2013R1073 — MT — 27.11.2013 — 000.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT (UE) Nru 1073/2013 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (riformulazzjoni) (ĠU L 297, 7.11.2013, p.73) |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT (UE) Nru 1073/2013 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta’ Ottubru 2013
dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (riformulazzjoni)
(BĊE/2013/38)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:|
(1) |
Peress illi r-Regolament (KE) Nru 958/2007 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Lulju 2007 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8) ( 2 ) jenħtieġ li jiġi emendat b’mod sostanzjali, b’mod partikolari fid-dawl tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea ( 3 ), huwa għandu jiġi riformulat għall-finijiet ta’ ċarezza. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 jistipula fl-Artikolu 2(1) illi, għall-iskopijiet tat-twettiq tar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), għandu d-dritt jiġbor tagħrif statistiku fil-limiti tal-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta u ta’ dak li huwa neċessarju sabiex jitwettqu l-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ). Jingħad mill-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 li l-fondi ta’ investiment (FI) jagħmlu parti mill-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta għall-finijiet tat-twettiq tar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tal-BĊE, inter alia, fil-qasam tal-istatistika monetarja u finanzjarja. Barra minn dan, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jeħtieġ li l-BĊE jispeċifika l-popolazzjoni attwali li tirrapporta fil-limiti tal-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta u jintitolah sabiex jeżenta totalment jew parzjalment klassijiet speċifiċi ta’ aġenti li jirrapportaw mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tiegħu. |
|
(3) |
Sabiex twettaq il-kompiti tagħha u timmonitorja attivitajiet finanzjarji minbarra dawk imwettqa minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM), is-SEBĊ teħtieġ tagħrif statistiku ta’ kwalità għolja dwar in-negozju tal-FI. L-iskop prinċipali ta’ dan it-tagħrif huwa li l-BĊE jingħata stampa statistika komprensiva tas-settur tal-FI fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem “Stati Membri taż-żona tal-euro”), li għandhom jitqiesu bħala territorju ekonomiku wieħed. |
|
(4) |
Sabiex jiġi limitat il-piż tar-rapportar, il-BĊNi jitħallew jiġbru t-tagħrif meħtieġ dwar FI mingħand il-popolazzjoni attwali li tirrapporta bħala parti minn qafas ta’ rapportar statistiku aktar wiesa’ li jservi skopijiet statistiċi oħra, sakemm it-twettiq tar-rekwiżiti statistiċi tal-BĊE mhuwiex ippreġudikat. Sabiex titkattar it-trasparenza, f’dawn il-każijiet huwa xieraq li l-aġenti li jirrapportaw jiġu mgħarrfa li d-dejta tinġabar sabiex jiġu sodisfatti skopijiet ta’ statistika oħrajn. |
|
(5) |
Id-disponibilità ta’ dejta dwar tranżazzjonijiet finanzjarji tiffaċilita analiżi aktar fil-fond għal skopijiet ta’ politika monetarja u oħrajn. Dejta dwar tranżazzjonijiet finanzjarji, kif ukoll dejta dwar stokks, tintuża wkoll sabiex tiġi kkumpilata statistika oħra, partikolarment il-kontijiet finanzjarji taż-żona tal-euro. |
|
(6) |
Għalkemm ir-regolamenti adottati taħt l-Artikolu 34.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) ma jassenjawx xi drittijiet jew jimponu xi obbligi fuq Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem “Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro”), l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ japplika kemm għall-Istati Membri taż-żona tal-euro kif ukoll għal dawk li mhumiex fiż-żona tal-euro. Il-premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 tirreferi għall-fatt illi l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jimplika li hemm obbligu biex jitfasslu u jiġu implimentati f’livell nazzjonali l-miżuri kollha illi l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jqisu xierqa sabiex jinġabar it-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tal-BĊE u jsiru t-tħejjijiet f’waqthom fil-qasam tal-istatistika sabiex huma jsiru Stati Membri taż-żona tal-euro. |
|
(7) |
Minkejja li dan ir-Regolament huwa indirizzat primarjament lil FI, tagħrif komplet dwar detenturi ta’ ishma tal-portatur maħruġa minn FI jista’ ma jkunx disponibbli direttament mill-FI, u għalhekk huwa meħtieġ li jiġu inklużi entitajiet oħra fil-popolazzjoni attwali li tirrapporta. |
|
(8) |
L-istandards għall-protezzjoni u l-użu ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 għandhom japplikaw. |
|
(9) |
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jistipola li l-BĊE għandu s-setgħa li jimponi sanzjonijiet fuq aġenti li jirrapportaw li jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku stipulati fir-regolamenti u d-deċiżjonijiet tal-BĊE, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:
1. “fond ta’ investiment (FI)” tfisser impriża ta’ investiment kollettiv li:
(a) tinvesti f’attiv finanzjarju u/jew mhux finanzjarju, fit-tifsira tal-Anness II, sakemm l-għan tagħha huwa li tinvesti l-kapital miġbur mill-pubbliku; u
(b) hija mwaqqfa permezz tal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali skont:
(i) il-liġi tal-kuntratti, bħala fond komuni mmaniġġjat minn kumpaniji ta’ maniġment;
(ii) il-liġi dwar it-trusts, bħala unit trust;
(iii) il-liġi tal-kumpaniji, bħala kumpanija ta’ investiment;
(iv) kull mekkaniżmu simili jew forma legali oħra.
Dawn li ġejjin huma inklużi fid-definizzjoni:
(a) impriżi li l-unitajiet jew l-ishma tagħhom huma, fuq talba tad-detenturi, mixtrija mill-ġdid jew mifdija direttament jew indirettament mill-attiv tal-impriża; u
(b) impriżi li għandhom numru fiss ta’ ishma maħruġa u li l-azzjonisti tagħhom ikollhom jixtru jew ibiegħu ishma eżistenti meta jidħlu jew joħorġu mill-fond.
Dawn li ġejjin ma humiex inklużi fid-definizzjoni:
(a) fondi tal-pensjoni kif iddefiniti fis-Sistema Ewropea tal-Kontijiet riveduta (iktar ‘il quddiem l-“ESA 2010”) stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 549/2013 (subsettur S.129);
(b) fondi tas-suq tal-flus (money market funds - MMFs) kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) ( 4 ),
Għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ FI, ‘pubbliku’ għandha tinkludi investituri fil-livell tal- konsumatur, professjonali u istituzzjonali;
2. “operatur li jirrapporta” għandha jkollha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;
3. “residenti” għandha l-istess tifsira kif definita flArtikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, u fin-nuqqas ta’ dimensjoni fiżika sinifikanti għal entità legali, ir-residenza tagħha għandha tkun iddeterminata mit-territorju ekonomiku li skont il-liġijiet tiegħu tkun inkorporata l-entità. Jekk l-entità mhijiex inkorporata, għandu jintuża d-domiċilju legali bħala kriterju, jiġifieri l-pajjiż li s-sistema legali tiegħu tirregola l-ħolqien u l-eżistenza kontinwa tal-entità;
4. “istituzzjoni finanzjarja monetarja (IFM)” l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33);
5. “IFO” tfisser intermedjarji finanzjarji oħrajn ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni, kif iddefiniti fl-ESA 2010 (subsettur S.125);
6. “Ishma/unitajiet ta’ FI irreġistrati” tfisser ishma/unitajiet ta’ FI li dwarhom, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, tinżamm dokumentazzjoni li tidentifika d-detenturi tal-ishma/unitajiet tiegħu, inkluż tagħrif dwar ir-residenza u s-settur tad-detentur;
7. “ishma/unitajiet tal-poratur ta’ FI” tfisser ishma/unitajiet ta’ FI li dwarhom, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma tinżammx dokumentazzjoni li tidentifika d-detenturi tal-ishma/unitajiet tiegħu, jew li dwarhom tinżamm dokumentazzjoni li ma tinkludix tagħrif dwar ir-residenza u s-settur tad-detentur.
8. “BĊN relevanti” tfisser il-BĊN tal-Istat Membru taż-żona tal-euro li fih huwa residenti l-FI.
9. dejta “titolu b’ titolu” tfisser dejta kklassifikata f’titoli individwali.
Artikolu 2
Popolazzjoni attwali li tirrapporta
1. Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tikkonsisti fil-FI residenti fit-territorju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro. Jekk il-FI innifsu jew, fil-każ ta’ FI li m’għandhomx personalità ġuridika skont il-liġi nazzjonali tagħhom, il-persuni intitolati jirrappreżentawhom legalment, għandhom ikunu responsabbli biex jirrapportaw it-tagħrif statistiku meħtieġ skont dan ir-Regolament.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, għall-finijiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni dwar id-detenturi ta’ ishma tal-portatur maħruġa mill-FI b’mod konformi mal-paragrafu 3 fil-Parti 2 tal-Anness I, il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tinkludi l-IFM u dawk l-IFO li mhumiex FI. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil dawn l-entitajiet bil-kundizzjoni li t-tagħrif statistiku meħtieġ jinġabar minn sorsi oħra disponibbli skont il-paragrafu 3 f’Parti 2 tal-Anness I. Il-BĊNi għandhom jivverifikaw li din il-kundizzjoni hija sodisfatta biżżejjed żmien minn qabel sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk meħtieġ, kull deroga b’effett mill-bidu ta’ kull sena, bi qbil mal-BĊE. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-BĊNi jistgħu jistabbilixxu u jżommu lista ta’ IFO li jirrapportaw, skont il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 3 f’Parti 2 tal-Anness I.
