02014L0090 — MT — 11.08.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA 2014/90/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257 28.8.2014, p. 146) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1206 tat-30 ta’ April 2021 |
L 261 |
45 |
22.7.2021 |
Ikkoreġuta bi:
DIRETTIVA 2014/90/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Lulju 2014
dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Għan
L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li titjieb is-sikurezza fuq il-baħar u li jiġi evitat it-tniġġis tal-baħar permezz tal-applikazzjoni uniformi tal-istrumenti internazzjonali rilevanti relatati mat-tagħmir tal-baħar li jiġi installat abbord vapuri tal-UE, u li jiġi żgurat il-moviment liberu ta’ tagħmir bħal dan fl-Unjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“tagħmir tal-baħar” tfisser tagħmir li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva f’konformità mal-Artikolu 3;
“vapur tal-UE” tfisser vapur li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru u li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali;
“konvenzjonijiet internazzjonali” tfisser il-konvenzjonijiet li ġejjin, flimkien mal-protokolli u l-kodiċijiet ta’ applikazzjoni obbligatorja tagħhom, adottati taħt il-patroċinju tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI), li jkunu daħlu fis-seħħ u li jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni mill-Istat tal-bandiera ta’ tagħmir li jiġi installat abbord vapuri:
“standards tal-ittestjar” tfisser l-istandards ta’ ttestjar għat-tagħmir tal-baħar stabbiliti minn:
“strumenti internazzjonali” tfisser il-konvenzjonijiet internazzjonali, flimkien mar-riżoluzzjonijiet u ċ-ċirkolarijiet tal-OMI li jagħtu effett lil dawk il-konvenzjonijiet fil-verżjoni aġġornata tagħhom, u l-istandards tal-ittestjar;
“marka tat-tmun” tfisser is-simbolu msemmi fl-Artikolu 9 u stabbilit fl-Anness I jew, kif xieraq, it-tikketta elettronika imsemmija fl-Artikolu 11;
“korp innotifikat” tfisser organizzazzjoni magħżula mill-amministrazzjoni nazzjonali kompetenti ta’ xi Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 17;
“magħmul disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ tagħmir tal-baħar fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, sew jekk bi ħlas kif ukoll mingħajr ħlas;
“tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li tagħmir tal-baħar ikun disponibbli fis-suq tal-Unjoni;
“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura t-tagħmir tal-baħar, jew li tqabbad lil min jiddisinja jew jimmanifattura t-tagħmir tal-baħar, u li tikkummerċjalizza dak it-tagħmir taħt isimha jew il-marka kummerċjali tagħha;
“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-manifattur sabiex taġixxi f’ismu fir-rigward ta’ kompiti speċifiċi;
“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li tqiegħed tagħmir tal-baħar minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;
“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, li mhijiex il-manifattur jew l-importatur, u li tagħmel it-tagħmir tal-baħar disponibbli fis-suq;
“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;
“akkreditazzjoni” tfisser akkreditazzjoni kif definita fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;
“korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni” tfisser korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;
“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess imwettaq mill-korpi nnotifikati, f’konformità mal-Artikolu 15, li juri jekk it-tagħmir tal-baħar huwiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva;
“korp tal-valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal- konformità inkluż il-kalibrar, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni;
“sejħa lura” tfisser kwalunkwe miżura mmirata biex tikseb ir-ritorn ta’ tagħmir tal-baħar, li diġà jkun ġie installat abbord vapuri tal-UE jew inxtara bl-intenzjoni li jiġi installat abbord vapuri tal-UE;
“irtirar” tfisser kwalunkwe miżura mmirata li tipprevjeni li tagħmir tal-baħar fil-katina tal-provvista jsir disponibbli fis-suq;
“dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE” tfisser dikjarazzjoni maħruġa mill-manifattur f’konformità mal-Artikolu 16;
“prodott” tfisser parti tat-tagħmir tal-baħar.
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 4
Rekwiżiti għat-tagħmir tal-baħar
Artikolu 5
Applikazzjoni
Artikolu 6
Funzjonament tas-suq intern
L-Istati Membri m’għandhomx jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq jew l-installazzjoni abbord vapur tal-UE ta’ tagħmir tal-baħar li jikkonforma ma’ din id-Direttiva, u lanqas jirrifjutaw li joħorġu ċ-ċertifikati relatati magħhom għall-vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom, jew li jġeddu dawn iċ-ċertifikati.
Artikolu 7
Trasferiment ta’ vapur għall-bandiera ta’ Stat Membru
Artikolu 8
Standards għat-tagħmir tal-baħar
Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet mal-esperti, inklużi l-esperti tal-Istati Membri, matul it-tħejjija ta’ dawn l-atti delegati.
Dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-istandards ta’ ttestjar għandhom japplikaw fuq bażi temporanja sa meta l-OMI tadotta standard għal dik il-biċċa tagħmir tal-baħar speċifika.
Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet mal-esperti, inklużi l-esperti tal-Istati Membri, matul it-tħejjija ta’ dawn l-atti delegati.
Dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-istandards ta’ ttestjar għandhom japplikaw fuq bażi temporanja sa meta l-OMI tkun analizzat l-istandard applikabbli għal dik il-parti speċifika tat-tagħmir tal-baħar.
KAPITOLU 2
IL-MARKA TAT-TMUN
Artikolu 9
Il-marka tat-tmun
Artikolu 10
Regoli u kondizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka tat-tmun
Artikolu 11
Tikketta elettronika
KAPITOLU 3
OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI
Artikolu 12
Obbligi tal-manifatturi
Artikolu 13
Rappreżentanti awtorizzati
Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti li r-rappreżentant awtorizzat tal-inqas jagħmel dan li ġej:
iżomm id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għal mill-inqas għaxar snin wara t-twaħħil tal-marka tat-tmun u fl-ebda każ għal perijodu iqsar mill-ħajja mistennija tat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat;
fuq talba bir-raġunijiet minn awtorità kompetenti, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott;
jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati riskji ppreżentati minn prodotti koperti mill-mandat tiegħu.
