02014D0709 — MT — 13.10.2017 — 029.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Ottubru 2014

dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE

(notifikata bid-dokument C(2014) 7222)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/709/UE)

(ĠU L 295 11.10.2014, p. 63)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/251 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-13 ta' Frar 2015

  L 41

46

17.2.2015

►M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/558 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-1 ta' April 2015

  L 92

109

8.4.2015

 M3

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/820 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-22 ta' Mejju 2015

  L 129

41

27.5.2015

 M4

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1169 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-14 ta' Lulju 2015

  L 188

45

16.7.2015

 M5

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1318 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tad-29 ta' Lulju 2015

  L 203

14

31.7.2015

 M6

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1372 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-7 ta' Awwissu 2015

  L 211

34

8.8.2015

 M7

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1405 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-18 ta' Awwissu 2015

  L 218

16

19.8.2015

 M8

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1432 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-25 ta' Awwissu 2015

  L 224

39

27.8.2015

 M9

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1783 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-1 ta' Ottubru 2015

  L 259

27

6.10.2015

►M10

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2433 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-18 ta' Diċembru 2015

  L 334

46

22.12.2015

 M11

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/180 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tad-9 ta' Frar 2016

  L 35

12

11.2.2016

 M12

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/464 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tad-29 ta' Marzu 2016

  L 80

36

31.3.2016

 M13

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/857 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-27 ta' Mejju 2016

  L 142

14

31.5.2016

 M14

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1236 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-27 ta' Lulju 2016

  L 202

45

28.7.2016

 M15

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1372 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-10 ta' Awwissu 2016

  L 217

38

12.8.2016

 M16

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1405 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-22 ta' Awwissu 2016

  L 228

33

23.8.2016

 M17

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1441 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-30 ta' Awwissu 2016

  L 234

12

31.8.2016

 M18

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1771 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-30 ta' Settembru 2016

  L 270

17

5.10.2016

 M19

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1900 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-26 ta' Ottubru 2016

  L 293

46

28.10.2016

 M20

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2218 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-7 ta' Diċembru 2016

  L 334

40

9.12.2016

 M21

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/205 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-3 ta' Frar 2017

  L 32

40

7.2.2017

 M22

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/351 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-24 ta' Frar 2017

  L 50

82

28.2.2017

 M23

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/564 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-23 ta' Marzu 2017

  L 80

35

25.3.2017

 M24

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/767 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-28 ta' April 2017

  L 114

26

3.5.2017

►M25

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1196 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-3 ta' Lulju 2017

  L 172

16

5.7.2017

 M26

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1265 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-11 ta' Lulju 2017

  L 182

42

13.7.2017

 M27

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1481 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-14 ta' Awwissu 2017

  L 211

46

17.8.2017

 M28

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1521 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-1 ta' Settembru 2017

  L 229

1

5.9.2017

►M29

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1850 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-11 ta' Ottubru 2017

  L 264

7

13.10.2017




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Ottubru 2014

dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE

(notifikata bid-dokument C(2014) 7222)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/709/UE)



Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew fiż-żoni tagħhom kif stipulat fl-Anness (l-Istati Membri kkonċernati).

Hija għandha tapplika mingħajr ħsara għall-pjanijiet għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'popolazzjonijiet tal-ħnieżer slavaġ fl-Istati Membri kkonċernati li l-Kummissjoni tkun approvat skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/60/KE.

Artikolu 2

Projbizzjoni fuq it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin, tas-semen, l-ova u l-embrijuni tal-ħnieżer, tal-laħam tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, tal-prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih il-laħam tal-majjal kif ukoll il-kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer minn ċertu żoni mniżżlin fl-Anness

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprojbixxu:

(a) it-tqassim ta' ħnieżer ħajjin miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness;

(b) it-tqassim tal-kunsinni ta' semen, ova u embrijuni tal-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet III u IV tal-Anness;

(c) it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam tal-majjal, preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, prodotti tal-laħam tal-majjal u kull prodott ieħor li fih it-tali laħam miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet III u IV tal-Anness; u

(d) it-tqassim tal-kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet III u IV tal-Anness.

Artikolu 3

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin miż-żoni mniżżlin fil-Parti II tal-Anness

▼M10

B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 2, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin minn azjenda agrikola li tkun jinsab fiż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness lejn żoni oħra fit-territorju tal-istess Stat Membru jew lejn żoni elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness ta' Stat Membru ieħor, sakemm:

▼M25

1. il-ħnieżer ikun ilhom mill-anqas 30 ġurnata jew minn twelidhom jitrabbew f'dik l-azjenda u sakemm ma jkun iddaħħal l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness għal mill-inqas 30 jum qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor lejn;

(a) dik l-azjenda; jew

(b) (b) l-unità ta' produzzjoni fejn jinżammu l-ħnieżer li jkunu se jintbagħtu skont dan l-Artikolu; l-unità tal-produzzjoni tista' tiġi ddefinita biss mill-awtorità kompetenti bil-kundizzjoni li l-veterinarju uffiċjali jikkonferma li l-istruttura, id-daqs u d-distanza bejn dawn l-unitajiet tal-produzzjoni u l-ħidmiet imwettqa fihom ikunu tali li l-unitajiet ta' produzzjoni jipprovdu faċilitajiet separati għal kollox għas-sistemazzjoni, iż-żamma u l-għalf, sabiex il-virus ma jkunx jista' jinfirex minn unità tal-produzzjoni waħda għal oħra, u

▼B

2. il-ħnieżer ikunu sarulhom testijiet fil-laboratorju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer b'riżultati negattivi għal kampjuni li jkunu ttieħdu skont il-proċeduri għat-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-pjan għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni fi żmien 15-il jum qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor, u uffiċjal veterinarju jkun eżaminahom mil-lat kliniku għad-deni Afrikan tal-ħnieżer skont il-proċeduri għall-kontroll u t-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/422/KE ( 1 ) dakinhar tat-tqassim; jew

3. il-ħnieżer ikunu ġejjin minn razzett:

(a) li, mill-anqas darbtejn fis-sena, jkunu sarulu spezzjonijiet mill-awtorità veterinarja kompetenti b'intervall ta' mill-anqas erba' xhur bejniethom, li:

(i) jkunu skont il-linji gwida u l-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE;

(ii) jkunu jinkludu eżami kliniku u t-teħid ta' kampjuni li fihom il-ħnieżer li jkollhom aktar minn 60 ġurnata jkunu sarulhom testijiet fil-laboratorju skont il-proċeduri għall-kontroll u t-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE; u

(iii) jkunu vverifikaw li l-miżuri previsti fit-tieni inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2002/60/KE u fir-raba' sas-seba' inċiż tiegħu jkunu ġew applikati b'mod effettiv; u

(b) li jimplimenta r-rekwiżiti tal-bijosigurtà għad-deni Afrikan tal-ħnieżer li tkun stabbilixxiet l-awtorità kompetenti;

▼M10

4. Għad-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin lejn żoni elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness ta' Stat Membru ieħor, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a) il-ħnieżer jikkonformaw ma' kull tip ieħor ta' garanziji xierqa tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq riżultat pożittiv tal-evalwazzjoni tar-riskji ta' miżuri kontra t-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tal-oriġini u approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta' tranżitu u mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, qabel ma jsir il-moviment ta' annimali bħal dawn;

(b) l-Istat Membru tal-oriġini għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali u l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti li hemm referenza għalihom fil-punt (a);

(c) ġiet stabbilita proċedura ta' gwida skont l-Artikolu 16a, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oriġini, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni, biex ikun żgurat li l-annimali, li jitmexxew b'konformità mar-rekwiżiti addizzjonali stipulati fil-punt (a), jiġu ttrasportati b'mod sigur u ma jiġux sussegwentement meħudin f'xi Stat Membru ieħor.

(d) Għal ħnieżer ħajjin li jkunu konformi mar-rekwiżiti addizzjonali fil-punt 4 ta' dan l-Artikolu, għandu jiżdied il-kliem addizzjonali li ġej fuq iċ-ċertifikat korrispondenti tas-saħħa tal-majjali li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 64/432/KEE:

“Ħnieżer konformi mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE.”

