02013R0575 — MT — 08.07.2022 — 013.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 575/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176 27.6.2013, p. 1) |
Emendat bi:
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 575/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ Ġunju 2013
dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012
PARTI WIEĦED
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
TITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Il-Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jikkonċernaw rekwiżiti prudenzjali ġenerali li l-istituzzjonijiet, il-kumpanniji holding finanzjarji u l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta sorveljati skont id-Direttiva 2013/36/UE għandhom jikkonformaw magħhom fir-rigward tal-elementi li ġejjin:
rekwiżiti ta' fondi proprji li jirrelataw ma' elementi totalment kwantifikabbli, uniformi u standardizzati ta' riskju tal-kreditu, riskju tas-suq, riskju operazzjonali, riskju tas-saldu u lieva finanzjarja;
rekwiżiti li jillimitaw skoperturi kbar;
rekwiżiti tal-likwidità li jirrelataw ma' elementi totalment kwantifikabbli, uniformi u standardizzati ta'r-riskju tal-likwidità;
rekwiżiti ta' rappurtar li jirrelataw mal-punti (a), (b) u (c);
rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jikkonċernaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma istituzzjonijiet globali sistematikament importanti (G-SIIs) jew parti minn G-SIIs u sussidjarji materjali ta' G-SIIs mhux tal-UE għandhom jikkonformaw magħhom.
Dan ir-Regolament ma jirregolax ir-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet kif stipulat fid-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 2
Setgħat superviżorji
Artikolu 3
Applikazzjoni ta’ rekwiżiti aktar stretti mill-istituzzjonijiet
Dan ir-Regolament ma jostakolax lill-istituzzjonijiet milli jżommu fondi proprji u l-komponenti tagħhom f’eċċess ta’, jew japplikaw miżuri li jkunu aktar stretti minn, dawk meħtieġa minn dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser impriża li n-negozju tagħha jikkonsisti fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
li tieħu depożiti jew fondi ripagabbli oħra mingħand il-pubbliku u tagħti krediti f’isimha stess;
li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), fejn tapplika waħda minn dawn li ġejjin, iżda l-impriża ma tkunx negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet, impriża tal-investiment kollettiv jew impriża tal-assigurazzjoni:
il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriża ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun;
il-valur totali tal-assi tal-impriża jkun anqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriżi kollha f'dak il-grupp li individwalment ikollhom assi totali ta' anqas minn EUR 30 biljun u li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun; jew
il-valur totali tal-assi tal-impriża jkun anqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriżi kollha fil-grupp li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE jkun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun, fejn is-superviżur tal-konsolidazzjoni f’konsultazzjoni mal-kollega superviżur jiddeċiedu hekk sabiex jindirizzaw riskji potenzjali ta’ ċirkomvenzjoni u riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;
għall-finijiet tal-punti (b)(ii) u (b)(iii), meta l-impriża tkun parti minn grupp ta' pajjiż terz, l-assi totali ta' kull fergħa tal-grupp ta' pajjiż terz awtorizzati fl-Unjoni jiġu inklużi fil-valur totali kkombinat tal-assi tal-impriżi kollha fil-grupp;
‘ditta tal-investiment’ tfisser ditta tal-investiment kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, li tkun awtorizzata skont dik id-Direttiva iżda teskludi l-istituzzjonijiet ta kreditu;
‘istituzzjoni’ tfisser istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE jew impriża kif imsemmi fl-Artikolu 8a(3);
▼M9 —————
‘impriża tal-assigurazzjoni’ tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) ( 7 );
‘impriża tar-riassigurazzjoni’ tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
‘impriża ta' investiment kollettiv’ jew ‘CIU’ tfisser UCITS kif definita fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) jew fond ta' investiment alternattiv (AIF) kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );
‘entità tas-settur pubbliku’ tfisser korp amministrattivi mhux kummerċjali responsabbli lejn il-gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali, jew lejn l-awtoritajiet li jeżerċitaw l-istess responsabbiltajiet bħall-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali, jew impriża mhux kummerċjali li hija taħt is-sjieda ta' jew stabbilita jew sponsorjata mill-gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali, u li jkollha arranġamenti ta’ garanzija espliċita, u tista' tinkludi korpi awtoamministrati rregolati bil-liġi li jkunu taħt superviżjoni pubblika;
‘korp ta' ġestjoni’ tfisser korp ta' ġestjoni kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
‘amministrazzjoni għolja’ tfisser amministrazzjoni għolja kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
'riskju sistemiku' tfisser riskju sistemiku kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
'riskju involut fl-użu tal-mudelli' tfisser riskju involut fl-użu tal-mudelli kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
‘oriġinatur’ tfisser oriġinatur kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 ( 10 );
‘sponsor’ tfisser sponsor kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
‘mutwanti oriġinali’ tfisser mutwanti oriġinali kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
‘impriża prinċipali’ tfisser:
impriża prinċipali skont it-tifsira tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;
għall-finijiet tat-Taqsima II tal-Kapitoli 3 u 4 tat-Titolu VII u t-Titolu VIII tad-Direttiva 2013/36/UE u Parti Ħamsa ta’ dan ir-Regolament, impriża prinċipali skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u kwalunkwe impriża li, effettivament teżerċita influwenza dominanti fuq impriża oħra;
‘sussidjarja’ tfisser:
impriża sussidjarja skont it-tifsira tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;
impriża sussidjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u kwalunkwe impriża li fuqha, impriża prinċipali effettivament teżerċita influwenza dominanti.
Is-sussidjarji ta’ sussidjarji għandhom jitqiesu wkoll bħala sussidjarji tal-impriża li tkun l-impriża prinċipali oriġinali tagħhom;
‘fergħa’ tfisser post tan-negozju li jifforma parti legalment dipendenti ta’ istituzzjoni u li twettaq b’mod dirett it-transazzjonijiet kollha jew uħud minnhom inerenti fin-negozju ta' istituzzjonijiet;
‘impriża ta’ servizzi anċillari’ tfisser impriża li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti f'li jkollha jew f'li tamministra proprjetà, tamministra servizzi ta’ proċessar ta’ data, jew attività simili li hija anċillari għall-attività ewlenija ta’ istituzzjoni waħda jew aktar;
‘kumpannija tal-ġestjoni ta' assi’ tfisser kumpannija tal-ġestjoni ta' assi kif iddefinita fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE jew AIFM kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE inkluż, sakemm mhux previst mod ieħor, entitajiet ta' pajjiżi terzi, li jwettqu attivitajiet simili u li huma soġġetti għal-liġi ta' pajjiż terz ◄ li japplika rekwiżiti superviżorji u regolatorji li huma tal-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni;
‘kumpannija holding finanzjarja’ tfisser istituzzjoni finanzjarja, is-sussidjarji li huma esklużivament jew prinċipalment istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji, u li mhijiex kumpannija holding finanzjarja mħallta; is-sussidjarji ta' istituzzjoni finanzjarja fejn tal-inqas waħda minnhom tkun istituzzjoni u fejn iktar minn 50 % tal-ekwità tal-istituzzjoni finanzjarja, assi konsolidati, dħul, persunal jew indikatur ieħor tal-istituzzjoni finanzjarja ikkunsidrat rilevanti mill-awtorità kompetenti huma assoċjati ma' sussidjarji li huma istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji;
‘kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE;
‘kumpannija azzjonarja ta’ attività mħallta’ tfisser impriża prinċipali, differenti minn kumpannija azzjonarja finanzjarja jew istituzzjoni jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, li s-sussidjarji tagħha jinkludu tal-inqas istituzzjoni waħda;
‘impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz’ tfisser impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
‘impriża tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiż terz’ tfisser impriża tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiż terz kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
‘ditta ta' investiment ta’ pajjiż terz rikonoxxuta’ tfisser kumpannija li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
jekk kienet stabbilita fl-Unjoni, tkun koperta mid-definizzjoni ta’ ditta ta' investiment;
tkun awtorizzata f’pajjiż terz;
tkun soġġetta għal u konformi mar-regoli prudenzjali meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala tal-inqas stretti daqs dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament jew fid-Direttiva 2013/36/UE;
‘istituzzjoni finanzjarja’ tfisser impriża għajr istituzzjoni u għajr kumpannija holding industrijali pura, li l-attività prinċipali tagħha tkun l-akkwiżizzjoni ta’ parteċipazzjonijiet jew li ssegwi attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fil-punti 2 sa 12 u l-punt 15, tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, inkluża ditta tal-investiment, kumpannija holding finanzjarja, kumpannija holding finanzjarja mħallta, istituzzjoni ta' pagament fis-sens tad-Direttiva (UE) 2015/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), u kumpannija tal-ġestjoni tal-assi, iżda esklużi kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni u kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definit fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;
‘entità tas-settur finanzjarju tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
istituzzjoni;
istituzzjoni finanzjarja;
impriża ta' servizzi anċillari inkluża fis-sitwazzjoni finanzjarja konsolidata ta' istituzzjoni;
impriża tal-assigurazzjoni;
impriża tal-assigurazzjoni ta' pajjiż terz;
impriża tar-riassigurazzjoni;
impriża tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz;
kumpannija azzjonarja tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;
impriża eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva;
impriża ta' pajjiż terz b'mudell kummerċjali li jista' jitqabbel ma' kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (k);
‘istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru’ tfisser istituzzjoni fi Stat Membru li jkollha istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari bħala sussidjarja jew li jkollha sehem f'istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari, u li ma tkunx hija stess sussidjarja ta' istituzzjoni oħra awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru
‘istituzzjoni prinċipali tal-UE’ tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru li ma tkunx sussidjarja ta’ istituzzjoni oħra awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru;
‘ditta tal-investiment prinċipali fi Stat Membru’ tfisser impriża prinċipali fi Stat Membru li hija ditta tal-investiment;
‘ditta tal-investiment prinċipali tal-UE’ tfisser impriża prinċipali tal-UE li hija ditta tal-investiment;
‘istituzzjoni ta' kreditu prinċipali fi Stat Membru’ tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru li hija istituzzjoni ta' kreditu;
‘istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE’ tfisser istituzzjoni prinċipali tal-UE li hija istituzzjoni ta' kreditu;
‘kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja li ma tkunx hija stess sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru;
‘kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru li ma tkunx sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja oħra jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru;
‘kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja li ma tkunx hija stess sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru;
‘kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru li ma tkunx sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja oħra jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru;
‘kontroparti ċentrali’ jew 'CCP' (central counterparty) tfisser CCP kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
‘holding’ tfisser holding fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17 tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju tal-1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji ( 12 ), jew is-sjieda, diretta jew indiretta, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew kapital ta’ impriża;
‘holding kwalifikattiva’ tfisser holding diretta jew indiretta f’impriża li tirrapreżenta 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li jagħmluha possibbli li tkun eżerċitata influwenza fuq il-maniġment ta’ dik l-impriża;
‘kontroll’ tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif iddefinita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE, jew l-istandards ta' kontabbiltà li istituzzjoni hija soġġetta għalihom skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża;
‘rabtiet mill-qrib’ tfisser sitwazzjoni fejn żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar ikunu konnessi b’xi waħda minn dawn li ġejjin:
partiċipazzjoni fil-forma ta’ pussess dirett jew permezz ta’ kontroll ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża;
kontroll;
konnessjoni permanenti tat-tnejn li huma jew ta' kollha mal-istess persuna terza minn relazzjoni ta’ kontroll;
‘grupp ta’ klijenti konnessi’ tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar li, sakemm ma jintweriex mod ieħor, jikkostitwixxu riskju wieħed għaliex wieħed minnhom, direttament jew indirettament, ikollhom kontroll fuq l-ieħor jew l-oħrajn;
żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar li bejniethom ma jkunx hemm relazzjoni ta’ kontroll kif deskritt fil-punt (a) imma li jridu jitqiesu li jikkostitwixxu riskju wieħed għaliex tant ikunu interkonnessi li, jekk wieħed minnhom kellu jiffaċċja problemi finanzjarji, b’mod partikolari diffikulatjiet fil-finanzjament jew fir-ripagament, l-ieħor jew l-oħrajn kolha probabbilment jiffaċċjaw ukoll diffikulatjiet fil-finanzjament jew fir-ripagament.
