2014D0709 — MT — 08.08.2015 — 006.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (notifikata bid-dokument C(2014) 7222) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 295 11.10.2014, p. 63) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/251 tat-13 ta' Frar 2015 |
L 41 |
46 |
17.2.2015 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/558 tal-1 ta' April 2015 |
L 92 |
109 |
8.4.2015 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/820 tat-22 ta' Mejju 2015 |
L 129 |
41 |
27.5.2015 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1169 tal-14 ta' Lulju 2015 |
L 188 |
45 |
16.7.2015 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1318 tad-29 ta' Lulju 2015 |
L 203 |
14 |
31.7.2015 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1372 tas-7 ta' Awwissu 2015 |
L 211 |
34 |
8.8.2015 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta' Ottubru 2014
dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE
(notifikata bid-dokument C(2014) 7222)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/709/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern ( 1 ), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern ( 2 ), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman ( 3 ), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE ( 4 ) tistabbilixxi l-miżuri minimi li jridu jiġu applikati fl-Unjoni biex ikun ikkontrollat id-deni Afrikan tal-ħnieżer, fosthom il-miżuri li jridu jittieħdu meta jfaqqa' d-deni Afrikan tal-ħnieżer f'razzett għat-trobbija tal-ħnieżer u meta jkun hemm suspett ta' każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ jew meta jkunu kkonfermati t-tali każijiet. Dawk il-miżuri jinkludu l-pjanijiet għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'popolazzjoni tal-ħnieżer slavaġ li l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw u li l-Kummissjoni tkun approvat. |
(2) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer ilu jeżisti f'Sardinja, l-Italja sa mill-1978, u mill-2014 iddaħħal fi Stati Membri oħra li jinsabu fil-Lvant tal-Ewropa, fosthom fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja, minn pajjiżi terzi li jmissu magħhom fejn din il-marda hija mifruxa ħafna. |
(3) |
Sabiex jiffukaw il-miżuri ta' kontroll u jevitaw li l-marda tkompli tixtered, kif ukoll li jkun hemm tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni, u sabiex jevitaw xkiel mhux iġġustifikat għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, l-Istati Membri kkonċernati stabbilixxew b'urġenza ż-żoni infettati u ż-żoni li kienu f'riskju li jispiċċaw ukoll bħala żoni infettati, li ġew iddefiniti fil-livell tal-Unjoni f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati permezz tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġew ikkonsolidati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/178/UE ( 5 ). Dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi wkoll miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali għall-moviment u t-tqassim tal-ħnieżer u ta' ċertu prodotti tal-ħnieżer u għall-immarkar tal-laħam tal-majjal miż-żoni stipulati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni sabiex dik il-marda ma tixteridx f'żoni oħra tal-Unjoni. |
(4) |
Il-pjan li l-Italja ressqet lill-Kummissjoni għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ f'Sardinja ġie approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/362/KE ( 6 ), filwaqt li l-pjanijiet għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ f'ċertu żoni tal-Litwanja u l-Polonja ġew approvati permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/442/UE ( 7 ). |
(5) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer jista' jitqies bħala marda endemika fil-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u slavaġ ta' ċertu pajjiżi terzi li jmissu mal-fruntieri tal-Unjoni u hu theddida dejjiema għall-Unjoni. |
(6) |
Is-sitwazzjoni tal-marda jaf twassal biex tipperikola l-merħliet tal-ħnieżer f'żoni mhux affettwati tal-Istati Membri li huma milqutin mill-marda dal-ħin, jiġifieri l-Estonja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja, kif ukoll il-merħliet tal-ħnieżer fi Stati Membri oħra, l-aktar fejn jidħol il-kummerċ ta' prodotti li jkunu ġejjin mill-ħnieżer. |
(7) |
L-Estonja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja ħadu miżuri biex jegħlbu d-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-qafas tad-Direttiva 2002/60/KE, u lill-Kummissjoni l-Estonja u l-Latvja se jressqulha l-pjanijiet tagħhom għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ għall-approvazzjoni tagħha skont l-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva. |
(8) |
Jixraq li l-Istati Membri u ż-żoni kkonċernati jitniżżlu f'Anness iddivrenzjat skont il-livell tar-riskju. Is-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer għandha titqies fil-partijiet differenti tal-Anness, fosthom jekk dan jolqotx kemm lill-ħnieżer fl-irziezet għat-trobbija tal-ħnieżer kif ukoll lill-popolazzjoni tal-ħnieżer slavaġ (il-Parti III u l-Parti IV), jekk dan jolqotx lill-popolazzjoni tal-ħnieżer slavaġ biss (il-Parti II) jew jekk ir-riskju hux minħabba li hemm ċertu qrubija lejn il-popolazzjoni infettata tal-ħnieżer slavaġ (il-Parti I). B'mod partikulari, għandha ssir distinzjoni bejn jekk is-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda tkunx stabilizzat ruħha u l-marda tkunx saret endemika (il-Parti IV) jew jekk is-sitwazzjoni tkunx għadha dinamika u jkun għad m'hemmx ċertezza dwar l-evoluzzjoni tagħha (il-Parti III). Madankollu, jista' jkun li l-klassifikazzjoni tat-territorji tal-Istati Membri jew ta' partijiet minnhom fil-Partijiet I, II, III u IV skont il-popolazzjoni tal-ħnieżer ikkonċernata jkollha tiġi adattata billi jitqiesu fatturi oħra tar-riskju minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika lokali u l-evoluzzjoni tagħha, b'mod speċjali f'żoni li jkun għadhom kemm ġew infettati fejn ma jkunx hemm daqshekk esperjenza fl-epidemjoloġija tal-marda fil-kuntest ta' sistemi ekoloġiċi differenti. |
(9) |
Mil-lat tar-riskju tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, il-movimenti ta' prodotti differenti li jkunu ġejjin mill-ħnieżer joħolqu livelli differenti tar-riskju. Bħala regola ġenerali, hekk kif intqal fl-Opinjoni Xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tal-2010 ( 8 ), il-moviment ta' ħnieżer ħajjin, tas-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom, u ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin minn ħnieżer miż-żoni infettati, joħloq aktar riskji mil-lat tal-esponiment u tal-konsegwenzi milli joħloq il-moviment tal-laħam, tal-preparazzjonijiet tal-laħam u tal-prodotti tal-laħam. Għaldaqstant, għandu jkun ipprojbit it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin, tas-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom, u tal-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer, kif ukoll it-tqassim ta' ċertu laħam, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam minn ċertu żoni tal-Istati Membri mniżżlin fil-Partijiet I, II, III u IV tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Din il-projbizzjoni tinkludi s-suidae kollha kif jissemma fid-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE ( 9 ). |
