02013R1113 — MT — 22.07.2024 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1113/2013

tas-7 ta’ Novembru 2013

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 40027, il-Lactobacillus buchneri DSM 22501, il-Lactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323, il-Lactobacillus buchneri LN 40177/ATCC PTA-6138, u l-Lactobacillus buchneri LN 4637/ATCC PTA-2494 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 298 8.11.2013, p. 29)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/251 tas-16 ta’ Jannar 2024

  L 251

1

17.1.2024

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1810 tal-1 ta’ Lulju 2024

  L 1810

1

2.7.2024




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1113/2013

tas-7 ta’ Novembru 2013

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 40027, il-Lactobacillus buchneri DSM 22501, il-Lactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323, il-Lactobacillus buchneri LN 40177/ATCC PTA-6138, u l-Lactobacillus buchneri LN 4637/ATCC PTA-2494 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-għalf”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness u l-għalf li fih dawn il-preparazzjonijiet, li huma manifatturati u ttikkettjati qabel it-28 ta’ Mejju 2014 skont ir-regoli applikabbli qabel it-28 ta’ Novembru 2013 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm il-ħażniet eżistenti jispiċċaw.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: additivi tas-silaġġ

1k20743

Lactobacillus plantarum NCIMB 40027

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 40027 li fiha minimu ta’ 1 × 1011 CFU/g ta’ addittiv.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 40027.

Metodu analitiku (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787).

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna.

2.  Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikro-organiżmi oħrajn bħala addittivi tas-silaġġ:

— 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk f’materjal faċli għal materjal dqasxejn diffiċli biex jinħadem f’silaġġ (2).

— 1 × 109 CFU/kg ta’ materjal frisk f’materjal diffiċli biex jinħadem f’silaġġ (3).

3.  Għas-sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

It-28 ta’ Novembru 2023

1k20738

 

►M2  Lactobacillus buchneri ◄

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri DSM 22501 li fiha minimu ta’ 5 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus buchneri DSM 22501

Metodu analitiku (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787)

Identifikazzjoni Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

 

 

 

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.  Il-kontenut minimu tal-addittiv meta ma jintużax ma’ taħlita ta’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tas-silaġġ: 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.  Għas-sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

 

▼M1 —————

▼B

1k20740

Lactobacillus buchneri

LN 40177/ATCC PTA-6138

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri LN 40177/ATCC PTA-6138 li jkollha minimu ta’1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus buchneri LN 40177/ATCC PTA-6138.

Metodu analitiku (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787).

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.  Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tas-silaġġ: 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.  L-addittiv għandu jintuża f’materjal faċli biex jinħadem f’silaġġ (4).

4.  Għal finijiet ta’ sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

It-28 ta’ Novembru 2023

1k20741

Lactobacillus buchneri

LN 4637/ATCC PTA-2494

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri LN 4637/ATCC PTA-2494 li jkollha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus buchneri LN 4637/ATCC PTA-2494.

Metodu analitiku (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787).

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.  Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikro-organiżmi oħrajn bħala addittivi tas-silaġġ: 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.  L-addittiv għandu jintuża f’materjal faċli biex jinħadem f’silaġġ (4).

4.  Għal finijiet ta’ sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

It-28 ta’ Novembru 2023

(1)   

Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx

(2)   

Foraġġ li faċli jinħadem f’silaġġ: > 3 % karboidrati li jinħallu fil-materja friska. Foraġġ li huwa daqsxejn diffiċli biex jinħadem f’silaġġ: 1,5 % — 3,0 % karboidrati li jinħallu fil-materjal frisk. Ir-Regolament (KE) Nru 429/2008 (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).

(3)   

Foraġġ li huwa diffiċli biex jinħadem f’silaġġ: > 1,5 % karboidrati li jinħallu fil-materja friska. Ir-Regolament (KE) Nru 429/2008 (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).

(4)   

Foraġġ li faċli jinħadem f’silaġġ: > 3 % karboidrati li jinħallu fil-materja friska. Ir-Regolament (KE) Nru 429/2008 (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).