02013R1408 — MT — 16.12.2024 — 004.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1408/2013

tat-18 ta’ Diċembru 2013

dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura

(ĠU L 352 24.12.2013, p. 9)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/316 tal-21 ta' Frar 2019

  L 51I

1

22.2.2019

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2046 tal-24 ta’ Ottubru 2022

  L 275

55

25.10.2022

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2391 tal-4 ta’ Ottubru 2023

  L 2391

1

5.10.2023

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3118 tal-10 ta’ Diċembru 2024

  L 3118

1

13.12.2024

►M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1989 tat-2 ta’ Ottubru 2025

  L 1989

1

3.10.2025


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 246, 26.9.2019, p.  38 (Nru 1408/2013)

 C2

Rettifika, ĠU L 246, 26.9.2019, p.  41 (2019/316)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1408/2013

tat-18 ta’ Diċembru 2013

dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura



Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  

Dan ir-Regolament japplika għal għajnuna mogħtija lill-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli, ħlief għal:

(a) 

għajnuna, li l-ammont tagħha huwa ffissat abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mqiegħda fis-suq;

▼M2

(b) 

għajnuna għall-attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri ►M4   ( 1 ) ◄ , l-aktar għajnuna marbuta direttament ma’ kwantitajiet esportati, mat-twaqqif u l-operazzjoni ta’ network ta’ distribuzzjoni jew ma’ nefqa oħra kurrenti marbuta mal-attività tal-esportazzjoni;

▼B

(c) 

l-għajnuna suġġetta għall-użu tal-prodotti nazzjonali fuq prodotti importati.

▼M5

2.  
Fejn impriża tkun attiva fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli u hija attiva wkoll f’settur wieħed jew aktar jew għandha attivitajiet oħra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/2831, dak ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna mogħtija fir-rigward ta’ dawk is-setturi jew attivitajiet, sakemm l-Istat Membru kkonċernat jiżgura, b’mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija f’konformità ma’ dak ir-Regolament.

▼M3

3.  
Meta impriża hija attiva fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli kif ukoll fil-produzzjoni primarja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 ( 2 ) għandu japplika għall-għajnuna mogħtija fir-rigward tas-settur tal-aħħar, dment li l-Istat Membru kkonċernat jiżgura, b’mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew bid-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont dak ir-Regolament.

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

▼M3

1.  

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“prodotti agrikoli” tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura koperti bir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(b) 

“produzzjoni primarja ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura” tfisser l-operazzjonijiet kollha relatati mas-sajd, it-trobbija jew il-kultivazzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi, kif ukoll attivitajiet f’azjenda agrikola jew abbord meħtieġa għall-preparazzjoni tal-ewwel bejgħ ta’ prodott tal-annimali jew tal-ħxejjex, bħat-tqattigħ, l-iffilittjar jew l-iffriżar, u l-ewwel bejgħ lil rivendituri jew lil proċessuri.

▼B

2.  

“Impriża waħda”, għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, tinkludi l-intrapriżi kollha li li jkollhom bejniethom mill-inqas waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

intrapriża waħda li jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’intrapriża oħra;

(b) 

intrapriża waħda li jkollha d-dritt li taħtar jew li tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta’ ġestjoni jew regolatorju ta’ intrapriża oħra;

(c) 

intrapriża waħda li jkollha d-dritt li teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt li tkun daħlet fih flimkien ma’ dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni fil-memorandum jew l-artikoli ta’ assoċċjazzjoni tagħha;

(d) 

intrapriża waħda, li hija azzjonist fi jew membru ta’ intrapriża oħra, tikkontrolla waħidha, skont ftehim ma’ azzjonisti oħra fi jew membri ta’ dik l-intrapriża, maġġoranza ta’ drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew il-membri f’dik l-intrapriża.

L-intrapriżi li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu permezz ta’ intrapriża waħda jew aktar, għandhom ukoll jitqiesu bħala impriża waħda.