(10) |
Sabiex jitqiesu l-livelli differenti tar-riskju skont it-tip ta' prodott tal-ħnieżer u s-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Istati Membri u fiż-żoni kkonċernati, jixraq li jiġu previsti ċertu derogi għal kull tip ta' prodott tal-ħnieżer li jkun ġej mit-territorji mniżżlin fil-partijiet differenti tal-Anness ta' dan ir-Regolament. Dawn id-derogi huma wkoll konformi mal-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju għall-importazzjoni fejn jidħol id-deni Afrikan tal-ħnieżer indikati fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali. Din id-Deċiżjoni għandha tipprevedi wkoll il-miżuri addizzjonali ta' salvagwardja u r-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali jew it-trattamenti addizzjonali tal-prodotti differenti li jkunu japplikaw jekk jingħataw dawk id-derogi. |
(11) |
Minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali u bħala prekawzjoni, l-Istati Membri kkonċernati, jiġifieri l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja, stabbilixxew żoni ġodda kbar biżżejjed u xierqa, deskritti fil-Partijiet I, II u III tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni, li huma adattati għall-qagħda epidemjoloġika attwali u fejn japplikaw restrizzjonijiet adegwati fuq il-movimenti tal-ħnieżer ħajjin, tas-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom u tal-laħam frisk tal-majjal u ta' ċertu prodotti tal-ħnieżer. F'dak li għandu x'jaqsam mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'Sardinja, l-Italja, is-sitwazzjoni hija differenti minn dik fi Stati Membri oħra minħabba li din il-marda ilha ħafna endemika għal din il-parti tat-territorju Taljan u minħabba l-pożizzjoni ġeografika insulari tal-post. Għalhekk qed jitqies li l-Parti IV tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandha tibqa' tkopri t-territorju kollu ta' Sardinja fl-Italja. |
(12) |
Ir-restrizzjonijiet veterinarji li japplikaw bħalissa huma partikolarment stretti għaż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni, u dan jista' jwassal għal problemi ta' loġistika u ta' benesseri tal-annimali f'każ li l-ħnieżer ma jkunux jistgħu jinqatlu fiż-żoni rispettivi, l-iktar minħabba li ma jkunx hemm biċċeriji adattati jew minħabba li l-kapaċità tal-qtil tkun limitata fiż-żoni rilevanti mniżżlin fil-Parti III. |
(13) |
Il-moviment ta' ħnieżer ħajjin għall-qatla immedjata joħloq anqas riskju minn tipi oħra ta' movimenti ta' ħnieżer ħajjin, dejjem jekk ikunu fis-seħħ il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju. Għalhekk, huwa xieraq li, fiċ-ċirkustanzi deskritti hawn fuq, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jagħtu derogi, b'mod eċċezzjonali, biex il-ħnieżer ħajjin jintbagħtu miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness għall-qatla immedjata f'biċċerija li tkun tinsab 'il barra minn dik iż-żona fl-istess Stat Membru, dejjem jekk jintlaħqu kundizzjonijiet rigorużi sabiex ma jiġix ipperikolat il-kontroll tal-marda. |
(14) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE ( 10 ) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/444/KEE ( 11 ) jistipulaw li l-annimali għandu jkollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa meta dawn jittieħdu minn post għall-ieħor. Meta d-derogi mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin miż-żoni mniżżlin fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jiġu applikati għall-ħnieżer ħajjin maħsubin għall-kummerċ fl-Unjoni jew għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz, dawk iċ-ċertifikati tas-saħħa għandu jkun fihom referenza għal din id-Deċiżjoni ħalli jkun żgurat li ċ-ċertifikati rilevanti jkun fihom tagħrif eżatt u adegwat dwar is-saħħa. |
(15) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 ( 12 ) jistipula li ċertu prodotti li ġejjin mill-annimali għandu jkollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa meta dawn jittieħdu minn post għall-ieħor. Sabiex id-deni Afrikan tal-ħnieżer ma jixteridx f'żoni oħra tal-Unjoni, meta Stat Membru jkollu projbizzjoni fuq it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam u ta' prodotti tal-laħam li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam tal-majjal minn ċertu żoni tat-territorju tiegħu, għandhom jiġu stabbiliti ċertu rekwiżiti, b'mod partikulari marbutin maċ-ċertifikazzjoni, għat-tqassim tat-tali laħam, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam minn żoni oħra tat-territorju ta' dak l-Istat Membru li ma jkunux suġġetti għal din il-projbizzjoni u dawk iċ-ċertifikati tas-saħħa għandu jkun fihom referenza għal din id-Deċiżjoni. |
(16) |
Barra minn hekk, sabiex id-deni Afrikan tal-ħnieżer ma jixteridx f'żoni oħra tal-Unjoni u f'pajjiżi terzi, jixraq li jkun previst li t-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam u tal-prodotti tal-laħam li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam tal-majjal minn Stati Membri li jkollhom żoni li jkunu mniżżlin fl-Anness, ikun suġġett għal ċertu kundizzjonijiet iktar stretti. B'mod partikulari, it-tali laħam frisk tal-majjal, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam tal-majjal għandhom ikunu mmarkati b'marki apposta li ma jkunux jixbhu lill-marka ta' identifikazzjoni prevista fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ) u lill-marki tas-saħħa għal-laħam tal-majjal previsti fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ). |
(17) |
Il-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni għandu jqis l-epidemjoloġija tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u l-kundizzjonijiet meħtieġa biex żona terġa' tikseb l-istatus ta' żona ħielsa mid-deni Afrikan tal-ħnieżer skont il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, u għalhekk dan il-perjodu għandu jdum mill-inqas sal-31 ta' Diċembru 2018. |
(18) |
Għall-finijiet taċ-ċarezza, għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/KE għandha titħassar u tinbidel b'din id-Deċiżjoni. |
(19) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew fiż-żoni tagħhom kif stipulat fl-Anness (l-Istati Membri kkonċernati).
Hija għandha tapplika mingħajr ħsara għall-pjanijiet għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'popolazzjonijiet tal-ħnieżer slavaġ fl-Istati Membri kkonċernati li l-Kummissjoni tkun approvat skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/60/KE.