Artikolu 3a

Deroga mill-projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness

B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 2, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness lejn żoni oħra elenkati fil-Parti II fit-territorju tal-istess Stat Membru jew lejn żoni elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness ta' Stat Membru ieħor, sakemm:

1. il-ħnieżer ikunu ġejjin minn azjenda agrikola b'livell xieraq ta' bijosigurtà approvat mill-awtorità kompetenti, l-azjenda agrikola tinsab taħt is-sorveljanza tal-awtorità kompetenti, u l-ħnieżer ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 tal-Artikolu 3 u jew fil-punt 2 jew fil-punt 3 tal-Artikolu 3;

2. il-ħnieżer jinsabu fiċ-ċentru ta' żona, b'radju ta' mill-inqas tliet kilometri, li fiha l-annimali kollha fl-azjenda agrikola jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 tal-Artikolu 3 u jew fil-punt 2 jew fil-punt 3 tal-Artikolu 3;

3. l-awtorità kompetenti tal-azjenda agrikola tad-dispaċċ għandha tgħarraf, fi żmien debitu, lill-awtorità kompetenti tal-azjenda agrikola tad-destinazzjoni bl-intenzjoni li tibgħat il-ħnieżer u l-awtorità kompetenti tal-azjenda agrikola tad-destinazzjoni għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ bil-wasla tal-ħnieżer;

4. it-trasport tal-ħnieżer f'żoni u minn żoni li jkunu jinsabu 'l barra minn dawk elenkati fil-Parti III tal-Anness, għandu jsir tul rotot tat-trasport definiti minn qabel u l-vetturi użati biex jinġarru dawk il-ħnieżer għandhom jitnaddfu, u jekk ikun hemm bżonn, jiġu ddiżinsettizzati u ddiżinfettati malajr kemm jista' jkun wara l-ħatt;

5. għad-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin lejn żoni elenkati fil-Partijiet II jew III tal-Anness ta' Stat Membru ieħor, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a) il-ħnieżer jikkonformaw ma' kull tip ieħor ta' garanziji xierqa tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq riżultat pożittiv tal-evalwazzjoni tar-riskji ta' miżuri kontra t-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tal-oriġini u approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta' tranżitu u mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, qabel ma jsir il-moviment ta' dawn l-annimali;

(b) l-Istat Membru tal-post tal-oriġini għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali u l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti li hemm referenza għalihom fil-punt (a) u għandu jawtorizza lista ta' azjendi agrikoli li jikkonformaw mal-garanziji tas-saħħa tal-annimali;

(c) ġiet stabbilita proċedura ta' gwida skont l-Artikolu 16a, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oriġini, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni, biex ikun żgurat li l-annimali, li jitmexxew b'konformità mar-rekwiżiti addizzjonali stipulati fil-punt (a), jiġu ttrasportati b'mod sigur u ma jiġux sussegwentement meħudin f'xi Stat Membru ieħor;

(d) għall-ħnieżer ħajjin li jkunu konformi mar-rekwiżiti addizzjonali kollha f'dan l-Artikolu, għandu jiżdied il-kliem addizzjonali li ġej fuq iċ-ċertifikat korrispondenti tas-saħħa tal-majjali li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 64/432/KEE:

“Ħnieżer konformi mal-Artikolu 3a tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE.”

▼M29

Artikolu 3b

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim, miż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness, ta' ħnieżer ħajjin maħsubin għat-tbiċċir immedjat

B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 2, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim ta' ħnieżer ħajjin maħsubin għat-tbiċċir immedjat minn azjenda li tinsab f'żona elenkata fil-Parti II tal-Anness (l-azjenda ta' tqassim) lejn żona oħra fit-territorju tal-istess Stat Membru, dejjem jekk:

(a) qabel it-tqassim, il-ħnieżer ikunu baqgħu fl-azjenda tat-tqassim tul perjodu ta' mill-inqas 30 jum, jew sa minn twelidhom;

(b) il-ħnieżer huma konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2 jew fil-punt 3 tal-Artikolu 3;

(c) il-ħnieżer kollha fl-azjenda tat-tqassim joriġinaw esklussivament minn azjenda tat-tgħammir waħda separata, li tinsab f'żona elenkata fil-Parti I jew II tal-Anness, fit-territorju tal-istess Stat Membru (l-azjenda tat-tgħammir);

(d) l-awtorità kompetenti tkun tat awtorizzazzjoni minn qabel għall-ġarr tal-ħnieżer mill-azjenda tat-tgħammir sal-azjenda tat-tqassim, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju marbuta mal-miżuri fis-seħħ ta' mitigazzjoni tar-riskji kemm fl-azjenda tat-tgħammir u kemm fl-azjenda tat-tqassim;

(e) kemm l-azjenda tat-tgħammir u kemm l-azjenda tat-tqassim għandu jkollhom pjan komuni ta' bijosigurtà approvat minn qabel mill-awtorità kompetenti;

(f) l-awtorità kompetenti tivverifika b'mod regolari, u mill-inqas darba kull tliet xhur, l-implimentazzjoni tal-pjan komuni ta' bijosigurtà msemmi fil-punt (e);

(g) il-kunsinna tal-ħnieżer tinġarr direttament għat-tbiċċir immedjat, mingħajr waqfa jew ħatt, sa biċċerija approvata skont l-Artikolu 12, u maħtura speċifikament mill-awtorità kompetenti għal dak il-għan;

(h) l-awtorità kompetenti tkun ġiet mgħarrfa minn qabel bl-intenzjoni li l-kunsinna ta' ħnieżer ħajjin tintbagħat lill-biċċerija għat-tbiċċir immedjat;

(i) il-ġarr tal-kunsinna ta' ħnieżer ħajjin lejn il-biċċerija ġewwa u mingħala żoni li jinsabu barra miż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness isir tul rotot speċifikati minn qabel, u l-vetturi użati għal dak il-ġarr jiġu maħsula u ddiżinfettati u, jekk meħtieġ, jiġu ddiżinsettizzati kemm jista' jkun malajr wara l-ħatt;

(j) kull trakk u kull vettura oħra li tintuża għall-ġarr tal-kunsinna ta' ħnieżer ħajjin ikun ġie rreġistrat individwalment mal-awtorità kompetenti għal dak il-għan;

(k) l-awtorità kompetenti tiġi infurmata sistematikament b'kull tqassim u kull wasla ta' kunsinni ta' ħnieżer ħajjin mill-azjenda tat-tgħammir sal-azjenda tat-tqassim;

(l) is-sorveljanza kemm fl-azjenda tat-tqassim u kemm fl-azjenda tat-tgħammir tiġi mseddqa mill-applikazzjoni, fuq il-ħnieżer kollha li għandhom iktar minn erba' xhur, tal-proċeduri stipulati fil-punt 4 tal-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE.

▼B

Artikolu 4

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' ħnieżer ħajjin għall-qatla immedjata miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness u fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam tal-majjal, ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u ta' prodotti tal-laħam tal-majjal miksubin minn dawn il-ħnieżer

▼M10

B'deroga mill-projbizzjonijiet previsti fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 2, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ għat-tbiċċir immedjat ta' ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness lejn żoni oħra fit-territorju tal-istess Stat Membru jew lejn żoni elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness ta' Stat Membru ieħor f'każ li jkun hemm limitazzjonijiet loġistiċi fil-kapaċità tat-tbiċċir tal-biċċeriji approvati mill-awtorita kompetenti skont l-Artikolu 12 li jkunu jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness, sakemm:

▼B

1. il-ħnieżer ikun ilhom mill-anqas 30 ġurnata jew minn twelidhom jitrabbew f'dak ir-razzett u sakemm f'dak ir-razzett ma jkun iddaħħal l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness għal mill-inqas 30 jum qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor;

2. il-ħnieżer ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3 jew fil-paragrafu 3 tiegħu;

3. il-ħnieżer jiġu ttrasportati għall-qatla immedjata b'mod dirett, mingħajr waqfien jew ħatt, lejn biċċerija approvata skont l-Artikolu 12 u maħtura speċifikament għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti;

4. l-awtorità kompetenti tat-tqassim tkun avżat lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-biċċerija bl-intenzjoni li jintbagħtu l-ħnieżer f'dik il-biċċerija u sakemm dik l-awtorità kompetenti responsabbli għall-biċċerija tkun avżat lill-awtorità kompetenti tat-tqassim bil-wasla ta' dawk il-ħnieżer;

▼M25

5. hekk kif jaslu l-biċċerija, dawn il-ħnieżer jinżammu u jinqatlu separatament mill-ħnieżer l-oħra u jinqatlu f'jum speċifiku li fih huma biss dawn il-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness li jinqatlu jew fi tmiem jum tal-qatla li fih ma jinqatel ebda ħanżir ieħor wara;