▼M4 —————

▼M4

Artikolu 3

Għajnuna de minimis

1.  
Il-miżuri ta’ għajnuna għandhom jitqiesu bħala li ma jissodisfawx il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għaldaqstant għandhom ikunu eżenti mir-rekwiżit ta’ notifika fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat, jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament.
2.  
L-ammont totali ta’ għajnuna de minimis mogħtija għal kull Stat Membru lil impriża waħda ma għandux jaqbeż EUR 50 000 fuq kwalunkwe perjodu ta’ 3 snin.
3.  
L-ammont kumulattiv ta’ għajnuna de minimis mogħtija lil kull Stat Membru lill-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli tul kwalunkwe perjodu ta’ 3 snin, ma għandux jaqbeż il-limitu nazzjonali stabbilit fl-Anness.
4.  
L-għajnuna de minimis għandha titqies li tkun ingħatat fil-mument li d-dritt legali biex tingħata l-għajnuna jkun konċess lill-impriża skont is-sistema legali nazzjonali applikabbli, irrispettivament mid-data tal-pagament tal-għajnuna de minimis lill-impriża.
5.  
Il-limitu massimu de minimis, il-limitu nazzjonali msemmija fil-punti 2 u 3 għandhom japplikaw irrispettivament mit-tip ta’ għajnuna de minimis jew l-objettiv mixtieq u irrispettivament minn jekk l-għajnuna mogħtija mill-Istat Membru tkunx iffinanzjata totalment jew parzjalment minn riżorsi li joriġinaw mill-Unjoni.
6.  
Għall-finijiet tal-limitu massimu de minimis u l-limitu nazzjonali msemmija fil-punti 2 u 3, l-għajnuna għandha tiġi espressa bħala għotja fi flus. Iċ-ċifri kollha użati għandhom ikunu f’ammonti gross, jiġifieri qabel kull tnaqqis ta’ taxxi jew imposti oħra. Meta għajnuna tingħata f’forma oħra differenti minn għotja, l-ammont ta’ għajnuna għandu jkun l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna.
7.  
Għajnuna pagabbli f’għadd ta’ pagamenti għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument li tingħata. Ir-rata tal-imgħax li għandha tintuża għal finijiet ta’ skont għandha tkun ir-rata ta’ skont applikabbli fil-mument li tingħata l-għajnuna.
8.  
Meta l-limitu massimu de minimis jew il-limitu nazzjonali msemmija fil-punti 2 u 3 jinqabżu minħabba l-għoti ta’ għajnuna de minimis ġdida, l-ebda parti minn dik l-għajnuna l-ġdida ma tista’ tibbenefika minn dan ir-Regolament.
9.  
Fil-każ ta’ fużjonijiet jew akkwiżizzjonijiet, l-għajnuna de minimis kollha li ngħatat qabel lil kwalunkwe impriża li għaddejja minn fużjoni għandha titqies biex jiġi ddeterminat jekk l-għajnuna de minimis ġdida lill-impriża l-ġdida jew akkwirenti taqbiżx il-limitu massimu de minimis rilevanti jew il-limitu nazzjonali. L-għajnuna de minimis mogħtija legalment qabel il-fużjoni jew l-akkwiżizzjoni għandha tibqa’ legali.
10.  
Jekk impriża waħda tinqasam f’żewġ impriżi separati jew aktar, l-għajnuna de minimis mogħtija qabel id-diviżjoni għandha tkun allokata lill-impriża li tkun ibbenefikat minnha, li fil-prinċipju tkun l-impriża li tieħu ħsieb l-attivitajiet li għalihom intużat l-għajnuna de minimis. Jekk tali allokazzjoni ma tkunx possibbli, l-għajnuna de minimis għandha tiġi allokata proporzjonalment fuq il-bażi tal-valur kontabilistiku tal-kapital ta’ ekwità tal-impriżi l-ġodda fid-data effettiva tad-diviżjoni.

▼B

Artikolu 4

Kalkolu ►C1  tal-ekwivalenti ta' għotja gross ◄

1.  
►C1  Dan ir-Regolament japplika biss għall-għajnuna li għaliha huwa possibbli li jiġi kkalkulat b'mod preċiż l-ekwivalenti ta' għotja gross tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa ta' valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”). ◄
2.  
L-għajnuna inkluża f’għotjiet jew sussidji tar-rata tal-imgħax għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti.
3.  

Għajnuna fil-forma ta’ self titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk:

(a) 

il-benefiċjarju ma jkunx suġġett għal proċeduri kollettivi ta’ stralċ u lanqas ma jkun jissodisfa l-kriterji biex, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, jinbdew kontrieh proċeduri kollettivi ta’ stralċ fuq talba tal-kredituri tiegħu. F’każ ta’ impriżi kbar, il-benefiċjarju jkun f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ klassifikazzjoni ta’ kreditu ta’ mill-inqas B-; u

▼M4

(b) 

is-self ikun assikurat b’garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u s-self ikun jammonta jew għal EUR 250 000 fuq perjodu ta’ 5 snin jew għal EUR 125 000 fuq perjodu ta’ 10 snin; jekk l-ammont tas-self ikun inqas minn dawn l-ammonti u/jew jingħata għal tul ta’ żmien inqas minn 5 snin jew 10 snin rispettivament, l-ekwivalenti ta’ għotja gross ta’ dak is-self għandu jiġi kkalkulat bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu de minimis stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew

▼C1

(c) 

l-ekwivalenti ta' għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi tar-rata ta' referenza applikabbli fil-mument tal-għotja.

