02013R1307 — MT — 05.02.2018 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Diċembru 2013 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 608) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) Nru 1310/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 17 ta' Diċembru 2013 |
L 347 |
865 |
20.12.2013 |
|
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 |
L 181 |
1 |
20.6.2014 |
|
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 994/2014 tat-13 ta' Mejju 2014 |
L 280 |
1 |
24.9.2014 |
|
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1001/2014 tat-18 ta' Lulju 2014 |
L 281 |
1 |
25.9.2014 |
|
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1378/2014 tas-17 ta' Ottubru 2014 |
L 367 |
16 |
23.12.2014 |
|
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/851 tas-27 ta' Marzu 2015 |
L 135 |
8 |
2.6.2015 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/142 tat-2 ta' Diċembru 2015 |
L 28 |
8 |
4.2.2016 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1155 tal-15 ta' Frar 2017 |
L 167 |
1 |
30.6.2017 |
|
REGOLAMENT (UE) 2017/2393 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Diċembru 2017 |
L 350 |
15 |
29.12.2017 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/162 tat-23 ta' Novembru 2017 |
L 30 |
6 |
2.2.2018 |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Diċembru 2013
li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009
TITOLU I
KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi:
(a) regoli komuni dwar il-pagamenti mogħtija direttament lill-bdiewa skont l-iskemi ta' appoġġ elenkati fl-Anness I ("pagamenti diretti");
(b) regoli speċifiċi dwar:
(i) pagament bażiku għall-bdiewa ("l-iskema ta' pagament bażiku") u skema transizzjonali simplifikata, "l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja");
(ii) għajnuna nazzjonali transitorja volontarja għall-bdiewa;
(iii) pagament ridistributtiv volontarju;
(iv) pagament għall-bdiewa li jħarsu prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent;
(v) pagament volontarju għall-bdiewa f'erjas b'restrizzjonijiet naturali;
(vi) pagament għall-bdiewa żgħażagħ li jibdew l-attività agrikola tagħhom;
(vii) skema ta' għajnuna akkoppjata volontarja;
(viii) pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton;
(ix) skema volontarja ssimplifikata għall-bdiewa żgħar;
(x) qafas li fih il-Bulgarija, il-Kroazja u r-Rumanija jistgħu jikkomplementaw l-pagamenti diretti.
Artikolu 2
Emenda tal-Anness I
Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 70 li jemendaw il-lista ta' skemi ta' appoġġ imniżżla fl-Anness I, sa fejn meħtieġ biex jittieħed kont ta' kwalunkwe att leġislattiv ġdid dwar l-iskemi ta' appoġġ li jista' jiġi adottat wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Applikazzjoni għar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-gżejjer minuri tal-Eġew
L-Artikolu 11 ma għandux japplika għar-reġjuni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 349 TFUE ("ir-reġjuni l-aktar imbiegħda") u għall-pagamenti diretti mogħtija fil-gżejjer minuri tal-Eġew skont ir-Regolament (UE) Nru 229/2013.
It-Titoli III, IV u V ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għar-reġuni ultraperiferiċi.
Artikolu 4
Definizzjonijiet u dispożizzjonijiet relatati
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) "bidwi" tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ikun x’ikun l-istatus legali mogħti lil tali grupp u l-membri tiegħu bil-liġi nazzjonali, li l-impriża tiegħu/tagħhom tkun fl-ambitu territorjali tat-Trattati, kif iddefinit fl-Artikolu 52 tat-TUE, flimkien mal-Artikoli 349 u 355 TFUE, u li jeżerċita attività agrikola;
(b) "impriża" tfisser l-unitajiet kollha użati għall-attivitajiet agrikoli mmexxija minn bidwi li jinsabu fit-territorju tal-istess Stat Membru;
(c) "attività agrikola" tfisser:
(i) il-produzzjoni, it-trobbija jew it-tkabbir ta' prodotti agrikoli, inklużi l-ħsad, it-taħlib, it-trobbija tal-annimali u ż-żamma tal-annimali għall-finijiet ta' biedja,
(ii) iż-żamma ta' erja agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni mingħajr azzjoni ta' tħejjija li tmur lil hinn mill-metodi u makkinarji agrikoli tas-soltu, abbażi ta' kriterji stabbiliti mill-Istati Membri abbażi ta' qafas stabbilit mill-Kummissjoni, jew
(iii) it-twettiq ta' attività minima,, definita mill-Istati Membri, fuq erjas agrikoli li huma miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni;
(d) "prodotti agrikoli" tfisser il-prodotti, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, elenkati fl-Anness I għat-Trattati kif ukoll il-qoton;
(e) "erja agrikola" tfisser kull erja meħuda minn raba’ li jinħarat, bwar permanenti u mergħat permanenti, jew uċuħ tar-raba’ permanenti;
(f) "raba'" tfisser art li hija kkultivata għall-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba' jew erjas disponibbli għall-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba' iżda li hija mistrieħa, inklużi erjas mwarrba skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, irrispettivament jekk l-art tinsabx taħt serer jew taħt kopertura fissa jew mobbli;
(g) "uċuħ tar-raba' permanenti" tfisser uċuħ tar-raba' li mhumiex taħt sistema ta' rotazzjoni ħlief bwar permanenti u mergħat permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew iżjed u jagħtu ħsad repetut, inklużi mixtliet u msaġar b'rotazzjoni qasira;
(h) "bur permanenti u mergħat permanenti" (flimkien imsemmija "bur permanenti") tfisser art li tintuża sabiex jitkabbar il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor naturali (li jitla' waħdu) jew permezz ta' kultivazzjoni (li jkun inżera') u li ma ġietx inkluża fin-newba tal-uċuħ tar-raba' tal-impriża għal ħames snin jew aktar, kif ukoll, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, li ma tkunx inħartet għal ħames snin jew aktar; tista' tinkludi speċijiet oħra bħal arbuxelli u/jew siġar tajbin għar-ragħa u, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, speċijiet oħra bħal arbuxelli u/jew siġar li jipproduċu għalf tal-annimali, dment li l-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor jibqgħu predominanti. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jikkunsidraw bħala bur permanenti:
(i) art li tista' tintuża għar-ragħa u li tifforma parti minn prattiki lokali stabbiliti fejn ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor huma tradizzjonalment mhux predominanti fiż-żoni tar-ragħa; u/jew
(ii) art li tista' tintuża għar-ragħa fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor mhumiex predominanti jew huma assenti f'żoni tar-ragħa;
(i) "ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor" tfisser il-pjanti kollha erbaċej tradizzjonalment misjuba f'mergħat naturali u normalment inklużi f'taħlitiet ta' żrieragħ għall-mergħat jew meded tal-art għar-ragħa fl-Istat Membru, kemm jekk jintużaw għall-annimali li jirgħu jew le;
(j) "mixtliet" tfisser l-erjas li ġejjin ta' pjanti li għadhom żgħar tal-għuda (għudin) li jitkabbru fil-miftuħ biex wara jinqalgħu u jitħawlu band'oħra:
— mixtliet ta' dwieli u għeruq,
— mixtliet ta' siġar tal-frott u frott tal-bosk,
— mixtliet ornamentali,
— mixtliet kummerċjali ta’ siġar tal-foresti esklużi dawk għar-rekwiżiti tal-impriża stess imkabbra f’art imsaġġra,
— mixtliet ta' siġar u sġajriet biex jitħawlu f'ġonna, parks, mat-toroq u fuq ċnut (pereżempju pjanti ta' sġajriet li jagħmlu sies, siġar tal-ward u sġajriet ornamentali oħrajn, koniferi ornamentali), inklużi fil-każijiet kollha z-zkuk tagħhom u n-nebbieta żgħar;
(k) "msajġar ta' rotazzjoni qasira" tfisser erjas mħawlin b'dawk l-ispeċijiet ta' siġar tal-kodiċi NM 0602 90 41 li għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri li jikkonsistu minn uċuħ tar-raba' għudin, perenni, li r-riżomi jew l-għeruq tagħhom jibqgħu fl-art wara l-ħsad, b'rimjiet ġodda li joħorġu fl-istaġun ta' wara u b'ċiklu ta' ħsad massimu li għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri;
(l) "bejgħ" tfisser il-bejgħ jew kwalunkwe trasferiment ieħor definittiv tal-proprjetà ta' art jew ta' drittijiet għall-ħlas, ma jinkludix il-bejgħ ta' art fejn l-art tkun ġiet trasferita lil awtoritajiet pubbliċi jew għall-użu fl-interess pubbliku u fejn it-trasferiment jitwettaq għal finijiet mhux agrikoli;
(m) "kiri" tfisser ftehim tal-kiri jew transazzjoni temporanja simili;
(n) "trasferiment" tfisser il-kiri jew il-bejgħ jew il-wirt proprju jew il-wirt antiċipat ta' art jew drittijiet għal pagamenti jew kwalunkwe trasferiment definittiv ieħor ta' dan; dan ma jkoprix ir-riverżjoni ta' drittijiet mal-iskadenza ta' kirja.
Minkejja l-punti (f) u (h) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li, qabel l-1 ta' Jannar 2018, aċċettaw irqajja' ta' art li titħalla tistrieħ bħala raba' jistgħu ikomplu jaċċettawhom bħala tali wara dik id-data. Mill-1 ta' Jannar 2018 irqajja' ta' art li titħalla tistrieħ li ġew aċċettati bħala raba' taħt dan is-subparagrafu fl-2018 għandhom isiru bur permanenti fl-2023, jew wara, jekk il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (h) jiġu sodisfatti.
2. L-Istati Membri għandhom:
(a) jistabbilixxu kriterji li għandhom jiġu rrispettati mill-bdiewa sabiex jissodisfaw l-obbligu li l-erja agrikola tinżamm fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, kif imsemmi fil-punt (c)(ii) tal-paragrafu 1;
(b) fejn applikabbli fi Stat Membru, jiddefinixxu l-attività minima li għandha titwettaq fuq erjas agrikoli li jinżammu b'mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, kif imsemmi fil-punt (c)(iii) tal-paragrafu 1;
(c) jiddefinixxu l-ispeċijiet ta' siġar li jikkwalifikaw għal msajġar b'rotazzjoni qasira u jiddeterminaw iċ-ċiklu ta' ħsad massimu fir-rigward ta' dawk l-ispeċijiet ta' siġar, kif imsemmi fil-punt (k) tal-paragrafu 1.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dik l-art li tista' tintuża għar-ragħa u li tifforma parti minn prattiki lokali stabbiliti fejn ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor huma tradizzjonalment mhux predominanti fl-erjas tar-ragħa, għandha tiġi kkunsidrata bħala bwar permanenti, kif imsemmi fil-punt (h) tal-paragrafu 1.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li:
(a) art li ma tkunx inħartet għal ħames snin jew iktar għandha tiġi kkunsidrata bħala bur permanenti kif imsemmi fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, dment li l-art tintuża biex jitkabbar il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor b'mod naturali (li jitla' waħdu) jew permezz ta' kultivazzjoni (li jkun inżera') u li ma tkunx ġiet inkluża fin-newba tal-uċuħ tar-raba' tal-impriża għal ħames snin jew aktar;
(b) bur permanenti jista' jinkludi speċijiet oħra, bħal arbuxelli u/jew siġar li jipproduċu għalf tal-annimali, f'żoni fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor huma predominanti; u/jew
(c) art li tista' tintuża għar-ragħa fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor mhumiex predominanti jew huma assenti f'żoni tar-ragħa għandha tiġi kkunsidrata bħala bur permanenti kif imsemmi fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li japplikaw id-deċiżjoni tagħhom skont il-punti (b) u/jew (c) tat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu għat-territorju kollu tagħhom jew għal parti mit-territorju tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2018 bi kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont it-tielet u r-raba' subparagrafi ta' dan il-paragrafu.
3. Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 70 li jistabbilixxi:
(a) il-qafas li fih l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji li għandhom jiġu rrispettati mill-bdiewa sabiex jissodisfaw l-obbligu li l-erja agrikola tinżamm fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, kif imsemmi fil-punt (c)(ii) tal-paragrafu 1;
(b) il-qafas li fih l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-attivitàminima li trid titwettaq fuq erjas agrikoli li jinżammu b'mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, kif imsemmi fil-punt (c)(iii) tal-paragrafu 1;
(c) il-kriterji li jiddeterminaw il-predominanza tal-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor u l-kriterji biex jiġu determinati l-prattiki lokali stabbiliti msemmija fil- punt (h) tal-paragrafu 1.
TITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR PAGAMENTI DIRETTI
KAPITOLU 1
Regoli komuni dwar il-pagamenti diretti
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet ġenerali tal-politika agrikola komuni
Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u d-dispożizzjonijiet adottati skont dan għandhom japplikaw għall-iskemi previsti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Limiti massimi nazzjonali
1. Għal kull Stat Membru u għal kull sena, il-limitu massimu nazzjonali li jkun jinkludi l-valur totali tad-drittijiet għall-pagament allokati kollha, tar-riżerva nazzjonali jew tar-riżervi reġjonali u tal-limiti massimi ffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 għandu jkun kif stabbilit fl-Anness II.
Fejn Stat Membru juża l-għażla prevista fl-Artikolu 22(2), il-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għal dak l-Istat Membru għas-sena rispettiva jista' jinqabeż bl-ammont ikkalkulat skont dak il-paragrafu.
2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, għal kull Stat Membru li japplika l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja u għal kull sena, il-limitu nazzjonali, li jinkludi l-limiti stabbiliti f'konformità mal-Artikoli 36, 42, 47, 49, 51 u 53, għandu jkun kif stabbilit fl-Anness II.
Fejn Stat Membru juża l-għażla prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(4), il-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għal dak l-Istat Membru għas-sena rispettiva jista' jinqabeż bl-ammont ikkalkolat skont dak is-subparagrafu.
3. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi marbuta mal-ammonti massimi totali ta’ pagamenti diretti li jistgħu jingħataw, inklużi dawk li jirriżultaw mid-deċiżjonijiet meħudin mill-Istati Membri skont l-Artikolu 136a tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament u dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 ta’ dan ir-Regolament li jadatta l-limiti massimi nazzjonali stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Limiti massimi netti
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, l-ammont totali tal-pagamenti diretti li jistgħu jingħataw fi Stat Membru skont it-Titoli III, IV u V fir-rigward ta' sena kalendarja, wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 11, ma għandux ikun ogħla mil-limitu massimu korrispondenti stipulat fl-Anness III.
Fejn l-ammont totali ta' pagamenti diretti li għandhom jingħataw fi Stat Membru jkun ogħla mil-limitu massimu stabbilit fl-Anness III, dak l-Istat Membru għandu jwettaq tnaqqis lineari fl-ammonti tal-pagamenti diretti kollha bl-eċċezzjoni ta' pagamenti diretti mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 u r-Regolament (UE) Nru 229/2013.
2. Għal kull Stat Membru u għal kull sena kalendarja, il-prodott stmat tat-tnaqqis tal-pagamenti imsemmi fl-Artikolu 11 (li jkun rifless fid-differenza bejn il-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II, li magħhom jiżdied l-ammont disponibbli skont l-Artikolu 58, u l-limitu massimu nett stabbilit fl-Anness III) għandu jsir disponibbli bħala appoġġ tal-Unjoni għal miżuri skont programmar ta' żvilupp rurali ffinanzjat skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
3. Sabiex tqis l-iżviluppi relatati mal-ammonti massimi totali ta' pagamenti diretti li jistgħu jingħataw, inklużi dawk li jirriżultaw mid-deċiżjonijiet magħmulin mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 li jadattaw il-limiti massimi stabbiliti fl-Anness III.
Artikolu 8
Dixxiplina finanzjarja
1. Ir-rata ta' aġġustament iddeterminata skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandha tapplika biss għall-pagamenti diretti li jkunu aktar minn EUR 2 000 li għandhom jingħataw lill-bdiewa fis-sena kalendarja korrispondenti.
2. B'riżultat tal-introduzzjoni gradwali ta’ pagamenti diretti previsti fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika għall-Bulgarija u r-Rumanija mill-1 ta’ Jannar 2016.
B'riżultat tal-introduzzjoni gradwali tal-pagamenti diretti kif imsemmi fl-Artikolu 17, il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika għall-Kroazja mill-1 ta’ Jannar 2022.
3. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-aġġustamenti tal-pagamenti diretti fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 70 li jistabbilixxu regoli abbażi tal-kalkolu ta' tnaqqis li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri għall-bdiewa skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
4. Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi komparabbli għal dawk ta' bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta' kap ta' azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-tassazzjoni, bil-kundizzjoni li huma jkunu kkontribwixxew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.
Artikolu 9
Bidwi attiv
1. Ma għandu jingħata l-ebda pagament dirett lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lil gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li ż-żoni agrikoli tagħhom huma fil-biċċa l-kbira żoni miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni u li ma jwettqux l-attività minima definita mill-Istati Membri skont il-punt (b) tal-Artikolu 4(2) f'dawk iż-żoni.
2. Ma għandu jingħata l-ebda pagament dirett lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lil gruppi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li jħaddmu ajruporti, kumpanniji tal-ferrovija, sistemi tal-infrastruttura tal-ilma, kumpanniji li jbigħu l-proprjetà, postijiet permanenti fejn isiru sports u attivitajiet rikreattivi.
Fejn adegwat, l-Istati Membri għandhom, abbażi ta' kriterji oġġettivi u-nondiskriminatorju, jiddeċiedu li jżidu mal-lista fl-ewwel subparagrafu kwalunkwe negozju jew attività simili oħra li mhix agrikola, u jistgħu sussegwentement jiddeċiedu li jneħħu kwalunkwe żieda bħal din.
Persuna jew grupp ta' persuni li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-ewwel jew it-tieni subparagrafu għandu, madankollu, jitqies bħala bidwi attiv jekk dan jipprovdi evidenza verifikabbli, fil-forma meħtieġa mill-Istati Membri, li turi kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a) li l-ammont annwali tal-pagamenti diretti huwa mill-inqas 5 % tal-irċevuti totali li kiseb minn attivitajiet mhux agrikoli fis-sena fiskali l-aktar reċenti li għaliha hija disponibbli tali evidenza;
(b) li l-attivitajiet agrikoli tiegħu mhumiex insinifikanti;
(c) li l-objettivi prinċipali tan-negozju jew tal-kumpannija tiegħu jikkonsistu fl-eżerċitar ta' attività agrikola.
3. Barra mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, li l-ebda pagament dirett ma għandu jingħata lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lil gruppi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi:
(a) li l-attivitajiet agrikoli tagħhom ikunu biss jagħmlu parti insinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi ġenerali tagħhom; u/jew
(b) li l-attività prinċipali jew l-objettivi tal-kumpannija tagħhom ma jikkonsistux fl-eżerċizzju ta' attività agrikola.
3a. Barra mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-ebda pagament dirett ma għandu jingħata lil bdiewa li mhumiex irreġistrati, għall-attivitajiet agrikoli tagħhom, f'reġistru fiskali jew tas-sigurtà soċjali nazzjonali.
4. Il-paragrafi 2, 3 u 3a ma għandhomx japplikaw għal bdiewa li rċevew biss pagamenti diretti li ma jaqbżux ċertu ammont għas-sena ta' qabel. Tali ammont għandu jiġi deċiż mill-Istati Membri abbażi ta' kriterji oġġettivi għall-karatteristiċi nazzjonali jew reġjonali tagħhom, u ma għandux ikun aktar minn EUR 5 000 .
5. Sabiex jiġi garantit il-ħarsien tad-drittijiet tal-bdiewa, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 li jistabbilixxu:
(a) kriterji biex jiġu ddeterminati l-każijiet fejn żona agrikola ta' bidwi għandha titqies bħala żona li prinċipalment hija miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni;
(b) kriterji biex tiġi stabbilita d-distinzjoni bejn riċevuti li jirriżultaw minn attivvitajiet agrikoli u mhux agrikoli;
(c) kriterji biex jiġu stabbiliti l-ammonti ta’ pagamenti diretti msemmija fil-paragrafi 2 u 4, speċjalment rigward pagamenti diretti fl-ewwel sena tal-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti fejn il-valur tad-drittijiet għall-pagamenti għadu mhux stabbilit b'mod definittiv kif ukoll rigward pagamenti diretti għall-bdiewa żgħażagħ;
(d) kriterji li għandhom jilħqu l-bdiewa biex għall-għanijiet tal-paragrafi 2 u 3 jagħtu prova li l-attivitajiet agrikoli tagħhom mhumiex insinifikanti u li n-negozju ewlieni tagħhom jew l-oġġetti tal-kumpannija jikkonsistu mill-eżerċitazzjoni ta' attività agrikola.
6. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2014 dwar kwalunkwe deċiżjoni msemmija fil-paragrafi 2, 3 jew 4, u sal-31 ta' Marzu 2018 dwar kwalunkwe deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3a. Fil-każ ta' emendi għal tali deċiżjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien ġimagħtejn mid-data li fiha tittieħed kwalunkwe deċiżjoni ta' emendar.
7. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu mill-2018, jew minn kwalunkwe sena sussegwenti, li mit-tliet kriterji elenkati fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, wieħed jew tnejn biss jistgħu jiġu invokati minn persuni jew minn gruppi ta' persuni li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-ewwel u tat-tieni subparagrafi tal-paragrafu 2 sabiex juru li huma bdiewa attivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'tali deċiżjoni, jekk tiġi applikata mill-2018, sal-31 ta' Marzu 2018 jew, jekk tiġi applikata minn sena sussegwenti, sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-applikazzjoni tagħha.
8. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jieqfu japplikaw il-paragrafu 2 mill-2018 jew kwalunkwe sena sussegwenti. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'tali deċiżjoni, jekk tiġi applikata mill-2018, sal-31 ta' Marzu 2018 jew, jekk tiġi applikata minn sena sussegwenti, sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-applikazzjoni tagħha.
Artikolu 10
Rekwiżiti minimi biex wieħed jirċievi pagamenti diretti
1. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu f'liema wieħed mill-każijiet li ġejjin, li ma jagħtux pagamenti diretti lil bidwi:
(a) fejn l-ammont totali ta' pagamenti diretti mitlub jew li jkun imissu jingħata qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 f'sena kalendarja partikolari jkun anqas minn EUR 100;
(b) fejn l-erja eliġibbli tal-impriża li għaliha jintalbu pagamenti diretti jew li jkun imisshom jingħataw qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tkun anqas minn ettaru.
2. Biex iqisu l-istruttura tal-ekonomiji agrikoli tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw il-livelli limiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 fil-limiti stabbiliti fl-Anness IV.
3. Meta Stat Membru jkun iddeċieda li japplika livell limitu għal żona skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, għandu madankollu japplika l-punt (a) ta' dak il-paragrafu għal dawk il-bdiewa li qed jirċievu l-appoġġ akkoppjat relatat mal-annimali msemmi fit-Titolu IV li għandhom anqas ettari mil-livell limitu għaż-żona.
4. L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1 għar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-gżejjer minuri tal-Eġew.
5. Fil-Bulgarija u fir-Rumanija, għas-sena 2015, l-ammont mitlub jew li jkun imissu jingħata kif imsemmi fil-punt (a)_tal-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-ammont rilevanti stabbilit fil-punt A tal-Anness V.
Fil-Kroazja, għas-snin 2015-2021, l-ammont mitlub jew li jkun imissu jingħata kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-ammont stabbilit fil-punt A tal-Anness VI.
Artikolu 11
Tnaqqis tal-pagamenti
1. L-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont ta' pagamenti diretti li għandhom jingħataw lill-bdiewa skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III għal sena kalendarja partikolari għall-inqas b'5 % għall-parti tal-ammont li taqbeż EUR 150 000 .
2. Qabel ma japplikaw il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom inaqqsu s-salarji marbuta ma' attività agrikola li tkun fil-fatt tħallset jew ġiet iddikjarata mill-bidwi fis-sena kalendarja preċedenti, inkluż it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali relatati mal-impjieg, mill-ammont tal-pagamenti diretti li għandu jingħata lil bidwi skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III f'sena kalendarja partikolari. Meta ma tkun disponibbli l-ebda data dwar is-salarji li fil-fatt tħallsu u ġew iddikjarati mill-bidwi fis-sena kalendarja ta' qabel, għandha tintuża l-aktar data reċenti disponibbli.
3. Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jagħti pagament ridistributtiv lill-bdiewa skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III u jużaw aktar minn 5 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II għal dak il-għan, huwa jista' jiddeċiedi li ma japplikax dan l-Artikolu.
Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jagħti pagament ridistributtiv lill-bdiewa skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III u l-applikazzjoni tal-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 41(4) tipprevjenih milli juża aktar minn 5 % mil-limitu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II għal dak il-għan, dak l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax dan l-Artikolu.
4. Ma għandu jingħata l-ebda vantaġġ billi jiġi evitat it-tnaqqis għall-pagament favur bdiewa, li fir-rigward tagħhom jiġi stabbilit li ħolqu artifiċjalment, wara t-18 ta' Ottubru 2011, il-kundizzjonijiet biex jevitaw l-effetti ta' dan l-Artikolu.
5. Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi komparabbli għal dawk ta' bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta' kap ta' azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-tassazzjoni, bil-kundizzjoni li huma jkunu kkontribwixxew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.
6. L-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet tagħhom dwar tnaqqis fil-pagamenti skont dan l-Artikolu fuq bażi annwali, dment li tali rieżami ma jwassalx għal tnaqqis fl-ammonti disponibbli għall-iżvilupp rurali.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet meħuda skont dan l-Artikolu u bi kwalunkwe prodott stmat tat-tnaqqis għas-snin sal-2019 sal-1 ta' Awwissu tas-sena qabel l-applikazzjoni ta' tali deċiżjonijiet, bl-aħħar data possibbli għal tali notifika tkun l-1 ta' Awwissu 2018.