▼B

6. it-trasport tal-ħnieżer lejn il-biċċerija f'żoni li jkunu jinsabu 'l barra minn dawk imniżżlin fil-Parti III tal-Anness u minn ġo fihom, isir tul rotot tat-trasport iddefiniti minn qabel u sakemm il-vetturi użati biex jinġarru dawk il-ħnieżer jitnaddfu malajr kemm jista' jkun wara l-ħatt u jekk ikun hemm bżonn jitnaddfu bi prodotti għal kontra l-insetti u jiġu ddiżinfettati;

7. l-Istati Membri kkonċernati jiżguraw li l-laħam frisk tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal miksubin minn dawk il-ħnieżer:

(a) ikunu prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12;

(b) ikunu mmarkati skont l-Artikolu 16; u

(c) ikunu kkummerċjalizzati biss fit-territorju ta' dak l-Istat Membru;

8. l-Istati Membri kkonċernati jiżguraw li l-prodotti sekondarji tal-annimali minn dawk il-ħnieżer isirilhom trattament f'sistema separata approvata mill-awtorità kompetenti li jiżgura li l-prodotti dderivati miksubin minn dawk il-ħnieżer ma joħolqu l-ebda riskju b'rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer; u

9. l-Istati Membri kkonċernati jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar l-għoti tad-deroga skont dan l-Artikolu u jibagħtulha l-ismijiet u l-indirizzi tal-biċċeriji approvati skont dan l-Artikolu; u

▼M10

10. għad-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin lejn żoni elenkati fil-Partijiet II jew III tal-Anness ta' Stat Membru ieħor, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a) il-ħnieżer jikkonformaw ma' kull tip ieħor ta' garanziji xierqa tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq riżultat pożittiv tal-evalwazzjoni tar-riskji ta' miżuri kontra t-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tal-oriġini u approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta' tranżitu u mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, qabel ma jsir il-moviment ta' annimali bħal dawn;

(b) l-Istat Membru tal-oriġini għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali u l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti li hemm referenza għalihom fil-punt (a) u għandu jawtorizza lista ta' azjendi agrikoli li jikkonformaw mal-garanziji tas-saħħa tal-annimali;

(c) ġiet stabbilita proċedura ta' gwida skont l-Artikolu 16a, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oriġini, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni, biex ikun żgurat li l-annimali, li jitmexxew b'konformità mar-rekwiżiti addizzjonali stipulati fil-punt (a), jiġu ttrasportati b'mod sigur u ma jiġux sussegwentement meħudin f'xi Stat Membru ieħor;

(d) għal ħnieżer ħajjin li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kollha ta' dan l-Artikolu, għandu jiżdied il-kliem addizzjonali li ġej fuq iċ-ċertifikat korrispondenti tas-saħħa tal-majjali li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 64/432/KEE:

“Ħnieżer konformi mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE.”

▼B

Artikolu 5

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam tal-majjal, ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, ta' prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness

B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(c), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, tal-prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih jew li jkun jikkonsisti mil-laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness, sakemm dawn ikunu:

(a) jew ġejjin minn ħnieżer li jkunu nżammu minn twelidhom fi rziezet li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III jew IV tal-Anness, u l-laħam tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam, ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12; jew

(b) ikunu ġejjin minn ħnieżer li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3 jew fil-paragrafu 3 tiegħu, u l-laħam tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam, ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12; jew

(c) ikunu ġew prodotti u pproċessati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12.

Artikolu 6

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam tal-majjal, ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, ta' prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fil-Parti IV tal-Anness

B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(c), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, tal-prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih jew li jkun jikkonsisti mil-laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fil-Parti IV tal-Anness, sakemm dawn ikunu:

(a) jew ġejjin minn ħnieżer li nżammu minn twelidhom fi rziezet li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fl-Anness, u l-laħam tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam, ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12; jew

(b) ikunu ġew prodotti u pproċessati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12.

Artikolu 7

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness

1.  B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(d), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-prodotti dderivati kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) li jkunu nkisbu mill-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, sakemm dawk il-prodotti sekondarji jkun sarilhom trattament li jiżgura li l-prodotti dderivati ma joħolqu l-ebda riskju b'rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer.

▼M2

2.  B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(d), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin minn annimali porċini minbarra l-ħnieżer slavaġ, inklużi l-iġsma mhux ipproċessati tal-annimali mejta minn azjendi jew karkassi minn biċċeriji approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness lejn impjanti tal-ipproċessar, tal-inċinerazzjoni jew tal-koinċinerazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 24(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness, sakemm:

▼B

(a) il-prodotti sekondarji tal-annimali jkunu ġejjin minn irziezet jew minn biċċeriji li jkunu jinsabu f'żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness fejn ma jkun instab l-ebda każ ta' deni Afrikan tal-ħnieżer għal mill-inqas 40 jum qabel it-tqassim;

(b) l-awtorità kompetenti tkun irreġistrat b'mod individwali kull trakk u kull vettura oħra użata għat-trasport ta' dawk il-prodotti sekondarji tal-annimali skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u:

(i) il-kompartiment kopert li ma jnixxix użat għat-trasport ta' dawk il-prodotti sekondarji tal-annimali jkun mibni b'tali mod li jkun jista' jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat b'mod effettiv u l-qiegħ tiegħu jkun mibni b'tali mod li l-likwidi jkunu jistgħu jiskulaw minnu u jinġabru faċilment;

(ii) jkun hemm provi, fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trakk u ta' vetturi oħrajn, li jkunu saru verifiki tekniċi regolari b'suċċess tat-trakk jew tal-vettura;

(iii) kull trakk ikollu sistema ta' navigazzjoni bis-satellita sabiex tkun tista' tiġi stabbilita l-pożizzjoni tiegħu f'ħin reali. L-operatur tat-trasport għandu jippermetti lill-awtorità kompetenti tiċċekkja l-moviment tat-trakk f'ħin reali u żżomm ir-rekords elettroniċi tal-moviment għal mill-inqas xahrejn;

(c) wara t-tagħbija, il-veterinarju uffiċjali jissiġilla l-kompartiment użat għat-trasport ta' dawn il-prodotti sekondarji tal-annimali. Il-veterinarju uffiċjali biss jista' jkisser is-siġill u jibdlu b'wieħed ġdid. L-awtorità kompetenti għandha tiġi mgħarrfa b'kull tagħbija jew każ ta' bdil tas-siġill;

(d) it-trakkijiet jew il-vetturi ma jitħallewx jidħlu fl-irziezet għat-trobbija tal-ħnieżer u l-awtorità kompetenti tiżgura l-ġbir sikur tal-karkassi tal-majjali;

(e) it-trasport lejn l-impjanti msemmija hawn fuq isir b'mod dirett lejn dawk l-impjanti biss, mingħajr waqfien tul ir-rotta awtorizzata mill-awtorità kompetenti mill-punt magħżul tad-diżinfezzjoni sal-ħruġ miż-żona mniżżla fil-Parti III tal-Anness. Fil-punt magħżul tad-diżinfezzjoni, it-trakkijiet u l-vetturi jridu jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati kif xieraq taħt il-kontroll tal-veterinarju uffiċjali;

(f) ma' kull kunsinna ta' prodotti sekondarji tal-annimali jkun hemm id-dokument kummerċjali mimli kif xieraq imsemmi fil-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 ( 3 ). Il-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-impjant tal-ipproċessar tad-destinazzjoni jrid jikkonferma kull wasla lill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (b)(iii);

(g) wara li l-prodotti sekondarji tal-annimali jinħattu, it-trakk jew il-vettura u kull tagħmir ieħor użat fit-trasport ta' dawk il-prodotti sekondarji tal-annimali li jista' jkun tniġġes, jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati kollha kemm huma u, jekk ikun hemm bżonn, jitnaddfu bi prodotti għal kontra l-insetti fiż-żona magħluqa tal-impjant tal-ipproċessar taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali. Għandu japplika l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2002/60/KE;

(h) il-prodotti sekondarji tal-annimali jiġu pproċessati mingħajr dewmien. Kull ħażna fl-impjant tal-ipproċessar għandha tkun ipprojbita;

(i) l-awtorità kompetenti tiżgura li l-għadd ta' prodotti sekondarji tal-annimali li jintbagħat ma jaqbiżx il-kapaċità rilevanti tal-ipproċessar ta' kuljum tal-impjant tal-ipproċessar;

(j) l-awtorità kompetenti tiżgura li, qabel isir l-ewwel tqassim miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness, ikunu fis-seħħ l-arranġamenti meħtieġa mal-awtoritajiet rilevanti skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Anness VI tad-Direttiva 2002/60/KE sabiex ikunu żgurati l-pjan ta' emerġenza, il-linja ta' kmand u l-kooperazzjoni sħiħa tas-servizzi f'każ ta' inċident matul it-trasport, ta' ħsara kbira fit-trakk jew fil-vettura jew ta' frodi min-naħa tal-operatur. L-operaturi tat-trakkijiet għandhom jgħarrfu minnufih lill-awtorità kompetenti b'kull inċident jew ħsara fit-trakk jew fil-vettura.

