02014L0023 — MT — 01.01.2024 — 005.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA 2014/23/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 094 28.3.2014, p. 1) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2172 tal-24 ta' Novembru 2015 |
L 307 |
9 |
25.11.2015 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2366 tat-18 ta' Diċembru 2017 |
L 337 |
21 |
19.12.2017 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1827 tat-30 ta’ Ottubru 2019 |
L 279 |
23 |
31.10.2019 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1951 tal-10 ta’ Novembru 2021 |
L 398 |
21 |
11.11.2021 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2497 tal-15 ta’ Novembru 2023 |
L |
1 |
16.11.2023 |
Ikkoreġuta bi:
DIRETTIVA 2014/23/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ Frar 2014
dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
TITOLU I |
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, PRINĊIPJI U DEFINIZZJONIJIET |
KAPITOLU I |
Kamp ta’ applikazzjoni, prinċipji ġenerali u definizzjonijet |
TAQSIMA 1 |
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, PRINĊIPJI ĠENERALI, DEFINIZZJONIJIET U LIMITU MASSIMU |
Artikolu 1 |
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni |
Artikolu 2 |
Prinċipju ta’ amministrazzjoni ħielsa mill-awtoritajiet pubbliċi |
Artikolu 3 |
Prinċipju ta’ trattament ugwali, nondiskriminazzjoni u trasparenza |
Artikolu 4 |
Libertà għad-definizzjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali |
Artikolu 5 |
Definizzjonijiet |
Artikolu 6 |
Awtoritajiet kontraenti |
Artikolu 7 |
Entitajiet kontraenti |
Artikolu 8 |
Limitu massimu u metodi għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ konċessjoni |
Artikolu 9 |
Reviżjoni tal-limitu |
TAQSIMA II |
ESKLUŻJONIJIET |
Artikolu 10 |
Esklużjonijiet applikabbli għall-konċessjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti |
Artikolu 11 |
Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika |
Article 12 |
Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-ilma |
Artikolu 13 |
Konċessjonijiet mogħtija lil impriża affiljata |
Artikolu 14 |
Konċessjonijiet mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tagħmel parti minn impriża konġunta |
Artikolu 15 |
Notifika tal-informazzjoni minn entitajiet kontraenti |
Artikolu 16 |
Esklużjoni ta’ attivitajiet li huma direttament esposti għall-kompetizzjoni |
Artikolu 17 |
Konċessjonijiet bejn entitajiet fi ħdan is-settur pubbliku |
TAQSIMA III |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI |
Artikolu 18 |
Tul taż-żmien tal-konċessjoni |
Artikolu 19 |
Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn |
Artikolu 20 |
Kuntratti mħallta |
Artikolu 21 |
Kuntratti ta’ akkwist imħallta li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà |
Artikolu 22 |
Kuntratti li jkopru kemm attivitajiet imsemmijin fl-Anness II kif ukoll attivitajiet oħra |
Artikolu 23 |
Konċessjonijiet li jkopru kemm attivitajiet imsemmijin fl-Anness II kif ukoll attivitajiet li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà |
TAQSIMA IV |
SITWAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI |
Artikolu 24 |
Konċessjonijiet riżervati |
Artikolu 25 |
Servizzi ta’ riċerka u żvilupp |
KAPITOLU II |
Prinċipji |
Artikolu 26 |
Operaturi ekonomiċi |
Artikolu 27 |
Nomenklaturi |
Artikolu 28 |
Kunfidenzjalità |
Artikolu 29 |
Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni |
TITOLU II |
REGOLI DWAR L-GĦOTI TA’ KONĊESSJONIJIET PRINĊIPJI ĠENERALI U GARANZIJI PROĊEDURALI |
KAPITOLU I |
Prinċipji ġenerali |
Artikolu 30 |
Prinċipji ġenerali |
Artikolu 31 |
Avviżi ta’ konċessjonijiet |
Artikolu 32 |
Avviżi tal-għoti ta’ konċessjoni |
Artikolu 33 |
Forma u mod ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi |
Artikolu 34 |
Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti ta’ konċessjoni |
Article 35 |
Ġlieda kontra l-korruzzjoni u prevenzjoni ta’ konflitti ta’ interess |
KAPITOLU II |
Garanziji proċedurali |
Artikolu 36 |
Rekwiżiti tekniċi u funzjonali |
Artikolu 37 |
Garanziji proċedurali |
Artikolu 38 |
Selezzjoni u valutazzjoni kwalitattiva tal-kandidati |
Artikolu 39 |
Limiti ta’ żmien għall-wasla ta’ applikazzjonijiet u offerti għall-konċessjoni |
Artikolu 40 |
Għoti ta’ informazzjoni lill-kandidati u lill-offerenti |
Artikolu 41 |
Kriterji tal-għoti |
TITOLU III |
REGOLI DWAR IL-PRESTAZZJONI TA’ KONĊESSJONIJIET |
Artikolu 42 |
Subkuntrattar |
Artikolu 43 |
Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom |
Artikolu 44 |
Terminazzjoni ta’ konċessjonijiet |
Artikolu 45 |
Monitoraġġ u rappurtar |
TITOLU IV |
EMENDI GĦAD-DIRETTIVI 89/665/KEE U 92/13/KEE |
Artikolu 46 |
Emendi għad-Direttiva 89/665/KEE |
Artikolu 47 |
Emendi għad-Direttiva 92/13/KEE |
TITOLU V |
SETGĦAT DELEGATI, SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI |
Artikolu 48 |
Eżerċitar tad-delega |
Artikolu 49 |
Proċedura ta’ urġenza |
Artikolu 50 |
Proċedura ta’ Kumitat |
Artikolu 51 |
Traspożizzjoni |
Artikolu 52 |
Dispożizzjonijiet transitorji |
Artikolu 53 |
Monitoraġġ u rappurtar |
Artikolu 54 |
Dħul fis-seħħ |
Artikolu 55 |
Destinatarji |
ANNESSI |
|
ANNESS I |
LISTA TAL-ATTIVITAJIET IMSEMMIJA FIL-PUNT (7) TAL-ARTIKOLU 5 |
ANNESS II |
ATTIVITAJIET EŻERĊITATI MINN ENTITAJIET KONTRAENTI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 7 |
ANNESS III |
LISTA TA’ ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FIL-PUNT (B) TAL-ARTIKOLU 7(2) |
ANNESS IV |
SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 19 |
ANNESS V |
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-KONĊESSJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 31 |
ANNESS VI |
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TA’ KONĊESSJONI LI JIRRIGWARDAW KONĊESSJONIJIET GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U OĦRAJN SPEĊIFIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 31(3) |
ANNESS VII |
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TA’ KONĊESSJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 32 |
ANNESS VIII |
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TA’ KONĊESSJONIJIET GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SPEĊIFIĊI OĦRA, MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 32 |
ANNESS IX |
KARATTERISTIĊI LI JIKKONĊERNAW IL-PUBBLIKAZZJONI |
ANNESS X |
LISTA TA’ KONVENZJONIJIET SOĊJALI U AMBJENTALI INTERNAZZJONALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 30(3) |
ANNESS XI |
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-MODIFIKI GĦAL KONĊESSJONI MATUL IT-TERMINU TAGĦHA SKONT L-ARTIKOLU 43 |
TITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, PRINĊIPJI U DEFINIZZJONIJIET
KAPITOLU I
Kamp ta’ applikazzjoni, prinċipji ġenerali u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Direttiva tapplika għall-għoti ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew servizzi, lil operaturi ekonomiċi minn:
Awtoritajiet kontraenti; jew
Entitajiet kontraenti, sakemm ix-xogħlijiet jew is-servizzi jkunu maħsuba għall-eżerċizzju ta’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness II.
Artikolu 2
Prinċipju ta’ amministrazzjoni ħielsa mill-awtoritajiet pubbliċi
Dawk l-awtoritajiet jistgħu jagħżlu li jwettqu l-kompiti ta’ interess pubbliku tagħhom bir-riżorsi proprji tagħhom, jew f’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra jew li jgħadduhom lil operaturi ekonomiċi.
Artikolu 3
Prinċipju ta’ trattament ugwali, nondiskriminazzjoni u trasparenza
It-tfassil tal-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni, inkluż l-istima tal-valur, m’għandux isir bil-ħsieb li din tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew sabiex jagħti vantaġġ jew żvantaġġ mhux mistħoqq lil ċerti operaturi ekonomiċi jew ċerti xogħlijiet, provvisti jew servizzi.
Artikolu 4
Libertà għad-definizzjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali
Artikolu 5
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“konċessjonijiet” tfisser konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew servizzi, kif definit fil-punti (a) u (b):
“konċessjoni ta’ xogħlijiet” tfisser kuntratt bi ħlas miftiehem bil-miktub li permezz tiegħu entità kontraenti jew awtorità kontraenti waħda jew aktar jafdaw l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet lil operatur ekonomiku wieħed jew aktar, meta l-konsiderazzjoni għal din id-delega tikkonsisti unikament fid-dritt ta’ sfruttament tax-xogħlijiet li huma s-suġġett tal-kuntratt jew f’dak id-dritt flimkien ma’ ħlas.
“konċessjoni ta’ servizzi” tfisser kuntratt b’interess pekunjarju konkluż bil-miktub, li permezz tiegħu awtorità kontraenti jew entità kontraenti waħda jew aktar tafda l-forniment u l-ġestjoni ta’ servizzi li mhumiex twettiq ta’ xogħlijiet kif imsemmi fil-punt (a) lil operatur ekonomiku wieħed jew aktar, meta l-konsiderazzjoni għal din tkun tikkonsisti unikament fid-dritt ta’ sfruttament tas-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt jew f’dak id-dritt flimkien ma’ ħlas.
L-għoti ta’ konċessjoni ta’ xogħlijiet jew servizzi għandu jinvolvi t-trasferiment lill-konċessjonarju ta’ riskju operattiv fl-isfruttament ta’ dawk ix-xogħlijiet jew servizzi, li jinkludi riskju ta’ domanda jew ta’ disponibbiltà jew tat-tnejn. Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi r-riskju operattiv, f’kondizzjonijiet ta’ operazzjoni normali, meta ma jkunx garantit li jirkupra l-investimenti magħmula jew l-ispejjeż imġarrba fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni. Il-parti tar-riskju ttrasferita lill-konċessjonarju għandha tinvolvi esponiment reali għall-inċertezzi tas-suq, b’tali mod li kwalunkwe telf potenzjali stmat imġarrab mill-konċessjonarju m’għandux ikun biss nominali jew negliġibbli;
“operatur ekonomiku” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jew entità pubblika, jew grupp ta’ persuni jew entitajiet bħal dawn, inklużi assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi, li joffri li jwettaq xogħlijiet u/jew biċċa xogħol, li jipprovdi prodotti jew li jforni servizzi fis-suq;
“kandidat” tfisser operatur ekonomiku li jkun wieġeb għal stedina jew li jkun ġie mistieden jieħu sehem fi proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni;
“offerent” tfisser operatur ekonomiku li jkun ippreżenta offerta;
“konċessjonarju” tfisser operatur ekonomiku li jkun ingħata konċessjoni;
“miktub” jew “bil-miktub” tfisser kwalunkwe espressjoni li tikkonsisti fi kliem jew figuri li jistgħu jinqraw, jiġu riprodotti jew sussegwentement ikkommunikati, inkluż informazzjoni trasmessa u maħżuna b’mezzi elettroniċi;
“eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet” tfisser l-eżekuzzjoni, jew kemm it-tfassil kif ukoll l-eżekuzzjoni, ta’ xogħlijiet relatati ma’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness I jew ta’ biċċa xogħol, jew ir-realizzazzjoni, b’liema mezz li jkun, ta’ biċċa xogħol li tikkorrispondi għar-rekwiżiti speċifikati mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti li teżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tip jew it-tfassil tal-biċċa xogħol;
“biċċa xogħol” tfisser ir-riżultat ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew inġinerija ċivili meħudin bħala ħaġa waħda li huwa suffiċjenti fih innifsu biex jissodisfa funzjoni ekonomika jew teknika;
“mezzi elettroniċi” tfisser tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluż il-kompressjoni diġitali) u l-ħażna tad-data, li tiġi trasmessa, imwassla u riċevuta permezz ta’ wajers, bir-radju, b’mezzi ottiċi jew b’mezzi elettromanjetiċi oħra;
“dritt esklużivi” tfisser dritt mogħti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru permezz ta’ kwalunkwe liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ppubblikata li hi kompatibbli mat-Trattati li l-effett tagħha jkun li tillimita l-eżerċizzju ta’ attività għal operatur ekonomiku waħdieni u li taffettwa sostanzjalment l-abbiltà ta’ operaturi ekonomiċi oħra li jwettqu attività bħal din;
“dritt speċjali” tfisser dritt mogħti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru permezz ta’ kwalunkwe liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva pubblikata li hija kompatibbli mat-Trattati li l-effett tagħha jkun li tillimita l-eżerċizzju ta’ attività għal żewġ operaturi ekonomiċi jew aktar u li taffettwa sostanzjalment l-abbiltà ta’ operaturi ekonomiċi oħra li jwettqu attività bħal din;
“dokument ta’ konċessjoni” tfisser kwalunkwe dokument prodott jew imsemmi mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti biex jiddeskrivu jew jiddeterminaw l-elementi tal-konċessjoni jew il-proċedura, inkluż l-avviż ta’ konċessjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-kondizzjonijiet proposti tal-konċessjoni, il-formati għall-preżentazzjoni tad-dokumenti mill-kandidati u l-offerenti, l-informazzjoni dwar obbligi ġeneralment applikabbli u kwalunkwe dokument addizzjonali;
“innovazzjoni” tfisser l-implementazzjoni ta’ prodott, servizz, proċess ġdid jew imtejjeb b’mod sinifikanti, inkluż iżda mhux limitat għall-proċessi ta’ produzzjoni, bini jew kostruzzjoni, ta’ metodu ġdid ta’ kummerċjalizzazzjoni, jew ta’ metodu organizzazzjonali ġdid fil-prattiki tan-negozju, organizzazzjoni tal-post tax-xogħol jew relazzjonijiet esterni li fost oħrajn ikollha l-għan li tgħin biex jissolvew l-isfidi tas-soċjetà jew li tappoġġa l-istrateġija Ewropa 2020.