Minkejja l-punti (a) u (b), meta gvern ċentrali jkollu kontroll dirett ta’ jew ikun interkonness b'mod dirett ma' iżjed minn persuna waħda fiżika jew ġuridika, is-sett li jikkonsisti mill-gvern ċentrali u l-persuni kollha fiżiċi jew ġuridiċi li huma kkontrollati b'mod dirett jew indirett minnu f'konformità mal-punt (a), jew interkonnessi miegħu f'konformità mal-punt (b), jista' jiġi meqjus li ma jikkostitwixxix grupp ta’ klijenti konnessi. Minflok, l-eżistenza ta' grupp ta’ klijenti konnessi ffurmat mill-gvern ċentrali u persuni fiżiċi u ġuridiċi oħra tista' tkun valutata b'mod separat għal kull persuna direttament ikkontrollata minnu f'konformità mal-punt (a), jew direttament interkonnessa miegħu f'konformità mal-punt (b,) u għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha li huma kkontrollati minn dik il-persuna f'konformità mal-punt (a) jew interkonnessi ma' dik il-persuna f'konformità mal-punt (b), inkluż il-gvern ċentrali. L-istess japplika fil-każijiet ta’ gvernijiet reġjonali jew awtoritajet lokali li għalihom japplika l-Artikolu 115(2).
Żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew iktar li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) minħabba l-iskopertura diretta tagħhom għall-istess CCP għall-finijiet tal-attivitajiet ta' kklerjar mhumiex meqjusa li jikkostitwixxu grupp ta' klijenti relatati;
‘awtorità kompetenti’ tfisser awtorità pubblika jew korp rikonoxxut uffiċjalment mid-dritt nazzjonali, li jingħataw is-setgħa mid-dritt nazzjonali li jissorveljaw istituzzjonijiet bħala parti mis-sistema ta' superviżjoni li tkun operattiva fl-Istat Membru kkonċernat;
‘superviżur tal-konsolidazzjoni’ tfisser awtorità kompetenti responsabbli mill-eżerċizzju tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE;
‘awtorizzazzjoni’ tfisser strument maħruġ fi kwalunkwe forma mill-awtoritajiet li permezz tiegħu jingħata d-dritt li jitwettaq in-negozju;
‘Stat Membru domiċiljari’ tfisser l-Istat Membru li fih istituzzjoni tkun ingħatat awtorizzazzjoni;
‘Stat Membru ospitanti’ tfisser l-Istat Membru li fih istituzzjoni jkollha fergħa jew li fih tipprovdi servizzi;
‘banek ċentrali tas-SEBĊ’ tfisser il-banek ċentrali nazzjonali li jkunu membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ESCB), u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE);
‘banek ċentrali’ tfisser il-banek ċentrali tas-SEBĊ u l-banek ċentrali ta' pajjiżi terzi;
‘sitwazzjoni konsolidata’ tfisser is-sitwazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament skont il-Parti Wieħed, Titolu II, Kapitolu 2 għal istituzzjoni bħallikieku dik l-istituzzjoni kienet tifforma, flimkien ma’ entità oħra jew aktar, istituzzjoni waħda;
‘bażi konsolidata’ tfisser fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata;
‘bażi subkonsolidata’ tfisser abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' istituzzjoni prinċipali, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, bl-esklużjoni ta' sottogrupp ta' entitajiet jew abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' istituzzjoni prinċipali, kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li ma tkunx l-istituzzjoni prinċipali, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja finali;
‘strument finanzjarju’ tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
kuntratt li jiġġenera kemm assi finanzjarji ta’ parti waħda kif ukoll obbligazzjoni finanzjarja jew strument ta’ ekwità ta’ parti oħra;
strument speċifikat fit-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE;
strument finanzjarju derivattiv;
strument finanzjarju primarju;
strument ta’ flus.
L-istrumenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ikunu strumenti finanzjarji biss jekk il-valur tagħhom jidderivi mill-prezz ta’ strument finanzjarju sottostanti jew element, rata jew indiċi sottostanti oħra;
‘kapital inizjali’ tfisser l-ammont u t-tipi ta’ fondi proprji speċifikati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2013/36/UE;
‘riskju operattiv’ tfisser ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn proċessi interni inadegwati jew li fallew, minn persuni u sistemi jew minn avvenimenti esterni, u jinkludi riskju legali;
‘riskju ta’ dilwizzjoni’ tfisser ir-riskju li ammont riċevibbli jitnaqqas permezz ta’ krediti ta’ flus jew mhux ta’ flus lid-debitur;
‘probabbiltà tal-inadempjenza’ jew 'PD' (probability of default) tfisser il-probabbiltà tal-inadempjenza ta’ kontroparti fuq perijodu ta’ sena waħda;
‘telf fil-każ ta’ inadempjenza’ jew 'LGD' (loss given default) tfisser il-proporzjon tat-telf fuq skopertura minħabba inadempjenza ta’ kontroparti mal-ammont pendenti fl-inadempjenza;
‘fattur ta' konverżjoni’ tfisser il-proporzjon tal-ammont kurrentement mhux miġbud ta’ impenn li jista' jinġibed u li għalhekk ikun pendenti fl-inadempjenza mal-ammont kurrentement pendenti tal-impenn, il-firxa tal-impenn jiġi stabbilit skont il-limitu rakkomandat, sakemm il-limitu mhux rakkomandat ma jkunx ogħla;
‘mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu’ tfisser it-teknika użata minn istituzzjoni biex tnaqqas ir-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ skopertura jew skoperturi li istituzzjoni tkompli żżomm;
‘protezzjoni ta’ kreditu finanzjata’ tfisser it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu meta t-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu fuq l-iskopertura ta’ istituzzjoni jidderivi mid-dritt ta’ dik l-istituzzjoni, fil-każ tal-inadempjenza tal-kontroparti jew fl-okkorrenza ta’ avvenimenti ta’ kreditu speċifiċi oħra li jirrelataw mal-kontroparti, li tillikwida, jew li tikseb trasferiment jew approprjazzjoni ta’, jew li żżomm, ċerti assi jew ammonti, jew li tnaqqas l-ammont tal-iskopertura għal, jew li tissostitwixxih bl-ammont tad-differenza bejn l-ammont tal-iskopertura u l-ammont tal-pretensjoni fuq l-istituzzjoni;
‘protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata’ tfisser il-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu meta t-tnaqqis tar-riskju ta’ kreditu fuq l-iskopertura ta’ istituzzjoni jidderivi mill-obbligu ta’ parti terza li tħallas ammont fil-każ ta’ inadempjenza tal-mutwatarju jew l-okkorrenza ta’ avvenimenti ta’ kreditu speċifiċi oħra;
‘strument ta’ flus assimilat’ tfisser ċertifikat ta’ depożitu, bond. li jinkludi bond kopert jew kwalunkwe strument mhux subordinat ieħor, li nħareġ minn istituzzjoni jew ditta tal-investiment, li għaliha l-istituzzjoni jew id-ditta tal-investiment diġà tkun irċeviet pagament sħiħ u li għandu jiġi rimborżat mingħajr kondizzjonijiet mill-istituzzjoni jew id-ditta tal-investiment bil-valur nominali tiegħu;
‘titolizzazzjoni’ tfisser titolizzazzjoni kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
‘pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni’ tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni kif definita fil-punt (19) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
‘rititolizzazzjoni’ tfisser rititolizzazzjoni kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
‘pożizzjoni ta’ rititolizzazzjoni’ tfisser skopertura għal rititolizzazzjoni;
‘tisħiħ fil-kreditu’ tfisser arranġament kuntrattwali li bih il-kwalità ta’ kreditu ta’ pożizzjoni f’titolizzazzjoni tittejjeb fir-rigward ta’ dak li kienet tkun, kieku t-titjib ma kienx ġie pprovdut, inkluż it-titjib ipprovdut minn segmenti aktar subordinarji fit-titolizzazzjoni u tipi oħra ta’ protezzjoni ta’ kreditu;
‘entità bi skop speċjali ta’ titolizzazzjoni’ jew ‘SSPE’ tfisser entità bi skop speċjali ta’ titolizzazzjoni jew SSPE kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
‘segment’ tfisser segment kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
‘evalwazzjoni skont il-valur tas-suq’ tfisser il-valwazzjoni tal-pożizzjonijiet bi prezzijiet tal-għeluq disponibbli immedjatement maħruġin minn sors indipendenti, inklużi prezzijiet tal-kambju, prezzijiet ikkwotati fuq l-iskrin, jew kwotazzjonijiet minn diversi sensara finanzjarji indipendenti ta’ reputazzjoni;
‘evalwazzjoni skont mudell’ tfisser kwalunkwe valwazzjoni li titqabbel ma' parametru referenzjarju, tiġi estrapolata jew ikkalkulata mod ieħor minn input wieħed jew aktar tas-suq;
‘verifika indipendenti tal-prezz’ tfisser proċess li bih l-inputs ta’ prezzijiet tas-suq jew l-ipprezzar skont mudell ikunu vverifikati regolarment għall-akkuratezza u l-indipendenza;
‘kapital eliġibbli’ tfisser dan li ġej:
għall-finijiet tat-Titolu III tal-Parti Tnejn tfisser it-total ta' dan li ġej:
Il-kapital ta' Grad 1 kif imsemmi fl-Artikolu 25, mingħajr ma jiġi applikat it-tnaqqis fl-Artikolu 36(1)(k)(i);
Il-kapital ta' Grad 2 kif imsemmi fl-Artikolu 71 li huwa ekwivalenti għal jew anqas minn terz tal-kapital ta' Grad 1 kif ikkalkulat skont il-punt (i) ta' dan il-punt;
‘kambju rikonoxxut’ tfisser kambju li jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
huwa suq regolat jew suq ta' pajjiż terz li huwa kkunsidrat ekwivalenti għal suq regolat skont il-proċedura stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2014/65/UE;
għandu mekkaniżmu tal-ikklerjar li bih il-kuntratti elenkati fl-Anness II ikunu soġġetti għal rekwiżiti tal-marġini ta’ kuljum li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, jipprovdi protezzjoni adatta;
‘benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji’ tfisser benefiċċji tal-pensjoni mtejba mogħtija fuq bażi diskrezzjonarja minn istituzzjoni lill-impjegat bħala parti mill-pakkkett ta’ remunerazzjoni varjabbli ta’ dak l-impjegat, li ma jinkludux benefiċċji akkumulati mogħtija lill-impjegat skont it-termini tal-iskema tal-pensjonijiet tal-kumpannija;
‘valur tas-self ipotekarju’ tfisser il-valur tal-proprjetà immobbli kif stabbilit minn valutazzjoni prudenzjali tal-kummerċjabbiltà futura tal-proprjetà billi jitqiesu l-aspetti sostenibbli fuq terminu twil tal-proprjetà, il-kondizzjonijiet normali u l-kondizzjonijiet tas-suq lokali, l-użu kurrenti u l-użu alternattiv xieraq tal-proprjetà.