Artikolu 12
Talbiet multipli
L-erja li tkun taqbel mal-għadd ta' ettari eliġibbli li fir-rigward tagħha tkun saret applikazzjoni għal pagament bażiku minn bidwi skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III tista' tkun is-suġġett ta' applikazzjoni għal kwalunkwe pagament dirett ieħor kif ukoll għal kwalunkwe għajnuna oħra mhux koperta b'dan ir-Regolament, ħlief kif espliċitament previst xort'oħra f'dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Għajnuna mill-Istat
B’deroga mill-Artikolu 211(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), l-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE ma għandhomx japplikaw għal pagamenti magħmulin mill-Istati Membri f'konformità ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 14
Flessibbiltà bejn il-pilastri
1. Sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala appoġġ addizzjonali għal miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR kif speċifikat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, sa 15 % tal-limiti nazzjonali annwali tagħhom għas-sena kalendarja 2014 stipulata fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u tal-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji mill-2015 sal-2019 stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament. B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-għoti tal-pagamenti diretti.
Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013. Dik id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-perċentwal imsemmi f'dak is-subparagrafu, li jista' jvarja b'sena kalendarja.
L-Istati Membri li ma jieħdux id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fir-rigward tas-sena kalendarja 2014, sa 1 ta' Awwissu 2014, jistgħu jieħdu dik id-deċiżjoni fir-rigward is-snin kalendarji 2015 sa 2019 Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tali deċiżjoni sa dik id-data.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrevedu d-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu b'effett mis-sena 2018. Kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali reviżjoni ma għandhiex tirriżulta fi tnaqqis fil-perċentwal innotifikat lill-Kummissjoni f'konformità mal-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni ibbażata fuq tali reviżjoni sal-1 ta' Awwissu 2017.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu b'effett mis-sena kalendarja 2019 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali rieżami sal-1 ta' Awwissu 2018. Kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali rieżami ma għandhiex tirriżulta fi tnaqqis fil-perċentwal innotifikat lill-Kummissjoni f'konformità mal-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi.
2. Sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-Istati Membri li ma jieħdux id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti sa 15 % jew, fil-każ tal-Bulgarija, l-Estonja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit, sa 25 % tal-ammont allokkat bħala appoġġ għall-miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR għall-perjodu 2015-2020 kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa' disponibbli għall-miżuri ta' appoġġ skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali.
Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013. Dik id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-perċentwal kif imsemmi f'dak is-subparagrafu li jista' jvarja b'sena kalendarja.
L-Istati Membri li ma jieħdux id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fir-rigward tas-sena finanzjarja 2015 jistgħu, sal-1 ta' Awwissu 2014, jieħdu dik id-deċiżjoni fir-rigward tas-snin finanzjarji 2016 sa 2020 Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tali deċiżjoni sa dik id-data.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrevedu d-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu b'effett għas-snin finanzjarji 2019 u 2020. Kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali reviżjoni ma għandhiex tirriżulta f'żieda fil-perċentwal innotifikat lill-Kummissjoni f'konformità mal-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali reviżjoni sal-1 ta' Awwissu 2017.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu b'effett mis-sena kalendarja 2019 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali rieżami sal-1 ta' Awwissu 2018. Kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali rieżami ma għandhiex tirriżulta f'żieda fil-perċentwal innotifikat lill-Kummissjoni f'konformità mal-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi.
Artikolu 15
Reviżjoni
L-iskemi ta' appoġġ elenkati fl-Anness I għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal reviżjoni possibbli fi kwalunkwe żmien fid-dawl tal-iżviluppi ekonomiċi u s-sitwazzjoni baġitarja. Dik ir-reviżjoni tista' twassal għall-adozzjoni ta' atti leġislattivi, atti ddelegati taħt l-Artikolu 190 TFUE jew atti ta' implimentazzjoni taħt l-Artikolu 291 TFUE.
KAPITOLU 2
Dispożizzjonijiet li japplikaw għall-Bulgarija, għall-Kroazja u għar-Rumanija
Artikolu 16
Introduzzjoni gradwali tal-pagamenti diretti fil-Bulgarija u r-Rumanija
Għall-Bulgarija u r-Rumanija, il-limiti massimi iffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51, 53 u 65 għandhom, għall-2015, jiġu stabbiliti abbażi tal-ammont stipulat fil-punt A tal-Anness V.
Artikolu 17
Introduzzjoni gradwali tal-pagamenti diretti fil-Kroazja
Fil-Kroazja, il-pagamenti diretti għandhom jiddaħħlu skont l-iskeda ta’ żidiet li ġejja, espressi bħala perċentwal tal-livell korrispondenti tal-pagamenti diretti, kif applikati mill-2022:
25 % fl-2013,
30 % fl-2014,
35 % fl-2015,
40 % fl-2016,
50 % fl-2017,
60 % fl-2018,
70 % fl-2019,
80 % fl-2020,
90 % fl-2021,
100 % mill-2022 'il quddiem.
Artikolu 18
Pagament dirett nazzjonali komplementari u pagamenti diretti fil-Bulgarija u r-Rumanija
1. Fl-2015, il-Bulgarija u r-Rumanija jistgħu jużaw pagamenti diretti nazzjonali biex jikkomplementaw pagamenti mogħtija skont l-iskema ta' pagament bażiku msemmija fit-Taqsimiet 1, 2, u 3 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III. L-ammont totali ta' dawk il-pagamenti ma għandhomx jaqbżul-ammont rilevanti stipulat fil-punt B tal-Anness V.
2. Fl-2015, il-Bulgarija tista' tuża pagamenti diretti nazzjonali biex tikkomplimenta pagamenti mogħtija skont il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton imsemmi fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV. L-ammont totali ta' dawk il-pagamenti m'għandux jaqbeż l-ammont stabbiliti fil-punt C tal-Anness V.
3. Il-pagamenti diretti nazzjonali komplementari għandhom jingħataw skont kriterji oġġettivi u b'mod li jkun żgurat it-trattament indaqs tal-bdiewa u li jkunu evitati distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni.
Artikolu 19
Pagamenti diretti nazzjonali komplementari għall-Kroazja
1. Soġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kroazja tista' tikkomplementa kwalunkwe waħda mill-iskemi ta' appoġġ elenkati fl-Anness I, fejn rilevanti.
2. L-ammont ta' pagamenti diretti nazzjonali komplementari li jista' jingħata f'sena partikolari u għal skema ta’ appoġġ partikolari għandu jkun limitat b'pakkett finanzjarju speċifiku. Dan il-pakkett għandu jiġi stabbilit bħala d-differenza bejn:
(a) l-ammont ta’ appoġġ dirett disponibbli għal kull skema ta' appoġġ ikkonċernata wara l-introduzzjoni sħiħa tal-pagamenti diretti f'konformità mal-Artikolu 17 għas-sena kalendarja 2022, u
(b) l-ammont ta’ appoġġ dirett disponibbli għal kull skema ta' appoġġ ikkonċernata wara l-applikazzjoni tal-iskeda ta’ żidiet f'konformità mal-Artikolu 17 għas-sena kalendarja kkonċernata.
3. L-ammont totali tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari mogħtija ma għandux jaqbeż il-limitu massimu stipulat fil-punt B tal-Anness VI għal sena kalendarja korrispondenti.
4. Il-Kroazja tista' tiddeċiedi, abbażi ta' kriterji oġġettivi u wara awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, dwar l-ammonti ta' pagamenti diretti nazzjonali komplementari li għandha tingħata.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jawtorizzaw il-pagamenti skont dan l-Artikolu, waqt li tispeċifika l-iskemi ta’ appoġġ rilevanti u tiddefinixxi sa liema livell jistgħu jitħallsu l-pagamenti diretti nazzjonali komplementari.
Fir-rigward tal-pagamanti diretti nazzjonali komplementari maħsubin biex jikkumplementaw l-appoġġ akkoppjat volontarju msemmi fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV, l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw ukoll it-tipi speċifiċi ta’ biedja jew is-setturi agrikoli speċifiċi msemmija fl-Artikolu 52(3) li jistgħu jirrelataw magħhom il-pagamenti diretti nazzjonali komplementari.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 71(2) jew (3).
6. Il-kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà għall-pagamenti diretti nazzjonali komplementari għall-Kroazja għandhom ikunu identiċi dawk għall-appoġġ skont skemi ta’ appoġġ korrispondenti, kif stipulat f'dan ir-Regolament.
7. Pagamenti diretti nazzjonali komplementari għall-Kroazja għandhom ikunu soġġetti għal kwalunkwe aġġustament li jista' jkun meħtieġ minħabba żviluppi fil-PAK. Huma għandhom jingħataw skont kriterji oġġettivi u b’mod li jkun żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa, u b'mod li jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni.
8. Il-Kroazja għandha tressaq rapport li jipprovdi tagħrif dwar il-miżuri għall-implimentazzjoni tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari sat-30 ta' Ġunju tas-sena wara l-implimentazzjoni tagħhom. Ir-rapport għandu jkopri mill-inqas dan li ġej:
(a) kull bdil fis-sitwazzjoni li tkun taffettwa l-pagamenti diretti nazzjonali komplementari;
(b) għal kull pagament dirett nazzjonali komplementari, l-għadd ta' benefiċjarji u l-ammont totali ta' pagamenti dirett nazzjonali komplementari mogħti, kif ukoll l-ettari u l-għadd ta' annimali, jew unitajiet oħra li għalihom ingħata dak il-pagament dirett nazzjonali kumplimentari;
(c) rapport dwar il-miżuri ta’ kontroll applikati b'rabta mal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari mogħtija.
Artikolu 20
Riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini fil-Kroazja
1. Mill-2015 'il quddiem, il-Kroazja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, biż-żoni li jkunu ġew identifikati skont l-Artikolu 57a(10) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u li ngħataw lura għall-użu agrikolu, fis-sena kalendarja ta' qabel.
Il-Kroazja għandha tinnotifika wkoll lill-Kummissjoni dwar l-għadd ta' drittijiet għall-pagament disponibbli lill-bdiewa fil-31 ta' Diċembru tas-sena kalendarja ta' qabel, kif ukoll l-ammont li baqa' ma ntefaqx fir-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini f'dik l-istess data.
Fejn applikabbli, in-notifiki previsti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom isiru għal kull reġjun, kif iddefinit skont l-Artikolu 23(1) ta' dan ir-Regolament.
2. Meta tadatta l-Anness II skont l-Artikolu 6(3), il-Kummissjoni għandha tikkalkula kull sena l-ammont li għandu jiżdied mal-ammonti stipulati għall-Kroazja f'dak l-Anness, għall-finanzjament tal-appoġġ li għandu jingħata skont l-iskemi elenkati fl-Anness I għaż-żoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dan l-ammont għandu jiġu kkalkulat abbażi tad-data nnotifikata mill-Kroazja f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-istima tal-pagament dirett medju għal kull ettaru fil-Kroazja għas-sena kkonċernata.
L-ammont massimu li għandu jiżdied skont l-ewwel subparagrafu, abbażi taż-żoni kollha nnotifikati mill-Kroazja skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sal-2022, għandu jkun ta’ EUR 9 600 000 , u għandu jkun, soġġett għall-iskeda tal-introduzzjoni tal-pagamenti diretti skont l-Artikolu 17. L-ammonti annwali massimu li jirriżultaw huma stipulat fl-Anness VII.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw is-sehem tal-ammont li għandu jiżdied skont il-paragrafu 2 li l-Kroazja għandha tinkludi fir-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini, sabiex jiġu allokati drittijiet ta’ pagamenti għaż-żona msemmija fil-paragrafu 1. Dak is-sehem għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-proporzjon bejn il-livell massimu tal-iskema ta' pagament bażiku u l-limitu massimu nazzjonali stipulat fl-Anness II qabel iż-żieda tal-limitu massimu nazzjonali skont il-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
4. Għas-snin 2015 sal-2022, il-Kroazja għandha tuża r-riżerva speċjali nazzjonali għat- tneħħija tal-mini biex talloka d-drittijet għall-pagament lill-bdiewa abbażi tal-art li minnha jkunu tneħħew il-mini, iddikjarati mill-bdiewa fis-sena inkwistjoni fejn:
(a) tali art tikkonsisti f'ettari eliġibbli fit-tifsira tal-Artikolu 32(2) sa (5);
(b) l-art inkwistjoni ngħatat lura għall-użu agrikolu tul is-sena kalendarja ta’ qabel u
(c) l-art tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
5. Il-valur tad-drittijiet għall-pagament stabbiliti skont dan l-Artikolu għandu jkun il-valur medju nazzjonali jew reġjonali tad-drittijiet għall-pagament fis-sena tal-allokazzjoni, fil-limiti tal-ammont disponibbli fir-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini.
6. Sabiex jittieħed kont tal-konsegwenzi ta' meta l-art li minnha jkunu tneħħew il-mini terġa' tibda tintuża għal attivitajiet agrikoli kif innotifikat mill-Kroazja f'konformità ma' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 70 biex jiġu adattati l-ammonti stabbiliti fl-Anness VI.
TITOLU III
SKEMA TA' PAGAMENT BAŻIKU, SKEMA TA' PAGAMENT UNIKU SKONT L-ERJA U PAGAMENTI RELATATI
KAPITOLU I
Skema ta' pagament bażikuu skema ta' pagament uniku skont l-erja
Artikolu 21
Drittijiet għall-pagament
1. Għandu jkun disponibbli appoġġ taħt l-iskema ta’ pagament bażiku għall-bdiewa:
(a) li jakkwistaw drittijiet għall-pagament skont dan ir-Regolament permezz ta' allokazzjoni f'konformità mal-Artikolu 20(4), permezz tal-ewwel allokazzjoni skont l-Artikolu 24 jew l-Artikolu 39, permezz ta' allokazzjoni mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali skont l-Artikolu 30 jew permezz ta’ trasferiment skont l-Artikolu 34; jew
(b) li jkunu konformi mal-Artikolu 9 u li għandhom bi sjieda jew b'kirja drittijiet għall-pagament fi Stat Membru li ddeċieda, f'konformità mal-paragrafu 3, li jżomm id-drittijiet għall-pagament eżistenti tiegħu.
2. Id-drittijiet għall-pagament miksubin skont l-iskema ta' pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2014.
3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri li stabbilixxew l-iskema ta' pagament uniku skont it-Taqsima I tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III jew il-Kapitolu 6 tat-Titolu III tar-Regolament (KE)Nru 1782/2003 jew il-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistgħu, sal-1 ta' Awwissu 2014, jiddeċiedu li jżommu d-drittijiet għall-pagament eżistenti. Huma għandhom jinnotifikaw kwalunkwe tali deċiżjoni lill-Kummissjoni sa dik id-data.
4. Fir-rigward ta' Stati Membri li jieħdu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3, meta l-għadd ta' drittijiet għall-pagament bi sjieda jew b'kirja stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 73/2009 li jkollu bidwi fid-data finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet li għandha tiġi stabbilita skont il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jaqbeż l-għadd ta' ettari eliġibbli li l-bidwi jiddikjara fl-applikazzjoni għall-għajnuna f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-2015 u li huma disponibbli għalih f'data stabbilita mill-Istat Membru, li m'għandhiex tkun aktar tard mid-data stabbilita f'dak l-Istat Membru għall-emendi tal-imsemmija applikazzjoni għall-għajnuna, l-għadd ta' drittijiet għall-pagament li jaqbżu l-għadd ta' ettari eliġibbli għandhom jiskadu fl-aħħar data.
Artikolu 22
Limitu massimu għall-iskema ta' pagament bażiku
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu għal kull Stat Membru, il-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament bażiku billi jitnaqqsu mil-limitu massimu nazzjonali annwali li jinsab fl-Anness II l-ammonti massimi ffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
2. Għal kull Stat Membru, l-ammont ikkalkolat skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista' jiżdied b'massimu ta' 3 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali rilevanti kif stabbilit fl-Anness II wara t-tnaqqis tal-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal- Artikolu 47(1) għas-sena rilevanti. Meta Stat Membru japplika tali żieda, dik iż-żieda għandha titqies mill-Kummissjoni meta tistabbilixxi l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament bażiku skont lil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2014 bil-perċentwal annwali li bihom għandu jiżdied l-ammont ikkalkolat skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
3. L-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom imsemmija fil-paragrafu 2 fuq bażi annwali u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni ibbażata fuq tali rieżami sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-applikazzjoni tagħha.
4. Għal kull Stat Membru u għal kull sena, il-valur totali tad-drittijiet kollha għall-pagamenti u r-riżerva nazzjonali jew ir-riżervi reġjonali għandu jkun ugwali għal-limitu massimu nazzjonali annwali rispettiv stipulat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.
5. Jekk il-limitu massimu għal Stat Membru stipulat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 ikun differenti minn dak tas-sena ta’ qabel, bħala riżultat ta' kwalunkwe deċiżjoni li ttieħdet minn dak l-Istat Membru f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, t-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 14(1), it-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 14(2), l-Artikolu 42(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(1), jew l-Artikolu 53, dak l-Istat Membru għandu b’mod lineari inaqqas jew iżid il-valur tad-drittijiet kollha għall-pagament biex tkun żgurata konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 23
Allokazzjoni reġjonali tal-limiti massimi nazzjonali
1. Sal-1 ta' Awwissu 2014, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw l-iskema ta' pagament bażiku f'livell reġjonali. F'dawk il-każijiet huma għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skont kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji bħall-karatteristiċi agronomiċi u soċjoekonomiċi tagħhom, il-potenzjal agrikolu reġjonali tagħhom, jew l-istruttura istituzzjonali jew amministrattiva tagħhom.
L-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 36 jistgħu jieħdu d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku.
2. L-Istati Membri għandhom jaqsmu l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagamanet bażiku msemmi fl-Artikolu 22(1) bejn ir-reġjuni skont kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.
L-Istati Membri li ma japplikawx l-Artikolu 30(2) għandhom jagħmlu dik id-diviżjoni wara li japplikaw it-tnaqqis lineari previst fl-Artikolu 30(1).
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-limiti massimi reġjonali għandhom ikunu soġġetti għal modifiki progressivi annwali f'konformità mal-istadji annwali stabbiliti minn qabel u kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji bħall-potenzjonal agrikolu jew kriterja ambjentali.
4. Sakemm ikun meħtieġ għall-ħarsien tal-limiti massimi reġjonali applikabbli stabbiliti skont il-paragrafu 2 jew 3, l-Istati Membri għandhom iwettqu tnaqqis jew żieda lineari fil-valur tad-drittijiet għall-pagament f'kull wieħed mir-reġjuni rilevanti.
5. L-Istati Membri li japplikaw il-paragrafu 1 jista' jiddeċiedi li jwaqqaf l-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku fil-livell reġjonali minn data li għandha tiġi stabbilita minnhom.
6. L-Istati Membri li japplikaw l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni msemmija f'dak is-subparagrafu u bil-miżuri meħuda għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 sal-1 ta' Awwissu 2014.
L-Istati Membri li japplikaw it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni msemmija f'dak is-subparagrafu u bil-miżuri meħuda għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 sal-1 ta' Awwissu tas-sena rilevanti.
L-Istati Membri li japplikaw il-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5 sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-ewwel sena ta' implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni.
Artikolu 24
L-ewwel allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament
1. Id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu allokati lill-bdiewa li huma intitolati għal pagamenti diretti skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament dment li:
(a) japplikaw għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament taħt l-iskema ta' pagament bażiku sad-data finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet fl-2015 li għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 b'eċċezzjoni fil-każ ta' force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali; u
(b) jkunu intitolati li jirċievu pagamenti, qabel kull tnaqqis jew esklużjoni prevista fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, fir-rigward ta' applikazzjoni għall-għajnuna għall-pagamenti diretti, għal għajnuna nazzjonali transitorja jew għal pagamenti diretti nazzjonali komplementari, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-2013.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fl-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 21(3) ta' dan ir-Regolament.
L-Istati Membri jistgħu jallokaw drittijiet għall-pagament lil bdiewa li huma intitolati li jingħataw pagamenti diretti skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, li jissodisfaw il-kondizzjoni prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u li:
(a) ma rċevewx pagamenti għall-2013 fir-rigward ta' applikazzjoni għall-għajnuna kif msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li, fid-data stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 ( 2 ) għas-sena ta' talba 2013:
(i) fl-Istati Membri li qed japplikaw l-iskema ta' pagament uniku:
— kienu qed jipproduċu frott, ħaxix, patata għall-konsum, patata taż-żriegħ jew pjanti ornamentali, u għamlu dan fuq erja minima f'termini ta' ettari jekk l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li jadotta tali rekwiżit, jew
— kienu qed jikkultivaw vinji; jew
(ii) fl-Istati Membri li qed japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, kellhom biss art agrikola li ma kinitx f'kondizzjonijiet agrikoli tajba fit-30 ta' Ġunju 2003 kif previst fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;
(b) fl-2014, jiġu allokati drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali taħt l-iskema ta' pagament uniku skont l-Artikolu 41 jew 57 tar-Regolament (KE)Nru73/2009; jew
(c) qatt ma kellhom drittijiet għall-pagament bi sjieda jew b'kirja stabbiliti taħt ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u li ppreżentaw evidenza verfikabbli li fid-data stabbilita mill-Istat Membru skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għas-sena ta' talba 2013, huma pproduċew, rabbew jew kabbru prodotti agrikoli, inkluż permezz tal-ħsad, it-taħlib, it-tgħammir tal-annimali u ż-żamma ta' annimali għal skopijiet ta' trobbija. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-objettiv addizzjonali tagħhom stess u kriterji ta' eliġibbiltà nondiskriminatorji għal din il-kategorija ta' bdiewa fir-rigward ta' ħiliet, esperjenza jew edukazzjoni xierqa.
2. Ħlief fil-każ ta’ force majeure jew ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament allokati għal kull bidwi fl-2015 għandu jkun ugwali għan-numru ta’ ettari eliġibbli, li l-bidwi jiddikjara fl-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-2015 u li huma għad-dispożizzjoni tiegħu f'data stabbilita mill-Istat Membru. Dik id-data ma għandhiex tkun aktar tard mid-data stabbilita f'dak l-Istat Membru għall-emendar ta' tali applikazzjoni għall-għajnuna.
3. L-Istati Membri jistgħu japplikaw waħda jew aktar mil-limitazzjonijiet, kif stabbilit fil-paragrafi 4 sa 7, fuq in-numru ta' drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati taħt il-paragrafu 2:
4. Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li n-numru ta' drittijiet għall-pagament li għandu jiġi allokat għandu jkun ugwali jew għan-numru ta' ettari eliġibbli li l-bidwi ddikjara skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fl-2013, jew in-numru ta' ettari eliġibbli msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, skont liema numru jkun l-iżgħar. Għall-Kroazja, l-użu ta' din l-għażla għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni ta' drittijiet għall-pagament għall-ettari li tneħħewlhom il-mini f'konformità mal-Artikolu 20(4) ta' dan ir-Regolament.
5. Fejn in-numru totali ta' ettari eliġibbli msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ddikjarat fi Stat Membru jirriżulta f'żieda ta' aktar minn 35 % tan-numru totali ta' ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fl-2009, jew fil-każ tal-Kroazja fl-2013, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numru ta' drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati fl-2015 għal minimu ta' jew 135 % jew 145 % tan-numru totali ta' ettari eliġibbli ddikjarati fl-2009, jew, fil-każ tal-Kroazja tan-numru totali ta' ettari eliġibbli ddikjarati fl-2013, skont l-Artikolu 35 tar-Regolament(KE)Nru 73/2009.
Meta tintuża din l-għażla, l-Istati Membri għandhom jallokaw għadd imnaqqas ta' drittijiet għall-pagament lill-bdiewa. Dak l-għadd għandu jiġi kkalkolat bl-applikazzjoni ta' tnaqqis proporzjonali għall-għadd addizzjonali ta' ettari eliġibbli ddikjarati minn kull bidwi fl-2015 meta mqabbel man-numru ta' ettari eliġibbli skont is-sens tal-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE)Nru73/2009 li dak il-bidwi ddikjara fl-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna fl-2011, jew fil-każ tal-Kroazja, fl-2013, mingħajr preġudizzju għall-ettari li tneħħewlhom il-mini li għalihom għandhom jiġu allokati drittijiet għall-pagament skont l-Artikolu 20(4) ta' dan ir-Regolament.
6. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw, għall-fini tal-istabbiliment ta' għadd ta' drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati lill-bidwi, koeffiċjent ta' tnaqqis għal dawk l-ettari eliġibbli msemmija fil-paragrafu 2 li jikkonsistu minn bwar permanenti f'żoni b'kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli, speċjalment minħabba l-altitudini tagħhom, u restrizzjonijiet naturali oħrajn bħal kwalità fqira ta' ħamrija, l-inklinazzjoni tal-art u l-provvista tal-ilma;
7. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li għadd ta' drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati lill-bidwi għandhom ikunu ugwali għan-numru ta' ettari eliġibbli msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li ma kinux ettari ta' vinji fid-data stabbilita mill-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għas-sena ta' talba 2013 jew ettari ta' raba' b'serer permanenti.
8. Fil-każ tal-bejgħ jew kiri tal-azjenda tagħhom jew parti minnha, persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkonformaw mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu, b'kuntratt iffirmat qabel id-data finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet fl-2015 li għandha tiġi stabbilita skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jittrasferixxu d-dritt li jirċievu drittijiet għall-pagament f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu lil bidwi wieħed jew aktar sakemm dan tal-aħħar jikkonforma mal-kundizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament.
9. Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi daqs minimu għal kull impriża, espress f’termini ta’ ettari eliġibbli li fir-rigward tiegħu l-bidwi jista' japplika għal allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament. Dak id-daqs minimu ma għandux jaqbeż il-limiti stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1) flimkien mal-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu.