Artikolu 2
Projbizzjoni fuq it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin, tas-semen, l-ova u l-embrijuni tal-ħnieżer, tal-laħam tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, tal-prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih il-laħam tal-majjal kif ukoll il-kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer minn ċertu żoni mniżżlin fl-Anness
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprojbixxu:
(a) it-tqassim ta' ħnieżer ħajjin miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness;
(b) it-tqassim tal-kunsinni ta' semen, ova u embrijuni tal-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet III u IV tal-Anness;
(c) it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam tal-majjal, preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, prodotti tal-laħam tal-majjal u kull prodott ieħor li fih it-tali laħam miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet III u IV tal-Anness; u
(d) it-tqassim tal-kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet III u IV tal-Anness.
Artikolu 3
Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin miż-żoni mniżżlin fil-Parti II tal-Anness
B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(a), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin minn razzett li jkun jinsab fiż-żoni mnżżlin fil-Parti II tal-Anness lejn żoni oħrajn fit-territorju tal-istess Stat Membru sakemm:
1. il-ħnieżer ikun ilhom mill-anqas 30 ġurnata jew minn twelidhom jitrabbew f'dak ir-razzett u sakemm f'dak ir-razzett ma jkun iddaħħal l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness għal mill-inqas 30 jum qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor; u
2. il-ħnieżer ikunu sarulhom testijiet fil-laboratorju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer b'riżultati negattivi għal kampjuni li jkunu ttieħdu skont il-proċeduri għat-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-pjan għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni fi żmien 15-il jum qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor, u uffiċjal veterinarju jkun eżaminahom mil-lat kliniku għad-deni Afrikan tal-ħnieżer skont il-proċeduri għall-kontroll u t-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/422/KE ( 15 ) dakinhar tat-tqassim; jew
3. il-ħnieżer ikunu ġejjin minn razzett:
(a) li, mill-anqas darbtejn fis-sena, jkunu sarulu spezzjonijiet mill-awtorità veterinarja kompetenti b'intervall ta' mill-anqas erba' xhur bejniethom, li:
(i) jkunu skont il-linji gwida u l-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE;
(ii) jkunu jinkludu eżami kliniku u t-teħid ta' kampjuni li fihom il-ħnieżer li jkollhom aktar minn 60 ġurnata jkunu sarulhom testijiet fil-laboratorju skont il-proċeduri għall-kontroll u t-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE; u
(iii) jkunu vverifikaw li l-miżuri previsti fit-tieni inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2002/60/KE u fir-raba' sas-seba' inċiż tiegħu jkunu ġew applikati b'mod effettiv; u
(b) li jimplimenta r-rekwiżiti tal-bijosigurtà għad-deni Afrikan tal-ħnieżer li tkun stabbilixxiet l-awtorità kompetenti.
Artikolu 4
Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' ħnieżer ħajjin għall-qatla immedjata miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness u fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam tal-majjal, ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u ta' prodotti tal-laħam tal-majjal miksubin minn dawn il-ħnieżer
B'deroga mill-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(a) u (c), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin għall-qatla immedjata miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness lejn żoni oħra fit-territorju tal-istess Stat Membru f'każ li l-biċċeriji approvati mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 12 li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness ikollhom limitazzjonijiet loġsitiċi fil-kapaċità tal-qtil tagħhom, sakemm:
1. il-ħnieżer ikun ilhom mill-anqas 30 ġurnata jew minn twelidhom jitrabbew f'dak ir-razzett u sakemm f'dak ir-razzett ma jkun iddaħħal l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness għal mill-inqas 30 jum qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor;
2. il-ħnieżer ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3 jew fil-paragrafu 3 tiegħu;
3. il-ħnieżer jiġu ttrasportati għall-qatla immedjata b'mod dirett, mingħajr waqfien jew ħatt, lejn biċċerija approvata skont l-Artikolu 12 u maħtura speċifikament għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti;
4. l-awtorità kompetenti tat-tqassim tkun avżat lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-biċċerija bl-intenzjoni li jintbagħtu l-ħnieżer f'dik il-biċċerija u sakemm dik l-awtorità kompetenti responsabbli għall-biċċerija tkun avżat lill-awtorità kompetenti tat-tqassim bil-wasla ta' dawk il-ħnieżer;
5. mal-wasla fil-biċċerija, dawn il-ħnieżer jinżammu separati mill-ħnieżer l-oħra u jinqatlu separatament minnhom fiha, f'ġurnata partikulari li fiha jinqatlu biss dawn il-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness;
6. it-trasport tal-ħnieżer lejn il-biċċerija f'żoni li jkunu jinsabu 'l barra minn dawk imniżżlin fil-Parti III tal-Anness u minn ġo fihom, isir tul rotot tat-trasport iddefiniti minn qabel u sakemm il-vetturi użati biex jinġarru dawk il-ħnieżer jitnaddfu malajr kemm jista' jkun wara l-ħatt u jekk ikun hemm bżonn jitnaddfu bi prodotti għal kontra l-insetti u jiġu ddiżinfettati;
7. l-Istati Membri kkonċernati jiżguraw li l-laħam frisk tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal miksubin minn dawk il-ħnieżer:
(a) ikunu prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12;
(b) ikunu mmarkati skont l-Artikolu 16; u
(c) ikunu kkummerċjalizzati biss fit-territorju ta' dak l-Istat Membru;
8. l-Istati Membri kkonċernati jiżguraw li l-prodotti sekondarji tal-annimali minn dawk il-ħnieżer isirilhom trattament f'sistema separata approvata mill-awtorità kompetenti li jiżgura li l-prodotti dderivati miksubin minn dawk il-ħnieżer ma joħolqu l-ebda riskju b'rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer; u
9. l-Istati Membri kkonċernati jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar l-għoti tad-deroga skont dan l-Artikolu u jibagħtulha l-ismijiet u l-indirizzi tal-biċċeriji approvati skont dan l-Artikolu.
Artikolu 5
Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam tal-majjal, ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, ta' prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness
B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(c), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, tal-prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih jew li jkun jikkonsisti mil-laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness, sakemm dawn ikunu:
(a) jew ġejjin minn ħnieżer li jkunu nżammu minn twelidhom fi rziezet li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III jew IV tal-Anness, u l-laħam tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam, ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12; jew
(b) ikunu ġejjin minn ħnieżer li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3 jew fil-paragrafu 3 tiegħu, u l-laħam tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam, ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12; jew
(c) ikunu ġew prodotti u pproċessati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12.
