2013R1310 — MT — 20.12.2013 — 000.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 1310/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

17 ta' Diċembru 2013

li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet transitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014

(ĠU L 347 20.12.2013, p. 865)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 130, 19.5.2016, p.  13 (Nru 1310/2013)




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 1310/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

17 ta' Diċembru 2013

li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet transitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI DWAR L-APPOĠĠ GĦALL-IŻVILUPP RURALI

Artikolu 1

Impenji legali skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 fl-2014

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 88 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-Istati Membri jistgħu jissoktaw jieħdu impenji legali ġodda fir-rigward tal-benefiċjarji fl-2014, fir-rigward tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 20, bl-eċċezzjoni tal-punti (a)(iii), (c)(i) u (d) tiegħu, u fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, skont il-programmi ta' żvilupp rurali adottati fuq il-bażi ta' dak ir-Regolament anke wara li r-riżorsi finanzjarji tal-perijodu ta' programmazzjoni 2007-2013 jkunu ntużaw, sakemm l-applikazzjoni għall-appoġġ tkun ippreżentata qabel l-adozzjoni tal-programm rispettiv ta' żvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

Mingħajr preġudizzju għall-Punt E tal-Anness VI għall-Att ta' Adeżjoni 2012 u d-dispożizzjonijiet adottati abbażi tiegħu, il-Kroazja tista' tissokta bl-impenji legali ġodda fir-rigward tal-benefiċjarji fl-2014, fir-rigward tal-miżuri msemmijin fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 171(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 ( 16 ), skont il-programm Strument għal Assistenza ta' qabel l-adeżjoni għall-Iżvilupp Rurali (IPARD) adottat fuq il-bażi ta' dak ir-Regolament anki wara li r-riżorsi finanzjarji rilevanti ta' dak il-programm ikunu ntużaw, sakemm l-applikazzjoni għall-appoġġ tiġi ippreżentata qabel l-adozzjoni tal-programm għall-iżvilupp rurali tagħha għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

In-nefqa mġarrba fuq il-bażi ta’ dawk l-impenji għandha tkun eliġibbli skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

2.  Il-kundizzjoni stabbilita fit-tieni inċiż tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 ma għandhiex tapplika għall-impenji legali ġodda meħuda mill-Istati Membri skont il-punti (a)(i) u (ii) tal-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 fl-2014.

Artikolu 2

Issoktar tal-applikazzjoni tal-Artikoli 50a u 51 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 88 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-Artikoli 50a u 51 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom jibqgħu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2014, għall-operazzjonijiet magħżula skont il-programmi tal-iżvilupp rurali tal-perijodu ta’ programmar bejn l-2014 u l-2020 skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 rigward il-primjum annwali, u skont l-Artikoli 28 sa 31, 33 u 34 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 3

Eliġibbiltà ta’ ċerti tipi ta’ nfiq

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 88 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-infiq relatat ma' impenji legali għall-benefiċjarji, imġarrab skont il-miżuri msemmija fl-Artikoli 20 u 36 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u, mingħajr preġudizzju għall-Punt E tal-Anness VI għall-Att ta' Adeżjoni tal-2012 u d-dispożizzjonijiet adottati abbażi tiegħu, fil-każ tal-Kroazja, miżuri msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 171(2) tar- Regolament (KE) Nru 718/2007, għandhom ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR fil-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020 fil-każijiet li ġejjin:

(a) għall-pagamenti li għandhom isiru bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2015, u fil-każ tal-Kroazja bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2016, fejn l-allokazzjoni finanzjarja għall-miżura rilevanti tal-programm rispettiv adottat skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew ir-Regolament (KE) Nru 718/2007 tkun diġà ntużat; u

(b) għal pagamenti li għandhom isiru wara l-31 ta' Diċembru 2015, u fil-każ tal-Kroazja wara l-31 ta' Diċembru 2016.

Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-impenji legali għall-benefiċjarji magħmula taħt miżuri korrispondenti previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 1257/1999, (KEE) Nru 2078/1992 u (KEE) Nru 2080/1992 li jkunu qed jirċievu appoġġ taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

2.  In-nefqa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR fil-perijodu ta’ programmar bejn l-2014 u l-2020, soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) li din in-nefqa tkun prevista fil-programm rispettiv tal-iżvilupp rurali għall-perijodu ta’ programmar bejn l-2014 u l-2020;

(b) li tkun tapplika r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR tal-miżura korrispondenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, kif stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament; u

(c) li l-Istati Membri jiżguraw li l-operazzjonijiet transitorji relevanti jiġu identifikati b’mod ċar permezz tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom.

Artikolu 4

Applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fl-2014

1. B'deroga mir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, għas-sena 2014:

(a) ir-referenza għall-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fl-Artikoli 28, 29, 30 u 33 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandha tinqara bħala referenza għall-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u għall-Annessi II u III ta’ dan tal-aħħar.

(b) ir-referenza fl-Artikolu 40(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għall-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandha tinqara bħala referenza għall-Artikolu 132 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(c) ir-referenza fil-punt (a) tal-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għall-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandha tinqara bħala referenza għall-Artikolu 121 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.



KAPITOLU II

EMENDI

Artikolu 5

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

L-Artikolu 70(4c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, huwa b'dan emendat kif ġej:

(a) fl-ewwel subparagrafu, il-frażi tal-bidu tinbidel b'dan li ġej:

"(4c)  B'deroga mil-limiti massimi stabbiliti fil-paragrafi 3, 4 u 5, il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR tista' tiżdied sa massimu ta' 95 % tal-infiq pubbliku eliġibbli fir-reġjuni eliġibbli skont l-Għan tal-Konverġenza u r-reġjuni ultraperiferiċi u fil-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew, u 85 % tal-infiq pubbliku eliġibbli f'reġjuni oħrajn. Dawn ir-rati għandhom japplikaw għan-nefqa eliġibbli ddikjarata reċentement f'kull dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa sad-data finali ta' eliġibbiltà tan-nefqa għall-perijodu ta' programmar 2007-2013 fil-31 ta' Diċembru 2015, fejn fi 20 ta’ Diċembru 2013 jew wara Stat Membru jikkonforma ma' waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:";

(b) it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"Stat Membru li jkun jixtieq juża d-deroga pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandu jressaq talba lill-Kummissjoni biex jiġi modifikat il-programm tal-iżvilupp rurali tiegħu kif ikun xieraq. Id-deroga għandha tapplika mill-approvazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-modifika tal-programm.".