10. L-Istati Membri għandhom, fejn rilevanti, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu sal-1 ta' Awwissu 2014.
11. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament ppreżentati fis-sena tal-allokazzjoni tad-drittijiet tal-pagament fejn dawk id-drittijiet għall-pagamenti ma jkunux għandhom jistgħu jiġu stabbiliti b'mod definittiv u fejn dik l-allokazzjoni hija affettwata minn ċirkostanzi speċifiċi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
Artikolu 25
Valur tad-drittijiet għall-pagament u l-konverġenza
1. Fl-2015, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-valur ta' unità tad-drittijiet għall-pagament billi perċentwal fiss tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għal kull sena rilevanti jiġi diviż bin-numru ta' drittijiet għall-pagament fl-2015 fil-livell nazzjonali jew reġjonali, esklużi dawk allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali fl-2015.
Il-perċentwal fiss imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkolat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit f'konformità ma', rispettivament, l-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament għall-2015wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30, jiġi diviż bil-limitu massimu nazzjonali għall-2015 stabbilit fl-Anness II. Id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu espressi f'numru li jikkorrispondi ma' numru ta' ettari.
2. Permezz ta' deroga mill-metodu ta' kalkolu msemmi fl-ewwel paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddifferenzjaw il-valur tad-drittjiet għall-pagament fl-2015, esklużi dawk allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali fl-2015, għal kull sena rilevanti abbażi tal-valur ta' unità inizjali tagħhom kif ikkalkulat skont l-Artikolu 26.
3. Mis-sena ta’ talba 2019, id-drittijiet kollha għall-pagament fi Stat Membru jew, fejn jiġi applikat l-Artikolu 23, f’reġjun għandu jkollhom valur ta’ unità uniformi.
4. B'deroga mill-paragrafu 3, Stati Membru jista' jiddeċiedi li d-drittijiet għall-pagament b'valur ta' unità inizjali t kif ikkalkulat skont l-Artikolu 26 li jkun aktar baxx minn 90 % tal-valur ta' unità nazzjonali jew reġjonali fl-2019, għandu jkollhom, mhux aktar tard mis-sena ta' talba 2019, il-valur ta' unità tagħhom miżjud tal-inqas b'terz tad-differenza bejn il-valur ta' unità inizjali tagħhom u b'90 % tal-valur ta' unità nazzjonali jew reġjonali fl-2019.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jqiegħdu l-perċentwal msemmi fl-ewwel subparagrafu f'livell ogħla minn 90 % iżda mhux ogħla minn 100 %.
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li, tal-anqas għas-sena ta' talba 2019, l-ebda dritt għal pagament ma għandu jkollu valur ta' unità anqas minn 60 % tal-valur ta' unità nazzjonali jew reġjonali fl-2019, sakemm dan ma jirriżultax fl-Istati Membri li jappliaw il-limitu msemmi fil-paragrafu 7, fi tnaqqis massimu li jaqbeż dak il-limitu. F'dawn il-każijiet, il-valur ta' unità minimu għandu jkun stabbilit fil-livell meħtieġ li jirrispetta dak il-limitu.
5. Il-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali fl-2019 imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jkun ikkalkulat billi perċentwal fiss tal-limiti massimu nazzjonali jiġi diviż stabbilit fl-Anness II, jew tal-limitu massimu reġjonali, għas-sena kalendarja 2019, bin-numru ta' drittijiet għall-pagament fl-2015 fl-Istat Membru jew reġjun ikkonċernat, esklużi dawk allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali fl-2015. Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit skont, rispettivament, l-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) għas-sena 2015, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30, jiġi diviż bil-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II, jew bil-limitu massimu reġjonali, għall-2015.
6. Il-limiti massimi reġjonali msemmija fil-paragrafu 5 għandhom jiġu kkalkulati billi jiġi applikat perċentwal fiss għal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena 2019. Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ikkalkulat billi l-limiti massimi reġjonali rispettivi, stabbilit skont l-Artikolu 23(2) għas-sena 2015, jiġu diviżi bil-limitu massimu nazzjonali li għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 22(1) għas-sena 2015, wara li jiġi applikat it-tnaqqis lineari previst fl-Artikolu 30(1) meta japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2).
7. Sabiex jiġu ffinanzjati ż-żidiet fil-valur tad-drittijiet għall-pagament imsemmijin fil-paragrafu 4, meta d-drittijiet għall-pagament jkollhom valur ta’ unità inizjali ogħla mill-valur ta' unità nazzjonali jew reġjonali fl-2019, id-differenza bejn il-valur ta' unità inizjali tagħhom u l-valur ta' unità nazzjonali jew reġjonali fl-2019 għandha titnaqqas abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji li għandhom jiġu determinati mill-Istati Membri. Dawn il-kriterji jistgħu jinkludu l-iffissar ta' tnaqqis massimu tal-valur tal-unità inizjali ta' 30 %.
8. Meta jkun qed jiġi applikat il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, it-tranżizzjoni mill-valur ta' unità inizjali tad-drittijiet għall-pagament kif ikkalkulat skont l-Artikolu 26 għall-valur ta' unità finali tagħhom fl-2019 kif stabbilit skont il-paragrafu 3 jew il-paragrafi 4 sa 7 ta' dan l-Artikolu għandu jsir f'passi ugwali sa mill-2015
Sabiex tiġi żgurata konformità mal-perċentwal fiss imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal kull sena, il-valur tad-drittijiet għall-pagament b'valur ta' unità nazzjonali li huwa ogħla mill-valur ta' unità nazzjonali jew reġjonali fl-2019 għandu jiġi aġġustat.
9. B'deroga mill-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, fejn l-Istati Membri li, skont l-Artikolu 21(3), jiddeċiedu li jżommu d-drittijiet eżistenti tagħhom japplikaw il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, it-tranżizzjoni mill-valur tal-unità inizjali tad-drittijiet għall-pagament kif stabbilit skont l-Artikolu 26(5) għall-valur tal-unità finali tagħhom fl-2019 kif stabbilit skont il-paragrafu 3 u l-paragrafi 4 sa 7 ta' dan l-Artikolu għandha, fejn applikabbli, issir billi jiġu applikati l-passi deċiżi nazzjonalment skont l-Artikolu 63(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.
Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-perċentwal fiss imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal kull sena, il-valur tad-drittijiet għall-pagament kollha għandu jiġi aġġustat b'mod lineari.
10. Fl-2015, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-bdiewa bil-valur tad-drittijiet għall-pagament tagħhom kif ikkalkolati skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 26 u 27 għal kull sena tal-perijodu kopert b'dan ir-Regolament.
Artikolu 26
Kalkolazzjoni tal-valur tal-unità inizjali
1. Il-valur ta' unità inizjali tad-drittijiet għall-pagament imsemmi fl-Artikolu 25(2) fi Stati Membri li japplikaw l-iskema għall-pagament uniku fis-sena kalendarja 2014 u li għadhom ma ddeċiedux li jżommu d-drittijiet għall-pagament eżistenti tagħhom skont l-Artikolu 21(3) għandu jiġi stabbilit skont wieħed mill-metodistipulati fil-paragrafi 2 jew 3.
2. Perċentwal fiss tal-pagamenti li l-bidwi rċieva għall-2014 taħt l-iskema ta' pagament uniku, skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, qabel it-tnaqqis u l-esklużjonijiet previsti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II ta' dak ir-Regolament, jiġi diviż bin-numru tad-drittijiet għall-pagament li huwa allokat fl-2015, esklużi dawk allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali fl-2015.
Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit skont, rispettivament, l-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament għas-sena 2015, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament, jiġi diviż bl-ammont ta' pagamenti għall-2014 taħt l-iskema ta' pagament uniku fl-Istat Membru jew ir-reġjun ikkonċernat, qabel it-tnaqqis u l-esklużjoni previsti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
3. Perċentwal fiss tal-valur tad-drittijiet, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu fl-2014 taħt l-iskema ta' pagament uniku, skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, jiġi diviż bin-numru ta' drittijiet għall-pagament tiegħu li huwa allokat fl-2015, esklużi dawk allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali fl-2015.
Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit skont, rispettivamentm, l-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament għas-sena 2015, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament, jiġi diviż bil-valur totali tad-drittijiet kollha, inklużi d-drittijiet speċjali, fl-Istat Membru jew reġjun ikkonċernat għall-2014, taħt l-iskema ta' pagament uniku.
Għall-fini ta' dan il-paragrafu, bidwi għandu jitqies li jkollu drittijiet għall-pagament fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għall-2014, fejn id-drittijiet għall-pagament ikunu ġew allokati jew ittrasferiti lilu definittivament sa dik id-data.
4. L-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja fis-sena kalendarja 2014 għandhom jikkalkolaw il-valur tal-unità inizjali tad-drittijiet ta' pagament imsemmija fl-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament billi l-perċentwal fiss tal-valur totali tal-għajnuna li l-bidwi jkun irċieva fl-2014 taħt l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 u taħt l-Artikolu 132 u 133a ta' dak ir-Regolament qabel it-tnaqqis u l-esklużjonijiet previsti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II ta' dak ir-Regolament, jiġi diviż bin-numru ta' drittijiet għall-pagament li hu ġie allokat fl-2015, esklużi dawk allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali fl-2015.
Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ikkalkolat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament għas-sena 2015, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament, jiġi diviż bit-total tal-valur tal-għajnuna mogħtija taħt l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u taħt l-Artikolu 132 u 133a ta' dak ir-Regolament għall-2014 fl-Istat Membru jew ir-reġjun ikkonċernat, qabel it-tnaqqis u l-esklużjoniijiet previsti fil-Kapitoku 4 tat-Titolu II ta' dak ir-Regolament.
5. L-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku fis-sena kalendarja 2014 u li, skont l-Artikolu 21(3) ta' dan ir-Regoloment, jiddeċiedu li jżommu d-drittijiet għall-pagament eżistenti għandhom jikkalkulaw il-valur ta' unità inizjali ta' dritt għall-pagament msemmi fl-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament billi jimmultiplikaw il-valur ta' unità tad-drittijiet b'perċentwal fiss. Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit skont, rispettivament, l-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament għas-sena 2015, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1, jew fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament, jiġi diviż bl-ammont ta' pagamenti għall-2014 taħt l-iskema ta' pagament uniku fl-Istat Membru jew fir-reġjun ikkonċernat, qabel it-tnaqqis u l-esklużjoni previsti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
6. Għall-finijiet tal-metodi tal-kalkolazzjoni għal dan l-Artikolu, dment li s-setturi rilevanti ma jirċievu l-ebda għajnuna akkopjata volontarja skont it-Titolu IV ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu wkoll jieħdu kont tal-appoġġ mogħti għas-sena kalendarja 2014 taħt skema waħda jew aktar skont l-Artikoli 52, l-Artikolu 53(1) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u, fir-rigward ta'Stati Membri li applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, skont il-punt (c) tal-Artikolu 68(1) u l-Artikoli 126, 127 u 129 ta' dak ir-Regolament.
Stati Membri li jiddeċiedu li japplikaw l-għajnuna akkopjata volontarja skont it-Titolu IV ta' dan ir-Regolament, jistgħu jieħu kont tad-differenzi bejn il-livell ta' għajnuna mogħtija fis-sena kalendarja 2014 u l-livell ta' għajnuna li għandha tingħata skont it-Titolu IV ta' dan ir-Regolament meta japplikaw metodu ta' kalkolazzjoni għal dan l-Artikolu, dment li:
(a) l-għajnuna akkoppjata volontarja skont it-Titolu IV ta' dan ir-Regolament tiġi mogħtija għal settur li jkun ingħata appoġġ fis-sena kalendarja 2014 skont l-Artikolu 52, l-Artikolu 53(1) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 68(1) u, għall-Istati Membri li applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, skont il-punt (c) tal-Artikolu 68(1) u l-Artikoli 126, 127 u 129 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, u
(b) l-ammont għal kull unità tal-appoġġ akkoppjat volontarju huwa inqas mill-ammont għal kull unità tal-appoġġ fl-2014.
Għall-finijiet tal-metodi ta' kalkolu previsti f'dan l-Artikolu, dment li l-pagament ridistributtiv skont l-Artikolu 41 ma jiġix applikat, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont sħiħ tal-appoġġ mogħti għas-sena kalendarja 2014 skont l-Artikoli 72a u 125a tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
Artikolu 27
Inklużjoni tar-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini
Għall-Kroazja, kull referenza fl-Artikoli 25 u 26 għar-riżerva nazzjonali għandha tinftiehem li tinkludi r-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini msemmija fl-Artikolu 20.
Barra minn hekk, l-ammont li jirriżulta mir-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini għandu jitnaqqas mil-limiti massimi tal-iskema tal-pagament bażiku msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(1), fil-paragrafi 5 u 6 ta' dak l-Artikolu u l-Artikolu 26.
Artikolu 28
Profitt mhux mistenni
Għall-finijiet tal-Artikolu 25(4) sa (7) u l-Artikolu 26, Stat Membru jista', abbażi ta' kriterji oġġettivi, jipprevedi, f'każijiet ta' bejgħ jew għotja jew skadenza ta' kirja sħiħa jew parti minnha ta' żoni agrikoli wara d-data stabbilita skont l-Artikolu 35 jew l-Artikolu 124(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u qabel id-data stabbilita skont l-Artikolu 33(1) ta' dan ir-Regolament, li ż-żieda, jew parti miż-żieda, fil-valur tad-drittijiet għall-pagament li jkollhom ikunu allokati lill-bidwi kkonċernat għandhom jitreġġgħu lura għar-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali fejn iż-żieda għandha twassal għal profitt mhux mistenni għall-bidwi kkonċernat.
Dawk il-kriterji oġġettivi għandhom jiġu stabbiliti b'mod li jkun żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa u biex ikunu evitati distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni u għandhom jinkludu, tal-anqas, dan li ġej:
(a) tul ta' żmien minimu għall-kirja; u
(b) il-proporzjon tal-pagament riċevut li għandu jitreġġa' lura għar-riżerva nazzjonali jew għar-riżervi reġjonali.
Artikolu 29
Notifiki dwar il-valur tad-drittijiet għall-pagament u konverġenza
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunke deċiżjoni msemmija fl-Artikoli 25, 26 u 28 sal-1 ta' Awwissu 2014.
Artikolu 30
Stabbiliment u użu tar-riżerva nazzjonali jew riżervi reġjonali
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi riżerva nazzjonali. Sabiex jagħmlu hekk, l-Istati Membri għandhom jipproċedu fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, għal tnaqqis lineari tal-perċentwal tal-limitu massimu tal-iskema ta' pagamenti f'livell nazzjonali.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri li jeżerċitaw l-għażla fl-Artikolu 23(1) jistgħu jistabbilixxu riżervi reġjonali. Sabiex jagħmlu dan l-Istati Membri għandhom jipproċedu, fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku għal tnaqqis lineari tal-perċentwal tal-limitu massimu rilevanti tal-iskema ta' pagamenti f'livell reġjonali msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(2).
3. It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 m'għandux ikun ikbar minn 3 %, sakemm ma jkun meħtieġ perċentwal ogħla, biex ikopri kwalunkwe ħtieġa ta' allokazzjoni skont il-paragrafu 6 jew il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 7 għas-sena 2015 jew, għall-Istati Membri li qed japplikaw l-Artikolu 36, għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku.
4. L-Istati Membri għandhom jallokaw drittijiet għall-pagament mir-riżervi nazzjonali jew reġjonali tagħhom skont kriterji oġġettivi u b'mod li jkun żgurat it-trattament indaqs tal-bdiewa u biex ikunu evitati distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni.
5. Id-drittijiet għall-pagament imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu allokati biss lil bdiewa intitolati li jingħataw pagamenti diretti skont l-Artikolu 9.
6. L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżervi nazzjonali jew reġjonali tagħhom biex jallokaw drittijiet għall-pagament, bħala kwistjoni ta’ prijorità, lil bdiewa żgħażagħ u lil bdiewa li għadhom jibdew l-attività agrikola tagħhom.
7. L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-riżervi nazzjonali jew reġjonali tagħhom biex:
(a) jallokaw drittijiet għall-pagament lill-bdiewa sabiex l-art ma titħalliex tiġi abbandunata, inkluż f'żoni soġġetti għal programmi ta' ristrutturar u/jew ta' żvilupp relatati ma’ għamla ta’ intervent pubbliku;
(b) jallokaw drittijiet għall-pagament lill-bdiewa sabiex jikkumpensawhom għal żvantaġġi speċifiċi;
(c) jallokaw drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li ma setgħux jiġu allokati lilhom drittijiet għall-pagament taħt dan il-Kapitolu b'riżultat ta' force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali;
(d) jallokaw, f'każijiet fejn huma japplikaw l-Artikolu 21(3) ta' dan ir-Regolament, drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li n-numru ta' ettari eliġibbli tagħhom li ddikkjarw fl-2015 skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u li huma disponibbli għalihom f'data stabbilita mill-Istat Membru li m'għandhiex tkun aktar tard mid-data stabbilita f'dak l-Istat Membru biex issir emenda għall-imsemmija applikazzjoni għall-għajnuna tkun ogħla min-numru ta' drittijiet għall-pagament bi sjieda jew b'kirja skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 73/2009 li huma jkollhom fid-data finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet li għandha tiġi stabbilita skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013,
(e) iżidu b’mod lineari fuq bażi permanenti, l-valur tad-drittijiet għall-pagament kollha skont l-iskema ta’ pagament bażiku f’livell nazzjonali jew reġjonali jekk ir-riżerva nazzjonali jew reġjonali rilevanti taqbeż 0,5 % tal-limitu massimu annwali nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku, bil-kondizzjoni li jibqgħu disponibbli ammonti biżżejjed għal allokazzjonijiet kollha taħt il-paragrafu 6, taħt il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu u taħt il-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu;
(f) ikopru l-ħtiġijiet annwali għall-pagamenti li għandhom jingħataw skont l-Artikolu 51(2) u l-Artikolu 65(1), (2) u (3) ta' dan l-Artikolu.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-prijoritajiet bejn l-użu differenti msemmi hawnhekk.
8. Meta jiġu applikati l-paragrafu 6, u l-punti (a), (b) u (d) tal-paragrafu 7, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur tad-drittijiet għall-pagament allokati lill-bdiewa fil-medja nazzjonali jew reġjonali ta’ drittijiet għall-pagament fis-sena ta’ allokazzjoni.
Il-valur medju nazzjonali jew reġjonali għandu jiġi kkalkulat billi jinqasmu l-limiti nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku stipulat f'konformità, rispettivament, mal-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) għas-sena tal-allokazzjoni, eskluż l-ammont tar-riżerva nazzjonali jew tar-riżervi reġjonali u, fil-każ tal-Kroazja, ir-riżerva speċjali għat-tneħħija tal-mini, min-numru ta' drittijiet għall-pagament allokati.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu passi għall-modifiki progressivi annwali tal-valur ta' drittijiet għall-pagament allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali b'kont meħud tal-modifiki għal-limiti massimi nazzjonali u reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku stipulat f'konformità, rispettivament mal-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 23(2) li jirriżultaw mill-varjazzjonijiet fil-livell ta' livelli massimi nazzjonali stabbiliti taħt l-Anness II.
9. Fejn bidwi jkollu d-dritt jirċievi drittijiet għall-pagament jew iżid il-valur ta’ dawk eżistenti bis-saħħa ta’ deċiżjoni definittiva ta’ qorti jew bis-saħħa ta’ att amministrattiv definittiv tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, il-bidwi għandu jirċievi l-għadd u l-valur tad-drittijiet għall-pagament stabbiliti f’dik id-deċiżjoni jew f’dak l-att f’data li għandha tkun iffissata mill-Istat Membru. Madankollu, dik id-data ma għandhiex tkun aktar tard mill-aħħar data għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-iskema ta’ pagament bażiku wara d-data tad-deċiżjoni tal-qorti jew tal-att amministrattiv, filwaqt li titqies l-applikazzjoni tal-Artikoli 32 u 33.
10. Meta jkunu qed japplikaw il-paragrafu 6, il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 7 u l-paragrafu 9, l-Istati Membri jistgħu jallokaw drittijiet ġodda jew iżidu l-valur ta' unità tal-pagament eżistenti kollha ta' bidwi, sal-valur tal-medja nazzjonali jew reġjonali.
11. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) 'bdiewa żgħażagħ' tfisser bdiewa li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 50(2) u, fejn rilevanti, il-kundizzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 50(3) u (11);
(b) 'il-bdiewa li jibdew l-attività agrikola tagħhom' tfisser persuni fiżiċi jew ġuridiċi li, fil-ħames snin ta’ qabel il-bidu tal-attività agrikola, ma kienu għamlu ebda attività agrikola f’isimhom proprju u għar-riskju tagħhom stess jew li ma kellhomx il-kontroll ta’ persuna ġuridika li kienet teżerċita attività agrikola. Fil-każ ta’ persuna ġuridika, il-persuna jew persuni fiżiċi li jkollhom il-kontroll tal-persuna ġuridika ma għandhomx ikunu għamlu ebda attività agrikola f’isimhom proprju u għar-riskju tagħhom stess jew kellhom il-kontroll ta’ persuna ġuridika li kienet teżerċita attività agrikola fil-ħames snin ta’ qabel il-bidu tal-attività agrikola mill-persuna ġuridika; L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-kriterji ta' eliġibbiltà oġġettivi u mhux diskriminatorji addizzjonali tagħhom għal din il-kategorija ta' bdiewa fir-rigward ta' ħiliet, esperjenza jew edukazzjoni xierqa.
Artikolu 31
Riforniment tar-riżerva nazzjonali jew riżervi reġjonali
1. Ir-riżerva nazzjonali jew ir-riżervi reġjonali għandhom jerġgħu jiġu fornuti b'ammonti li jirriżultaw minn:
(a) drittijiet għall-pagament li ma jagħtux dritt għall-pagamenti matul sentejn konsekuttivi minħabba l-applikazzjoni ta':
(i) Artikolu 9,
(ii) Artikolu 10(1), jew
(iii) Artikolu 11(4) ta' dan ir-Regolament;
(b) għadd ta' drittijiet għall-pagament ekwivalenti għall-għadd totali ta' drittijiet għall-pagament li ma kinux attivati minn bdiewa f'konformità mal-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament għal perijodu ta' sentejn konsekuttivi, b'eċċezzjoni fejn l-attivazzjoni tagħhom ġiet impeduta minn force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali; meta jiġu stabbiliti d-drittijiet għall-pagament bi sjieda jew b'kirja li jkollu bidwi li għandhom jerġgħu lura għar-riżerva nazzjonali jew għar-riżervi reġjonali, prijorità għandha tingħata lil dawk id-drittijiet li għandhom l-aktar valur baxx;
(c) drittijiet għall-pagament volontarji li l-bdiewa jroddu lura;
(d) l-applikazzjoni tal-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament;
(e) drittijiet għall-pagament indebitament allokati skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013
(f) tnaqqis lineari tal-valur tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta' pagament bażiku fil-livell nazzjonali jew reġjonali fejn ir-riżerva nazzjonali jew ir-riżervi reġjonali mhumiex biżżejjed biex tkopri l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 30(9) ta' dan ir-Regolament;
(g) fejn l-Istati Membri jqisu li jkun meħtieġ, tnaqqis lineari tal-valur tad-drittijiet ta' pagament taħt l-iskema ta' pagament bażiku fil-livell nazzjonali jew reġjonali biex ikopru l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 30(6) ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-Istati Membri li diġà jagħmlu użu minn dak it-tnaqqis lineari jistgħu fl-istess sena japplikaw ukoll tnaqqis lineari tal-valur tad-drittijiet ta' pagament taħt l-iskema ta' pagament bażiku fil-livell nazzjonali jew reġjonali biex ikopru l-każijiet imsemmija fil-punti (a) and (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(7) ta' dan ir-Regolament;
(h) l-applikazzjoni tal-Artikolu 34(4) ta' dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw miżuri meħtieġa fir-rigward tat-treġġigħ lura ta' drittijiet għall-pagament mhux attivati għar-riżerva nazzjonali jew għar-riżervi reġjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
Artikolu 32
Attivazzjoni ta' drittijiet għall-pagament
1. L-appoġġ skont l-iskema ta' pagament bażiku għandu jingħata lill-bdiewa, permezz ta' dikjarazzjoni skont l-Artikolu 33(1), mal-attivazzjoni ta' dritt għall-pagament għal kull ettaru eliġibbli fl-Istat Membru fejn ikun ġie allokat. Id-drittijiet għall-pagament attivati għandhom jagħtu dritt għall-pagament annwali tal-ammonti ffissati hemmhekk, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dixxiplina finanzjarja, ta' tnaqqis ta' pagamenti skont l-Artikolu 11 u ta' tnaqqis lineari skont l-Artikolu 7, l-Artikolu 51(2) u l-punt (c) tal-Artikolu 65(2) ta' dan ir-Regolament, u għall-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013
2. Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, 'ettaru eliġibbli' tfisser:
(a) kull żona agrikola tal-impriża, inklużi erjas li ma kinux f'kondizzjoni agrikola tajba fit-30 ta' Ġunju 2003 fl-Istati Membri li aderixxew mal-Unjoni fl-1 ta' Mejju 2004 li mal-adeżjoni ddeċidew li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, li tintuża għal attività agrikola jew, fejn l-erja tintuża wkoll għal attivitajiet mhux agrikoli, tintuża b’mod predominanti għal attivitajiet agrikoli; jew
(b) kull żona li tkun tat dritt għall-pagamenti fl-2008 skont l-iskema ta’ pagament uniku jew l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja stabbiliti, rispettivament, fit-Titoli III u IVA tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u li:
(i) ma tkunx għadha aktar konformi mad-definizzjoni ta' 'ettaru eliġibbli' skont il-punt (a) bħala riżultat tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2000/60/KE u d-Direttiva 2009/147/KE;
(ii) għat-tul iż-żmien li jdum l-impenn rilevanti tal-bidwi individwali, tkun saret foresta skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jew l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew skont skema nazzjonali li l-kondizzjonijiet tagħha jkunu konformi mal-Artikolu 43(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013; jew
(iii) għat-tul ta' żmien li jdum l-impenn rilevanti tal-bidwi individwali, titwarrab skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jew l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
3. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 2:
(a) fejn erja agrikola ta’ impriża tintuża wkoll għal attivitajiet mhux agrikoli, dik iż-żona għandha titqies li għandha tintuża b’mod predominanti għal attivitajiet agrikoli bil-kondizzjoni li dawk l-attivitajiet agrikoli jkunu jistgħu jiġu eżerċitati mingħajr ma jkunu mfixklin b’mod sinifikanti mill-intensità, in-natura, it-tul ta’ żmien u l-waqt tal-attivitajiet mhux agrikoli;
(b) l-Istati Membri jistgħu jfasslu lista ta' erjas li jintużaw b'mod predominanti għall-attivitajiet mhux agrikoli.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu fit-territorju tagħhom.