Artikolu 6
Awtoritajiet kontraenti
“Korpi regolati mil-liġi pubblika” tfisser korpi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
huma stabbiliti għall-għan speċifiku li jissodisfaw il-bżonnijiet fl-interess ġenerali, li ma jkollhomx karattru industrijali jew kummerċjali;
għandhom personalità ġuridika; u
huma ffinanzjati, fil-parti l-kbira, mill-awtoritajiet Statali, reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika; jew huma soġġetti għal superviżjoni maniġerjali minn dawk il-korpi jew awtoritajiet; jew għandhom bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, li aktar minn nofs il-membri tiegħu jinħatru mill-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika.
Artikolu 7
Entitajiet kontraenti
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “entitajiet kontraenti” tfisser entitajiet li jwettqu waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness II u jagħtu konċessjoni għat-twettiq ta’ waħda minn dawk l-attivitajiet, u li huma waħda minn dan li ġej:
l-awtoritajiet statali, reġjonali jew lokali, korpi rregolati mil-liġi pubblika, jew assoċjazzjonijiet iffurmati minn tali awtorità waħda jew aktar jew minn tali korp wieħed jew aktar irregolat mil-liġi pubblika;
impriżi pubbliċi kif definiti fil-paragrafu 3b ta’ dan l-Artikolu;
entitajiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu, iżda li joperaw abbażi ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi, mogħtija għall-eżerċizzju ta’ waħda mill-attivitajiet msemmija fl-Anness II.
L-entitajiet li jkunu ngħataw drittijiet speċjali jew esklużivi permezz ta’ proċedura li fiha tkun ġiet żgurata pubbliċità adegwata u fejn l-għoti ta’ dawk id-drittijiet kien ibbażat fuq kriterji oġġettivi, m’għandhomx jikkostitwixxu “entitajiet kontraenti” fis-sens tal-punt (c) tal-paragrafu 1. Tali proċeduri għandhom jinkludu:
proċeduri ta’ akkwist b’sejħa minn qabel għal kompetizzjoni skont id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) u d-Direttiva 2014/25/UE id-Direttiva 2009/81/KE jew din id-Direttiva;
proċeduri skont atti legali oħra tal-Unjoni, elenkati fl-Anness III, li jiżguraw trasparenza adegwata minn qabel għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet abbażi ta’ kriterji oġġettivi.
Influwenza dominanti min-naħa tal-awtoritajiet kontraenti għandha tkun mistennija fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin li fihom dawk l-awtoritajiet, b’mod dirett jew indirett:
ikollhom il-maġġoranza tal-kapital sottoskritt tal-impriża;
jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti li jkollhom l-ishma maħruġin mill-impriża;
ikunu jistgħu jaħtru aktar min-nofs il-korp amministrattiv, maniġerjali, superviżorju tal-impriża.
Artikolu 8
Limitu u metodi għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ konċessjoni
Din l-istima għandha tkun valida fil-ħin li fih jintbagħat l-avviż ta’ konċessjoni, jew, f’każijiet fejn ma jkunx previst avviż, fil-ħin li fih l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tibda l-proċedura għall-għoti ta’ konċessjoni, pereżempju, fejn opportun, billi tikkuntattja lill-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-konċessjonijiet.
Għall-fini tal-paragrafu -1, jekk il-valur tal-konċessjoni fil-ħin tal-għoti jkun ta’ aktar minn 20 % ogħla mill-valur stmat tagħha, l-istima valida għandha tkun il-valur tal-konċessjoni fil-ħin tal-għoti.
Il-valur stmat tal-konċessjoni għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta’ metodu oġġettiv speċifikat fid-dokumenti tal-konċessjoni. Meta jikkalkolaw il-valur stmat tal-konċessjoni, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom, fejn applikabbli, iqisu b’mod partikolari:
il-valur ta’ kwalunkwe forma ta’ opzjoni u kwalunkwe estensjoni tad-durata tal-konċessjoni;
id-dħul minn ħlasijiet ta’ tariffi u multi mill-utenti tax-xogħlijiet jew servizzi għajr dawk miġbura f’isem l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti;
il-ħlasijiet jew kwalunkwe vantaġġ finanzjarju tkun xi tkun il-forma tagħhom magħmula mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti jew kwalunkwe awtorità pubblika oħra lill-konċessjonarju inkluż il-kumpens għall-konformità ma’ obbligu ta’ servizz pubbliku u sussidji ta’ investiment pubbliku;
il-valur ta’ għotjiet jew ta’ kwalunkwe vantaġġ finanzjarju ieħor tkun xi tkun il-forma tagħhom minn partijiet terzi għat-twettiq tal-konċessjoni;
id-dħul mill-bejgħ ta’ kwalunkwe assi li jagħmlu parti mill-konċessjoni;
il-valur tal-provvisti u s-servizzi kollha li jkunu disponibbli lill-konċessjonarju mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti, sakemm ikunu neċessarji għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet jew l-għoti tas-servizzi;
kwalunkwe premju jew ħlas lil kandidati jew offerenti.
Artikolu 9
Reviżjoni tal-limitu
B’konformità mal-metodu ta’ kalkolazzjoni stabbilit fil-FAP, il-Kummissjoni għandha tikkalkola l-valur tal-limiti fuq il-bażi tal-valur medju ta’ kuljum tal-euro, fit-termini tad-drittijiet speċjali ta’ prelevament (SDRs), matul perijodu ta’ 24 xahar li jagħlaq fil-31 ta’ Awwissu qabel ir-reviżjoni li jibda jkollha effett mill-1 ta’ Jannar. Il-valur tal-limiti rivedut b’dan il-mod għandu, fejn neċessarju, jitqarreb lejn l-eqreb elf euros sabiex jiġi żgurat li jiġu osservati l-limiti fis-seħħ previsti mill-FAP, imfissra f’SDRs.
F’konformità mal-metodu ta’ kalkolu stabbilit fil-FAP, id-determinazzjoni ta’ dawn il-valuri għandha tkun ibbażata fuq il-valuri medji ta’ kuljum ta’ dawk il-muniti, li jikkorrispondu għal-limitu stabbilit applikabbli mogħti f’euro matul l-24 xahar li jintemmu fil-31 ta’ Awwissu qabel ir-reviżjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar.
Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48 sabiex tirrevedi l-limitu stabbilit imsemmi fl-Artikolu 8(1) skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 10
Esklużjonijiet applikabbli għal konċessjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizzi mogħtija lil operatur ekonomiku abbażi ta’ dritt esklużiv li jkun ingħata skont it-TFUE u atti legali tal-Unjoni li jistabbilixxu regoli komuni għal aċċess għas-suq applikabbli għall-attivitajiet msemmija fl-Anness II.
Fejn Stat Membru jagħti dritt esklużiv lil operatur ekonomiku għall-eżerċizzju ta’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness II, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan fi żmien xahar wara l-għoti ta’ dak id-dritt esklużiv.
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti hija obbligata tagħti jew torganizza f’konformità ma’ proċeduri li jkunu differenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva stabbiliti minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
strument legali li joħloq obbligi legali internazzjonali, bħal ftehim internazzjonali konkluż f’konformità mat-TFUE bejn Stat Membru u pajjiż terz wieħed jew aktar jew subdiviżjonijiet tiegħu jew tagħhom u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-implimentazzjoni jew l-isfruttament konġunt ta’ proġett mill-firmatarji tagħhom;
organizzazzjoni internazzjonali.
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tagħti skont regoli ta’ akkwist previsti minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, fejn il-konċessjonijiet ikkonċernati jkunu ffinanzjati kompletament minn dik l-organizzazzjoni jew istituzzjoni. Fil-każ ta’ konċessjonijiet ikkofinanzjati fil-parti l-kbira minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, il-partijiet għandhom jaqblu dwar il-proċeduri applikabbli tal-akkwist.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istrumenti legali kollha msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Kummissjoni, li tista’ tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwist Pubbliku msemmi fl-Artikolu 50.
Dan il-paragrafu m’għandux japplika għal konċessjonijiet fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà kif imsemmi fid-Direttiva 2009/81/KE.
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà kif imsemmi fid-Direttiva 2009/81/KE, li huma rregolati minn:
regoli speċifiċi proċedurali skont ftehim internazzjonali jew arranġament bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz jew aktar;
regoli speċifiċi proċedurali skont ftehim internazzjonali konkluż jew arranġament dwar l-istazzjonar ta’ truppi u li jikkonċerna l-garanzji mogħtija minn xi Stat Membru jew pajjiż terz;
regoli speċifiċi proċedurali ta’ organizzazzjoni internazzjonali, li tixtri għal skopijiet tagħha jew ta’ kuntratti li għandhom jingħataw minn Stat Membru bi qbil ma’ dawk ir-regoli.
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ konċessjonijiet, fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà kif imsemmi fid-Direttiva 2009/81/KE, bl-eċċezzjoni ta’ dawn li ġejjin:
konċessjonijiet li fir-rigward tagħhom, l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva tobbliga lil Stat Membru biex iforni informazzjoni li l-iżvelar tagħha jkun jikkunsidrah li jmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu; jew fejn l-akkwist u l-prestazzjoni tal-konċessjoni huma ddikjarati bħala sigrieta jew għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri ta’ sigurtà speċjali f’konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fi Stat Membru dment li l-Istat Membru jkun stabbilixxa li l-interessi essenzjali kkonċernati ma jkunux jistgħu jiġu garantiti permezz ta’ miżuri inqas intrużivi, bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 7;
konċessjonijiet mogħtija fil-qafas tal-programm kooperattiv imsemmi fl-Artikolu 13(c) tad-Direttiva 2009/81/KE;
konċessjonijiet mogħtija minn gvern lil gvern ieħor relatati ma’ xogħlijiet u servizzi marbuta direttament ma’ tagħmir militari jew tagħmir sensittiv, jew xogħlijiet u servizzi speċifikament għal raġunijiet militari, jew xogħlijiet sensittivi u servizzi sensittivi;
konċessjonijiet mogħtija f’pajjiż terz, li jsiru meta jkunu stazzjonati forzi militari barra mit-territorju tal-Unjoni, fejn ħtiġijiet operattivi jitolbu li dawk il-konċessjonijiet ikunu konklużi ma’ operaturi ekonomiċi li jinsabu fiż-żona tal-operazzjonijiet; u
konċessjonijiet b’xi mod ieħor eżentati taħt din id-Direttiva.
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizz għal:
l-akkwist jew il-kiri, permezz ta’ kwalunkwe mezz finanzjarju, ta’ art, bini eżistenti, jew proprjetà immobbli oħra jew drittijiet konċernati fuqhom;
l-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta’ materjal għall-programm maħsub għas-servizzi tal-media awdjoviżiva jew servizzi tal-media radjofoniċi, li huma mogħtija minn fornituri ta’ servizzi tal-media awdjoviżivi jew radjofoniċi, jew il-konċessjonijiet għal ħin ta’ xandir jew il-forniment ta’ programmi, li jingħataw lill-fornituri tas-servizz tal-media awdjoviżivi jew radjofoniċi. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “servizzi tal-media awdjoviżiva” u “fornituri ta’ servizzi tal-media” għandu jkollhom, rispettivament, l-istess tifsira bħal dik fil-punti (a) u (d) tal-Artikolu 1(1)tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ). “Programm” għandu jkollu l-istess tifsira bħal dak fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1) ta’ dik id-Direttiva, iżda għandu jinkludi wkoll programmi radjofoniċi u materjali tal-programmi radjofoniċi. Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, “materjal tal-programm” għandu jkollu l-istess tifsira bħal “programm”.
servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni;
kwalunkwe wieħed mis-servizzi legali li ġejjin:
rappreżentanza legali ta’ klijent minn avukat fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE ( 5 ) fi:
parir legali mogħti bi tħejjija għal kwalunkwe wieħed mill-proċedimenti msemmi fil-punti (i) ta’ dan il-punt jew meta jkun hemm indikazzjoni konkreta u probabbiltà għolja li l-kwistjoni li dwarha jingħata l-parir issir is-suġġett ta’ tali proċedimenti, dment li l-parir jingħata minn avukat skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/249/KEE;
servizzi ta’ ċertifikazzjoni u awtentikazzjoni ta’ dokumenti li għandhom jingħataw minn nutara;
servizzi legali mogħtija minn trustees jew gwardjani maħturin jew servizzi legali oħrajn li l-fornituri tagħhom huma indikati minn qorti jew tribunal fl-Istat Membru kkonċernat jew minn liġi għat-twettiq ta’ kompiti speċifiċi taħt is-superviżjoni ta’ tribunali jew qrati bħal dawn;
servizzi legali oħrajn li fl-Istat Membru kkonċernat huma konnessi, anki b’mod okkażjonali, mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali;
servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), servizzi tal-bank ċentrali u l-operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà;
self, sew jekk marbut mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra kif ukoll jekk le;
servizzi ta’ difiża ċivili, protezzjoni ċivili, u ta’ prevenzjoni ta’ perikolu li huma fornuti minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt, u li huma koperti mill-kodiċi CPV li ġejjin: 75250000-3, 75251000-0, 75251100-1, 75251110-4, 75251120-7, 75252000-7, 75222000-8, 98113100-9 u 85143000-3 minbarra servizzi tal-ambulanza għat-trasport ta’ pazjenti;
servizzi ta’ kampanji politiċi, li huma koperti mill-kodiċi CPV 79341400-0, 92111230-3 u 92111240-6, meta mogħtija minn partit politiku fil-kuntest ta’ kampanja elettorali;
L-għoti ta’ tali dritt esklużiv għandu jkun soġġett għal pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 11
Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li għandhom l-għan prinċipali li jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti jipprovdu jew jisfruttaw netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni, jew li jipprovdu lill-pubbliku servizz wieħed jew aktar ta’ komunikazzjoni elettronika.
Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, “netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni” u servizz ta’ komunikazzjoni elettronika’ għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).
Artikolu 12
Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-ilma
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija għal:
il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb;
il-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb lil tali netwerks.
Din id-Direttiva ma għandha lanqas tapplika għal konċessjonijiet b’wieħed, jew it-tnejn, mis-suġġetti li ġejjin meta huma jkunu konnessi ma’ attività msemmija fil-paragrafu 1:
proġetti ta’ inġinerija idrawlika, irrigazzjoni jew dranaġġ tal-art, dment li l-volum ta’ ilma li għandu jintuża għall-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb ikun jirrappreżenta aktar minn 20 % tal-volum totali ta’ ilma mqiegħed għad-dispożizzjoni minn dawk il-proġetti jew minn stallazzjonijiet għall-irrigazzjoni jew id-dranaġġ; jew
ir-rimi jew it-trattament tad-dranaġġ.