Artikolu 3
Lista ta’ FI għal finijiet ta’ statistika
1. Il-Bord Eżekuttiv għandu jistabbilixxi u jżomm, għall-finijiet ta’ statistika, lista ta’ FI li jiffurmaw il-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta, inklużi, fejn applikabbli, is-subfondi tagħhom, fit-tifsira tal-Artikolu 4(2). Il-lista tista’ tkun ibbażata fuq listi eżistenti ta’ FI superviżjonati minn awtoritajiet nazzjonali, meta dawn il-listi jkunu disponibbli, issupplimentati minn FI oħra li jaqgħu fid-definizzjoni ta’ FI fl-Artikolu 1.
2. Il-BĊNi u l-BĊE għandhom jagħmlu din il-lista u l-aġġornamenti tagħha disponibbli f’forma xierqa, inkluż b’mezzi elettroniċi, permezz tal-Internet jew, fuq talba mill-operaturi li jirrapportaw ikkonċernati, f’forma fuq karta.
3. Jekk l-aħħar verżjoni elettronika aċċessibbli tal-lista msemmija fil-paragrafu 2 ma tkunx korretta, il-BĊE ma għandux jimponi sanzjonijiet fuq xi aġent li jirrapporta li ma jwettaqx kif suppost ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tiegħu sal-punt li jkun iddependa fuq il-lista mhux korretta in bona fede.
Artikolu 4
Rapportar fond b’fond
1. Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tirrapporta data dwar l-attiv u l-passiv tagħha fuq bażi ta’ fond b’fond.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, jekk xi FI jissepara l-attiv tiegħu f’subfondi differenti b’mod li l-ishma/unitajiet dwar kull subfond huma sostnuti indipendentament minn attiv differenti, kull subfond għandu jitqies bħala FI individwali.
3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, suġġett għal approvazzjoni minn qabel u skont l-istruzzjonijiet tal-BĊN relevanti, il-FI jistgħu jirrappurtaw l-attiv u l-passiv tagħhom bħala grupp, bil-kundizzjoni li dan iwassal għal riżultati li huma simili għal rapportar fond b’fond.
Artikolu 5
Ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku trimestrali u ta’ kull xahar
1. L-aġenti li jirrapportaw għandhom jipprovdu, b’mod konformi mal-Annessi I u II:
(a) fuq bażi trimestrali, dejta dwar l-istokk ta’ tmiem it-trimestru dwar l-attiv u l-passiv ta’ FI, u aġġustamenti jew tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni trimestrali, fejn applikabbli; u
(b) fuq bażi ta’ kull xahar, dejta dwar l-istokk fit-tmiem tax-xahar fuq ishma/unitajiet FI maħruġa, l-aġġustamenti jew it-tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni trimestrali korrispondenti, jekk applikabbli u rapportar separat ta’ ħruġ u fidi ġodda ta’ ishma/unitajiet FI matul ix-xahar tar-rapportar.
2. Il-BĊNi jistgħu jagħżlu li jiġbru d-dejta fil-paragrafu 1(a) ta’ kull xahar minflok kull tlett xhur.
Artikolu 6
Aġġustamenti jew tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni
1. L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw aġġustamenti jew tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni, skont l-istruzzjonijiet tal-BĊN relevanti, għall-informazzjoni rrappurtata fuq bażi aggregata kif speċifikat fl-Anness I.
2. Kif speċifikat fl-Anness I, il-BĊNi jistgħu jew jidderivaw approssimazzjonijiet ta’ tranżazzjonijiet ta’ titoli mill-informazzjoni titolu b’titolu jew inkella jiġbru direttament dejta dwar tranżazzjonijiet fuq bażi ta’ titolu b’titolu.
3. Obbligi u linji gwida oħrajn dwar il-kumpilazzjoni ta’ aġġustamenti jew tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni huma stabbiliti fl-Anness III.
Artikolu 7
Regoli tal-kontabbiltà
1. Ir-regoli tal-kontabbiltà segwiti mill-FI għall-finijiet tar-rapportar skont dan ir-Regolament għandhom ikunu dawk stipulati fil-liġi nazzjonali relevanti li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn ( 5 ) jew, jekk din l-ewwel dispożizzjoni ma tapplikax, f’kull standard nazzjonali jew internazzjonali ieħor li japplika għall-FI.
2. Mingħajr preġudizzju għall-prattiċi tal-kontabilità u l-arranġamenti ta’ netting l-aktar użati fl-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-attiv u l-passiv finanzjarju kollu għandu jiġi rrapportat fuq bażi gross għal finijiet statistiċi.
Artikolu 8
Derogi
1. Derogi mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku stipulati fl-Artikolu 5 jistgħu jingħataw lil FI kif ġej:
(a) Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-iżgħar FI f’termini ta’ attiv totali, kemm-il darba l-FI li jikkontribwixxu għall-kont trimestrali aggregat tal-karta tal-bilanċ ikunu jirrappreżentaw ta l-anqas 95 % tat-total tal-attiv tal-FI f’termini ta’ stokks, f’kull Stat Membru taż-żona tal-euro.
(b) Fi Stati Membri taż-żona tal-euro fejn l-attiv totali kkombinati ta’ FI nazzjonali ma jeċċedux 1 % tal-attiv totali tal-FI fiż-żona tal-euro, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-iżgħar FI f’termini ta’ attiv totali, kemm-il darba l-FI li jikkontribwixxu għall-kont tal-karta tal-bilanċ trimestrali aggregata jirrappreżentaw tal-inqas 80 % tat-total ta’ attiv ta’ FI nazzjonali f’termini ta’ stokks.
(c) Il-FI li għalihom japplikaw id-derogi kif stipulati fil-punti (a) u (b) għandhom jirrapportaw biss, fuq bażi trimestrali, dejta dwar l-istokk fi tmiem it-trimestru dwar ishma/unitajiet ta’ FI maħruġa u l-aġġustamenti jew tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni trimestrali korrispondenti, jekk applikabbli.
(d) Il-BĊNi għandhom jivverifikaw it-twettiq tal-kundizzjonijiet mniżżla fil-punti (a) u (b) fuq bażi annwali biżżejjed żmien minn qabel sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk meħtieġ, xi deroga b’effett mill-bidu ta’ kull sena kalendarja.
2. Jistgħu jingħataw derogi lil FI li huma suġġetti għal regoli ta’ kontabbiltà nazzjonali li jippermettu l-valutazzjoni tal-attiv tagħhom inqas ta’ spiss minn kull trimestru. Il-kategoriji ta’ FI li lilhom il-BĊNi għandhom ikollhom id-diskrezzjoni li jagħtu derogi, għandhom ikunu deċiżi mill-Kunsill Governattiv. Il-FI li għalihom japplikaw dawn id-derogi għandhom ikunu suġġetti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5 fi frekwenza konsistenti mal-obbligi tal-kontabilità tagħhom fir-rigward taż-żmien tal-valutazzjoni tal-attiv tagħhom.
3. Il-FI jistgħu jagħżlu li ma jagħmlux użu mid-derogi u li minflok jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku kollha kif speċifikati fl-Artikolu 5. Jekk FI jagħmel din l-għażla, għandu jikseb il-kunsens tal-BĊN relevanti qabel kwalunkwe bidla fl-użu li jagħmel minn dawn id-derogi.
Artikolu 9
Tempestività
1. Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu meta jeħtieġu li jirċievu dejta mill-aġenti li jirrapportaw skont l-Artikolu 5 sabiex jissodisfaw l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 2.
2. Il-BĊNi għandhom jibagħtu lill-BĊE:
(a) stokks trimestrali aggregati u aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni sal-egħluq tan-negozju fit-28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirreferi d-dejta, ibbażati fuq id-dejta trimestrali miġbura mill-aġenti li jirrapportaw;
(b) stokks ta’ kull xahar aggregati u aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni sal-egħluq tan-negozju fit-28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tax-xahar li għalih tirreferi d-dejta, ibbażati fuq id-dejta ta’ kull xahar dwar ishma/unitajiet ta’ FI maħruġa miġbura minn aġenti li jirrapportaw jew ibbażati fuq dejta attwali skont l-Artikolu 5(2);
(c) ħruġ u fidi ġodda aggregati fix-xahar ta’ ishma/unitajiet ta’ FI sa tmiem in-negozju fit-28 jum tax-xogħol wara t-tmiem tax-xahar li għalih tkun relatata d-dejta, ibbażata fuq id-dejta ta’ kull xahar miġbura mingħand l-aġenti li jirrapportaw.
Artikolu 10
Standards minimi u arranġamenti ta’ rapportar nazzjonali
1. L-aġenti li jirrapportaw għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku li għalihom huma suġġetti b’konformità mal-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.
2. Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rapportar li jridu jiġu segwiti mill-popolazzjoni attwali li tirrapporta b’konformità mal-obbligi nazzjonali. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti tar-rapportar jipprovdu l-informazzjoni statistika meħtieġa u jippermettu verifikazzjoni preċiża li jiġu sodisfatti l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni u l-konformità mal-kunċetti u reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.