4. L-erjas għandhom jitqiesu bħala ettari eliġibbli biss jekk ikunu konformi mad-definizzjoni ta' ettaru eliġibbli tul is-sena kalendarja kollha, ħlief fil-każ ta' force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali.
5. Għall-fini li jiġi ddeterminat 'ettaru eliġibbli', l-Istati Membri li jkunu ħadu d-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2), jistgħu japplikaw koeffiċjent ta' tnaqqis biex jikkonvertu l-ettari kkonċernati f''ettari eliġibbli'.
6. L-erjas użati għall-produzzjoni tal-qanneb għandhom ikunu biss ettari eliġibbli jekk il-varjetajiet użati jkollhom kontenut ta' tetraidrokannabinol ta' mhux aktar minn 0,2 %.
Artikolu 33
Dikjarazzjoni dwar ettari eliġibbli
1. Għall-finijiet tal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament previsti fl-Artikolu 32(1), il-bidwi għandu jiddikjara l-ħbula tal-art li jkunu jikkorrispondu għall-ettari eliġibbli li jakkumpanjaw kull dritt għall-pagament. Ħlief fil-każ ta' force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali, il-ħbula tal-art iddikjarati għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bidwi f'data ffissata mill-Istat Membru li ma għandhiex tkun aktar tard mid-data ffissata f'dak l-Istat Stat Membru biex tkun emendata l-applikazzjoni għall-għajnuna kif imsemmi fl-Artikoli 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013
2. L-Istati Membri jistgħu, f'ċirkostanzi debitament ġustifikati, jawtorizzaw lill-bidwi jimmodifika d-dikjarazzjoni tiegħu bil-kondizzjoni li huwa jżomm tal-anqas in-numru ta' ettari li jkunu jikkorrispondu mad-drittijiet għall-pagament tiegħu u jħares il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-pagament skont l-iskema tal-pagament bażiku għall-erja kkonċernata.
Artikolu 34
Trasferiment ta' drittijiet għall-pagament
1. Id-drittijiet għall-pagament jistgħu jkunu ttrasferiti biss lil bidwi intitolat li jingħata pagamenti diretti skont l-Artikolu 9 stabbilit fl-istess Stat Membru, ħlief fil-każ ta' trasferiment b'wirt attwali jew antiċipat.
Id-drittijiet għall-pagament, inkluż fil-każ ta' wirt attwali jew antiċipat, jistgħu jiġu attivati biss fl-Istat Membru fejn id-drittijiet għall-pagament kienu allokati.
2. Fejn l-Istati Membri jeżerċitaw l-għażla fl-Artikolu 23(1), id-drittijiet għall-pagament jistgħu jiġu ttrasferiti jew attivati biss fl-istess reġjun, minbarra fil-każ ta' wirt attwali jew antiċipat.
Id-drittijiet għall-pagament, inkluż fil-każ ta' wirt attwali jew antiċipat jistgħu jiġu attivati biss fir-reġjun fejn id-drittijiet għall-pagament kienu allokati.
3. L-Istati Membri li ma jeżerċitawx l-għażla fl-Artikolu 23(1) jistgħu jiddeċiedu li d-drittijiet għall-pagament jiġu ttrasferiti jew attivati biss fl-istess reġjun, minbarra fil-każ ta' wirt attwali jew antiċipat.
Reġjunijiet bħal dawn għandhom jiġu definiti fil-livell territorjali adatt f'konformità ma' kriterji oġġettivi u b'mod li jiżgura t-trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jevitai d-distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni.
4. Fejn id-drittijiet għall-pagament huma trasferiti mingħajr l-art, l-Istati Membri jistgħu, billi jaġixxu f'konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jiddeċiedu li parti mid-drittijiet għall-pagament ttrasferita tmur lura fir-riżerva nazzjonali jew fir-riżervi reġjonali jew li l-valur tal-unità tagħhom jitnaqqas favur ir-riżerva nazzjonali jew ir-riżervi reġjonali. Tnaqqis bħal dan jista' jiġi applikat għal tip wieħed jew aktar mit-tipi ta' trasferiment.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati li jirregolaw in-notifika mill-bdiewa ta' trasferiment tad-drittijiet għall-pagament lill-awtoritajiet nazzjonali u d-dati ta' skadenza li fihom għandha sseħħ notifika bħal din. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
Artikolu 35
Setgħat delegati
1. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u jiġu ċċarati s-sitwazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jinqalgħu fl-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 70 dwar:
(a) regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess, fir-rigward tal-iskema ta' pagament bażiku tal-bdiewa, f'każ ta' wirt u wirt antiċipat, ta' wirt soġġett għal kirja, bidla fl-istatus legali jew fid-denominazzjoni, trasferiment ta' drittijiet għall-pagament, fużjoni jew qasma tal-impriża, u fl-applikazzjoni tal-klawżola tal-kuntratt imsemmija fl-Artikolu 24(8);
(b) regoli dwar il-kalkolu tal-valur u n-numru jew dwar iż-żieda jew it-tnaqqis fil-valur tad-drittijiet għall-pagament b’rabta mal-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament skont kull dispożizzjoni ta’ dan it-Titolu, inklużi regoli:
(i) dwar il-possibbiltà ta' valur u numru provviżorji jew żieda provviżorja ta' drittijiet għall-pagament allokati abbażi tal-applikazzjoni mill-bidwi,
(ii) dwar il-kondizzjonijiet biex ikunu stabbiliti l-valur u n-numru provviżorji u definittivi tad-drittijiet għall-pagament,
(iii) dwar il-każijiet fejn kuntratt ta' bejgħ jew kirja jista' jolqot l-allokazzjoni ta' drittijiet għall-pagament.
(c) regoli dwar l-istabbiliment u l-kalkolu tal-valur u n-numru ta' drittijiet għall-pagament riċevuti mir-riżerva nazzjonali jew ir-riżervi reġjonali;
(d) regoli dwar il-modifika tal-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament fil-każ ta' frazzjonijiet ta' drittijiet għall-pagament u fil-każ ta' trasferiment ta' drittijiet għall-pagament imsemmi fl-Artikolu 34(4);
(e) kriterji għall-applikazzjoni tal-għażliet taħt il-punti (a), (b) u (c) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 24(1);
(f) kriterji għall-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet skont in-numru ta' drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati skont l-Artikolu 24(4) sa (7);
(g) kriterji għall-allokazzjoni ta' drittijiet għall-pagament skont l-Artikolu 30(6) u (7);
(h) kriterji għall-istabbiliment tal-koeffiċjent ta' tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 32(5).
2. Sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni adegwata tad-drittijiet għall-pagament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 70 li jistipula regoli dwar il-kontenut tad-dikjarazzjoni u r-rekwiżiti għall-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament.
3. Sabiex tiġi ppreservata s-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 70 li jistipula regoli li jagħmlu l-għoti ta' pagamenti soġġett għall-kondizzjoni ta' użu ta' żrieragħ iċċertifikati ta' ċerti varjetajiet ta' qanneb u l-proċedura għad-determinazzjoni ta' varjetajiet tal-qanneb u l-verifika tal-kontenut ta' tetraidrokannabinol tagħhom imsemmi fl-Artikolu 32(6).
Artikolu 36
Skema ta’ pagament uniku skont l-erja
1. L-Istati Membri li japplikaw fl-2014 l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja stabbilita fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistgħu, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, jiddeċiedu li jkomplu japplikaw dik l-iskema sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħhom u dwar id-data ta' tmiem tal-applikazzjoni ta' dik l-iskema sal-1 ta' Awwissu 2014.
Matul il-perijodu tal-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, it-Taqsimiet 1, 2 u 3 ta' dan il-Kapitolu m'għandhomx japplikaw għal dawk l-Istati Membri, għajr it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1), l-Artikolu 23(6) kif ukoll l-Artikolu 32(2) u (6).
2. Il-pagament uniku skont l-erja għandu jingħata fuq bażi annwali għal kull ettaru eliġibbli ddikjarat mill-bidwi skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 Għandu jkun kkalkulat kull sena billi l-pakkett finanzjarju annwali stabbilit skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu jiġi diviż bin-numru totali ta' ettari eliġibbli ddikjarati fl-Isat Membru kkonċernat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw l-Artikolu 38 ta' dan ir-Regolament mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 jistgħu jużaw, għall-perijodu li matulu japplikaw dan l-Artikolu, sa 20 % tal-pakkett finanzjarju annwali msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu biex jiddifferenzjaw il-pagament uniku skont l-erja għal kull ettaru.
Meta jagħmlu hekk, għandhom jieħdu kont tal-appoġġ mogħti għas-sena kalendarja 2014 taħt waħda jew aktar mill-iskemi skont il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 68(1), u l-Artikoli 126, 127 u 129 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
Ċipru,tista' tiddifferenzja l-għajnuna b'kont meħud tal-pakketti finanzjarji speċifiċi għas-settur stabbilit fl-Anness XVIIa tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, li titnaqqas bi kwalunkwe għajnuna mogħtija lill-istess settur settur skont l-Artikolu 37 ta' dan ir-Regolament.
Sabiex issir distinzjoni tal-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, u dment li l-pagament ridistributtiv skont l-Artikolu 41 ma jiġix applikat, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont sħiħ tal-appoġġ mogħti għas-sena kalendarja 2014 skont l-Artikolu 125a tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu, għal kull Stat Membru, il-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja billi tnaqqas mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II l-limiti massimi stabbiliti skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
Għal kull Stat Membru, l-ammont ikkalkolat skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jista' jiżdied b'massimu ta' 3 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali rilevanti kif stabbilit fl-Anness II wara t-tnaqqis tal-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 47(1) għas-sena rilevanti. Meta Stat Membru japplika tali żieda, dik iż-żieda għandha titqies mill-Kummissjoni meta tistabbilixxi l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament ta' żona waħda skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar 2018 bil-perċentwali annwali li bihom għandu jiżdied l-ammont ikkalkolat skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu kull sena kalendarja mill-2018.
L-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi annwali u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni ibbażata fuq tali rieżami sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-applikazzjoni tagħha.
5. Ħlief fil-każ ta' force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali, l-ettari msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bidwi f'data stabbilita mill-Istat Membru li ma għandhiex tkun aktar tard mid-data stabbilita f'dak l-Istat Stat Membru biex tkun emendata l-applikazzjoni għall-għajnuna msemmija fl-Artikoli 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013
6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 rigward regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess tal-bdiewa għall-iskema ta’ pagament uniku.
Artikolu 37
Għajnuna nazzjonali transitorja
1. L-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja f'konformità mal-Artikolu 36 jistgħu jiddeċiedu li jagħtu għajnuna nazzjonali transitorja fil-perijodu 2015-2020.
2. L-għajnuna nazzjonali transitorja tista' tingħata lill-bdiewa fis-setturi li fir-rigward tagħhom din l-għajnuna, jew fil-każ tal-Bulgarija u r-Rumanija, pagamenti diretti nazzjonali komplementari kienet ingħatat fl-2013.
3. Il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' għajnuna nazzjonali transitorja għandhom ikunu identiċi għal dawk awtorizzati għall-għoti tal-pagamenti skont l-Artikolu 132(7) jew l-Artikolu 134 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-2013, bl-eċċezzjoni tat-tnaqqis tal-pagamenti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 132(2) flimkien mal-Artikoli 7 u 10 ta' dak ir-Regolament.
4. L-ammont totali ta' għajnuna nazzjonali transitorja li tista' tingħata lill-bdiewa fi kwalunkwe wieħed mis-setturi msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun limitata għall-perċentwal segwenti tal-pakketti finanzjarji speċifiċi għas-settur skont is-settur kif awtorizzati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 132(7) jew l-Artikolu 133a(5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fl-2013:
— 75 % fl-2015,
— 70 % fl-2016,
— 65 % fl-2017,
— 60 % fl-2018,
— 55 % fl-2019,
— 50 % fl-2020.
Għal Ċipru, il-perċentwal għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-pakketti finanzjari speċifiċi għas-settur kif jinsabu fl-Anness XVIIa għar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
5. Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal Ċipru.
6. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw kwalunkwe deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu ta' kull sena. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a) il-pakkett finanzjarju speċifiku għas-settur;
(b) ir-rata massima ta' għajnuna nazzjonali transitorja, fejn xieraq.
7. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 4, dwar l-ammonti tal-għajnuna nazzjonali transitorja li għandha tingħata.
Artikolu 38
Implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku fl-Istati Membri li applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja
Għajr jekk previst mod ieħor f'din it-Taqsima, dan it-Titolu għandu japplika għall-Istati Membri li applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja prevista fit-Taqsima 4 ta' dan il-Kapitolu.
L-Artikoli 24 sa 29 m'għandhomx japplikaw għal dawk l-Istati Membri.
Artikoli 39
L-ewwel allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament
1. Id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu allokati lill-bdiewa li huma intitolati li jingħataw pagamenti diretti skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament dment li:
(a) huma japplikaw għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament taħt l-iskema ta' pagament bażiku sad-data finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet li għandha tiġi stabbilita skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, ħlief fil-każ ta' force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali, u
(b) kienu intitolati jirċievu pagamenti, qabel kwalunkwe tnaqqis jew esklużjoni prevista fil-Kapitolu 4 tat-Titiolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, fir-rigward ta' applikazzjoni għal għajuna għal pagamenti diretti, għal għajnuna nazzjonali transizzjonali jew għal pagamenti diretti nazzjonali kumplimentari, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-2013.
L-Istati Membri jistgħu jallokaw drittijiet għall-pagament lil bdiewa li huma intitolati li jingħataw pagamenti diretti skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, li jissodisfaw il-kondizzjoni prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, li ma rċevewx pagamenti għall-2013 fir-rigward ta' applikazzjoni għal għajnuna kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li fid-data stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għas-sena ta' talba tal-2013, kellhom biss art agrikola li ma kinitx f'kondizzjoni agrikola tajba fit-30 ta' Ġunju 2003 kif previst fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
2. Minbarra fil-każ ta' force majeure jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, in-numru ta' drittijiet għall-pagament allokati lil kull bidwi fil-ewwel sena ta' implimentazzjoni tas-sistema ta' pagament bażiku għandu jkun ugwali għan-numru ta' ettari eliġibbli li l-bidwi jiddikjara fl-applikazzjoni għal għajnuna tiegħu skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku u li huma għad-dispożizzjoni tiegħu f'data stabbilita mill-Istati Membru. Dik id-data m'għandhiex tkun aktar tard mid-data stabbilita f'dak l-Istat Membru għall-emendar ta' tali applikazzjoni għall-għajnuna.
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 li tistipula aktar regoli rigward l-introduzzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku fl-Istati Membri li applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament ppreżentati fis-sena tal-allokazzjoni tad-drittijiet tal-pagament fejn dawk id-drittijiet għall-pagamenti ma jkunux għadhom jistgħu jiġu stabbiliti b'mod definittiv u fejn dik l-allokazzjoni hija affettwata minn ċirkostanzi speċifiċi.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
Artikolu 40
Valur tad-drittijiet għall-pagament
1. Fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, l-Istati Membri għandhom jikkalkolaw il-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament billi jiddividu b'perċentwal fiss tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għal kull sena rilevanti, bin-numru ta' drittijiet għall-pagament fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, esklużi dawk allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali.
Il-perċentwal fiss imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkolat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit skont, rispettivament, l-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament, għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30, jiġi diviż bil-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku. Id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu espressi f'numru li jikkorrispondi għal numru ta' ettari.
2. Permezz ta' deroga mill-metodu ta' kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddifferenzjaw il-valur ta' drittijiet għall-pagament fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, esklużi dawk allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali, għal kull sena rilevanti, abbażi tal-valur tal-unità inizjali tagħhom.
3. Il-valur tal-unità inizjali ta' drittijiet għall-pagament imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi stabbilit billi perċentwal fiss tal-valur totali tal-għajnuna, eskluża għajnuna skont l-Artikoli 41, 43, 48 u 50, u t-Titolu IV ta' dan ir-Regolament, irċevuta minn bidwi f'konformità ma' dan ir-Regolament għas-sena kalendarja li tippreċedi l-implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jiġi diviż bin-numru ta' drittijiet għall-pagament allokat lil dak il-bidwi fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, esklużi dawk allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali.
Dak il-perċentwal fiss għandu jiġi kkalkolat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit f'konformità, rispettivament, mal-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, wara li jiġi applikat it-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30, jiġi diviż bil-valur totali ta' għajnuna, eżkluża għajnuna skont l-Artikoli 41, 43, 48 u 50 u t-Titolu IV ta' dan ir-Regolament, mogħtija għas-sena kalendarja li tippreċedi l-implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku fl-Istat Membru jew ir-reġjun ikkonċernat, qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
4. Meta jkun applikat il-paragrafu 2, l-Istati Membri, waqt li jaġixxu f’konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jersqu lejn approssimazzjoni tal-valur tad-drittijiet għall-pagament f’livell nazzjonali jew reġjonali. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-passi li għandhom jittieħdu u l-metodu ta' kalkolu li għandu jintuża u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwarhom sal-1 ta' Awwissu tas-sena li tippreċedi l-implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku. Dawk il-passi għandhom jinkludu modifiki progressivi annwali tal-valur inizjali tad-drittijiet għall-pagament kif imsemmi fil-paragrafu 3 f'konformità ma' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li jibdew mill-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku.
Fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-bdiewa bil-valur tad-drittijiet tagħhom ikkalkolati skont dan l-Artikolu għal kull sena tal-perijodu kopert b'dan ir-Regolament.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, Stat Membru jista', abbażi ta' kriterji oġġettivi, jipprevedi, f'każijiet ta' bejgħ jew għotja jew skadenza ta' kirja sħiħa jew parti minnha ta' erjas agrikoli wara d-data stabbilita skont l-Artikolu 36(5) u qabel id-data stabbilita skont l-Artikolu 33(1), li ż-żieda, jew parti minnha, fil-valur tad-drittijiet għall-pagament li jkollhom ikunu allokati lill-bidwi kkonċernat titreġġa' lura għar-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali fejn iż-żieda għandha twassal għal profitt mhux mistenni għall-bidwi kkonċernat.
Dawk il-kriterji oġġettivi għandhom jiġu stabbiliti b'mod li jkun żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa u biex ikunu evitati distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni u għandhom jinkludu, tal-anqas, dan li ġej:
(a) tul ta' żmien minimu għall-kirja;
(b) il-proporzjon tal-pagament riċevut li għandu jitreġġa' lura għar-riżerva nazzjonali jew għar-riżervi reġjonali.
KAPITOLU 2
Pagament ridistributtiv
Artikolu 41
Regoli ġenerali
1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta' Awwissu ta' kwalunkwe sena partikolari, li jagħtu, mis-sena ta' wara, pagament annwali lill-bdiewa li huma intitolati għal pagament taħt l-iskema ta' pagament bażiku msemmi fit-Taqsimiet 1, 2 u 5 tal-Kapitolu 1 jew taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 ("il- Pagament ridistributtiv").
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tali deċiżjoni sad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu.
2. L-Istati Membri li jkunu ddeċiedew li japplikaw l-iskema ta' pagament bażiku fil-livell regjonali skont l-Artikolu 23 jistgħu japplikaw il-pagament ridistributtiv fil-livell reġjonali.
3. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, ta' tnaqqis ta' pagamenti skont l-Artikolu 11 taż tnaqqis lineari msemmija fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, u għall-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-pagament ridistributtiv għandu jingħata fuq bażi annwali mal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament mill-bidwi, jew fi Stati Membri li japplikaw l-Artikolu 36 ta' dan ir-Regolament, mad-dikjarazzjoni ta' ettari eliġibbli mill-bidwi.
4. Il-pagament ridistributtiv għandu jkun ikkalkulat kull sena mill-Istati Membri billi ċ-ċifra li għandha tiġi ffissata mill-Istat Membru, li ma għandhiex tkun ogħla minn 65 % tal-pagament medju nazzjonali jew regjonali għal kull ettaru, tiġi multiplikata bin-numru ta' drittijiet għall-pagament attivati mill-bidwi skont l-Artikolu 33(1) jew bin-numru ta' ettari eliġibbli iddikjarati mill-bidwi skont l-Artikolu 36(2). In-numru ta' tali drittijiet għall-pagament jew ettari m'għandux jaqbeż massimu li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri li m'għandux ikun ogħla minn 30 ettaru jew id-daqs medju tal-impriżi agrikoli kif hemm stabbilit fl-Anness VIII jekk dak id-daqs medju jaqbeż 30 ettaru fl-Istat Membru kkonċernat.
5. Dment li jiġu rispettati l-limiti massimi stabbiliti fil-paragafu 4, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu fil-livell nazzjonali, gradwazzjoni fl-għadd ta' ettari kif stabbilit skont dak il-paragrafu, u dan għandu japplika b'mod identiku għall-bdiewa kollha.
6. Il-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru msemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u tan-numru ta’ ettari eliġibbli ddikjarat skont l-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2) fl-2015.
Il-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru msemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri billi jintuża sehem mil-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u tan-numru ta’ ettari eliġibbli ddikjarat fir-reġjun ikkonċernat skont l-Artikolu 33(1) fl-2015. Għal kull reġjun, din il-parti għandha tkun ikkalkulata billi l-limitu massimu reġjonali rispettiv stabbilit skont l-Artikolu 23(2) ikun diviż bil-limitu massimu nazzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 22(1), wara li jiġi applikat it-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 30 fejn ma jkunx applikat il-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu.
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jingħata l-ebda vantaġġ previst f'dan il-Kapitolu lil bdiewa li fir-rigward tagħhom jiġi stabbilit li, wara t-18 ta' Ottubru 2011, huma jkunu qasmu l-impriża tagħhom bl-għan waħdieni li jibbenefikaw mill-pagament ridistributtiv. Dan għandu japplika wkoll għall-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu r-riżultat ta’dak il-qsim.
8. Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw in-numru massimu ta' drittijiet għall-pagament jew ettari msemmijin fil-paragrafu 4 fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi komparabbli ma' dawk ta' bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta' kap ta' impriża, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-tassazzjoni tagħhom, bil-kondizzjoni li huma jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.
Artikolu 42
Dispożizzjonijiet finanzjarji
1. Sabiex jiffinanzjaw il-pagament ridistributtiv, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sad-data msemmija fl-Artikolu 41(1) li jużaw sa 30 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din sa dik id-data.
2. Abbażi tal-perċentwal tal-limitu massimu nazzjonali li għandu jintuża mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiffissaw il-limiti massimi korrispondenti għall-pagament ridistributtiv fuq bażi annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
KAPITOLU 3
Pagament għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent
Artikolu 43
Regoli ġenerali
1. Bdiewa intitolati għal pagament taħt l-iskema ta' pagament bażiku jew l-iskema ta' pagament għal erja waħda għandhom josservaw fuq l-ettari eliġġibli kollha tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 32(2) sa (5), il-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmijin fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jew il-prattiki ekwivalenti msemmijin fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
2. Il-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) id-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba';
(b) iż-żamma ta' bwar permanenti eżistenti; u
(c) l-eżistenza ta' żona b’fokus ekoloġiku fiż-żona agrikola.
3. Il-prattiki ekwivalenti għandhom ikunu dawk li jinkludu prattiki simili li jagħtu benefiċċju ekwivalenti jew ta' livell ogħla għall-klima u l-ambjent meta mqabbla ma' waħda jew diversi mill-prattiki msemmija fil-paragrafu 2. Dawk il-prattiki ekwivalenti u l-prattika jew prattiki msemmija fil-paragrafu 2 li huma ekwivalenti għaliha huma elenkati fl-Anness IX u għandhom ikunu koperti minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a) impenji mwettqa skont jew l-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
(b) skemi ta' ċertifikazzjoni ambjentali nazzjonali jew reġjonali, inkluż dawk għaċ-ċertifikazzjoni ta' konformità mal-leġislazzjoni ambjentali nazzjonali, li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, li jkollhom l-għan li jilħqu l-objettivi relatati mal-kwalità tal-ħamrija u l-ilma, il-bijodiversità, il-konservazzjoni tal-pajsaġġ, u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għal dan. Dawk l-iskemi ta' ċertifikazzjoni jistgħu jinkludu l-prattiki elenkati fl-Anness IX ta' dan ir-Regolament, il-prattiki msemmijin fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jew taħlita tagħhom.