Artikolu 13
Konċessjonijiet mogħtija lil impriża affiljata
Fil-każ ta’ entitajiet, li mhumiex soġġetti għad-Direttiva 2013/34/UE, “impriża affiljata” għandha tfisser kwalunkwe impriża li:
tista’ tkun, direttament jew indirettament, soġġetta għal influwenza dominanti mill-entità kontraenti;
tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq l-entità kontraenti; jew
bħall-entità kontraenti, hija soġġetta għall-influwenza dominanti ta’ impriża oħra permezz ta’ sjieda, parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “influwenza dominanti” għandu jkollha l-istess tifsira bħal fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 7(4).
Minkejja l-Artikolu 17 u dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija:
minn entità kontraenti lil impriża affiljata; jew
minn impriża konġunta, iffurmata esklużivament minn għadd ta’ entitajiet kontraenti għall-fini li twettaq attivitajiet imsemmija fl-Anness II, lil impriża li hija affiljata ma’ waħda minn dawk l-entitajiet kontraenti.
Il-paragrafu 3 għandu japplika għal:
konċessjonijiet ta’ servizzi dment li tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata matul it-tliet snin preċedenti, b’kont meħud tas-servizzi kollha pprovduti minn dik l-impriża, ikun ġej mill-forniment ta’ servizzi lill-entità kontraenti jew impriżi oħra li hija affiljata magħhom;
konċessjonijiet ta’ xogħol dment li tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata, matul it-tliet snin preċedenti b’kont meħud tax-xogħol kollu pprovdut minn dik l-impriża, ikun ġej mill-forniment ta’ xogħol lill-entità kontraenti jew impriżi oħra li hija affiljata magħhom.
Artikolu 14
Konċessjonijiet mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tagħmel parti minn impriża konġunta
Minkejja l-Artikolu 17 u jekk l-impriża konġunta tkun twaqqfet sabiex twettaq l-attività konċernata fuq perijodu ta’ mill-anqas tliet snin u li l-istrument li jwaqqaf l-impriża konġunta jistipula li l-entitajiet kontraenti, li jifformawha, ser jibqgħu parti minnha għal mill-inqas l-istess perijodu din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija minn kwalunkwe minn dawn:
impriża konġunta, iffurmata esklussivament minn għadd ta’ entitajiet kontraenti bil-għan li twettaq attivitajiet imsemmija fl-Anness II, għal waħda minn dawn l-entitajiet kontraenti, jew
entità kontraenti lil tali impriża konġunta li tifforma parti minnha.
Artikolu 15
Notifika ta’ informazzjoni minn entitajiet kontraenti
L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jekk jintalbu jagħmlu dan, bl-informazzjoni li ġejja rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) u (3) u l-Artikolu 14:
l-ismijiet tal-impriżi jew tal-impriżi konġunti kkonċernati;
in-natura u l-valur tal-konċessjonijiet involuti;
provi meqjusa bħala meħtieġa mill-Kummissjoni, li juru li r-relazzjoni bejn l-impriża jew l-impriża konġunta li ngħatat il-konċessjonijiet u l-entità kontraenti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 13 jew l-Artikolu 14.
Artikolu 16
Esklużjoni ta’ attivitajiet li huma direttament esposti għall-kompetizzjoni
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti fejn, għall-Istat Membru fejn għandhom isiru tali konċessjonijiet, ikun ġie stabbilit skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE li l-attività tkun direttament esposta għall-kompetizzjoni skont l-Artikolu 34 ta’ dik id-Direttiva.
Artikolu 17
Konċessjonijiet bejn entitajiet fis-settur pubbliku
Konċessjoni mogħtija minn awtorità kontraenti jew minn entità kontraenti kif imsemmi fil- punt (a) tal-Artikolu 7(1) lil persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat jew pubbliku għandhom jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma sodisfatti:
l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika kkonċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess; u
aktar minn 80 % tal-attivitajiet tal-persuna ġuridika kkontrollata jitwettqu fil-prestazzjoni tal-kompiti fdati lilha mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti ta’ kontroll jew minn persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti; u
mhemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika kkontrollata bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ mblokkar, meħtieġa minn dispożizzjonijet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċiżiva fuq il-persuna ġuridika kkontrollata.
Awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) għandha titqies li teżerċita kontroll fuq persuna ġuridika li huwa simili għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess skont it-tifisira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu meta din teżerċita influwenza deċiżiva fuq iż-żewġ oġġettivi strateġiċi u deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika kkontrollata. Dak il-kontroll jista’ jkun ukoll eżerċitat minn persuna ġuridika oħra, li hija stess tkun ikkontrollata bl-istess mod mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.
Awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmija fil- punt (a) tal-Artikolu 7(1), li ma teżerċitax kontroll fuq persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat jew pubbliku skont it-tifsira tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tista’ madankollu tagħti konċessjoni lil dik il-persuna ġuridika mingħajr ma tapplika din id-Direttiva fejn ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kif imsemmija fil- punt (a) tal-Artikolu 7(1) teżerċita kontroll konġunt ma’ awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti oħra fuq dik il-persuna ġuridika li huwa simili għal dak li huma jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess;
aktar minn 80 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu fil-prestazzjoni tal-kompiti fdati lilha mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti ta’ kontroll jew minn persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti; u
mhemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika kkontrollata bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ mblokkar, meħtieġa minn dispożizzjonijet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċiżiva fuq il-persuna ġuridika kkontrollata.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti kif imsemmija fil- punt (a) tal-Artikolu 7(1) jeżerċitaw kontroll konġunt fuq persuna ġuridika fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma sodisfatti:
il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollata huma magħmulin minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti kollha. Rappreżentanti individwali jistgħu jirrappreżentaw l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti kollha, jew diversi minnhom;
dawk l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti huma kapaċi jeżerċitaw konġuntament influwenza deċiżiva fuq l-għanijiet strateġiċi u d-deċiżjonijiet importanti tal-persuna ġuridika kkontrollata; u
l-entità ġuridika kkontrollata ma jkollha l-ebda interessi li jmorru kontra dawk tal-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti ta’ kontroll.
Kuntratt konkluż esklużivament bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jew aktar kif imsemmi fil- punt (a) tal-Artikolu 7(1) ma jaqax fl-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-kuntratt jistabbilixxi jew jimplimenta kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti bl-għan li jiġi żgurat li s-servizzi pubbliċi li huma għandhom iwettqu jkunu pprovduti bil-ħsieb li jiksbu l-għanijiet li għandhom komuni;
l-implimentazzjoni ta’ dik il-kooperazzjoni hi rregolata unikament minn konsiderazzjonijiet li jirrigwardaw l-interess pubbliku; u
l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti jwettqu inqas minn 20 % tal-attivitajiet li jirrigwardaw il-kooperazzjoni;
Fejn, minħabba d-data li fiha nħolqot dik il-persuna ġuridika, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti jew ta’ meta bdew l-attivitajiet jew minħabba riorganizzazzjoni tal-attivitajiet tagħha, il-fatturat, jew miżura bbażata fuq attività alternattiva bħall-ispejjeż, mhijiex disponibbli għat-tliet snin preċedenti jew ma għadhiex rilevanti, għandu jkun biżżejjed li jintwera li l-kejl tal-attività huwa kredibbli, b’mod partikolari permezz ta’ projezzjonijiet tan-negozju.
Artikolu 18
Tul ta’ żmien tal-konċessjoni
L-investimenti li jkunu kkunsidrati għall-finijiet tal-kalkolu għandhom jinkludu kemm l-investimenti inizjali kif ukoll dawk ta’ matul il-ħajja tal-konċessjoni.
Artikolu 19
Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn
Konċessjonijiet għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness IV li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu soġġetti biss għall-obbligi li ġejjin mill-Artikolu 31(3) u l-Artikoli 32, 46 u 47.
Artikolu 20
Kuntratti mħallta
Fil-każ ta’ konċessjonijiet imħallta li jikkonsistu parzjalment minn servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness IV u parzjalment minn servizzi oħra, is-suġġett prinċipali għandu jkun iddeterminat skont liema mill-valuri stmati tas-servizzi rispettivi jkun ogħla.
Fejn parti minn kuntratt partikolari tkun koperta mill-Artikolu 346 TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, għandu japplika l-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva.
Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru diversi attivitajiet, li waħda minnhom tkun soġġetta jew għall-Anness II ta’ din id-Direttiva jew għad-Direttiva 2014/25/UE, id-dispożizzjonijiet applikabbli għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 22 ta’ din id-Direttiva u mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/25/UE, rispettivament.
Fejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, din id-Direttiva għandha tapplika, dment li mhux previst mod ieħor fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 21, għall-kuntratt imħallat li jirriżulta, irrispettivament mill-valur tal-partijiet li b’mod ieħor kienu jaqgħu taħt sistema legali differenti u irrispettivament minn liema sistema legali dawk il-partijiet kienu b’mod ieħor ikunu soġġetti għaliha.
Fil-każ li tali kuntratti jinvolvu kemm elementi ta’ konċessjoni ta’ servizzi kif ukoll ta’ kuntratt ta’ provvista, is-suġġett prinċipali għandu jiġi ddeterminat skont liema mill-valuri stmati tas-servizzi jew tal-provvisti rispettivi jkun l-ogħla.
Artikolu 21
Kuntratti ta’ akkwist imħallta li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà
Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru diversi attivitajiet, li waħda minnhom tkun soġġetta jew għall-Anness II ta’ din id-Direttiva jew għad-Direttiva 2014/25/UE, u attività oħra tkun koperta mill-Artikolu 346 TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, id-dispożizzjonijiet applikabbli għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 26 ta’ din id-Direttiva u mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2014/25/UE, rispettivament.
Fejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lil partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema sistema legali għandha tapplika għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-parti separata kkonċernata.
Fejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, għandhom japplikaw il-kriterji li ġejjin biex tiġi ddeterminata s-sistema legali applikabbli:
fejn parti minn kuntratt partikolari tkun koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE, jew partijiet differenti jkunu koperti mill-Artikolu 346 tat-TFUE u d-Direttiva 2009/81/KE rispettivament, il-kuntratt għandu jingħata mingħajr ma tiġi applikata din id-Direttiva, dment li l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jkun iġġustifikat għal raġunijiet oġġettivi;
fejn parti minn kuntratt partikolari tkun koperta mid-Direttiva 2009/81/KE, il-kuntratt jista’ jingħata f’konformità ma’ din id-Direttiva jew f’konformità mad-Direttiva 2009/81/KE, dment li l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jkun iġġustifikat għal raġunijiet oġġettivi.
Id-deċiżjoni li jingħata kuntratt waħdieni ma għandhiex, madankollu, tittieħed biex teskludi kuntratti mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/81/KE.
Artikolu 22
Kuntratti li jkopru kemm attivitajiet imsemmijin fl-Anness II kif ukoll attivitajiet oħra
Minkejja l-Artikolu 20, fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, għandhom japplikaw il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu,. Madankollu, fejn waħda mill-attivitajiet ikkonċernati tkun koperta mill-Artikolu 346 TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, għandu japplika l-Artikolu 23 ta’ din id-Direttiva.
L-għażla bejn l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jew l-għoti ta’ għadd ta’ kuntratti separati m’għandhiex issir bl-għan li jiġi eskluż il-kuntratt jew il-kuntratti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew, fejn applikabbli, mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 2014/24/UE jew 2014/25/UE.
Fil-każ ta’ kuntratti li għalihom ikun oġġettivament impossibbli li jiġi ddeterminat għal liema attività huwa jkun maħsub prinċipalment, ir-regoli applikabbli għandhom jiġu ddeterminati skont dan li ġej:
il-konċessjoni għandha tingħata f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva applikabbli għal konċessjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kontraenti, jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha l-kuntratt ikun maħsub tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva applikabbli għal konċessjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kontraenti u l-attività l-oħra tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva applikabbli għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti;
il-kuntratt għandu jingħata f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE, jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha hu maħsub il-kuntratt tkun soġġetta għal din id-Direttiva u l-oħra għad-Direttiva 2014/24/UE;
il-kuntratt għandu jingħata f’konformità ma’ din id-Direttiva, jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha huwa maħsub il-kuntratt hija soġġetta għal din id-Direttiva u l-oħra mhija soġġetta la għal din id-Direttiva, la għad-Direttiva 2014/24/UE u lanqas għad-Direttiva 2014/25/UE.
Artikolu 23
Konċessjonijiet li jkopru kemm attivitajiet imsemmijin fl-Anness II kif ukoll attivitajiet li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà
Minkejja l-Artikolu 21, fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, għandu japplika l-paragrafi 2 ta’ dan l-Artikolu.
L-għażla bejn l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jew l-għoti ta’ għadd ta’ kuntratti separati madankollu m’għandhiex tittieħed bl-għan li kuntratt jew kuntratti jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/81/KE.
Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin li jkopru attività li hija soġġetta għal din id-Direttiva u oħra li hija:
koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE; jew
soġġetta għad-Direttiva 2009/81/KE
l-entità kontraenti tista’:
tagħti kuntratt mingħajr l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-każijiet imniżżlin taħt punt (a); jew
tagħti kuntratt jew f’konformità ma’ din id-Direttiva jew f’konformità mad-Direttiva 2009/81/KE, fil-każijiet imniżżlin taħt punt (b). L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għal-limiti massimi u l-esklużjonijiet previsti mid-Direttiva 2009/81/KE.
Il-kuntratti msemmijin taħt punt (b), li jinkludu wkoll akkwist jew elementi oħra li huma koperti mill-Artikolu 346 tat-TFUE, jistgħu jingħataw mingħajr l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Madankollu, l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu hija bil-kondizzjoni li l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jkun iġġustifikat għal raġunijiet oġġettivi u d-deċiżjoni li jingħata kuntratt waħdieni ma titteħidx għall-fini li kuntratt jiġi eskluż mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 24
Konċessjonijiet riżervati
L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti ta’ konċessjoni għal workshops protetti jew operaturi ekonomiċi li l-għan prinċipali tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ persuni li għandhom diżabbiltà jew li huma żvantaġġati jew li jistgħu jipprovdu sabiex dawn il-konċessjonijiet jitwettqu fil-kuntest tal-programmi ta’ impjiegi protetti, sakemm mill-inqas 30 % tal-impjegati ta’dawk il-workshops, l-operaturi ekonomiċi jew il-programmi ekonomiċi jkunu ħaddiema b’diżabilità jew żvantaġġati. L-avviż tal-konċessjonijiet jew, fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ servizzi kif definiti fl-Artikolu 19, l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel għandu jagħmel referenza għal dan l-Artikolu.