Artikolu 14
Operaturi ekonomiċi oħrajn
Għal perijodu ta’ mill-inqas għaxar snin wara li tkun twaħħlet il-marka tat-tmun u fl-ebda każ għal perijodu iqsar mill-ħajja mistennija tat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat, l-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, jidentifikaw dawn li ġejjin lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:
kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun fornihom bi prodott;
kwalunkwe operatur ekonomiku li huma jkunu fornew bi prodott.
KAPITOLU 4
VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ U NOTIFIKA TAL-KORPI TAL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
Artikolu 15
Proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jagħmel arranġamenti biex titwettaq valutazzjoni tal-konformità, permezz ta’ korp innotifikat, għal xi biċċa tagħmir tal-baħar speċifika, billi tintuża waħda mill-għażliet ipprovduti permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(2), minn fost waħda mill-proċeduri li ġejjin:
fejn jintuża l-eżami tat-tip EC (il-modulu B), qabel ma jitqiegħed fis-suq, it-tagħmir tal-baħar kollu għandu jkun soġġett għal:
fejn is-settijiet ta’ tagħmir tal-baħar jiġu prodotti individwalment jew fi kwantitajiet żgħar u mhux f’sensiela jew f’massa, il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità tista’ tkun il-verifika tal-unità EC (il-modulu G).
Artikolu 16
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE
Artikolu 17
Notifika lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Artikolu 18
Awtoritajiet notifikanti
Artikolu 19
Obbligu ta’ informazzjoni għall-awtoritajiet notifikanti
Artikolu 20
Sussidjarji ta’ korpi nnotifikati u sottokuntrattar minn korpi nnotifikati
Artikolu 21
Tibdil fin-notifiki
Artikolu 22
Kontestar tal-kompetenza ta’ korpi nnotifikati
Artikolu 23
Obbligi operazzjonali tal-korpi nnotifikati
Artikolu 24
Obbligu tal-korpi nnotifikati li jipprovdu informazzjoni
Il-korpi nnotifikati għandhom jinfurmaw lill-awtorità notifikanti dwar dan li ġej:
kwalunkwe ċaħda, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat ta’ konformità;
kwalunkwe ċirkostanza li taffettwa l-ambitu tan-notifika u l-kondizzjonijiet għaliha;
kwalunkwe talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità;
fuq talba, l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li twettqu fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kull attività oħra li twettqet, inklużi attivitajiet transkonfinali u sottokuntrattar.
KAPITOLU 5
SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI, KONTROLL TA’ PRODOTTI, DISPOŻIZZJONIJIET TA’ SALVAGWARDJA
Artikolu 25
Qafas ta’ sorveljanza tas-suq tal-UE
Artikolu 26
Proċedura dwar kif għandu jiġi ttrattat it-tagħmir tal-baħar li jippreżenta riskju f’livell nazzjonali
Fejn, matul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq ikunu tal-fehma li t-tagħmir tal-baħar ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi kollha xierqa biex it-tagħmir tal-baħar jikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti, biex it-tagħmir tal-baħar jiġi rtirat mis-suq jew biex jissejjaħ lura f’tali żmien raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxu huma.
L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-entità nnotifikata rilevanti, kif meħtieġ.
L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.
L-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tagħmir tal-baħar li mhuwiex konformi, l-oriġini tal-prodott, it-tip tan-nuqqas ta’ konformità allegata u r-riskju involut, it-tip u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu u l-argumenti ppreżentati mill-operatur ekonomiku kkonċernat. B’mod partikolari, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità huwiex minħabba:
nuqqas ta’ konformità tat-tagħmir tal-baħar mar-rekwiżiti applikabbli ta’ disinn, kostruzzjoni u prestazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 4;
nuqqas ta’ konformità mal-istandards ta’ ttestjar imsemmija fl-Artikolu 4 matul il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità;
nuqqasijiet f’dawk l-istandards ta’ ttestjar.
Artikolu 27
Proċedura ta’ salvagwardja tal-UE
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li, permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 37, tadotta rekwiżiti termporanji u standards ta’ ttestjar armonizzati għal dik il-biċċa tagħmir tal-baħar speċifika. Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8(3) għandhom għaldaqstant japplikaw. Dawn ir-rekwiżiti u l-istandards ta’ ttestjar għandhom ikun aċċessibbli mingħajr ħlas mill-Kummissjoni.
Artikolu 28
Prodotti konformi li jippreżentaw riskju għas-sikurezza marittima, għas-saħħa jew għall-ambjent
Artikolu 29
Nuqqas ta’ konformità formali
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26, meta Stat Membru jsib waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti ma jkomplix bin-nuqqas ikkonċernat fir-rigward tal-konformità:
il-marka tat-tmun marka tat-tmuntkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 9 jew l-Artikolu 10;
il-marka tat-tmun ma tkunx twaħħlet;
ma tkunx tfasslet id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE;
id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE ma tkunx tfasslet b’mod korrett;
id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompleta;
id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx intbagħtet lill-vapur.
Artikolu 30
Eżenzjonijiet ibbażati fuq l-innovazzjoni teknika
Artikolu 31
Eżenzjonijiet għall-ittestjar jew l-evalwazzjoni
Amministrazzjoni ta’ Stat tal-bandiera tista’ tippermetti li tagħmir tal-baħar li ma jkunx konformi mal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità jew li mhux kopert mill-Artikolu 30 jitqiegħed abbord vapur tal-UE għal raġunijiet ta’ ttestjar jew evalwazzjoni, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
it-tagħmir tal-baħar għandu jingħata ċertifikat mill-Istat Membru tal-bandiera li għandu jinżamm dejjem mat-tagħmir u li jkun jiddikjara l-permess ta’ dak l-Istat Membru biex it-tagħmir jitqiegħed abbord il-vapur tal-UE, jimponi r-restrizzjonijiet kollha meħtieġa u jistabbilixxi kwalunkwe dispożizzjoni oħra xierqa fir-rigward tal-użu tat-tagħmir ikkonċernat;
il-permess għandu jkun limitat għall-perijodu kkunsidrat mill-Istat tal-bandiera bħala meħtieġ biex jiġi kkompletat l-ittestjar, li għandu jkun l-iqsar possibbli;
it-tagħmir tal-baħar ma għandux jiġi fdat minflok tagħmir li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u ma għandux jissostitwixxi tagħmir bħal dan, li għandu jibqa’ abbord il-vapur tal-UE fi stat funzjonali u lest għall-użu immedjat.