Artikolu 6
Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam tal-majjal, ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, ta' prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fil-Parti IV tal-Anness
B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(c), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, tal-prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih jew li jkun jikkonsisti mil-laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fil-Parti IV tal-Anness, sakemm dawn ikunu:
(a) jew ġejjin minn ħnieżer li nżammu minn twelidhom fi rziezet li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fl-Anness, u l-laħam tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam, ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12; jew
(b) ikunu ġew prodotti u pproċessati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12.
Artikolu 7
Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness
1. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(d), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-prodotti dderivati kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ) li jkunu nkisbu mill-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, sakemm dawk il-prodotti sekondarji jkun sarilhom trattament li jiżgura li l-prodotti dderivati ma joħolqu l-ebda riskju b'rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer.
2. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(d), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin minn annimali porċini minbarra l-ħnieżer slavaġ, inklużi l-iġsma mhux ipproċessati tal-annimali mejta minn azjendi jew karkassi minn biċċeriji approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness lejn impjanti tal-ipproċessar, tal-inċinerazzjoni jew tal-koinċinerazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 24(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness, sakemm:
(a) il-prodotti sekondarji tal-annimali jkunu ġejjin minn irziezet jew minn biċċeriji li jkunu jinsabu f'żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness fejn ma jkun instab l-ebda każ ta' deni Afrikan tal-ħnieżer għal mill-inqas 40 jum qabel it-tqassim;
(b) l-awtorità kompetenti tkun irreġistrat b'mod individwali kull trakk u kull vettura oħra użata għat-trasport ta' dawk il-prodotti sekondarji tal-annimali skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u:
(i) il-kompartiment kopert li ma jnixxix użat għat-trasport ta' dawk il-prodotti sekondarji tal-annimali jkun mibni b'tali mod li jkun jista' jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat b'mod effettiv u l-qiegħ tiegħu jkun mibni b'tali mod li l-likwidi jkunu jistgħu jiskulaw minnu u jinġabru faċilment;
(ii) jkun hemm provi, fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trakk u ta' vetturi oħrajn, li jkunu saru verifiki tekniċi regolari b'suċċess tat-trakk jew tal-vettura;
(iii) kull trakk ikollu sistema ta' navigazzjoni bis-satellita sabiex tkun tista' tiġi stabbilita l-pożizzjoni tiegħu f'ħin reali. L-operatur tat-trasport għandu jippermetti lill-awtorità kompetenti tiċċekkja l-moviment tat-trakk f'ħin reali u żżomm ir-rekords elettroniċi tal-moviment għal mill-inqas xahrejn;
(c) wara t-tagħbija, il-veterinarju uffiċjali jissiġilla l-kompartiment użat għat-trasport ta' dawn il-prodotti sekondarji tal-annimali. Il-veterinarju uffiċjali biss jista' jkisser is-siġill u jibdlu b'wieħed ġdid. L-awtorità kompetenti għandha tiġi mgħarrfa b'kull tagħbija jew każ ta' bdil tas-siġill;
(d) it-trakkijiet jew il-vetturi ma jitħallewx jidħlu fl-irziezet għat-trobbija tal-ħnieżer u l-awtorità kompetenti tiżgura l-ġbir sikur tal-karkassi tal-majjali;
(e) it-trasport lejn l-impjanti msemmija hawn fuq isir b'mod dirett lejn dawk l-impjanti biss, mingħajr waqfien tul ir-rotta awtorizzata mill-awtorità kompetenti mill-punt magħżul tad-diżinfezzjoni sal-ħruġ miż-żona mniżżla fil-Parti III tal-Anness. Fil-punt magħżul tad-diżinfezzjoni, it-trakkijiet u l-vetturi jridu jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati kif xieraq taħt il-kontroll tal-veterinarju uffiċjali;
(f) ma' kull kunsinna ta' prodotti sekondarji tal-annimali jkun hemm id-dokument kummerċjali mimli kif xieraq imsemmi fil-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 ( 17 ). Il-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-impjant tal-ipproċessar tad-destinazzjoni jrid jikkonferma kull wasla lill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (b)(iii);
(g) wara li l-prodotti sekondarji tal-annimali jinħattu, it-trakk jew il-vettura u kull tagħmir ieħor użat fit-trasport ta' dawk il-prodotti sekondarji tal-annimali li jista' jkun tniġġes, jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati kollha kemm huma u, jekk ikun hemm bżonn, jitnaddfu bi prodotti għal kontra l-insetti fiż-żona magħluqa tal-impjant tal-ipproċessar taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali. Għandu japplika l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2002/60/KE;
(h) il-prodotti sekondarji tal-annimali jiġu pproċessati mingħajr dewmien. Kull ħażna fl-impjant tal-ipproċessar għandha tkun ipprojbita;
(i) l-awtorità kompetenti tiżgura li l-għadd ta' prodotti sekondarji tal-annimali li jintbagħat ma jaqbiżx il-kapaċità rilevanti tal-ipproċessar ta' kuljum tal-impjant tal-ipproċessar;
(j) l-awtorità kompetenti tiżgura li, qabel isir l-ewwel tqassim miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness, ikunu fis-seħħ l-arranġamenti meħtieġa mal-awtoritajiet rilevanti skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Anness VI tad-Direttiva 2002/60/KE sabiex ikunu żgurati l-pjan ta' emerġenza, il-linja ta' kmand u l-kooperazzjoni sħiħa tas-servizzi f'każ ta' inċident matul it-trasport, ta' ħsara kbira fit-trakk jew fil-vettura jew ta' frodi min-naħa tal-operatur. L-operaturi tat-trakkijiet għandhom jgħarrfu minnufih lill-awtorità kompetenti b'kull inċident jew ħsara fit-trakk jew fil-vettura.