‘proprjetà residenzjali’ tfisser residenza li hija okkupata mis-sid jew il-kerrej tar-residenza, inkluż id-dritt ta' abitazzjoni f'appartament f'kooperattivi ta' djar li jinsabu fl-Isvezja;
‘valur tas-suq’, tfisser għall-fini ta’ proprjetà immobbli. l-ammont stmat li għalih il-proprjetà għandha tiġi skambjata fid-data tal-valutazzjoni bejn kompratur li jkun wera r-rieda u venditur li jkun wera r-rieda fi transazzjoni distakkata wara kummerċjalizzazzjoni xierqa fejn kull parti tkun aġixxiet b’mod konxjentement, b’mod prudenti u mingħajr ma tkun taħt pressjoni;
‘qafas tal-kontabbiltà applikabbli’ tfisser l-istandards ta' kontabbiltà li għalihom l-istituzzjoni tkun soġġetta skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew id-Direttiva 86/635/KEE;
‘rata ta’ inadempjenza ta’ sena’ tfisser il-proporzjon bejn in-numru tal-inadempjenzi li jseħħu matul perijodu li jibda minn sena qabel sad-data T u n-numru ta’ debituri assenjati għal dan il-grad jew aggregazzjoni sena qabel dik id-data;
‘finanzjament ta’ proprjetà immobbli spekulattiva’ tfisser self bil-għan ta’ akkwiżizzjoni ta' jew żvilupp dwar jew kostruzzjoni fuq l-art relatata ma' proprjetà immobbli, jew ta' u relatata ma' tali proprjetà, bil-ħsieb ta’ rivendita għall-profitt;
‘finanzjament tal-kummerċ’ tfisser finanzjament, inklużi garanziji, marbut mal-iskambju ta’ merkanzija u servizzi permezz ta’ prodotti finanzjarji ta’ maturità fissa għal perijodu ta’ żmien qasir, ġeneralment ta' inqas minn sena, mingħajr differiment awtomatiku;
‘krediti tal-esportazzjoni b'appoġġ uffiċjali’ tfisser self jew krediti għall-finanzjament tal-esportazzjoni ta' merkanzija u servizzi li għalihom aġenzija uffiċjali tal-krediti tal-esportazzjoni tipprovdi garanziji, assigurazzjoni jew finanzjament dirett,
‘ftehim ta' xiri mill-ġdid’ u ‘operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid’ tfisser kwalunkwe ftehim li fih istituzzjoni jew il-kontroparti tagħha tittrasferixxi titoli jew prodotti jew drittijiet iggarantiti fir-rigward ta' titolu għal titoli jew prodotti fejn dik il-garanzija tkun inħarġet minn kambju rikonoxxut li jżomm id-drittijiet għat-titoli jew il-prodotti u l-ftehim ma jippermettix lill-istituzzjoni li tittrasferixxi jew tirhan titolu (ta' sigurtà) jew prodott partikolari fi kwalunkwe ħin lil aktar minn kontroparti waħda, soġġett għal impenn li tixtrihom mill-ġdid, jew titoli jew prodotti sostitwiti tal-istess deskrizzjoni bi prezz speċifiku f'data futura speċifika, jew li ser tkun speċifikata, minn min jittrasferixxi, li jkun ftehim ta' xiri mill-ġdid għall-istituzzjoni li tbigħ it-titoli jew prodotti u operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid għall-istituzzjoni li tixtrihom;
‘transazzjoni ta’ xiri mill-ġdid’ tfisser kwalunkwe transazzjoni regolata minn ftehim ta’ xiri mill-ġdid jew minn operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid;
‘ftehim sempliċi ta’ xiri mill-ġdid’ tfisser transazzjoni ta’ xiri mill-ġdid ta’ ass wieħed jew ta' assi simili, mhux kumplessi, kuntrarjament għal ġabra ta’ assi;
‘pożizzjonijiet miżmuma b’intenzjoni ta' negozjar’ tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
pożizzjonijiet proprjetarji u pożizzjonijiet li jitnisslu minn servizzi għall-klijenti u mill-appoġġ għall-iskambji (market making);
pożizzjonijiet maħsuba għar-rivendita f'terminu qasir;
pożizzjonijiet maħsuba biex jibbenefikaw minn differenzi fil-prezz reali jew mistennija ta' terminu qasir bejn il-prezzijiet tax-xiri u l-prezzijiet tal-bejgħ jew minn varjazzjonijiet oħra fil-prezz jew fir-rata tal-imgħax;
‘portafoll tan-negozjar’ tfisser il-pożizzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji u fil-komoditajiet miżmuma minn istituzzjoni bil-ħsieb ta' negozju jew biex tiħħeġġja l-pożizzjonijiet miżmuma bil-ħsieb ta' negozju f'konformità mal-Artikolu 104;
‘faċilità multilaterali ta' negozjar’ tfisser faċilità multilaterali ta' negozjar kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/39/KE;
‘kontroparti ċentrali li tikkwalifika’ jew ‘QCCP’ tfisser kontroparti ċentrali li jew ġiet awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;
‘fond ta’ inadempjenza’ tfisser fond stabbilit minn CCP skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u użat skont l-Artikolu 45 ta' dak ir-Regolament;
‘kontribuzzjoni prefinanzjata għall- fond ta' garanzija f'każ ta' inadempjenza ta' CCP’ tfisser kontribuzzjoni għall-fond ta’ garanzija f'każ ta' inadempjenza ta' CCP li titħallas minn istituzzjoni;
‘skopertura ta' negozju’ tfisser skopertura attwali, inkluż marġini ta' varjazzjoni dovut lill-membru tal-ikklerjar iżda li għadha ma ġietx riċevuta, u kwalunkwe skopertura potenzjali futura ta' membru tal-ikklerjar jew klijent, lil CCP li tirriżulta minn kuntratti u tranżazzjonijiet elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 301(1), kif ukoll marġni inizjali;
‘suq regolat’ tfisser suq regolat kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/39/KE;
‘lieva finanzjarja’ tfisser id-daqs relattiv tal-assi ta’ istituzzjoni, l-obbligi li ma jidhrux u l-obbligi kontinġenti ta’ pagament jew ta’ konsenja jew ta’ forniment ta’ kollateral, inklużi l-obbligi minn finanzjament riċevut, impenji magħmula, derivati jew ftehimiet ta’ xiri mill-ġdid, imma esklużi l-obbligi li jistgħu jiġu infurzati biss matul il-likwidazzjoni ta’ istituzzjoni, meta mqabbla mal-fondi proprji ta’ dik l-istituzzjoni;
‘riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva’ tfisser ir-riskju li jirriżulta mill-vulnerabbiltà ta’ istitizzjoni minħabba lieva finanzjarja jew lieva finanzjarja kontinġenti li tista’ teħtieġ miżuri korrettivi mhux intenzjonati għall-pjan imprenditorjali tagħha, inkluż il-bejgħ b'urġenza ta’ assi li jista’ jirriżulta f’telf jew f’aġġustamenti tal-valutazzjoni tal-assi li jkun fadlilha;
'aġġustament ġenerali tar-riskju tal-kreditu' tfisser l-ammont tal-provvediment għat-telf speċifiku u ġenerali minħabba r-riskji tal-kreditu fuq is-self li kien rikonoxxut fir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjoni f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
‘ħeġġ intern’ tfisser pożizzjoni li materjalment tikkumpensa l-elementi tar-riskju tal-komponent bejn pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar u pożizzjoni waħda jew iktar tal-portafoll mhux tan-negozjar jew bejn żewġ postijiet tan-negozjar;
'obbligu ta’ riferiment' tfisser obbligu użat għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur tas-saldu fi flus ta' derivat tal-kreditu;
‘istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu’ jew ‘ECAI’(external credit assessment institution) tfisser aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li hi reġistrata jew ċertifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu ( 13 ) jew bank ċentrali li joħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu li huma eżentati mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;
‘ECAI nominata’ tfisser ECAI nominata minn istituzzjoni;
‘introjtu ieħor komprensiv akkumulat’ għandha l-istess tifsira bħal tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 1, kif applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002;
'fondi proprji bażiċi' tfisser fondi proprji bażiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 88 tad- Direttiva 2009/138/KE;
‘elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1’ tfisser elementi ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE meta dawk l- elementi jkunu kklassifikati fil-Grad 1 skont it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE f'konformità mal-Artikolu 94(1) ta’ dik id-Direttiva;
‘elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 addizzjonali’ tfisser elementi ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE fejn dawk l-elementi jkunu kklassifikati fil-Grad 1 fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 94(1) ta’ dik id-Direttiva u l-inklużjoni ta’ dawk l-elementi tkun limitata bl-atti ddelegati adottati skont tal-Artikolu 99 ta’ dik id-Direttiva;
‘elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 2’ tfisser elementi ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE fejn dawk l-elementi jkunu kklassifikati fil-Grad 2 fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 94(2) ta’ dik id-Direttiva;
‘elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 3’ tfisser elementi ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE fejn dawk l-elementi jkunu kklassifikati fil-Grad 3 fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 94(3) ta’ dik id-Direttiva;
‘assi ta’ taxxa differita’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
‘assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura’ tfisser l-assi ta’ taxxa differita li l-valur tagħhom fil-ġejjieni jista’ jiġi realizzat biss fil-każ li l-istituzzjoni tiġġenera profitt taxxabbli fil-ġejjieni;
‘obligazzjonijiet ta’ taxxa differita’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
‘assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċju definit’ tfisser l-assi ta’ fond jew pjan tal-pensjoni definit, kif applikabbli, ikkalkulati wara li jkunu tnaqqsu bl-ammont ta’ obbligi skont l-istess fond jew pjan;
‘distribuzzjonijiet’ tfisser il-pagament ta’ dividendi jew imgħax fi kwalunkwe forma;
‘impriża finanzjarja’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-punti (25)(b) u (d) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
‘fondi għal riskju bankarju ġenerali’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont l-Artikolu 38 tad-Direttiva 86/635/KEE;
‘avvjament’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
‘holding indiretta’ tfisser kwalunkwe skopertura lejn entità intermedja li għandha skopertura għal strumenti ta' kapital maħruġa minn entità tas-settur finanzjarju fejn, f'każ li l-istrumenti ta' kapital maħruġa mill-entità tas-settur finanzjarju jiġu permanentement ikkanċellati, it-telf li ġġarrab l-istituzzjoni bħala riżultat ma jkunx materjalment differenti mit-telf li ġġarrab l-istituzzjoni minn holding diretta ta' dawk l-istrumenti ta' kapital maħruġa mill-entità tas-settur finanzjarju;
‘assi intanġibbli’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli u tinkludi l-avvjament;
‘strumenti ta' kapital oħra’ tfisser strumenti ta' kapital maħruġa minn entitajiet tas-settur finanzjarju li ma jikkwalifikawx bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, Grad 1 addizzjonali jew Grad 2 jew elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1, elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 addizzjonali, elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 2 jew elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 3;
‘riżervi oħra’ tfisser riżervi fi ħdan it-tifsira tal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli li jkunu meħtieġa li jintwerew skont l-istandard tal-kontabbiltà applikabbli, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe ammonti diġà inklużi fi introjtu ieħor komprensiv akkumulat jew qligħ miżmum;
‘fondi proprji’ tfisser it-total ta’ kapital ta’ Grad 1 u kapital ta’ Grad 2;
‘strumenti ta’ fondi proprji’ tfisser strumenti ta' kapital maħruġa mill-istituzzjoni li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, Grad 1 Addizzjonali jew Grad 2;