Artikolu 6

Emendi tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 29, qed jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.  B’deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jħallsu, mis-16 ta’ Ottubru 2014, pagamenti bil-quddiem lill-bdiewa sa 50 % tal-pagamenti diretti skont l-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I fir-rigward tal-applikazzjonijiet li jsiru fl-2014. Fil-każ ta' pagamenti għaċ-ċanga u l-vitella previsti fit-Taqsima 11 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV, l-Istati Membri jistgħu jżidu dak il-perċentwal sa 80 %.”.

(2) L-Artikolu 40 jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 40

Limiti massimi nazzjonali

1.  Għal kull Stat Membru u għal kull sena, il-valur totali tad-drittijiet kollha għall-pagament allokati, tar-riżerva nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 u tal-limiti massimi ffissati skont l-Artikolu 51(2), l-Artikolu 69(3) u l-Artikolu 72b għandu jkun ugwali għal-limitu massimu nazzjonali tiegħu stabbilit fl-Anness VIII.

2.  Fejn meħtieġ, Stat Membru għandu jagħmel tnaqqis jew żieda lineari fil-valur tad-drittijiet kollha għall-pagamenti, jew fl-ammont tar-riżerva nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 jew fit-tnejn sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-limitu massimu nazzjonali tiegħu iddeterminat fl-Anness VIII.

L-Istati Membri li jiddeċiedu li ma jimplimentawx il-Kapitolu 5a tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament u ma jużawx il-possibbiltà prevista fl-Artikolu 136a(1) jistgħu jiddeċiedu, għall-fini li jinkiseb it-tnaqqis meħtieġ fil-valur ta' drittijiet għall-pagament imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, li ma jnaqqsux id-drittijiet għal pagament attivati fl-2013 mill-bdiewa li, fl-2013, talbu inqas minn ammont ta' pagamenti diretti li għandu jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, dak l-ammont ma għandux ikun ogħla minn EUR 5 000 .

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ), l-ammonti ta’ pagamenti diretti li jistgħu jingħataw fi Stat Membru fir-rigward tas-sena kalendarja 2014 skont l-Artikoli 34, 52, 53, 68 u 72a ta’ dan ir-Regolament u għall-għajnuna lil min irabbi d-dud tal-ħarir skont l-Artikolu 111 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma għandhomx ikunu ogħla mil-limiti massimi stipulati fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament għal dik is-sena, imnaqqsin bl-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 136b ta' dan ir-Regolament għas-sena kalendarja 2014 kif jinsab fl-Anness VIIIa għal dan ir-Regolament.

Fejn ikun meħtieġ, u sabiex jikkonformaw mal-limiti massimi stipulati fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament imnaqqsin bl-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 136b ta' dan ir-Regolament għas-sena kalendarja 2014 kif jinsab fl-Anness VIIIa għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jagħmlu tnaqqis lineari fl-ammonti ta' pagamenti diretti fir-rigward tas-sena kalendarja 2014.

(3) Fl-Artikolu 41(1), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

"(b) il-valur totali tad-drittijiet għal pagament allokati kollha u l-limiti massimi ffissati skont l-Artikolu 51(2), l-Artikolu 69(3) u l-Artikolu 72b ta' dan ir-Regolament.".

(4) Fl-Artikolu 51(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Għall-2014, il-limiti massimi għall-pagamenti diretti msemmija fl-Artikoli 52 u 53 għandhom ikunu identiċi għal-limiti massimi stabbiliti għall-2013, immultiplikati b’koeffiċjent li jiġi kkalkulat għal kull Stat Membru kkonċernat billi l-limitu massimu nazzjonali għall-2014 stabbilit fl-Anness VIII jiġi diviż bil-limitu massimu nazzjonali għall-2013. Din il-multiplikazzjoni għandha tapplika biss għall-Istati Membri li għalihom il-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness VIII għall-2014 ikun aktar baxx mil-limitu massimu nazzjonali għall-2013.".

(5) Fl-Artikolu 68(8), il-frażi tal-bidu hija sostitwita b’dan li ġej:

"8.  Sal-1 ta' Frar 2014, dawk l-Istati Membri li ħadu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 69(1) jistgħu jeżaminaw dik id-deċiżjoni u jiddeċiedu, b'effett mill-2014, li:".

(6) L-Artikolu 69 jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta’ Awwissu 2009, sal-1 ta’ Awwissu 2010, sal-1 ta’ Awwissu 2011, sal-1 ta' Settembru 2012, sad-data tal-adeżjoni tagħha fil-każ tal-Kroazja, jew sal-1 ta' Frar 2014, li jużaw, mis-sena ta’ wara deċiżjoni bħal din, mill-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament wieħed fil-każ tal-Kroazja, jew fil-każ ta’ deċiżjoni meħuda sal-1 ta' Frar 2014, mis-sena 2014, sa 10 % tal-limitu massimu nazzjonali tagħhom imsemmi fl-Artikolu 40, jew, fil-każ ta’ Malta, l-ammont ta’ EUR 2 000 000 għall-appoġġ speċifiku previst fl-Artikolu 68(1).";

(b) fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Għall-finijiet ewlenin li tiġi żgurata l-konformità mal-limiti massimi nazzjonali kif previst fl-Artikolu 40(2) u li jsir il-kalkolu msemmi fl-Artikolu 41(1), l-ammonti użati għall-għoti tal-appoġġ imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 68(1) għandhom jitnaqqsu mil-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 40(1). Dawn għandhom jingħaddu bħala drittijiet għall-pagament allokati.”;

(c) fil-paragrafu 4, il-perċentwal "3,5 %" huwa sostitwit b'"6,5 %";

(d) fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 5, is-sena “2013” hija sostitwita b’“2014”;

(e) fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Għall-finijiet uniċi li tiġi żgurata l-konformità mal-limiti massimi nazzjonali previsti fl-Artikolu 40(2) u li jsir il-kalkolu msemmi fl-Artikolu 41(1), fejn Stat Membru juża l-għażla prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-ammont ikkonċernat ma għandux jingħadd bħala parti mil-limiti massimi stabbiliti skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.".