Artikolu 8
Projbizzjoni fuq it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin miż-żoni mniżżlin fl-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi
1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma jintbagħat l-ebda ħanżir ħaj mit-territorju tagħhom lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, ħlief meta dan il-ħanżir ikun ġej minn:
(a) żoni li jkunu jinsabu 'l barra minn dawk imniżżlin fl-Anness;
(b) razzett li fih ma jkun iddaħħal l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni mniżżlin fl-Anness għal mill-inqas 30 jum eżatt qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin minn razzett li jkun jinsab fiż-żoni mniżżlin fil-Parti I tal-Anness, dejjem jekk dawk il-ħnieżer il-ħajjin ikunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) qabel id-data tat-tqassim, il-ħnieżer ikun ilhom mill-anqas 30 ġurnata mingħajr interruzzjoni jitrabbew f'dak ir-razzett jew ikun ilhom minn twelidhom jitrabbew fih, u f'dak ir-razzett ma jkun iddaħħal l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni mniżżlin fl-Anness għal mill-inqas 30 jum qabel id-data tat-tqassim;
(b) il-ħnieżer ikunu ġejjin minn razzett li jimplimenta r-rekwiżiti tal-bijosigurtà għad-deni Afrikan tal-ħnieżer li tkun stabbilixxiet l-awtorità kompetenti;
(c) il-ħnieżer ikunu sarulhom testijiet fil-laboratorju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer b'riżultati negattivi għal kampjuni li jkunu ttieħdu skont il-proċeduri għat-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-pjan għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni fi żmien 15-il jum qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor, u uffiċjal veterinarju jkun eżaminahom mil-lat kliniku għad-deni Afrikan tal-ħnieżer skont il-proċeduri għall-kontroll u t-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE dakinhar tat-trasportazzjoni; jew
(d) il-ħnieżer ikunu ġejjin minn razzett li, mill-anqas darbtejn fis-sena, jkunu sarulu spezzjonijiet mill-awtorità veterinarja kompetenti b'intervall ta' mill-anqas erba' xhur bejniethom, li:
(i) jkunu skont il-linji gwida u l-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE;
(ii) jkunu jinkludu eżami kliniku u t-teħid ta' kampjuni li fihom il-ħnieżer li jkollhom aktar minn 60 ġurnata jkunu sarulhom testijiet fil-laboratorju skont il-proċeduri għall-kontroll u t-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE; u
(iii) jkunu vverifikaw li l-miżuri previsti fit-tieni inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2002/60/KE u fir-raba' sas-seba' inċiż tiegħu jkunu ġew applikati b'mod effettiv.
3. Fil-każ tal-kunsinni ta' ħnieżer ħajjin li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet tad-deroga previsti fil-paragrafu 2, għandu jiżdied il-kliem addizzjonali li ġej fid-dokumenti veterinarji korrispondenti u/jew fiċ-ċertifikati tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 64/432/KEE u fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 93/444/KEE:
“Ħnieżer li huma konformi mal-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE ( 18 ).
Artikolu 9
Projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' semen, ova u embrijuni tal-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fl-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma tintbagħat l-ebda kunsinna tal-prodotti bażiċi li ġejjin mit-territorju tagħhom lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi:
(a) semen tal-ħnieżer, sakemm is-semen ma jkunx ġej minn ħnieżer tar-refgħa miżmumin f'ċentru approvat tal-ġbir kif imsemmi fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE ( 19 ) li jkun jinsab 'il barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni;
(b) ova u embrijuni tal-annimali tal-ispeċi tal-ħnieżer, sakemm l-ova u l-embrijuni ma jkunux ġejjin minn ħnieżer tal-għalla donaturi miżmumin fi rziezet li huma konformi mal-Artikolu 8(2) u li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness u sakemm l-embrijuni jkunu ġew ikkonċeputi jew prodotti b'semen li jkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a).
Artikolu 10
Projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fl-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi
1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma tintbagħat l-ebda kunsinna ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer mit-territorju tagħhom lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, sakemm dawk il-prodotti sekondarji tal-ħnieżer ma jkunux ġejjin minn ħnieżer li jkunu joriġinaw minn irziezet li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness u li jkunu ġejjin minnhom.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim ta' prodotti dderivati li jkunu nkisbu mill-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, sakemm:
(a) dawk il-prodotti sekondarji jkun sarilhom trattament li jiżgura li l-prodotti dderivati li jkunu nkisbu mill-ħnieżer ma joħolqu l-ebda riskju b'rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer;
(b) mal-kunsinni tal-prodotti dderivati jkun hemm dokument kummerċjali maħruġ kif imsemmi fil-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.
Artikolu 11
Projbizzjoni fuq it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal u ta' ċertu preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fl-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi
1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma tintbagħat l-ebda kunsinna ta' laħam frisk tal-majjal minn ħnieżer li jkunu ġejjin minn irziezet li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fl-Anness, u ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u ta' prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam minn dawn il-ħnieżer, lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, ħlief meta dan il-laħam tal-majjal ikun inkiseb minn ħnieżer li jkunu joriġinaw minn irziezet li ma jkunux jinsabu fiż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, u li jkunu ġejjin minnhom.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati li għandhom żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ tal-laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1 u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam tal-majjal lejn Stati Membri u pajjiżi terzi oħra, sakemm dawk il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u dawk il-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġejjin minn ħnieżer li jkunu nżammu minn twelidhom fi rziezet li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, u l-laħam frisk tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12.
3. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati li għandhom żoni mniżżlin fil-Parti II tal-Anness, jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1 u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam tal-majjal lejn Stati Membri u pajjiżi terzi oħra, sakemm dawk il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u dawk il-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġejjin minn ħnieżer li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 jew il-paragrafu 3 tal-Artikolu 3.
Artikolu 12
Approvazzjoni tal-biċċeriji, tal-impjanti tat-tqattigħ u tal-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam għall-finijiet tal-Artikoli 4, 5 u 6 u tal-Artikolu 11(2)
Għall-finijiet tal-Artikoli 4, 5 u 6 u tal-Artikolu 11(2), l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha tapprova biss il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ u l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam fejn il-produzzjoni, il-ħżin u l-ipproċessar tal-laħam frisk tal-majjal u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam tal-majjal li jkunu eliġibbli għat-tqassim lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi skont id-derogi previsti fl-Artikoli 4 sa 6 u fl-Artikolu 11(2), isiru b'mod separat mill-produzzjoni, il-ħżin u l-ipproċessar ta' prodotti oħra li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam frisk tal-majjal u ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam li jkun ġej minn ħnieżer li joriġinaw minn irziezet li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fl-Anness jew li jkunu ġejjin minnhom, ħlief għal dawk approvati skont dan l-Artikolu.
Artikolu 13
Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal u ta' ċertu preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fl-Anness
B'deroga mill-Artikolu 11, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III jew fil-Parti IV tal-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, sakemm il-prodotti kkonċernati:
(a) ikunu ġew prodotti u pproċessati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE;
(b) tkun saritilhom ċertifikazzjoni veterinarja skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/99/KE;
(c) ikollhom magħhom iċ-ċertifikat tas-saħħa x-xieraq tal-kummerċ intern tal-UE kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 599/2004, li mal-Parti II tiegħu għandu jkollu dan li ġej:
“Prodotti li huma konformi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri ( 20 ).