4. Il-prattiki ekwivalenti msemmijin fil-paragrafu 3 ma għandhomx ikunu s-suġġett ta' finanzjament doppju.
5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, inkluż meta adatt, fil-livell reġjonali, li jirrestrinġu l-għażla tal-bdiewa biex jużaw l-għażliet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3.
6. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, inklu' fejn adatt, fil-livell reġjonali, li bdiewa għandhom iwettqu l-obbligi rilevanti tagħhom kollha skont il-paragrafu 1 f'konformità ma' skemi ta' ċertifikazzjoni ambjentali nazzjonali jew reġjonali imsemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 3.
7. Suġġett għad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri msemmijin fil-paragrafi 5 u 6, bidwi jista' jsegwi waħda jew aktar mill-prattiki msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 3 biss jekk dawn jissostitwixxu kompletament il-prattika jew prattiki relatati imsemmijin fil-paragrafu 2. Bidwi jista' juża skemi ta' ċertifikazzjoni msemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 3 biss jekk dawn ikopru l-obbligu kollu msemmi fil-paragrafu 1.
8. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 5 u 6 u dwar l-impenji jew l-iskemi ta' ċertifikazzjoni speċifiċi li huma biħsiebhom japplikaw bħala prattiki ekwivalenti skont it-tifsira tal-paragrafu 3.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-prattiki inklużi fl-impenji jew l-iskemi ta' ċertifikazzjoni speċifiċi humiex koperti mil-lista fl-Anness IX u jekk tikkunsidra li dan mhuwiex il-każ, tinnotifika lill-Istati Membri kif adatt permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 71(2) jew (3). Fejn il-Kummissjoni tinnotifika lil Stat Membru li dawk il-prattiki mhumiex koperti mil-lista fl-Anness IX, dak l-Istat Membru m'għandux jirrikonoxxi bħala prattiki ekwivalenti fit-tifsira tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu l-impenji jew l-iskemi ta' ċertifikazzjoni speċifiċi koperti min-notifika tal-Kummissjoni.
9. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 10 u 11 ta' dan l-Artikolu, għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja u tat-tnaqqis lineari skont l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament u tal-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 l-Istati Membri għandhom jagħtu l-pagament imsemmi f'dan il-Kapitolu lill-bdiewa li josservaw il-prattiki msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li huma rilevanti għalihom, u sal-punt li dawk il-bdiewa jikkonformaw mal-Artikoli 44, 45 u 46 ta' dan ir-Regolament.
Dan il-pagament għandu jieħu l-għamla ta' pagament annwali għal kull ettaru eliġibbli ddikjarat f'konformità mal-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2), li l-ammont tiegħu għandu jiġi kkalkolat annwalment billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 47 jiġi diviż bin-numru totali ta' ettari eliġibbli ddikjarati, f'konformità mal-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2) fl-Istat Membru jew fir-reġjun ikkonċernat.
B'deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw l-Artikolu 25(2) jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-pagament imsemmi fil-paragrafu bħala perċentwal tal-valur totali tad-drittijiet għall-pagament li l-bidwi jkun attiva skont l-Artikolu 33(1) għal kull sena rilevanti.
Għal kull sena u għal kull Stat Membru jew reġjun, dak il-perċentwal għandu jiġi ikkalkulat billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 47, jiġi diviż bil-valur totali tad-drittijiet ta' pagament kollha attivati skont l-Artikolu 33(1) f'dak l-Istat Membru jew reġjun.
10. Il-bdiewa b'impriżi li jkunu jinsabu għalkollox jew parzjalment f'erjas koperti bid-Direttivi 92/43/KEE, 2000/60/KE, jew 2009/147/KE, għandhom ikunu intitolati għall-pagament imsemmi f'dan il-Kapitolu dment li huma jirrispettaw il-prattiki msemmija f'dan il-Kapitolu safejn dawk il-prattiki jkunu kompatibbli fl-impriża kkonċernata mal-objettivi ta' dawk id-Direttivi.
11. Il-bdiewa li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 fir-rigward ta’ biedja organika għandhom ikunu intitolati ipso facto għall-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-unitajiet ta' impriża li jintużaw għall-produzzjoni organika f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.
12. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 70 sabiex:
(a) iżżid prattiki ekwivalenti mal-lista li tinsab fl-Anness IX;
(b) tistabbilixxi rekwiżiti adatti applikabbli għall-iskemi ta' ċertifikazzjoni nazzjonali jew reġjonali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, inkluż il-livell ta' assigurazzjoni li għandha tingħata minn dawk l-iskemi;
(c) tistabbilixxi regoli dettaljati għall-kalkolu tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 28(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għall-prattiki msemmijin fil-punti 3 u 4 tat-Taqsima I u l-punt 7 tat-Taqsima III tal-Anness IX għal dan ir-Regolament, u kwalunkwe prattika ekwivalenti oħra miżjuda għal dak l-Anness skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, li għaliha jinħtieġ kalkolu speċifiku sabiex jiġi evitat finanzjament doppju.
13. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura għan-notifiki, inkluż dwar skedi ta' żmien għall-preżentazzjoni tagħhom, u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 8. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
Artikolu 44
Diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba'
1. Fejn ir-raba’ li tinħarat tal-bidwi tkopri bejn 10 u 30 ettaru u mhix interament ikkultivata b'uċuħ tar-raba' taħt l-ilma għal parti sinifikanti tas-sena jew għal parti sinifikanti taċ-ċiklu tal-wiċċ tar-raba', għandu jkun hemm mill-inqas żewġ uċuħ tar-raba' differenti fuq dik ir-raba' li tinħarat. Il-wiċċ tar-raba’ ewlieni m'għandux ikopri aktar minn 75 % tar-raba’ li tinħarat.
Fejn ir-raba’ li tinħarat tal-bidwi tkopri aktar minn 30 ettaru u mhix interament ikkultivata b'uċuħ tar-raba' taħt l-ilma għal parti sinifikanti tas-sena jew għal parti sinifikanti taċ-ċiklu tal-wiċċ tar-raba', għandu jkun hemm mill-inqas tliet uċuħ tar-raba' differenti fuq dik ir-raba' li tinħarat. Il-wiċċ tar-raba' ewlieni m'għandux ikopri aktar minn 75 % ta' dik ir-raba' li tinħarat u ż-żewġ uċuħ tar-raba' ewlenin flimkien m'għandhomx ikopru aktar minn 95 % ta' dik ir-raba' li tinħarat.
2. Mingħajr preġudizzju għall-għadd ta' wċuħ tar-raba' rikjesti skont il-paragrafu 1, il-limiti massimi stabbiliti fihom m'għandhomx japplikaw għall-impriżi fejn il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor jew l-art li titħalla tistrieħ jew li tkun ikkultivata b'uċuħ tar-raba' taħt l-ilma għal parti sinifikanti mis-sena jew għal parti sinifikanti miċ-ċiklu ta' kultivazzjoni tkopri aktar minn 75 % tar-raba'. F'dawn il-każijiet, il-wiċċ tar-raba' ewlieni fuq il-kumplament tar-raba' m'għandux ikopri aktar minn 75 % ta' dik ir-raba' li fadal minbarra fejn din iż-żona li fadal tkun koperta minn ħaxix jew foraġġ erbaċew jew art li titħalla tistrieħ.
3. Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għal impriżi:
(a) fejn aktar minn 75 % tar-raba' tintuża għall-produzzjoni ta' ħaxix u foraġġ erbaċew, tintuża għall-kultivazzjoni ta' uċuħ tar-raba' legumi, tkun art li titħalla tistrieħ, jew tkun soġġetta għal taħlita ta' dawk l-użijiet;
(b) fejn aktar minn 75 % taż-żona agrikola eliġibbli tkun bur permanenti, tintuża għall-produzzjoni ta' ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor jew għall-kultivazzjoni ta' wċuħ tar-raba' taħt l-ilma għal parti sinifikanti tas-sena jew għal parti sinifikanti taċ-ċiklu ta' kultivazzjoni, jew tkun soġġetta għal taħlita ta' dawk l-użijiet;
(c) fejn aktar minn 50 % tal-erjas ta' art li tinħarat iddikjarata ma ġietx iddikjarata mill-bidwi fl-applikazzjoni tiegħu għal għajnuna tas-sena preċedenti u, meta abbażi ta' paragrun tal-applikazzjonijiet ta' għajnuna ġeo-spazjali, l-art li tinħarat kollha qed tiġi kkultivata b'uċuħ tar-raba' differenti meta mqabbla ma' dawk tas-sena kalendarja preċedenti;
(d) li jinsabu f'żoni fit-tramuntana tat-62 parallel jew f'ċerti żoni ħdejhom. Fejn ir-raba’ li tinħarat ta' tali impriżi tkopri aktar minn 10 ettari, għandu jkun hemm minn tal-anqas żewġ uċuħ tar-raba’ differenti f'dik ir-raba' li tinħarat u lebda wieħed minn dawn l-uċuħ tar-raba’ m'għandu jkopri aktar minn 75 % tar-raba’ li tinħarat, sakemm l-uċuħ tar-raba' ewlenin mhumiex ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor, jew art li titħalla tistrieħ kompletament.
4. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu “wiċċ” tfisser kwalunkwe waħda minn dan li ġej:
(a) koltivazzjoni ta' xi wieħed mill-genera differenti ddefiniti fil-klassifikazzjoni botanika tal-uċuħ;
(b) kolitvazzjoni ta' xi waħda mill-ispeċijiet fil-każ ta' Brassicaceae, Solanaceae u Cucurbitaceae;
(c) art li titħalla tistrieħ kompletament;
(d) ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor.
Uċuħ tar-raba' tax-xitwa u l-uċuħ tar-raba' tar-rebbiegħa għandhom jitqiesu bħala uċuħ tar-raba' distinti anke jekk ikunu jagħmlu parti mill-istess ġeneru. It-Triticum spelta għandha tiġi kkunsidrata bħala wiċċ distint mill-uċuħ tar-raba' li jagħmlu parti mill-istess ġeneru.
5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70:
(a) tirrikonoxxi tipi oħra ta' ġeneru u speċijiet għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu; u
(b) tistipula r- regoli dwar l-applikazzjoni tal-kalkolu preċiż tal-ishma tal-uċuħ tar-raba' differenti.
Artikolu 45
Bwar permanenti
1. L-Istati Membri għandhom jindikaw il-bwar permanenti li huma ambjentalment sensittivi f'erjas koperti mid-Direttivi 92/43/KEE jew 2009/147/KE, inkluż artijiet tal-pit u dawk mistagħdra li jinsabu f'dawn l-erjas u li jeħtieġu ħarsien strett sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' dawk id-Direttivi.
Sabiex jiżguraw il-ħarsien ta' bwar permanenti li huma ambjentalment importanti, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jindikaw erjas sensittivi li jinsabu barra mill-erjas koperti mid-Direttivi 92/43/KEE jew 2009/147/KE, inkluż bwar permanenti fuq ħamrija b'livell għoli ta' karbonju.
Il-bdiewa m'għandhomx jibdlu jew jaħartu bwar permanenti li jinsabu f'erjas indikati mill-Istati Membri taħt l-ewwel subparagrafu u, fejn applikabbli, it-tieni subparagrafu.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proporzjon ta' erjas ta' art bi bwar permanenti meta mqabbel mal-erja agrikola totali ddikjarata mill-bdiewa f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 ma jonqosx b'aktar minn 5 % meta mqabbel ma' proporzjon ta' referenza li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri fl-2015 billi jiddividu l-erjas ta' art bi bwar permanenti msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu bl-erja agrikola totali imsemmija fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu:
Bil-għan li jiġi stabbilit il-proporzjon ta' referenza msemmi fil-ewwel subparagrafu:
(a) "erjas ta' bwar permanenti" tfisser l-art b'mergħat permanenti ddikjarata fl-2012, jew fl-2013 fil-każ tal-Kroazja, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 73/2009 mill-bdiewa soġġetta għall-obbligi taħt dan il-Kapitolu, kif ukoll l-erja ta' bwar permanenti ddikjarata fl-2015 f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 mill-bdiewa soġġetta għall-obbligi taħt dan il-Kapitolu li ma ġewx iddikjarati bħala art b'mergħa permanenti fl-2012 jew, fil-każ tal-Kroazja, fl-2013;
(b) "erja agrikola totali" tfisser l-erja agrikola ddikjarata fl-2015 f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 mill-bdiewa soġġetta għall-obbligi taħt dan il-Kapitolu.
Il-proporzjon ta' referenza ta' bwar permanenti għandu jiġi kkalkolat mill-ġdid f'każijiet fejn bdiewa soġġetti għall-obbligi skont dan il-Kapitolu għandhom obbligu li jikkonvertu mill-ġdid erja f'bur permanenti fl-2015 jew fl-2016 f'konformità mal-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. F'dawn il-każijiet dawn l-erjas għandhom ikunu miżjuda mal-erjas ta' bwar permanenti msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
Il-proporzjon ta' referenza ta' bwar permanenti għandu jiġi stabbilit kull sena abbażi tal-erjas iddikjarati mill-bdiewa soġġetti għall-obbligi skont dan il-Kapitolu għal dik is-sena f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
L-obbligu taħt dan il-paragrafu għandu japplika fil-livell nazzjonali, reġjonali jew subreġjonali adatt. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw obbligu li bur permanenti jinżamm fil-livell tal-impriża sabiex jiġi żgurat li l-proporzjoni ta' bwar permanenti ma jonqosx b'aktar minn 5 %. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din sal-1 ta' Awwissu 2014.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-proporzjon ta' referenza u l-proporzjon imsemmi f'dan il-paragrafu lill-Kummissjoni.
3. Fejn jiġi stabbilit li l-proporzjon imsemmi fil-paragrafu 2 naqas b'aktar minn 5 % fil-livell reġjonali jew subreġjonali jew fejn applikabbli fil-livell nazzjonali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jimponi obbligi fil-livell tal-azjenda agrikola biex l-art tiġi konvertita mill-ġdid f'art bi bwar permanenti għal dawk il-bdiewa li għandhom l-art għad-dispożizzjoni tagħhom li ġiet konvertita minn art bi bwar permanenti jew minn mergħat permanenti f'art għal użijiet oħra matul perijodu fil-passat.
Madankollu, fejn l-ammont ta' erjas ta' bwar permanenti f'termini assoluti stabbilit f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jinżamm f'ċerti limiti, l-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jiġi kkunsidrat bħala li ġie sodisfatt.
4. Il-paragrafi 3 m'għandux japplika fejn it-tnaqqis taħt il-limiti huwa r-riżultat ta' tisġir li huwa kompatibbli mal-ambjent u ma jinkludix pjantaġġuni ta' msajġar b'rotazzjoni qasira, siġar tal-Milied jew siġar li jikbru malajr għall-produzzjoni tal-enerġija.
5. Sabiex jiġi żgurat li jinżamm il-proporzjon ta' bwar permanenti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 70 li jistabbilixxu aktar regoli dettaljati dwar il-manutenzjoni ta' bwar permanenti, inkluż regoli dwar il-konverżjoni mill-ġdid f'każ ta' nuqqas ta' rispett tal-obbligu fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-regoli li japplikaw għall-Istati Membri għall-istabbiliment ta' obbligi fil-livell ta' azjenda agrikola għall-manutenzjoni ta' bwar permanenti kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 u kwalunkwe aġġustament tal-proporzjon ta' referenza msemmi fil-paragrafu 2 li jista' jsir neċessarju.
6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 70:
(a) li jistabbilixxu l-qafas għall-indikazzjonijiet ta' aktar żoni sensittivi msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
(b) li jistabbilixxu metodi dettaljati għad-determinazzjoni tal-proporzjon ta' bwar permanenti u tal-erja agrikola totali li għandha tinżamm skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;
(c) li jiddefinixxu l-perijodu li fil-passat issemma fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
7. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw il-limiti msemmija fit-tieni subparagrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
Artikolu 46
Erja b'fokus ekoloġiku
1. Fejn ir-raba' li tinħarat ta' impriża tkopri aktar minn 15-il ettaru, il-bdiewa għandhom jiżguraw li, mill-1 ta' Jannar 2015, erja li tikkorrispondi għal mill-inqas 5 % tar-raba' li tinħarat tal-impriża li l-bidwi ddikjara f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u, jekk jitqiesu li huma erja b'fokus ekoloġiku mill-Istat Membru skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, inklużi l-erjas imsemmijin fil-punti (c), (d), (g), (h), (k) u (l) ta' dak il-paragrafu hija erja b'fokus ekoloġiku.
Il-perċentwali msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiżdied minn 5 % sa 7 % soġġett għal att leġislattiv tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 43(2) tat-TFUE.
Sal-31 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu akkumpanjat, fejn adatt, minn proposta għal att leġislattiv kif imsemmi fit-tieni subparagrafu.
2. Sal-1 ta' Awwissu 2014, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu li waħda jew aktar minn dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala erja b'fokus ekoloġiku:
(a) art li titħalla tistrieħ kompletament;
(b) terrazzi;
(c) karatteristiċi tal-pajsaġġ, inkluż tali karatteristiċi li jmissu mar-raba' li tinħarat tal-impriża li permezz ta' deroga mill-Artikolu 43(1) ta' dan ir-Regolament, jistgħu jinkludu karatteristiċi tal-pajsaġġ li mhumiex inklużi fl-erja eliġibbli f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;
(d) strixex ta' lqugħ, inkluż strixex ta' lqugħ koperti minn bwar permanenti, bil-kondizzjoni li dawn huma distinti mill-erja agrikola eliġibbli li tmiss magħhom;
(e) ettari ta' agro-forestrija li jirċievu, jew li rċevew appoġġ skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u/jew l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
(f) strixex ta' ettari eliġibbli tul trufijiet tal-foresti;
(g) erjas b'imsajġar b'rotazzjoni qasira bl-ebda użu ta' fertilizzanti minerali u/jew prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti;
(h) erjas afforestati msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 32(2) ta' dan ir-Regolament;
(i) erjas bi prodotti ta' raba' li jikbru malajr, jew kopertura ekoloġika stabbilita bl-ippjantar u l-ġerminazzjoni ta' żrieragħ, soġġetti għall-applikazzjoni ta' fatturi ta' ppeżar imsemmijin fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu;
(j) erjas bi pjanti li jiffissaw in-nitroġenu;
(k) żoni bil-Miscanthus;
(l) żoni bis-Silphium perfoliatum;
(m) art li titħalla tistrieħ għall-pjanti li jintużaw fil-produzzjoni tal-għasel (l-ispeċijiet li jipproduċu ħafna għabra tad-dakra u nektar).
Għajr iż-żoni tal-impriża msemmijin fil-punti (g), (h), (k) u (l) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, iż-żona b' fokus ekoloġiku għandha tkun tinsab fuq ir-raba' tal-impriża. Fil-każ ta' żoni msemmijin fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, iż-żona b'fokus ekoloġiku tista' wkoll tkun tmiss mar-raba' tal-impriża li l-bidwi ddikjara f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
3. Sabiex tiġi ssimplifikata l-amministrazzjoni u sabiex jitqiesu l-karatteristiċi tat-tipi ta' erjas b'fokus ekoloġiku elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, kif ukoll biex jiġi ffaċilitat il-kejl tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jużaw, meta jikkalkolaw l-ettari totali rrappreżentati mill-erja b'fokus ekoloġiku tal-impriża, jagħmlu użu mill-fatturi ta' konverżjoni u/jew ppeżar li jinsabu fl-Anness X. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jikkunsidra bħala erja b'fokus ekoloġiku l-erja taħt il-punt (i) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jew kwalunkwe erja oħra li hija soġġetta għal ippeżar ta' inqas minn 1, l-użu tal-fatturi ta' ppeżar li jinsabu fl-Anness X għandhom ikunu obbligatorji.
4. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal impriżi:
(a) fejn aktar minn 75 % tar-raba' tintuża għall-produzzjoni ta' ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor, tkun art li titħalla tistrieħ, tiġi użata għall-kultivazzjoni ta' wċuħ tar-raba' legumi, jew tkun soġġetta għal taħlita ta' dawk l-użijiet;
(b) fejn aktar minn 75 % taż-żona agrikola eliġibbli tkun bur permanenti, tintuża għall-produzzjoni ta' ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor jew għall-kultivazzjoni ta' wċuħ tar-raba' taħt l-ilma għal parti sinifikanti tas-sena jew għal parti sinifikanti taċ-ċiklu ta' kultivazzjoni, jew tkun soġġetta għal taħlita ta' dawk l-użijiet.
5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jimplimentaw sa nofs tal-punti perċentwali tal-erjas b'fokus ekoloġiku msemmija fil-paragrafu 1 f'livell reġjonali sabiex jiksbu l-erjas b'fokus ekoloġiku ta' ħdejhom. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-erjas u l-obbligi tal-bdiewa jew gruppi ta' bdiewa li qed jipparteċipaw. L-għan tal-erjas magħżula u l-obbligi għandu jkun li tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima u l-bijodiversità.
6. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu lill-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu qrib li jissodisfaw l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 kollettivament ("implimentazzjoni kollettiva") dment li l-erjas b'fokus ekoloġiku kkonċernati huma kontigwi. Sabiex l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima u l-bijodiversità tiġi msaħħa, l-Istati Membri jistgħu jindikaw l-erjas li fil-każ tagħhom hija possibbli l-implimentazzjoni kollettiva u jistgħu jimponu aktar obbligi fuq bdiewa jew gruppi ta' bdiewa li jipparteċipaw f'tali implimentazzjoni kollettiva.
Kull bidwi li jipparteċipa f'implimentazzjoni kollettiva għandu jiżgura li mill-inqas 50 % tal-erja soġġetta għall-obbligu fil-paragrafu 1 tinsab fl-art tal-impriża tiegħu u hija f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2. In-numru ta' bdiewa li jipparteċipaw f'tali implimentazzjoni kollettiva m'għandux jaqbeż l-għaxra.
7. L-Istati Membri li għandhom aktar minn 50 % tal-erja tas-superfiċje tal-art totali koperta minn foresti jistgħu jiddeċiedu li l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għal impriżi li jinsabu f'erjas indikati minn dawk l-Istati Membri bħala erjas li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali f'konformità mal-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 dment li aktar minn 5 % tal-erja tas-superfiċje tal-art tal-unità msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu hija koperta minn foresta u li l-proporzjon ta' art forestali ma' art agrikola hija aktar minn 3:1.
L-erja koperta minn foresta u l-proporzjon ta' art forestali għal art agrikola għandhom jiġu vvalutati fuq livell ta' erja ekwivalenti għal-livell LAU2 jew fil-livell ta' unità oħra delineata b'mod ċar li tkopri erja agrikola kontigwa ċara u unika li għandha kondizzjonijiet agrikoli simili.
8. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 sal-1 ta' Awwissu 2014, u dwar kwalunkwe deċiżjoni msemmija fil-paragrafi 3, 5, 6 jew 7 sal-1 ta' Awwissu tas-sena li tippreċedi l-applikazzjoni tagħhom.
9. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 70:
(a) li jistipulaw aktar kriterji għat-tipi ta' erjas imsemmijin fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu biex jikkwalifikaw bħala erja b'fokus ekoloġiku;
(b) li jżidu tipi oħrajn ta' erjas differenti minn dawk imsemmijin fil-paragrafu 2 li jistgħu jiġu kkunsidrati sabiex jiġi rrispettat l-perċentwal imsemmi f'dak il-paragrafu;
(c) li l-Anness X jiġi adattat sabiex jiġu stabbiliti l-fatturi ta' konverżjoni u ppeżar imsemmijin fil-paragrafu 3 u sabiex jittieħed kont tal-kriterji u/jew tat-tipi ta' erjas li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni skont il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu;
(d) li jistabbilixxu regoli għall-implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6, inklużi r-rekwiżiti minimi dwar tali implimentazzjoni;
(e) li jwaqqfu qafas li fih l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterji li għandhom jintlaħqu mill-impriżi sabiex ikunu kkunsidrati qrib sewwa ta' xulxin għall-finijiet tal-paragrafu 6;
(f) li jwaqqfu l-metodi għad-determinazzjoni tal-perċentwali ta' erja totali tal-art koperta minn foresta u l-proporzjon ta' art forestali għal art agrikola fil-paragrafu 7.
Artikolu 47
Dispożizzjonijiet finanzjarji
1. Sabiex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi f'dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jużaw 30 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II.
2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-pagament imsemmi f’dan Kapitolu f’livell nazzjonali.
L-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 23, jistgħu jiddeċiedu li japplikaw il-pagament f’livell reġjonali. F'każijiet bħal dawn, huma għandhom jużaw f'kull reġjun sehem mil-limitu massimu skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Għal kull reġjun, dan is-sehem għandu jiġi kkalkulat billi l-limitu massimu reġjonali rispettiv kif stabbilit skont l-Artikolu 23(2) ikun diviż bil-limitu massimu nazzjonali stabbilit f'konformità mal-Artikolu 22(1), wara li jiġi applikat it-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 30 fejn il-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu mhuwiex applikat.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-limiti massimi korrispondenti għall-pagament imsemmi f'dan Kapitolu fuq bażi annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
KAPITOLU 4
Pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali
Artikolu 48
Regoli ġenerali
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagament lill-bdiewa li huma intitolati għal pagament skont l-iskema ta' pagament bażiku jew l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fil-Kapitolu 1 u li l-impriżi tagħhom jinsabu għalkollox jew parzjalment f'erjas b'restrizzjonijiet naturali kklassifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ("pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali").
