2014D0252 — MT — 14.04.2014 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

(2014/252/UE)

(ĠU L 134, 7.5.2014, p.1)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 331, 18.11.2014, p. 40 (2014/252/UE)




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

(2014/252/UE)



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 79(3), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/499/UE ( 1 ), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fis-16 ta' Diċembru 2013, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni li ser jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Huwa xieraq li tiġi kkontemplata proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni f'dan il-każ.

▼C1

(3)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit innotifika, b'ittra tal-21 ta' Settembru 2012, ix-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

▼B

(4)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhix marbuta magħha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni Ewropea, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 24(2) tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tintrabat bil-Ftehim ( 2 ).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni mwaqqaf bl-Artikolu 19 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni dwar l-adozzjoni tar-regoli proċedurali tiegħu kif inhu meħtieġ skont l-Artikolu 19(5) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma' kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.



( 1 ) ĠU L 244, 8.9.2012, p. 4.

( 2 ) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.