Artikolu 8

Projbizzjoni fuq it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin miż-żoni mniżżlin fl-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi

▼M10

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 3, għall-Artikolu 3a u għall-Artikolu 4, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma jintbagħtux ħnieżer ħajjin mit-territorju tagħhom lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, ħlief meta dan il-ħanżir ikun ġej minn:

▼B

(a) żoni li jkunu jinsabu 'l barra minn dawk imniżżlin fl-Anness;

(b) razzett li fih ma jkun iddaħħal l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni mniżżlin fl-Anness għal mill-inqas 30 jum eżatt qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin minn razzett li jkun jinsab fiż-żoni mniżżlin fil-Parti I tal-Anness, dejjem jekk dawk il-ħnieżer il-ħajjin ikunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

▼M25

(a) qabel id-data tat-tqassim, il-ħnieżer ikun ilhom mill-anqas 30 ġurnata mingħajr interruzzjoni jitrabbew f'dik l-azjenda jew ikun ilhom minn twelidhom jitrabbew fih, u f'dik l-azjenda ma jkun iddaħħal l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni elenkati fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness għal mill-inqas 30 jum qabel id-data tat-tqassim;

▼B

(b) il-ħnieżer ikunu ġejjin minn razzett li jimplimenta r-rekwiżiti tal-bijosigurtà għad-deni Afrikan tal-ħnieżer li tkun stabbilixxiet l-awtorità kompetenti;

(c) il-ħnieżer ikunu sarulhom testijiet fil-laboratorju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer b'riżultati negattivi għal kampjuni li jkunu ttieħdu skont il-proċeduri għat-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-pjan għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni fi żmien 15-il jum qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor, u uffiċjal veterinarju jkun eżaminahom mil-lat kliniku għad-deni Afrikan tal-ħnieżer skont il-proċeduri għall-kontroll u t-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE dakinhar tat-trasportazzjoni; jew

(d) il-ħnieżer ikunu ġejjin minn razzett li, mill-anqas darbtejn fis-sena, jkunu sarulu spezzjonijiet mill-awtorità veterinarja kompetenti b'intervall ta' mill-anqas erba' xhur bejniethom, li:

(i) jkunu skont il-linji gwida u l-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE;

(ii) jkunu jinkludu eżami kliniku u t-teħid ta' kampjuni li fihom il-ħnieżer li jkollhom aktar minn 60 ġurnata jkunu sarulhom testijiet fil-laboratorju skont il-proċeduri għall-kontroll u t-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE; u

(iii) jkunu vverifikaw li l-miżuri previsti fit-tieni inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2002/60/KE u fir-raba' sas-seba' inċiż tiegħu jkunu ġew applikati b'mod effettiv.

3.  Fil-każ tal-kunsinni ta' ħnieżer ħajjin li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet tad-deroga previsti fil-paragrafu 2, għandu jiżdied il-kliem addizzjonali li ġej fid-dokumenti veterinarji korrispondenti u/jew fiċ-ċertifikati tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 64/432/KEE u fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 93/444/KEE:

“Ħnieżer li huma konformi mal-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE ( *1 ).

▼M10

Artikolu 9

Projbizzjoni fuq id-dispaċċ lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi ta' kunsinni ta' semen u ova u embrijuni tal-ħnieżer miġbura minn ħnieżer miż-żoni elenkati fl-Anness

1.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma tintbagħat l-ebda kunsinna ta' kommoditajiet li ġejjin mit-territorju tagħhom lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi:

(a) semen tal-ħnieżer, sakemm is-semen ma jkunx ġej minn ħnieżer tar-refgħa donaturi miżmuma f'ċentru tal-ġbir tas-semen approvat skont l-Artikolu 3(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE ( 4 ) li jkun jinsab 'il barra miż-żoni elenkati fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni;

(b) ova u embrijuni tal-ħnieżer, sakemm l-ova u l-embrijuni ma joriġinawx minn ħnieżer nisa donaturi tal-ispeċi porċina miżmuma f'azjendi agrikoli konformi mal-Artikolu 8(2) u li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness, u l-embrijuni jkunu embrijuni mnisslin in-vivo konċeputi b'riżultat tal-inseminazzjoni artifiċjali jew embrijuni prodotti in vitro konċeputi b'riżultat ta' fertilizzazzjoni b'semen konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu.

2.  B'deroga mill-projbizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1(a) ta' dan l-Artikolu u fil-punt (b) tal-Artikolu 2, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ ta' kunsinni ta' semen tal-ħnieżer, jekk is-semen ikun inġabar minn ħnieżer tar-refgħa donaturi li jinżammu f'ċentru tal-ġbir tas-semen approvat skont l-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 90/429/KEE, li japplika r-regoli kollha dwar il-bijosigurtà rilevanti għad-deni Afrikan tal-ħnieżer u li jkun jinsab fiż-żoni elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għa żoni elenkati fil-Partijiet II jew III tal-Anness tal-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor, sakemm:

(a) il-kunsinni tas-semen tal-ħnieżer jikkonformaw ma' kull tip ieħor ta' garanziji xierqa tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq riżultat pożittiv tal-evalwazzjoni tar-riskji ta' miżuri kontra t-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tal-oriġini u approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tad-destinazzjoni, qabel id-dispaċċ tal-kunsinna tas-semen;

(b) l-Istat Membru tal-oriġini għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali li hemm referenza għalihom fil-punt (a);

(c) il-ħnieżer tar-refgħa donaturi jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 u jew fil-paragrafu 2 jew fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 3;

▼M29 —————

▼M10

(e) l-attestazzjoni li ġejja tiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa tal-annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 90/429/KEE:

“Semen tal-ħnieżer konformi mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE.”

▼B

Artikolu 10

Projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fl-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi

1.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma tintbagħat l-ebda kunsinna ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer mit-territorju tagħhom lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, sakemm dawk il-prodotti sekondarji tal-ħnieżer ma jkunux ġejjin minn ħnieżer li jkunu joriġinaw minn irziezet li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness u li jkunu ġejjin minnhom.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim ta' prodotti dderivati li jkunu nkisbu mill-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, sakemm:

(a) dawk il-prodotti sekondarji jkun sarilhom trattament li jiżgura li l-prodotti dderivati li jkunu nkisbu mill-ħnieżer ma joħolqu l-ebda riskju b'rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer;

(b) mal-kunsinni tal-prodotti dderivati jkun hemm dokument kummerċjali maħruġ kif imsemmi fil-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Artikolu 11

Projbizzjoni fuq it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal u ta' ċertu preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fl-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi

1.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma tintbagħat l-ebda kunsinna ta' laħam frisk tal-majjal minn ħnieżer li jkunu ġejjin minn irziezet li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fl-Anness, u ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u ta' prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam minn dawn il-ħnieżer, lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, ħlief meta dan il-laħam tal-majjal ikun inkiseb minn ħnieżer li jkunu joriġinaw minn irziezet li ma jkunux jinsabu fiż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, u li jkunu ġejjin minnhom.

▼M1

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati li għandhom żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ tal-laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1 u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam tal-majjal lejn Stati Membri u pajjiżi terzi oħra, sakemm dawk il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u dawk il-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġejjin minn ħnieżer li jkunu nżammu minn twelidhom fi rziezet li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, u l-laħam frisk tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12.

3.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati li għandhom żoni mniżżlin fil-Parti II tal-Anness, jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1 u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam tal-majjal lejn Stati Membri u pajjiżi terzi oħra, sakemm dawk il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u dawk il-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġejjin minn ħnieżer li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 jew il-paragrafu 3 tal-Artikolu 3.

▼M29

4.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati li għandhom żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1 u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu magħmulin minn tali laħam tal-majjal, lejn Stati Membri u pajjiżi terzi oħra, dejjem jekk il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġejjin minn ħnieżer li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3b.