Artikolu 11
Fużjonijet, diviżjonijet u rijorganizzazzjonijiet
Fil-każ ta’ fużjoni, diviżjoni jew rijorganizzazzjoni li tista’ taffettwa t-twettiq tal-obbligi statistiċi tagħhom, l-operaturi li jirrapportaw ikkonċernati għandhom jinformaw lill-BĊN relevanti, ladarba l-intenzjoni biex tiġi implimentata dik l-operazzjoni tkun saret pubblika u fiż-żmien dovut qabel ma sseħħ, bil-proċeduri li huma ppjanati biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Verifika u ġbir obbligatorju
Il-BĊNi għandhom jeżerċitaw id-dritt biex jivverifikaw jew jiġbru b’mod obbligatorju t-tagħrif li l-aġenti li jirrapportaw huma mitluba jagħtu skont dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-BĊE li jeżerċita dawn id-drittijiet huwa stess. B’mod partikolari, il-BĊNi għandhom jeżerċitaw dan id-dritt meta istituzzjoni inkluża fil-popolazzjoni attwali li tirrapporta ma tissodisfax l-istandards minimi tat-trażmissjoni, l-eżattezza, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.
Artikolu 13
L-ewwel rapportar
L-ewwel rapportar għandu jibda bid-dejta ta’ kull xahar u trimestrali għal Diċembru 2014.
Artikolu 14
Tħassir
1. Ir-Regolament (KE) Nru 958/2007 (BĊE/2007/8) huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015.
2. Referenzi għal Regolament i mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.
Artikolu 15
Dispożizzjoni finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
ANNESS I
REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR STATISTIKU
PARTI 1
Rekwiżiti ta’ rapportar statistiku ġenerali
1. Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tipprovdi tal-anqas it-tagħrif statistiku li ġejja:
(a) fuq bażi trimestrali: (i) tagħrif titolu b’titolu għal titoli b’kodiċi ta’ identifikazzjoni disponibbli pubblikament miżmuma minn FI; (ii) tagħrif aggregat ikklassifikat skont il-kategorija ta’ strument/maturità, muniti u kontropartijiet, għal attiv u passiv minbarra titoli u għal titoli mingħajr kodiċi ta’ identifikazzjoni disponibbli pubblikament; (iii) tagħrif titolu b’titolu jew tagħrif aggregat dwar detenturi ta’ ishma/unitajiet ta’ FI maħruġa, kif speċifikat ulterjorment fil-Parti 2. Il-BĊN relevanti jista’ jeħtieġ li l-aġenti ta’ rapportar jirrapportaw informazzjoni titolu b’titolu għal titoli mingħajr kodiċi ta’ identifikazzjoni disponibbli pubblikament jew informazzjoni partita b’partita għal attiv u passiv minbarra titoli; u
(b) fuq bażi ta’ kull xahar, tagħrif titolu b’titolu li jidentifika separatament l-ishma/unitajiet kollha maħruġa minn FI.
Minbarra d-dejta fir-rigward tal-oqsma li għandhom jiġu rrapportati fil-kuntest ta’ rapportar titolu b’titolu sabiex jiġi dderivat tagħrif aggregat dwar titoli, kif stipulat fit-Tabella 2, il-BĊN relevanti jista’ jiddeċiedi wkoll biex jiġbor dejta dwar tranżazzjonijiet fuq bażi ta’ titolu b’titolu.
Id-dejta aggregata għandha tiġi pprovduta f’termini ta’ stokks u, skont l-istruzzjonijiet tal-BĊN relevanti, f’termini ta’ jew: (a) rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju; jew (b) tranżazzjonijiet.
Bil-kundizzjoni li tinkiseb l-approvazzjoni minn qabel tal-BĊN, l-aġenti li jirrapportaw li jipprovdu d-dejta trimestrali meħtieġa fuq bażi ta’ titolu b’titolu jistgħu jagħżlu li jirrappurtaw id-dejta ta’ kull xahar meħtieġa fuq bażi aggregata, minflok li jipprovdu tagħrif titolu b’titolu.
2. It-tagħrif li għandu jingħata lill-BĊN relevanti fuq il-bażi ta’ titolu b’titolu huwa speċifikat fit-Tabella 2. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku aggregat trimestrali għal stokks huma speċifikati fit-Tabella 1 u dawk għar-rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju jew tranżazzjonijiet huma speċifikati fit-Tabella 3. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku aggregat ta’ kull xahar għal stokks u rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju jew tranżazzjonijiet, u ħruġ ġdid u fidi ta’ ishma/unitajiet FI huma speċifikati fit-Tabella 4.
3. Safejn jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-protezzjoni u l-użu ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali miġbur mis-SEBĊ taħt Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98, b’mod partikolari l-paragrafu 5 tiegħu, BĊN jista’ jikseb l-informazzjoni meħtieġa mid-dejta miġbura permezz tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi ( 6 ), safejn id-dejta miġbura mill-awtorità superviżorja nazzjonali komptenti taħt din id-Direttiva tintbagħat lill-BĊN b’mod konformi mat-termini miftiehma bejn iż-żewġ korpi.
PARTI 2
Residenza u settur ekonomiku tad-detenturi ta’ ishma/unitajiet ta’ FI
1. L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw, fuq bażi trimestrali, dejta dwar ir-residenza tad-detenturi ta’ ishma/unitajiet ta’ FI maħruġa minn FI tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar ‘il quddiem l-“Istati Membri taż-żona tal-euro”) skont il-klassifikazzjonidomestiċi/taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi/kumplament tad-dinja. Il-kontropartijiet domestiċi u taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċihuma kklassifikati aktar fid-dettall skont is-settur.
2. Fir-rigward ta’ ishma/unitajiet irreġistrati, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw dejta dwar il-klassifikazzjoni tar-residenza u tas-settur tad-detenturi tal-ishma/unitajiet maħruġa minn FI. Jekk ir-residenza u s-settur tad-detentur ma jkunux jistgħu jiġu identifikati direttament, id-dejta relevanti tiġi rrapportata fuq il-bażi ta’ tagħrif disponibbli.
3. Fir-rigward ta’ ishma/unitajiet tal-portatur, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw dejta dwar il-klassifikazzjoni tar-residenza u tas-settur tad-detenturi tal-ishma/unitajiet ta’ FI skont il-metodu deċiż mill-BĊN relevanti. Dan l-obbligu huwa limitat għal possibbiltà waħda jew aktar mill-għażliet li ġejjin, li għandhom jintgħażlu wara li titqies l-organizzazzjoni tas-swieq relevanti u tal-arranġamenti legali nazzjonali fl-Istat Membru inkwistjoni. Dan l-obbligu ser jiġi mmonitorjat perjodikament mill-BĊN.
(a) FI emittenti:
FI emittenti, jew il-persuni li jirrappreżentawhom legalment, jew l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament, jirrapportaw dejta dwar il-klassifikazzjoni tar-residenza u tas-settur tad-detenturi tal-ishma/unitajiet maħruġa tagħhom. Dik l-informazzjoni tista’ tiġi mingħand l-aġent li jqassam l-ishma/unitajiet jew minn xi entità oħra involuta fil-ħruġ, xiri lura jew trasferiment tal-ishma/unitajiet.
(b) IFM u IFO bħala kustodji ta’ ishma/unitajiet ta’ FI:
Bħala aġenti li jirrapportaw, l-IFM u l-IFO li jaġixxu bħala kustodji tal-ishma/unitajiet ta’ FI jirrapportaw id-dejta dwar il-klassifikazzjoni skont ir-residenza u s-settur tad-detenturi tal-ishma/unitajiet maħruġa mill-FI residenti u miżmuma fil-kustodja f’isem id-detentur jew intermedjarju ieħor li jidher ukoll bħala kustodju. Din l-għażla hija applikabbli jekk: (i) il-kustodju jiddistingwixxi ishma/unitajiet FI miżmuma f’kustodja f’isem detenturi minn dawk miżmuma f’isem kustodji oħra; u (ii) il-biċċa l-kbira mill-ishma/unitajiet FI ikunu fil-kustodja ta’ istituzzjonijiet domestiċi residenti li huma kklassifikati bħala intermedjarji finanzjarji (IFM jew IFO).
(c) IFM u IFO bħala korrispondenti ta’ tranżazzjonijiet ta’ residenti ma’ persuni mhux residenti li jinvolvu ishma/unitajiet ta’ FI residenti:
Bħala aġenti li jirrapportaw, IFM u IFO li jaġixxu bħala korrispondenti ta’ tranżazzjonijiet ta’ residenti ma’ persuni mhux residenti li jinvolvu ishma/unitajiet ta’ FI residenti jirrappurtaw dejta dwar il-klassifikazzjoni skont ir-residenza u s-settur tad-detenturi ta’ ishma/unitajiet maħruġa minn FI residenti, li huma jinnegozjaw f’isem id-detentur jew intermedjarju ieħor involut ukoll fit-tranżazzjoni. Din l-għażla hija applikabbli jekk: (i) il-koperatura tar-rapportar tkun komprensiva, jiġifieri tkopri sostanzjalment it-tranżazzjonijiet kollha mwettqa mill-aġenti li jirrapportaw; (ii) tiġi pprovduta dejta preċiża dwar xiri u bejgħ ma’ persuni mhux residenti fl-Istati Membri taż-żona tal-euro; (iii) id-differenzi bejn il-valur tal-ħruġ u dak tal-fidi, esklużi l-ħlasijiet, tal-istess ishma/unitajiet ikunu minimi; u (iv) l-ammont ta’ ishma/unitajiet miżmuma minn persuni mhux residenti fl-Istati Membri taż-żona tal-euro maħruġ minn FI residenti jkun baxx.
(d) Jekk il-punti (a) sa (c) ma japplikawx, l-aġenti li jirrapportaw, inklużi IFM u IFO, jirrapportaw id-dejta relevanti fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli.
4. Il-BĊN jistgħu jidderivaw it-tagħrif meħtieġ ukoll mid-dejta miġbura permezz tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f’titoli (BĊE/2012/24) ( 7 ), sal-punt li d-dejta tkun konformi mal-obbligi ta’ tempestività tal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament u, b’mod aktar ġenerali, mal-istandards minimi stipulati fl-Anness IV.