Artikolu 25
Servizzi ta’ riċerka u żvilupp
1. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal konċessjonijiet ta’ servizzi għal servizzi ta’ riċerka u żvilupp, li huma koperti mill-kodiċi CPV 73000000-2 sa 73120000-9, 73300000-5, 73420000-2 u 73430000-5 dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
il-benefiċċji jmorru esklużivament għand l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għall-użu tagħha fit-twettiq tan-negozju tagħha; u
is-servizz provdut ikun kompletament remunerat mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.
KAPITOLU II
Prinċipji
Artikolu 26
Operaturi ekonomiċi
Il-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu meħtieġa jindikaw, fl-offerta jew fl-applikazzjoni, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali rilevanti tal-persunal li għandu jkun responsabbli mill-prestazzjoni tal-kuntratt inkwistjoni.
Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jikkjarifikaw fid-dokumenti tal-konċessjoni kif il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fir-rigward tal-istatus ekonomiku u finanzjarju jew tal-kapaċità teknika u professjonali msemmija fl-Artikolu 38 dment li dan ikun iġġustifikat b’raġunijiet oġġettivi u jkun proporzjonat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu termini standard dwar kif gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti. Kwalunkwe kondizzjoni għall-prestazzjoni ta’ konċessjoni minn tali gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, li huma differenti minn dawk imposti fuq parteċipanti individwali, għandhom ukoll ikunu ġġustifikati b’raġunijiet oġġettivi u proporzjonati.
Artikolu 27
Nomenklaturi
Artikolu 28
Kunfidenzjalità
Dan l-Artikolu m’għandux jimpedixxi l-iżvelar pubbliku tal-partijiet mhux kunfidenzjali tal-kuntratti konklużi, inkluża kwalunkwe bidla sussegwenti.
Artikolu 29
Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni
Ħlief fejn l-użu ta’ mezzi elettroniċi jkun obbligatorju skont l-Artikolu 33(2) u l-Artikolu 34, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu mezz ta’ komunikazzjoni wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin għall-iskambju tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni kollha:
mezzi elettroniċi;
posta jew fax;
komunikazzjoni bil-fomm, inkluż bit-telefon fir-rigward ta’ komunikazzjoni li mhijiex l-elementi essenzjali ta’ proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni, u sakemm il-kontenut tal-komunikazzjoni bil-fomm jiġi dokumentat b’mod suffiċjenti fuq mezz durabbli;
twassil bl-idejn iċċertifikat b’konferma ta’ rċevuta.
L-Istati Membri jistgħu jagħmlu obbligatorju l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni għal konċessjonijiet, u jmorru lil hinn mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 33(2) u l-Artikolu 34.
F’kull komunikazzjoni, skambju u ħżin ta’ informazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jiżguraw li l-integrità tad-data u l-kunfidenzjalità tal-applikazzjonijiet u tal-offerti jiġu ppreservati. Huma għandhom jeżaminaw il-kontenut tal-applikazzjonijiet u l-offerti meta l-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tagħhom ikun skada u fl-ebda ħin ieħor.
TITOLU II
REGOLI DWAR L-GĦOTI TA’ KONĊESSJONIJIET:
PRINĊIPJI ĠENERALI, U GARANZIJI PROĊEDURALI
KAPITOLU I
Prinċipji ġenerali
Artikolu 30
Prinċipji ġenerali
Artikolu 31
Avviżi ta’ konċessjonijiet
B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti m’għandhomx ikunu meħtieġa jippubblikaw avviż ta’ konċessjoni fejn ix-xogħol u s-servizzi jkunu jistgħu jingħataw biss minn operatur ekonomiku partikolari minħabba xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
l-għan tal-konċessjoni jkun il-ħolqien jew l-akkwist ta’ opra tal-arti jew prestazzjoni artistika unika;
in-nuqqas ta’ kompetizzjoni għal raġunijiet tekniċi;
l-eżistenza ta’ dritt esklużiv;
il-protezzjoni ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u drittijiet esklużivi ħlief dawk definiti fil-punt (10) tal-Artikolu 5.
L-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu japplikaw biss meta ma teżistix alternattiva jew sostitut raġonevoli u n-nuqqas ta’ kompetizzjoni mhuwiex konsegwenza ta’ limitazzjoni artifiċjali fil-parametri tal-għoti ta’ konċessjoni.
B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti m’għandhiex tkun meħtieġa tippubblika avviż ta’ konċessjoni ġdid meta ma tkun ġiet preżentata l-ebda applikazzjoni jew l-ebda sejħa għal offerta jew l-ebda sejħa għal offerta adatta jew l-ebda applikazzjoni adatta bi tweġiba għal proċedura ta’ konċessjoni preċedenti, dment li l-kondizzjonijiet inizjali tal-kuntratt ta’ konċessjoni ma jinbidlux sostanzjalment u dment li jintbagħat rapport lill-Kummissjoni meta hija titlob hekk;
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, offerta għandha titqies bħala li mhix adatta meta tkun irrelevanti għall-konċessjoni, filwaqt li b’mod ċar ma tkunx kapaċi, mingħajr bidliet sostanzjali, tissodisfa l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti kif speċifikati fid-dokumenti tal-konċessjoni.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, applikazzjoni għandha titqies bħala mhux adatta:
fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jew jista' jiġi eskluż skont l-Artikolu 38(4) sa (9) jew ma jissodisfax il-kriterji ta' għażla stabbiliti mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti skont l-Artikolu 38(1);
fejn l-applikazzjonijiet jinkludu offerti li mhumiex adatti fit-tifsira tat-tieni subparagrafu.
Artikolu 32
Avviżi tal-għoti ta’ konċessjoni
Artikolu 33
Forma u mod ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dawk il-formoli standard permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 50.
Artikolu 34
Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti ta’ konċessjoni
Artikolu 35
Ġlieda kontra l-korruzzjoni u prevenzjoni ta’ konflitti ta’ interess
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti biex jieħdu miżuri adatti sabiex jiġġieldu l-frodi, il-favoritiżmu u l-korruzzjoni u biex b’mod effettiv jipprevjenu, jidentifikaw u jirrimedjaw konflitti ta’ interess li jirriżultaw fit-twettiq ta’ proċeduri tal-għoti ta’ konċessjoni sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni u jkun żgurat trattament ugwali għall-kandidati u l-offerenti kollha.
Il-kunċett ta’ konflitti ta’ interess għandu mill-inqas ikopri kwalunkwe sitwazzjoni fejn il-membri tal-persunal tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti li jkunu involuti fit-twettiq tal-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni jew li jistgħu jinfluwenzaw l-eżitu ta’ dik il-proċedura jkollhom, direttament jew indirettament, interess finanzjarju, ekonomiku jew interess personali ieħor li jista’ jitqies bħala li jikkomprometti l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom fil-kuntest tal-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni.
Fir-rigward tal-konflitti ta’ interess il-miżuri adottati m’għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jipprevjenu konflitt ta’ interess potenzjali jew jeliminaw konflitt ta’ interess identifikat.
KAPITOLU II
Garanziji proċedurali
Artikolu 36
Rekwiżiti tekniċi u funzjonali
Dawk il-karatteristiċi jistgħu wkoll jirreferu għall-proċess speċifiku tal-produzzjoni jew tal-forniment tax-xogħlijiet jew is-servizzi mitluba dment li huma jkunu marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u proporzjonati għall-valur tiegħu u għall-objettivi tiegħu. Il-karatteristiċi jistgħu pereżempju jinkludu l-livelli ta’ kwalità, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatika, it-tfassil li jieħu kont tar-rekwiżiti kollha (inkluż aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà) u l-valutazzjoni tal-konformità, il-prestazzjoni, is-sikurezza jew id-dimensjonijiet, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi tal-ittestjar, l-immarkar u t-tikkettar, jew l-istruzzjonijiet għall-utent.
Artikolu 37
Garanziji proċedurali
Il-konċessjonijiet għandhom jingħataw fuq il-bażi tal-kriterji tal-għotja stabbiliti mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti skont l-Artikolu 41 dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-offerta tikkonforma mar-rekwiżiti minimi stabbiliti, fejn applikabbli, mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti;
l-offerent ikun konformi mal-kondizzjonijiet għal parteċipazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 38(1);
l-offerent ma jkunx eskluż milli jipparteċipa fil-proċedura tal-għotja f’konformità mal-Artikolu 38(4) sa (7), u soġġett għall-Artikolu 38(9).
Ir-rekwiżiti minimi msemmijin fil-punt (a) għandhom jinkludu kondizzjonijiet u karatteristiċi (partikolarment tekniċi, fiżiċi, funzjonali u legali) li kwalunkwe sejħa għal offerti għandha tissodisfa jew ikollha.
L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tipprovdi:
fl-avviż tal-konċessjoni, deskrizzjoni tal-konċessjoni u tal-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni;
fl-avviż tal-konċessjoni, fl-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerta jew f’dokumenti oħra tal-konċessjoni, deskrizzjoni tal-kriterji tal-għotja u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu.
Artikolu 38
Selezzjoni u valutazzjoni kwalitattiva tal-kandidati
L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) għandhom jeskludu operatur ekonomiku milli jipparteċipa fi proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni fejn huma jkunu stabbilixxew li dak l-operatur ekonomiku kien is-suġġett ta’ kundanna b’sentenza definittiva għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, kif definita fl-Artikolu 2 tad-Deċiżijoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI ( 9 );
korruzzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ( 10 ) u l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2003/568/ĠAI ( 11 ), kif ukoll korruzjoni kif definita fil-liġi nazzjonali tal-awtorità jew l-entità kontraenti jew l-operatur ekonomiku;
frodi fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ( 12 );
reati terroristiċi jew reati marbuta ma’ attivitajiet terroristiċi, kif definiti fl-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/JHA ( 13 ) rispettivament, jew inċitazzjoni, għajnuna jew tixwix jew tentattivi għal twettiq ta’ reat, kif spjegat fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas;
ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ).
tħaddim tat-tfal u forom oħra ta’ traffikar tal-bnedmin kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ).
L-obbligu li operatur ekonomiku jiġi eskluż għandu japplika wkoll fejn il-persuna kkundannata b’sentenza definittiva tkun membru tal-korp amministrattiv, ta’ tmexxija jew ta’ superviżjoni ta’ dak l-operatur ekonomiku jew li għandu setgħat ta’ rappreżentazzjoni, deċiżjoni jew kontroll fi ħdanu.
Entitajiet kontraenti oħra mhux imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) għandhom jeskludu operatur ekonomiku milli jipparteċipa fi proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni fejn ikunu konxji li dak l-operatur ekonomiku kien is-suġġett ta’ kundanna b’sentenza definittiva għal waħda mir-raġunijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) jistgħu jeskludu jew jintalbu mill-Istati Membri biex jeskludu milli jipparteċipa fi proċedura ta’ għoti ta’ konċessjoni operatur ekonomiku li l-awtorità jew l-entità kontraenti tkun tista’ turi b’mezzi adatti li l-operatur ekonomiku ma jkunx issodisfa obbligi relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.
Dan il-paragrafu m’għandux japplika aktar meta operatur ekonomiku jkun issodisfa l-obbligi tiegħu billi ħallas jew daħal fi ftehim vinkolanti bil-ħsieb li jitħallsu t-taxxi jew il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali debiti, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe interess akkumulat jew multi.
L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprevedu deroga mill-esklużjoni obbligatorja prevista fil-paragrafu 5, fejn esklużjoni tkun b’mod ċar sproporzjonata, b’mod partikolari fejn ammonti żgħar biss ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ma jkunux tħallsu jew fejn l-operatur ekonomiku kien informat bl-ammont eżatt dovut wara li kiser l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u f’dan il-perijodu ma kellux il-possibbiltà li jieħu miżuri kif previst fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5 qabel l-iskadenza tal-perijodu għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu.
L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jeskludu jew jistgħu jintalbu minn Stat Membru biex jeskludu mill-parteċipazzjoni fl-għoti ta’ konċessjoni kwalunkwe operatur ekonomiku jekk tkun sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
fejn ikun jista’ jintwera bi kwalunkwe mezz adatt kwalunkwe ksur tal-obbligi applikabbli msemmija fl-Artikolu 30(3).
fejn l-operatur ekonomiku jkun fallut jew ikun soġġett għal proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ stralċ, fejn l-assi tiegħu jkunu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew mill-qorti, fejn ikun daħal f’arranġament ma’ kredituri, fejn l-attivitajiet kummerċjali tiegħu jkunu sospiżi jew huwa jkun qiegħed fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali; l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’, iżda, tiddeċiedi li ma teskludihx jew hija tkun rikjesta mill-Istat Membru biex ma teskludix operatur ekonomiku li jkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ hawn fuq fejn hija tkun stabbilixxiet li l-operatur ekonomiku inkwistjoni ser ikun jista’ jwettaq il-konċessjoni, b’kont meħud tar-regoli u l-miżuri nazzjonali applikabbli dwar il-kontinwità tan-negozju fil-każ ta’ dawk is-sitwazzjonijiet;
fejn l-awtorità kontraenti tista’ turi bi kwalunkwe mezz adatt li l-operatur ekonomiku jkun ħati ta’ miskondotta professjonali serja, li titfa’ dubji fuq l-integrazzjoni tiegħu;
fejn konflitt ta’ interess fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 35, ma jkunx jista’ jiġi rimedjat b’mod effettiv bi kwalunkwe miżura oħra inqas intrusiva;
fejn l-awtorità kontraenti għandha indikazzjonijiet plawżibbli biżżejjed biex tikkonkludi li l-operatur ekonomiku ikun daħal fi qbil ma’ operaturi ekonomiċi oħrajn bl-għan li jikkawżaw distorsjoni tal-kompetizzjoni;
fejn l-operatur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fil-prestazzjoni ta’ rekwiżit sostantiv taħt konċessjoni preċedenti jew kuntratt preċedenti ma’ awtorità kontraenti jew ma’ entità kontraenti kif definit f’din id-Direttiva jew fid-Direttiva 2014/25/UE li wassal għat-terminazzjoni antiċipata ta’ dan il-kuntratt preċedenti, penali jew sanzjonijiet komparabbli;
fejn l-operatur ekonomiku kien ħati ta’ rappreżentazzjoni qarrieqa serja fl-għoti tal-informazzjoni rikjesta għall-verifika tan-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni jew biex jiġu sodisfatti l-kriterji ta’ selezzjoni, ikun żamm tali informazzjoni jew ma jistax jippreżenta d-dokumenti meħtieġa għas-sostenn ta’ tali informazzjoni;
fejn l-operatur ekonomiku ikun ħa azzjoni biex jinfluwenza b’mod mhux xieraq il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti, biex jakkwista informazzjoni kunfidenzjali li tista’ tagħtih vantaġġi mhux xierqa fil-proċedura ta’ għoti ta’ konċessjoni jew biex deliberatament jagħti informazzjoni qarrieqa li jista’ jkollha influwenza materjali fuq deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-esklużjoni, is-selezzjoni jew l-għoti;
fil-każ ta’ konċessjonijiet fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà kif imsemmijin fid-Direttiva 2009/81/KE, fejn l-operatur ekonomiku jkun instab, abbażi ta’ kwalunkwe mezz ta’ evidenza, inklużi sorsi ta’ data protetta, li ma kellux l-affidabbiltà meħtieġa biex jiġu evitati riskji għas-sigurtà tal-Istat Membru.
Fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu jeskludu jew jiġu mitluba mill-Istati Membri biex jeskludu operatur ekonomiku fejn jirriżulta li l-operatur ekonomiku inkwistjoni jkun, fir-rigward ta’ atti mwettqa jew li tħallew barra, sew jekk qabel kif ukoll jekk matul il-proċedura, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 u fil-paragrafu 7.
Għal din il-fini, l-operatur ekonomiku għandu juri li hu ħallas jew impenja ruħu li jikkumpensa għal kwalunkwe dannu maħluq mir-reat kriminali jew mill-kondotta ħażina, li ċċara l-fatti u ċ-ċirkostanzi b’mod komprensiv billi kkollabora b’mod attiv mal-awtoritajiet investigattivi u li ħa miżuri konkreti tekniċi, organizzattivi u tal-persunal li huma xierqa sabiex jipprevjenu reati kriminali jew kondotta ħażina ulterjuri. Il-miżuri meħuda mill-operaturi ekonomiċi għandhom jiġu evalwati billi jieħdu kont tal-gravità u ċ-ċirkostanzi partikolari tar-reat kriminali jew tal-kondotta ħażina. Fejn il-miżuri huma meqjusa bħala insuffiċjenti, l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jirċievi dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.
Operatur ekonomiku li jkun ġie eskluż b’sentenza definittiva milli jipparteċipa fi proċeduri ta’ akkwist jew ta’ għoti ta’ konċessjoni m’għandux ikun intitolat li jagħmel użu mill-possibbiltà prevista taħt dan il-paragrafu matul il-perijodu ta’ esklużjoni li jirriżulta minn dik is-sentenza fl-Istati Membri fejn is-sentenza tkun effettiva.
Artikolu 39
Limiti ta’ żmien għall-wasla ta’ applikazzjonijiet u offerti għall-konċessjoni
Artikolu 40
Għoti ta’ informazzjoni lill-kandidati u lill-offerenti
Barra minn hekk, fuq talba tal-parti kkonċernata, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha, mill-aktar fis possibbli, u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum mill-wasla ta’ talba bil-miktub, tinforma lil kwalunkwe offerent li jkun għamel offerta ammissibbli dwar il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula
Artikolu 41
Kriterji tal-għoti
Dawk il-kriterji għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi vverifikata b’mod effettiv l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti.
L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandhom jivverifikaw jekk l-offerti jissodisfawx b’mod adatt il-kriterji tal-għoti.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, fejn l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tirċievi offerta li tipproponi soluzzjoni innovattiva b’livell eċċezzjonali ta’ prestazzjoni funzjonali li ma setgħetx tiġi prevista minn awtorità jew entità kontraenti diliġenti, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’, b’mod eċċezzjonali, timmodifika l-ordni ta’ prevalenza tal-kriterji tal-għoti biex jittieħed kont ta’ dik is-soluzzjoni innovativa. F’dak il-każ, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tinforma lill-offerenti kollha dwar il-modifika tal-ordni ta’ prevalenza u għandha toħroġ stedina ġdida għall-preżentazzjoni ta’ offerti, fir-rigward tal-limiti ta’ żmien minimi msemmija fl-Artikolu 39(4). Fejn il-kriterji tal-għoti jkunu ġew ippubblikati fil-ħin tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-konċessjoni, l-awtorità jew l-entità kontraenti għandha tippubblika konċessjoni ġdida, fir-rigward tal-limiti ta’ żmien minimi msemmijin fl-Artikolu 39(3).
Il-modifika fl-ordni ta’ prevalenza m’għandhiex twassal għal diskriminazzjoni.
TITOLU III
REGOLI DWAR IL-PRESTAZZJONI TA’ KONĊESSJONIJIET
Artikolu 42
Subkuntrattar
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jimponu direttament fuq il-konċessjonarju l-obbligu li jagħti l-informazzjoni rikjesta.
L-ewwel u t-tieni subparagrafi m’għandhomx japplikaw għal fornituri.
L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jestendu jew jistgħu jkunu meħtieġa minn Stati Membri biex jestendu l-obbligi previsti fl-ewwel subparagrafu għal pereżempju:
konċessjonijiet ta’ servizzi oħra minbarra dawk li jikkonċernaw servizzi li jingħataw fil-faċilitajiet taħt is-sorveljanza tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti jew għal fornituri involuti f’konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew servizzi;
subkuntratturi tas-subkuntratturi tal-konċessjonarju jew aktar ‘l isfel fil-katina tas-subkuntrattar.
Bl-għan li jiġi evitat ksur tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 30(3), jistgħu jittieħdu miżuri adatti, bħal:
Fejn id-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru jipprevedi mekkaniżmu ta’ responsabbiltà konġunta bejn is-subkuntratturi u l-konċessjonarju, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li r-regoli rilevanti jiġu applikati f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30(3).
L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jivverifikaw jew jistgħu jintalbu minn Stati Membri biex jivverifikaw jekk hemmx raġunijiet għall-esklużjoni ta’ subkuntratturi skont l-Artikolu 38(4) sa (10). F’tali każijiet, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha titlob lill-operatur ekonomiku biex jibdel subkuntrattur li fir-rigward tiegħu l-verifika wriet li hemm raġunijiet obbligatorji għal esklużjoni. L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tintalab minn Stat Membru biex titlob lill-operatur ekonomiku biex jibdel subkuntrattur li fir-rigward tiegħu l-verifika wriet li hemm raġunijiet mhux obbligatorji għal esklużjoni.
Artikolu 43
Modifika tal-kuntratti matul it-terminu tagħhom
Il-konċessjonijiet jistgħu jiġu modifikati mingħajr proċedura ġdida tal-għoti ta’ konċessjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
fejn il-modifiki, irrispettivament mill-valur monetarju tagħhom, ikunu ġew previsti fid-dokumenti tal-konċessjoni inizjali bi klawżoli ċari, preċiżi u inekwivoċi, li jistgħu jinkludu klawżoli ta’ reviżjoni tal-valur, jew għażliet. Dawn il-klawżoli għandhom jiddikkjaraw l-ambitu u n-natura ta’ modifiki jew għażliet possibbli kif ukoll il-kondizzjonijiet kif dawn jistgħu jintużaw. Huma m’għandhomx jipprevedu modifiki jew għażliet li jibdlu n-natura globali tal-konċessjoni;
għal xogħlijiet jew servizzi addizzjonali mill-konċessjonarju oriġinali li jkunu saru neċessarji u li ma kinux inklużi fil-konċessjoni inizjali fejn il-bidla tal-konċessjonarju:
ma tistax issir għal raġunijiet ekonomiċi jew tekniċi bħalma huma r-rekwiżiti ta’ interkambjalità jew interoperabbiltà ma’ tagħmir, servizzi jew installazzjonijiet eżistenti akkwistati taħt il-konċessjoni inizjali; u
tkun tikkawża inkonvenjenza sinifikanti jew dupplikazzjoni sostanzjali ta’ spejjeż għall-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.
Madankollu, fil-każ ta’ konċessjonijiet mogħtija minn awtorità kontraenti, għall-finijiet li titkompla attività li mhix waħda minn dawk imsemmija fl-Anness II, kwalunkwe żieda fil-valur ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 50 % tal-valur tal-konċessjoni oriġinali. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, dik il-limitazzjoni għandha tapplika għall-valur ta’ kull modifika. Tali modifiki konsekuttivi ma għandomx ikunu mmirati lejn iċ-ċirkomvenzjoni ta’ din id-Direttiva;
fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-ħtieġa għal modifika seħħet minħabba ċirkostanzi li awtorità kontraenti jew entità kontraenti diliġenti ma setgħetx tbassar;
il-modifika ma tibdilx in-natura inġenerali tal-konċessjoni;
fil-każ ta’ konċessjonijiet mogħtija minn awtorità kontraenti, għall-finijiet li titkompla attività li mhix waħda minn dawk imsemmija fl-Anness II, kwalunkwe żieda fil-valur ma tistax tkun ta’ aktar minn 50 % tal-valur tal-konċessjoni oriġinali. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, din il-limitazzjoni għandha tapplika għall-valur ta’ kull modifika. Tali modifiki konsekuttivi ma għandomx ikunu mmirati lejn iċ-ċirkomvenzjoni ta’ din id-Direttiva;
fejn konċessjonarju ġdid jibdel lill-konċessjonarju li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tkun inizjalment tat il-konċessjoni bħala konsegwenza ta’:
klawżola ta’ reviżjoni jew għażla inekwivoka f’konformità mal-punt (a);
suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-konċessjonarju inizjali, wara ristrutturar korporattiv, inkluż teħid ta’ pussess, amalgamazzjoni u akkwist jew insolvenza, ta’ operatur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji ta’ selezzjoni kwalitattiva stabbiliti inizjalment, dment li dan ma jwassalx għal modifiki sostanzjali oħra għall-kuntratt u ma jkunx immirat lejn iċ-ċirkomvenzjoni tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; jew
fil-każ li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti nnifisha tassumi l-obbligi tal-konċessjonarju prinċipali fir-rigward tas-subkuntratturi tiegħu fejn din il-possibbiltà tkun prevista fil-leġislazzjoni nazzjonali;
fejn il-modifiki, irrispettivament mill-valur tagħhom, ma jkunux sostanzjali fis-sens tal-paragrafu 4.
L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti li jkunu mmodifikaw konċessjoni fil-każijiet stabbiliti taħt punti (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu għandhom jippubblikaw avviż għal dak l-effett f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Tali avviż għandu jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness XI u għandu jiġi ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 33.
Barra minn hekk, u mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġi vverifikat jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti taħt il-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 4 jkunux sodisfatti, il-konċessjonijiet jistgħu wkoll jiġu mmodifikati mingħajr il-ħtieġa ta’ proċedura ġdida għall-għoti ta’ konċessjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva fejn il-valur tal-modifika jkun inqas mill-valuri li ġejjin:
il-limitu stabbilit fl-Artikolu 8; u
10 % tal-valur tal-konċessjoni inizjali.
Madankollu, il-modifika ma tibdilx in-natura globali tal-konċessjoni. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, il-valur għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-valur kumulattiv nett tal-modifiki suċċessivi.
Modifika ta’ konċessjoni matul it-terminu tagħha għandha titqies li hija sostanzjali skont it-tifsira ta’ punt (e) tal-paragrafu 1, fejn din trendi l-konċessjoni materjalment differenti fil-karattru minn dik inizjalment konkluża. Fi kwalunkwe eventwalità, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, modifika għandha titqies li hija sostanzjali fejn tkun sodisfatta waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-modifika tintroduċi kondizzjonijiet li, kieku kienu parti mill-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni inizjali, kienu jippermettu l-ammissjoni ta’ applikanti oħra minbarra dawk inizjalment magħżula, jew għall-aċċettazzjoni ta’ offerta minbarra dik aċċettata oriġinarjament jew kienu jattiraw parteċipanti addizzjonali fil-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni;
il-modifika tibdel il-bilanċ ekonomiku tal-konċessjoni favur il-konċessjonarju b’tali mod li ma kienx previst fil-konċessjoni inizjali;
il-modifika testendi l-ambitu tal-konċessjoni b’mod konsiderevoli;
fejn konċessjonarju ġdid jibdel lill-konċessjonarju li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kienet inizjalment tat il-konċessjoni f’każijiet oħra minbarra dawk previsti taħt punt (d) tal-paragrafu 1.
Artikolu 44
Terminazzjoni ta’ konċessjonijiet
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jkollhom il-possibbiltà skont il-kondizzjonijiet determinati mid-dritt nazzjonali applikabbli, li jitterminaw konċessjoni matul it-terminu tagħha, fejn tiġi sodisfatta waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
tkun saret modifika tal-konċessjoni li tkun teħtieġ proċedura ġdida ta’ għoti ta’ konċessjoni skont l-Artikolu 43;
il-konċessjonarju kien, fil-ħin tal-għoti tal-konċessjoni, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 38(4) u għalhekk kellu jiġi eskluż mill-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni;
fi proċedura skont l-Artikolu 258 tat-TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ssib li Stat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont it-Trattati minħabba l-fatt li awtorità kontraenti jew entità kontraenti li tappartjeni għal dak l-Istat Membru tkun tat il-konċessjoni inkwistjoni mingħajr ma kkonformat mal-obbligi tagħha skont it-Trattati u din id-Direttiva.
Artikolu 45
Monitoraġġ u rappurtar
Il-Kummissjoni tista’, l-aktar kull tliet snin, titlob lill-Istati Membri biex jibagħtu lill-Kummissjoni rapport ta’ monitoraġġ li jkopri, ħarsa ġenerali tal-kawżi l-aktar frekwenti ta’ applikazzjoni skorretta tar-regoli għall-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjonijiet, inklużi każijiet possibbli ta’ frodi u aġir illegali ieħor.