▼B

Artikolu 12

Approvazzjoni tal-biċċeriji, tal-impjanti tat-tqattigħ u tal-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam għall-finijiet tal-Artikoli 4, 5 u 6 u tal-Artikolu 11(2)

Għall-finijiet tal-Artikoli 4, 5 u 6 u tal-Artikolu 11(2), l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha tapprova biss il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ u l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam fejn il-produzzjoni, il-ħżin u l-ipproċessar tal-laħam frisk tal-majjal u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam tal-majjal li jkunu eliġibbli għat-tqassim lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi skont id-derogi previsti fl-Artikoli 4 sa 6 u fl-Artikolu 11(2), isiru b'mod separat mill-produzzjoni, il-ħżin u l-ipproċessar ta' prodotti oħra li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam frisk tal-majjal u ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam li jkun ġej minn ħnieżer li joriġinaw minn irziezet li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fl-Anness jew li jkunu ġejjin minnhom, ħlief għal dawk approvati skont dan l-Artikolu.

▼M25

Artikolu 12a

Deroga għal biċċeriji, impjanti tat-tqattigħ u stabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam li jinsabu fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4, 5 u 6 u l-Artikoli 11, 12 u 13 ta' din id-Deċiżjoni, u permezz ta' deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2002/99/KE, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim ta' laħam tal-majjal, preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, prodotti tal-laħam tal-majjal u kull prodott ieħor li fih jew jikkonsisti mil-laħam tal-majjal minn biċċeriji, impjanti tat-tqattigħ u stabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam li jinsabu f'żoni ta' protezzjoni u sorveljanza, kif stabbilit mid-Direttiva 2002/60/KE, jekk prodotti bħal dawn:

(a) ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Partijiet I, II jew III tal-Anness, u li huma approvati skont l-Artikolu 12; kif ukoll

(b) jinkisbu minn ħnieżer li joriġinaw u li ġejjin minn azjendi li ma jkunux jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Partijiet II, III jew IV tal-Anness, jew minn ħnieżer li joriġinaw u li ġejjin minn azjendi li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness, sakemm dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 tal-Artikolu 3 u fil-punt 2 jew fil-punt 3 tal-Artikolu 3; kif ukoll

(c) ikunu mmarkati skont l-Artikolu 16.

▼B

Artikolu 13

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal u ta' ċertu preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fl-Anness

B'deroga mill-Artikolu 11, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III jew fil-Parti IV tal-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, sakemm il-prodotti kkonċernati:

(a) ikunu ġew prodotti u pproċessati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE;

(b) tkun saritilhom ċertifikazzjoni veterinarja skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/99/KE;

(c) ikollhom magħhom iċ-ċertifikat tas-saħħa x-xieraq tal-kummerċ intern tal-UE kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 599/2004, li mal-Parti II tiegħu għandu jkollu dan li ġej:

“Prodotti li huma konformi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri ( *2 ).

Artikolu 14

Tagħrif dwar l-Artikoli 11, 12 u 13

Kull sitt xhur mid-data ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-lista aġġornata tal-istabbilimenti approvati msemmija fl-Artikolu 12 u kull tagħrif rilevanti dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 11, 12 u 13.

Artikolu 15

Miżuri marbutin mal-ħnieżer slavaġ ħajjin, mal-laħam frisk, mal-preparazzjonijiet tal-laħam u mal-prodotti tal-laħam li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam li jkun ġej mill-ħnieżer slavaġ

1.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw:

▼M25

(a) l-ebda ħnieżer selvaġġi ħajjin ma jintbagħtu mill-Istati Membri elenkati fl-Anness, ħlief fil-każ ta' żoni ħielsa mid-deni tal-ħnieżer Afrikan separati b'ostakoli ġeografiċi effettivi miż-żoni inklużi fl-Anness, lejn Stati Membri oħra jew miż-żoni elenkati fl-Anness lejn kwalunkwe żoni oħra, sew jekk elenkati fl-Anness inkella le, li jinsabu fit-territorju tal-istess Stat Membru;

▼B

(b) li l-ebda kunsinna ta' laħam frisk tal-ħnieżer slavaġ, ta' preparazzjonijiet tal-laħam u ta' prodotti tal-laħam li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam ta' dan it-tip miż-żoni mniżżlin fl-Anness ma tintbagħat fi Stati Membri oħra jew f'żoni oħra tat-territorju tal-istess Stat Membru.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1(b), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam frisk tal-ħnieżer slavaġ, ta' preparazzjonijiet tal-laħam u ta' prodotti tal-laħam li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam ta' dan it-tip miż-żoni mniżżlin fil-Parti I tal-Anness lejn żoni oħra tat-territorju tal-istess Stat Membru li ma jkunux imniżżlin fl-Anness, dejjem jekk il-ħnieżer slavaġ ikunu sarulhom testijiet b'riżultati negattivi għad-deni Afrikan tal-ħnieżer skont il-proċeduri dijanjostiċi stabbiliti fil-Parti C u fil-Parti D tal-Kapitolu VI tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE.

▼M29

B'deroga mill-paragrafu 1(b), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim ta' laħam minn ħnieżer selvaġġi miż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Anness lejn żoni oħra fit-territorju tal-istess Stat Membru jew lejn Stati Membri oħra, dejjem jekk tali laħam:

(a) ikun ġie prodott u pproċessat skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE, u jkun għadda minn trattament termiku kif stipulat mill-punt (a) jew (d) tal-Anness III ta' dik id-Direttiva;

(b) ikun soġġett għal ċertifikazzjoni veterinarja skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/99/KE;

(c) ikun akkumpanjat biċ-ċertifikat tas-saħħa x-xieraq tal-kummerċ intern tal-UE kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 599/2004, bil-Parti II ta' dak iċ-ċertifikat li tkun ġiet kompluta, b'mod obbligatorju, bis-sentenza li ġejja: “Prodotti konformi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE.”

▼M25

3.  B'deroga mill-paragrafu 1(a), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim ta' ħnieżer selvaġġi ħajjin miż-żoni mhux elenkati fl-Anness lejn żoni oħra fit-territorju tal-istess Stat Membru mhux imniżżla fl-Anness u lejn Stati Membri oħra, bil-kundizzjoni li:

(a) il-ħnieżer li qabel kienu selvaġġi jkunu ilhom residenti għal perjodu ta' mill-anqas 30 jum fl-azjenda u li f'dik l-azjenda ma jkun iddaħħal ebda ħanżir ħaj matul perjodu ta' mill-inqas 30 jum qabel id-data taċ-ċaqliq;

(b) l-ażjenda timplimenta miżuri ta' biosigurtà;

(c) il-ħnieżer li qabel kienu selvaġġi jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3 jew fil-paragrafu 3 tiegħu;

4.  Fil-każ tal-kunsinni ta' ħnieżer selvaġġi ħajjin li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet tad-deroga previsti fil-paragrafu 3, għandu jiżdied il-kliem addizzjonali li ġej fid-dokumenti veterinarji korrispondenti u/jew fiċ-ċertifikati tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 64/432/KEE u fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 93/444/KEE: “Ħnieżer li huma konformi mal-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE.”

Artikolu 15a

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn operaturi tat-trasport tal-passiġġieri u s-servizzi postali

L-operaturi tat-trasport tal-passiġġieri, inklużi l-operaturi tal-ajruporti u l-portijiet, l-aġenziji tal-ivvjaġġar u servizzi postali għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-klijenti tagħhom għar-regoli stipulati f'din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari billi jipprovdu informazzjoni dwar ir-regoli stipulati fl-Artikoli 2 u 15 lil vjaġġaturi li sejrin mit-territorju ta' xi wieħed mill-Istati Membri kkonċernati u lill-klijenti tas-servizzi postali b'mod xieraq.