5. Jekk ishma/unitajiet irreġistrati jew ishma/unitajiet tal-portatur jinħarġu għall-ewwel darba, jew jekk l-iżviluppi tas-suq jeħtieġu bidla tal-għażla jew taħlita ta’ għażliet, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi għal sena fir-rigward tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.
PARTI 3
Tabelli tar-rapportar
Tabella 1
Stokks
Dejta li għandha tingħata fuq bażi trimestrali
|
A. Domestiċi |
B. Taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi |
C. Kumplament tad-dinja |
D. Total |
||||||||||||||||||||||
|
IFM |
Mhux IFM - Total |
IFM |
Mhux IFM - Total |
li minnhom: Stati Membri mhux taż-żona tal-euro |
li minnhom: L-Istati Uniti |
li minnhom: Il-Ġappun |
|||||||||||||||||||
|
Gvern ġenerali (S.13) |
residenti oħra |
Gvern ġenerali (S.13) |
residenti oħra |
||||||||||||||||||||||
|
Total |
Fondi ta' investiment mhux MMF |
Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljari finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.125+S.126+S.127) |
Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.128+S.129) |
Korporazzjonijiet Mhux Finanzjarji (S.11) |
Unitajiet domestiċi + Istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.14+S.15) |
Total |
Fondi ta' investiment mhux MMF |
Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljari finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.125+S.126+S.127) |
Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.128+S.129) |
Korporazzjonijiet Mhux Finanzjarji (S.11) |
Unitajiet domestiċi + Istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.14+S.15) |
||||||||||||||
|
ASSI |
|||||||||||||||||||||||||
|
1 Depożiti u pretensjonijiet ta' self |
|||||||||||||||||||||||||
|
sa sena |
|||||||||||||||||||||||||
|
aktar minn sena |
|||||||||||||||||||||||||
|
2 Titoli ta’ dejn |
|||||||||||||||||||||||||
|
2e. Euro |
|||||||||||||||||||||||||
|
sa sena |
|||||||||||||||||||||||||
|
aktar minn sena u sa mhux aktar minn sentejn |
|||||||||||||||||||||||||
|
aktar minn sentejn |
|||||||||||||||||||||||||
|
2x. Muniti barranin |
|||||||||||||||||||||||||
|
sa sena |
|||||||||||||||||||||||||
|
aktar minn sena u sa mhux aktar minn sentejn |
|||||||||||||||||||||||||
|
aktar minn sentejn |
|||||||||||||||||||||||||
|
2t. Muniti totali |
|||||||||||||||||||||||||
|
sa sena |
|||||||||||||||||||||||||
|
aktar minn sena u sa mhux aktar minn sentejn |
|||||||||||||||||||||||||
|
aktar minn sentejn |
|||||||||||||||||||||||||
|
3 Ekwità u ishma/unitajiet ta' fond ta' investiment |
|||||||||||||||||||||||||
|
li minnhom ishma elenkati |
|||||||||||||||||||||||||
|
Ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment |
|||||||||||||||||||||||||
|
(2+3)a a li minnhom titoli mislufa jew mibjugħa taħt ftehim ta' riakkwist |
|||||||||||||||||||||||||
|
4 Derivattivi finanzjarji |
|||||||||||||||||||||||||
|
5 Assi mhux finanzjarji (inklużi assi fissi) |
|||||||||||||||||||||||||
|
6 Bqija ta’ l-attività |
|||||||||||||||||||||||||
|
PASSIV |
|||||||||||||||||||||||||
|
7 Self u depożiti riċevuti |
|||||||||||||||||||||||||
|
sa sena |
|||||||||||||||||||||||||
|
aktar minn sena |
|||||||||||||||||||||||||
|
8 Ishma/unitajiet ta' FI (1) |
|||||||||||||||||||||||||
|
9 Derivattivi finanzjarji |
|||||||||||||||||||||||||
|
10 Bqija tal-passiv |
|||||||||||||||||||||||||
|
(1) Jekk l-aġent ta’ rappurtar mhux f’pożizzjoni li jidentifka direttament ir-residenza tal-pussessur, huwa jirrapporta id-data relevanti fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli. Fil-każ ta' ishma bearer, l-informazzjoni tista' tinġabar mingħand IFM jew IFO (kif speċifikat fl-Artikolu 2(2) ta' dan ir-Regolament u l-paragrafu 3 tal-Parti 2 ta' dan l-anness). Rapport tal-FI: (i) iċ-ċelloli suwed; (ii) l-informazzjoni mitluba fit-Tabella 2 għal dawk it-titoli li huma miġbura fuq bażi t-b-t; u (iii) iċ-ċelloli griżi għal dawk it-titoli li mhumiex miġbura fuq bażi t-b-t. |
|||||||||||||||||||||||||
Tabella 2
Tagħrif meħtieġ titolu b’titolu
Dejta għall-oqsma fil-kaxxa hawn isfel għandha tiġi rrapportata għal kull titolu kklassifikat taħt il-kategoriji “titoli ta’ dejn”, “ekwità” u “ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment” skont ir-regoli li ġejjin.
1. Dejta għall-qasam 1 trid tiġi rrapportata.
2. Jekk il-BĊN relevanti ma jiġborx direttament tagħrif titolu b’titolu dwar tranżazzjonijiet, trid tiġi rrapportata dejta għal tnejn mit-tliet oqsma 2, 3 u 4 (jiġifieri l-oqsma 2 u 3; l-oqsma 2 u 4; jew l-oqsma 3 u 4).
3. Jekk il-BĊN relevanti jiġbor direttament informazzjoni titolu b’titolu dwar tranżazzjonijiet, trid tiġi rrapportata wkoll dejta għall–oqsma li ġejjin:
(a) qasam 5; jew oqsma 6 u 7; u
(b) qasam 4; jew oqsma 2 u 3.
4. Il-BĊN relevanti jista’ jeħtieġ ukoll li l-aġenti li jirrapportaw jirrapportaw dejta għall-qasam 8.
5. Il-BĊN relevanti jista’ jagħżel biss li jiġbor dejta għall-qasam 2 fil-każijiet (2) u (3)(b). Jekk dan ikun il-każ, il-BĊN irid jivverifika, u jinforma lill-BĊE, tal-anqas darba fis-sena li l-kwalità tad-dejta aggregata rrapportata mill-BĊN, inkluża l-frekwenza u d-daqs tar-reviżjonijiet, ma tkunx affettwata.
|
Qasam |
Titolu |
|
1 |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni tat-titolu |
|
2 |
Numru ta’ unitajiet jew ammont nominali aggregat |
|
3 |
Prezz |
|
4 |
Ammont totali |
|
5 |
Tranżazzjonijiet finanzjarji |
|
6 |
Titoli mixtrija (attiv) jew maħruġa (passiv) |
|
7 |
Titoli mibjugħa (attiv) jew mifdija (passiv) |
|
8 |
Munita tar-reġistrazzjoni tat-titolu |
Tabella 3
Aġġustamenti jew tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni
Dejta li għandha tingħata fuq bażi trimestrali
|
A. Domestiċi |
B. Taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi |
C. Kumplament tad-dinja |
D. Total |
||||||||||||||||||||||
|
IFM |
Mhux IFM - Total |
IFM |
Mhux IFM - Total |
li minnhom: Stati Membri mhux taż-żona tal-euro |
li minnhom: L-Istati Uniti |
li minnhom: Il-Ġappun |
|||||||||||||||||||
|
Gvern ġenerali (S.13) |
residenti oħra |
Gvern ġenerali (S.13) |
residenti oħra |
||||||||||||||||||||||
|
Total |
Fondi ta' investiment mhux MMF |
Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljari finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.125+S.126+S.127) |
Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.128+S.129) |
Korporazzjonijiet Mhux Finanzjarji (S.11) |
Unitajiet domestiċi + Istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.14+S.15) |
Total |
Fondi ta' investiment mhux MMF |
Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljari finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.125+S.126+S.127) |
Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.128+S.129) |
Korporazzjonijiet Mhux Finanzjarji (S.11) |
Unitajiet domestiċi + Istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.14+S.15) |
||||||||||||||
|
ASSI |
|||||||||||||||||||||||||
|
1 Depożiti u pretensjonijiet ta' self |
|||||||||||||||||||||||||
|
sa sena |
|||||||||||||||||||||||||
|
aktar minn sena |
|||||||||||||||||||||||||
|
2 Titoli ta’ dejn |
|||||||||||||||||||||||||
|
2e. Euro |
|||||||||||||||||||||||||
|
sa sena |
|||||||||||||||||||||||||
|
aktar minn sena u sa mhux aktar minn sentejn |
|||||||||||||||||||||||||
|
aktar minn sentejn |
|||||||||||||||||||||||||
|
2x. Muniti barranin |
|||||||||||||||||||||||||
|
sa sena |
|||||||||||||||||||||||||
|
aktar minn sena u sa mhux aktar minn sentejn |
|||||||||||||||||||||||||
|
aktar minn sentejn |
|||||||||||||||||||||||||
|
2t. Muniti totali |
|||||||||||||||||||||||||
|
sa sena |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
|||||||||
|
aktar minn sena u sa mhux aktar minn sentejn |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
|||||||||
|
aktar minn sentejn |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
|||||||||
|
3 Ekwità u ishma/unitajiet ta' fond ta' investiment |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
|||||||||||
|
li minnhom ishma elenkati |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
|||||||||||||
|
Ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
MINIMUM |
|||||||||||||||||
|
4 Derivattivi finanzjarji |
MINIMUM (2) |
||||||||||||||||||||||||
|
5 Assi mhux finanzjarji (inklużi assi fissi) |
MINIMUM (2) |
||||||||||||||||||||||||
|
6 Bqija ta’ l-attività |
|||||||||||||||||||||||||
|
PASSIV |
|||||||||||||||||||||||||
|
7 Self u depożiti riċevuti |
|||||||||||||||||||||||||
|
sa sena |
|||||||||||||||||||||||||
|
aktar minn sena |
|||||||||||||||||||||||||
|
8 Ishma/unitajiet ta' FI (1) |
MINIMUM |
||||||||||||||||||||||||