(7) Fit-Titolu III, jiżdied il-Kapitolu li ġej:

"Kapitolu 5a

PAGAMENT RIDISTRIBUTTIV FL-2014

Artikolu 72a

Regoli ġenerali

1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta' Marzu 2014, li jagħtu, għall-2014, pagament lil bdiewa li huma intitolati għal pagament skont l-iskema ta' pagament uniku msemmija fil-Kapitoli 1, 2 u 3 (il-pagament ridistributtiv").

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom sal-1 ta' Marzu 2014.

2.  L-Istati Membri li jkunu ddeċidew li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku fil-livell reġjonali skont l-Artikolu 46 jistgħu japplikaw il-pagament ridistributtiv fil-livell reġjonali.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, ta' tnaqqis lineari kif imsemmi fl-Artikolu 40(3), u għall-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 23, il-pagament ridistributtiv għandu jingħata mal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament mill-bidwi.

4.  Il-pagament ridistributtiv għandu jiġi kkalkolat kull sena mill-Istati Membri billi ċ-ċifra li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru, li ma għandhiex tkun ogħla minn 65 % tal-pagament medju nazzjonali jew reġjonali għal kull ettaru, tiġi multiplikata bin-numru ta' drittijiet attivati mill-bidwi skont l-Artikolu 34. In-numru ta' tali drittijiet għall-pagament m'għandux jaqbeż massimu li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri li m'għandux ikun ogħla minn 30 ettaru jew id-daqs medju tal-azjendi agrikoli stipulat fl-Anness VIIIb jekk dak id-daqs medju jaqbeż 30 ettaru fl-Istat Membru kkonċerna

5.  Dment li jiġu rispettati l-limiti massimi stabbiliti fil-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu, fil-livell nazzjonali, jistabbilixxu gradwazzjoni fi ħdan in-numru ta' ettari stabbilit skont dak il-paragrafu, u dan għandu japplika b'mod identiku għall-bdiewa kollha.

6.  Il-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru msemmi fil-paragrafu 4 għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness VIIIc u tan-numru ta’ ettari eliġibbli ddikjarat skont l-Artikolu 34(2) fl-2014.

Il-pagament medju reġjonali għal kull ettaru msemmi fil-paragrafu 4 għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri billi jintuża sehem mil-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness VIIIc u n-numru ta’ ettari eliġibbli ddikjarat fir-reġjun ikkonċernat skont l-Artikolu 34(2) fl-2014. Għal kull reġjun, dan is-sehem għandu jiġi kkalkolat billi l-limitu massimu reġjonali rispettiv ikun diviż kif stabbilit skont l-Artikolu 46(3) bil-limitu massimu nazzjonali stabbilit skont l-Artikolu 40 għas-sena 2014.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jingħata l-ebda vantaġġ previst f'dan ir-Kapitolu lil bdiewa li fil-konfront tagħhom jiġi stabbilit li, wara t-18 ta' Ottubru 2011, huma jkunu qasmu l-impriża tagħhom bl-għan waħdieni li jibbenefikaw mill-pagament ridistributtiv. Dan għandu japplika wkoll għall-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu r-riżultat ta’dak il-qsim.

Artikolu 72b

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.  Sabiex jiffinanzjaw il-pagament ridistributtiv, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta' Marzu 2014, li jużaw sa 30 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit skont l-Artikolu 40 għas-sena ta' talba 2014. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din sa dik id-data.

2.  Abbażi tal-perċentwal tal-limitu massimu nazzjonali li għandu jintuża mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiffissaw il-limiti massimi korrispondenti għall-pagament ridistributtiv. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 141b(2).".

(8) Fl-Artikolu 90, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.  L-ammont tal-għajnuna għal kull ettaru eliġibbli għandu jiġi stabbilit billi l-ammont ta' ħsad stabbilit fil-paragrafu 2 jiġi mmultiplikat bl-ammonti ta' referenza li ġejjin:

Bulgarija

:

EUR 520,20

Greċja

:

EUR 234,18

Spanja

:

EUR 362,15

Portugall

:

EUR 228,00.".

(9) Fl-Artikolu 122, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.  L-iskema ta' pagament uniku skont l-erja għandha tkun disponibbli sal-31 ta' Diċembru 2014.".

(10) Fl-Artikolu 124, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"1.  L-erja agrikola ta' Stat Membru ġdid taħt l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja għandha tkun dik il-parti tal-erja agrikola użata li qed tinżamm f'kondizzjoni agrikola tajba, indipendentement minn jekk tkunx qed tintuża għall-produzzjoni jew le, u, fejn xieraq, aġġustata skont il-kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji li għandhom jiġu stabbiliti minn dak l-Istat Membru l-ġdid wara approvazzjoni mill-Kummissjoni.

Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, ‘erja agrikola utilizzata’ għandha tfisser l-erja totali ta’ art li tinħadem, bwar permanenti, uċuħ tar-raba' permanenti u art għall-kultivazzjoni domestika kif stabbilit mill-Kummissjoni għall-finijiet statistiċi tagħha.

2.  Għall-finijiet tal-għoti ta’ pagamenti taħt l-iskema ta' pagament uniku għall-erja, il-ħbula agrikoli kollha li jikkorrispondu mal-kriterji previsti fil-paragrafu 1, kif ukoll ħbula agrikoli mħawla bi msaġar ta’ rotazzjoni qasira (kodiċi tan-NM ex 0602 90 41 ), għandhom ikunu eliġibbli.

Ħlief fil-każ ta' force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali, dawn il-ħbula agrikoli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu disponibbli għall-bidwi f'data ffissata mill-Istat Membru, li ma għandhiex tkun aktar tard mid-data stabbilita f'dak l-Istat Membru għall-emenda tal-applikazzjoni għal għajnuna.