▼M1

4.  
L-għajnuna inkluża fl-injezzjonijiet kapitali għandha titqies biss bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk l-ammont totali ta' injezzjoni pubblika ma jaqbiżx il-limitu massimu de minimis relevanti.
5.  
L-għajnuna inkluża f'miżuri ta' finanzjament ta' riskju f'forma ta' investimenti ta' ekwità jew kważi ekwità għandha titqies biss bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk il-kapital ipprovdut lil impriża waħda ma jaqbiżx il-limitu massimu de minimis rilevanti.

▼B

6.  

L-għajnuna li tikkonsisti f’garanziji għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk:

(a) 

il-benefiċjarju ma jkunx suġġett għal proċeduri kollettivi ta’ stralċ u lanqas ma jkun jissodisfa l-kriterji biex, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, jinbdew kontrieh proċeduri kollettivi ta’ stralċ fuq talba tal-kredituri tiegħu. F’każ ta’ impriżi kbar, il-benefiċjarju jkun f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ klassifikazzjoni ta’ kreditu ta’ mill-inqas B-; u

▼M4

(b) 

il-garanzija ma taqbiżx 80 % tas-self sottostanti u jew l-ammont iggarantit ikun ta’ EUR 375 000 u d-durata tal-garanzija tkun 5 snin jew l-ammont iggarantit ikun ta’ EUR 187 500 u d-durata tal-garanzija tkun 10 snin; jekk l-ammont iggarantit ikun inqas minn dawn l-ammonti u/jew il-garanzija tkun għal perjodu ta’ inqas minn 5 snin jew 10 snin rispettivament, l-ekwivalenti ta’ għotja gross ta’ dik il-garanzija għandu jiġi kkalkulat bħala proporzjon ekwivalenti għal-limiti massimi de minimis stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew

▼C1

(c) 

l-ekwivalenti ta' għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi ta' primjums eżentati stipulati f'avviż tal-Kummissjoni; jew

▼B

(d) 

qabel l-implimentazzjoni,

▼C1

(i) 

il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti ta' għotja gross tal-garanzija tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni skont kwalunkwe Regolament ieħor adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak iż-żmien, u l-metodoloġija tkun ġiet aċċettata mill-Kummissjoni bħala li hi konformi mal-Avviż ta' Garanzija jew kwalunkwe Avviż sussegwenti, u

▼B

(ii) 

li tindirizza b’ mod espliċitu t-tip ta’ garanziji u t-tip ta’ tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

7.  
L-għajnuna inkluża fi strumenti oħra għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti, jekk l-istrument jipprovdi għal amont massimu li jiżgura li l-limitu massimu rilevanti ma jinqabiżx.

Artikolu 5

Akkumulazzjoni

▼M4

1.  
Meta impriża tkun attiva fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli u tkun attiva wkoll f’wieħed jew aktar mis-setturi jew ikollha attivitajiet oħra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2831 ( 4 ), l-għajnunade minimis mogħtija għall-attivitajiet fis-settur tal-produzzjoni agrikola f’konformità ma’ dan ir-Regolament tista’ tiġi akkumulata mal-għajnuna de minimis mogħtija fir-rigward tal-aħħar settur(i) jew attivitajiet sal-limitu massimu rilevanti stabbilit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) 2023/2831, dment li l-Istat Membru kkonċernat jiżgura, b’mezzi xierqa, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax minn għajnuna de minimis mogħtija f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/2831.

▼M5

2.  
Meta impriża tkun attiva fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli kif ukoll fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, l-għajnuna de minimis iggarantita għall-attivitajiet fis-settur tal-produzzjoni agrikola f’konformità ma’ dan ir-Regolament tista’ tiġi akkumulata mal-għajnuna de minimis għal attivitajiet fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 717/2014 sal-limitu massimu stabbilit f’xi wieħed minn dawn ir-Regolamenti, sakemm l-Istat Membru kkonċernat jiżgura, b’mezzi xierqa, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax minn għajnuna de minimis mogħtija f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 717/2014.

▼M4

2a.  
Għajnuna de minimis mogħtija skont dan ir-Regolament tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna de minimis mogħtija f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2832 ( 5 ).