|
9 Derivattivi finanzjarji |
MINIMUM (2) |
||||||||||||||||||||||||
|
10 Bqija tal-passiv |
|||||||||||||||||||||||||
|
(1) Jekk l-aġent ta’ rappurtar ma jkunx f’pożizzjoni li jidentifka direttament ir-residenza u s-settur tad-detentur, huwa jirrapporta id-dejta relevanti fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli. Fil-każ ta' ishma bearer, l-informazzjoni tista' tinġabar mingħand IFM jew IFO (kif speċifikat fl-Artikolu 2(2) ta' dan ir-Regolament u l-paragrafu 3 tal-Parti 2 ta' dan l-anness). (2) Il-BĊNi jistgħu jeżentaw lill-FI milli jirrapportaw din il-partita, jekk l-istokks trimestrali elenkati fit-Tabella 1 jirrappreżentaw inqas minn 5% ta' ishma/unitajiet FI maħruġa. Rapport tal-FI: (i) iċ-ċelloli suwed immarkati “MINIMU”; (ii) iċ-ċelloli griżi mmarkati “MINIMU” għal titoli li ma humiex miġbura fuq bażi t-b-t; u (iii) jekk il-BĊN relevanti jiġbor informazzjoni t-b-t dwar transazzjonijeit direttament, l-informazzjoni mitluba fit-Tabella 2 għal dawk it-titoli li tinġabar fuq bażi t-b-t. Il-BĊNi jistgħu jestendu dawk l-obbligi għal: (i) iċ-ċelloli s-suwed li ma jinkludux il-kelma “MINIMU”; u (ii) iċ-ċelloli l-griżi li ma jinkludux il-kelma “MINIMU” għal dawk it-titoli li ma humiex miġbura fuq bażi t-b-t. |
|||||||||||||||||||||||||
Tabella 4
Dejta li għandha tingħata fuq bażi ta' kull xahar
|
A. Domestiċi |
B. Taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi |
C. Kumplament tad-dinja |
D. Total |
|||||||||||||||||||
|
IFM |
Mhux IFM - Total |
IFM |
Mhux IFM - Total |
|||||||||||||||||||
|
Gvern ġenerali (S.13) |
residenti oħra |
Gvern ġenerali (S.13) |
residenti oħra |
|||||||||||||||||||
|
Total |
Fondi ta' investiment mhux MMF |
Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljari finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.125+S.126+S.127) |
Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.128+S.129) |
Korporazzjonijiet Mhux Finanzjarji (S.11) |
Unitajiet domestiċi + Istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.14+S.15) |
Total |
Fondi ta' investiment mhux MMF |
Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljari finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.125+S.126+S.127) |
Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.128+S.129) |
Korporazzjonijiet Mhux Finanzjarji (S.11) |
Unitajiet domestiċi + Istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.14+S.15) |
|||||||||||
|
PASSIV |
||||||||||||||||||||||
|
8 Ishma/unitajiet ta' FI (1) |
||||||||||||||||||||||
|
Derivattivi finanzjarji |
||||||||||||||||||||||
|
Bqija tal-passiv |
||||||||||||||||||||||
|
(1) Stokks; aġġustamenti ta’ rivalwazzjoni jew tranżazzjonijiet |
||||||||||||||||||||||
ANNESS II
DEFINIZZJONIJIET
PARTI 1
Definizzjonijiet ta’ kategoriji ta’ strumenti
1. Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni dettaljata u standard tal-kategoriji tal-istrumenti li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jittrasponu f’kategoriji nazzjonali skont dan ir-Regolament. It-tabella ma tikkostitwixxix lista ta’ strumenti finanzjarji individwali u d-deskrizzjonijiet ma humiex eżawrjenti. Id-definizzjonijiet jirreferu għas-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (iktar ‘il quddiem l-“ESA 2010”) stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 549/2013.
2. Għal uħud mill-kategoriji ta’ strumenti, huma meħtieġa klassifikazzjonijiet skont il-maturità. Dawn jirreferu għall-maturità oriġinali, jiġifieri l-maturità mal-ħruġ, li hija l-perijodu fiss tal-ħajja ta’ strument finanzjarju li qablu ma jistax jiġi mifdi, eż. titoli ta’ dejn, jew li jista’ jiġi mifdi biss qabel jekk titħallas xi tip ta’ penali, eż. xi tipi ta’ depożiti.
3. Tista’ ssir distinzjoni bejn klejms finanzjarji skont jekk ikunux negozjabbli jew le. Klejm tkun negozjabbli jekk is-sjieda tagħha tkun tista’ tiġi trasferita faċilment minn unità għal oħra permezz ta’ konsenja jew approvazzjoni jew tkun paċuta fil-każ ta’ derivattivi finanzjarji. Filwaqt li kwalunkwe strument finanzjarju jista’ potenzjalment jiġi nnegozjat, l-istrumenti negozjabbli huma mfassla biex ikunu nnegozjati permezz ta’ borża organizzata jew barra l-borża, minkejja li jekk attwalment ikunux innegozjati mhijiex kundizzjoni neċessarja għan-negozjabbiltà.
Tabella A
Definizzjonijiet ta’ kategoriji ta’ strumenti tal-attiv u l-passiv ta’ FI
KATEGORIJI TA’ ATTIV
|
Kategorija |
Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali |
|
1. Depożiti u klejms ta’ self |
Għall-iskopijiet tal-iskema ta’ rapportar, din il-partita tikkonsisti f’fondi mislufa minn FI lil mutwatarji, jew self akkwistat minn FI, li tagħhom ikun hemm prova permezz ta’ dokumenti mhux negozjabbli jew inkella ma jkunx hemm prova b’dokumenti Din tinkludi dawn il-partiti: — depożiti mqiegħda mill-FI, bħal depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti b’maturità miftiehma u depożiti li jinfdew b’avviż — investimenti f’titoli mhux negozjabbli: — Investimenti f’titoli ta‘ dejn li ma humiex negozjabbli u ma jistgħux jiġu nnegozjati fi swieq sekondarji — self innegozjat: — Self li de facto jkun sar negozjabbli għandu jiġi kklassifikat taħt il-partita “depożiti u klejms ta’ self” sakemm ma jkun hemm l-ebda evidenza ta’ negozjar f’suq sekondarju. Inkella jiġu kklassifikati bħala titoli ta’ dejn — dejn subordinat fil-forma ta’ depożiti jew self: strumenti ta’ dejn subordinat jipprovdu klejm sussidjarja kontra l-istituzzjoni emittenti li tista’ tiġi eżerċitata biss wara li jkunu ġew sodisfatti l-klejms kollha bi status ogħla, biex b’hekk jingħatawlhom xi wħud mill-karatteristiċi ta’ ekwità. Għal skopijiet ta’ statistika, dejn subordinat jiġi kklassifikat bħala “self” jew bħala “titoli ta’ dejn” skont in-natura tal-istrument finanzjarju. Meta investimenti ta’ FI ta’ kull forma ta’ dejn subordinat ikunu identifikati attwalment bħala ċifra unika għal skopijiet ta’ statistika, din iċ-ċifra trid tiġi klassifikata taħt il-partita tal-attiv “titoli ta’ dejn”, fuq il-bażi li debitu subordinat huwa kkostitwit b’mod predominanti fil-forma ta’ titoli, aktar milli self — klejms taħt riakkwisti bil-maqlub kontra kollateral fi flus: — kontroparti ta’ flus kontanti mħallsa għal titoli mixtrija minn FI bi prezz iffissat b’rabta soda biex wieħed ibiegħ mill-ġdid l-istess titoli (jew simili) bi prezz fiss f’data futura speċifikata — klejms taħt self ta’ titoli kontra kollateral fi flus: — kontroparti ta’ flus imħallsa bi skambju għal titoli li jissellfu FI Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, din il-partita tinkludi wkoll investimenti f’karti tal-flus u muniti fiċ-ċirkolazzjoni euro u ta’ valuta barranija li normalment jintużaw biex isiru ħlasijiet |
|
2. Titoli ta’ dejn |
Investimenti f’titoli ta’ dejn, li huma strumenti finanzjarji negozjabbli li jservu bħala evidenza ta’ dejn, li normalment huma nnegozjati fi swieq sekondarji jew jistgħu jiġu paċuti fis-suq, u li ma jagħtu ebda tip ta’ dritt ta’ proprjetà lid-detentur fuq l-istituzzjoni tal-ħruġ Din il-partita tinkludi: — investimenti f’titoli li jagħtu lid-detentur id-dritt mingħajr kundizzjoni għal introjtu fiss jew stabbilit b’kuntratt fil-forma ta’ pagamenti ta’ ċedoli u/jew ta’ somma fissa stabbilita minn qabel f’data jew dati speċifiċi, jew li tibda minn data stabbilita fil-ħin tal-ħruġ — self innegozjati li jkun sar negozjabbli f’suq organizzat, sakemm ikun hemm prova ta’ negozjar f’suq sekondarju, inkluża l-eżistenza ta’ ġeneraturi tas-suq, u l-kwotazzjoni frekwenti tal-attiv finanzjarju, bħal dik ipprovduta minn bid-offer spreads. Meta dan ma jkunx il-każ, jiġu kklassifikati bħala “depożiti u klejms ta’ self” — dejn subordinat fil-forma ta’ titoli ta’ dejn Titoli mislufa taħt operazzjonijiet ta’ self ta’ titoli jew mibjugħa taħt ftehim ta’ riakkwist jibqgħu fuq il-karta tal-bilanċ tas-sid oriġinali (u ma għandhomx jiġu rreġistrati fuq il-karta tal-bilanċ tal-akkwirent temporanju) meta jkun hemm impenn sod biex tinqeleb l-operazzjoni, u mhux sempliċiment opzjoni biex isir dan. Meta l-akkwirent temporanju ibiegħ it-titoli riċevuti, dan il-bejgħ għandu jitniżżel bħala tranżazzjoni ċara f’titoli u mdaħħal fil-karta tal-bilanċ tal-akkwirent temporanju bħala pożizzjoni negattiva fil-portafoll tat-titoli |
|
3. Ekwità u ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment |
Attiv finanzjarju li jirrappreżenta drittijiet ta’ proprjetà f’korporazzjonijiet jew kważikorporazzjonijiet. Dan l-attiv finanzjarju ġeneralment jintitola lid-detenturi għal sehem mill-profitti tal-korporazzjonijiet jew kważikorporazzjonijiet u għal sehem mill-attiv nett tagħhom fil-każ ta’ likwidazzjoni. Din il-partita tinkludi ishma elenkati u mhux elenkati, ekwità oħra, ishma/unitajiet MMF u ishma/unitajiet MMF FI Titoli ta’ ekwità mislufa taħt operazzjonijiet ta’ self ta’ titoli jew mibjugħa taħt ftehim ta’ xiri mill-ġdid, jiġu ttrattati b’mod konformi mar-regoli fil-kategorija 2 “titoli ta’ dejn” |
|
3a. Ekwità u ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment li minnhom ishma elenkati |
L-ishma kkwotati huma titoli tal-ekwità elenkati f’borża. Din il-borża tista’ tkun borża rikonoxxuta jew kwalunkwe forma oħra ta’ suq sekondarju. L-ishma kkwotati huma wkoll imsejħin ishma elenkati. L-eżistenza ta’ prezzijiet ikkwotati ta’ ishma elenkati f’borża tfisser li l-prezzijiet attwali tas-suq kurrenti huma normalment faċilment disponibbli |
|
3b. Ekwità u ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment li minnhom ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investimentt |
Din il-partita tinkludi investimenti f’ishma/unitajiet maħruġa minn MMF u FI li mhumiex MMF (jiġifieri FI minbarra MMF) inklużi fil-listi ta’ IFM u FI għal finijiet ta’ statistika MMF huma ddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). FI minbarra MMF, huma ddefiniti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament |
|
(2 + 3)a li minnhom titoli (titoli ta‘ dejn, ekwità u unitajiet jew ishma ta’ fondi ta’ investiment) mislufa jew mibjugħa taħt ftehim ta’ riakkwist |
Din il-partita tinkludi dawk it-titoli, irrapportati taħt il-kategoriji 2 (titoli tad-dejn) u 3 (ekwità u ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment), li ġew mislufa taħt operazzjonijiet ta’ self ta’ titoli jew mibjugħa taħt ftehim ta’ riakkwist (jew kull tip ieħor ta’ operazzjonijiet simili, bħal tranżazzjonijiet ta’ bejgħ u xiri lura) |
|
4. Derivattivi finanzjarji |
Derivattivi finanzjarji huma strumenti finanzjarji li huma marbuta ma’ strument finanzjarju, indikatur jew kommodità speċifikati, li permezz tagħhom riskji finanzjarji speċifiċi jistgħu jkunu nnegozjati fi swieq finanzjarji bħala tali Din il-partita tinkludi: — opzjonijiet — ċertifikati — futuri — riporti — swaps — derivattivi tal-kreditu Id-derivattivi finanzjarji jiġu rreġistrati skont il-valur tas-suq fuq il-karta tal-bilanċ fuq bażi gross. Kuntratti individwali ta’ derivattivi b’valuri tas-suq pożittivi għandhom jitniżżlu fuq in-naħa tal-attiv tal-karta tal-bilanċ, u l-kuntratti b’valuri tas-suq negattivi fuq in-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ. Rabtiet futuri gross li joħorġu minn kuntratti ta’ derivattivi m’għandhomx jiddaħħlu bħala partiti ta’ fuq il-karta tal-bilanċ Id-derivattivi finanzjarji jistgħu jiġu rreġistrati fuq bażi nett skont metodi ta’ valutazzjoni differenti. F‘każ li jkunu disponibbli biss pożizzjonijiet netti, jew il-pożizzjonijiet ma jiġux irreġistrati skont il-valur tas-suq imma b’valuri oħra, dawn il-pożizzjonijiet għandhom jiġu rrapportati minflok Din il-partita ma tinkludix derivattivi finanzjarji li ma humiex soġġetti għal reġistrazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ skont ir-regoli nazzjonali |
|
5. Attiv mhux finanzjarju (inkluż attiv fiss) |
Attiv tanġibbli u intanġibbli, minbarra attiv finanzjarju. Attiv fiss huwa attiv mhux finanzjarju li jintuża ripetutament jew kontinwament mill-FI għal aktar minn sena Din il-partita tinkludi residenzi, binjiet u strutturi oħrajn, makkinarju u tagħmir, oġġetti ta’ valur, prodotti tal-proprjetà intellettwali bħal programmi tal-kompjuter u databases |
|
6. Attiv li jifdal |
Din hija l-partita residwa fuq in-naħa tal-attiv tal-karta tal-bilanċ, iddefinita bħala “attiv mhux inkluż x’imkien ieħor”. Il-BĊNi jistgħu jeħtieġu wkoll taħt din il-partita klassifikazzjonijiet individwali ta’ dan li ġej: — imgħax akkumulat riċevibbli fuq depożiti u self — imgħax akkumulat fuq investimenti ftitoli ta’ dejn — imgħax akkumulat riċevibbli — ammonti riċevibbli li mhumiex relatati man-negozju prinċipali tal-FI |
KATEGORIJI TA’ PASSIV
|
Kategorija |
Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali |
|
7. Self u depożiti riċevuti |
Ammonti dovuti lil kredituri mill-FI, minbarra dawk li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ titoli negozjabbli. Din il-partita tikkonsisti f’: — self: self mogħti lill-FI li tiegħu jkun hemm prova permezz ta’ dokumenti mhux negozjabbli jew li tiegħu ma jkunx hemm prova permezz ta’ dokumenti — riakkwisti u operazzjonijiet tat-tip ta’ riakkwisti kontra kollateral fi flus kontanti: kontroparti ta’ flus irċevuti bi skambju għal titoli mibjugħin mill-FI bi prezz miftiehem taħt impenn sod biex l-istess titoli (jew simili) jerġgħu jinxtraw bi prezz fiss f’data speċifikata aktar ‘il quddiem. Ammonti rċevuti mill-FI bi skambju għal titoli ttrasferiti lil parti terza (‘akkwirent temporanju’) għandhom jiġu klassifikati hawnhekk meta jkun hemm impenn sod biex tinqaleb l-operazzjoni u mhux sempliċement opzjoni biex isir dan. Dan jimplika li l-FI iżomm ir-riskji u l-benefiċċji kollha tat-titoli sottostanti matul l-operat — kollateral fi flus kontanti riċevuti bi skambju għal self ta’ titoli: ammonti riċevuti bi skambju għal titoli ittrasferiti temporanjament lil parti terza fil-forma ta’ operazzjonijiet ta’ self ta’ titoli kontra kollateral fi flus kontanti — kollateral fi flus kontanti riċevuti f’operazzjonijiet li jinvolvu t-trasferiment temporanju ta’ deheb kontra kollateral |
|
8. Ishma/unitajiet ta’ IF |
Ishma jew unitajiet, inkluż fil-forma ta’ kapital ta’ ekwità, maħruġin minn FI li huma inklużi fil-lista ta’ FI għal skopijiet statistiċi. Din il-partita tirrappreżenta l-passiv totali lejn l-azzjonisti tal-FI. Fondi li jirriżultaw minn benefiċċji mhux distribwiti jew mill-fondi mwarrba mill-FI b’antiċipazzjoni ta’ ħlasijiet jew obbligi futuri huma inklużi wkoll |
|
9. Derivattivi finanzjarji |
Ara l-kategorija 4 |
|
10. Passiv li jifdal |
Din hija l-partita residwa fuq in-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ, iddefinita bħala “passiv mhux inkluż x’imkien ieħor”. Il-BĊNi jistgħu jeħtieġu wkoll taħt din il-partita klassifikazzjonijiet individwali dan li ġej: — titoli ta‘ dejn maħruġa — Titoli maħruġa mill-FI, minbarra ekwità, li huma strumenti normalment negozjabbli u nnegozjati fi swieq sekondarji jew li jistgħu jiġu paċuti fis-suq u li ma jagħtu ebda drittijiet ta’ proprjetà lid-detentur fuq l-istituzzjoni emittenti. — imgħax akkumulat pagabbli fuq self u depożiti — ammonti pagabbli mhux relatati man-negozju prinċipali tal-FI, jiġifieri ammonti dovuti lil fornituri, taxxi, pagi, kontribuzzjonijiet soċjali, eċċ. — provvedimenti li jirrappreżentaw passiv fil-konfront ta’ partijiet terzi, jiġifieri pensjonijiet, dividendi, eċċ. — pożizzjonijiet netti li jirriżultaw mis-self ta’ titoli mingħajr kollateral fi flus kontanti — ammonti netti pagabbli fir-rigward ta’ saldi futuri ta’ tranżazzjonijiet f’titoli |
PARTI 2
Definizzjonijiet ta’ attributi titolu b’titolu
Tabella B
Definizzjonijiet ta’ attributi titolu b’titolu
|
Qasam |
Deskrizzjoni |
|
Kodiċi għall- identifikazzjoni tat-titolu |
Kodiċi li jidentifika titolu b’mod uniku. Jista’ jkun il-kodiċi ISIN jew kodiċi ieħor għall-identifikazzjoni ta’ titolu, suġġett għall-istruzzjonijiet tal-BĊN |
|
Numru ta’ unitajiet jew ammont nominali aggregat |
Numru ta’ unitajiet ta’ titolu, jew ammont nominali aggregat fil-każ li t-titolu huwa nnegozjat f’ammonti aktar milli f’unitajiet |
|
Prezz |
Prezz għal kull unità ta’ titolu, jew persentaġġ tal-ammont nominali aggregat fil-każ li t-titolu huwa nnegozjat f’ammonti aktar milli f’unitajiet. Il-prezz huwa normalment il-prezz tas-suq jew huwa qrib tal-prezz tas-suq. Il-BĊNi jistgħu jitolbu wkoll l-imgħax akkumulat taħt din il-pożizzjoni. |
|
Ammont totali |
Ammont totali għal titolu. F’każ ta’ titoli li huma nnegozjati f’unitajiet, dan l-ammont huwa l-istess daqs in-numru ta’ titoli multiplikat bil-prezz għal kull unità. Meta t-titoli huma nnegozjati f’ammonti aktar milli f’unitajiet, dan l-ammont huwa l-istess daqs l-ammont nominali aggregat multiplikat bil-prezz imfisser bħala persentaġġ L-ammont totali huwa, fil-prinċipju, daqs il-valur tas-suq jew huwa qrib tal-valur tas-suq. Il-BĊNi jistgħu jitolbu wkoll l-imgħax akkumulat taħt din il-pożizzjoni. |
|
Tranżazzjonijiet finanzjarji |
Is-somma tax-xiri bil-bejgħ imnaqqas (titoli fuq in-naħa tal-attiv) jew il-ħruġ bil-fidi mnaqqas (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta’ titolu rreġistrat bil-valur tat-tranżazzjoni |
|