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali lill-erjas kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1, jew li jirrestrinġu l-pagament li xi wħud minn dawk l-erjasabbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu,għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, tat-tnaqqis progressiv ta' pagamenti skont l-Artikolu 11 u tat-tnaqqis lineari f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dan l-Artikolu, u għall-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 il-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali għandu jingħata fuq bażi annwali għal kull ettaru eleġibbli li jinsab fl-erjas li għalihom Stat Membru ddeċieda li jagħti pagament skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Huwa għandu jingħata mal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament fir-rigwar ta' dawk l-ettari fil-pussess tal-bidwi kkonċernat jew, fi Stati Membri li japplikaw l-Artikolu 36 ta' dan ir-Regolament mad-dikjarazzjoni ta'dawk l-ettari eliġibbli mill-bidwi kkonċernat.
4. Il-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali,għal kull ettaru għandu jkun ikkalkulat billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 49 ikun diviż bin-numru ta' ettari eliġibbli ddikjarati f'konformità mal- Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2)li jinsabu fl-erjas li Stat Membru ddeċieda li jagħtihom pagament f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
L-Istati Membri jistgħu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, jistabbilixxu wkoll numru massimu ta' ettari għal kull impriża li għaliha jista' jingħata appoġġ skont dan il-Kapitolu.
5. L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali f'livell reġjonali skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu dment li huma identifikaw ir-reġjuni kkonċernati skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji u, b'mod partikolari, il-karatteristiċi ta’ restrizzjonijiet naturali tagħhom inkluż is-serverità tar-restrizzjonijiet, u kondizzjonijiet agronomiċi tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jaqsmu l-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 49(1) bejn ir-reġjuni skont kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.
Il-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali f'livell reġjonali għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu reġjonali skont it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu jiġi diviż bin-numru ta' ettari eliġibbli ddikjarati fir-reġjun rispettiv f'konformità mal-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2) li jinsabu fl-erjas li Stat Membru jkun iddeċieda li jagħtihom pagament f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 49
Dispożizzjonijiet finanzjarji
1. Sabiex jiffinanzjaw il-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta' Awwissu 2014, li jużaw sa 5 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din sa dik id-data.
Sal-1 ta' Awwissu 2016, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw mill-ġdid id-deċiżjoni tagħhom u jemendawha b'effett mill-1 ta' Jannar 2017. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni bħal din sal-1 ta' Awwissu 2016.
2. Abbażi tal-perċentwal tal-limitu massimu nazzjonali li għandu jintuża mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiffissaw l-limiti massimi korrispondenti għall-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali fuq bażi annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
KAPITOLU 5
Pagament lill-bdiewa żgħażagħ
Artikolu 50
Regoli ġenerali
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu pagament annwali lill-bdiewa żgħażagħ li huma intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku jew l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fil-Kapitolu 1 ("pagament lill-bdiewa żgħażagħ").
2. Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, 'bdiewa żgħażagħ' tfisser persuni fiżiċi:
(a) li qed jistabbilixxu għall-ewwel darba impriża agrikola bħala kap tal-impriża, jew li diġà stabbilixxew tali impriża fil-ħames snin preċedenti għall-ewwel preżentazzjoni ta' applikazzjoni taħt l-iskema ta’ pagament bażiku jew l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u
(b) li m'għandhomx aktar minn 40 sena fis-sena ta' preżentazzjoni tal-applikazzjoni msemmija fil-punt (a).
3. L-Istati Membri jistgħu jkomplu jiddefinixxu kriterji ta' eliġġibbiltà oġġettivi u nondiskriminatorji għal bdiewa żgħażagħ li qed japplikaw għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ fir-rigward ta' ħiliet u/jew rekwiżiti ta' taħriġ adatti.
4. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, tat-tnaqqis progressiv tal-pagamenti skont l-Artikolu 11 u tat-tnaqqis lineari f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, u għall-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ għandu jingħata kull sena mal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament mill-bidwi jew fi Stati Membri li japplikaw l-Artikolu 36 ta' dan ir-Regolament, mad-dikjarazzjoni ta' ettari eliġibbli mill-bidwi.
5. Il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ għandu jingħata għal kull bidwi għal perijodu ta' ħames snin, li jibda mill-ewwel preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ sakemm dik il-preżentazzjoni sseħħ fi żmien il-ħames snin wara l-istabbiliment imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2. Dak il-perijodu ta' ħames snin għandu japplika wkoll għall-bdiewa li jkunu rċevew il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ fir-rigward ta' talbiet qabel is-sena tat-talba tal-2018.
Permezz ta' deroga mit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, għal dawk il-bdiewa żgħażagħ li stabbilixxew f'konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 2 matul il-perijodu 2010-2013, il-perijodu ta' ħames snin għandu jitnaqqas bin-numru ta' snin li jkunu għaddew bejn l-istabbiliment imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 u l-ewwel preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ.
6. Kull sena, l-Istati Membri li ma japplikawx l-Artikolu 36 għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ billi jimmultiplikaw in-numru ta' drittijiet attivati mill-bidwi f'konformità mal-Artikolu 32(1) b'ċifra li tikkorrispondi għal:
(a) bejn 25 % u 50 % tal-valur medju tad-drittijiet għal pagament bi sjieda jew b'kirja li għandu l-bidwi; jew
(b) bejn 25 % u 50 % ta' ammont ikkalkulat billi perċentwal fiss tal-limitu massimu nazzjonali għas-sena kalendarja 2019, stabbilit fl-Anness II, jiġi diviż bin-numru tal-ettari eliġibbli kollha ddikjarati fl-2015 f'konformità mal-Artikolu 33(1). Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ugwali għas-sehem tal-limitu massimu nazzjonali li għad fadal għall-iskema ta' pagament bażiku f'konformità mal-Artikolu 22(1) għall-2015.
7. L-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 36 għandhom kull sena jikkalkulaw l-ammont tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ billi jimmultiplikaw ċifra li tikkorrispondi għal valur bejn 25 % u 50 % tal-pagament uniku skont iż-żona kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 36 bin-numru ta' ettari eliġibbli li l-bidwi jkun iddikjara f'konformità mal-Artikolu 36(2).
8. Permezz ta' deroga mill-paragrafi 6 u 7 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jikkalkulaw kull sena l-ammont tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ billi jimmultiplikaw ċifra li tikkorrispondi għal valur bejn 25 % u 50 % tal-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru bin-numru ta' drittijiet li l-bidwi jkun attiva f'konformità mal-Artikolu 32(1), jew bin-numru ta' ettari eliġibbli li l-bidwi jkun iddikjara f'konformità mal-Artikolu 36(2).
Il-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru għandu jiġi kkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali għas-sena kalendarja 2019, stabbilit fl-Anness II, jiġi diviż bin-numru ta' ettari eliġibbli ddikjarati fl-2015 f'konformità mal-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2).
9. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limitu massimu uniku applikabbli għan-numru ta' drittijiet għall-pagament attivati mill-bidwi jew in-numru ta' ettari eliġibbli ddikjarati mill-bidwi. Dak il-limitu m'għanduxikun inqas minn 25 jew iktar minn 90. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw dak il-limitu meta japplikaw il-paragrafi 6, 7 u 8.
10. Minflok japplikaw il-paragrafi 6 sa 9, l-Istati Membri jistgħu jallokaw ammont f'daqqa annwali għal kull bidwi kkalkulat billi n-numru fiss ta' ettari jiġi mmultiplikat b'ċifra li tikkorrispondi għal valur bejn 25 % u 50 % tal-pagament medju annwali għal kull ettaru, kif stabbilit f'konformità mal-paragrafu 8.
In-numru fiss ta' ettari msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi kkalkulat billi n-numru totali ta' ettari eliġibbli ddikjarat skont l-Artikolu 33(1) jew, l-Artikolu 36(2) mill-bdiew żgħażagħ li japplikaw għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ fl-2015, jiġi diviż bin-numru totali ta' bdiewa żgħażagħ li japplikaw għal dak il-pagament fl-2015.
Stat Membri jista' jikkalkula mill-ġdid in-numru fiss ta' ettari f'kull sena wara l-2015 f'każ ta' bidliet sinifikanti fin-numru ta' bdiewa żgħażagħ li japplikaw għall-pagament jew fid-daqs tal-impriżi tal-bdiewa żgħażagħ, jew it-tnejn.
L-ammont f'daqqa annwali li bidwi jista' jingħata ma għandux jaqbeż l-ammont totali tal-pagament bażiku tiegħu qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fis-sena partikolari.
11 Sabiex jiġi garantit il-ħarsien tad-drittijiet tal-benefiċjarji u biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni fosthom, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 dwar il-kondizzjonijiet li skonthom persuna ġuridika tista' tiġi kkunsidrata li hija eliġibbli biex tirċievi l-pagament għall-bdiewa żgħażagħ.
Artikolu 51
Dispożizzjonijiet finanzjarji
1. Biex jiffinanzjaw il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ, l-Istati Membri għandhom jużaw perċentwal, li m'għandux ikun ogħla minn 2 %, tal-limitu massimu nazzjonali annwali stipulat fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ Awwissu 2014, bl-istima tal-perċentwal meħtieġ biex jiffinanzjaw dak il-pagament.
Sal-1 ta’ Awwissu ta’ kull sena, l-Istati Membri jistgħu jirrevedu l-istima tal-perċentwal tagħhom b’effett mis-sena sussegwenti. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-perċentwal rivedut sal-1 ta' Awwissu tas-sena preċedenti l-applikazzjoni tiegħu.
2. Mingħajr preġudizzju għall-massimu ta’ 2 % stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fejn l-ammont totali tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ li jkun hemm applikazzjoni għalih fi Stat Membru f'sena partikolari jaqbeż il-limitu massimu skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, u fejn dak il-limitu massimu huwa inqas minn dak il-massimu, l-Istati Membri għandhom jiffinanzjaw id-differenza billi japplikaw il-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(7) fis-sena rilevanti, billi japplikaw tnaqqis lineari għall-pagamenti kollha li jkunu ser jingħataw lill-bdiewa kollha skont l-Artikolu 32 jew mal-Artikolu 36(2), jew permezz taż-żewġ mezzi.
3. Fejn l-ammont totali tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ li jkun hemm applikazzjoni għalih fi Stat Membru f'sena partikolari jaqbeż il-limitu massimu skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, u fejn dak il-limitu massimu jammonta għal 2 % tal-limitu massimu annwali stipulat fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari għall-ammonti li għandhom jitħallsu skont l-Artikolu 50 biex ikunu konformi ma' dak il-limitu massimu.
4. Fuq il-bażi tal-perċentwal notifikat mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw il-limiti massimi korrispondenti għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ fuq bażi annwali.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
TITOLU IV
GĦAJNUNA AKKOPPJATA
KAPITOLU 1
Appoġġ akkoppjat volontarju
Artikolu 52
Regoli ġenerali
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lill-bdiewa skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu (f'dan il-Kapitolu msejjaħ "appoġġ akkoppjat").
2. L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata lis-setturi u l-produzzjonijiet li ġejjin ta’: ċereali, żrieragħ taż-żjut, uċuħ tar-raba’ li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, kittien, ross, ġewż, patata b’karboidrati, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex u msajġar b’rotazzjoni qasira.
3. L-appoġġ akkoppjat jista' jingħata biss lil dawk is-setturi jew lil dawk ir-reġjuni ta' Stat Membru fejn tipi speċifiċi ta' biedja jew setturi agrikoli speċifiċi li huma partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali jew ambjentali jgħaddu minn ċerti diffikultajiet.
4. B’deroga mill-paragrafu 3, l-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata wkoll lill-bdiewa li:
(a) fil-31 ta’ Diċembru 2014, ikollhom drittijiet għall-pagament mogħtija skont is-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III u l-Artikolu 71m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u skont l-Artikolu 60 u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009; u
(b) ma għandhomx ettari eliġibbli biex ikunu attivati d-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta' pagament bażiku kif imsemmi fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament.
▼M9 —————
6. L-appoġġ akkoppjat huwa skema li tillimita l-produzzjoni li għandha tieħu l-forma ta' pagament annwali ibbażat fuq żoni u rendimenti fissi jew fuq numru fiss ta' annimali u għandu jirrispetta l-limiti massimi finanzjarji li għandhom jiġu determinati mill-Istati Membri għal kull miżura u nnotifikati lill-Kummissjoni.
7. Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-limiti msemmijin fil-paragrafu 6 fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi komparabbli ma' dawk ta' bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta' kap ta' impriża, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-tassazzjoni, bil-kondizzjoni li huma jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.
8. Kull appoġġ akkoppjat mogħti skont dan l-Artikolu għandu jkun konsistenti ma' miżuri u politiki oħra tal-Unjoni.
9. Biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-fondi tal-Unjoni u biex jiġi evitat finanzjament doppju taħt strumenti ta' appoġġ simili, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 70 li jistipulaw:
(a) il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' appoġġ akkoppjat;
(b) regoli dwar konsistenza ma' miżuri oħra tal-Unjoni u dwar l-akkumulazzjoni tal-appoġġ.
10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 70 li jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward ta' miżuri sabiex jiġi evitat li l-benefiċjarji ta' appoġġ akkoppjat volontarju jsofru minn żbilanċi strutturali tas-suq f'settur. Dawk l-atti delegati jistgħu jippermettu lill-Istati Membru jiddeċiedu li tali appoġġ jista' jkompli jitħallas sal-2020 fuq il-bażi tal-unitajiet tal-produzzjoni li għalihom ingħata appoġġ akkoppjat volontarju f'perijodu ta' referenza fl-imgħoddi.
Artikolu 53
Dispożizzjonijiet finanzjarji
1. Sabiex jiffinanzjaw l-għajnuna akkoppjata, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-ewwel sena ta' implimentazzjoni ta' tali appoġġ, li jużaw sa 8 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw sa 13 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stipulat fl-Anness II, bil-kondizzjoni li:
(a) sal-31 ta' Diċembru 2014:
(i) ikunu japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja kif stipulat fit-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,
(ii) ikunu jiffinanzjaw miżuri skont l-Artikolu 111 ta' dak ir-Regolament, jew
(iii) ikunu jkopru mid-deroga prevista fl-Artikolu 69(5), jew fil-każ ta' Malta, fl-Artikolu 69(1) ta' dak ir-Regolament; u/jew
(b) ikunu jallokaw, matul tal-inqas sena waħda matul il-perijodu 2010-2014, aktar minn 5 % tal-ammont disponibbli tagħhom għall-għoti ta' pagamenti diretti previsti fit-Titolu III, fit-Titolu IV, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6 tal-Kapitolu 1 tiegħu, u t-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-finanzjament:
(i) tal-miżuri stipulati fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,
(ii) tal-appoġġ previst fis-subpunti (i) sa (iv) tal-punt (a) u fil-punti (b) u (e) tal-Artikolu 68(1) ta' dak ir-Regolament, jew
(iii) tal-miżuri skont il-Kapitolu 1, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6, tat-Titolu IV ta' dak ir-Regolament.
3. Il-perċentwali tal-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fil-paragrafi 1 u 2 jista’ jiżdied sa żewġ punti perċentwali għal dawk l-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw mill-inqas 2 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stipulat fl-Anness II biex jappoġġaw il-produzzjoni ta' uċuħ tal-proteina skont dan il-Kapitolu.
4. B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri li jallokaw b'totali, matul tal-inqas sena waħda matul il-perijodu 2010- 2014, aktar minn 10 % tal-ammont disponibbli tagħhom għall-għoti ta' pagamenti diretti previsti fit-Titolu III, fit-Titolu IV, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6 tal-Kapitolu 1 tiegħu, u t-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-finanzjament:
(a) tal-miżuri stipulati fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament Nru 73/2009;
(b) tal-appoġġ previst fis-subpunti (i) sa (iv) tal-punt (a) u fil-punti (b) u (e) tal-Artikolu 68(1) ta' dak ir-Regolament; jew
(c) tal-miżuri skont il-Kapitolu 1, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6, tat-Titolu IV ta' dak ir-Regolament
jistgħu jiddeċiedu li jużaw aktar minn 13 % tal-limitu massimu annwali stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament, bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 55 ta' dan ir-Regolament.
5. Permezz ta' deroga mill-perċentwali stipulati fil-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw sa EUR 3 miljuni kull sena għall-finanzjament tal-appoġġ akkoppjat.
6. L-Istati Membri jistgħu, sal-1 ta' Awwissu ta' kwalunkwe sena partikolari, jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom skont dan il-Kapitolu u, b'effett mis-sena sussegwenti, jiddeċiedu:
(a) li jżommu kif inhu, iżidu jew inaqqsu l-perċentwal stabbilit skont il-paragrafi 1, 2 u 3, fil-limiti stabbiliti hemmhekk fejn japplika, jew biex iżommu kif inhu jew inaqqsu l-perċentwal stabbilit skont il-paragrafu 4;
(b) li jimmodifikaw il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ akkoppjat;
(c) li jieqfu jagħtu l-appoġġ taħt dan il-Kapitolu.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tali deċiżjoni sad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu.
7. Abbażi tad-deċiżjoni meħuda minn kull Stat Membru skont il-paragrafi 1 sa 6 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw il-limiti massimi korrispondenti għall-appoġġ akkoppjat fuq bażi annwali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
Artikolu 54
Notifika
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 53 sad-dati msemmija f’dak Artikolu. Ħlief għad-deċiżjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 53(6), in-notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar ir-reġjuni mmirati, it-tipi ta’ biedja jew setturi magħżulin u l-livell ta’ appoġġ li għandu jingħata.
2. Id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 53(2) u (4), jew, fejn ikun jixraq, fil-punt (a) tal-Artikolu 53(6), għandhom jinkludu deskrizzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni partikolari fir-reġjun immirat u tal-karatteristiċi partikolari tat-tipi ta' biedja jew tas-setturi agrikoli speċifiċi, li jagħmlu l-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 53(1) insuffiċjenti biex jindirizzaw id-diffikultajiet imsemmija fl-Artikolu 52(3) u li jiġġustifikaw livell ogħla ta' appoġġ.
Artikolu 55
Approvazzjoni mill-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 71(2) jew (3), tapprova d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 53(4), jew, fejn huwa xieraq, fil-punt (a) tal-Artikolu 53(6), meta tintwera waħda mill-ħtiġijiet li ġejjin fis-settur jew fir-reġjun ikkonċernat:
(a) il-ħtieġa li jinżamm ċertu livell ta' produzzjoni speċifika minħabba n-nuqqas ta' alternattivi u biex jitnaqqas ir-riskju li l-produzzjoni tkun abbandunata bil-problemi soċjali u/jew ambjentali li jirriżultaw;
(b) il-ħtieġa li tkun ipprovduta provvista stabbli lill-industrija lokali tal-ipproċessar, b'hekk tkun evitata l-konsegwenza soċjali u ekonomika negattiva ta' kull ristrutturar li jiġi wara;
(c) il-ħtieġa li jkun hemm kumpens għall-iżvantaġġi li jolqtu lill-bdiewa f'settur partikolari li jkunu l-konsegwenza ta' taqlib kontinwu fis-suq relatat;
(d) il-ħtieġa tal-intervent fejn l-eżistenza ta' kull appoġġ ieħor disponibbli skont dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew skont kull skema approvata ta' għajnuna mill-Istat titqies li hija insuffiċjenti biex tilqa' għall-ħtiġijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-proċedura tal-valutazzjoni u l-approvazzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
KAPITOLU 2
Pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton
Artikolu 56
Kamp ta' applikazzjoni
L-għajnuna għandha tingħata lill-bdiewa li jipproduċu l-qoton li jaqa' taħt il-kodiċi NM 5201 00 skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu ("pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton").
Artikolu 57
Eliġibbiltà
1. Il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton għandu jingħata għal kull ettaru ta' erja eliġibbli ta' qoton. L-erja għandha tkun eliġibbli biss jekk tkun tinsab fuq art agrikola awtorizzata mill-Istat Membru għall-produzzjoni tal-qoton, tinżera’ b'varjetajiet awtorizzati mill-Istat Membru u fil-fatt tinħasad skont kondizzjonijiet normali ta’ tkabbir.
Il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton għandu jitħallas għal qoton ta' kwalità tajba, ġusta u kummerċjali.
2. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-art u l-varjetajiet imsemmija fil-paragrafu 1 skont ir-regoli u l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu adottati skont il-paragrafu 3.
3. Sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 dwar regoli u kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' art u ta' varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' art u ta' varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton u dwar in-notifiki għall-produtturi relatati ma' din l-awtorizzazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
Artikolu 58
Erjas bażi, rendimenti fissi u ammonti ta' referenza
1. Huma stabbiliti l-erjas bażi nazzjonali li ġejjin:
— Il-Bulgarija: 3 342 ha,
— Il-Greċja: 250 000 ha,
— Spanja: 48 000 ha,
— Il-Portugall: 360 ha.
2. Huma stabbiliti r-rendimenti fissi li ġejjin fil-perijodu ta' referenza:
— Il-Bulgarija: 1,2 tunnellata/ha,
— Il-Greċja: 3,2 tunnellata/ha,
— Spanja: 3,5 tunnellata/ha,
— Il-Portugall: 2,2 tunnellata/ha.
3. L-ammont tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għal kull ettaru ta' erja eliġibbli għandu jkun ikkalkulat billi r-rendimenti stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu mmultiplikati bl-ammonti ta' referenza li ġejjin:
— Il-Bulgarija: EUR 584,88 fl-2015; u EUR 649,45 għall-2016 u wara,
— Il-Greċja: EUR 234,18,
— Spanja: EUR 362,15,
— Il-Portugall: EUR 228,00.
4. Jekk l-erja eliġibbli ta' qoton fi Stat Membru partikolari u f'sena partikolari taqbeż l-erja bażi stabbilita fil-paragrafu 1, l-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 għal dak l-Istat Membru għandu jitnaqqas proporzjonalment mar-rendiment żejjed tal-erja bażi.
5. Sabiex ikun possibbli li jiġi applikat il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 70 dwar regoli dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' dak il-pagament, dwar ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà u dwar prattiki agronomiċi.
6. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-kalkolu tat-tnaqqis previst fil-paragrafu 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
Artikolu 59
Organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati
1. Għall-fini ta' dan il-Kapitolu, "organizzazzjoni interprofessjonali approvata" tfisser entità legali magħmula minn bdiewa li jipproduċu l-qoton u li jkollhom tal-anqas magna waħda li tissepara l-qoton minn maż-żerriegħa (‘ginner’), li jwettqu attivitajiet bħal:
(a) jgħinu biex ikun ikkoordinat aħjar il-mod kif il-qoton jitqiegħed fis-suq, partikolarment permezz ta' studji ta' riċerka u stħarriġ tas-suq;
(b) it-tfassil ta' forom standard ta' kuntratti kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;
(c) jorjentaw il-produzzjoni lejn prodotti li jkunu aktar adatti għall-ħtiġijiet tas-suq u għad-domanda tal-konsumatur, partikolarment fir-rigward tal-kwalità u l-protezzjoni tal-konsumatur;
(d) jaġġornaw metodi u mezzi biex titjieb il-kwalità tal-prodott;
(e) jiżviluppaw strateġiji ta' kummerċjalizzazzjoni għall-promozzjoni tal-qoton permezz ta' skemi ta' ċertifikazzjoni tal-kwalità.
2. L-Istat Membru fejn il-‘ginners’ ikunu stabbiliti għandu japprova organizzazzjonijiet interprofessjonali li jissodisfaw il-kriterji li għandhom ikunu stabbiliti skont il-paragrafu 3.
3. Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni effiċjenti tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 li jistipulaw:
(a) kriterji għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali;
(b) obbligi għall-produtturi;
(c) regoli li jirregolaw is-sitwazzjoni fejn l-organizzazzjoni interprofessjonali approvata ma tissodisfax il-kriterji msemmija fil-punt (a).
Artikolu 60
Għoti tal-pagament
1. Il-bdiewa għandhom jingħataw il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton għal kull ettaru eliġibbli kif stabbilit fl-Artikolu 58.
2. Fil-każ ta' bdiewa li jkunu membri ta' organizzazzjoni interprofessjonali approvata, il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton għal kull ettaru eliġibbli fl-erja bażi stabbilita fl-Artikolu 58(1) għandu jiżdied b'ammont ta' EUR 2.
TITOLU V
SKEMA GĦALL-BDIEWA ŻGĦAR
Artikolu 61
Regoli ġenerali
1. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skema għal bdiewa żgħażagħ f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati f'dan it-Titolu ("skema għal bdiewa żgħar").
Il-bdiewa li, fl-2015, għandhom drittijiet għall-pagament bi sjieda jew b'kirja jew, fi Stati Membri li japplikaw l-Artikolu 36, li jitolbu għal skema ta' pagament uniku skont l-erja, u li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi previsti fl-Artikolu 10(1) jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw fl-iskema għal bdiewa żgħar.
2. Il-pagamenti taħt l-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jissostitwixxu l-pagamenti diretti li għandhom jingħataw skont it-Titoli III u IV.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn Stat Membru jagħżel il-metodu ta' pagament stabbilit fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2). F'dak il-każ, il-pagament għandu jkun soġġett għall-kondizzjonijiet rispettiivi stabbiliti fit-Titoli III u IV, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
3. Il-bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom ikunu eżentati mill-prattiki agrikoli previsti fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III.
4. Ma għandu jingħata l-ebda vantaġġ previst taħt dan it-Titolu favur bdiewa, li fir-rigward tagħhom jiġi stabbilit li huma ħolqu artifiċjalment, wara t-18 ta' Ottubru 2011, il-kondizzjonijiet biex jibbenefikaw mill-iskema għall-bdiewa żgħar.
Artikolu 62
Parteċipazzjoni
1. Il-bdiewa li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jippreżentaw applikazzjoni sa data li għandha tiġi ffissata mill-Istati Membri li m'għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta' Ottubru 2015. Id-data ffissata mill-Istati Membri ma tistax, madankollu, tkun qabel l-aħħar jum għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni taħt l-iskema ta' pagament bażiku jew l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja.