▼B

Artikolu 16

Marki tas-saħħa speċjali u rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għal-laħam frisk, għall-preparazzjonijiet tal-laħam u għall-prodotti tal-laħam ipprojbiti hekk kif imsemmi fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 11(1) u fl-Artikolu 15(1)

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-laħam frisk u l-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam ipprojbiti hekk kif imsemmi fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 11(1) u fl-Artikolu 15(1) ikunu mmarkati b'marka tas-saħħa speċjali li ma tkunx ovali u li ma tkunx tixbah:

(a) lill-marka ta' identifikazzjoni għall-preparazzjonijiet tal-laħam u għall-prodotti tal-laħam li fihom jew li jikkonsistu minn laħam tal-majjal stabbilita fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; u

(b) lill-marka tas-saħħa għal-laħam frisk tal-majjal stabbilita fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

▼M10

Artikolu 16a

Proċedura ta' gwida

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċedura ta' gwida tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

1. kull trakk u kull vettura oħra użata għat-trasport tal-ħnieżer ħajjin ikunu:

(a) individwalment irreġistrati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għall-iskopijiet tat-trasport ta' ħnieżer ħajjin bl-użu ta' proċedura ta' gwida;

(b) issiġillati mill-veterinarju uffiċjali wara t-tagħbija; l-uffiċjal tal-awtorità kompetenti biss jista' jkisser is-siġill u jibdlu b'wieħed ġdid; l-awtorità kompetenti għandha tiġi mgħarrfa b'kull tagħbija jew każ ta' bdil tas-siġill;

2. it-trasport iseħħ:

(a) direttament, mingħajr waqfien;

(b) filwaqt li tintuża r-rotta li tkun ġiet awtorizzata mill-awtorità kompetenti;

3. il-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-azjenda agrikola tad-destinazzjoni jrid jikkonferma kull wasla lill-awtorità kompetenti tal-oriġini;

4. wara li l-ħnieżer ħajjin jinħattu, it-trakk jew il-vettura u kull tagħmir ieħor użat fit-trasport ta' dawk il-ħnieżer, irid jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat kollu kemm hu fiż-żona magħluqa tal-post tad-destinazzjoni bis-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali. Għandu japplika l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2002/60/KE;

5. qabel isir l-ewwel dispaċċ miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness, l-awtorità kompetenti tal-oriġini għandha tiżgura li l-arranġamenti meħtieġa jkunu fis-seħħ mal-awtoritajiet rilevanti skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Anness VI tad-Direttiva 2002/60/KE sabiex ikunu żgurati l-pjan ta' emerġenza, il-linja ta' kmand u l-kooperazzjoni sħiħa tas-servizzi f'każ ta' inċident matul it-trasport, ħsara kbira fit-trakk jew fil-vettura jew xi azzjoni ta' frodi min-naħa tal-operatur. L-operaturi tat-trakkijiet għandhom jgħarrfu minnufih lill-awtorità kompetenti b'kull inċident jew ħsara fit-trakk jew fil-vettura.

▼B

Artikolu 17

Rekwiżiti dwar l-irziezet u l-vetturi tat-trasport fiż-żoni mniżżlin fl-Anness

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw:

(a) li fl-irziezet għat-trobbija tal-ħnieżer li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jiġu applikati l-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2002/60/KE u fir-raba' sas-seba' inċiż tiegħu; u

(b) li l-vetturi li jkunu ntużaw għat-trasport tal-ħnieżer jew tal-prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu ġejjin mill-ħnieżer minn irziezet li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jkunu tnaddfu u ġew iddiżinfettati minnufih wara kull vjaġġ u li t-trasportatur jipprovdi evidenza li jkun sar it-tali tindif u t-tali diżinfezzjoni u jżomm dawn il-provi fil-vettura.

Artikolu 18

Rekwiżiti tat-tagħrif tal-Istati Membri kkonċernati

Fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tas-sorveljanza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer li tkun saret fiż-żoni mniżżlin fl-Anness, kif previst fil-pjanijiet għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer mill-popolazzjonijiet tal-ħnieżer slavaġ li l-Kummissjoni tkun approvat skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/60/KE u li jissemmew fl-Artikolu 1(2) ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 19

Konformità

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ sabiex iġibuhom konformi ma' din id-Deċiżjoni u għandhom jirriklamaw mill-ewwel u kif xieraq il-miżuri adottati. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni bihom.

Artikolu 20

Tħassir

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE għandha titħassar.

Artikolu 21

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal- ►M10  31 ta' Diċembru 2019 ◄ .

Artikolu 22

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M29




ANNESS

PARTI I

1.    Ir-Repubblika Ċeka

Iż-żoni li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:

 okres Uherské Hradiště,

 okres Kroměříž,

 okres Vsetín.

2.    L-Estonja

Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

 Hiiu maakond.

3.    Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

 Aizputes novads,

 Alsungas novads,

 Auces novada Bēnes, Vecauces un Ukru pagasts, Auces pilsēta,

 Brocēnu novads,

 Dobeles novada Penkules pagasts,

 Jelgavas novada Platones, Vircavas, Jaunsvirlaukas, Vilces, Lielplatones, Elejas un Sesavas pagasts,

 Kandavas novada Vānes un Matkules pagasts,

 Kuldīgas novads,

 Pāvilostas novada Sakas pagasts un Pāvilostas pilsēta,

 republikas pilsēta Jelgava,

 Rundāles novada Svitenes un Viesturu pagasts,

 Saldus novada Ezeres, Jaunlutriņu, Kursīšu, Lutriņu, Novadnieku, Pampāļu, Saldus, Zaņas, Zirņu un Šķēdes pagasts, Saldus pilsēta,

 Skrundas novads,

 Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes,

 Tērvetes novads,

 Ventspils novada Jūrkalnes pagasts.

4.    Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

 Joniškio rajono savivaldybė,

 Jurbarko rajono savivaldybė,

 Kalvarijos savivaldybė,

 Kazlų Rūdos savivaldybė,

 Kelmės rajono savivaldybė,

 Marijampolės savivaldybė,

 Panevėžio rajono savivaldybė: Krekenavos seninūnijos dalis į vakarus nuo Nevėžio upės ir į pietus nuo kelio Nr. 3004,

 Radviliškio rajono savivaldybė: Aukštelkų, Baisogalos, Grinkiškio, Radviliškio, Radviliškio miesto, Skėmių, Šaukoto, Šeduvos miesto, Šaulėnų ir Tyrulių,

 Raseinių rajono savivaldybė,

 Šakių rajono savivaldybė,

 Šiaulių miesto savivaldybė,

 Šiaulių rajono savivaldybė,

 Vilkaviškio rajono savivaldybė.

5.    Il-Polonja

Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

w województwie warmińsko-mazurskim:

 gminy Kalinowo, Prostki, Stare Juchy i gmina wiejska Ełk w powiecie ełckim,

 gminy Biała Piska, Orzysz, Pisz i Ruciane Nida w powiecie piskim,

 gminy Miłki i Wydminy w powiecie giżyckim,

 gminy Olecko, Świętajno i Wieliczki w powiecie oleckim.

w województwie podlaskim:

 gmina Brańsk z miastem Brańsk, gminy Boćki, Rudka, Wyszki, część gminy Bielsk Podlaski położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 19 (w kierunku północnym od miasta Bielsk Podlaski) i przedłużonej przez wschodnią granicę miasta Bielsk Podlaski i drogę nr 66 (w kierunku południowym od miasta Bielsk Podlaski), miasto Bielsk Podlaski, część gminy Orla położona na zachód od drogi nr 66 w powiecie bielskim,

 gminy Dąbrowa Białostocka, Janów, Suchowola i Korycin w powiecie sokólskim,

 gminy Dziadkowice, Grodzisk i Perlejewo w powiecie siemiatyckim,

 gminy Kolno z miastem Kolno, Mały Płock i Turośl w powiecie kolneńskim,

 gminy Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Łapy i Poświętne w powiecie białostockim,

 powiat zambrowski,

 gminy Bakałarzewo, Raczki, Rutka-Tartak, Suwałki i Szypliszki w powiecie suwalskim,

 gminy Sokoły, Kulesze Kościelne, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo, Ciechanowiec, Wysokie Mazowieckie z miastem Wysokie Mazowieckie, Czyżew w powiecie wysokomazowieckim,

 powiat augustowski,

 gminy Łomża, Miastkowo, Nowogród, Piątnica, Śniadowo i Zbójna w powiecie łomżyńskim,

 powiat miejski Białystok,

 powiat miejski Łomża,

 powiat miejski Suwałki,

 gminy Sejny z miastem Sejny i Giby w powiecie sejneńskim.

w województwie mazowieckim:

 gminy Bielany, Ceranów, Jabłonna Lacka, Sabnie, Sterdyń, Repki i gmina wiejska Sokołów Podlaski w powiecie sokołowskim,

 gminy Domanice, Kotuń, Mokobody, Skórzec, Suchożebry, Mordy, Siedlce, Wiśniew i Zbuczyn w powiecie siedleckim,

 powiat miejski Siedlce,

 gminy Lelis, Łyse, Rzekuń, Troszyn, Czerwin i Goworowo w powiecie ostrołęckim,

 gminy Olszanka i Łosice w powiecie łosickim,

 powiat ostrowski.

w województwie lubelskim:

 gminy Stary Brus i Urszulin w powiecie włodawskim,

 gminy Borki, Czemierniki, miasto Radzyń Podlaski i Ulan-Majorat w powiecie radzyńskim,

 gmina Adamów, Krzywda, Serokomla, Stanin, Trzebieszów, Wojcieszków i gmina wiejska Łuków w powiecie łukowskim,

 gminy Dębowa Kłoda, Jabłoń, Milanów, Parczew, Siemień i Sosnowica w powiecie parczewskim,

 gminy Dorohusk, Kamień, Chełm, Ruda — Huta, Sawin i Wierzbica w powiecie chełmskim,

 powiat miejski Chełm,

 gminy Firlej, Kock, Niedźwiada, Ostrówek, Ostrów Lubelski i Uścimów w powiecie lubartowskim.