Artikolu 14
Tagħrif dwar l-Artikoli 11, 12 u 13
Kull sitt xhur mid-data ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-lista aġġornata tal-istabbilimenti approvati msemmija fl-Artikolu 12 u kull tagħrif rilevanti dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 11, 12 u 13.
Artikolu 15
Miżuri marbutin mal-ħnieżer slavaġ ħajjin, mal-laħam frisk, mal-preparazzjonijiet tal-laħam u mal-prodotti tal-laħam li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam li jkun ġej mill-ħnieżer slavaġ
1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw:
(a) li l-ebda ħanżir salvaġġ ħaj miż-żoni mniżżlin fl-Anness ma jintbagħat fi Stati Membri oħra jew f'żoni oħra tat-territorju tal-istess Stat Membru;
(b) li l-ebda kunsinna ta' laħam frisk tal-ħnieżer slavaġ, ta' preparazzjonijiet tal-laħam u ta' prodotti tal-laħam li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam ta' dan it-tip miż-żoni mniżżlin fl-Anness ma tintbagħat fi Stati Membri oħra jew f'żoni oħra tat-territorju tal-istess Stat Membru.
2. B'deroga mill-paragrafu 1(b), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam frisk tal-ħnieżer slavaġ, ta' preparazzjonijiet tal-laħam u ta' prodotti tal-laħam li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam ta' dan it-tip miż-żoni mniżżlin fil-Parti I tal-Anness lejn żoni oħra tat-territorju tal-istess Stat Membru li ma jkunux imniżżlin fl-Anness, dejjem jekk il-ħnieżer slavaġ ikunu sarulhom testijiet b'riżultati negattivi għad-deni Afrikan tal-ħnieżer skont il-proċeduri dijanjostiċi stabbiliti fil-Parti C u fil-Parti D tal-Kapitolu VI tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE.
Artikolu 16
Marki tas-saħħa speċjali u rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għal-laħam frisk, għall-preparazzjonijiet tal-laħam u għall-prodotti tal-laħam ipprojbiti hekk kif imsemmi fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 11(1) u fl-Artikolu 15(1)
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-laħam frisk u l-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam ipprojbiti hekk kif imsemmi fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 11(1) u fl-Artikolu 15(1) ikunu mmarkati b'marka tas-saħħa speċjali li ma tkunx ovali u li ma tkunx tixbah:
(a) lill-marka ta' identifikazzjoni għall-preparazzjonijiet tal-laħam u għall-prodotti tal-laħam li fihom jew li jikkonsistu minn laħam tal-majjal stabbilita fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; u
(b) lill-marka tas-saħħa għal-laħam frisk tal-majjal stabbilita fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.
Artikolu 17
Rekwiżiti dwar l-irziezet u l-vetturi tat-trasport fiż-żoni mniżżlin fl-Anness
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw:
(a) li fl-irziezet għat-trobbija tal-ħnieżer li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jiġu applikati l-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2002/60/KE u fir-raba' sas-seba' inċiż tiegħu; u
(b) li l-vetturi li jkunu ntużaw għat-trasport tal-ħnieżer jew tal-prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu ġejjin mill-ħnieżer minn irziezet li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jkunu tnaddfu u ġew iddiżinfettati minnufih wara kull vjaġġ u li t-trasportatur jipprovdi evidenza li jkun sar it-tali tindif u t-tali diżinfezzjoni u jżomm dawn il-provi fil-vettura.
Artikolu 18
Rekwiżiti tat-tagħrif tal-Istati Membri kkonċernati
Fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tas-sorveljanza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer li tkun saret fiż-żoni mniżżlin fl-Anness, kif previst fil-pjanijiet għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer mill-popolazzjonijiet tal-ħnieżer slavaġ li l-Kummissjoni tkun approvat skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/60/KE u li jissemmew fl-Artikolu 1(2) ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 19
Konformità
L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ sabiex iġibuhom konformi ma' din id-Deċiżjoni u għandhom jirriklamaw mill-ewwel u kif xieraq il-miżuri adottati. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni bihom.
Artikolu 20
Tħassir
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE għandha titħassar.
Artikolu 21
Applikabbiltà
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2018.
Artikolu 22
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
PARTI I
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
— il-linn (il-belt) ta' Kallaste,
— il-linn ta' Kunda,
— il-linn ta' Mustvee,
— il-linn ta' Pärnu,
— il-linn ta' Rakvere,
— il-linn ta' Tartu,
— il-maakond (il-kontea) ta' Harjumaa,
— il-maakond ta' Läänemaa,
— il-vald (il-muniċipalità) ta' Alatskivi,
— il-vald ta' Are,
— il-vald ta' Audru,
— il-vald ta' Haaslava,
— il-vald ta' Halinga,
— il-vald ta' Haljala,
— il-vald ta' Kadrina,
— il-vald ta' Kambja,
— il-vald ta' Kasepää,
— il-vald ta' Koonga,
— il-vald ta' Laekvere,
— il-vald ta' Lavassaare,
— il-vald ta' Luunja,
— il-vald ta' Mäksa,
— il-vald ta' Meeksi,
— il-vald ta' Paikuse,
— il-vald ta' Pala,
— il-vald ta' Palamuse,
— il-vald ta' Peipsiääre,
— il-vald ta' Piirissaare,
— il-vald ta' Rägavere,
— il-vald ta' Rakvere,
— il-vald ta' Saare,
— il-vald ta' Sauga,
— il-vald ta' Sindi,
— il-vald ta' Sõmeru,
— il-vald ta' Surju,
— il-vald ta' Tabivere,
— il-vald ta' Tahkuranna,
— il-vald ta' Tapa,
— il-vald ta' Tartu,
— il-vald ta' Tootsi,
— il-vald ta' Tori,
— il-vald ta' Tõstamaa,
— il-vald ta' Vara,
— il-vald ta' Varbla,
— il-vald ta' Vihula,
— il-vald ta' Vinni,
— il-vald ta' Viru-Nigula,
— il-vald ta' Võnnu.