TITOLU IV
EMENDI GĦAD-DIRETTIVI 89/665/KEE U 92/13/KEE
Artikolu 46
Emendi għad-Direttiva 89/665/KEE
Id-Direttiva 89/665/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:
Fl-Artikolu 1 il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:
Din id-Direttiva tapplika wkoll għal konċessjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti, imsemmija fid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ), sakemm dawn il-konċessjonijiet ma jkunux esklużi skont l-Artikoli 10, 11, 12, 17 u 25 ta’ dik id-Direttiva.
Il-kuntratti skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva jinkludu kuntratti pubbliċi, ftehimiet ta’ qafas, konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u servizzi u sistemi dinamiċi ta’ xiri.’
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi, rigward kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE, id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiġu riveduti b’mod effettiv u, b’mod partikolari, malajr kemm jista’ jkun f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 2f ta’ din id-Direttiva, għar-raġuni li dawn id-deċiżjonijiet ikunu kisru l-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dik il-liġi.
Fl-Artikolu 2a, il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:
“Kuntratt ma jistax jiġi konkluż wara d-deċiżjoni li jingħata kuntratt li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas 10 ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li fiha tintbagħat id-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt lill-offerenti u lill-kandidati konċernati jekk jintużaw fax jew mezzi elettroniċi, jew jekk jintużaw mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn, qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas 15-il jum kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li fiha tintbagħat id-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt lill-offerenti u lill-kandidati konċernati jew mill-inqas 10 ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data tal-wasla tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt.”;
fir-raba’ subparagrafu, l-ewwel inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:
sommarju tar-raġunijiet rilevanti, kif jinsabu fl-Artikolu 55(2) tad-Direttiva 2014/24/UE, soġġett għall-Artikolu 55(3) ta’ dik id-Direttiva, jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, soġġett għall-Artikolu 40(2) ta’ dik id-Direttiva u,”
l-Artikolu 2b, huwa emendat kif ġej:
fl-ewwel paragrafu:
il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:
jekk id-Direttiva 2014/24/UE jew, fejn rilevanti, id-Direttiva 2014/23/UE ma tirrikjedix pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;”;
il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:
fil-każ ta’ kuntratt ibbażat fuq ftehim qafas kif previst fl-Artikolu 33 tad-Direttiva 2014/24/UE u fil-każ ta’ kuntratt speċifiku bbażat fuq sistema dinamika ta’ akkwist kif previst fl-Artikolu 34 ta’ dik id-Direttiva.”;
fit-tieni paragrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż għandhom jinbidlu b’li ġej:
ikun hemm ksur tal-punt (c) tal-Artikolu 33(4) jew tal-Artikoli 34(6) tad-Direttiva 2014/24/UE, u
il-valur tal-kuntratt ikun stmat li huwa ugwali għal jew jaqbeż illimiti massimi stabbiliti fl Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE.”
Fl-Artikolu 2c, il-kliem “Direttiva 2004/18/KE” għandhom jinbidlu bil-kliem “Direttiva 2014/24/UE jew Direttiva 2014/23/UE”;
L-Artikolu 2d għandu jiġi emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1:
il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:
jekk l-awtorità kontraenti tkun tat kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma dan ikun permissibbli skont id-Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE”;
fil-punt (b) il-kliem “Direttiva 2004/18/KE” għandhom jinbidlu bil-kliem “Direttiva 2014/24/UE jew Direttiva 2014/23/UE”;
fil-paragrafu 4, l-ewwel inċiż huwa mibdul b’dan li ġej:
l-awtorità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huwa permissibbli skont id-Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE,”
fil-paragrafu 5, l-ewwel inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:
l-awtorità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt ikun skont il-punt (c) tal-Artikolu 33(4) jew l-Artikoli 34(6) tad-Direttiva 2014/24/UE,”
Fl-Artikolu 2f(1), il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:
qabel l-iskadenza ta’ mill-inqas 30 jum kalendarju b’effett mill-jum ta’ wara d-data li fiha:
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:
Artikolu 47
Emendi għad-Direttiva 92/13/KEE
Id-Direttiva 92/13/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:
Il-kuntratti fit-tifsira ta’ din id-Direttiva jinkludu kuntratti ta’ provvista, ta’ xogħol u ta’ servizzi, konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u servizzi, ftehim qafas u sistemi dinamiċi ta’ xiri.
Din id-Direttiva tapplika wkoll għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti, imsemmija fid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *4 ) ta’..dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni sakemm dawn il-kuntratti ma jkunux esklużi skont l-Artikoli 10, 12, 13, 14, 16, 17, u 25 ta’ dik id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi, rigward kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE, deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiġu riveduti b’mod effettiv u, b’mod partikolari, malajr kemm jista’ jkun f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 2f ta’ din id-Direttiva, fuq il-bażi li tali deċiżjonijiet jiksru l-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dik il-liġi.
L-Artikolu 2a, il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:
“Kuntratt ma jistax jiġi konkluż wara d-deċiżjoni li jingħata kuntratt li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas 10 ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li fiha tintbagħat id-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt lill-offerenti u lill-kandidati konċernati jekk jintużaw fax jew mezzi elettroniċi, jew jekk jintużaw mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn, qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas 15-il jum kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li fiha tintbagħat id-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt lill-offerenti u lill-kandidati konċernati jew mill-inqas 10 ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data tal-wasla tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt.”;
fir-raba’ subparagrafu, l-ewwel inċiż huwa mibdul b’dan li ġej:
sommarju tar-raġunijiet rilevanti kif jinsabu fl-Artikolu 75(2) tad-Direttiva 2014/25/UE, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 75(3) ta’ dik id-Direttiva jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40(2) ta’ dik id-Direttiva, u”
l-Artikolu 2b huwa emendat kif ġej:
fl-ewwel paragrafu:
il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:
jekk id-Direttiva 2014/25/UE jew, fejn rilevanti, id-Direttiva 2014/23/UE ma tirrikjedix pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;”
il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:
fil-każ ta’ kuntratti speċifiċi bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri kif previst fl-Artikolu 52 tad-Direttiva 2014/25/UE.”
fit-tieni paragrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż huma mibdula minn dan li ġej:
ikun hemm ksur tal-Artikolu 52(6) tad-Direttiva 2014/25/UE, u
il-valur tal-kuntratt ikun stmat li huwa ugwali għal jew jaqbeż illimiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE.”
Fl-Artikolu 2c, il-kliem “Direttiva 2004/17/KE” għandhom jinbidlu bil-kliem “Direttiva 2014/25/UE jew Direttiva 2014/23/UE”
L-Artikolu 2d għandu jiġi emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1,
punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:
jekk l-entità kontraenti tkun tat kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma dan ikun permissibbli skont id-Direttiva 2014/25/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE”;
fil-punt (b), il-kliem “Direttiva 2004/17/KE” għandhom jinbidlu bil-kliem “Direttiva 2014/25/UE jew Direttiva 2014/23/UE”;
fil-paragrafu 4, l-ewwel inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:
l-entità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huwa permissibbli skont id-Direttiva 2014/25/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE,”;
fil-paragrafu 5, l-ewwel inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:
l-entità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt huwa f’konformità mal-Artikoli 52(6) tad-Direttiva 2014/25/UE,”
Fl-Artikolu 2f(1), il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:
qabel l-iskadenza ta’ mill-inqas 30 jum kalendarju b’effett mill-jum ta’ wara d-data li fiha:
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’dan li ġej:
TITOLU V
SETGĦAT DELEGATI, SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 48
Eżerċitar tad-delega
Artikolu 49
Proċedura ta’ urġenza
Artikolu 50
Proċedura ta’ Kumitat
Artikolu 51
Traspożizzjoni
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
Artikolu 52
Dispożizzjonijiet transitorji
Referenzi għall-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/17/KE u għall-Artikolu 1(3) u (4) u t-Titolu III tad-Direttiva 2004/18/KE għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva.
Artikolu 53
Monitoraġġ u rappurtar
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effetti ekonomiċi fuq is-suq intern, partikolarment fir-rigward ta’ fatturi bħall-għoti ta’ kuntratti transkonfinali u l-ispejjeż tat-transazzjonijiet, li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 8 u tirraporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2019. L-adegwatezza tal-livell tal-limiti għandha tiġi eżaminata fil-kuntest ta’ negozjati skont il-FAP b’kont meħud tal-impatt tal-inflazzjoni u l-ispejjeż tat-transazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun possibbli u adatt, tikkunsidra li tissuġġerixxi żieda tal-ammonti limiti applikabbli taħt il-FAP matul iċ-ċiklu ta’ negozjati li jmiss.
Fil-każ ta’ kwalunkwe bidla fl-ammonti massimi applikabbli taħt il-FAP, ir-rapport għandu, fejn dan ikun xieraq, ikun segwit minn proposta leġiżlattiva li temenda l-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva.
Il-Kummissjoni għandha wkoll tivvaluta l-effetti ekonomiċi fuq is-suq intern tal-esklużjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12 b’kont meħud tal-istrutturi speċifiċi tas-settur tal-ilma, u tirrapporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2019.
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta’ din id-Direttiva u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2021, u kull ħames snin wara dan, abbażi tal-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jipprovdu f’konformità mal-Artikolu 45(3).
Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati tar-reviżjoni imwettqa f’konformità mar-raba’ paragrafu disponibbli pubblikament.
Artikolu 54
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-għoti ta’ konċessjonijiet offruti jew mogħtija qabel is-17 ta’ April 2014.
Artikolu 55
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
LISTA TAL-ATTIVITAJIET IMSEMMIJA FIL-PUNT (7) TAL-ARTIKOLU 5 (1)
Rev. 1 (2) |
Kodiċi CPV |
||||
TAQSIMA F |
KOSTRUZZJONI |
||||
Diviżjoni |
Grupp |
Klassi |
Suġġett |
Noti |
|
45 |
|
|
Kostruzzjoni |
Din id-diviżjoni tinkludi: — Kostruzzjoni ta’ bini ġdid u xogħlijiet, restawrar u tiswijiet komuni. |
45000000 |
|
45,1 |
|
Preparazzjoni tas-sit |
|
45100000 |
|
|
45,11 |
Demolizzjoni u tifrik ta’ bini; ċaqliq ta’ terrepien |
Din il-klassi tinkludi: — demolizzjoni ta’ bini u strutturi oħrajn, — tindif ta’ siti ta’ bini, — skavar, mili ta’ art, livellar u gradazzjoni ta’ siti ta’ kostruzzjoni, tħaffir ta’ trinek, tneħħija ta’ blat, sparar ta’ furnelli, eċċ. — preparazzjoni tas-sit għat-tħaffir tal-minjieri, — tneħħija tal-materjal tal-wiċċ u żviluppi u preparamenti oħrajn ta’ proprjetajiet u siti minerali. Din il-klassi tinkludi wkoll: — drenaġġ tas-sit tal-bini, — drenaġġ ta’ art agrikola jew imsaġġra. |
45110000 |
|
|
45,12 |
Tħaffir u titqib bi prova |
Din il-klassi tinkludi: — tħaffir bi prova, titqib bi prova u teħid ta’ kampjuni għal skopijiet ta’ kostruzzjoni, ġeofiżiċi, ġeoloġiċi jew simili. Din il-klassi teskludi: — tħaffir ta’ bjar tal-produzzjoni taż-żejt jew tal-gass, ara 11.20, — tħaffir ta’ bjar tal-ilma, ara 45.25, — tħaffir ta’ xaftijiet, ara 45.25, — esplorazzjoni ta’ baċir taż-żejt u tal-gass, stħarriġ ġeofiżiku, ġeoloġiku u siżmiku, ara 74.20. |
45120000 |
|
45,2 |
|
Bini ta’ kostruzzjonijiet sħaħ jew partijiet tagħhom; inġinerija ċivili |
|
45200000 |
|
|
45,21 |
Kostruzzjoni ġenerali tal-bini u xogħlijiet ta’ inġinerija ċivili |