PARTI II

1.    Ir-Repubblika Ċeka

Iż-żoni li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:

 okres Zlín.

2.    L-Estonja

Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

 Harju maakond,

 Ida-Viru maakond,

 Jõgeva maakond,

 Järva maakond,

 Kihelkonna vald,

 Kuressaare linn,

 Lääne-Viru maakond,

 Lääne maakond,

 Lääne-Saare vald,

 osa Leisi vallast, mis asub lääne pool Kuressaare-Leisi maanteest (maanatee nr 79),

 Muhu vald,

 Mustjala vald,

 Pihtla vald,

 Pärnu maakond (välja arvatud Audru ja Tõstamaa vald),

 Põlva maakond,

 Rapla maakond,

 Ruhnu vald,

 Salme vald,

 Tartu maakond,

 Torgu vald,

 Viljandi maakond,

 Võru maakond.

3.    Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

 Ādažu novads,

 Aglonas novada Kastuļinas, Grāveru un Šķeltovas pagasts,

 Aizkraukles novads,

 Aknīstes novads,

 Alojas novads,

 Alūksnes novads,

 Amatas novads,

 Apes novada Trapenes, Gaujienas un Apes pagasts, Apes pilsēta,

 Auces novada Lielauces un Īles pagasts,

 Babītes novads,

 Baldones novads,

 Baltinavas novads,

 Balvu novada Vīksnas, Bērzkalnes, Vectilžas, Lazdulejas, Briežuciema, Tilžas, Bērzpils un Krišjāņu pagasts,

 Bauskas novads,

 Beverīnas novads,

 Burtnieku novads,

 Carnikavas novads,

 Cēsu novads,

 Cesvaines novads,

 Ciblas novads,

 Dagdas novads,

 Daugavpils novada Vaboles, Līksnas, Sventes, Medumu, Demenas, Kalkūnes, Laucesas, Tabores, Maļinovas, Ambeļu, Biķernieku, Naujenes, Vecsalienas, Salienas un Skrudalienas pagasts,

 Dobeles novada Dobeles, Annenieku, Bikstu, Zebrenes, Naudītes, Auru, Krimūnu, Bērzes un Jaunbērzes pagasts, Dobeles pilsēta,

 Dundagas novads,

 Engures novads,

 Ērgļu novads,

 Garkalnes novada daļa, kas atrodas uz ziemeļrietumiem no autoceļa A2,

 Gulbenes novada Līgo pagasts,

 Iecavas novads,

 Ikšķiles novada Tīnūžu pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidaustrumiem no autoceļa P10, Ikšķiles pilsēta,

 Ilūkstes novads,

 Jaunjelgavas novads,

 Jaunpils novads,

 Jēkabpils novads,

 Jelgavas novada Glūdas, Zaļenieku, Svētes, Kalnciema, Līvbērzes un Valgundes pagasts,

 Kandavas novada Cēres, Kandavas, Zemītes un Zantes pagasts, Kandavas pilsēta,

 Kārsavas novads,

 Ķeguma novads,

 Ķekavas novads,

 Kocēnu novads,

 Kokneses novads,

 Krāslavas novads,

 Krimuldas novada Krimuldas pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļaustrumiem no autoceļa V89 un V81, un Lēdurgas pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļaustrumiem no autoceļa V81 un V128,

 Krustpils novads,

 Lielvārdes novads,

 Līgatnes novads,

 Limbažu novada Skultes, Limbažu, Umurgas, Katvaru, Pāles un Viļķenes pagasts, Limbažu pilsēta,

 Līvānu novads,

 Lubānas novads,

 Ludzas novads,

 Madonas novads,

 Mālpils novads,

 Mārupes novads,

 Mazsalacas novads,

 Mērsraga novads,

 Naukšēnu novads,

 Neretas novads,

 Ogres novads,

 Olaines novads,

 Ozolnieku novads,

 Pārgaujas novads,

 Pļaviņu novads,

 Preiļu novada Saunas pagasts,

 Priekuļu novada Veselavas pagasts un Priekuļu pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa P28 un rietumiem no autoceļa P20,

 Raunas novada Raunas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa A2,

 republikas pilsēta Daugavpils,

 republikas pilsēta Jēkabpils,

 republikas pilsēta Jūrmala,

 republikas pilsēta Rēzekne,

 republikas pilsēta Valmiera,

 Rēzeknes novada Audriņu, Bērzgales, Čornajas, Dricānu, Gaigalavas, Griškānu, Ilzeskalna, Kantinieku, Kaunatas, Lendžu, Lūznavas, Maltas, Mākoņkalna, Nagļu, Ozolaines, Ozolmuižas, Rikavas, Nautrēnu, Sakstagala, Silmalas, Stoļerovas, Stružānu un Vērēmu pagasts un Feimaņu pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļiem no autoceļa V577 un Pušas pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļaustrumiem no autoceļa V577 un V597,

 Riebiņu novada Sīļukalna, Stabulnieku, Galēnu un Silajāņu pagasts,

 Rojas novads,

 Ropažu novada daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa P10,

 Rugāju novada Lazdukalna pagasts,

 Rundāles novada Rundāles pagasts,

 Rūjienas novads,

 Salacgrīvas novads,

 Salas novads,

 Saulkrastu novads,

 Siguldas novada Mores pagasts un Allažu pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa P3,

 Skrīveru novads,

 Smiltenes novada Brantu, Blomes, Smiltenes, Bilskas un Grundzāles pagasts un Smiltenes pilsēta,

 Strenču novads,

 Talsu novads,

 Tukuma novads,

 Valkas novads,

 Varakļānu novads,

 Vecpiebalgas novads,

 Vecumnieku novads,

 Ventspils novada Ances, Tārgales, Popes, Vārves, Užavas, Piltenes, Puzes, Ziru, Ugāles, Usmas un Zlēku pagasts, Piltenes pilsēta,

 Viesītes novads,

 Viļakas novads,

 Viļānu novads,

 Zilupes novads.

4.    Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

 Alytaus miesto savivaldybė,

 Alytaus rajono savivaldybė,

 Anykščių rajono savivaldybė: Andrioniškio, Anykščių, Debeikių, Kavarsko seniūnijos dalis į rytus nuo kelio Nr. 120 ir į šiaurę nuo kelio Nr. 1205, Kurklių, Skiemonių, Svėdasų, Troškūnų ir Viešintų seniūnijos,

 Birštono savivaldybė,

 Biržų miesto savivaldybė,

 Biržų rajono savivaldybė: Nemunėlio Radviliškio, Pabiržės, Pačeriaukštės ir Parovėjos seniūnijos,

 Elektrėnų savivaldybė,

 Ignalinos rajono savivaldybė,

 Jonavos rajono savivaldybė: Žeimių seniūnijos dalis į šiaurę nuo kelio Nr 144 ir į vakarus nuo kelio Nr 232,

 Kaišiadorių miesto savivaldybė,

 Kaišiadorių rajono savivaldybė,

 Kauno miesto savivaldybė,

 Kauno rajono savivaldybės: Akademijos, Alšėnų, Batniavos, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos apylinkių, Garliavos, Karmėlavos, Kačerginės, Kulautuvos, Lapių, Linksmakalnio, Neveronių, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos apylinkių, Vilkijos, Zapyškio seniūnijos,

 Kėdainių rajono savivaldybė savivaldybės: Dotnuvos, Gudžiūnų, Josvainių seniūnijos dalis į šiaurę nuo kelio Nr 3514 ir Nr 229, Krakių, Kėdainių miesto, Surviliškio, Truskavos, Vilainių ir Šėtos seniūnijos,

 Kupiškio rajono savivaldybė: Noriūnų, Skapiškio, Subačiaus ir Šimonių seniūnijos,

 Molėtų rajono savivaldybė,

 Pakruojo rajono savivaldybė: Klovainių, Rozalimo ir Žeimelio seniūnijos,

 Pasvalio rajono savivaldybė: Joniškėlio apylinkių, Joniškėlio miesto, Saločių ir Pušaloto seniūnijos,

 Radviliškio rajono savivaldybė: Pakalniškių ir Sidabravo seniūnijos,

 Prienų miesto savivaldybė,

 Prienų rajono savivaldybė,

 Rokiškio rajono savivaldybė,

 Širvintų rajono savivaldybė,

 Švenčionių rajono savivaldybė,

 Trakų rajono savivaldybė,

 Utenos rajono savivaldybė,

 Vilniaus miesto savivaldybė,

 Vilniaus rajono savivaldybė,

 Visagino savivaldybė,

 Zarasų rajono savivaldybė.