Id-daqs minimu ta’ erja eliġibbli għal kull azjenda li għaliha jistgħu jintalbu pagamenti għandu jkun 0,3 ettaru. Madankollu, kull Stat Membru ġdid jista’ jiddeċiedi, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, li jistabbilixxi d-daqs minimu f’livell ogħla kemm-il darba ma jisboqx 1 ettaru.".

(11) Fit-Titolu V, jiddaħħal il-Kapitolu li ġej:

"Kapitolu 2a

PAGAMENT RIDISTRIBUTTIV FL-2014

Artikolu 125a

Regoli ġenerali

1.  L-Istati Membri l-ġodda li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta' Marzu 2014, li jagħtu, għall-2014, pagament lil bdiewa li huma intitolati għal pagament skont l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fil-Kapitolu 2 ("il-pagament ridistributtiv għal Stati Membri ġodda").

L-Istati Membri l-ġodda kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom sal-1 ta' Marzu 2014.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja u l-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 23, il-pagament ridistributtiv għal Stati Membri ġodda għandu jieħu l-forma ta' żieda fl-ammonti għal kull ettaru mogħtija skont l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja.

3.  Il-pagament ridistributtiv għal Stati Membri ġodda għandu jiġi kkalkolat mill-Istati Membri billi ċ-ċifra li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru, li ma għandhiex tkun ogħla minn 65 % tal-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru, tiġi mmultiplikata bin-numru ta' ettari eliġibbli li għalihom il-bidwi jingħata ammonti skont l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja. In-numru ta' tali ettari m'għandux jiżboq massimu li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri li m'għandux ikun ogħla minn 30 jew id-daqs medju tal-azjendi agrikoli stabbilit fl-Anness VIIIb jekk dak id-daqs medju jiżboq 30 ettaru fl-Istat Membru l-ġdid ikkonċernat.

4.  Dment li jiġu rispettati l-limiti massimi stabbiliti fil-paragrafu3, l-Istati Membri jistgħu, fil-livell nazzjonali, jistabbilixxu gradwazzjoni fin-numru ta' ettari stabbilit skont dak il-paragrafu, u dan għandu japplika b'mod identiku għall-bdiewa kollha.

5.  Il-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru msemmi fil-paragrafu 3 għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness VIIIc u tan-numru ta’ ettari eliġibbli ddikjarat skont l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja fl-2014.

6.  L-Istati Membri l-ġodda għandhom jiżguraw li ma jingħata l-ebda vantaġġ previst taħt dan il-Kapitolu lil bdiewa li fil-konfront tagħhom jiġi stabbilit li, wara t-18 ta' Ottubru 2011, huma jkunu qasmu l-azjenda tagħhom bl-għan waħdieni li jibbenefikaw mill-pagament ridistributtiv għal Stati Membri ġodda. Dan għandu japplika wkoll għall-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu r-riżultat ta’ dak il-qsim.

Artikolu 125b

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.  Sabiex jiffinanzjaw il-pagament ridistributtiv imsemmi f'dan il-Kapitolu għal Stati Membri ġodda, l-Istati Membri l-ġodda jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta' Marzu 2014, li jużaw sa 30 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 40 għas-sena ta' talba 2014, jew għall-Bulgarija u r-Rumanija, mill-ammonti stabbiliti fl-Anness VIIId. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din sa dik id-data.

Il-pakkett finanzjarju annwali fl-Artikolu 123 għandu jitnaqqas bl-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

2.  Abbażi tal-perċentwal tal-limitu massimu nazzjonali li għandu jintuża mill-Istati Membri l-ġodda skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiffissaw il-limiti massimi korrispondenti għall-pagament ridistributtiv għal Stati Membri ġodda u t-tnaqqis korrispondenti tal-pakkett finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 123. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 141b(2).".

(12) Fl-Artikolu 131, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.  L-Istati Membri ġodda li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta’ Awwissu 2009, sal-1 ta’ Awwissu 2010, sal-1 ta’ Awwissu 2011, sal-1 ta’ Settembru 2012 jew sal-1 ta' Frar 2014, li jużaw, mis-sena ta’ wara dik id-deċiżjoni, jew fil-każ ta’ deċiżjoni meħuda sal-1 ta' Frar 2014, mis-sena 2014, sa 10 % tal-limiti massimi nazzjonali tagħhom imsemmija fl-Artikolu 40 biex jipprovdu appoġġ lill-bdiewa kif stabbilit fl-Artikolu 68(1) u skont il-Kapitolu 5 tat-Titolu III, kif applikabbli għalihom.".

(13) It-titolu tal-Artikolu 133a huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Għajnuna nazzjonali transitorja fl-2013".

(14) Fil-Kapitolu 4 tat-Titolu V, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 133b

Għajnuna nazzjonali transitorja fl-2014

1.  L-Istati Membri l-ġodda li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja f'konformità mal-Artikolu 112 jistgħu jiddeċiedu li jagħtu għajnuna nazzjonali transitorja fl-2014.

2.  Il-Bulgarija u r-Rumanija jistgħu jagħtu l-għajnuna taħt dan l-Artikolu biss jekk jiddeċiedu, sal-1 ta' Frar 2014, li fl-2014 ma jagħtu l-ebda pagament dirett nazzjonali komplementari skont l-Artikolu 132.

3.  L-għajnuna taħt dan l-Artikolu tista’ tingħata lill-bdiewa f’setturi li għalihom, fl-2013, tkun ingħatat għajnuna nazzjonali transitorja skont l-Artikolu 133a jew, fil-każ tal-Bulgarija u tar-Rumanija ingħataw pagamenti nazzjonali diretti komplementari skont l-Artikolu 132.

4.  Il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu identiċi għal dawk awtorizzati għall-għoti tal-pagamenti skont l-Artikoli 132 jew 133a fir-rigward tal-2013, bl-eċċezzjoni tat-tnaqqis dovut għall-applikazzjoni tal-Artikolu 132(2) flimkien mal-Artikoli 7 u 10.