Din il-klassi tinkludi: — kostruzzjoni tat-tipi kollha ta’ bini — kostruzzjonijiet ta’ inġinerija ċivili, — pontijiet, inklużi dawk għal awtostradi elevati, vijadotti, mini u passaġġi taħt it-triq, — linji ta’ pajpijiet fit-tul, linji tal-komunikazzjoni u tal-enerġija, — linji ta’ pajpijiet urbani, linji urbani ta’ komunikazzjoni u tal-enerġija, — xogħlijiet urbani anċillari, — assemblaġġ u twaqqif ta’ kostruzzjonijiet prefabbrikati fuq is-sit. Din il-klassi teskludi: — attivitajiet ta’ servizz inċidentali għall-estrazzjoni taż-żejt u l-gass, ara 11.20, — twaqqif ta’ kostruzzjonijiet prefabbrikati sħaħ minn partijiet awtomanifatturati mhux tal-konkrit, ara d-diviżjonijiet 20, 26 u 28, — xogħol ta’ kostruzzjoni, minbarra bini, għal stadji, pixxini tal-għawm, ġinnażji, kampijiet tat-tenis, korsijiet tal-golf u installazzjonijiet sportivi oħra, ara 45.23, — installazzjonijiet ta’ bini, ara 45.3, — kompletar ta’ bini, ara 45.4, — attivitajiet arkitettoniċi u ta’ inġinerija, ara 74.20, — ġestjoni ta’ proġetti għal kostruzzjoni, ara 74.20. |
45210000 Ħlief: – 45213316 45220000 45231000 45232000 |
|
|
45,22 |
Immuntar ta’ kisi u oqfsa ta’ bjut |
Din il-klassi tinkludi: — bini ta’ bjut, — kisi ta’ bjut, — issiġillar mill-ilma. |
45261000 |
|
|
45,23 |
Kostruzzjoni ta’ awtostradi, toroq, ajruporti u faċilitajiet sportivi |
Din il-klassi tinkludi: — kostruzzjoni ta’ awtostradi, toroq, toroq prinċipali u mogħdijiet oħra għall-vetturi u għall-mixi, — kostruzzjoni ta’ binarji tal-ferrovija, — kostruzzjoni ta’ runways għall-ajruplani, — xogħol ta’ kostruzzjoni, minbarra bini, għal stadji, pixxini tal-għawm, ġinnażji, kampijiet tat-tenis, korsijiet tal-golf u installazzjonijiet sportivi oħra, — żbigħ ta’ marki fuq uċuh tat-toroq u parkeġġi tal-karozzi. Din il-klassi teskludi: — ċaqliq preliminari ta’ terrapien, ara 45.11. |
45212212 u DA03 45230000 ħlief: – 45231000 – 45232000 – 45234115 |
|
|
45,24 |
Kostruzzjoni ta’ proġetti tal-ilma |
Din il-klassi tinkludi — kostruzzjoni ta’: — mogħdijiet tal-ilma, xogħlijiet f’portijiet u xmajjar, portijiet tad-divertiment (marini), mekkaniżmi tad-diżlivelli fix-xmajjar, eċċ., — digi, — tħammil, — xogħol taħt il-wiċċ. |
45240000 |
|
|
45,25 |
Xogħol ieħor ta’ kostruzzjoni li jinvolvi snajja’ speċjali |
Din il-klassi tinkludi: — attivitajiet ta’ kostruzzjoni li jispeċjalizzaw f’aspett wieħed komuni għal tipi differenti ta’ strutturi, li jeħtieġu sengħa jew apparat speċjalizzat, — kostruzzjoni ta’ pedamenti, inkluż tismir ta’ pilastri fl-art, — tħaffir u kostruzzjoni ta’ bjar tal-ilma, tħaffir ta’ xaftijiet, — twaqqif ta’ elementi tal-azzar mhux awtomanifatturati, — tagħwiġ tal-azzar, — tqegħid ta’ brikks u ssettjar ta’ ġebel, — scaffolds u armar u żmontar ta’ pjattaformi tax-xogħol, inkluż kiri ta’ scaffolds u pjattaformi tax-xogħol, — twaqqif ta’ ċmieni u fran industrijali. Din il-klassi teskludi: — kiri of scaffolds mingħajr armar u żmontar, ara 71.32 |
45250000 45262000 |
|
45,3 |
|
Installazzjoni ta’ bini |
|
45300000 |
|
|
45,31 |
Installazzjoni ta’ wajers u attrezzaturi tal-elettriku |
Din il-klassi tinkludi: installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’: — wajers u attrezzaturi tal-elettriku, — sistemi tat-telekomunikazzjoni, — sistemi ta’ tisħin bl-elettriku, — antenni u aerials residenzali, — sistemi ta’ allarm tan-nirien, — sistemi ta’ allarm kontra s-serq, — liftijiet u eskalejters, — kalamiti tas-sajjetti, eċċ. |
45213316 45310000 Ħlief: – 45316000 |
|
|
45,32 |
Attivitajiet ta’ xogħol ta’ iżolament |
Din il-klassi tinkludi: — installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’ iżolament għas-sħana, il-ħsejjes jew il-vibrazzjoni. Din il-klassi teskludi: — issiġillar mill-ilma, ara 45.22. |
45320000 |
|
|
45,33 |
Tagħmir idrawliku |
Din il-klassi tinkludi: — installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’: — tagħmir idrawliku u sanitarju, — attrezzaturi tal-gass, — tagħmir u tubi għat-tisħin, il-ventilazzjoni, ir-refriġerazzjoni jew l-ikkondizzjonar tal-arja, — sistemi ta’ tbexxix. Din il-klassi teskludi: — installazzjoni ta’ sistemi ta’ tisħin bl-elettriku, ara 45.31. |
45330000 |
|
|
45,34 |
Installazzjonijiet oħra f’bini |
Din il-klassi tinkludi: — installazzjoni ta’ sistemi ta’ illuminazzjoni u sinjalar għal toroq, ferroviji, ajruporti u portijiet, — installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’ attrezzaturi u montaġġi mhux klassifikati xi mkien ieħor |
45234115 45316000 45340000 |
|
45,4 |
|
Kompletar ta’ bini |
|
45400000 |
|
|
45,41 |
Kisi |
Din il-klassi tinkludi: — applikazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’ kisi jew tikħil ta’ ġewwa u ta’ barra, inkluż materjal tal-injam relatat. |
45410000 |
|
|
45,42 |
Installazzjonijiet mill-mastrudaxxa |
Din il-klassi tinkludi: — installazzjoni ta’ bibien, twieqi, ċaċċiż tal-bibien u tat-twieqi, kċejjen tal-qies, turġien, armaturi tal-ħwienet u ħwejjeġ simili, mhux awtomanifatturati, tal-injam jew ta’ materjal ieħor, — kompletar ta’ ġewwa bħal soffitti, kisjiet tal-injam tal-ħitan, ħitan diviżorji mobbli, eċċ. Din il-klassi teskludi: — it-tqegħid ta’ parkett u kisi ieħor tal-injam tal-art, ara 45.43. |
45420000 |
|
|
45,43 |
Kisi tal-art u l-ħitan |
Din il-klassi tinkludi: — tqegħid, kisi bil-madum, dendil jew immontar f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’: — madum tal-ħitan jew tal-art taċ-ċeramika, tal-konkrit jew tal-ġebel maqtugħ, — parkett u kisi ieħor tal-art bl-injam, tapiti u kisi tal-art bil-linolju, — inkluż tal-gomma jew tal-plastik, — kisi tal-art jew tal-ħitan bit-terrazzo, l-irħam, il-granit jew bil-lavanja, — karti tal-ħitan. |
45430000 |
|
|
45,44 |
Żebgħa u tqegħid ta’ ħġieġ |
Din il-klassi tinkludi: — żebgħa minn ġewwa u minn barra ta’ bini, — żebgħa ta’ strutturi tal-inġinerija ċivili, — installazzjoni ta’ ħġieġ, mirja, eċċ. Din il-klassi teskludi: — installazzjoni ta’ twieqi, ara 45.42. |
45440000 |
|
|
45,45 |
Kompletar ta’ bini ieħor |
Din il-klassi tinkludi: — installazzjoni ta’ pixxini tal-għawm privati, — tindif bil-fwar, sand blasting u attivitajiet similari fuq barra tal-bini, — kompletar ieħor ta’ bini u xogħol ta’ rfinar mhux klassifikat xi mkien ieħor Din il-klassi teskludi: — tindif min ġewwa ta’ bini u strutturi oħra, ara 74.70. |
45212212 u DA04 45450000 |
|
45,5 |
|
Kiri ta’ apparat tal-kostruzzjoni jew tad-demolizzjoni bl-operatur |
|
45500000 |
|
|
45,50 |
Kiri ta’ apparat tal-kostruzzjoni jew tad-demolizzjoni bl-operatur |
Din il-klassi teskludi: — kiri ta’ makkinarju u apparat għal kostruzzjoni jew demolizzjoni mingħajr operaturi, ara 71.32. |
45500000 |
(1)
Fil-każ ta’ differenza fl-interpretazzjoni bejn is-CPV u n-NACE, tapplika n-nomenklatura tas-CPV.
(2)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1). |
ANNESS II
ATTIVITAJIET EŻERĊITATI MINN ENTITAJIET KONTRAENTI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 7
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jirregolaw konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti għandhom japplikaw għall-attivitajiet li ġejjin:
Fir-rigward tal-gass u t-tisħin:
il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ gass jew tisħin;
il-provvista ta’ gass jew tisħin lil dawn in-netwerks.
Il-provvista minn entità kontraenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(1) ta' gass jew tisħin lil netwerks fissi li jipprovdu servizz lill-pubbliku m'għandhiex titqies li hija attività rilevanti skont it-tifsira tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:
il-produzzjoni ta’ gass jew tisħin minn dik l-entità kontraenti hija l-konsegwenza inevitabbli li tirriżulta mit-twettiq ta’ attività apparti dawk imsemmija f’dan il-paragrafu jew fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Anness;
il-provvista lin-netwerk pubbliku għandha l-għan biss li tisfrutta ekonomikament dik il-produzzjoni u tammonta għal mhux aktar minn 20 % tal-fatturat ta’ dik l-entità kontraenti abbażi tal-medja fuq it-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “provvista” tinkludi l-ġenerazzjoni/produzzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut ta’ gass. Madankollu, il-produzzjoni ta’ gass fil-forma ta’ estrazzjoni taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Anness.
Fir-rigward tal-elettriku:
il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni tal-elettriku;
il-provvista tal-elettriku lil dawk in-netwerks fissi.
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-provvista tal-elettriku tinkludi l-ġenerazzjoni/produzzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut ta’ elettriku.
Il-provvista minn entità kontraenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(1) tal-elettriku lin-netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku m'għandhiex titqies li hija attività rilevanti skont it-tifsira tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:
il-produzzjoni tal-elettriku minn dik l-entità kontraenti sseħħ minħabba li l-konsum tiegħu huwa meħtieġa għat-twettieq ta’ attività oħra minbarra dawk imsemmija f’dan il-paragrafu jew fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Anness
il-provvista lin-netwerk pubbliku tiddependi biss mill-konsum ta’ dik l-entità kontraenti stess u ma tkunx qabżet it-30 % tal-produzzjoni totali ta’ enerġija ta’ dik l-entità kontraenti, abbażi tal-medja fuq it-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.
Attivitajiet li għandhom x ‘jaqsmu mal-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, sistemi awtomatizzati, bit-trammijiet, trolley bus, karozza tal-linja jew kejbil.
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ servizzi tat-trasport, netwerk għandu jiġi kkunsidrat li hu stabbilit fejn is-servizz ikun ipprovdut f’kondizzjonijiet ta’ tħaddim preskritti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, bħal kondizzjonijiet fuq ir-rotot li għandhom jiġu servuti, il-kapaċità li għandha tkun disponibbli jew il-frekwenza tas-servizz.
Attivitajiet marbuta mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika għall-fini ta’ forniment ta’ ajruporti u portijiet marittimi jew interni jew faċilitajiet terminali oħrajn lill-operaturi tal-ajru, tal-baħar jew fuq l-ilmijiet interni.
Attivitajiet relatati mal-forniment ta’:
servizzi postali;
servizzi oħra għajr servizzi postali, bil-kondizzjoni li dawn is-servizzi huma pprovduti minn entità li tipprovdi wkoll servizzi postali skont it-tifsira tal-punt (ii) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u dment li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2014/25/UE ma jkunux sodisfatti fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu taħt il-punt (ii) tat-tieni subparagrafu.
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 97/67/KE:
“oġġett postali”: tfisser oġġett indirizzat fil-forma finali li fiha għandu jinġarr, irrispettivament mit-toqol. Minbarra l-oġġetti ta’ korrispondenza, dawn l-oġġetti jinkludu wkoll pereżempju kotba, katalogi, gazzetti, perjodiċi u pakketti postali li jkun fihom merkanzija b’valur kummerċjali jew mingħajru, irrispettivament mit-toqol;
“servizzi postali”: tfisser servizzi li jikkonsistu fil-ġbir, l-issortjar, il-ħruġ u t-tqassim ta’ oġġetti postali. Dan għandu jinkludi kemm is-servizzi li jaqgħu fi ħdan, kif ukoll is-servizzi li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizz universali stabbilit f’konformità mad-Direttiva 97/67/KE;
“servizzi oħra għajr servizzi postali”: tfisser servizzi pprovduti fl-oqsma li ġejjin:
Attivitajiet marbuta mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika għall-fini ta’:
estrazzjoni ta’ żejt jew gass;
esplorazzjoni għal, jew estrazzjoni ta’ faħam jew fjuwils solidi oħra.
ANNESS III
LISTA TA’ ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FIL-PUNT (B) TAL-ARTIKOLU 7(3)
Drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura li fiha ġiet żgurata pubbliċità adegwata u fejn l-għoti ta’ dawk id-drittijiet kien ibbażat fuq kriterji oġġettivi m’għandhomx jikkostitwixxu “drittijiet speċjali jew esklużivi” fis-sens ta’ din id-Direttiva. Dan li ġej jelenka proċeduri, li jiżguraw trasparenza adegwata minn qabel, għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet fuq il-bażi ta’ atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni li ma jikkostitwixxux “drittijiet speċjali jew esklużivi” fis-sens ta’ din id-Direttiva:
L-għoti ta’ awtorizzazzjoni sabiex jitħaddmu installazzjonijiet tal-gass naturali skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/73/KE;
Awtorizzazzjoni jew stedina għal offerti għall-kostruzzjoni ta’ installazzjonijiet ġodda tal-produzzjoni elettrika f’konformità mad-Direttiva 2009/72/KE;
L-għoti, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/67/KE, ta’ awtorizzazzjonijiet fir-rigward ta’ servizz postali li mhuwiex jew li m’għandux jiġi riżervat;
Proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-issoktar ta’ attività li tinvolvi l-isfruttar ta’ idrokarburi f’konformità mad-Direttiva 94/22/KE;
Kuntratti ta’ servizz pubbliku skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għall-forniment ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’karozzi tal-linja, trammijiet, ferrovija jew metro, li ngħataw abbażi ta’ proċedura kompetittiva ta’ offerti f’konformità mal-Artikolu 5(3) tiegħu, dment li t-tul tagħhom jikkonforma mal-Artikolu 4(3) jew (4) ta’ dak ir-Regolament.