2. Il-Latvja
Dawn iż-żoni fil-Latvja:
— fin-novads ta' Krimuldas, il-pagasts ta' Krimuldas,
— fin-novads ta' Priekuļu, il-pagasts ta' Priekuļu u Veselavas,
— in-novads ta' Amatas,
— in-novads ta' Cēsu,
— in-novads ta' Ikšķiles,
— in-novads ta' Inčukalna,
— in-novads ta' Jaunjelgavas,
— in-novads ta' Ķeguma,
— in-novads ta' Lielvārdes,
— in-novads ta' Līgatnes,
— in-novads ta' Mālpils,
— in-novads ta' Neretas,
— fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Lauberes, Suntažu, Ķeipenes, Taurupes u Mazozolu,
— in-novads ta' Ropažu,
— in-novads ta' Salas,
— in-novads ta' Sējas,
— in-novads ta' Siguldas,
— in-novads ta' Vecumnieku,
— in-novads ta' Viesītes.
3. Il-Litwanja
Dawn iż-żoni fil-Litwanja:
— fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Jurbarkas, is-seniūnija (il-muniċipalitajiet) ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių
— fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnija ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo,
— fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, is-seniūnija ta' Krekenavos, Upytės, Naujamiesčio u Smilgių,
— fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnija ta' Ariogalos, Ariogalos miestas, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos,
— fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnija ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių,
— ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,
— ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis,
— ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis,
— is-savivaldybė ta' Kalvarija,
— is-savivaldybė ta' Kazlu Ruda,
— is-savivaldybė ta' Marijampolė.
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
Fid-dipartiment ta' Podlasie (województwo podlaskie):
— il-gminy (il-muniċipalitajiet) ta' Augustów bil-bliet ta' Augustów, Nowinka, Sztabin u Bargłów Kościelny fil-powiat (id-distrett) ta' Augustów,
— il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Łapy, Poświętne, Zawady, Dobrzyniewo Duże u parti minn Zabłudów (il-parti fil-Lbiċ tal-gmina ddelimitata bil-linja maħluqa mit-triq numru 19 u estiża bit-triq numru 685) fil-powiat ta' Białystok,
— il-gminy ta' Czyże, Hajnówka bil-bliet ta' Hajnówka, Dubicze Cerkiewne, Kleszczele u Czeremcha fil-powiat ta' Hajnówka,
— il-gminy ta' Grodzisk, Dziadkowice u Milejczyce fil-powiat ta' Siemiatycze,
— il-gminy ta' Kobylin-Borzymy, Kulesze Kościelne, Sokoły, Wysokie Mazowieckie bil-bliet ta' Wysokie Mazowieckie, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo u Ciechanowiec fil-powiat ta' Wysokie Mazowieckie.
— il-gminy ta' Krasnopol u Puńsk fil-powiat ta' Sejny,
— il-gminy ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki, Raczki fil-powiat ta' Suwałki,
— il-gminy ta' Rutki fil-powiat ta' Zambrow,
— il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat ta' Sokółka,
— il-powiat ta' Bielsk,
— il-powiat ta' Białystok,
— il-powiat ta' Suwałki,
— il-powiat ta' Mońki.
PARTI II
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
— il-linn ta' Vändra,
— il-linn ta' Viljandi,
— il-linn ta' Võru,
— il-maakond ta' Ida-Virumaa,
— il-maakond ta' Põlvamaa,
— il-maakond ta' Raplamaa,
— il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq numru 49,
— il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja maħluqa mil-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sal-ġunzjoni tat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sal-ġunzjoni tat-triq numru 24156, u t-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tax-xaqliba tan-Nofsinhar tal-vald,
— il-vald ta' Abja,
— il-vald ta' Häädemeeste,
— il-vald ta' Haanja,
— il-vald ta' Halliste,
— il-vald ta' Karksi,
— il-vald ta' Kõpu,
— il-vald ta' Lasva,
— il-vald ta' Meremäe,
— il-vald ta' Misso,
— il-vald ta' Pärsti,
— il-vald ta' Saarde,
— il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,
— il-vald ta' Vändra,
— il-vald ta' Vastseliina,
— il-vald ta' Võru.
2. Il-Latvja
Dawn iż-żoni fil-Latvja:
— in-novads ta' Alūksnes,
— in-novads ta' Apes,
— in-novads ta' Balvi,
— fin-novads ta' Krimuldas, il-pagasts ta' Lēdurgas,
— fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Krapes, Madlienas u Menģeles,
— fin-novads ta' Priekuļu, il-pagasti ta' Liepas u Mārsnēnu,
— in-novads ta' Smiltenes,
— in-novads ta' Aizkraukles,
— in-novads ta' Aknīstes,
— in-novads ta' Alojas,
— in-novads ta' Baltinavas,
— in-novads ta' Cesvaines,
— in-novads ta' Ērgļu,
— in-novads ta' Gulbenes,
— in-novads ta' Ilūkstes,
— in-novads ta' Jaunpiepalgas,
— in-novads ta' Jēkabpils,
— in-novads ta' Kocēnu,
— in-novads ta' Kokneses,
— in-novads ta' Krustpils,
— in-novads ta' Limbažu,
— in-novads ta' Līvānu,
— in-novads ta' Lubānas,
— in-novads ta' Madonas,
— in-novads ta' Mazsalacas,
— in-novads ta' Pārgaujas,
— in-novads ta' Pļaviņu,
— in-novads ta' Raunas,
— in-novads ta' Rugāju,
— in-novads ta' Salacgrīvas,
— in-novads ta' Skrīveru,
— in-novads ta' Varakļānu,
— in-novads ta' Vecpiebalgas,
— in-novads ta' Viļakas, ir-republikas pilsēta (il-belt) ta' Jēkabpils,
— ir-republikas pilsēta ta' Valmiera.
3. Il-Litwanja
Dawn iż-żoni fil-Litwanja:
— is-seniūnija (il-muniċipalitajiet) ta' Andrioniškis, Anykščiai, Debeikiai, Kavarskas, Kurkliai, Skiemonys, Traupis, Troškūnai u Viešintos u l-parti ta' Svėdasai li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq Nru 118 fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Anykščiai,
— fir-rajono savivaldybė ta' Kupiškis, is-seniūnija ta' Alizava, Kupiškis, Noriūnai u Subačius,
— fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnija ta' Karsakiškio, Miežiškių, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Raguvos, Vadoklių uVelžio,
— l-apskritis (il-kontea) ta' Alytus,
— il-miesto savivaldybė (il-belt) ta' Kaunas,
— il-miesto savivaldybė ta' Panevežys,
— il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,
— ir-rajono savivaldybė ta' Biržai,
— fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnija ta' Šilų, Bukonių u, fiz-Žeimių seniūnija, il-kaimas ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai,
— il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys,
— fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnija ta' Kaišiadorių apylinkės, Kruonio, Nemaitonių, Paparčių, Žąslių, Žiežmarių, Žiežmarių apylinkės u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq N. A1,
— fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnija ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, Garliavos apylinkių, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, Vilkijos apylinkių u Zapyškio,
— fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, Kėdainių miesto,
— ir-rajono savivaldybė ta' Prienai,
— ir-rajono savivaldybė ta' Šalcininkai,
— ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,
— ir-rajono savivaldybė ta' Trakai,
— ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė,
— ir-rajono savivaldybė ta' Vilnius,
— is-savivaldybė ta' Birštonas,
— is-savivaldybė ta' Elektrenai.