Artikolu 32
Eżenzjonijiet f’ċirkostanzi eċċezzjonali
It-tagħmir tal-baħar li jiġi installat abbord għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat interim ta’ approvazzjoni maħruġ mill-Istat Membru tal-bandiera jew minn Stat Membru ieħor, u jindika dan li ġej:
it-tagħmir bil-marka tat-tmun li t-tagħmir iċċertifikat hu maħsub li jissostitwixxi;
iċ-ċirkostanzi eżatti li skonthom inħareġ iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni, u b’mod partikolari n-nuqqas ta’ disponibbiltà fis-suq ta’ tagħmir li għandu l-marka tat-tmun;
il-ħtiġijiet ta’ disinn, kostruzzjoni u prestazzjoni eżatti li skonthom ġie approvat it-tagħmir mill-Istat Membru taċ-ċertifikazzjoni;
l-istandards ta’ ttestjar applikati, jekk ikun hemm, fil-proċeduri ta’ approvazzjoni rilevanti.
KAPITOLU 6
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 33
Skambju ta’ esperjenza
Il-Kummissjoni għandha tipprevedi li jiġi organizzati skambji ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li jkunu responsabbli għall-politika dwar in-notifika, b’mod speċjali dwar is-sorveljanza tas-suq.
Artikolu 34
Koordinazzjoni ta’ korpi nnotifikati
Artikolu 35
Miżuri ta’ implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi ta’ data li jkun fiha tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
il-lista u d-dettalji essenzjali taċ-ċertifikati ta’ konformità li jinħarġu skont din id-Direttiva, kif ipprovduti mill-korpi nnotifikati;
il-lista u d-dettalji essenzjali tad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità li jinħarġu skont din id-Direttiva, kif ipprovduti mill-manifatturi;
lista aġġornata tal-istrumenti internazzjonali applikabbli, u tar-rekwiżiti u l-istandards ta’ ttestjar applikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 4(4);
il-lista u t-test sħiħ tal-kriterji u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 2;
ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għat-tikketti elettroniċi msemmija fl-Artikolu 11, fejn applikabbli;
kwalunkwe informazzjoni oħra li tkun utli bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni korretta ta’ din id-Direttiva mill-Istati Membri, il-korpi nnotifikati u l-operaturi ekonomiċi.
Dik il-bażi tad-data għandha ssir aċċessibbli għall-Istati Membri. Għandha tkun ukoll disponibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ informazzjoni biss.
Artikolu 36
Emendi
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 37 sabiex jiġu aġġornati r-referenzi għal standards, kif imsemmi fl-Anness III, meta standards ġodda jsiru disponibbli.
Artikolu 37
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 38
Kumitat
Artikolu 39
Traspożizzjoni
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-18 ta’ Settembru 2016.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
Artikolu 40
Tħassir
Artikolu 41
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 42
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
MARKA TAT-TMUN
Il-marka tal-konformità għandha tieħu l-għamla li ġejja:
Jekk il-marka tat-tmun tiċċekken jew titkabbar, għandhom jiġu rrispettati l-proporzjonijiet mogħtija fit-tpinġija gradwata.
Id-diversi komponenti tal-marka tat-tmun għandu jkollhom sostanzjalment l-istess dimensjoni vertikali, li ma tistax tkun inqas minn 5 mm.
Tagħmir żgħir jista’ jiġi eżentat minn dik id-dimensjoni minima.
ANNESS II
PROĊEDURI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
I. MODULU B: L-EŻAMI TAT-TIP KE
1. L-eżami tat-tip KE huwa dik il-parti ta’ proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li fiha korp innotifikat jeżamina d-disinn tekniku ta’ tagħmir tal-baħar u jivverifika u jixhed li d-disinn tekniku tat-tagħmir tal-baħar jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti.
2. L-eżami tat-tip KE jista’ jsir b’wieħed mill-modi li ġejjin.
3. Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-eżami tat-tip KE lil korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu.
L-applikazzjoni għandha tinkludi:
deskrizzjoni ġenerali tat-tagħmir tal-baħar;
disinn kunċettwali u disinji tal-manifattura kif ukoll skemi ta’ komponenti, sottomontaturi, ċirkwiti, eċċ.;
deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa għall-fehim tal-imsemmija disinji u skemi u għat-tħaddim tat-tagħmir tal-baħar;
lista tar-rekwiżiti u l-istandards ta’ ttestjar li huma applikabbli għat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat f’konformità ma’ din id-Direttiva, flimkien ma’ deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu sodisfatti dawk ir-rekwiżiti;
riżultati ta’ kalkoli ta’ disinji magħmula, eżamijiet imwettqa, eċċ.; u
rapporti tat-testijiet;
4. Il-korp innotifikat għandu:
Għat-tagħmir tal-baħar:
jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta’ sostenn biex jevalwa l-adegwatezza tad-disinn tekniku tat-tagħmir tal-baħar;
Għall-kampjun(i):
jivverifika li l-kampjun(i) ġie(ġew) manifatturat(i) f’konformità mad-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li ġew imfassla f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-rekwiżiti u l-istandards ta’ ttestjar rilevanti, kif ukoll l-elementi li ġew imfassla mingħajr l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawk l-istandards;
iwettaq eżamijiet u testijiet xierqa, jew iqabbad lil min iwettaqhom, f’konformità ma’ din id-Direttiva;
jiftiehem mal-manifattur dwar post fejn ikunu ser jitwettqu l-eżamijiet u t-testijiet.
5. Il-korp innotifikat għandu jfassal rapport ta’ evalwazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet imwettqa f’konformità mal-punt 4 u r-riżultati tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu fil-konfront tal-awtoritajiet notifikanti, il-korp innotifikat għandu joħroġ il-kontenut ta’ dak ir-rapport, kollu jew parti minnu, biss bi ftehim mal-manifattur.
6. Fejn it-tip jissodisfa r-rekwiżiti tal-istrumenti internazzjonali speċifiċi li japplikaw għat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat, il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE lill-manifattur. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, il-kondizzjonijiet (jekk ikun hemm) għall-validità tiegħu u d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Iċ-ċertifikat jista’ jkollu anness wieħed jew iżjed mehmużin.