Titoli mixtrija (attiv) jew maħruġa (passiv) |
Is-somma tax-xiri (titoli fuq in-naħa tal-attiv) jew emissjonijiet (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta’ titolu rreġistrat bil-valur tat-tranżazzjoni |
|
Titoli mibjugħa (attiv) jew mifdija (passiv) |
Is-somma tal-bejgħ (titoli fuq in-naħa tal-attiv) jew fidi (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta’ titolu rreġistrat bil-valur tat-tranżazzjoni |
|
Munita tar-reġistrazzjoni tat-titolu |
Kodiċi ISO jew ekwivalenti tal-munita użata biex tfisser il-prezz u/jew l-ammont pendenti tat-titolu |
PARTI 3
Definizzjonijiet tas-setturi
L-ESA 2010 tipprovdi l-istandard għall-klassifikazzjoni settorjali. Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni standard dettaljata ta’ setturi li l-BĊNi jittrasponu f’kategoriji nazzjonali b’konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-kontropartijiet li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma identifikati skont is-settur tagħhom b’konformità mal-listi miżmuma mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal skopijiet statistiċi u l-gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-kontropartijiet ipprovduti fil-“Manwal dwar is-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji u statistika dwar is-swieq: Gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-klijenti” tal-BĊE.
Tabella Ċ
Definizzjonijiet tas-setturi
|
Settur |
Definizzjoni |
|
1. IFM |
IFM huma ddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Dan is-settur jikkonsisti minn BĊNi, istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fil-liġi tal-Unjoni, MMFs, istituzzjonijiet finanzjarji oħra li n-negozju tagħhom huwa li jirċievu depożiti u/jew sostituti viċini għal depożiti mingħand entitajiet li mhumiex IFM u, f’isimhom stess, tal-anqas f’termini ekonomiċi, jagħtu self u/jew jagħmlu investimenti f’titoli, u istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja fil-forma ta’ ħruġ ta’ flus elettroniċi |
|
2. Gvern Ġenerali |
Is-settur tal-gvern ġenerali (S.13) jikkonsisti minn unitajiet istituzzjonali li huma produtturi mhux għas-suq li l-produzzjoni tagħhom hija maħsuba għall-konsum individwali u kollettiv, u li huma ffinanzjati minn ħlasijiet obbligatorji magħmula minn unitajiet li jappartjenu lil setturi oħra, u unitajiet istituzzjonali li huma prinċipalment involuti fir-ridistribuzzjoni tal-introjtu nazzjonali u l-ġid. (ESA 2010, paragrafi 2.111 sa 2.113) |
|
3. FI li mhumiex MMF |
FI kif definiti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament |
|
4. Intermedjarji finanzjarji oħrajn, minbarra korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni + awżiljarji finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus |
L-intermedjarji finanzjarji l-oħra, minbarra s-subsettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tal-fondi ta’ pensjonijiet (S.125) jinkludi l-korporazzjonijiet finanzjarji u kważi-korporazzjonijiet kollha li huma involuti prinċipalment fl–intermedjazzjoni finanzjarja billi jġarrbu passiv f’forma oħra minbarra munita, id-depożiti (jew sostituti mill-qrib għal depożiti), l-ishma/unitajiet ta’ FI, jew b’rabta ma’ assigurazzjoni, pensjoni u skemi ta’ garanzija standardizzati minn unitajiet istituzzjonali, FVCs kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar l-istatistika tal-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (1) huma inklużi f’dan is-subsettur (ESA 2010, paragrafi 2.86 sa 2.94) Is-subsettur tal-awżiljari finanzjarji (S.126) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-entitajiet bi status kważi ta’ korporazzjoni finanzjarji kollha li huma involuti prinċipalment f’attivitajiet marbuta mill-qrib mal-intermedjazzjoni finanzjarja iżda li huma nfushom mhumiex intermedjarji finanzjarji. Dan is-subsettur jinkludi wkoll uffiċċji prinċipali li s-sussidjarji tiegħu huma kollha jew kważi kollha korporazzjonijiet finanzjarji (ESA 2010, paragrafi 2.95 sa 2.97) Is-subsettur tal-istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u tas-selliefa tal-flus (S.127) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet finanzjarji u l-kważi korporazzjonijiet kollha li la huma involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u lanqas ma jipprovdu servizzi finanzjarji awżiljarji, u fejn il-parti l-kbira ta l-attiv jew il-passiv tagħhom mhuwiex innegozjat fis-swieq miftuħa. Dan is-subsettur jinkludi kumpaniji holding li għandhom fil-pussess tagħhom is-sjieda ta’ livelli ta’ kontroll tal-ekwità ta’ grupp ta’ korporazzjonijiet sussidjarji u li l-attività prinċipali tagħhom hija s-sjieda tal-grupp mingħajr ma jipprovdu ebda servizz ieħor lin-negozji li fihom tkun qed tinżamm l-ekwità, jiġifieri, ma jkunux jamministraw jew jiġġestixxu unitajiet oħra (ESA 2010, paragrafi 2.98 u 2.99) |
|
5. Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet |
Is-subsettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-entitajiet bi status ta’ kważi korporazzjoni finanzjarja kollha li huma involuti prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ippuljar tar-riskji prinċipalment fil-forma ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni diretta (ESA 2010, paragrafi 2.100 sa 2.104). Is-subsettur tal-fondi tal-pensjonijiet (S.129) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-entitajiet bi status ta’ kważi korporazzjoni finanzjarja kollha li huma involuti prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ippuljar tar-riskji soċjali u l-ħtiġijiet tal-persuni assigurati (assigurazzjoni soċjali). Fondi tal-pensjonijiet bħal skemi tal-assigurazzjoni soċjali jipprovdu introjtu waqt l-irtirar, u ta’ spiss benefiċċji għall-mewt u d-diżabbiltà (ESA 2010, paragrafi 2.105 sa 2.110). |
|
6. Korporazzjonijet mhux finanzjarji |
Is-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) jikkonsisti fl-unitajiet istituzzjonali li huma entitajiet legali indipendenti u li huma produtturi għas-suq u li l-attività prinċipali tagħhom hija l-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji. Dan is-settur jinkludi wkoll kważi korporazzjonijiet mhux finanzjarji (ESA 2010, paragrafi 2.45 sa 2.50). |
|
7. Unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet li ma għandhomx skop ta’ profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi |
Is-settur tal-unitajiet domestiċi (S.14) jikkonsisti f’individwi jew gruppi ta’ individwi bħala konsumaturi u bħala imprendituri li jipproduċu oġġetti għas-suq u servizzi finanzjarji u mhux finanzjarji (produtturi għas-suq) sakemm, il-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi ma tkunx minn entitajiet separati ttrattati bħala kważi korporazzjonijiet. Jinkludi wkoll individwi jew gruppi ta’ individwi bħala produtturi ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji esklussivament għal użu aħħari proprju. Is-settur tal-unitajiet domestiċi jinkludi proprjetajiet uniċi u soċjetajiet mingħajr status legali indipendenti, minbarra dawk ittrattati bħala kwai korporazzjonjiet, li huma produtturi għas-suq (ESA 2010, paragrafi 2.118 sa 2.128) Is-settur tal-istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISHs) (S.15) jikkonsisti f’istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt li huma entitajiet legali separati, li jservu lill-unitajiet domestiċiu li huma produtturi privati mhux għas-suq. Ir-riżorsi prinċipali tagħhom huma l-kontribuzzjonijiet volontarji fi flus kontanti jew in natura minn unitajiet domestiċi fil-kapaċità tagħhom ta’ konsumaturi, minn pagamenti magħmula minn gvernijiet ġenerali u minn introjtu minn proprjetà (ESA 2010, paragraphs 2.129 u 2.130) |
|
(1) Ara paġna 107 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. |
|
ANNESS III
AĠĠUSTAMENTI JEW TRANŻAZZJONIJIET TA’ RIVALUTAZZJONI
1. Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tirrapporta aġġustamenti jew tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament. Jekk il-popolazzjoni attwalii li tirrapporta tirrapporta aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni, dawn ser ikopru jew rivalutazzjonijiet dovuti għal tibdil fil-prezz u fir-rata tal-kambju, jew tibdiliet fil-prezz biss fil-perijodu ta’ referenza, suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-BĊN relevanti. Jekk l-aġġustament ta’ rivalutazzjoni jkopri biss rivalutazzjonijiet dovuti għal tibdiliet fil-prezz, il-BĊN relevanti jiġbor id-dejta meħtieġa, li għandha tkopri bħala minimu kategorizzazzjoni tal-munita f’lira sterlina, frank Svizzeru, yen u dollaru Amerikan, sabiex jiġu dedotti r-rivalutazzjonijiet dovuti għal tibdiliet fir-rata tal-kambju.