Il-bdiewa li ma jkunux applikaw biex jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar sad-data ffissata mill-Istat Membru, li jiddeċiedu li jirtiraw minnha wara dik id-data jew li ntgħażlu għall-appoġġ skont il-punt (c) tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, m'għandhomx jibqgħu intitolati li jipparteċipaw f'dik l-iskema.
2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-bdiewa li l-ammont tagħhom ta' pagamenti diretti taħt it-Titoli III u IV huwa iktar baxx mill-ammont massimu ffissat mill-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 63, jiġu inklużi awtomatikament fl-iskema ta' bdiewa żgħar, sakemm huma ma jirtirawx minnha sad-data ffissata mill-Istat Membru skont il-paragrafu 1 jew fi kwalunkwe sena sussegwenti oħra. L-Istati Membri li jużaw din il-possibbiltà għandhom jinformaw lill-bdiewa rilevanti fi żmien debitu dwar id-dritt tagħhom li jirtiraw mill-iskema.
3. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-istima tal-ammont tal-pagament imsemmi fl-Artikolu 63 tiġi mgħarrfa lill-bdiewa fi żmien debitu qabel id-data għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni jew għall-irtirar iffissata minn dak l-Istat Membru.
Artikolu 63
Ammont tal-pagament
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont tal-pagament annwali għal kull bidwi li jipparteċipa fl-iskema għall-bdiewa żgħar f’wieħed mil-livelli li ġejjin:
(a) ammont li ma jkunx aktar minn 25 % tal-pagament medju nazzjonali għal kull benefiċjarju, li għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u tan-numru ta’ bdiewa li jkunu iddikjaraw l-ettari eliġibbli skont l-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2) fl-2015;
(b) ammont li jkun jikkorrispondi għall-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru mmultiplikat b’ċifra li tikkorrispondi għal numru ta’ ettari li ma jaqbiżx ħamsa, li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri. Il-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u tan-numru ta’ ettari eliġibbli ddikjarat skont l-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2) fl-2015.
L-ammonti msemmija fil-paragrafi (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu inqas minn EUR 500 u m'għandhomx ikunu ogħla minn EUR 1 250 .
Fejn l-applikazzjoni tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tirriżulta f’ammont anqas minn EUR 500 jew ogħla minn EUR 1 250 , l-ammont għandu jiżdied jew jitnaqqas għall-eqreb numru sħiħ, rispettivament, għal dak l-ammont minimu jew massimu.
2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, lStat Membru jista' jiddeċiedi li jagħti lill-bdiewa parteċipanti:
►C1 (a) ammont ugwali għall-valur totali tal-pagamenti diretti li għandhom jiġu allokati ◄ lill-bidwi kull sena taħt it-Titoli III u IV; jew
►C1 (b) ammont ugwali għall-valur totali tal-pagamenti diretti li għandhom jiġu allokati ◄ lill-bidwi fl-2014 taħt it-Titoli III u IV, li l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw fi snin sussegwenti biex jittieħed kont b'mod proporzjonali tal-bidliet fil-limiti massimi nazzjonali stabbiliti fl-Anness II.
L-ammont imsemmi fil-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu m'għandux ikun ogħla minn ammont iffissat minn dak l-Istat Membru li għandu jkun bejn EUR 500 u EUR 1 250 .
Fejn l-applikazzjoni tal-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu tirriżulta f'ammont aktar baxx minn EUR 500, ll-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li jżid dan l-ammont għal EUR 500.
3. B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, f'Ċipru, il-Kroazja, Malta u s-Slovenja, l-ammont imsemmi f'dawk il-paragrafi jista' jiġi stabbilit għal valur aktar baxx minn EUR 500, iżda ta' mhux inqas minn EUR 200 jew, fil-każ ta' Malta, ta' mhux inqas minn EUR 50.
Artikolu 64
Kondizzjonijiet Speċjali
1. Matul il-parteċipazzjoni fl-iskema għall-bdiewa żgħar, il-bdiewa għandhom:
(a) iżommu tal-inqas numru ta' ettari eliġibbli li jkunu jikkorrispondu man-numru ta' drittijiet għal pagament bi sjieda jew b'kirja miżmumin, jew man-numru ta' ettari eliġibbli ddikjarati fl-2015 skont l-Artikolu 36(2);
(b) jissodisfaw ir-rekwiżit minimu previst fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1).
2. Id-drittijiet għall-pagament attivati fl-2015 skont l-Artikoli 32 u 33 minn bidwi li jipparteċipa fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jitqiesu li huma drittijiet attivati għat-tul ta' żmien tal-parteċipazzjoni tal-bidwi f'dik l-iskema.
Id-drittijiet għall-pagament bi sjieda jew b'kirja miżmumin mill-bidwi matul il-parteċipazzjoni f'dik l-iskema ma għandhomx jitqiesu bħala drittijiet għall-pagament mhux użati li għandhom jintraddu lura fir-riżerva nazzjonali jew fir-riżervi reġjonali skont il-punt (b) tal-Artikolu 31(1).
Fl-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 36, l-ettari eliġibbli ddikjarati fl-2015 skont l-Artikolu 36(2) minn bidwi li jipparteċipa fl-iskema ta' bdiewa żgħar għandhom jiġu kkunsidrati li huma ddikjarati għad-durata tal-parteċipazzjoni tal-bidwi f'dik l-iskema.
3. B’deroga għall-Artikolu 34, id-drittijiet għall-pagament miżmumin minn bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar ma għandhomx ikunu trasferibbli, ħlief fil-każ ta’ wirt jew wirt antiċipat.
Bdiewa li b’wirt jew b’wirt antiċipat jirċievu drittijiet għall-pagament mingħand bidwi li jipparteċipa fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandu jkun eliġibbli li jipparteċipaw f’dik l-iskema dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti biex jibbenefikaw mill-iskema ta’ pagament bażiku u jekk jirtu d-drittijiet għall-pagament kollha li kienu miżmuma mill-bidwi li jirċievu d-drittijiet għall-pagamenti mingħandu.
4. Fejn Stat Membru jagħżel il-metodu ta' pagament stabbilit fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2) mingħajr ma jiġi applikat it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 63(2), il-paragrafi 1 u 2, kif ukoll l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw.
5. Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 70 li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fl-iskema fejn is-sitwazzjoni tal-bidwi parteċipanti tkun inbidlet.
Artikolu 65
Dispożizzjonijiet finanzjarji
1. Sabiex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi f'dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu mill-ammonti totali disponibbli għall-pagamenti rispettivi, l-ammonti li jkunu intitolati għalihom il-bdiewa żgħar:
(a) skont l-iskema ta' pagament bażiku jew l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III;
(b) bħala pagament ridistributtiv imsemmi fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III;
(c) bħala pagament għall-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmi fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III;
(d) bħala pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali msemmi fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III;
(e) bħala pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmi fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III; u
(f) bħala appoġġ akkoppjat imsemmi fit-Titolu IV.
Fil-każ ta' Stati Membri li għażlu li jikkalkulaw l-ammont tal-pagament skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2), fejn it-total ta' dawk l-ammonti għal bidwi individwali jaqbeż l-ammont massimu li huma ffissaw, kull ammont għandu jitnaqqas b'mod proporzjonali.
2. Id-differenza bejn it-totali tal-pagamenti kollha dovuti skont l-iskema għall-bdiewa żgħar u l-ammont totali ffinanzjat f'konformità mal- paragrafu 1 għandha tiġi ffinanzjata b'wieħed jew aktar minn dawn il-modi:
(a) bl-applikazzjoni tal-Artikolu 30(7) fis-sena rilevanti;
(b) bl-użu ta' fondi għall-finanzjament tal-pagament għal bdiewa żgħar stipulat fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III li jibqgħu ma jintużawx fis-sena rilevanti;
(c) bl-applikazzjoni ta' tnaqqis lineari għall-pagamenti kollha li jingħataw f'konformità mal-Artikolu 32 jew 36.
3. Ħlief fejn Stat Membru jkun għażel li jistabbilixxi l-ammont tal-pagament annwali skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2), l-elementi li abbażi tagħhom huma stabbiliti l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jibqgħu l-istess għat-tul ta' żmien kollu tal-parteċipazzjoni tal-bidwi fl-iskema ta' bdiewa żgħar.
4. Jekk l-ammont totali tal-pagamenti dovuti skont l-iskema għall-bdiewa żgħar jaqbeż l-10 % tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari għall-ammonti li għandhom jitħallsu skont dan it-Titolu sabiex jiġi rispettat dak il-perċentwal, sakemm huma ma jkunux stabbilixxew l-ammont tal-pagament f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2) mingħajr ma jiġi applikat it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 63(2).
L-istess eċċezzjoni tapplika għall-Istati Membri li stabbilew l-ammont tal-pagament f'konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2) mingħajr l-applikazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 63(2), li l-limitu massimu nazzjonali tiegħu stipulat fl-Anness II għas-sena 2019 huwa ogħla minn dak għas-sena 2015 u li japplikaw il-metodu ta' kalkolu stipulat fl-Artikolu 25(1) jew,fl-Artikolu 36(2).
TITOLU VI
PROGRAMMI NAZZJONALI TA' RISTRUTTURAZZJONI GĦAS-SETTUR TAL-QOTON
Artikolu 66
Użu tal-baġit annwali għall-programmi ta' ristrutturar
1. Għall-Istati Membri li applikaw l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008, il-baġit annwali rilevanti disponibbli skont l-Artikolu 5(1) ta' dak ir-Regolament għandu jkun ittrasferit b'effett mill-1 ta' Jannar 2014 u għandu jikkostitwixxi fondi addizzjonali tal-Unjoni għal miżuri skont programmar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013
2. Għall-Istati Membri li applikaw it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008, il-baġit annwali rilevanti disponibbli skont l-Artikolu 5(1) ta' dak ir-Regolament għandu jiġi inkluż b'effett mill-1 ta' Jannar 2017 fil-limiti massimi nazzjonali tagħhom kif stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
TITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
KAPITOLU 1
Notifiki u emerġenza
Artikolu 67
Rekwiżiti ta’ notifika
1. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70, dwar il-miżuri meħtieġa fir-rigward tan-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għall-finijiet ta' dan ir-Regolament,għall-fini ta' verifika, kontroll, monitoraġġ, evalwazzjoni u verifika ta' pagamenti diretti jew għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali li ġew konklużi b'Deċiżjoni tal-Kunsill, inklużi rekwiżiti ta' notifika skont dawk il-ftehimiet. Waqt li tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtiġijiet tad-data u s-sinerġiji bejn is-sors potenzjali tad-data.
Fejn adatt, l-informazzjoni miksuba tista' tkun trasmessa jew issir disponibbli għal organizzazzjonijiet internazzjonali u għall-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, u tista' ssir pubblika, suġġetta għall-protezzjoni ta' data personali u tal-interess leġittimu ta' impriżi għall-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.
2. Sabiex in-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 isiru malajr, b'mod effiċjenti, preċiż u kosteffettiv, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 li jistabbilixxu aktar regoli dwar:
(a) in-natura u t-tip tal-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata; (b)
(b) il-kategoriji ta' data li għandha tiġi pproċessata u l-perijodi massimi ta' żamma;
(c) drittijiet tal-aċċess għall-informazzjoni jew għal sistemi ta' informazzjoni magħmulin disponibbli;
(d) il-kondizzjonijiet tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw:
(a) il-metodi ta' notifika;
(b) regoli dwar il-forniment tal-informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu;
(c) għal kull pagament dirett nazzjonali komplementari, l-għadd ta' benefiċjarji, l- arranġamenti għall-immaniġġjar tal-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata, kif ukoll regoli dwar kontenut, forma, waqt, frekwenza u skadenzi tan-notifiki;
(d) arranġamenti għat-trasmissjoni ta' informazzjoni u dokumenti jew biex informazzjoni jew dokumenti jkunu disponibbli għall-Istati Membri, organizzazzjonijiet internazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi, jew lill-pubbliku, suġġetti għall-protezzjoni ta' data personali u tal-interess leġittimu ta' bdiewa u impriżi għall-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
Artikolu 68
Ipproċessar u protezzjoni tad-data personali
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiġbru data personali għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 67(1). Huma m'għandhomx jipproċessaw din id-data b'mod li ma jkunx kompatibbli ma' dawk il-finijiet.
2. Fejn data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 67(1), din għandha tkun anonima u tiġi pproċessata biss f'forma aggregata.
3. Id-data personali għandha tiġi pproċessata f'konfomrità mad-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. B'mod partikolari, tali data m'għandhiex tinħażen f'forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal perijodu ta' żmien itwal milli meħtieġ għall-finijiet li għalihom inġabret jew qed tiġi pproċessata, b'kont meħud tal-perijodi minimi ta' żamma stabbiliti fid-dritt nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli.
4. L-Istati Membri għandhom jinformaw lis-suġġetti tad-data li d-data personali tagħhom tista' tiġi pproċessata minn korpi nazzjonali jew tal-Unjoni f'konformità mal-paragrafu 1, u li, f'dan ir-rigward, huma jgawdu mid-drittijiet stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, rispettivament.
5. Dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għall-Artikoli 111 sa 114 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013
Artikolu 69
Miżuri għas-soluzzjoni ta' problemi speċifiċi
1. Sabiex jiġu riżolti problemi speċifiċi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jkunu kemm meħtieġa kif ukoll ġustifikabbli f’emerġenza. Atti ta' implimentazzjoni bħal dawn jistgħu jidderogaw minn dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda sal-punt u għal dak il-perjodu, li fih ikunu strettament meħtieġa. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
2. Fejn raġunijiet ta' urġenza ġustifikati kif adatt, jeħtieġu hekk, u sabiex jiġu riżolti tali problemi speċifiċi filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità tas-sistema ta' pagamenti diretti fil-każ ta' ċirkostanzi partikolari, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 71(3).
3. Miżuri adottati skontt il-paragrafi 1 jew 2 għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perijodu ta' mhux aktar minn tnax-il xahar. Jekk wara dan il-perijodu l-problemi speċifiċi msemmijin f'dawk il-paragrafi jippersistu, il-Kummissjoni, sabiex tistabbilixxi soluzzjoni permanenti, tista' tippreżenta proposta leġislattiva adatta.
4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 1 jew 2 fi żmien jumejn ta' ħidma tal-adozzjoni tagħha.
KAPITOLU 2
Delegi ta’ setgħat u dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni
Artikolu 70
L-eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa li jkunu adottati l-atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 35, l-Artikolu 36(6), l-Artikolu 39(3), l-Artikolu 43(12), l-Artikolu 44(5), l-Artikolu 45(5) u (6), l-Artikolu 46(9), l-Artikolu 50(11), l-Artikolu 52(9) u (10), l-Artikolu 57(3), l-Artikolu 58(5), l-Artikolu 59(3), l-Artikolu 64(5), l-Artikolu 67(1) u (2) u l-Artikolu 73 tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' seba' snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 35, l-Artikolu 36(6), l-Artikolu 39(3), l-Artikolu 43(12), l-Artikolu 44(5), l-Artikolu 45(5) u (6), l-Artikolu 46(9), l-Artikolu 50(11), l-Artikolu 52(9) u (10), l-Artikolu 57(3), l-Artikolu 58(5), l-Artikolu 59(3), l-Artikolu 64(5), l-Artikolu 67(1) u (2) u l-Artikolu 73 tista' tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 35, l-Artikolu 36(6), l-Artikolu 39(3), l-Artikolu 43(12), l-Artikolu 44(5), l-Artikolu 45(5) u (6), l-Artikolu 46(9), l-Artikolu 50(11), l-Artikolu 52(9) u (10), l-Artikolu 57(3), l-Artikolu 58(5), l-Artikolu 59(3), l-Artikolu 64(5), l-Artikolu 67(1) u (2) u l-Artikolu 73 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 71
Proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat imsejjaħ il-"Kumitat għall-Pagamenti Diretti". Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Fil-każ ta' atti msemmija fl-Artikoli 24(11), l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 67(3), fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.
KAPITOLU 3
Dispożizzjonijiet transizzjonali u finali
Artikolu 72
Tħassir
1. Ir-Regolament (KE) Nru 637/2008 qed jiġi mħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2014.
Madankollu, huwa għandu jkompli japplika sal-31 ta' Diċembru 2017 fir-rigward tal-Istati Membri li eżerċitaw l-għażla stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament.
2. Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 huwa mħassar.
Madankollu, dan għandu jkompli japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbuta mas-snin ta’ talba li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2015.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness XI ta' dan ir-Regolament.
3. Ir-referenzi magħmulin f’dan ir-Regolament għar-Regolamenti (KE) Nru 73/2009 u (KE) Nru 1782/2003 għandhom jinftiehmu bħala li qed isiru għal dawk ir-Regolamenti hekk kif kienu fis-seħħ qabel ir-revoka tagħhom.
Artikolu 73
Regoli transitorji
Biex tkun żgurata transizzjoni mingħajr diffikultajiet mill-arranġamenti pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 dwar il-miżuri meħtieġa biex ikun protett kwalunkwe dritt miksub u l-aspettattivi leġittimi tal-bdiewa.
Artikolu 74
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Madankollu, l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(6), l-Artikolu 11(6), l-Artikolu 14, l-Artikolu 16, l-Artikolu 21(2) u (3), l-Artikolu 22(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1), l-Artikolu 23(6), l-Artikolu 24(10), l-Artikolu 29, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 36(1), l-Artikolu 41(1), l-Artikolu 42(1), l-Artikolu 43(8) u (13), il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 45(2), l-Artikolu 46(2) u (8), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 51(1), l-Artikolu 53, l-Artikolu 54, l-Artikolu 66(1), l-Artikoli 67 u 70 u l-Artikolu 72(1) għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Lista ta' skemi ta' appoġġ
Is-settur |
Bażi legali |
Kummenti |
Skema ta’ pagamenti bażiċi |
Titolu III, Kapitolu 1, Taqsimiet 1, 2, 3 u 5 ta' dan ir-Regolament |
Pagament diżakkoppjat |
Skema ta' pagament uniku skont l-erja |
Artikolu 36 ta' dan ir-Regolament |
Pagament diżakkoppjat |
Pagament ridistributtiv |
It-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta' dan ir-Regolament |
Pagament diżakkoppjat |
Pagament għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent |
It-Titolu III, il-Kapitolu 3 ta' dan ir-Regolament |
Pagament diżakkoppjat |
Pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali |
It-Titolu III, il-Kapitolu 4 ta' dan ir-Regolament |
Pagament diżakkoppjat |
Pagament lill-bdiewa żgħażagħ |
It-Titolu III, il-Kapitolu 5 ta' dan ir-Regolament |
Pagament diżakkoppjat |
Appoġġ akkoppjat volontarju |
Titolu IV, Kapitolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
|
Pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għall-qoton |
Titolu IV, Kapitolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
Pagament għall-erja |
Skema għall-bdiewa żgħar |
It-Titolu V ta' dan ir-Regolament |
Pagament diżakkoppjat |
Posei |
Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 |
Pagamenti diretti skont miżuri stabbiliti fil-programmi |
Gżejjer tal-Eġew |
Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/ 2013 |
Pagamenti diretti skont miżuri stabbiliti fil-programmi |
ANNESS II
Limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6
(f'eluf ta' EUR) |
||||||
Sena kalendarja |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
Il-Belġju |
523 658 |
509 773 |
502 095 |
488 964 |
481 857 |
505 266 |
Il-Bulgarija |
721 251 |
792 449 |
793 226 |
794 759 |
796 292 |
796 292 |
Ir-Repubblika Ċeka |
844 854 |
844 041 |
843 200 |
861 708 |
861 698 |
872 809 |
Id-Danimarka |
870 751 |
852 682 |
834 791 |
826 774 |
818 757 |
880 384 |
Il-Ġermanja |
4 912 772 |
4 880 476 |
4 848 079 |
4 820 322 |
4 792 567 |
5 018 395 |
L-Estonja |
114 378 |
114 562 |
123 704 |
133 935 |
143 966 |
169 366 |
L-Irlanda |
1 215 003 |
1 213 470 |
1 211 899 |
1 211 482 |
1 211 066 |
1 211 066 |
Il-Greċja |
1 921 966 |
1 899 160 |
1 876 329 |
1 855 473 |
1 834 618 |
1 931 177 |
Spanja |
4 842 658 |
4 851 682 |
4 866 665 |
4 880 049 |
4 893 433 |
4 893 433 |
Franza |
7 302 140 |
7 270 670 |
7 239 017 |
6 900 842 |
6 877 179 |
7 437 200 |
Il-Kroazja (*1) |
183 735 |
202 865 |
241 125 |
279 385 |
317 645 |
306 080 |
L-Italja |
3 902 039 |
3 850 805 |
3 799 540 |
3 751 937 |
3 704 337 |
3 704 337 |
Ċipru |
50 784 |
50 225 |
49 666 |
49 155 |
48 643 |
48 643 |
Il-Latvja |
181 044 |
205 764 |
230 431 |
255 292 |
280 154 |
302 754 |
Il-Litwanja |
417 890 |
442 510 |
467 070 |
475 319 |
483 680 |
517 028 |
Il-Lussemburgu |
33 604 |
33 546 |
33 487 |
33 460 |
33 432 |
33 432 |
L-Ungerija |
1 345 746 |
1 344 461 |
1 343 134 |
1 343 010 |
1 342 867 |
1 269 158 |
Malta |
5 241 |
5 241 |
5 242 |
5 243 |
5 244 |
4 690 |
In-Netherlands |
749 315 |
736 840 |
724 362 |
682 616 |
670 870 |
732 370 |
L-Awstrija |
693 065 |
692 421 |
691 754 |
691 746 |
691 738 |
691 738 |
Il-Polonja |
3 378 604 |
3 395 300 |
3 411 854 |
3 431 236 |
3 450 512 |
3 061 518 |
Il-Portugall |
565 816 |
573 954 |
582 057 |
590 706 |
599 355 |
599 355 |
Ir-Rumanija |
1 599 993 |
1 772 469 |
1 801 335 |
1 872 821 |
1 903 195 |
1 903 195 |
Is-Slovenja |
137 987 |
136 997 |
136 003 |
135 141 |
134 278 |
134 278 |
Is-Slovakkja |
438 299 |
441 478 |
444 636 |
448 155 |
451 659 |
394 385 |
Il-Finlandja |
523 333 |
523 422 |
523 493 |
524 062 |
524 631 |
524 631 |
L-Iżvezja |
696 890 |
697 295 |
697 678 |
698 723 |
699 768 |
699 768 |
Ir-Renju Unit |
3 173 324 |
3 179 880 |
3 186 319 |
3 195 781 |
3 205 243 |
3 591 683 |
(*1) Għall-Kroazja, il-limitu massimu nazzjonali għas-sena kalendarja 2021 għandu jkun ta' EUR 344 340 000 u għall-2022 għandu jkun ta' EUR 382 600 000 . |
ANNESS III
Limiti massimi netti msemmija fl-Artikolu 7
(f'miljuni ta' EUR) |
||||||
Sena kalendarja |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
Il-Belġju |
523,7 |
509,8 |
502,1 |
489,0 |
481,9 |
505,3 |
Il-Bulgarija |
720,9 |
788,8 |
789,6 |
791,0 |
792,5 |
798,9 |
Ir-Repubblika Ċeka |
840,1 |
839,3 |
838,5 |
856,7 |
856,7 |
872,8 |
Id-Danimarka |
870,2 |
852,2 |
834,3 |
826,3 |
818,3 |
880,4 |
Il-Ġermanja |
4 912,8 |
4 880,5 |
4 848,1 |
4 820,3 |
4 792,6 |
5 018,4 |
L-Estonja |
114,4 |
114,5 |
123,7 |
133,9 |
143,9 |
169,4 |
L-Irlanda |
1 214,8 |
1 213,3 |
1 211,8 |
1 211,4 |
1 211,0 |
1 211,1 |
Il-Greċja |
2 109,8 |
2 087,0 |
2 064,1 |
2 043,3 |
2 022,4 |
2 119,0 |
Spanja |
4 902,3 |
4 911,3 |
4 926,3 |
4 939,7 |
4 953,1 |
4 954,4 |
Franza |
7 302,1 |
7 270,7 |
7 239,0 |
6 900,8 |
6 877,2 |
7 437,2 |
Il-Kroazja (*1) |
183,7 |
202,9 |
241,1 |
279,4 |
317,6 |
306,1 |
L-Italja |
3 897,1 |
3 847,3 |
3 797,2 |
3 750,0 |
3 702,4 |
3 704,3 |
Ċipru |
50,8 |
50,2 |
49,7 |
49,1 |
48,6 |
48,6 |
Il-Latvja |
181,0 |
205,7 |
230,3 |
255,0 |
279,8 |
302,8 |
Il-Litwanja |
417,9 |
442,5 |
467,1 |
475,3 |
483,7 |
517,0 |
Il-Lussemburgu |
33,6 |
33,5 |
33,5 |
33,5 |
33,4 |
33,4 |
L-Ungerija |
1 276,7 |
1 275,5 |
1 274,1 |
1 274,0 |
1 273,9 |
1 269,2 |
Malta |
5,2 |
5,2 |
5,2 |
5,2 |
5,2 |
4,7 |
In-Netherlands |
749,2 |
736,8 |
724,3 |
682,5 |
670,8 |
732,4 |
L-Awstrija |
693,1 |
692,4 |
691,8 |
691,7 |
691,7 |
691,7 |
Il-Polonja |
3 359,2 |
3 375,7 |
3 392,0 |
3 411,2 |
3 430,2 |
3 061,5 |
Il-Portugall |
565,9 |
574,0 |
582,1 |
590,8 |
599,4 |
599,5 |
Ir-Rumanija |
1 600,0 |
1 772,5 |
1 801,3 |
1 872,8 |
1 903,2 |
1 903,2 |
Is-Slovenja |
138,0 |
137,0 |
136,0 |
135,1 |
134,3 |
134,3 |
Is-Slovakkja |
435,5 |
438,6 |
441,8 |
445,2 |
448,7 |
394,4 |
Il-Finlandja |
523,3 |
523,4 |
523,5 |
524,1 |
524,6 |
524,6 |
L-Iżvezja |
696,8 |
697,2 |
697,6 |
698,7 |
699,7 |
699,8 |
Ir-Renju Unit |
3 170,7 |
3 177,3 |
3 183,6 |
3 192,2 |
3 201,4 |
3 591,7 |
(*1) Għall-Kroazja, il-limitu massimu nett għas-sena kalendarja 2021 għandu jkun ta' EUR 344 340 000 u għall-2022 għandu jkun ta' EUR 382 600 000 . |
ANNESS IV
Limiti għall-aġġustament għal-limiti massimi msemmija fl-Artikolu 10(2)
Stat Membru |
Limitu massimu f'EUR (Artikolu 10(1)(a)) |
Limitu massimu f'ettari (Artikolu 10(1)(b)) |
Belġju |
400 |
2 |
Bulgarija |
200 |
0,5 |
Repubblika Ċeka |
200 |
5 |
Danimarka |
300 |
5 |
Ġermanja |
300 |
4 |
Estonja |
100 |
3 |
Irlanda |
200 |
3 |
Greċja |
400 |
0,4 |
Spanja |
300 |
2 |
Franza |
300 |
4 |
Kroazja |
100 |
1 |
Italja |
400 |
0,5 |
Ċipru |
300 |
0,3 |
Latvja |
100 |
1 |
Litwanja |
100 |
1 |
Lussemburgu |
300 |
4 |
Ungerija |
200 |
0,3 |
Malta |
500 |
0,1 |
Pajjiżi l-Baxxi |
500 |
2 |
Awstrija |
200 |
2 |
Polonja |
200 |
0,5 |
Portugall |
200 |
0,3 |
Rumanija |
200 |
0,3 |
Slovenja |
300 |
0,3 |
Slovakkja |
200 |
2 |
Finlandja |
200 |
3 |
Svezja |
200 |
4 |
Renju Unit |
200 |
5 |
ANNESS V
Dispożizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija msemmijin fl-Artikoli 10, 16 u 18.