'interessi minoritarji' tfisser l-ammont ta' kapital ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni ta’ sussidjarja ta' istituzzjoni li huwa attribwibbli għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi minbarra dawk inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni;
‘profitt’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
‘holding inkroċjata reċiproka’ tfisser holding minn istituzzjoni ta’ strumenti ta’ fondi proprji jew strumenti ta' kapital oħra maħruġa minn entitajiet tas-settur finanzjarju meta dawk l-entitajiet iżommu wkoll strumenti ta’ fondi proprji maħruġa mill-istituzzjoni;
‘qligħ miżmum’ tfisser profitti jew telf riportati għas-sena ta’ wara bħala riżultat tal-applikazzjoni finali tal-profitt jew it-telf skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
‘kont tal-primjum azzjonarju’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
‘differenzi temporanji’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
'holding sintetika' tfisser investiment ta' istituzzjoni fi strument finanzjarju li l-valur tiegħu hu marbut direttament mal-valur tal-istrumenti ta' kapital maħruġa minn entità tas-settur finanzjarju;
'skema ta' garanzija trasversali' tfisser skema li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-istituzzjonijiet jaqgħu fi ħdan l-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 113(7) jew huma affiljati b'mod permanenti ma' netwerk f'korp ċentrali;
l-istituzzjonijiet huma kkonsolidati bis-sħiħ f'konformità mal-Artikolu 1(1)(b), (c) jew (d) jew l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 83/349/KEE u huma inklużi fis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata ta' istituzzjoni li hija l-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed ta' dan ir-Regolament u soġġett għar-rekwiżiti tal-fondi proprji;
l-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru u s-sussidjarji huma stabbiliti fl-istess Stat Membru u huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni mill-istess awtorità kompetenti;
l-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membri u s-sussidjarji daħlu f'arranġament ta' responsabbiltà kuntrattwali jew statutorju li jipproteġi lil dawk l-istituzzjonijiet u partikolarment jiżgura l-likwidità u s-solvenza tagħhom, sabiex jiġi evitat il-falliment f'każ li dan isir meħtieġ;
arranġamenti huma stabbiliti biex jiżguraw l-għoti minnufih ta' mezzi finanzjarji f'termini ta' kapital u likwidità jekk ikun meħtieġ taħt l-arranġament ta' responsabbiltà kuntrattwali jew statutorju msemmi fil-punt (d);
l-adegwatezza tal-arranġamenti msemmija fil-punti (d) u (e) tkun issorveljata fuq bażi regolari mill-awtorità kompetenti;
il-perijodu minimu ta' avviż għal ħruġ volontarju ta' sussidjarja mill-arranġament ta' responsabbiltà huwa ta' 10 snin;
l-awtorità kompetenti għandha s-setgħa li tipprojbixxi ħruġ volontarju ta' sussidjarja mill-arranġament ta' responsabbiltà;
‘elementi distribwibbli’ tfisser l-ammont tal-profitti fi tmiem l-aħħar sena finanzjarja flimkien ma kwalunkwe profitt riportat għas-sena ta' wara u riżervi disponibbli għal dak l-għan, qabel id-distribuzzjonijiet lil detenturi ta' strumenti ta' fondi proprji, bit-tnaqqis ta' kwalunkwe telf riportat għas-sena ta' wara, kwalunkwe profitt mhux distribwibbli skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali jew il-liġi sekondarja tal-istituzzjoni u kwalunkwe somma li tqiegħdet f'riżervi mhux distribwibbli f'konformità mal-liġi nazzjonali jew l-istatuti tal-istituzzjoni, f'kull każ fir-rigward ta' kategorija speċifika ta' strumenti ta' fondi proprji, li għaliha japplikaw il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, il-liġijiet sekondarji tal-istituzzjonijiet, jew l-istatuti; tali profitti, telf u riżervi ddeterminati abbażi tal-kontijiet individwali tal-istituzzjoni u mhux abbażi tal-kontijiet ikkonsolidata;
‘ġestur’ tfisser ġestur kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
‘awtorità ta' riżoluzzjoni’ tfisser awtorità ta' riżoluzzjoni kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;
‘entità ta' riżoluzzjoni’ tfisser entità ta' riżoluzzjoni kif definita fil-punt (83a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;
‘grupp ta' riżoluzzjoni’ tfisser grupp ta' riżoluzzjoni kif definit fil-punt (83b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;
‘istituzzjoni globali sistemikament importanti’ jew ‘G-SII’ tfisser G-SII li tkun ġiet identifikata skont l-Artikolu 131(1) u (2) tad-Direttiva 2013/36/UE;
‘istituzzjoni globali sistemikament importanti mhux tal-UE’ jew ‘G-SII mhux tal-UE’ tfisser grupp bankarju globali sistematikament importanti jew bank (G-SIBs) li mhuwiex G-SIIs u li huwa inkluż fil-lista ta' G-SIBs ippubblikata mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, kif aġġornata b'mod regolari;
‘sussidjarja materjali’ tfisser sussidjarja li fuq bażi individwali jew konsolidata tissodisfa kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
is-sussidjarja għandha iktar minn 5 % tal-assi konsolidati ponderati għar-riskju tal-impriża prinċipali oriġinali tagħha;
is-sussidjarja tiġġenera iktar minn 5 % tal-introjtu operatorju totali tal-impriża prinċipali oriġinali tagħha;
il-kejl tal-iskopertura totali, imsemmi fl-Artikolu 429(4) ta' dan ir-Regolament, tas-sussidjarja huwa iktar minn 5 % tal-kejl tal-iskopertura totali konsolidata tal-impriża prinċipali oriġinali tagħha;
għall-fini li tiġi ddeterminata s-sussidjarja materjali, fejn japplika l-Artikolu 21b(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, iż-żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE għandhom jitqiesu bħala sussidjarja unika fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom;
‘entità G-SII’ tfisser entità b'personalità ġuridika li hija G-SII jew hija parti minn G-SII jew minn G-SII mhux tal-UE;
‘għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna’ tfisser għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna kif definita fil-punt (57) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;
‘grupp’ tfisser grupp ta' impriżi li minnhom tal-inqas waħda hija istituzzjoni u li jikkonsisti minn impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha, jew minn impriżi li huma relatati ma' xulxin kif stabbilit fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 );
‘tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli’ tfisser tranżazzjoni ta' riakkwist, tranżazzjoni ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' komoditajiet, jew tranżazzjoni ta' self b'marġni;
‘marġni inizjali’ jew ‘IM’ tfisser kwalunkwe kollateral, għajr il-marġni varjabbli, miġbur minn jew mogħti lil entità biex tkopri l-iskopertura attwali u futura potenzjali ta' tranżazzjoni jew ta' portafoll ta' tranżazzjonijiet fil-perijodu meħtieġ biex jiġu likwidati dawk it-tranżazzjonijiet, jew biex jiġu ħħeġġjati mill-ġdid ir-riskju tas-suq tagħhom, wara l-inadempjenza tal-kontroparti għat-tranżazzjoni jew il-portafoll ta' tranżazzjonijiet;
‘riskju tas-suq’ tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn movimenti fil-prezzijiet tas-suq, inkluż fir-rati tal-kambju jew fil-prezzijiet ta' komoditajiet;
‘riskju tal-kambju’ tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn movimenti fir-rati tal-kambju;
‘riskju ta' komoditajiet’ tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn movimenti fil-prezzijiet tal-komoditajiet;
‘post tan-negozjar’ tfisser grupp identifikat tajjeb ta' kummerċjanti stabbilit mill-istituzzjoni biex jimmaniġġja b'mod konġunt portafoll ta' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar skont strateġija kummerċjali definita tajjeb u konsistenti u li jopera taħt l-istess struttura ta' ġestjoni tar-riskju;
‘istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa’ tfisser istituzzjoni li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
ma tkunx istituzzjoni kbira;
il-valur totali tal-assi tagħha fuq bażi individwali jew, fejn applikabbli, fuq bażi konsolidata f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE tkun bħala medja indaqs jew inqas mil-livell limitu ta' EUR 5 biljun matul il-perijodu ta' erba' snin immedjatament qabel il-perijodu annwali attwali ta' rappurtar; L-Istati Membri jistgħu jbaxxu dak il-livell limitu;
hi ma tkun soġġetta għal ebda obbligu jew tkun soġġetta għal obbligi simplifikati, b'rabta mal-ippjanar ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/59/UE;
il-portafoll tan-negozjar tagħha jkun ikklassifikat bħala żgħir fis-sens tal-Artikolu 94(1);
il-valur totali tal-pożizzjonijiet derivattivi tagħha miżmuma b'intenzjoni ta' negozjar ma jaqbiżx 2 % tat-total tal-assi u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ totali tagħha u il-valur totali tal-pożizzjonijiet derivattivi totali tagħha ma jaqbiżx 5 %, it-tnejn ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 273a(3);
aktar minn 75 % tal-assi u tal-obbligazzjonijiet totali konsolidati tal-istituzzjoni, eskluż fiż-żewġ każijiet l-iskoperturi intragrupp, jirrelataw għal attivitajiet ma' kontropartijiet li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea;
l-istituzzjoni ma tużax mudelli interni biex tissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali skont dan ir-Regolament ħlief għal sussidjarji li jużaw mudelli interni żviluppati fuq livell ta' grupp, sakemm il-grupp ikun soġġett għar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 433a jew 433c fuq bażi konsolidata;
l-istituzzjoni ma opponietx il-kwalifika ta' istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa mal-awtoritajiet kompetenti;
l-awtorità kompetenti ma ddeċidietx li, abbażi ta' analiżi tad-daqs, l-interkonnettività, il-kumplessità jew il-profil tar-riskju, l-istituzzjoni ma għandhiex titqies bħala istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa;
‘istituzzjoni kbira’ tfisser istituzzjoni li tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
hi G-SII;
hi tkun ġiet identifikata bħala istituzzjoni sistemikament importanti oħra (O-SII) f'konformità mal-Artikolu 131(1) u (3) tad-Direttiva 2013/36/UE;
hi tkun, fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita, waħda mill-ikbar tliet istituzzjonijiet skont il-valur totali ta' assi;
il-valur totali tal-assi tagħha fuq bażi individwali jew, fejn applikabbli, fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE jkun indaqs jew akbar minn EUR 30 biljun;
‘sussidjarja kbira’ tfisser sussidjarja li tikkwalifika bħala istituzzjoni kbira;
‘istituzzjoni mhux elenkata’ tfisser istituzzjoni li ma tkunx ħarġet it-titoli li huma ammessi għan-negozjar f'suq regolat ta' xi Stat Membru, kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘rapport finanzjarju’ tfisser, għall-finijiet tal-Parti Tmienja, rapport finanzjarju fis-sens tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 );
‘negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet’ tfisser impriża li n-negozju prinċipali tagħha jikkonsisti esklużivament fil-forniment ta’ servizzi jew ta’ attivitajiet ta’ investiment relatati ma’ derivati ta’ komoditajiet jew ma’ kuntratti ta’ derivati ta’ komoditajiet imsemmija fil-punti (5), (6), (7), (9) u (10), derivati tal-kwoti tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt 4, jew kwoti tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt 11 tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.
Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 5
Definizzjonijiet speċifiċi għar-rekwiżiti ta' kapital għar-riskju tal-kreditu
Għall-finijiet tal-Parti Tlieta, Titolu II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
‘skopertura’ tfisser ass jew element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ;
‘telf’ tfisser telf ekonomiku, inkluż effetti materjali ta’ skont, u kostijiet materjali diretti u indiretti assoċjati mal-ġbir fuq l-istrument;
‘telf mistenni’ jew 'EL' (expected loss) tfisser il-proporzjon tal-ammont li mistenni jintilef fuq skopertura minħabba inadempjenza potenzjali ta’ kontroparti jew dilwizzjoni fuq perijodu ta’ sena waħda mal-ammont pendenti fl-inadempjenza.
TITOLU II
LIVELL TAL-APPLIKAZZJONI TAR-REKWIŻITI
KAPITOLU 1
Applikazzjoni tar-rekwiżiti fuq bażi individwali
Artikolu 6
Prinċipji Ġenerali
Sussidjarji materjali ta' G-SII mhux tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 92b fuq bażi individwali, meta jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni;
ma għandhomx sussidjarji;
mhumiex is-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 437a u l-punt (h) tal-Artikolu 447 fuq bażi individwali.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Sitta u fil-punt (d) tal-artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament fuq bażi individwali.
L-istituzzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-Artikolu 413(1) u r-rekwiżiti ta' rapportar dwar il-likwidità assoċjati stabbiliti fil-Parti Sebgħa A ta' dan ir-Regolament:
l-istituzzjonijiet li huma awtorizzati wkoll f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
istituzzjonijiet li huma awtorizzati wkoll f'konformità mal-Artikolu 16 u l-punt (a) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ), sakemm dawn ma jwettqu l-ebda trasformazzjoni tal-maturità sinifikanti; u
istituzzjonijiet li huma deżinjati f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, dment li:
l-attivitajiet tagħhom huma limitati sabiex joffru servizzi ta' tip bankarju, kif imsemmi fit-Taqsima C tal-Anness għal dak ir-Regolament, għal depożitorji ċentrali tat-titoli awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament; u
dawn ma jwettqu l-ebda trasformazzjonijiet tal-maturità sinifikanti.
Artikolu 7
Deroga għall-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) lil kwalunkwe sussidjarja ta’ istituzzjoni, meta kemm is-sussidjarja kif ukoll l-istituzzjoni jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni mill-Istat Membru konċernat, u s-sussidjarja tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata tal-istituzzjoni li tkun impriża prinċipali, u l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati kollha, sabiex ikun żgurat li l-fondi proprji jkunu distribwiti b’mod adegwat bejn l-impriża prinċipali u s-sussidjarja:
ma jkunx hemm impediment kurrenti jew previst materjali prattiku jew ġuridiku għat-trasferiment rapidu ta’ fondi proprji jew ripagament tal-obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali tagħha;
jew l-impriża prinċipali tissodisfa lill-awtorità kompetenti rigward l-immaniġjar prudenti tas-sussidjarja u ddikjarat, bil-permess tal-awtorità kompetenti, li tiggarantixxi l-impenji li daħlet għalihom is-sussidjarja, jew ir-riskji fis-sussidjarja jkunu ta’ interess negliġibbli;
il-proċeduri tal-evalwazzjoni, il-kalkolu u l-kontroll tar-riskju tal-impriża prinċipali jkunu jkopru s-sussidjarja;
l-impriża prinċipali jkollha aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tas-sussidjarja jew ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi il-maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tas-sussidjarja.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) lil istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru meta dik l-istituzzjoni tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni u superviżjoni mill-Istat Membru konċernat, u tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata, u l-kondizzjoniet li ġejjin ikunu kollha ssodisfati, sabiex ikun żgurat li l-fondi proprji huma ddistribwiti b’mod adegwat fost l-impriża prinċipali u s-sussidjarji:
ma jkunx hemm impediment kurrenti jew previst materjali prattiku jew legali għat-trasferiment minnufih ta’ fondi proprji jew ripagament tal-obbligazzjonijiet lill-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru;
il-proċeduri tal-evalwazzjoni, il-kalkolu u l-kontroll tar-riskju rilevanti għal superviżjoni konsolidata jkopru lill-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru.
L-awtorità kompetenti li tagħmel użu minn dan il-paragrafu għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha.
Artikolu 8
Deroga mill-applikazzjoni ta’ rekwiżiti tal-likwidità fuq bażi individwali
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw totalment jew parzjalment l-applikazzjoni tal-Parti Sitta lil istituzzjoni u lis-sussidjarji tagħha kollha jew uħud minnhom fl-Unjoni u jissorveljawhom bħala sottogrupp tal-likwidità waħdieni sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-istituzzjoni prinċipali fuq bażi konsolidata jew istituzzjoni sussidjarja fuq bażi subkonsolidata tikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Parti Sitta;
l-istituzzjoni prinċipali fuq bażi konsolidata jew l-istituzzjoni sussidjarja fuq bażi subkonsolidata timmonitorja u għandha superviżjoni l-ħin kollu fuq il-pożizzjonijiet ta' likwidità tal-istituzzjonijiet kollha fi ħdan il-grupp jew is-sottogrupp, li huma soġġetti għar-rinunzja, timmonitorja u għandha superviżjoni l-ħin kollu fuq il-pożizzjonijiet ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet kollha fi ħdan il-grupp jew is-sottogrupp fejn ir-rekwiżit tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli (NSFR) stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta jiġi rinunzjat, u li tiżgura livell suffiċjenti ta' likwidità, u ta' finanzjament stabbli fejn ir-rekwiżit tal-NSFR stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta jiġi rinunzjat, għal dawk l-istituzzjonijiet kollha;
l-istituzzjonijiet ikunu daħlu f’kuntratti li, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, jiddisponu għall-moviment liberu tal-fondi bejniethom sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom individwali u konġunti meta jsiru dovuti;
ma jkunx hemm impediment kurrenti jew previst materjali prattiku jew legali għall-esekuzzjoni tal-kuntratti msemmija f’(c).
Sal-1 ta’ Jannar 2014 il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kull ostaklu legali li jista' jrendi impossibbli l-applikazzjoni tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu u hi mistiedna tagħmel proposta leġislattiva, jekk ikun xieraq, sal-31 ta’ Diċembru 2015 dwar liema minn dawn l-ostakli għandhom jitneħħew.
Meta l-istituzzjonijiet ta’ sottogrupp waħdieni tal-likwidità ikunu awtorizzati f’diversi Stati Membri, il-paragrafu 1 għandu jkun applikat biss wara li tkun segwita l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21 u għall-istituzzjonijiet biss li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jaqblu rigward l-elementi li ġejjin:
il-valutazzjoni tagħhom tal-konformità tal-organizzazzjoni u tat-trattament tar-riskju tal-likwidità bil-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE fis-sottogrupp waħdieni tal-likwidità;
id-distribuzzjoni tal-ammonti, il-post u s-sjieda tal-assi likwidi meħtieġa li jridu jinżammu fi ħdan is-sottogrupp ta' likwidità uniku, fejn ir-rekwiżit tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità (LCR) kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) ikun irrinunzjat, u d-distribuzzjoni tal-ammonti u l-post ta' finanzjament stabbli disponibbli fi ħdan is-sottogrupp ta' likwidità uniku fejn jiġi rrinunzjat ir-rekwiżit tal-NSFR stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta;
id-determinazzjoni tal-ammonti minimi tal-assi likwidi li għandhom jinżammu mill-istituzzjonijiet li għalihom l-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-LCR kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) tiġi rrinunzjata u d-determinazzjoni tal-ammonti minimi tal-finanzjament stabbli disponibbli li għandu jinżamm mill-istituzzjonijiet li għalihom l-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-NSFR stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta tiġi rrinunzjata;
il-ħtieġa għal parametri aktar stretti minn dawk stabbiliti fil-Parti Sitta;
kondiviżjoni bla restrizzjoni tal-informazzjoni kollha bejn l-awtoritajiet kompetenti.
fehim sħiħ tal-implikazzjonijiet ta' tali rinunzja.
Artikolu 9
Metodu ta’ konsolidazzjoni individwali
Artikolu 10
Rinunzja għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati permanentement ma’ korp ċentrali
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f'konformità mal-liġi nazzjonali, parzjalment jew totalment jirrinunzjaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Tmienja ta' dan ir-Regolament u l-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 għal istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar li jinsabu fl-istess Stat Membru u li huma affiljati permanentement ma' korp ċentrali li jissorveljhom u li huwa stabbilit fl-istess Stat Membru, jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-impenji tal-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati jkunu obligazzjonijiet in solidum jew l-impenji tal-istituzzjonijiet affiljati miegħu jkunu ggarantiti totalment mill-korp ċentrali;
is-solvenza u l-likwidità tal-korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet affiljati kollha jkunu mmonitorjati fis-sħuħija tagħhom fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati ta’ dawn l-istituzzjonijiet;
il-maniġment tal-korp ċentrali jkollu s-setgħa li joħroġ struzzjonijiet lill-maniġment tal-istituzzjonijiet affiljati.
L-Istati Membri jistgħu jżommu u jagħmlu użu mil-leġislazzjoni nazzjonali eżistenti fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rinunzja msemmija fl-ewwel subparagrafu sakemm din ma tkunx f'konflitt ma' dan ir-Regolament jew mad-Direttiva 2013/36/UE.