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
Fid-dipartiment ta' Podlasie (województwo podlaskie):
— il-gminy (il-muniċipalitajiet) ta' Czarna Białostocka, Supraśl, Wasilków u parti minn Zabłudów (il-parti fil-Grigal tal-gmina iddelimitata bil-linja maħluqa mit-triq numru 19 u estiża bit-triq numru 685) fil-powiat ta' Białostok,
— il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Nowy Dwór u Sidra fil-powiat ta' Sokółka,
— il-gminy ta' Giby u Sejny bil-belt ta' Sejny fil-powiat ta' Sejny,
— il-gminy ta' Lipsk u Płaska fil-powiat ta' Augustów,
— il-gminy ta' Narew, Narewka u Białowieża fil-powiat ta' Hajnowka.
PARTI III
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
— il-linn ta' Põltsamaa,
— il-linn ta' Võhma,
— il-linn ta' Jõgeva,
— il-linn ta' Elva,
— il-maakond ta' Järvamaa,
— il-maakond ta' Valgamaa,
— il-parti tal-vald (il-muniċipalità) ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq numru 49,
— il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja maħluqa mil-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sal-ġunzjoni tat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sal-ġunzjoni tat-triq numru 24156, u mbagħad it-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u x-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tax-xaqliba tan-Nofsinhar tal-vald,
— il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,
— il-vald ta' Rakke,
— il-vald ta' Väike-Maarja,
— il-vald ta' Jõgeva,
— il-vald ta' Kolga-Jaani,
— il-vald ta' Kõo,
— il-vald ta' Saarepeedi,
— il-vald ta' Paistu,
— il-vald ta' Pajusi,
— il-vald ta' Tarvastu,
— il-vald ta' Torma,
— il-vald ta' Antsla,
— il-vald ta' Konguta,
— il-vald ta' Laeva,
— il-vald ta' Mõniste,
— il-vald ta' Nõo,
— il-vald ta' Põltsamaa,
— il-vald ta' Puhja,
— il-vald ta' Puurmani,
— il-vald ta' Rannu,
— il-vald ta' Rõngu,
— il-vald ta' Rõuge,
— il-vald ta' Sõmerpalu,
— il-vald ta' Tähtvere,
— il-vald ta' Ülenurme,
— il-vald ta' Urvaste,
— il-vald ta' Varstu.
2. Il-Latvja
Dawn iż-żoni fil-Latvja:
— in-novads ta' Aglonas,
— in-novads ta' Beverīinas,
— in-novads ta' Burtnieku,
— in-novads ta' Ciblas,
— in-novads ta' Dagdas,
— in-novads ta' Daugavpils,
— in-novads ta' Kārsavas,
— in-novads ta' Krāslavas,
— in-novads ta' Ludzas,
— in-novads ta' Naukšēnu,
— in-novads ta' Preiļu,
— in-novads ta' Rēzeknes,
— in-novads ta' Riebiņu,
— in-novads ta' Rūjienas,
— in-novads ta' Strenču,
— in-novads ta' Valkas,
— in-novads ta' Vārkavas,
— in-novads ta' Viļānu,
— in-novads ta' Zilupes,
— ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils,
— ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne.
3. Il-Litwanja
Dawn iż-żoni fil-Litwanja:
— fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, il-parti tas-seniūnija ta' Svėdasai li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 118,
— fir-rajono savivaldybė ta' Kupiškis, is-seniūnija ta' Šimonys u Skapiškis,
— the rajono savivaldybė ta' Ignalina,
— fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnija ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimas Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u Žeimių miestelis,
— il-miesto savivaldybė ta' Jonava,
— fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnija ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių,
— fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnija ta' Palomenės, Pravieniškių u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fit-Tramuntana tat-triq N. A1,
— fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių,
— ir-rajono savivaldybė ta' Moletai,
— ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis,
— ir-rajono savivaldybė ta' Švencionys,
— ir-rajono savivaldybė ta' Utena,
— ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai,
— is-savivaldybe ta' Visaginas.
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
Fid-dipartiment ta' Podlasie (województwo podlaskie):
— il-gminy ta' Gródek u Michałowo fil-powiat ta' Białostok,
— il-gminy ta' Krynki, Kuźnica, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat ta' Sokółka.
PARTI IV
L-Italja
Dawn iż-żoni fl-Italja:
iż-żoni kollha ta' Sardinja.
( 1 ) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
( 2 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
( 3 ) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
( 4 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
( 5 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/178/UE tas-27 ta' Marzu 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (ĠU L 95, 29.3.2014, p. 47).
( 6 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/362/KE tat-2 ta' Mejju 2005 li tapprova l-pjan għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ f'Sardinja, l-Italja (ĠU L 118, 5.5.2005, p. 37).
( 7 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/442/UE tas-7 ta' Lulju 2014 li tapprova l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ f'ċertu żoni tal-Litwanja u l-Polonja (ĠU L 200, 9.7.2014, p. 21).
( 8 ) The EFSA Journal 2010 8(3):1556.
( 9 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).
( 10 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64).
( 11 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/444/KEE tat-2 ta' Lulju 1993 dwar ir-regoli dettaljati li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f'ċertu annimali ħajjin u prodotti intiżi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terżi (ĠU L 208, 19.8.1993, p. 34).
( 12 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta' mudell armonizzat ta' ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44).
( 13 ) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċertu regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Ikkoreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22).
( 14 ) Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Ikkoreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83).
( 15 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/422/KE tas-26 ta' Mejju 2003 approvazzjoni ta' manwal għad-dijanjożi ta' African swine fever (ĠU L 143, 11.6.2003, p. 35).
( 16 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
( 17 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
( 18 ) ĠU L 295, 11.10.2014, pag. 63.”
( 19 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta' semen ta' bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62).
( 20 ) ĠU L 295, 11.10.2014, pag. 63.”