A. Ammonti għall-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 10(1) u għall-kalkolu tal-limiti massimi nazzjonali għall-pagamenti msemmija fl-Artikolu 16 fl-2015:
Bulgarija |
: |
EUR 790 909 000 |
Rumanija |
: |
EUR 1 783 426 000 |
B. Ammont totali ta' pagamenti diretti nazzjonali komplementari għall-iskema ta' pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 18(1) fl-2015:
Bulgarija |
: |
EUR 69 657 000 |
Rumanija |
: |
EUR 153 536 000 |
C. Ammont totali ta' pagamenti diretti nazzjonali komplementari għall-pagament speċifiku għall-kultivazzjoni tal-qoton imsemmi fl-Artikolu 18(2) fl-2015:
Bulgarija |
: |
EUR 258 952 |
ANNESS VI
Dispożizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għall-Kroazja msemmijin fl-Artikoli 10 u 19
A. Ammont għall-applikazzjoni tal-Artikolu 10(1)(a):
EUR 382 600 000
B. Ammonti totali tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari msemmija fl-Artikolu 19(3):
(f'eluf ta' EUR) |
||||||
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
2021 |
248 690 |
229 560 |
191 300 |
153 040 |
114 780 |
76 520 |
38 260 |
ANNESS VII
Ammonti massimi li għandhom jiżdiedu mal-ammonti stipulati fl-Anness II skont l-Artikolu 20(2)
(f'eluf ta' EUR) |
|||||||
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
2021 |
2022 |
3 360 |
3 840 |
4 800 |
5 760 |
6 720 |
7 680 |
8 640 |
9 600 |
ANNESS VIII
Daqs medju ta' azjenda agrikola msemmi fl-Artikolu 41(4)
Stat Membru |
Daqs medju ta' azjenda agrikola (f'ettari) |
Belġju |
29 |
Bulgarija |
6 |
Repubblika Ċeka |
89 |
Danimarka |
60 |
Ġermanja |
46 |
Estonja |
39 |
Irlanda |
32 |
Greċja |
5 |
Spanja |
24 |
Franza |
52 |
Kroazja |
5,9 |
Italja |
8 |
Ċipru |
4 |
Latvja |
16 |
Litwanja |
12 |
Lussemburgu |
57 |
Ungerija |
7 |
Malta |
1 |
Pajjiżi l-Baxxi |
25 |
Awstrija |
19 |
Polonja |
6 |
Portugall |
13 |
Rumanija |
3 |
Slovenja |
6 |
Slovakkja |
28 |
Finlandja |
34 |
Svezja |
43 |
Renju Unit |
54 |
ANNESS IX
Lista ta' prattiki ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 43(3)
I. Prattiki ekwivalenti għal diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba':
1) Diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba'
Rekwiżit: mill-inqas tliet uċuħ tar-raba', il-wiċċ tar-raba' ewlieni ikopri massimu ta' 75 %, u japplika kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin jew aktar
— hemm mill-inqas erba' uċuħ tar-raba',
— japplikaw limiti massimi aktar baxxi,
— hemm għażla aktar adatta ta' uċuħ tar-raba', bħal, pereżempju, uċuħ tar-raba' leguminużi, li fihom il-proteini, uċuħ tar-raba' li ma jeħtiġux irrigazzjoni jew trattamenti ta' pestiċida, kif adatt,
— varjetajiet reġjonali ta' tipi ta' uċuħ tar-raba' antiki, tradizzjonali jew fil-periklu huma inklużi fuq mill-inqas 5 % tal-erja b'rotazzjoni
(2) Rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’
Rekwiżit: mill-inqas tliet uċuħ tar-raba', il-wiċċ tar-raba' ewlieni ikopri massimu ta' 75 %, u japplika kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin jew it-tnejn:
— hemm sekwenza ta' uċuħ tar-raba' multiannwali aktar benefika għall-ambjent u/jew art mistrieħa,
— hemm mill-inqas erba' uċuħ tar-raba'
(3) Għata tal-ħamrija għax-xitwa ( *1 )
(4) Uċuħ tar-raba' li jikbru malajr (*1)
II. Prattiki ekwivalenti għaż-żamma ta' bwar permanenti:
(1) Ġestjoni ta' bwar jew mergħat
Rekwiżit: żamma ta' bwar permanenti u kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin jew aktar:
— Sistema għall-qtugħ jew mowing adatt (dati, metodi, limiti)
— Żamma ta' karatteristiċi ta' pajsaġġ fuq bwar permanenti u l-kontroll ta' arbuxelli
— Varjetajiet speċifikati ta' ħaxix u/jew sistema taż-żriegħ għat-tiġdid li jiddependi fuq it-tip ta' bur, bl-ebda distruzzjoni ta' valur naturali għoli,
— Evakwazzjoni ta' foraġġ jew tiben
— Ġestjoni adatta għal meded weqfin
— Sistema ta' fertilizzanti
— Restrizzjonijiet ta' pestiċidi
(2) Sistemi estensivi ta' mergħat
Rekwiżit: żamma ta' bwar permanenti u kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin jew aktar:
— Mergħat estensivi (waqt, densità massima tal-merħliet),
— Xogħol ta' rgħajja jew pastoraliżmu fil-muntanji,
— L-użu ta' razez lokali jew tradizzjonali biex jirgħu fil-bwar permanenti.
III. Prattiki ekwivalenti għal żona ta' fokus ekoloġiku:
Rekwiżit: applikazzjoni ta' kwalunkwe prattika li ġejja fuq mill-inqas il-perċentwal tal-art li tinħarat stabbilit skont l-Artikolu 46(1):
(1) Irtirar ekoloġiku ta' artijiet
(2) Ħolqien ta' "żoni ta' lqugħ" għal erjas ta' valur naturali għoli, Natura 2000 jew siti ta' ħarsien tal-bijodiversità oħra, inklużi pjanti ta' sġajriet li jagħmlu sies u mogħdijiet tal-ilma
(3) Ġestjoni ta' biċċiet ta' art ta' lqugħ mhux ikkultivati u marġini ta' għelieqi (sistema ta' qtugħ, varjetajiet ta' ħaxix lokali jew speċifikati u/jew is-sistema ta' żrigħ, żrigħ mill-ġdid b'varjetajiet reġjonali, l-ebda użu ta' pestiċidi, l-ebda rimi ta' demel u/jew fertilizzanti minerali, l-ebda irrigazzjoni, l-ebda ssiġillar tal-ħamrija)
(4) Fruntieri, strixex fl-għelieqi u rqajja ġestiti għal annimali selvaġġi jew fawna speċifika (fruntieri erbaċea, ħarsien ta' bejtiet, strixex ta' fjuri selvaġġi, taħlita ta' żriragħ lokali, uċuħ tar-raba' mhux maħsuda)
(5) Ġestjoni (żbir, tirqim, dati, metodi, restawrazzjoni) ta' karatteristiċi ta' pajsaġġ (siġar, sġajriet li jagħmlu sies, veġetazzjoni ta' bosk f'xatt ta' xmara, ħitan tal-ġebel (art imtarrġa), fosos, għadajjar)
(6) Żamma ta' bwar b'ħamrija bil-pit jew imxarrba li tinħarat (mingħajr l-użu ta' fertilizzanti jew l-użu ta' prodotti ta' ħarsien tal-pjanti)
(7) Produzzjoni fuq art li tinħarat mingħajr l-użu ta' fertilizzant (fertilizzant minerali u demel) u/jew prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u mhux saqwi, mhux miżrugħ bl-istess wiċċ tar-raba' sentejn wara xulxin u f'post fiss (*1)
(8) Konverżjoni ta' art li tinħarat fi bwar permanenti użata b'mod estensiv
ANNESS X
Il-fatturi tal-konverżjoni u tal-ponderazzjoni msemmija fl-Artikolu 46(3)
Il-karatteristiċi |
Il-fattur tal-konverżjoni (m/siġra għal m2) |
Il-fattur tal-ponderazzjoni |
Żona b'fokus ekoloġiku (jekk jiġu applikati ż-żewġ fatturi) |
||
Art mistrieħa (għal kull 1 m2) |
Mhux applikabbli (n.a.) |
1 |
1 m2 |
||
Raba' mtarraġ (għal kull 1 m) |
2 |
1 |
2 m2 |
||
Il-karatteristiċi tal-pajsaġġ: |
|
|
|
||
|
Sisien tal-ħaxix/meded ta' art imsaġġra/siġar f'linja dritta (għal kull 1 m) |
5 |
2 |
10 m2 |
|
|
Siġar iżolati (għal kull siġra) |
20 |
1,5 |
30 m2 |
|
|
Irqajja' tas-siġar (għal kull 1 m2) |
n.a. |
1,5 |
1,5 m2 |
|
|
Għadajjar (għal kull 1 m2) |
n.a. |
1,5 |
1,5 m2 |
|
|
Fossijiet (għal kull 1 m) |
5 |
2 |
10 m2 |
|
|
Ħitan tal-ġebel tradizzjonali (għal kull 1 m) |
1 |
1 |
1 m2 |
|
|
Karatteristiċi oħrajn mhux imsemmija hawn fuq iżda protetti skont il-KAAT7, l-SMR 2 jew l-SMR 3 (għal kull 1 m2) |
n.a. |
1 |
1 m2 |
|
Biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi (għal kull 1 m) |
6 |
1,5 |
9 m2 |
||
Ettari agroforestali (għal kull 1 m2) |
n.a. |
1 |
1 m2 |
||
Meded ta' ettari eliġibbli fi truf il-foresti (għal kull 1 m) |
|
|
|
||
|
Bla produzzjoni |
6 |
1,5 |
9 m2 |
|
Bi produzzjoni |
6 |
0,3 |
1,8 m2 |
||
Żoni bi msaġar b'newba qasira (għal kull 1 m2) |
n.a. |
0,5 |
0,5 m2 |
||
Żoni msaġġra kif imsemmi fl-Artikolu 32(2)(b)(ii) (għal kull 1 m2) |
n.a. |
1 |
1 m2 |
||
Żoni b'għelejjel intermedji jew b'kopertura veġetali (għal kull 1 m2) |
n.a. |
0,3 |
0,3 m2 |
||
Żoni b'għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu (għal kull 1 m2) |
n.a. |
1 |
1 m2 |
||
Żoni bil-Miscanthus |
n.a. |
0,7 |
0,7 m2 |
||
Żoni bis-Silphium perfoliatum |
n.a. |
0,7 |
0,7 m2 |
||
Art li titħalla tistrieħ għall-pjanti li jintużaw fil-produzzjoni tal-għasel (l-ispeċijiet li jipproduċu ħafna għabra tad-dakra u nektar) |
n.a. |
1,5 |
1,5 m2 |
||
Il-fatturi tal-konverżjoni u tal-ponderazzjoni msemmija fl-Artikolu 46(3) li jridu jiġu applikati għall-karatteristiċi inklużi fil-prattiki ekwivalenti kif elenkat fit-Taqsima III tal-Anness IX
Żona b'fokus ekoloġiku ekwivalenti |
Żona b'fokus ekoloġiku ta' standard simili |
Fattur tal-konverżjoni |
Fattur tal-ponderazzjoni |
Żona b'fokus ekoloġiku (jekk jiġu applikati ż-żewġ fatturi) |
(1) Is-serħan ekoloġiku tal-art (għal kull 1 m2) |
Art mistrieħa |
n.a. |
1 |
1 m2 |
(2) Il-ħolqien ta' “żoni ta' lqugħ” (għal kull 1 m) |
Biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi |
6 |
1,5 |
9 m2 |
(3) L-immaniġġjar tal-biċċiet art ta' lqugħ mhux maħdumin u tal-ġmiem madwar l-għelieqi (għal kull 1 m) |
Biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi |
6 |
1,5 |
9 m2 |
(4) Il-borduri, il-ħbula fl-għelieqi u l-irqajja' tal-art: |
|
|
|
|
Borduri, ħbula fl-għelieqi (għal kull 1 m) |
Biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi |
6 |
1,5 |
9 m2 |
Irqajja' tal-art (għal kull 1 m2) |
Irqajja' tas-siġar |
n.a. |
1,5 |
1,5 m2 |
(5) L-immaniġġjar tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ: |
|
|
|
|
Siġar iżolati (għal kull siġra) |
Siġar iżolati |
20 |
1,5 |
30 m2 |
Siġar f'linja dritta (għal kull 1 m) |
Sisien tal-ħaxix/meded ta' art imsaġġra/siġar f'linja dritta |
5 |
2 |
10 m2 |
Grupp ta' siġar/irqajja' tas-siġar (għal kull 1 m2) |
Irqajja' tas-siġar |
n.a. |
1,5 |
1,5 m2 |
Ringieli ta' sġajriet (għal kull 1 m) |
Sisien tal-ħaxix/strixxi tal-injam/linji msaġġra |
5 |
2 |
10 m2 |
Veġetazzjoni ta' bosk f'xatt ta' xmara (għal kull 1 m) |
Sisien tal-ħaxix/strixxi tal-injam/linji msaġġra |
5 |
2 |
10 m2 |
Raba' mtarraġ (għal kull 1 m) |
Raba' mtarraġ |
2 |
1 |
2 m2 |
Ħitan tal-ġebel (għal kull 1 m) |
Ħitan tal-ġebel tradizzjonali |
1 |
1 |
1 m2 |
Fossijiet (għal kull 1 m) |
Fossijiet |
5 |
2 |
10 m2 |
Għadajjar (għal kull 1 m2) |
Għadajjar |
n.a. |
1,5 |
1,5 m2 |
(6) Iż-żamma ta' bwar b'ħamrija bil-pit jew b'ħamrija mxarrba li tinħarat (mingħajr ma jintużaw fertilizzanti jew prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti) (għal kull 1 m2) |
Art li titħalla tistrieħ |
n.a. |
1 |
1 m2 |
(7) Il-produzzjoni fuq art li tinħarat mingħajr ma jintużaw fertilizzanti u/jew prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li mhix raba' saqwi, u li fuqha ma jinżerax l-istess wiċċ tar-raba' sentejn wara xulxin (għal kull 1 m2) |
Żoni bi msaġar b'newba qasira; Meded fi truf il-foresti bi produzzjoni; Żoni b'għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu |
n.a. |
0,3 0,7 għall-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu |
0,3 m2 0,7 m2 |
(8) Il-konverżjoni ta' art li tinħarat fi bwar permanenti (għal kull 1 m2) |
Art li titħalla tistrieħ |
n.a. |
1 |
1 m2 |
ANNESS XI
Tabella Ta' Korrelazzjoni
msemmija fl-Artikolu 72(2)
Regolament (KE) Nru 73/2009 |
Dan ir-Regolament |
Regolament (UE) Nru 1306/2013 |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
— |
Artikolu 2 |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 3 |
Artikolu 5 |
— |
Artikolu 4(1) |
— |
Artikolu 91 |
Artikolu 4(2) |
— |
Artikolu 95 |
Artikolu 5 |
— |
Artikolu 93 |
Artikolu 6(1) |
— |
Artikolu 94 |
Artikolu 6(2) |
— |
— |
Artikolu 7 |
— |
— |
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
— |
Artikolu 9 |
— |
— |
Artikolu 10 |
— |
— |
Artikolu 10a |
— |
— |
Artikolu 10b |
— |
— |
Artikolu 10c |
— |
— |
Artikolu 10d |
— |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 8 |
Artikolu 26(1) u (2) |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 8(2) ok |
— |
Artikolu 11a |
Artikolu 8(3) |
— |
Artikolu 12(1) u (2) |
— |
Artikolu 12 |
Artikolu 12(3) |
— |
Artikolu 14 |
Artikolu 12(4) |
— |
— |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 14 |
— |
Artikolu 67 |
Artikolu 15 |
— |
Artikolu 68(1) u (2) |
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 69 |
Artikolu 17 |
— |
Artikolu 70 |
Artikolu 18 |
— |
Artikolu 71 |
Artikolu 19 |
— |
Artikolu 72 |
Artikolu 20 |
— |
Artikolu 74(1), (2) u (3) |
Artikolu 21 |
— |
Artikolu 74(4) |
Artikolu 22 |
— |
Artikolu 96 |
Artikolu 23 |
— |
Artikolu 97 |
Artikolu 24 |
— |
Artikolu 99 |
Artikolu 25 |
— |
Artikolu 100 |
Artikolu 26 |
— |
Artikolu 61 |
Artikolu 27(1) |
— |
Artikolu 102(3) |
Artikolu 27(2) |
— |
Artikolu 47 |
Artikolu 27(3) |
— |
Artikolu 68(3) |
Artikolu 28(1) |
Artikolu 10 |
— |
Artikolu 28(2) |
Artikolu 9(3) |
— |
Artikolu 28(3) |
Artikolu 31(1)(a) (i) u (ii) |
— |
Artikolu 29 |
— |
Artikolu 75 |
Artikolu 30 |
— |
Artikolu 60 |
Artikolu 31 |
— |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 32 |
Artikolu 15 |
— |
Artikolu 33 |
— |
— |
Artikolu 34 (2) |
Artikolu 32(2) u (4) |
— |
Artikolu 35 |
Artikolu 33 |
— |
Artikolu 36 |
— |
— |
Artikolu 37 |
Artikolu 12 |
— |
Artikolu 38 |
— |
— |
Artikolu 39(1) |
Artikolu 32(6) |
— |
Artikolu 39(2) |
Artikolu 35(3) |
— |
Artikolu 40(1) |
Artikolu 6(1) |
— |
Artikolu 41(1) |
Artikolu 30(1) |
— |
Artikolu 41(2) |
Artikolu 30(3) u (6) |
— |
Artikolu 41(3) |
Artikolu 30(3) u (7)(a) |
— |
Artikolu 41(4) |
— |
— |
Artikolu 41(5) |
Artikolu 30(10) |
— |
Artikolu 41(6) |
— |
— |
Artikolu 42 |
Artikolu 31(1)(b) |
— |
Artikolu 43(1) |
Artikolu 34(1), (2) u (3) |
— |
Artikolu 43(2) |
— |
|
Artikolu 43(3) |
Artikolu 34(4) |
— |
Artikolu 44 |
— |
— |
Artikolu 45 |
— |
— |
Artikolu 46 |
— |
— |
Artikolu 47 |
— |
— |
Artikolu 48 |
— |
— |
Artikolu 49 |
— |
— |
Artikolu 50 |
— |
— |
Artikolu 51 |
— |
— |
Artikolu 52 |
— |
— |
Artikolu 53 |
— |
— |
Artikolu 54 |
— |
— |
Artikolu 55 |
— |
— |
Artikolu 56 |
— |
— |
Artikolu 57 |
— |
— |
Artikolu 57a |
Artikolu 20 u Anness VII |
— |
Artikolu 58 |
— |
— |
Artikolu 59 |
— |
— |
Artikolu 60 |
— |
— |
Artikolu 61 |
— |
— |
Artikolu 62 |
— |
— |
Artikolu 63 |
— |
— |
Artikolu 64 |
— |
— |
Artikolu 65 |
— |
— |
Artikolu 66 |
— |
— |
Artikolu 67 |
— |
— |
Artikolu 68 |
— |
— |
Artikolu 69 |
— |
— |
Artikolu 70 |
— |
— |
Artikolu 71 |
— |
— |
Artikolu 72 |
— |
— |
Artikolu 73 |
— |
— |
Artikolu 74 |
— |
— |
Artikolu 75 |
— |
— |
Artikolu 76 |
— |
— |
Artikolu 77 |
— |
— |
Artikolu 78 |
— |
— |
Artikolu 79 |
— |
— |
Artikolu 80 |
— |
— |
Artikolu 81 |
— |
— |
Artikolu 82 |
— |
— |
Artikolu 83 |
— |
— |
Artikolu 84 |
— |
— |
Artikolu 85 |
— |
— |
Artikolu 86 |
— |
— |
Artikolu 87 |
— |
— |
Artikolu 88 |
Artikolu 56 |
— |
Artikolu 89 |
Artikolu 57 |
— |
Artikolu 90 |
Artikolu 58 |
— |
Artikolu 91 |
Artikolu 59 |
— |
Artikolu 92 |
Artikolu 60 |
— |
Artikolu 93 |
— |
— |
Artikolu 94 |
— |
— |
Artikolu 95 |
— |
— |
Artikolu 96 |
— |
— |
Artikolu 97 |
— |
— |
Artikolu 98 |
— |
— |
Artikolu 99 |
— |
— |
Artikolu 100 |
— |
— |
Artikolu 101 |
— |
— |
Artikolu 102 |
— |
— |
Artikolu 103 |
— |
— |
Artikolu 104 |
— |
— |
Artikolu 105 |
— |
— |
Artikolu 106 |
— |
— |
Artikolu 107 |
— |
— |
Artikolu 108 |
— |
— |
Artikolu 109 |
— |
— |
Artikolu 110 |
— |
— |
Artikolu 111 |
— |
— |
Artikolu 112 |
— |
— |
Artikolu 113 |
— |
— |
Artikolu 114 |
— |
— |
Artikolu 115 |
— |
— |
Artikolu 116 |
— |
— |
Artikolu 117 |
— |
— |
Artikolu 118 |
— |
— |
Artikolu 119 |
— |
— |
Artikolu 120 |
— |
— |
Artikolu 121 |
Artikoli 16 u 17 |
— |
Artikolu 121a |
— |
Artikolu 98, it-tieni subparagrafu |
Artikolu 122 |
— |
— |
Artikolu 123 |
— |
— |
Artikolu 124(1) sa (5), (7) u (8) |
— |
— |
Artikolu 124(6) |
— |
Artikolu 98, l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 125 |
— |
— |
Artikolu 126 |
— |
— |
Artikolu 127 |
— |
— |
Artikolu 128 |
— |
— |
Artikolu 129 |
— |
— |
Artikolu 130 |
— |
— |
Artikolu 131 |
— |
— |
Artikolu 132 |
Artikoli 18 u 19 |
— |
Artikolu 133 |
— |
— |
Artikolu 133a |
Artikolu 37 |
— |
Artikolu 134 (imħassar) |
— |
— |
Artikolu 135 (imħassar) |
— |
— |
Artikolu 136 |
— |
— |
Artikolu 137 |
— |
— |
Artikolu 138 |
Artikolu 3 |
— |
Artikolu 139 |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 140 |
Artikolu 67 |
— |
Artikolu 141 |
Artikolu 71 |
— |
Artikolu 142(a) sa (q) u (s) |
Artikolu 70 |
— |
Artikolu 142(r) |
Artikolu 69 |
— |
Artikolu 143 |
— |
— |
Artikolu 144 |
— |
— |
Artikolu 145 |
— |
— |
Artikolu 146 |
Artikolu 72 |
— |
Artikolu 146a |
— |
— |
Artikolu 147 |
Artikolu 73 |
— |
Artikolu 148 |
— |
— |
Artikolu 149 |
Artikolu 74 |
— |
Anness I |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness II |
Anness III |
— |
Anness II |
Anness IV |
Anness III |
— |
Anness V |
— |
— |
Anness VI |
— |
— |
Anness VII |
Anness IV |
— |
Anness VIII |
Anness II |
— |
Anness IX |
— |
— |
Anness X |
— |
— |
Anness XI |
— |
— |
Anness XII |
— |
— |
Anness XIII |
— |
— |
Anness XIV |
— |
— |
Anness XV |
— |
— |
Anness XVI |
— |
— |
Anness XVII |
— |
— |
Anness XVIIa |
— |
— |
( 1 ) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1601/96, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (Ara paġna 671 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 2 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 ta’ 30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65).
( *1 ) Prattiki soġġetti għall-kalkolazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 43(12).