KAPITOLU 2
Konsolidazzjoni prudenzjali
Artikolu 10a
L-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali fuq bażi konsolidata fejn id-ditti tal-investiment huma impriżi prinċipali
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, id-ditti tal-investiment għandhom jitqiesu bħala kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali fi Stat Membru jew f’kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-Unjoni meta tali ditti tal-investiment ikunu impriżi prinċipali ta’ istituzzjoni jew ta’ ditta tal-investiment soġġetta għal dan ir-Regolament li hija msemmija fl-Artikolu 1(2) jew (5) tar-Regolament (UE) 2019/2033.
Artikolu 11
Trattament ġenerali
Għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, it-termini “istituzzjoni”, “istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru”, “istituzzjoni prinċipali tal-UE” u “impriża prinċipali”, skont il-każ, għandhom jirreferu wkoll għal:
kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta approvata skont l-Artikolu 21a tad-Direttiva 2013/36/UE;
istituzzjoni deżinjata kontrollata minn kumpannija holding finanzjarja prinċipali jew kumpannija holding finanzjarja mħallta prinċipali fejn tali kumpannija prinċipali mhix soġġetta għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 21a(4) tad-Direttiva 2013/36/UE;
kumpannija holding finanzjarji, kumpannija holding finanzjarji mħallta jew istituzzjoni deżinjata skont il-punt (d) tal-Artikolu 21a(6) tad-Direttiva 2013/36/UE.
Is-sitwazzjoni konsolidata ta' impriża msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkun is-sitwazzjoni konsolidata tal-kumpanija holding finanzjarja prinċipali jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali li mhijiex soġġetta għal approvazzjoni skont l-Artikolu 21a(4) tad-Direttiva 2013/36/UE. Is-sitwazzjoni konsolidata ta' impriża msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkun is-sitwazzjoni konsolidata tal-kumpannija holding finanzjarja prinċipali jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta prinċipali tagħha.
▼M8 —————
Impriżi prinċipali tal-UE biss li huma sussidjarja materjali ta' G-SII mhux tal-UE u li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 92b ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata sal-punt u bil-mod stabbilit fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament. Meta japplika l-Artikolu 21b(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, iż-żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE identifikati b'mod konġunt bħala sussidjarja materjali kull waħda minnhom għandha tikkonforma mal-Artikolu 92b ta' dan ir-Regolament abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom.
L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom meta l-grupp jinkludi istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment waħda jew iktar li huma awtorizzati li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat- A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE.
Meta tkun ingħatat rinunzja skont l-Artikolu 8(1) sa (5), l-istituzzjonijiet u, fejn applikabbli, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta li huma parti minn sottogrupp ta' likwidità għandhom jikkonformaw mal-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata jew fuq il-bażi subkonsolidata tas-sottogrupp ta' likwidità.
L-applikazzjoni tal-approċċ stipulat fl-ewwel subparagrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għal superviżjoni effettiva fuq bażi konsolidata u ma għandha la timplika effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha, fi Stati Membri oħra jew fl-Unjoni fl-intier tagħha u lanqas tifforma jew toħloq ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern.
▼M8 —————
Artikolu 12a
Kalkolu kkonsolidat għal G-SIIs b'entitajiet ta' riżoluzzjoni multipli
Meta mill-anqas żewġ entitajiet G-SII li jappartjeni għall-istess G-SII huma entitajiet ta' riżoluzzjoni, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE ta' dik il-G-SII għandha tikkalkula l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta' dan ir-Regolament. Dak il-kalkolu għandu jitwettaq abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE daqslikieku kienet l-unika entità ta' riżoluzzjoni tal-G-SII.
Meta l-ammont ikkalkulat skont l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu jkun iktar baxx mis-somma tal-ammonti ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta’ dan ir-Regolament tal-entitajiet ta’ riżoluzzjoni kollha li jappartjenu għal dik il-G-SII, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jaġixxu skont l-Artikoli 45d(4) u 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.
Meta l-ammont ikkalkulat skont l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu jkun ogħla mis-somma tal-ammonti ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta’ dan ir-Regolament tal-entitajiet ta’ riżoluzzjoni kollha li jappartjenu għal dik il-G-SII, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jaġixxu skont l-Artikoli 45d(4) u 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.
Artikolu 13
Applikazzjoni ta' rekwiżiti ta' divulgazzjoni fuq bażi kkonsolidata
Sussidjarji kbar ta' istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 437, 438, 440, 442, 450, 451, 451a u 453 fuq bażi individwali jew, fejn applikabbli skont dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, fuq bażi subkonsolidata.
It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu japplika għal sussidjarji ta' impriżi prinċipali stabbiliti f'pajjiż terz fejn dawk is-sussidjarji jikkwalifikaw bħala sussidjarji kbar.
Artikolu 14
Applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/2402 fuq bażi konsolidata
▼M9 —————
Artikolu 18
Metodi ta' konsolidazzjoni prudenzjali
Għall-finijiet tal-Artikolu 11(3a), istituzzjonijiet li huma meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 92a jew 92b fuq bażi konsolidata għandhom iwettqu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jkunu s-sussidjarji tagħhom fil-gruppi ta' riżoluzzjoni rilevanti.
Awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk għandhiex titwettaq konsolidazzjoni u kif din għandha titwettaq fil-każijiet li ġejjin:
meta, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni teżerċita influwenza sinifikanti fuq istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew iktar, iżda mingħajr ma jkollha parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali oħra f'dawk l-istituzzjonijiet; u
meta żewġ istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji jew iktar jitpoġġew taħt maniġment uniku differenti minn dak skont il-kuntratt, il-klawżoli tal-memoranda jew l-Artikoli ta' assoċjazzjoni tagħhom.
B'mod partikolari, awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu jew jeħtieġu l-użu tal-metodu previst fl-Artikolu 22(7), (8) u (9) tad-Direttiva 2013/34/UE. Dak il-metodu ma għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f'superviżjoni konsolidata.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu jew jitolbu lill-istituzzjonijiet japplikaw metodu differenti għal tali sussidjarji jew parteċipazzjonijiet, inkluż il-metodu meħtieġ mill-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, dment li:
l-istituzzjoni ma tapplikax diġà l-metodu tal-ekwità fit-28 ta' Diċembru 2020;
ikun ta' piż sproporzjonat li jiġi applikat il-metodu tal-ekwità jew il-metodu tal-ekwità ma jirriflettix b'mod adegwat ir-riskji li l-impriża msemmija fl-ewwel subparagrafu toħloq lill-istituzzjoni; u
il-metodu applikat ma jirriżultax f'konsolidazzjoni sħiħa jew proporzjonali ta' dik l-impriża.
Awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu konsolidazzjoni sħiħa jew proporzjonali ta' sussidjarja jew impriża li fiha istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni meta dik is-sussidjarja jew impriża mhijiex istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari u fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-impriża mhijiex impriża tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni ta' pajjiż terz, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz, kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew impriża eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva;
hemm riskju sostanzjali li l-istituzzjoni tiddeċiedi li tipprovdi għajnuna finanzjarja lil dik l-impriża f'kondizzjonijiet ta' stress, fin-nuqqas ta', jew lil hinn minn kwalunkwe obbligu kuntrattwali li jiġi provdut tali appoġġ.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 19
Entitajiet esklużi mill-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali
Istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari li tkun sussidjarja jew impriża li fiha tinżamm holding, m’hemmx bżonn li tkun inkluża fil-konsolidazzjoni meta l-ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux tal-impriża konċernata jkunu inqas mill-iżgħar miż-żewġ ammonti li ġejjin:
EUR 10 miljuni;
1 % tal-ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux tal-impriża prinċipali jew l-impriża li jkollha l-holding.
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE jistgħu fuq il-bażi ta’ każ każ jiddeċiedu fil-każijiet li ġejjin li istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari li tkun sussidjarja jew li fiha tinżamm holding, ma jkunx hemm għalfejn tiġi inkluża fil-konsolidazzjoni:
fejn l-impriża konċernata tkun tinsab f’pajjiż terz fejn ikun hemm impedimenti ġuridiċi għat-trasferiment tal-informazzjoni meħtieġa;
fejn l-impriża konċernata tkun ta' interess negliġibbli biss fir-rigward tal-objettivi tal-istituzzjonijiet ta' monitoraġġ;
fejn, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata, il-konsolidazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża konċernata ma tkunx xierqa jew tkun qarrieqa fir-rigward tal-objettivi tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet.
Artikolu 20
Deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħdmu flimkien, f’konsultazzjoni sħiħa:
fil-każ ta' applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fl-Artikolu 143(1), l-Artikolu 151(4) u (9), l-Artikolu 283, l-Artikolu 312(2) u l-Artikolu 363 rispettivament sottomessi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE u s-sussidjarji tagħha, jew b’mod konġunt mis-sussidjarji ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, biex jiddeċiedu jekk jingħatax il-permess mitlub u jiddeterminaw il-patti u l-kondizzjonijiet, jekk ikun hemm, li tali permess għandu jkun soġġett għalihom;
għall-fini li jiġi ddeterminat jekk humiex sodisfatti l-kriterji għat-trattament ta' intragrupp speċifiku kif imsemmi fl-Artikolu 422(9) u l-Artikolu 425(5) ikkomplimentati mill-istandards regolatorji tal-ABE msemmija fl-Artikolu 422(10) u l-Artikolu 425(6).
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi biss lis-superviżur konsolidanti.
L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 312(2), għandha tinkludi deskrizzjoni tal-metodoloġija użata għall-allokazzjoni tal-kapital tar-riskju operattiv bejn l-entitajiet differenti tal-grupp. L-applikazzjoni għandha tindika jekk l-effetti tad-diversifikazzjoni jkunux intenzjonati li jkunu inklużi fis-sistema tal-kalkolu tar-riskju.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jilħqu deċiżjoni konġunta fi żmien sitt xhur fuq:
l-applikazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1;
il-valutazzjoni tal-kriterji u d-determinazzjoni tat-trattament speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.
Din id-deċiżjoni konġunta għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ li għandha tkun ipprovduta lill-applikant mill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1.
Il-perijodu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jibda:
fid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni kompluta msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għand is-superviżur konsolidanti. Is-superviżur konsolidanti għandu jibgħat l-applikazzjoni kompluta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra mingħajr dewmien;
fid-data ta' meta jasal għand l-awtoritajiet kompetenti rapport mħejji min-superviżur konsolidanti li janalizza l-impenji intragrupp fi ħdan il-grupp.
Id-deċiżjoni għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra mfissra matul il-perijodu ta’ sitt xhur.
Id-deċiżjoni għandha tkun ipprovduta lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE, lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra mis-superviżur konsolidanti.
Jekk, fi tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur, xi awtorità kompetenti konċernata tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur konsolidanti għandu jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament dwar id-deċiżjoni tiegħu, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodu ta’ sitt xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.
Id-deċiżjoni għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra mfissra matul il-perijodu ta’ sitt xhur.
Id-deċiżjoni għandha tkun ipprovduta lis-superviżur konsolidanti li jinforma lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE, lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE.