Iċ-ċertifikat u l-annessi tiegħu għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha biex il-konformità tal-prodotti manifatturati mat-tip eżaminat tkun tista’ tiġi evalwata u biex ikun hemm lok għal kontroll intern.
Fejn it-tip ma jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli tal-istrumenti internazzjonali, il-korp innotifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE u għandu jinforma lill-applikant kif adatt, filwaqt li jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu.
7. Jekk it-tip approvat ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti applikabbli, il-korp innotifikat għandu jiddetermina jekk huwiex meħtieġ aktar ittestjar jew proċedura ġdida ta’ valutazzjoni tal-konformità.
Il-manifattur għandu jinforma lill-korp innotifikat li għandu d-dokumentazzjoni teknika relatata maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE, bil-modifiki kollha għat-tip approvat li jistgħu jaffettwaw il-konformità tat-tagħmir tal-baħar mar-rekwiżiti tal-istrumenti internazzjonali rilevanti jew mal-kondizzjonijiet għall-validità taċ-ċertifikat. Tali modifiki għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni addizzjonali fil-forma ta’ żieda għaċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami tat-tip KE.
8. Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet notifikanti tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip KE u/jew kwalunkwe żieda għalihom, li jkun ħareġ jew irtira, u perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet notifikanti tiegħu, il-lista taċ-ċertifikati u/jew kwalunkwe żieda għalihom li ġew miċħuda, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.
Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-korpi nnotifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip KE u/jew kwalunkwe żidiet fihom li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew illimita b’mod ieħor, u, fuq talba, dwar iċ-ċertifikati u/jew iż-żidiet fihom li jkun ħareġ.
Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi nnotifikati l-oħra jistgħu, fuq talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip KE u/jew iż-żidiet fihom. Wara li ssir talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u r-riżultati tal-eżamijiet li jkun wettaq il-korp innotifikat. Il-korp innotifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, kif ukoll tal-fajl tekniku, inkluża d-dokumentazzjoni ppreżentata mill-manifattur, sal-iskadenza tal-validità taċ-ċertifikat.
9. Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal mill-inqas 10 snin wara li tkun twaħħlet il-marka tat-tmun fuq l-aħħar prodott manifatturat u fl-ebda każ għal perijodu iqsar mill-ħajja mistennija tat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat.
10. Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jista’ jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 3 u jissodisfa l-obbligi msemmija fil-punti 7 u 9, dment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat.
II. MODULU D: KONFORMITÀ MAT-TIP ABBAŻI TAL-GARANZIJA TA’ KWALITÀ TAL-PROĊESS TA’ PRODUZZJONI
1. |
Il-konformità mat-tip abbażi tal-garanzija tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni hija l-parti tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 5, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li t-tagħmir tal-baħar ikkonċernat ikun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE u li jissodisfa r-rekwiżiti tal-istrumenti internazzjonali applikabbli għalih. |
2. |
Manifattura Il-manifattur għandu jopera sistema ta’ kwalità approvata għall-produzzjoni, għall-ispezzjoni tal-prodott finali u għall-ittestjar tal-prodotti kkonċernati kif speċifikat fil-punt 3, u għandu jkun soġġett għal sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4. |
3. |
Sistema ta’ kwalità 3.1. Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema ta’ kwalità tiegħu ma’ korp innotifikat tal-għażla tiegħu, għat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat. L-applikazzjoni għandha tinkludi:
—
l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, l-isem u l-indirizz tiegħu ukoll;
—
dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp innotifikat ieħor;
—
l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija tat-tagħmir tal-baħar maħsuba;
—
id-dokumentazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta’ kwalità;
—
id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE.
3.2. Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura li l-prodotti kollha huma konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE u li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-istrumenti internazzjonali applikabbli għalihom. L-elementi, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom jiġu dokumentati b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ politiki, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjani, tal-manwali u tar-rekords ta’ kwalità. Għandha tinkludi, partikolarment, deskrizzjoni adegwata ta’:
—
l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-amministrazzjoni fir-rigward tal-kwalità tal-prodott;
—
il-manifattura, it-tekniki ta’ kontroll tal-kwalità u tal-garanzija tal-kwalità, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi korrispondenti, li ser jintużaw;
—
l-eżamijiet u t-testijiet li ser isiru qabel, waqt u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha ser isiru;
—
ir-rekords ta’ kwalità, bħar-rapporti ta’ spezzjonijiet u d-data dwar it-testijiet, id-data dwar il-kalibrar, ir-rapporti dwar il-kwalifiki fir-rigward tal-persunal ikkonċernat, eċċ.; u
—
il-mezzi ta’ monitoraġġ tal-kisba tal-kwalità meħtieġa tal-prodott u t-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ kwalità.
3.3. Il-korp innotifikat għandu jivvaluta s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2. Flimkien mal-esperjenza f’sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, it-tim ta’ awditjar għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b’esperjenza fl-evalwazzjoni fil-qasam tat-tagħmir tal-baħar rilevanti u fit-teknoloġija tat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat, u għarfien tar-rekwiżiti applikabbli tal-istrumenti internazzjonali. L-awditu għandu jinkludi żjara ta’ valutazzjoni fis-sede tal-manifattur. It-tim tal-awditjar għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-ħames inċiż tal-punt 3.1 sabiex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti rilevanti tal-istrumenti internazzjonali u biex iwettaq l-eżamijiet meħtieġa sabiex jiżgura l-konformità tal-prodott ma’ dawk ir-rekwiżiti. Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-manifattur. In-notifika għandha tinkludi l-konklużjonijiet tal-awditu u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni. 3.4. Il-manifattur għandu jimpenja ruħu biex jissodisfa l-obbligi li ġejjin mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u biex iżommha hekk sabiex tibqa’ adegwata u effikaċi. 3.5. Il-manifattur għandu jżomm lill-korp innotifikat li jkun approva s-sistema tal-kwalità mgħarraf dwar kwalunkwe bidla maħsuba fis-sistema tal-kwalità. Il-korp innotifikat għandu jevalwa kwalunkwe bidla proposta u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità modifikata hijiex ser tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk ikunx hemm bżonn li ssir valutazzjoni mill-ġdid. Huwa għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandha tinkludi l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni. |
4. |
Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat 4.1. L-għan tas-sorveljanza huwa li tiżgura li l-manifattur iwettaq kif xieraq l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema ta’ kwalità approvata. 4.2. Il-manifattur għandu, għal finijiet ta’ valutazzjoni, jippermetti l-aċċess lill-korp innotifikat għas-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna u għandu jagħtih l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:
—
id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;
—
ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ spezzjoni u d-data dwar it-testijiet, id-data dwar il-kalibrar, ir-rapporti fir-rigward tal-kwalifiki tal-persunal konċernat, eċċ.
