2014D0386 — MT — 21.06.2015 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/386/PESK tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ĠU L 183 24.6.2014, p. 70) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 226 |
20 |
30.7.2014 |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/933/PESK tat-18 ta' Diċembru 2014 |
L 365 |
152 |
19.12.2014 |
|
|
L 156 |
25 |
20.6.2015 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/386/PESK
tat-23 ta' Ġunju 2014
dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:|
(1) |
Fis-6 ta' Marzu 2014, il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni kkundannaw bil-qawwa l-ksur mhux provokat tas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina mill-Federazzjoni Russa. |
|
(2) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK ( 1 ) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
|
(3) |
Fil-laqgħa tiegħu tal-20-21 ta' Marzu 2014, il-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa l-annessjoni illegali tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (“Krimea”) u l-belt ta' Sevastopol (“Sevastopol”) mal-Federazzjoni Russa u enfasizza li mhux ser jirrikonoxxiha. Il-Kunsill Ewropew qies li ċerti restrizzjonijiet ekonomiċi, tal-kummerċ u dawk finanzjarji rigward il-Krimea għandhom jiġu proposti għal implimentazzjoni rapida. |
|
(4) |
Fis-27 ta' Marzu 2014, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat ir-Riżoluzzjoni 68/262 dwar l-integrità territorjali tal-Ukraina, li terġa' tirriafferma l-impenn tagħha għas-sovranità, l-indipendenza politika, l-unità u l-integrità territorjali tal-Ukraina fil-fruntieri rikonoxxuti b'mod internazzjonali, waqt li tissottolinja l-invalidità tar-referendum li sar fil-Krimea fis-16 ta' Marzu, u tappella lill-Istati kollha biex ma jirrikonoxxux xi tibdil li jsir lill-istatus tal-Krimea u Sevastopol. |
|
(5) |
F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kunsill jikkunsidra li l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol għandhom ikunu pprojbiti, bl-eċċezzjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol li jkunu ngħataw ċertifikat ta' oriġini mill-Gvern tal-Ukraina. |
|
(6) |
Sabiex ikun żgurat li l-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni jkunu effettivi, għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu. |
|
(7) |
Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-importazzjoni tal-oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol għandhom ikunu pprojbiti.
2. Għandu jkun ipprojbit il-forniment, dirett jew indirett, ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja, kif ukoll l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, relatati mal-importazzjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol.
Artikolu 2
Il-projbizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 m'għandhomx japplikaw għall-oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol li kienu ġew disponibbli għal eżami, u jkunu ġew ikkontrollati mill-awtoritajiet tal-Ukraina u li ngħataw ċertifikat ta' oriġini mill-Gvern tal-Ukraina.
Artikolu 3
Il-projbizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sas-26 ta' Settembru 2014 ta' kuntratti konklużi qabel il-25 ta' Ġunju 2014 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti, li għandhom jiġu konklużi u eżegwiti mhux aktar tard mis-26 ta' Settembru 2014.
Artikolu 4
Il-parteċipazzjoni, konxjament u bi ħsieb, f'attivitajiet li għandhom l-għan li jevitaw il-projbizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 għandha tiġi pprojbita.
Artikolu 4a
1. Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:
(a) l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni fi proprjetà immobbli fil-Krimea jew f'Sevastopol;
(b) l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni f'entitajiet fil-Krimea jew f'Sevastopol, inkluż l-akkwist b'mod sħiħ ta' tali entitajiet u l-akkwist ta' ishma, u ta' titoli oħrajn ta' natura parteċipattiva;
(c) l-għoti ta' kwalunkwe finanzjament lil entitajiet fil-Krimea jew f'Sevastopol jew għall-iskop dokumentat tal-finanzjament ta' entitajiet fil-Krimea jew f'Sevastopol;
(d) il-ħolqien ta' kwalunkwe intrapriża konġunta ma' entitajiet fil-Krimea jew f'Sevastopol;
(e) il-forniment ta' servizzi ta' investiment direttament relatati mal-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d).
Il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet f'dan l-Artikolu ma japplikawx għall-eżerċizzju ta' kummerċ leġittimu ma' entitajiet barra mill-Krimea jew f'Sevastopol fejn l-investimenti relatati ma jkunux destinati għal entitajiet fil-Krimea jew f'Sevastopol.
2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom:
(a) ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' obbligu minn kuntratti konklużi qabel l-20 ta' Diċembru 2014;
(b) ma jżommux l-estensjoni ta' parteċipazzjoni, jekk tali estensjoni tkun obbligu taħt kuntratt konkluż qabel l-20 ta' Diċembru 2014.
3. Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament jew bi ħsieb, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun l-evażjoni mill-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1.
Artikolu 4b
1. Għandhom jiġu pprojbiti l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew l-użu ta' vapuri jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kif ukoll jekk le:
(a) lil entitajiet fil-Krimea jew f'Sevastopol, jew
(b) għall-użu fil-Krimea jew f'Sevastopol,
fis-setturi li ġejjin:
i. trasport;
ii. telekomunikazzjonijiet;
iii. enerġija;
iv. prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni fir-rigward ta' żejt, gass u riżorsi minerali.