Jekk, fi tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur, is-superviżur konsolidanti jkun irrefera l-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarja fuq bażi individwali għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha dwar il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament dwar id-deċiżjoni tiegħu, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodu ta’ sitt xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 21
Deċiżjonijiet konġunti fil-livell tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-likwidità
Id-deċiżjoni konġunta għandha tittieħed fi żmien sitt xhur wara s-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta’ rapport li jidentifika sottogruppi tal-likwidità waħdanin fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim matul il-perijodu ta’ sitt xhur, is-superviżur konsolidanti għandu jikkonsulta lill-ABE fuq talba ta’ kwalunkwe awtorità kompetenti oħra konċernata. Is-superviżur konsolidanti jista’ jikkonsulta lill-ABE fuq inizjattiva tiegħu stess.
Id-deċiżjoni konġunta tista’ timponi wkoll limitazzjonijiet fuq il-post u s-sjieda ta’ assi likwidi u tirrikjedi ammonti minimi ta’ assi likwidi biex jinżammu mill- istituzzjonijiet li jkunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Parti Sitta.
Id-deċiżjoni konġunta għandha titniżżel f'dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ li għandu jiġi ppreżentat lill-istituzzjoni prinċipali tas-sottogrupp tal-likwidità mis-superviżur konsolidanti.
Madankollu, kwalunkwe awtorità kompetenti tista’ matul il-perijodu ta’ sitt xhur tirreferi l-kwistjoni lill-ABE dwar jekk il-kondizzjonijiet fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8(1) ikunux issodisfati. F’dak il-każ, l-ABE tista' twettaq il-medjazzjoni mhux vinkolanti tagħha skont l-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti għandhom jiddeferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sakemm tispiċċa l-medjazzjoni mhux vinkolanti. Meta, waqt il-medjazzjoni, ma jkun intlaħaq ebda qbil mill-awtoritajiet kompetenti fi żmien tliet xhur, kull awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni proprja tagħha b'kont meħud tal-proporzjonalità tal-benefiċċji u r-riskji fil-livell tal-Istat Membru tal-istituzzjoni prinċipali u tal-proporzjonalità tal-benefiċċji u r-riskji fil-livell tal-Istat Membru tas-sussidjarja. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.
Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 1 u d-deċiżjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu vinkolanti.
Artikolu 22
Subkonsolidazzjoni fil-każ ta’ entitajiet f’pajjiżi terzi
Artikolu 23
Impriżi f’pajjiżi terzi
Għall-fini tal-applikazzjoni tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont dan il-Kapitolu, it-termini ‘ditta ta' investiment’, ‘istituzzjoni ta’ kreditu’, ‘istituzzjoni finanzjarja’ u ‘istituzzjoni’ għandhom japplikaw ukoll għal impriżi stabbiliti f’pajjiżi terzi li, kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, kienu jissodisfaw id-definizzjonijiet ta’ dawk it-termini fl-Artikolu 4.
Artikolu 24
Valutazzjoni tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ
PARTI TNEJN
FONDI PROPRJI U OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI
TITOLU I
ELEMENTI TA’ FONDI PROPRJI
KAPITOLU 1
Kapital ta’ Grad 1
Artikolu 25
Kapital ta’ Grad 1
Il-kapital ta’ Grad 1 ta’ istituzzjoni jikkonsisti fit-total tal-kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 u kapital ta’ Addizzjonali ta' Grad 1 tal-istituzzjoni.
KAPITOLU 2
Kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1
Artikolu 26
Elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1
Elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ istituzzjonijiet jikkonsistu f’dawn li ġejjin:
strumenti kapitali, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28 jew, fejn applikabbli,l-Artikolu 29 ikunu sodisfatti;
il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (a);
qligħ miżmum;
introjtu ieħor komprensiv akkumulat;
riżervi oħra;
fondi għal riskju bankarju ġenerali.
L-elementi msemmija fil-punti (c) sa (f) għandhom jiġu rikonoxxuti bħala Ekwità Komuni ta' Grad 1 biss fejn huma disponibbli għall-istituzzjoni għal użu mingħajr restrizzjonijiet u immedjat biex jiġu koperti r-riskji jew telf hekk kif dawn iseħħu.
Għall-fini tal-punt (c) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu profitt interim jew ta’ tmiem is-sena f’kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 qabel l-istituzzjoni tkun ħadet deċiżjoni formali li tikkonferma l-profitt jew telf finali tal-istituzzjoni għas-sena biss bil-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess, f'każ li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
dawk il-profitti ġew ivverifikati minn persuni indipendenti tal-istituzzjoni li huma responsabbli għall-verifika tal-kontijiet ta’ dik l-istituzzjoni;
l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li kwalunkwe addebitament jew dividend prevedibbli tnaqqas mill-ammont ta’ dak il-profitt.
Verifika tal-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena tal-istituzzjoni għandha tipprovdi livell adegwat ta’ aċċertament li dawk il-profitti ġew evalwati skont il-prinċipji stabbiliti fil-qafas tal-kontabbiltà applikabbli
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjonijiet jistgħu jikklassifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 ħruġ sussegwenti ta' forma ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li għalihom ikunu diġà rċevew din l-awtorizzazzjoni, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw dak il-ħruġ sussegwenti huma sostanzjalment l-istess bħal dawk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħruġ li għalihom l-istituzzjonijiet ikunu diġà rċevew permess;
l-istituzzjonijiet ikunu nnotifikaw dak il-ħruġ sussegwenti lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien biżżejjed qabel il-klassifikazzjoni tiegħu bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE qabel ma jingħata permess għal forom ġodda ta' strumenti kapitali sabiex jiġu kklassifikati bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu b'mod dovut l-opinjoni tal-ABE u, meta jiddeċiedu li jiddevjaw minnha, għandhom jiktbu lill-ABE fi żmien tliet xhur mid-data ta' meta jirċievu l-opinjoni tal-ABE billi jispjegaw ir-raġunament għad-devjazzjoni mill-opinjoni rilevanti. Dan is-subparagrafu ma għandux japplika għall-istrumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 31.
Abbażi ta' informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti, l-ABE għandha tistabbilixxi, iżżomm u tippubblika lista tal-forom kollha ta' strumenti kapitali f'kull Stat Membru li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. Skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-ABE tista' tiġbor kull informazzjoni b'rabta ma' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li hija tqis meħtieġa biex tistabbilixxi l-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew fejn applikabbli, fl-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament u għall-fini li tinżamm u tiġi aġġornata l-lista msemmija f'dan is-subparagrafu.
Wara l-proċess ta' analiżi stabbilit fl-Artikolu 80 u, fejn ikun hemm evidenza sinifikanti li l-istrumenti ta' kapital rilevanti ma jissodisfawx jew waqfu milli jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28 jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 29, l-ABE tista' tiddeċiedi li ma żżidx dawk l-istrumenti fil-lista msemmija fir-raba' subparagrafu jew tneħħihom minn dik il-lista, skont il-każ. L-ABE għandha tagħmel notifika f'dak is-sens u għandha tirreferi wkoll għall-pożizzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti dwar il-kwistjoni. Dan is-subparagrafu ma japplikax għall-istrumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 31.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 27
Strumenti ta' kapital ta’soċjetajiet mutwali jew kooperattivi, istituzzjonijiet ta' tfaddil jew istituzzjonijiet simili f’elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1
Elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 għandhom jinkludu kwalunkwe strument kapitali maħuġ minn istituzzjoni skont il-patti statutorji tagħha sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
l-istituzzjoni tkun ta’ tip li hu ddefinit skont id-dritt nazzjonali applikabbli u li l-awtoritajiet kompetenti jqisu li tikkwalifika bħala kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
soċjetà mutwali;
soċjetà kooperattiva;
istituzzjoni ta' tfaddil;
istituzzjoni simili;
istituzzjoni ta' kreditu li kompletament tappartjeni għal waħda mill-istituzzjonijiet imsemmija fil-punti (i) sa (iv) u li għandha l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti rilevanti biex tuża d-dispożizzjonijiet f'dan l-Artikolu, dment li, u sakemm, 100 % tal-ishma ordinarji maħruġa fl-istituzzjoni ta' kreditu jinżammu direttament jew indirettament minn istituzzjoni msemmija f'dawk il-punti;
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 28 jew, fejn applikabbli,l-Artikolu 29, huma sodisfatti.
Dawk is-soċjetajiet mutwi, is-soċjetajiet kooperattivi jew l-istituzzjonijiet ta' tfaddil rikonoxxuti bħala tali skont il-liġi nazjonali applikabbli qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 għandhom ikomplu jkunu klassifikati bħala tali għall-fini ta' din il-Parti, dment li jkomplu jissodisfaw il-kriterji li ddeterminaw dan ir-rikonoxximent.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 28
Strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1
L-istrumenti ta' kapital għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 biss jekk il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
l-istrumenti jinħarġu direttament mill-istituzzjoni bl-approvazzjoni minn qabel tas-sidien tal-istituzzjoni jew, meta permess skont id-dritt nazzjonali applikabbli, mill-korp maniġerjali tal-istituzzjoni;
l-istrumenti jkunu sottoskritti u l-akkwist tas-sjieda ta' dawk l-istrumenti ma jkunx iffinanzjat direttament jew indirettament mill-istituzzjoni;
l-istrumenti jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin fir-rigward tal-klassifikazzjoni tagħhom:
jikkwalifikaw bħala kapital skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tad- Direttiva 83/635/KEE;
ikunu kklassifikati bħala ekwità skont it-tifsira tal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
ikunu kklassifikati bħala kapital ta’ ekwità għall-fini tal-istabiliment tal- insolvenza fil-karta bilanċjali, meta applikabbli skont il-liġi nazzjonali tal- insolvenza;
l-istrumenti jintwerew b’mod ċar u separat fuq il-karta bilanċjali fir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjoni;
l-istrumenti jkunu perpetwi;
istituzzjonijiet u istituzzjonijiet finanzjarji li għalihom l-iskoperturi għall- l-ammont ta' kapital tal-istrumenti ma jistax jitnaqqas jew ripagat, ħlief f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:
il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;
ix-xiri mill-ġdid diskrezzjonarju tal-istrumenti jew mezzi diskrezzjonali oħra ta’ tnaqqis tal-kapital, meta l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 77;
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jindikawx espressament jew impliċitament li l-ammont ta' kapital tal-istrumenti jitnaqqas jew jista’ jkun li jitnaqqas jew jiġi ripagat ħlief fil-likwidazzjoni tal-istituzzjoni, u l-istituzzjoni b’ebda mod ieħor ma tipprovdi tali indikazzjoni qabel jew waqt il-ħruġ tal-istrumenti, ħlief fil-każ ta’ strumenti msemmija fl-Artikolu 27 meta r-rifjut mill-istituzzjoni li tifdi tali strumenti jkun pprojbit skont id-dritt nazzjonali applikabbli;
l-istrumenti jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin fir-rigward ta' distribuzzjonijiet:
ma jkunx hemm trattament ta’ distribuzzjoni preferenzjali rigward l-ordni tal-pagamenti ta’ distribuzzjoni, inklużi fir-rigward ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, u t-termini li jirregolaw l-istrumenti ma jipprovdux drittijiet preferenzjali lill-pagament tad-distribuzzjonijiet;
distribuzzjonijiet lid-detenturi tal-istrumenti jistgħu jitħallsu biss mill-elementi distribwibbli;
il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jinkludux limitu massimu jew restrizzjonijiet oħra fuq il-livell massimu tad-distribuzzjonijiet, ħlief fil-każ tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 27.