5.  L-ammont totali ta’ għajnuna li tista’ tingħata lill-bdiewa fi kwalunkwe wieħed mis-setturi msemmijin fil-paragrafu 3 għandu jkun limitat għal 80 % tal-pakketti finanzjarji speċifiċi għas-setturi fir-rigward tal-2013 awtorizzat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 133a(5) jew, fil-każ tal-Bulgarija u r-Rumanija, skont l-Artikolu 132(7).

Għal Ċipru, il-pakketti finanzjarji li jkunu speċifikati għal settur huma stabbiliti fl-Anness XVIIa.

6.  Il-paragrafi 3 u 4 ma għandhomx japplikaw għal Ċipru.

7.  L-Istati Membri l-ġodda għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 sal-31 ta' Marzu 2014. In-notifika tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-pakkett finanzjarju għal kull settur;

(b) ir-rata massima ta' għajnuna nazzjonali transitorja, fejn xieraq.

8.  L-Istati Membri l-ġodda jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u fil-limiti awtorizzati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5, dwar l-ammonti tal-għajnuna nazzjonali transitorja li għandha tingħata.".

(15) Fit-Titolu VI, jiżdied l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 136a

Flessibbiltà bejn il-pilastri

1.  Sal-31 ta' Diċembru 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala appoġġ addizzjonali għall-miżuri fil-kuntest tal-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-FAEŻR kif speċifikat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ( 18 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sa 15 % tal-limiti nazzjonali annwali tagħhom għas-sena kalendarja 2014stabbiliti fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament u tal-limiti nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji 2015-2019 stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ( 19 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-għoti tal-pagamenti diretti.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013. Dik id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-perċentwal imsemmi f’dak is-subparagrafu, li jista' jvarja skont is-sena kalendarja.

L-Istati Membri li ma jieħdux id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fir-rigward tas-sena kalendarja 2014 jistgħu, sal-1 ta' Awwissu 2014, jieħdu dik id-deċiżjoni, fir-rigward tas-snin kalendarji 2015 sal-2019. Huwa għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tali deċiżjoni sa dik id-data.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrevedu d-deċiżjoni msemmija f'dan il-paragrafu b'effett mis-sena kalendarja 2018. Kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali reviżjoni ma għandhiex tirriżulta fi tnaqqis fil-perċentwal innotifikat lill-Kummissjoni f'konformità mal-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali reviżjoni sal-1 ta' Awwissu 2017.

2.  Sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-Istati Membri li ma jieħdux id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti sa 15 % jew, fil-każ tal-Bulgarija, l-Estonja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit, sa 25 % tal-ammont allokkat bħala appoġġ għall-miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR fil-perijodu 2015-2020 kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa' disponibbli għall-miżuri ta' appoġġ skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013. Dik id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-perċentwal imsemmi f’dak is-subparagrafu, li jista' jvarja skont is-sena kalendarja.

L-Istati Membri li ma jieħdux id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fir-rigward tas-sena finanzjarja 2015 jistgħu, sal-1 ta' Awwissu 2014, jieħdu dik id-deċiżjoni fir-rigward tas-snin finanzjarji 2016 sa 2020. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tali deċiżjoni sa dik id-data.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrevedu d-deċiżjoni msemmija f'dan il-paragrafu, b'effett għas-snin finanzjarji 2019 u 2020. Kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali reviżjoni ma għandhiex tirriżulta f'żieda fil-perċentwal innotifikat lill-Kummissjoni f'konformità mal-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali reviżjoni sal-1 ta' Awwissu 2017.

3.  Sabiex tqis id-deċiżjonijiet innotifikati mill-Istati Membri skont il-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 141a li jirrevedi l-limiti massimi stabbiliti fl-Anness VIII.

(16) Fit-Titolu VI, jiżdied l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 136b

Trasferiment għall-FAEŻR

L-Istati Membri li, skont l-Artikolu 136, iddeċidew li jagħmlu ammont disponibbli mis-sena finanzjarja 2011 għal appoġġ tal-Unjoni taħt l-ipprogrammar għall-iżvilupp rurali u l-finanzjament taħt il-FAEŻR, għandhom ikomplu jagħmlu l-ammonti tal-Anness VIIIa disponibbli għall-ipprogrammar għall-iżvilupp rurali u l-finanzjament taħt il-FAEŻR għas-sena finanzjarja 2015.".

(17) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 140a

Delega tas-setgħat

Sabiex tqis id-deċiżjonijiet innotifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 136a(1) u (2), kif ukoll kull modifika oħra tal-limiti massimi nazzjonali stabbiliti fl-Anness VIII, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 141a li jadatta l-limiti massimi stabbiliti fl-Anness VIIIc.

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ottimali tat-tnaqqis lineari previst fl-Artikolu 40(3) fl-2014, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 141a, li jistabbilixxu regoli għall-kalkolu tat-tnaqqis li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri għall-bdiewa skont l-Artikolu 40(3).".

(18) L-Artikolu 141a huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 141a

Twettiq tad-delega

1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 11, Artikolu 136a(3) u l-Artikolu 140a għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2014.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11a, fl-Artikolu 136a(3) u l-Artikolu 140a tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandu jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li jkun hemm diġà fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 11a, u l-Artikolu 136a(3) u l-Artikolu 140a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dan il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jkunu informaw, it-tnejn li huma, lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.".

(19) L-Annessi I, VIII u XVIIa huma emendati u l-Annessi l-ġodda VIIIa, VIIIb, VIIIc u VIIId huma miżjudin skont il-punti (1), (4), (5) u (6) tal-Anness II għal dan ir-Regolament.

(20) L-Annessi II u III huma emendati skont il-punti (2) u (3) tal-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi marbuta mal-ammonti massimi totali ta’ pagamenti diretti li jistgħu jingħataw, inklużi dawk li jirriżultaw mid-deċiżjonijiet meħudin mill-Istati Membri skont l-Artikolu 136a tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament u dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 ta’ dan ir-Regolament li jadatta l-limiti massimi nazzjonali stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament.".

(2) Fl-Artikolu 26(6), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Għall-finijiet tal-metodi ta' kalkolu previsti f'dan l-Artikolu, dment li l-pagament ridistributtiv skont l-Artikolu 41 ma jiġix applikat, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont sħiħ tal-appoġġ mogħti għas-sena kalendarja 2014 skont l-Artikoli 72a u 125a tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.".