4.3. Il-korp innotifikat għandu jwettaq awditi perjodiċi sabiex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema tal-kwalità u għandu jipprovdi lill-manifattur b’ rapport tal-awditu. 4.4. Barra minn hekk, il-korp innotifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur, ħlief fejn, taħt il-liġi nazzjonali, u għal raġunijiet ta’ difiża jew sigurtà, ċerti restrizzjonijiet japplikaw għal tali żjarat. Waqt tali żjarat il-korp innotifikat, jekk ikun meħtieġ, jista’ jwettaq testijiet fuq il-prodott, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità qed taħdem sewwa. Il-korp innotifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk ikunu twettqu xi testijiet, b’rapport tat-testijiet. |
5. |
Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità 5.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka tat-tmun imsemmija fl-Artikolu 9, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, ma’ kull prodott individwali li jkun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE u li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tal-istrumenti internazzjonali. 5.2. Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub għal kull mudell ta’ prodott u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal perijodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li tkun twaħħlet il-marka tat-tmun fuq l-aħħar prodott manifatturat u fl-ebda każ għal perijodu iqsar mill-ħajja mistennija tat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità għandha tidentifika l-mudell tat-tagħmir tal-baħar li għalih tkun tfasslet. Jekk tintalab, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità lill-awtoritajiet rilevanti. |
6. |
Il-manifattur għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, għal mill-inqas 10 snin wara li tkun twaħħlet il-marka tat-tmun fuq l-aħħar prodott manifatturat u fl-ebda każ għal perijodu iqsar mill-ħajja mistennija tat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat:
—
id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1;
—
il-bidla msemmija fil-punt 3.5, kif approvata;
—
id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat imsemmija fil-punt 3.5, 4.3 u 4.4.
|
7. |
Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet notifikanti tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet notifikanti tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati. Kull korp innotifikat għandu jinforma lil korpi nnotifikati oħrajn dwar l-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda, irtira jew inkella llimita, u, jekk jintalab jagħmel dan, jinformahom bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun ħareġ. |
8. |
Rappreżentant awtorizzat L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punti 3.1, 3.5, 5 u 6 jistgħu jiġu ssodisfatti mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat. |
III. IL-MODULU E: KONFORMITÀ MAT-TIP ABBAŻI TAL-GARANZIJA TAL-KWALITÀ TAL-PRODOTT
1. |
Il-konformità mat-tip, abbażi tal-garanzija tal-kwalità tal-prodott, hija dik il-parti tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 5, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li t-tagħmir tal-baħar ikkonċernat ikun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE u li jissodisfa r-rekwiżiti tal-istrumenti internazzjonali applikabbli għalih. |
2. |
Manifattura Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta’ kwalità, għall-ispezzjoni tal-prodott finali u għall-ittestjar tal-prodotti kkonċernati kif speċifikat fil-punt 3 u għandu jkun suġġett għal sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4. |
3. |
Sistema ta’ kwalità 3.1. Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema ta’ kwalità tiegħu ma’ korp innotifikat tal-għażla tiegħu, għat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat. L-applikazzjoni għandha tinkludi:
—
l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, l-isem u l-indirizz tiegħu wkoll;
—
dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp innotifikat ieħor;
—
l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija tat-tagħmir tal-baħar maħsuba;
—
id-dokumentazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta’ kwalità; u
—
id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE.
3.2. Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura l-konformità tal-prodotti mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE u mar-rekwiżiti applikabbli tal-istrumenti internazzjonali. L-elementi, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom jiġu dokumentati b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ politiki, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjani, tal-manwali u tar-rekords ta’ kwalità. Għandha tinkludi, partikolarment, deskrizzjoni adegwata ta’:
—
l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-maniġment fir-rigward tal-kwalità tal-prodott;
—
l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jiġu mwettqa wara l-manifattura;
—
ir-rekords ta’ kwalità, bħar-rapporti ta’ spezzjonijiet u d-data dwar it-testijiet, id-data dwar il-kalibrar, ir-rapporti dwar il-kwalifiki fir-rigward tal-persunal konċernat, eċċ;,
—
il-mezz ta’ kif għandha tiġi mmonitorjata l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta’ kwalità.
3.3. Il-korp innotifikat għandu jivvaluta s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2. Flimkien mal-esperjenza f’sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, it-tim ta’ awditjar għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b’esperjenza fl-evalwazzjoni fil-qasam tat-tagħmir tal-baħar rilevanti u fit-teknoloġija tat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat, u għarfien tar-rekwiżiti applikabbli tal-istrumenti internazzjonali. L-awditu għandu jinkludi żjara ta’ valutazzjoni fis-sede tal-manifattur. It-tim ta’ awditjar għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-ħames inċiż tal-punt 3.1 sabiex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti rilevanti tal-istrumenti internazzjonali u biex iwettaq l-eżamijiet neċessarji sabiex jiżgura l-konformità tal-prodott ma’ dawk ir-rekwiżiti. Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-manifattur. In-notifika għandha tinkludi l-konklużjonijiet tal-awditu u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni. 3.4. Il-manifattur għandu jimpenja ruħu biex jissodisfa l-obbligi li ġejjin mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u biex iżommha hekk sabiex tibqa’ adegwata u effikaċi. 3.5. Il-manifattur għandu jżomm lill-korp innotifikat li jkun approva s-sistema tal-kwalità mgħarraf dwar kwalunkwe bidla maħsuba fis-sistema tal-kwalità. Il-korp innotifikat għandu jevalwa kwalunkwe bidla proposta u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità modifikata hijiex ser tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk ikunx hemm bżonn li ssir valutazzjoni mill-ġdid. Huwa għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandha tinkludi l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni. |
4. |
Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat 4.1. L-għan tas-sorveljanza huwa li tiżgura li l-manifattur iwettaq kif xieraq l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema ta’ kwalità approvata. 4.2. Il-manifattur għandu, għal finijiet ta’ valutazzjoni, jippermetti l-aċċess lill-korp innotifikat għas-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna, u għandu jagħtih l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:
—
id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;
—
ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ spezzjoni u d-data dwar it-testijiet, id-data dwar il-kalibrar, ir-rapporti fir-rigward tal-kwalifiki tal-persunal konċernat, eċċ.