2. Tranżazzjonijiet finanzjarji’” tirreferi għal dawk it-tranżazzjonijiet li jirriżultaw mill-ħolqien, il-likwidazzjoni jew it-tibdil fis-sjieda ta’ attiv jew passiv finanzjarju. Dawn it-tranżazzjonijiet jitkejlu f’termini tad-differenza bejn il-pożizzjonijiet tal-istokk f’dati ta’ rappurtar ta’ tmiem il-perijodu, li minnha jitneħħa l-effett dovut għal tibdiliet minħabba influwenzi mill-“aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni” (ikkawżati minn tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju) u mir-“riklassifikazzjonijiet u aġġustamenti oħra”. Il-Bank Ċentrali Ewropew jeħtieġ tagħrif statistiku għall-iskop tal-kumpilazzjoni ta’ tranżazzjonijiet fil-forma ta’ aġġustamenti li jkopru “riklassifikazzjonijiet u aġġustamenti oħra” u “rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju”. Tranżazzjonijiet finanzjarji għandhom fil-prinċipju jikkonformaw mal-ESA 2010, iżda jistgħu jiddevjaw minħabba prattiċi nazzjonali.
3. “Rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju” tirreferi għal ċaqliq fil-valutazzjoni tal-attiv u tal-passiv li jirriżulta jew minn tibdiliet fil-prezzijiet ta’ attiv jew ta’ passiv u/jew mir-rati tal-kambju li jaffettwaw il-valuri mfissra f’euro ta’ attiv u passiv iddenominat f’valuta barranija. L-aġġustament fir-rigward tar-rivalutazzjoni tal-prezz tal-attiv/passiv jirreferi għal ċaqliq fil-valutazzjoni ta’ attiv/passiv li jirriżulta minħabba bidla fil-prezz li bih l-attiv/passiv huwa rreġistrat jew innegozjat. Ir-rivalutazzjonijiet tal-prezz jinkludu t-tibdiliet li jseħħu tul iż-żmien fil-valur tal-istokks ta’ tmiem il-perijodu minħabba tibdiliet fil-valur ta’ referenza li huma rreġistrati, jiġifieri qligħ/telf ta’ investiment. Movimenti fir-rati tal-kambju kontra l-euro li jseħħu bejn id-dati tar-rappurtar ta’ tmiem il-perijodu jwasslu għal aktar bidliet fil-valur tal-attiv/passiv f’valuta barranija meta mfissra f’euro. Billi dawn it-tibdiliet jirrappreżentaw qligħ/telf ta’ investiment u mhumiex dovuti għal tranżazzjonijiet finanzjarji, dawn l-effetti għandhom jitneħħew mid-dejta tat-tranżazzjonijiet. Fil-prinċipju, “rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju” tinkludi wkoll tibdiliet fil-valutazzjoni li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet fl-attiv/passiv, jiġifieri qligħ/telf realizzat; madankollu, hemm prattiċi nazzjonali diverġenti f’dan ir-rigward.
ANNESS IV
STANDARDS MINIMI LI GĦANDHOM IKUNU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI ATTWALI LI TIRRAPPORTA
L-aġenti li jirrapportaw għandhom jilħqu l-livelli minimi li ġejjin sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).
1. Standards minimi għat-trażmissjoni
(a) ir-rapportar għandu jkun f’waqtu u fl-iskandenzi stabbiliti mill-BĊN rilevanti;
(b) ir-rapporti statistiċi jridu jieħdu l-forma u l-format tagħhom mill-ħtiġijiet ta’ rapportar tekniku stabbiliti mill-BĊN relevanti;
(c) l-aġent li jirrapporta għandu jagħti d-dettalji ta’ persuna ta’ kuntatt waħda jew aktar lill-BĊN relevanti;
(d) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni ta’ dejta lill-BĊN relevanti jridu jiġu segwiti;
(e) fil-każ ta’ rapportar titolu b’ titolu, jekk il-BĊN rilevanti jitlob dan, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jagħtu aktar tagħrif (eż. l-isem tal-emittent, id-data tal-ħruġ) meħtieġ għall-identifikazzjoni ta’ titoli li l-kodiċi ta’ sikurezza għall-identifikazzjoni tagħhom ikun jew żbaljat jew mhux disponibbli pubblikament.
2. Standards minimi għall-preċiżjoni:
(a) it-tagħrif statistiku jrid ikun korrett: ir-restrizzjonijiet lineari kollha iridu jkunu sodisfatti (eż. l-attiv u l-passiv iridu jibbilanċjaw, is-subtotali jridu jaqblu mat-totali), u d-dejta trid tkun konsistenti fuq il-medda tal-frekwenzi kollha;
(b) l-aġenti li jirrapportaw iridu jkunu jistgħu jagħtu tagħrif dwar l-iżviluppi implikati mid-dejta mibgħuta;
(c) it-tagħrif statistiku jrid tkun komplet u m’għandhiex ikollu lakuni kontinwi u strutturali; il-lakuni eżistenti għandhom jiġu rikonoxxuti, spjegati lill-BĊN relevanti u, fejn applikabbli, mimlija mill-aktar fis possibbli;
(d) l-aġenti li jirrapportaw għandhom isegwu d-dimensjonijiet, il-politika tal-approssimazzjoni u d-deċimali stabbiliti mill-BĊN relevanti għat-trażmissjoni teknika tad-dejta.
3. Standards minimi għal konformità mal-kunċetti:
(a) it-tagħrif statistiku għandu jikkonforma mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet li jinsabu f’dan ir-Regolament;
(b) f’każ ta’ devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u klassifikazzjonijiet, l-aġenti li jirrapportaw għandhom fuq bażi regolari jissorveljaw u jikkwantifikaw id-differenza bejn il-miżura użata u l-miżura li tinsab f’dan ir-Regolament;
(c) l-aġenti li jirrapportaw għandhom ikunu jistgħu jispjegaw interruzzjonijiet fid-dejta mibgħuta meta mqabbla maċ-ċifri tal-perijodi preċedenti.
4. Standards minimi għal reviżjonijiet:
Il-politika tar-reviżjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-BĊE u l-BĊN relevanti għandhom jiġu segwiti. Reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari għandhom jiġu akkumpanjati b’noti spjegattivi.
ANNESS V
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Regolament (KE) Nru 958/2007 (BĊE/2007/8) |
Dan ir-Regolament |
|
Artikoli 1 u 2 |
Artikoli 1 u 2 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
|
Artikoli 9 sa 13 |
Artikoli 9 sa 13 |
|
— |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
|
Anness I, Parti I, (1) |
|
|
Anness I, Parti 1, 2(a) |
Anness I, Parti 1, (1) |
|
Anness I, Parti 1, 2(b) |
— |
|
Anness I, Parti 1, (3) |
Anness I, Parti 1, (2) |
|
— |
Anness I, Parti 1, (3) |
|
Anness I, Parti 2, (1) sa (3) |
Anness I, Parti 2, (1) sa (3) |
|
— |
Anness I, Parti 2, (4) |
|
Anness I, Parti 2, (4) |
Anness I, Parti 2, (5) |
|
Anness I, Parti 3 |
Anness I, Parti 3 |
|
Anness II, Parti 1 |
Anness II, Parti 1, (1) |
|
— |
Anness II, Parti I, (2) u (3) |
|
Anness II, Partijiet 2 u 3 |
Anness II, Partijiet 2 u 3 |
|
Annessi III u IV |
Annessi III u IV |
|
— |
Anness V |
( 1 ) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8
( 2 ) ĠU L 211, 11.8.2007, p. 8.
( 3 ) ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1.
( 4 ) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 5 ) ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.
( 6 ) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1.
( 7 ) ĠU L 305, 1.11.2012, p. 6.