(3) Fl-Artikolu 36(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Sabiex issir distinzjoni tal-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, u dment li l-pagament ridistributtiv skont l-Artikolu 41 ma jiġix applikat, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont sħiħ tal-appoġġ mogħti għas-sena kalendarja 2014 skont l-Artikolu 125a tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.".

(4) Fl-Artikolu 72(2), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:

“Madankollu, dan għandu jkompli japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbuta mas-snin ta’ talba li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2015.”.

Artikolu 8

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 119(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Madankollu, l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u r-regoli ta' implimentazzjoni rilevanti għandhom jibqgħu japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2014 u l-Artikoli 30 u 44a tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u r-regoli ta' implimentazzjoni rilevanti għandhom jibqgħu japplikaw għan-nefqa mġarrba u l-pagamenti magħmulin għas-sena finanzjarja agrikola 2013, rispettivament.".

(2) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 119a

Deroga mir-Regolament (UE) Nru 966/2012

B'deroga mill-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE) Nru 966/2012 u mill-Artikolu 9(1) ta' dan ir-Regolament, għas-sena finanzjarja agrikola 2014, m'għandux ikun meħtieġ li l-opinjoni tal-korp ta' ċertifikazzjoni tistabbilixxi jekk in-nefqa li fir-rigward tagħha ġie mitlub rimborż mill-Kummissjoni hijiex legali u regolari.".

(3) Fl-Artikolu 121(2), il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.  Madankollu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw kif ġej:

(a) L-Artikoli 7, 8, 16, 25, 26 u43, mis-16 ta' Ottubru 2013;

(b) L-Artikolu52, it-Titolu III, il-Kapitolu II tat-Titolu V u t-Titolu VI, mill-1 ta’ Jannar 2015.

3.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2:

(a) L-Artikoli 9, 18, 40, u 51 għandhom japplikaw għan-nefqa magħmula mis-16 ta' Ottubru 2013;

(b) Kapitolu IV tat-Titolu VII għandu japplika għall-pagamenti magħmulin mis-sena finanzjarja agrikola 2014 'il quddiem.".

Artikolu 9

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 214a

Pagamenti nazzjonali għal ċerti setturi fil-Finlandja

Soġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, għall-perijodu 2014-2020, il-Finlandja tista' tkompli tagħti għajnuna nazzjonali li kienet tat fl-2013 lill-produtturi fuq il-bażi tal-Artikolu 141 tal-Att ta' Adeżjoni tal-1994, sakemm:

(a) l-ammont ta' għajnuna għad-dħul huwa digressiv tul il-perijodu kollu u fl-2020 ma jaqbiżx it-30 % tal-ammont mogħti fl-2013; u

(b) qabel kwalunkwe rikors għal din il-possibbiltà, ikun sar użu sħiħ mill-iskemi ta' appoġġ taħt il-politika agrikola komuni għas-setturi kkonċernati.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-awtorizzazzjoni tagħha mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) ta' dan ir-Regolament.".

(2) Fl-Artikolu 230(1), jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

"(ba) L-Artikolu 111 sal-31 ta’ Marzu 2015;";

"(ca) L-Artikolu 125a(1)(e) u (2) u, fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex, l-Anness XVIa, sad-data tal-applikazzjoni tar-regoli relatati li għandhom jiġu stabbiliti skont l-atti ddelegati previsti fil-punti (b) u (i) tal-Artikolu 173(1);";

"(da) L-Artikoli 136, 138 u 140, kif ukoll l-Anness XVIII għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dawk l-Artikoli, sad-data tal-applikazzjoni tar-regoli li għandhom jiġu stabbiliti skont l-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikoli 180 u fil-punt (a) tal-Artikolu 183 jew sat-30 ta' Ġunju 2014, skont liema tiġi qabel.".

Artikolu 10

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 31, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"6.  Il-Kroazja tista' tagħti pagamenti skont din il-miżura lill-benefiċjarji fl-oqsma li ntgħażlu skont l-Artikolu 32(3), anki meta l-eżerċizzju ta' rfinar imsemmi fit-tielet subparagrafu ta' dak il-paragrafu ma jkunx ġie kkompletat. L-eżerċizzju ta' rfinar għandu jiġi kkompletat sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014. Il-benefiċjarji fl-oqsma li ma għadhomx eliġibbli wara l-ikkompletar tal-eżerċizzju ta' rfinar ma għandhom jirċievu ebda pagamenti ulterjuri taħt din il-miżura.".

(2) Fl-Artikolu 58, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"6.  Il-fondi trasferiti lill-FAEŻR bl-applikazzjoni tal-Artikolu 136a(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u l-fondi trasferiti lill-FAEŻR fl-applikazzjoni tal-Artikoli 10b, 136 u 136b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-snin kalendarji 2013 u 2014 għandhom jiġu inklużi wkoll fl-analiżi annwali msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.".

(3) Fl-Artikolu 59(4) il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(f) 100 % għal ammont ta' EUR 100 miljun, fi prezzijiet tal-2011, allokati lill-Irlanda, għal ammont ta' EUR 500 miljun, fi prezzijiet tal-2011, allokati lill-Portugall u għal ammont ta' EUR 7 miljuni, fi prezzijiet tal-2011, allokati lil Ċipru, bil-kondizzjoni li dawk l-Istati Membri qed jirċievu assistenza finanzjarja f'konformità mal-Artikoli 136 u 143 TFUE fl-1 ta' Jannar 2014 jew wara, sal-2016 meta l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni għandha tiġi valutata mill-ġdid.".



KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Madankollu:

 il-punti (15), (17) u (18) tal-Artikolu 6 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

 il-punt (20) tal-Artikolu 6 għandu japplika mit-22 ta’ Diċembru 2013; u

 il-punt (3) tal-Artikolu 8 għandu japplika, mid-dati ta' applikazzjoni msemmijin fih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



Korrispondenza tal-Artikoli fil-miżuri matul il-perijodi ta' programmar 2007-2013 u 2014-2020

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Artikolu 20(a)(i): Taħriġ u informazzjoni vokazzjonali

Artikolu 14

Artikolu 20(a)(ii): Bidu ta’ negozju minn Bdiewa Żgħażagħ

Artikolu 19(1)(a)(i)

Artikolu 20(a)(iii): Irtirar kmieni

/

Artikolu 20(a)(iv): Użu ta’ servizzi konsultattivi

Artikolu 15(1)(a)

Artikolu 20(a)(v): Twaqqif ta’ servizzi ta’ tmexxija, għajnuna u konsulenza

Artikolu 15(1)(b)

Artikolu 20(b)(i): Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli

Artikolu 17(1)(a)

Artikolu 20(b)(ii): Titjib tal-valur ekonomiku tal-foresti

Artikolu 21(1)(d)

Artikolu 20(b)(iii): Żieda fil-valur tal-prodotti agrikoli u tal-forestrija

Artikolu 17(1)(b)

Artikolu 21(1)(e)

Artikolu 20(b)(iv): Kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda ta' proċessar ta' prodotti

Artikolu 35

Artikolu 20(b)(v): Infrastruttura agrikola u forestali

Artikolu 17(1)(c)

Artikolu 20(b)(vi): Azzjonijiet ta’ restawr u prevenzjoni

Artikolu 18

Artikolu 20(c)(i): Osservazzjoni tal-Istandards

/

Artikolu 20(c)(ii): Skemi ta' kwalità tal-ikel

Artikolu 16

Artikolu 20(c)(iii): Informazzjoni u promozzjoni

Artikolu 16

Artikolu 20(d)(i): Biedja tas-semisussistenza

Artikolu 19(1)(a)(iii)

Artikolu 20(d)(ii): Gruppi ta’ produtturi

Artikolu 27

Artikolu 36(a)(i): Pagamenti għal żvantaġġi naturali fil-muntanji

Artikolu 31

Artikolu 36(a)(ii): Pagamenti għal żvantaġġi naturali f’żoni oħrajn minbarra żoni tal-muntanji

Artikolu 31

Artikolu 36(a)(iii): Natura 2000 u pagamenti marbuta mad-Direttiva 2000/60/KE

Artikolu 30

Artikolu 36(a)(iv): Pagamenti agroambjentali

Artikolu 28

Artikolu 29

►C1  Artikolu 36(a)(v): Pagamenti għat-trattament xieraq tal-annimali ◄

Artikolu 33

▼C1

Artikolu 36(a)(vi): appoġġ għal investimenti mhux produttivi

Artikolu 17(1)(d)

▼B

Artikolu 36(b)(i): L-ewwel afforestazzjoni ta’ art agrikola

Artikolu 21(1)(a)

Artikolu 36(b)(ii): L-ewwel stabbiliment ta’ sistemi agroforestali

Artikolu 21(1)(b)

Artikolu 36(b)(iii): L-ewwel afforestazzjoni ta’ art mhux agrikola

Artikolu 21(1)(a)

Artikolu 36(b)(iv): Il-pagamenti Natura 2000

Artikolu 30

Artikolu 36(b)(v) Pagamenti għall-ambjent forestali

Artikolu 34

Artikolu 36(b)(vi): Ir-restawr tal-potenzjal tal-forestrija u l-introduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ prevenzjoni

Artikolu 21(1)(c)

Artikolu 36(b)(vii): Investimenti mhux produttivi

Artikolu 21(1)(d)

Miżuri skont ir-Regolament (KE) Nru 718/2007

Miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Artikolu 171(2)(a): Investimenti f'azjendi agrikoli għar-ristrutturar u t-titjib ta' standards Komunitarji

Artikolu 7(1)(a)

Artikolu 171(2)(c): Investimenti fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-agrikoltura u tas-sajd sabiex jiġu rristrutturati dawk l-attivitajiet u jiġu mtejba għal standards Komunitarji

Artikolu 17(1)(b)




ANNESS II

L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma emendati kif ġej:

(1) Fl-Anness I, ir-ringiela li ġejja hija mdaħħla wara dik relatata mal-"Appoġġ speċifiku":



"Pagament ridistributtiv

Titolu III, Kapitolu 5a u Titolu V, Kapitolu 2a

Pagament diżakkoppjat"

(2) L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a) Il-Punt A. "L-ambjent" huwa sostitwit b’dan li ġej:



"1

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1)

L-Artikolu 3(1), l-Artikolu 3(2)(b), l-Artikolu 4(1), (2) u (4) u l-Artikolu 5(a), (b) u (d)

2

3

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta' Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b'mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6)

Artikolu 3

4

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1)

L-Artikoli 4 u 5

5

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7)

L-Artikolu 6 u l-Artikolu 13(1)(a)";

(b) il-punt 9 tal-Punt B. "Is-saħħa tal-pubbliku, tal-annimali u tal-pjanti" huwa sostitwit b’dan li ġej:



"9

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1)

Artikolu 55, l-ewwel u t-tieni sentenza".

(3) Fl-Anness IIIl-entrata għal "Il-protezzjoni u l-ġestjoni tal-ilma" hija sostitwita b’dan li ġej:



"Il-protezzjoni u l-ġestjoni tal-ilma:

—  Stabbiliment ta’ strixxi marġinali matul il-mogħdijiet tal-ilma (1)

Il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis u l-iskol u l-ġestjoni tal-użu tal-ilma

—  Fejn l-użu tal-ilma għall-irrigazzjoni huwa soġġett għall-awtorizzazzjoni, irid ikun hemm konformità mal-proċeduri tal-awtorizzazzjoni

 

Protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis: projbizzjoni ta' rimi dirett fl-ilma ta’ taħt l-art u miżuri għall-prevenzjoni tat-tniġġis indirett tal-ilma ta’ taħt l-art bir-rimi fl-art u l-perkolazzjoni fil-ħamrija ta' sustanzi perikolużi, kif elenkati fl-Anness għad-Direttiva 80/68/KEE fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fl-aħħar jum ta' validità tagħha, sa fejn dan jirrigwarda l-attività agrikola

(1)    Nota:  L-istrixxi marġinali GAEC għandhom jirrispettaw, kemm ġewwa kif ukoll barra miż-żoni vulnerabbli stabbiliti skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 91/676/KEE, tal-inqas ir-rekwiżiti fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-fertilizzant fuq l-art ħdejn il-mogħdijiet tal-ilma, imsemmi fil-punt A4 tal-Anness II tad-Direttiva 91/676/KEE li jrid jiġi applikat b'konformità mal-Programmi ta' Azzjoni tal-Istati Membri stabbiliti skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 91/676/KEE.".