4.3. Il-korp innotifikat għandu jwettaq awditi perjodiċi sabiex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema tal-kwalità u għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport tal-awditu. 4.4. Barra minn hekk, il-korp innotifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur, ħlief fejn, taħt il-liġi nazzjonali, u għal raġunijiet ta’ difiża jew sigurtà, ċerti restrizzjonijiet japplikaw għal tali żjarat. Waqt tali żjarat il-korp innotifikat, jekk ikun meħtieġ, jista’ jwettaq testijiet fuq il-prodott, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità qed taħdem sewwa. Il-korp innotifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk ikunu twettqu xi testijiet, b’rapport tat-testijiet. |
5. |
Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità 5.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka tat-tmun imsemmija fl-Artikolu 9 u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, ma’ kull prodott individwali li jkun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE u li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tal-istrumenti internazzjonali. 5.2. Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub għal kull mudell ta’ prodott u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal perijodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li tkun twaħħlet il-marka tat-tmun fuq l-aħħar prodott manifatturat u fl-ebda każ għal perijodu iqsar mill-ħajja mistennija tat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità għandha tidentifika l-mudell tat-tagħmir tal-baħar li għalih tkun tfasslet. Jekk tintalab, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità lill-awtoritajiet rilevanti. |
6. |
Il-manifattur għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, għal mill-inqas 10 snin wara li tkun twaħħlet il-marka tat-tmun fuq l-aħħar prodott manifatturat u fl-ebda każ għal perijodu iqsar mill-ħajja mistennija tat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat:
—
id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1;
—
il-bidla msemmija fil-punt 3.5, kif approvata;
—
id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat imsemmija fil-punt 3.5, 4.3 u 4.4.
|
7. |
Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet notifikanti tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet notifikanti tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati. Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-korpi nnotifikati l-oħrajn dwar l-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda, irtira jew inkella llimita, u, jekk jintalab jagħmel dan, jinformahom bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun ħareġ. |
8. |
Rappreżentant awtorizzat L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punti 3.1, 3.5, 5 u 6 jistgħu jiġu ssodisfatti mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat. |
IV. MODULU F: KONFORMITÀ MAT-TIP ABBAŻI TAL-VERIFIKA TAL-PRODOTT
1. |
Il-konformità mat-tip, abbażi tal-verifika tal-prodott hija l-parti tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 5.1 u 6, u jiżgura, u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu li l-prodotti kkonċernati, li ġew soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3, huma konformi mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istrumenti internazzjonali applikabbli għalihom. |
2. |
Manifattura Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodotti manifatturati mat-tip approvat, kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE, u mar-rekwiżiti tal-istrumenti internazzjonali applikabbli għalihom. |
3. |
Verifika Il-korp innotifikat magħżul mill-manifattur għandu jwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa biex jivverifika l-konformità tal-prodotti mat-tip approvat kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE u mar-rekwiżiti xierqa tal-istrumenti internazzjonali. L-eżamijiet u t-testijiet biex tkun ikkontrollata l-konformità tal-prodotti mar-rekwiżiti xierqa għandhom jitwettqu, skont kif jagħżel il-manifattur, jew permezz tal-eżami u l-ittestjar ta’ kull prodott kif speċifikat fil-punt 4, jew bl-eżami u l-ittestjar tal-prodotti fuq bażi ta’ statistika, kif speċifikat fil-punt 5. |
4. |
Il-verifika tal-konformità bl-eżami u bl-ittestjar ta’ kull prodott 4.1. Il-prodotti kollha għandhom jiġu eżaminati u ttestjati individwalment f’konformità ma’ din id-Direttiva, sabiex tiġi vverifikata l-konformità mat-tip approvat deskritt f’ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE u mar-rekwiżiti xierqa tal-istrumenti internazzjonali. 4.2. Il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità fir-rigward tal-eżamijiet u tat-testijiet magħmula, u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu ma’ kull prodott approvat, jew iqabbad lil min iwaħħlu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati ta’ konformità disponibbli għal spezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti għal mill-inqas 10 snin wara li tkun twaħħlet il-marka tat-tmun fuq l-aħħar prodott manifatturat u fl-ebda każ għal perijodu iqsar mill-ħajja mistennija tat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat. |
5. |
Il-verifika tal-istatistika tal-konformità 5.1. Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw l-omoġeneità ta’ kull lott prodott, u għandu jippreżenta l-prodotti tiegħu għall-verifika fil-forma ta’ lottijiet omoġenji. 5.2. Għandu jittieħed kampjun aleatorju minn kull lott. Il-prodotti kollha f’kampjun għandhom jiġu eżaminati u ttestjati individwalment f’konformità ma’ din id-Direttiva, sabiex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti applikabbli tal-istrumenti internazzjonali u biex jiġi ddeterminat jekk il-lott jiġix aċċettat jew irrifjutat. 5.3. Jekk lott jiġi aċċettat, il-prodotti kollha tal-lott għandhom jitqiesu approvati, ħlief dawk il-prodotti mill-kampjun li jkun instab li ma jissodisfawx it-testijiet. Il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità fir-rigward tal-eżamijiet u tat-testijiet magħmula, u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu ma’ kull prodott approvat, jew iqabbad lil min iwaħħlu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati ta’ konformità disponibbli għal spezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali għal mill-inqas 10 snin wara li tkun twaħħlet il-marka tat-tmun fuq l-aħħar prodott manifatturat u fl-ebda każ għal perijodu iqsar mill-ħajja mistennija tat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat. 5.4. Jekk lott jiġi rrifjutat, il-korp innotifikat jew l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri adegwati biex ma tħallix li dak il-lott jitqiegħed fuq is-suq. Fil-każ ta’ rifjut frekwenti tal-lottijiet il-korp innotifikat jista’ jissospendi l-verifika tal-istatistika u jieħu miżuri xierqa. |
6. |
Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità 6.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka tat-tmun imsemmija fl-Artikolu 9 u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat imsemmi fil-punt 3, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, ma’ kull prodott individwali li jkun f’konformità mat-tip approvat kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE u li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tal-istrumenti internazzjonali. 6.2. Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub għal kull mudell ta’ prodott u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal perijodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li tkun twaħħlet il-marka tat-tmun fuq l-aħħar prodott manifatturat u fl-ebda każ għal perijodu iqsar mill-ħajja mistennija tat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità għandha tidentifika l-mudell tat-tagħmir tal-baħar li għalih tkun tfasslet. Jekk tintalab, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità lill-awtoritajiet rilevanti. |
7. |
Jekk il-korp innotifikat jaqbel u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-manifattur jista’ jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat mal-prodotti matul il-proċess tal-manifattura. |
8. |
Rappreżentant awtorizzat L-obbligi tal-manifattur jistgħu jitwettqu mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, dment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat. Rappreżentant awtorizzat ma jistax jissodisfa l-obbligi tal-manifattur li huma stabbiliti fil-punti 2 u 5.1. |
V. IL-MODULU G: KONFORMITÀ ABBAŻI TAL-VERIFIKA TAL-UNITÀ
1. |
Il-konformità abbażi tal-verifika tal-unità hija l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 5, u jiżgura u jiddikjara fuq responsabbiltà unika tiegħu li l-prodott ikkonċernat, li kien soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt 4, huwa f’konformità mar-rekwiżiti tal-istrumenti internazzjonali applikabbli għalih. |
2. |
Dokumentazzjoni teknika Il-manifattur għandu jfassal id-dokumentazzjoni teknika u jagħmilha disponibbli għall-korp innotifikat imsemmi fil-punt 4. Id-dokumentazzjoni għandha tippermetti l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskju/i. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u għandha tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn u l-manifattura tal-prodott u kif jaħdem. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi, fejn applikabbli, tal-inqas l-elementi li ġejjin:
—
deskrizzjoni ġenerali tal-prodott;
—
disinn kunċettwali u disinji tal-manifattura kif ukoll skemi ta’ komponenti, sottomontaturi, ċirkwiti, eċċ.;
—
deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi msemmija u kif jaħdem il-prodott;
—
lista tar-rekwiżiti u l-istandards ta’ ttestjar li huma applikabbli għat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat f’konformità ma’ din id-Direttiva, flimkien ma’ deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu sodisfatti dawkir-rekwiżiti;
—
ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinji li saru, l-eżamijiet imwettqa; u
—
rapporti tat-testijiet.
Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għal mill-inqas 10 snin wara li tkun twaħħlet il-marka tat-tmun fuq l-aħħar prodott manifatturat u fl-ebda każ għal perijodu iqsar mill-ħajja mistennija tat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat. |
3. |
Manifattura Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodott manifatturat mar-rekwiżiti applikabbli tal-istrumenti internazzjonali. |
4. |
Verifika Korp innotifikat magħżul mill-manifattur għandu jwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa f’konformità ma’ din id-Direttiva, biex tiġi vverifikata l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti applikabbli tal-istrumenti internazzjonali. Il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità fir-rigward tal-eżamijiet u tat-testijiet li jkunu saru u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu mal-prodott approvat, jew iqabbad lil min iwaħħlu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati ta’ konformità disponibbli għal spezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali għal mill-inqas 10 snin wara li tkun twaħħlet il-marka tat-tmun fuq l-aħħar prodott manifatturat u fl-ebda każ għal perijodu iqsar mill-ħajja mistennija tat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat. |
5. |
Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità 5.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka tat-tmun imsemmija fl-Artikolu 9 u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat imsemmi fil-punt 4, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull prodott li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tal-istrumenti internazzjonali. 5.2. Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal mill-inqas 10 snin wara li tkun twaħħlet il-marka tat-tmun fuq l-aħħar prodott manifatturat u fl-ebda każ għal perijodu iqsar mill-ħajja mistennija tat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat. Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tidentifika l-prodott li tkun tfasslet għalih. Jekk tintalab, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità lill-awtoritajiet rilevanti. |
6. |
Rappreżentant awtorizzat L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punti 2 u 5, jistgħu jiġu sodisfatti mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, dment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat. |
ANNESS III
REKWIŻITI LI GĦANDHOM JIĠU SODISFATTI MILL-KORPI TAL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ SABIEX ISIRU KORPI NNOTIFIATI
1. Għall-finijiet tan-notifika, korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2 sa 19.
2. Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollu personalità ġuridika.
3. Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp ta' parti terza indipendenti mill-organizzazzjoni jew mit-tagħmir tal-baħar li jivvaluta.
4. Il-korp li jagħmel parti minn xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tkun tirrappreżenta intrapriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvista, l-assemblaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni tat-tagħmir tal-baħar li huwa jivvaluta, jista', bil-kondizzjoni li jintwerew kemm l-indipendenza tiegħu kif ukoll in-nuqqas ta' kwalunkwe konflitt ta' interess, jitqies bħala korp tal-valutazzjoni tal-konformità.
5. Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell ta' ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak li jwettaq il-manutenzjoni tat-tagħmir tal-baħar li jiġi vvalutat, u lanqas ma għandhom ikunu r-rappreżentant awtorizzat ta' xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-prodotti vvalutati li jinħtieġu għall-operazzjonijiet tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta' tali prodotti għal għanijiet personali.
6. Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell ta' ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta' dak it-tagħmir tal-baħar, jew jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f'dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jieħdu sehem f'ebda attività li tista' tkun f'konflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu nnotifikati. Dan għandu japplika b'mod partikolari għas-servizzi ta' konsulenza.
7. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħhom ta' valutazzjoni tal-konformità.
8. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta' integrità professjonali u kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u inċitament, partikolarment ta' natura finanzjarja, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta' persuni jew gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultati ta' dawk l-attivitajiet.
9. Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha tal-valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz ta' din id-Direttiva u li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp stess tal-valutazzjoni tal-konformità jew f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
10. F'kull żmien u għal kull proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità u għal kull tip, kategorija jew subkategorija tat-tagħmir tal-baħar li fir-rigward tiegħu jkun ġie nnotifikat, il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu:
il-persunal meħtieġ b'konoxxenza teknika u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità;
id-deskrizzjonijiet tal-proċeduri li f'konformità magħhom tiġi mwettqa l-valutazzjoni tal-konformità, li jiżguraw it-trasparenza ta' dawk il-proċeduri u l-possibbiltà li jiġu riprodotti. Dan għandu jkollu fis-seħħ politiki u proċeduri adatti li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp innotifikat u attivitajiet oħra;
il-proċeduri meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet li jikkunsidraw b'mod dovut id-daqs tal-intrapriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-grad ta' kumplessità tat-teknoloġija tat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat u n-natura ta' massa jew ta' serje tal-proċess ta' produzzjoni.
11. Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi marbutin mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità b'mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet meħtieġa.
12. Il-persunal responsabbli biex iwettaq l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:
taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha ta' valutazzjoni tal-konformità li fir-rigward tagħhom ikun ġie nnotifikat il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità;
għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonjiet li jwettaq u awtorità adegwata sabiex iwettaq dawk il-valutazzjonijiet;
għarfien u intendiment xierqa tar-rekwiżiti applikabbli u tal-istandards ta' ttestjar u tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u tar-regolamenti li jimplimentaw dik il-leġislazzjoni;
il-kapaċità meħtieġa biex jifformula ċ-ċertifikati, ir-reġistrazzjonijiet u r-rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru.
13. Għandha tkun iggarantita l-imparzjalità tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-ogħla livell ta' ġestjoni tagħhom u tal-persunal tal-valutazzjoni tagħhom.
14. Ir-rimunerazzjoni tal-ogħla livell ta' ġestjoni u tal-persunal ta' valutazzjoni ta' korp tal-valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi min-numru ta' valutazzjonijiet li jkunu saru jew mir-riżultati ta' dawk il-valutazzjonijiet.
15. Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipprovdu għal polza ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà sakemm l-Istat ma jiħux ir-responsabbiltà skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.
16. Il-persunal ta' korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont din id-Direttiva jew skont kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li permezz tagħha ssir effettiva, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom jitwettqu l-attivitajiet tal-korp. Id-drittijiet ta' proprjetà għandhom ikunu protetti.
17. Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal tagħhom tal-valutazzjoni jkun mgħarraf bl-attivitajiet ta' standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta' koordinazzjoni tal-korp innotifikat stabbilit skont din id-Direttiva, u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tal-ħidma ta' dak il-grupp.
18. Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandard EN ISO/IEC 17065:2012.
19. Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-laboratorji tal-ittestjar li jintużaw għal finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandard ►M1 EN ISO/IEC 17025:2017 ◄ .
ANNESS IV
PROĊEDURA TAN-NOTIFIKA
1. Applikazzjoni għan-notifika
1.1. Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jippreżenta applikazzjoni għal notifika lill-awtorità notifikanti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.
1.2. Dik l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew il-moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u t-tagħmir tal-baħar li għalih dak il-korp jiddikjara li huwa kompetenti, kif ukoll b’ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, jekk ikun hemm, maħruġ minn korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni li jafferma li l-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.
1.3. Jekk il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kkonċernat ma jistax jipprovdi ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, dan għandu jipprovdi lill-awtorità notifikanti bl-evidenza dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u l-monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.
2. Proċedura tan-notifika
2.1. L-awtoritajiet notifikanti jistgħu jinnotifikaw biss lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.
2.2. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’mezz elettroniku ta’ notifika żviluppat u ġestit mill-Kummissjoni.
2.3. In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u tat-tagħmir tal-baħar ikkonċernat u tal-affermazzjoni rilevanti tal-kompetenza.
2.4. Meta notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditazzjoni kif imsemmi fit-taqsima 1, l-awtorità notifikanti għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’evidenza dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kif ukoll l-arranġamenti li saru biex ikun żgurat li dak il-korp ikun immonitorjat b’mod regolari u jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.
2.5. Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp innotifikat biss jekk ma jkunux tqajmu oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn min-notifika fejn jintuża ċertifikat ta’ akkreditament jew fi żmien xahrejn wara li tkun saret notifika fil-każ li ma jintużax l-akkreditament.
2.6. Huwa biss korp imsemmi fil-punt 2.5 li għandu jitqies bħala korp innotifikat għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.
2.7. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom ikunu nnotifikati jekk ikun hemm tibdil sussegwenti rilevanti fin-notifika.
3. In-numri ta’ identifikazzjoni u l-listi ta’ korpi nnotifikati
3.1. Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni lil korp innotifikat.
3.2. Hija għandha tassenja numru wieħed bħal dan anki fejn il-korp innotifikat ikun rikonoxxut bħala nnotifikat skont diversi atti leġislattivi tal-Unjoni.
3.3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament il-lista tal-korpi nnotifikati skont id-Direttiva, inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni li kienu allokati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew notifikati.
3.4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-lista tinżamm aġġornata.
ANNESS V
REKWIŻITI LI GĦANDHOM JIĠU SODISFATTI MILL-AWTORITAJIET NOTIFIKANTI
1. L-awtorità notifikanti għandha tiġi stabbilita b’mod li ma jkunx hemm konflitti ta’ interess mal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.
2. L-awtorità notifikanti għandha tkun organizzata u operata b’mod li jkunu salvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.
3. L-awtorità notifikanti għandha tkun organizzata b’tali mod li kull deċiżjoni relatata man-notifika ta’ korp tal-valutazzjoni tal-konformità tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni.
4. L-awtorità notifikanti ma għandha toffri jew tipprovdi, fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva, l-ebda attività li titwettaq minn korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jew servizz ta’ konsulenza.
5. L-awtorità notifikanti għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tikseb.
6. L-awtorità notifikanti għandu jkollha numru suffiċjenti ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha biex il-kompiti tagħha jitwettqu b’mod adatt.
( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1).
( 2 ) Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37).
( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).