▼B

3.  
L-għajnuna de minimis ma għandhiex tiġi akkumulata mal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli jew b’għajnuna mill-Istat għall-istess miżura ta’ finanzjament ta’ riskju jekk akkumulazzjoni bħal dik taqbeż l-għola intensità ta’ għajnuna rilevanti jew ammont ta’ għajnuna ffissat fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ permezz ta’regolament għal eżenzjoni ġenerali ta’ kategorija jew deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni. L-għajnuna de minimis li ma tingħatax għal spejjeż eliġibbli speċifiċi jew li ma tkunx attribwibbli għal spejjeż ta’ dak it-tip tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna oħra mill-Istat mogħtija skont eżenzjoni ġenerali ta’ kategorija jew deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni.

▼M4

Artikolu 6

Monitoraġġ u rapportar

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mill-1 ta’ Jannar 2027, l-informazzjoni dwar l-għajnuna de minimis mogħtija tkun irreġistrata f’reġistru ċentrali fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni. L-informazzjoni fir-reġistru ċentrali għandu jkollha l-identifikazzjoni tal-benefiċjarju, l-ammont tal-għajnuna, id-data tal-għotja, l-awtorità tal-għoti, l-istrument tal-għajnuna u s-settur involut abbażi tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni (“il-klassifikazzjoni NACE”). Ir-reġistru ċentrali għandu jiġi stabbilit b’tali mod li jippermetti aċċess pubbliku faċli għall-informazzjoni filwaqt li jiżgura l-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, inkluż permezz tal-psewdonimizzazzjoni ta’ entrati speċifiċi meta jkun meħtieġ.
2.  
L-Istati Membri għandhom jirreġistraw l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1 fir-reġistru ċentrali dwar l-għajnuna de minimis mogħtija minn kwalunkwe awtorità fl-Istat Membru kkonċernat fi żmien 20 jum tax-xogħol wara l-għoti tal-għajnuna. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw l-eżattezza tad-data li tinsab fir-reġistru ċentrali.
3.  
L-Istati Membri għandhom iżommu rekords tal-informazzjoni rreġistrata dwar l-għajnuna de minimis għal 10 snin mid-data li fiha ngħatat l-għajnuna.
4.  
Stat Membru għandu jagħti għajnuna de minimis ġdida f’konformità ma’ dan ir-Regolament biss wara li jkun ivverifika li l-għajnuna de minimis il-ġdida ma tkunx se tgħolli l-ammont totali ta’ għajnuna de minimis mogħtija lill-impriża kkonċernata għal livell ogħla mil-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 3(2) u (3) u li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament ikunu mħarsa.
5.  
L-Istati Membri li jużaw reġistru ċentrali fil-livell nazzjonali għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena data aggregata dwar l-għajnuna de minimis mogħtija għas-sena ta’ qabel. Id-data aggregata għandu jkun fiha l-għadd ta’ benefiċjarji, l-ammont kumplessiv tal-għajnuna de minimis mogħti u l-ammont kumplessiv tal-għajnuna de minimis mogħti għal kull settur (bl-użu tal-“klassifikazzjoni NACE”). L-ewwel sottomissjoni tad-data għandha tkun għal għajnuna de minimis mogħtija mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2027. L-Istati Membri jistgħu jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar perjodi aktar bikrija meta d-data aggregata tkun disponibbli.
6.  
Fuq talba bil-miktub mill-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, f’perjodu ta’ 20 jum ta’ xogħol jew f’perjodu itwal stabbilit fit-talba, l-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni tqis li tkun meħtieġa biex tanalizza jekk il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ikunux ġew imħarsa, u b’mod partikolari l-ammont totali tal-għajnuna de minimis fis-sens ta’ dan ir-Regolament u ta’ regolamenti de minimis oħrajn li xi impriża tkun irċeviet.