(4) Fl-Anness VIII, il-kolonna għas-sena 2014 hija sostitwita b’dan li ġej:



"Tabella 1

(elf EUR)

Stat Membru

2014

Belġju

544 047

Danimarka

926 075

Ġermanja

5 178 178

Greċja

2 047 187

Spanja

4 833 647

Franza

7 586 341

Irlanda

1 216 547

Italja

3 953 394

Lussemburgu

33 662

il-Pajjiżi l-Baxxi

793 319

Awstrija

693 716

Portugall

557 667

Finlandja

523 247

Svezja

696 487

Renju Unit

3 548 576



Tabella 2 (1)

(elf EUR)

Bulgarija

642 103

Repubblika Ċeka

875 305

Estonja

110 018

Ċipru

51 344

Latvja

168 886

Litwanja

393 226

Ungerija

1 272 786

Malta

5 240

Polonja

2 970 020

Rumanija

1 428 531

Slovenja

138 980

Slovakkja

377 419

▼C1

▼B

(1)   Il-limiti massimi kkalkolati jqisu l-iskeda tal-inkrementi prevista fl-Artikolu 121."

(5) L-Annessi li ġejjin jiddaħħlu wara l-Anness VIII:




"Anness VIIIa

Ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 136b fl-2014

Ġermanja

:

EUR 42 600 000

Svezja

:

EUR 9 000 000




Anness VIIIb



Daqs medju ta' azjenda agrikola li għandu jkun applikat skont l-Artikolu 72a(4) u l-Artikolu 125a(3)

Stat Membru

Daqs medju ta' azjenda agrikola

(f'ettari)

Belġju

29

Bulgarija

6

Repubblika Ċeka

89

Danimarka

60

Ġermanja

46

Estonja

39

Irlanda

32

Greċja

5

Spanja

24

Franza

52

Kroazja

5,9

Italja

8

Ċipru

4

Latvja

16

Litwanja

12

Lussemburgu

57

Ungerija

7

Malta

1

il-Pajjiżi l-Baxxi

25

Awstrija

19

Polonja

6

Portugall

13

Rumanija

3

Slovenja

6

Slovakkja

28

Finlandja

34

Svezja

43

Renju Unit

54




Anness VIIIc



Limiti massimi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 72a(6) u l-Artikolu 125a(5)

(elf EUR)

Belġju

505 266

Bulgarija

796 292

Repubblika Ċeka

872 809

Danimarka

880 384

Ġermanja

5 018 395

Estonja

169 366

Irlanda

1 211 066

Greċja

1 931 177

Spanja

4 893 433

Franza

7 437 200

Kroazja

265 785

Italja

3 704 337

Ċipru

48 643

Latvja

302 754

Litwanja

517 028

Lussemburgu

33 432

Ungerija

1 269 158

Malta

4 690

il-Pajjiżi l-Baxxi

732 370

Awstrija

691 738

Polonja

3 061 518

Portugall

599 355

Rumanija

1 903 195

Slovenja

134 278

Slovakkja

394 385

Finlandja

524 631

Svezja

699 768

Ir-Renju Unit

3 591 683




Anness VIIId



Ammonti għall-Bulgarija u r-Rumanija msemmijin fl-Artikolu 125b(1)

Bulgarija

EUR 789 365 000

Rumanija

EUR 1 753 000 000 "

(6) L-Anness XVIIa huwa sostitwit b’dan li ġej:




"Anness XVIIa



Għajnuna nazzjonali transitorja f'Ċipru

(EUR)

Is-settur

2013

2014

Ċereali (għajr il-qamħ durum)

141 439

113 151

Qamħ durum

905 191

724 153

Ħalib u prodotti tal-ħalib

3 419 585

2 735 668

Ċanga

4 608 945

3 687 156

Nagħaġ u mogħoż

10 572 527

8 458 022

Settur tal-majjal

170 788

136 630

Tjur u bajd

71 399

57 119

Inbid

269 250

215 400

Żejt taż-żebbuġa

3 949 554

3 159 643

Għeneb tal-mejda

66 181

52 945

Għeneb imnixxef

129 404

103 523

Tadam ipproċessat

7 341

5 873

Banana

4 285 696

3 428 556

Tabakk

1 027 775

822 220

Frott deċidwu inkluż il-frott tal-għadma

173 390

138 712

Total

29 798 462

23 838 770 "



( 1 ) ĠU C 341, 21.11.2013, p. 71.

( 2 ) Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (Ara paġna 487 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 3 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).

( 4 ) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/1992 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar metodi ta' produzzjoni agrikola kompatibbli mal-ħtiġiet tal-protezzjoni tal-ambjent u taż-żamma tal-kampanja (ĠU L 215, 30.7.1992, p. 85). (mhux disponibbli bil-Malti)

( 5 ) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2080/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 li jistabbilixxi skema ta' għajnuna Komunitarja għall-miżuri tal-forestrija fil-biedja (ĠU L 215, 30.7.1992, p. 96). (mhux disponibbli bil-Malti)

( 6 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80).

( 7 ) Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (Ara paġna 608 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 8 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.)

( 9 ) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 94/2013 ta' 2 ta' Diċembru 2013 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014–2020 (Ara paġna 884 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 10 ) Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (Ara paġna 549 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 11 ) Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

( 12 ) Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 1979 dwar il-ħarsien ta’ ilma ta’ taħt l-art kontra tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi (ĠU L 20, 26.1.1980, p. 43).

( 13 ) Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

( 14 ) Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

( 15 ) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (Ara paġna 671 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)

( 16 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 tat-12 ta' Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA) (ĠU L 170, 29.6.2007, p. 1).

( 17 ) Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549)."

( 18 ) Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta’ Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

( 19 ) Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta’ Diċembru 2013. li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608)".