5.    Il-Polonja

Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

w województwie podlaskim:

 część gminy Wizna położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę łączącą miejscowości Jedwabne i Wizna oraz na południe od linii wyznaczoną przez drogę nr 64 (od skrzyżowania w miejscowości Wizna w kierunku wschodnim do granicy gminy) w powiecie łomżyńskim,

 gmina Dubicze Cerkiewne, Czyże, Białowieża, Hajnówka z miastem Hajnówka, Narew, Narewka i części gmin Kleszczele i Czeremcha położone na wschód od drogi nr 66 w powiecie hajnowskim,

 gmina Kobylin-Borzymy w powiecie wysokomazowieckim,

 gminy Grabowo i Stawiski w powiecie kolneńskim,

 gminy Czarna Białostocka, Dobrzyniewo Duże, Gródek, Michałowo, Supraśl, Tykocin, Wasilków, Zabłudów, Zawady i Choroszcz w powiecie białostockim,

 część gminy Bielsk Podlaski położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 19 (w kierunku północnym od miasta Bielsk Podlaski) i przedłużonej przez wschodnią granicę miasta Bielsk Podlaski i drogę nr 66 (w kierunku południowym od miasta Bielsk Podlaski), część gminy Orla położona na wschód od drogi nr 66 w powiecie bielskim,

 gminy Krasnopol, Puńsk w powiecie sejneńskim,

 gminy Sokółka, Szudziałowo, Sidra, Kuźnica, Nowy Dwór i Krynki w powiecie sokólskim.

w województwie mazowieckim:

 gmina Przesmyki w powiecie siedleckim.

w województwie lubelskim:

 gminy Komarówka Podlaska i Wohyń w powiecie radzyńskim,

 gminy Rossosz, Wisznice, Sławatycze, Sosnówka, Tuczna i Łomazy w powiecie bialskim.

PARTI III

1.    L-Estonja

Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

 Audru vald,

 Laimjala vald,

 osa Leisi vallast, mis asub ida pool Kuressaare-Leisi maanteest (maantee nr 79),

 Orissaare vald,

 Pöide vald,

 Tõstamaa vald,

 Valjala vald.

2.    Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

 Apes novada Virešu pagasts,

 Aglonas novada Aglonas pagasts,

 Auces novada Vītiņu pagasts,

 Balvu novada Kubuļu un Balvu pagasts un Balvu pilsēta,

 Daugavpils novada Nīcgales, Kalupes, Dubnas un Višķu pagasts,

 Garkalnes novada daļa, kas atrodas uz dienvidaustrumiem no autoceļa A2,

 Gulbenes novada Beļavas, Galgauskas, Jaungulbenes, Daukstu, Stradu, Litenes, Stāmerienas, Tirzas, Druvienas, Rankas, Lizuma un Lejasciema pagasts un Gulbenes pilsēta,

 Ikšķiles novada Tīnūžu pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļrietumiem no autoceļa P10,

 Inčukalna novads,

 Jaunpiebalgas novads,

 Krimuldas novada Krimuldas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidrietumiem no autoceļa V89 un V81, un Lēdurgas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidrietumiem no autoceļa V81 un V128,

 Limbažu novada Vidrižu pagasts,

 Priekuļu novada Liepas un Mārsēnu pagasts un Priekuļu pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļiem no autoceļa P28 un austrumiem no autoceļa P20,

 Preiļu novada Preiļu, Aizkalnes un Pelēču pagasts un Preiļu pilsēta,

 Raunas novada Drustu pagasts un Raunas pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļiem no autoceļa A2,

 Rēzeknes novada Feimaņu pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa V577 un Pušas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidrietumiem no autoceļa V577 un V597,

 Riebiņu novada Riebiņu un Rušonas pagasts,

 Ropažu novada daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa P10,

 Rugāju novada Rugāju pagasts,

 Salaspils novads,

 Saldus novada Jaunauces, Rubas, Vadakstes un Zvārdes pagasts,

 Sējas novads,

 Siguldas novada Siguldas pagasts un Allažu pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļiem no autoceļa P3, un Siguldas pilsēta,

 Smiltenes novada Launkalnes, Variņu un Palsmanes pagasts,

 Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes,

 Vārkavas novads.

3.    Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

 Anykščių rajono savivaldybė: Kavarsko seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio Nr. 120 ir į pietus nuo kelio Nr. 1205 ir Traupio seniūnija,

 Biržų rajono savivaldybė: Vabalninko, Papilio ir Širvenos seniūnijos,

 Druskininkų savivaldybė,

 Jonavos rajono savivaldybė: Bukonių, Dumsių, Jonavos miesto, Kulvos, Rūklos, Šilų, Upninkų, Užusalio seniūnijos ir Žeimių seniūnijos dalis į pietus nuo kelio Nr 144 ir į rytus nuo kelio Nr 232,

 Kauno rajono savivaldybė: Babtų, Čekiškės ir Vandžiogalos seniūnijos,

 Kėdainių rajono savivaldybė: Pelėdnagių, Pernaravos seniūnijos ir Josvainių seniūnijos dalis į pietus nuo kelio Nr 3514 ir Nr 229,

 Kupiškio rajono savivaldybė: Alizavos ir Kupiškio seniūnijos,

 Lazdijų rajono savivaldybė,

 Pakruojo rajono savivaldybė: Guostagalio seniūnija,

 Panevėžio miesto savivaldybė,

 Panevėžio rajono savivaldybė: Karsakiškio, Miežiškių, Naujamiesčio, Paįstrio, Raguvos, Ramygalos, Smilgių, Upytės, Vadoklių, Velžio seniūnijos ir Krekenavos seniūnijos dalis į rytus nuo Nevėžio upės ir į šiaurę nuo kelio Nr. 3004,

 Pasvalio rajono savivaldybė: Daujėnų, Krinčino, Namišių, Pasvalio apylinkių, Pasvalio miesto, Pumpėnų ir Vaškų seniūnijos,

 Šalčininkų rajono savivaldybė,

 Ukmergės rajono savivaldybė,

 Varėnos rajono savivaldybė.

4.    Il-Polonja

Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

w województwie podlaskim:

 powiat grajewski,

 powiat moniecki,

 gminy Jedwabne i Przytuły oraz część gminy Wizna, położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę łączącą miejscowości Jedwabne i Wizna oraz na północ od linii wyznaczonej przez drogę 64 (od skrzyżowania w miejscowości Wizna w kierunku wschodnim do granicy gminy) w powiecie łomżyńskim,

 części gminy Czeremcha i Kleszczele położone na zachód od drogi nr 66 w powiecie hajnowskim,

 gminy Drohiczyn, Mielnik, Milejczyce, Nurzec-Stacja, Siemiatycze z miastem Siemiatycze w powiecie siemiatyckim.

w województwie mazowieckim:

 gminy Platerów, Sarnaki, Stara Kornica i Huszlew w powiecie łosickim,

 gminy Korczew i Paprotnia w powiecie siedleckim.

w województwie lubelskim:

 gminy Kodeń, Konstantynów, Janów Podlaski, Leśna Podlaska, Piszczac, Rokitno, Biała Podlaska, Zalesie i Terespol z miastem Terespol, Drelów, Międzyrzec Podlaski z miastem Międzyrzec Podlaski w powiecie bialskim,

 powiat miejski Biała Podlaska,

 gminy Radzyń Podlaski i Kąkolewnica w powiecie radzyńskim,

 gminy Hanna, Hańsk, Wola Uhruska, Wyryki i gmina wiejska Włodawa w powiecie włodawskim,

 gmina Podedwórze w powiecie parczewskim.

PARTI IV

L-Italja

Iż-żoni li ġejjin fl-Italja:

 it-territorju kollu tas-Sardenja.



( 1 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/422/KE tas-26 ta' Mejju 2003 approvazzjoni ta' manwal għad-dijanjożi ta' African swine fever (ĠU L 143, 11.6.2003, p. 35).

( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

( *1 ) ĠU L 295, 11.10.2014, pag. 63.”

( 4 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta' semen ta' bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62).

( *2 ) ĠU L 295, 11.10.2014, pag. 63.”