2. L-għoti ta':
(a) assistenza jew taħriġ tekniku u servizzi oħra relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija fis-setturi msemmija fil-paragrafu 1;
(b) finanzjament jew assistenza finanzjarja għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija fis-setturi msemmija fil-paragrafu 1 jew għall-provvista ta' assistenza teknika jew taħriġ relatati,
huwa pprojbit.
3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2, meta relatati mal-punt (b) tal-paragrafu 1, ma japplikawx fejn ma hemm l-ebda bażi raġonevoli biex jiġi determinat li l-oġġetti u t-teknoloġija jew is-servizzi taħt il-paragrafu 2, se jintużaw fil-Krimea jew f'Sevastopol.
4. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-21 ta' Marzu 2015 ta' kuntratti konklużi qabel l-20 ta' Diċembru 2014, jew kuntratti anċillari, meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.
5. Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament jew bi ħsieb, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun l-evażjoni mill-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2.
6. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b'dan l-Artikolu.
Artikolu 4c
1. Għandu jiġi pprojbit il-forniment ta' għajnuna teknika, jew servizzi ta' senserija, ta' kostruzzjoni jew ta' inġinerija li jkunu direttament relatati mal-infrastruttura fil-Krimea jew f'Sevastopol fis-setturi msemmija fl-Artikolu 4b(1), indipendentement mill-oriġini tal-oġġetti u t-teknoloġija.
2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-21 ta' Marzu 2015, ta' kuntratti konklużi qabel l-20 ta' Diċembru 2014, jew kuntratti anċillari, meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.
3. Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament jew bi ħsieb, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun l-evażjoni mill-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 4d
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni relattivament għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4b(1), fl-Artikolu 4b(2) u fl-Artikolu 4c(1) u relattivament għall-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fl-Artikolu 4b(1), sakemm ikunu:
(a) meħtieġa għal finijiet uffiċjali ta' missjonijiet konsulari jew organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom immunitajiet f'konformità mad-dritt internazzjonali li jkunu jinsabu fil-Krimea jew f'Sevastopol; jew
(b) relatati ma' proġetti esklużivament b'appoġġ għal sptarijiet jew ċentri tas-saħħa pubblika oħrajn li jipprovdu servizzi mediċi jew faċilitajiet ċivili edukattivi ċivili li jinsabu fil-Krimea jew Sevastopol.
2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jagħtu, taħt tali termini u kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, awtorizzazzjoni għal transazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4a(1), sakemm it-transazzjoni tkun għall-finijiet ta' manutenzjoni biex tiġi żgurata s-sikurezza ta' infrastruttura eżistenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jagħtu awtorizzazzjoni relattivament għall-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fl-Artikolu 4b(1) u relattivament għall-attivitajiet msemmija fl-Artikolu 4b(2) u fl-Artikolu 4c, fejn il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti jew l-eżerċizzju ta' dawk l-attivitajiet ikunu meħtieġa għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta' avveniment li x'aktarx li jkollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem, inkluża s-sikurezza ta' infrastruttura eżistenti, jew l-ambjent. F'każijiet ta' emerġenza debitament ġustifikati, il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tista' tipproċedi mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel sakemm l-esportatur jinnotifika lill-awtorità kompetenti fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara li jkun sar il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, u jipprovdi dettalji dwar il-ġustifikazzjoni rilevanti għall-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel.
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda taħt dan il-paragrafu u jikkondividu kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom.
Artikolu 4e
1. Għandha tiġi pprojbita l-provvista ta' servizzi direttament relatati ma' attivitajiet turistiċi fil-Krimea jew f'Sevastopol, minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' vapuri jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri.
2. Għandu jkun ipprojbit għal kwalunkwe vapur li jipprovdi servizzi ta' kruċieri li jidħol jew jieqaf f'xi port li jinsab fil-Peniżola tal-Krimea.
L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-portijiet rilevanti li għandhom ikunu koperti b'dan il-paragrafu.
3. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 2 m'għandhiex tapplika meta vapur jidħol jew jieqaf f'wieħed mill-portijiet li jinsabu fil-Peniżola tal-Krimea għal raġunijiet ta' sikurezza marittima f'każijiet ta' emerġenza. L-awtorità kompetenti għandha tkun infurmata dwar id-dħul rilevanti jew waqfa fil-port fi żmien ħamest ijiem.
4. Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-21 ta' Marzu 2015, ta' kuntratti konklużi qabel l-20 ta' Diċembru 2014 jew kuntratti anċillari, meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.
5. Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament jew bi ħsieb, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun l-evażjoni mill-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1.
▼M2 —————
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-23 ta' Ġunju 2016.
Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami permanenti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill ikun tal-fehma li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu. ►M1 L-Artikoli 4a sa 4g għandhom jiġu rieżaminati sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014. ◄
( 1 ) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.