▼B

Artikolu 7

Disposizzjonijiet tranżitorji

1.  
Dan ir-Regolament japplika għal għajnuna li tkun ingħatat qabel id-dħul fis-seħħ ta dan ir-Regolament, jekk l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati f’dan ir-Regolament. Kwalunkwe għanjnuna li ma tissodisfax dawk il-kundizzjonijiet tiġi evalwata mill-Kummissjoni skont l-oqfsa, il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi relevanti.
2.  
Kwalunkwe għajnuna de minimis individwali li ngħatat bejn it-1 ta’ Jannar 2005 u t-30 ta’ Ġunju 2008, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1860/2004 titqies li ma tissodisfax il-kriterji kollha fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għalhekk tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika kif stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat.
3.  
Kull għajnuna individwali de minimis mogħtija bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-30 ta’ Ġunju 2014 u li tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1535/2007, għandha titqies li ma tissodisfax il-kriterji kollha fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għandha għalhekk tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika kif stipulat fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

▼M5

3a.  
Kull għajnuna de minimis individwali mogħtija bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u s-16 ta’ Diċembru 2024 f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament kif applikabbli fil-mument tal-għoti tal-għajnuna għandha titqies li ma tissodisfax il-kriterji kollha tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għandha għalhekk tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

▼B

4.  
Fi tmiem il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe skema ta’ għajnuna de minimis li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tibqa’ koperta minn dan ir-Regolament għal perjodu ulterjuri ta’ sitt xhur.

▼M4

5.  
Sakemm jiġi stabbilit ir-reġistru ċentrali u jkun ikopri perjodu ta’ 3 snin, meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħti għajnuna de minimis lil impriża f’konformità ma’ dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-impriża bil-miktub jew f’forma elettronika bl-ammont tal-għajnuna espress bħala ekwivalenti ta’ għotja gross u l-karattru de minimis tagħha, b’referenza diretta għal dan ir-Regolament. Meta l-għajnuna de minimis tingħata lil impriżi differenti f’konformità ma’ dan ir-Regolament abbażi ta’ skema u ammonti differenti ta’ għajnuna individwali jingħataw lil dawk l-impriżi taħt dik l-iskema, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jagħżel li jissodisfa l-obbligu tiegħu billi jinforma lill-impriżi b’ammont li jkun jikkorrispondi għall-ammont massimu ta’ għajnuna li għandu jingħata taħt dik l-iskema. F’każijiet bħal dawn, is-somma fissa għandha tintuża biex jiġi ddeterminat jekk ikunx ġie mħares il-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2). Qabel jagħti l-għajnuna, l-Istat Membru għandu jikseb dikjarazzjoni mingħand l-impriża kkonċernata, bil-miktub jew f’forma elettronika, dwar kwalunkwe għajnuna de minimis oħra li tkun ingħatatilha skont dan ir-Regolament jew skont regolamenti de minimis oħrajn fi kwalunkwe perjodu ta’ 3 snin.

▼B

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

▼M4

Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2032

▼B

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M4




ANNESS

Ammonti kumulattivi massimi tal-għajnuna de minimis mogħtija għal kull Stat Membru lill-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli msemmija fl-Artikolu 3(3)



Stat Membru

Ammonti massimi ta’ għajnuna de minimis (1)

(f’miljuni ta’ EUR)

Il-Belġju

226,23

Il-Bulgarija

113,84

Iċ-Ċekja

141,28

Id-Danimarka

260,65

Il-Ġermanja

1 415,42

L-Estonja

26,97

L-Irlanda

227,86

Il-Greċja

264,88

Spanja

1 220,06

Franza

1 820,07

Il-Kroazja

59,25

L-Italja

1 375,67

Ċipru

16,45

Il-Latvja

38,45

Il-Litwanja

81,70

Il-Lussemburgu

11,28

L-Ungerija

199,62

Malta

2,70

In-Netherlands

680,95

L-Awstrija

195,56

Il-Polonja

682,85

Il-Portugall

214,27

Ir-Rumanija

447,18

Is-Slovenja

30,11

Is-Slovakkja

56,89

Il-Finlandja

99,45

L-Iżvezja

148,40

▼M5

Ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq

65,37

(1)   

L-ammonti massimi għandhom jiġu kkalkulati bħala 2 % tal-medja tal-ogħla tliet valuri tal-produzzjoni agrikola annwali ta’ kull Stat Membru fil-perjodu 2012-2023.

▼M4 —————



►M4  ( 1 ) Billi, f’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Il-Ftehim dwar il-Ħruġ, ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/withd_2020/sign), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tal-Qafas ta’ Windsor u l-Anness 5 tiegħu (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u r-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit fil-Ftehim dwar il-Ħruġ tal-24 ta’ Marzu 2023, ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87), ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni li għandha x taqsam mal-għajnuna mill-Istat fir-rigward ta’ miżuri li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni jkomplu japplikaw għar-Renju Unit, kull referenza għall-Istati Membri għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandha tinftiehem li tinkludi r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. ◄

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

( 4 )  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2831 tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis ( ĠU L, 2023/2831, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2831/oj ).

( 5 )  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2832 tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, ( ĠU L, 2023/2832, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2832/oj ).