ANNESS IV
SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 19
Kodiċi CPV |
Deskrizzjoni |
79611000-0; 75200000-8; 75231200-6; 75231240-8; 79622000-0 [Servizzi ta’ provvista ta’ persunal ta’ għajnuna domestika]; 79624000-4 [Servizzi ta’ provvista ta’ persunal infermiera] u 79625000-1 [Servizzi ta’ forniment ta’ persunal mediku]minn 85000000-9 sa 85323000-9; 85143000-3, 98133100-5, 98133000-4 u 98200000-5 u 98500000-8 [Djar privati b’persuni impjegati] u 98513000-2 sa 98514000-9 [Servizzi ta’ xogħol manwali ġewwa djar, Servizzi ta’ persunal ta’ aġenzija għal djar, Servizzi ta’ persunal klerikali għal djar, Persunal temporanju ġewwa djar, Servizzi ta’ għajnuna fid-dar u Servizzi domestiċi], |
Saħħa, servizzi soċjali u servizzi relatati |
85321000-5 u 85322000-2, 75000000-6 [Servizzi ta’ amministrazzjoni, difiża u sigurtà soċjali], 75121000-0, 75122000-7, 75124000-1; minn 79995000-5 sa 79995200-7; minn 80000000-4 Servizzi tal-edukazzjoni u t-taħriġ sa 80660000-8; minn 92000000-1 sa 92342200-2; minn 92360000-2 sa 92700000-8; 79950000-8 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ wirjiet, fieri u kungressi], 79951000-5 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ seminars], 79952000-2 [Servizzi ta’ avvenimenti], 79952100-3 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ avvenimenti kulturali], 79953000-9 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ festivals], 79954000-6 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ parties], 79955000-3 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ wirjiet tal-moda], 79956000-0 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ fieri u wirjiet] |
Servizzi amministrattivi, soċjali, edukattivi, tal-kura tas-saħħa u kulturali |
75300000-9 |
Servizzi tas-sigurtà soċjali obbligatorja (1) |
75310000-2, 75311000-9, 75312000-6, 75313000-3, 75313100-4, 75314000-0, 75320000-5, 75330000-8, 75340000-1 |
Servizzi ta’ benefiċċju |
98000000-3; 98120000-0; 98132000-7; 98133110-8 and 98130000-3 |
Servizzi oħra komunitarji, soċjali u personali inkluż servizzi mogħtija minn sindakati, organizzazzjonijiet politiċi, assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ u servizzi oħra ta’ organizzazzjoni bi sħubija. |
98131000-0 |
Servizzi reliġjużi |
55100000-1 sa 55410000-7; 55521000-8 sa 55521200-0 [55521000-8 Servizzi tal-ikel għal djar privati, 55521100-9 Servizzi ta’ “meals-on-wheels”, 55521200-0 Servizzi ta’ kunsinna ta’ ikliet]. 55520000-1 Servizzi tal-ikel, 55522000-5 Servizzi tal-ikel għal intrapriżi tat-trasport, 55523000-2 Servizzi tal-ikel għal intrapriżi oħra jew istituzzjonijiet oħra, 55524000-9 Servizzi tal-ikel għall-iskejjel 55510000-8 Servizzi ta’ kantin, 55511000-5 Servizzi ta’ kantin u ta’ kafetteriji bi klijentela ristretta, 55512000-2 Servizzi ta’ ġestjoni ta’ kantin, 55523100-3 Servizzi ta’ ikliet għall-iskejjel |
Servizzi ta’ lukandi u ristoranti |
79100000-5 sa 79140000-7; 75231100-5; |
Servizzi legali, sa fejn mhumiex esklużi b’segwitu għall-Artikolu 10(8)(d) |
75100000-7 sa 75120000-3; 75123000-4; 75125000-8 sa75131000-3 |
Servizzi amministrattivi oħra u servizzi tal-gvern |
75200000-8 sa 75231000-4 |
Forniment ta’ servizzi lill-komunità |
75231210-9 sa75231230-5; 75240000-0 sa75252000-7; 794300000-7; 98113100-9 |
“Servizzi relatati ma’ ħabsijiet, servizzi ta’ sigurtà pubblika u ta’ salvataġġ, sa fejn mhumiex esklużi skont il-punt (g) tal-Artikolu 10(8)” |
79700000-1 sa 79721000-4 [Servizzi ta’ investigazzjoni u sigurtà, Servizzi ta’ sigurtà, Servizzi ta’ monitoraġġ ta’ sistemi tal-allarm, Servizzi ta’ għassa, Servizzi ta’ sorveljanza, Servizzi ta’ sistemi ta’ traċċar, Servizzi ta’ traċċar ta’ min jaħrab mill-ġustizzja, Servizzi ta’ pattulja, Servizzi ta’ rilaxx ta’ beġġ ta’ identifikazzjoni, Servizzi ta’ investigazzjoni u Servizzi ta’ aġenziji tal-investigaturi] 79722000-1[Servizzi ta’ grafoloġija], 79723000-8 [Servizzi tal-analiżi tal-iskart] |
Servizzi ta’ investigazzjoni u sigurtà. |
64000000-6 [Servizzi postali u tat-telekomunikazzjoni], 64100000-7 [Servizzi ta’ posta u courier], 64110000-0 [Servizzi postali], 64111000-7 [Servizzi postali marbuta ma’ gazzetti u perjodiċi], 64112000-4 [Servizzi postali marbuta ma’ ittri], 64113000-1 [Servizzi postali marbuta ma’ pakketti], 64114000-8 [Servizzi minn wara l-bank f’uffiċċju tal-posta], 64115000-5 [Kiri ta’ kaxxa tal-ittri], 64116000-2 [Servizzi post-restante], 64122000-7 [Servizzi interni ta’ posta u messaġġiera għall-uffiċini] |
Servizzi Postali |
50116510-9 [Servizzi ta’ ffurmar mill-ġdid tat-tajers], 71550000-8 [Servizzi ta’ ħaddied] |
Servizzi oħrajn |
98900000-2 [Servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet u korpi ekstraterritorjali] u 98910000-5 [Servizzi speċifiċi għal organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali] |
Servizzi internazzjonali |
(1)
Dawn is-servizzi mhumiex koperti bid-Direttiva preżenti meta jiġu organizzati bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali. L-Istati Membri huma liberi li jorganizzaw il-forniment ta’ servizzi soċjali obbligatorji jew ta’ servizzi oħra bħala servizzi ta’ interess ġenerali jew bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali. |
ANNESS V
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-KONĊESSJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 31
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefown, in-numru tal-faks, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.
2. Tip ta’ awtorità jew entità kontraenti u l-attività prinċipali eżerċitata.
3. Jekk l-applikazzjonijiet għandu jkun fihom offerti, l-indirizz elettroniku jew tal-Internet fejn id-dokumenti tal-konċessjoni ser ikunu disponibbli għal aċċess bla restrizzjoni, sħiħ, dirett u mingħajr ħlas. Meta aċċess bla restrizzjoni, sħiħ, dirett u mingħajr ħlas ma jkunx disponibbli fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 34(2) indikazzjoni ta’ kif jista’ jinkiseb aċċess għad-dokumenti tal-akkwist.
4. Deskrizzjoni tal-konċessjoni: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-firxa tas-servizzi, l-ordni tal-kobor jew il-valur indikattiv, u, fejn possibbli, it-tul tal-kuntratt. Fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott. Fejn ikun adatt, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe opzjonijiet.
5. Kodiċi CPV. Fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.
6. Il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tax-xogħlijiet fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tat-twettiq fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ servizz; fejn il-konċessjoni hija maqsuma f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għal kull lott.
7. Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:
fejn ikun adatt, indikazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hix ristretta għal workshops imkennija, jew jekk l-eżekuzzjoni tagħha hix ristretta għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti,
fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk il-forniment tas-servizz huwiex riżervat minn dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva għal professjoni partikolari; referenza għad-dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva rilevanti,
lista u deskrizzjoni qasira tal-kriterji ta’ elezzjoni fejn applikabbli; livell(i) minimu/i ta’ standards li possibbilment ikunu meħtieġa; indikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa (awtodikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni),
8. Limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet jew il-wasla tal-offerti.
9. Il-kriterji li ser jiġu applikati fl-għoti tal-konċessjoni meta ma jidhrux f’dokumenti tal-konċessjoni oħra.
10. Data ta’ meta jintbagħat l-avviż.
11. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn ikun il-każ, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża dwar l-iskadenza biex jitressqu appelli jew, jekk ikun meħtieġ, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown, in-numru tal-faks u l-indirizz elettroniku tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
12. Fejn adatt, il-kondizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-konċessjoni hu soġġett għalihom.
13. L-indirizz fejn l-applikazzjonijiet jew l-offerti għandhom jintbagħtu.
14. Fejn adatt, indikazzjoni tar-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet relatati mal-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni.
15. Informazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hix relatata ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat b’fondi tal-Unjoni.
16. Għal konċessjonijiet tax-xogħlijiet, indikazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hijiex koperta mill-FAP.
ANNESS VI
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA F’AVVIŻI TA’ INFORMAZZJONI MINN QABEL DWAR KONĊESSJONIJIET GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRA, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 31(3)
L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefown, in-numru tal-faks, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.
Fejn ikun adatt, l-indirizz elettroniku jew tal-internett fejn l-ispeċifikazzjonijiet u kwalunwe dokumenti ta’ sostenn ikunu disponibbli.
Tip ta’ awtorità kontraenti jew entità kontraenti u l-attività prinċipali eżerċitata.
Kodiċi CPV; fejn il-kuntratt inkun maqsum f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.
Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ forniment jew prestazzjoni ta’ servizz tal-konċessjonijiet,
Deskrizzjoni tas-servizzi, l-ordni indikattiva tal-kobor jew il-valur.
Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni.
Fejn japplika, l-iskadenza/i biex jiġu kkuntattjati l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti bl-għan ta’ parteċipazzjoni.
Fejn japplika, deskrizzjoni qasira tal-elementi prinċipali tal-proċedura tal-għoti li għandhom jiġu applikati.
Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti..
ANNESS VII
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TA’ KONĊESSJONIJIET, KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 32
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS u, fejn adatt, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.
2. Tip ta’ awtorità jew entità kontraenti u l-attività prinċipali eżerċitata.
3. Kodiċi CPV.
4. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tat-twettiq fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ servizz;
5. Deskrizzjoni tal-konċessjoni: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-firxa tas-servizzi, it-tul tal-kuntratt. Fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott. Fejn ikun adatt, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe opzjonijiet.
6. Deskrizzjoni tal-proċedura tal-għoti użata, fil-każ ta’ għoti mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, ġustifikazzjoni.
7. Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 41 li ntużaw għall-għoti tal-konċessjoni jew il-konċessjonijiet.
8. Id-data tad-deċiżjoni jew id-deċiżjonijiet tal-għoti tal-konċessjoni.
9. L-għadd ta’ offerti li waslu fir-rigward ta’ kull għotja, inkluż:
l-għadd ta’ offerti li waslu mingħand operaturi ekonomiċi li huma impriżi żgħar u medji;
in-numru ta’ offerti li waslu minn barra l-pajjiż;
l-għadd ta’ offerti li waslu b’mod elettroniku.
10. Għal kull għoti, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS u fejn applikabbli, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-offerenti li ntgħażlu, inkluża:
informazzjoni dwar jekk l-offerent li ntgħażel huwiex impriża żgħira u medja;
informazzjoni dwar jekk il-konċessjoni ngħatatx lil konsorzju.
11. Valur u t-termini finanzjarji prinċipali tal-konċessjoni mogħtija, inkluż
prezzijiet tat-tariffi u l-imposti, jekk jeżistu;
premjijiet u ħlasijiet, jekk jeżistu;
kwalunkwe dettall ieħor relatat mal-valur tal-konċessjoni kif stabbilit fl-Artikolu 8(3).
12. Informazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hix relatata ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat b’fondi tal-Unjoni.
13. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għar-reviżjoni u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża rigward id-data ta’ skadenza għall-proċeduri ta’ reviżjoni, jew jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown, in-numru tal-faks u l-indirizz elettroniku tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni
14. Data/i u referenza/i ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea relevanti għall-konċessjoni(jiet) irreklamati f’dan l-avviż.
15. Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż.
16. Metodu użat biex jiġi kkalkultat il-valur stmat tal-konċessjoni, jekk mhux speċifikat f’dokumenti oħra tal-konċessjoni f’konformità mal-Artikolu 8.
17. Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti.
ANNESS VIII
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TA’ KONĊESSJONI LI JIRRIGWARDAW KONĊESSJONIJIET GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U OĦRAJN SPEĊIFIĊI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 32
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, fejn applikabbli, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.
2. Tip ta’ awtorità jew entità kontraenti u l-attività prinċipali eżerċitata.
3. Kodiċi CPV; fejn il-kuntratt inkun maqsum f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.
4. Indikazzjoni sommarju tas-suġġett tal-konċessjoni.
5. L-għadd ta’ offerti rċevuti.
6. Il-valur tal-offerta magħżula, inkluż it-tariffi u l-prezzijiet.
7. Isem u indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, in-numru tat-telefown, in-numru tal-fax, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi magħżula.
8. Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti.
ANNESS IX
KARATTERISTIĊI LI JIKKONĊERNAW IL-PUBBLIKAZZJONI
1. Pubblikazzjoni ta’ avviżi
L-avviżi msemmija fl-Artikoli 31 u 32 għandhom jintbagħtu mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u jiġu ppubblikati f’konformità mar-regoli li ġejjin:
L-avviżi msemmija fl-Artikoli 31 u 32 għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti lill-awtorità jew l-entità kontraenti l-konferma msemmija fl-Artikolu 33(2).
2. Il-format u l-proċeduri sabiex jintbagħtu avviżi b’mod elettroniku
Il-format u l-proċedura sabiex jintbagħtu l-avviżi b’mod elettroniku kif stabbilit mill-Kummissjoni huma aċċessibbli fl-indirizz fuq l-Internet “http://simap.europa.eu”.
ANNESS X
LISTA TA’ KONVENZJONIJIET SOĊJALI U AMBJENTALI INTERNAZZJONALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 30(3)
ANNESS XI
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TA’ MODIFIKI TA’ KONĊESSJONI MATUL IT-TERMINU TAGĦHA SKONT L-ARTIKOLU 43
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefown, in-numru tal-faks, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.
2. Kodiċi CPV,
3. Il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tax-xogħlijiet fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tat-twettiq ta’ konċessjonijiet ta’ servizz,
4. Deskrizzjoni tal-konċessjoni qabel u wara l-modifika: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-firxa tas-servizzi.
5. Fejn ikun applikabbli, il-modifika tal-valur tal-konċessjoni, inkluż żieda fil-prezzijiet jew tariffi kkawżati mill-modifika.
6. Deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi li rrendew meħtieġa l-modifika.
7. Id-data tad-deċiżjoni dwar l-għoti tal-konċessjoni.
8. Fejn ikunu applikabbli, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi l-ġodda.
9. Informazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hix relatata ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat b’fondi tal-Unjoni.
10. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għar-reviżjoni u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża dwar id-data ta’ skadenza għall-proċedura ta’ reviżjoni, jekk jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown, in-numru tal-faks u l-indirizz elettroniku tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
11. Data/i u referenza/i ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rilevanti għall-kuntratt(i) kkonċernat(i) minn dan l-avviż.
12. Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż.
13. Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti.
( 1 ) Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
( 2 ) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku (Ara paġna 243 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 3 ) Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).
( 4 ) Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti b’azzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).
( 5 ) Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE tat-22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU L 78, 26.3.1977, p. 17).
( 6 ) Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).
( 7 ) Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).
( 8 ) Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV) (ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1).
( 9 ) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).
( 10 ) ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.
( 11 ) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54).
( 12 ) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48.
( 13 ) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/JHA tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).
( 14 ) Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).
( 15 ) Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Direttiva Kwadru tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).
( *1 ) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
( *2 ) Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1)”;
( *3 ) Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
( *4 ) Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratt ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).”;
( 16 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi (ĠU L 185, 16.8.1971, p. 15).