il-livell tad-distribuzzjonijiet ma jkunx iddeterminat fuq il-bażi tal-ammont li għalih l-istrumenti kienu nxtraw fil-ħruġ, ħlief fil-każ tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 27;
il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jinkludux obbligu għall-istituzzjoni li tagħmel distribuzzjonijiet lid-detenturi tagħhom u l-istituzzjoni bl-ebda mod ma tkun soġġetta għal tali obbligu;
kwalunkwe impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fin-nuqqas ta’ pagament tad-distribuzzjonijiet ma jikkostitwixxix avveniment ta’ inadempjenza tal-istituzzjoni;
il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet ma jkun jimponi l-ebda restrizzjoni fuq l-istituzzjoni;
meta mqabbla mal-istrumenti ta' kapital maħruġa mill-istituzzjoni, l-istrumenti jassorbu l-ewwel u proporzjonalment l-akbar sehem tat-telf meta jseħħ, u kull strument jassorbi t-telf tal-istess grad bħall-istrumenti l-oħra kollha ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;
l-istrumenti jikklassifikaw taħt il-pretensjonijiet l-oħra kollha fil-każ ta’ insolvenza jew likwidazzjoni tal-istituzzjoni;
l-istrumenti jintitolaw lis-sidien tagħhom għal pretensjoni fuq l-assi residwi tal-istituzzjoni, li, fil-każ tal-likwidazzjoni tagħha u wara l-pagament tal-pretensjonijiet superjuri tagħha, tkun pproporzjonata għall-ammont maħruġ ta’ tali strumenti u ma tkunx fissa jew soġġetta għal limitu massimu, ħlief fil-każ tal-istrumenti ta' kapital imsemmija fl-Artikolu 27;
l-istrumenti ma jkunux koperti, jew soġġetti għal garanzija li ssaħħaħ is-superjorità tal-pretensjoni minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew is-sussidjarji tagħha;
il-kumpannija azzjonarja ta' attività mħallta jew is-sussidjarji tagħha;
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta u s-sussidjarji tagħha;
xi impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punt (i) sa (v);
l-istrumenti ma jkunux soġġetti għal kwalunkwe arranġament, kuntrattwali jew ta’ tip ieħor, li jtejjeb is-superjorità tal-pretensjonijiet skont l-istrumenti f'insolvenza jew likwidazzjoni.
Il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (j) tal-ewwel subparagrafu għandha titqies sodisfatta, minkejja li l-istrumenti huma inklużi fil-Grad 1 jew ta’ Grad 2 Addizzjonali bis-saħħa tal-Artikolu 484(3), dment li jikklassifikaw pari passu.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-parti ta' strument kapitali li hija mħallsa kompletament biss għandha tkun eliġibbli biex tikkwalifika bħala strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.
Il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għandha titqies sodisfatta minkejja tnaqqis tal-ammont prinċipali tal-istrument kapitali fi proċedura ta' riżoluzzjoni jew bħala konsegwenza ta' deprezzament ta' strumenti kapitali meħtieġ mill-awtorità ta' riżoluzzjoni responsabbli għall-istituzzjoni.
Il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (g) tal-paragrafu 1 għandha titqies sodisfatta minkejja d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument kapitali li jindika espliċitament jew impliċitament li l-ammont prinċipali tal-istrument għandu jitnaqqas jew jista' jitnaqqas fi proċedura ta' riżoluzzjoni jew bħala konsegwenza ta' deprezzament ta' strumenti kapitali rikjest mill-awtorità ta' riżoluzzjoni responsabbli għall-istituzzjoni.
Il-kundizzjoni stabbilita fil-punt (h)(v) tal-paragrafu 1 għandha titqies sodisfatta minkejja sussidjarja tkun soġġetta għal ftehim ta' trasferiment ta' profitti u telf mal-impriża prinċipali tagħha, skont liema s-sussidjarja hija obbligata li tittrasferixxi, wara t-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħha, ir-riżultat annwali tagħha lill-impriża prinċipali, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-impriża prinċipali tippossjedi 90 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot u tal-kapital tas-sussidjarja;
l-impriża prinċipali u s-sussidjarja jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru;
il-ftehim ġie konkluż għal finijiet ta' taxxa leġittimi;
fit-tħejjija tad-dikjarazzjoni finanzjarja annwali, is-sussidjarja għandha d-diskrezzjoni li tnaqqas l-ammont tad-distribuzzjonijiet billi talloka parti jew it-totalità tal-profitti tagħha lir-riżervi jew il-fondi proprji tagħha għal riskju bankarju ġenerali qabel ma tagħmel kwalunkwe ħlas lill-impriża prinċipali tagħha;
l-impriża prinċipali hija obbligata skont il-ftehim li tikkumpensa b'mod sħiħ lis-sussidjarja għat-telf kollu tas-sussidjarja;
il-ftehim huwa soġġett għal perijodu ta' avviż li jgħid li l-ftehim jista' jiġi terminat biss minn tmiem sena fiskali, b'tali tmiem ikun effettiv mhux qabel il-bidu tas-sena fiskali ta' wara, u b'hekk ma jbiddilx l-obbligu tal-impriża prinċipali li tikkumpensa bis-sħiħ lis-sussidjarja għal kull telf imġarrab matul is-sena fiskali attwali.
Meta istituzzjoni tkun daħlet fi ftehim ta' trasferiment ta' profitti u telf, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien u tipprovdi lill-awtorità kompetenti b'kopja tal-ftehim. L-istituzzjoni għandha tinnotifika wkoll lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien b'kull tibdil għall-ftehim ta' trasferiment ta' profitti u telf u t-tmiem tiegħu. Istituzzjoni ma għandhiex tidħol f'aktar minn ftehim wieħed ta' trasferiment ta' profitti u telf.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
il-forom u n-natura applikabbli ta’ finanzjament indirett tal-istrumenti ta' fondi proprji;
Jekk u meta distribuzzjonijiet multipli jikkostitwixxu ġibda sproporzjonata fuq il-fondi proprji;
it-tifsira ta’ distribuzzjonijiet preferenzjali.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 29
Strumenti ta' kapital maħruġa minn impriżi mutwali, soċjetajiet kooperattivi, istituzzjonijiet ta' tfaddil u istituzzjonijiet simili
Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward ta’ tifdija tal-istrumenti ta' kapital:
ħlief meta pprojbit skont id-dritt nazzjonali applikabbli, l-istituzzjoni għandha tkun tista’ tirrifjuta t-tifdija tal-istrumenti;
meta r-rifjut mill-istituzzjoni tat-tifdija tal-istrumenti jkun pprojbit skont id-dritt nazzjonali applikabbli, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istumenti għandhom jagħtu l-kapaċità lill-istituzzjoni li tillimita t-tifdija tagħhom;
ir-rifjut li tifdi l-istrumenti, jew il-limitazzjoni tat-tifdija tal-istrumenti meta applikabbli, jista' ma jkunx jikkostitwixxi avveniment ta’ inadempjenza tal-istituzzjoni.
Il-kondizzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li soċjetà mutwi jew kooperattiva, istituzzjoni ta' tfaddil jew istituzzjoni simili tirrikonoxxi fl-Ekwità Komuni ta’ Grad 1 strumenti li ma jagħtux drittijiet ta' vot lid-detentur u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-pretensjoni tad-detenturi tal-istrumenti mingħajr vot fl-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni tkun proporzjonata għas-sehem mit-total tal-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1li dawn l-istrumenti mingħajr vot jirrappreżentaw;
l-istrumenti b'xi mod ieħor jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 30
Konsegwenzi għall-fatt li l-kondizzjonijiet għal strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ma jibqgħux issodisfati
Dawn li ġejjin għandhom japplikaw fejn, fil-każ ta’ strument ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, il-kondizzjoniiet stabbiliti fl-Artikolu 28 jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 29 ma jibqgħux jiġu ssodisfati:
dak l-istrument għandu immedjatament ma jibqax jikkwalifika bħala strument ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;
il-kontijiet tal-primjum azzjonarju b'rabta ma’ dak l-istrument għandhom immedjatament ma jibqgħux jikkwalifikaw bħala elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1.
Artikolu 31
Strumenti kapitali sottoskritti mill-awtoritajiet pubbliċi f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza
F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-inklużjoni fl-Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' strumenti kapitali li jikkonformaw tal-inqas mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 28(1) meta l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:
l-istrumenti kapitali jkunu nħarġu wara 1 ta’ Jannar 2014
il-Kummissjoni tqis l-istrumenti kapitali bħala għajnuna mill-istat;
l-istrumenti kapitali jinħarġu fil-kuntest ta' miżuri ta' rikapitalizzazzjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat eżistenti dak iż-żmien;
l-istrumenti kapitali huma kollha sottoskritti u miżmuma mill-Istat jew minn awtorità pubblika rilevanti jew entità ta' proprjetà pubblika;
l-istrumenti kapitali jistgħu jassorbu telf;
ħlief għall-istrumenti ta' kapital imsemmija fl-Artikolu 27, f'każ ta' likwidazzjoni, l-istrumenti kapitali jagħtu d-dritt lill-proprjetarji tagħhom biex jitolbu għall-assi residwi tal-istituzzjoni wara l-pagament tal-pretensjonijiet prijoritarji kollha;
hemm mekkaniżmi ta' ħruġ adegwati tal-Istat jew, fejn applikabbli, awtorità pubblika jew entità ta' proprjetà pubblika rilevanti;
l-awtorità kompetenti tat il-permess tagħha minn qabel u ppubblikat id-deċiżjoni tagħha flimkien ma spjegazzjoni ta' dik id-deċiżjoni.
Artikolu 32
Assi titolizzati
Istituzzjoni għandha teskludi minn kwalunkwe element ta’ fondi proprji kwalunkwe żieda fl-ekwità tagħha skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli li tirriżulta minn assi titolizzati, inklużi dawn li ġejjin:
tali żieda assoċjata ma’ introjtu ta’ marġini futur li jirriżulta fi qligħ fuq il-bejgħ għal dik l-istituzzjoni;
meta l-istituzzjoni tkun l-oriġinatur ta’ titolizzazzjoni, iż-żidiet netti li jitnisslu mill-kapitalizzazzjoni ta’ introjtu futur mill-assi titolizzati li jipprovdu tisħiħ fil-kreditu lill-pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 33
Koperturi tal-flussi ta' flus u l-bidliet fil-valur tal-obbligazzjonijiet proprji
L-istituzzjonijiet m’għandhomx jinkludu l-elementi li ġejjin fi kwalunkwe element ta’ fondi proprji:
ir-riżervi ta’ valur ġust relatati mal-qligħ jew telf fuq il-koperturi tal-flussi tal-flus ta’ strumenti finanzjarji li ma jkunux valutati f’valur ġust, inklużi l-flussi tal-flus ipproġettati;
qligħ jew telf fuq obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni li jkunu vvalutati b’valur ġust li jirriżulta minn bidliet fl-istat tal-kreditu proprju tal-istituzzjoni;
profitt u telf tal-valur ġust fuq obbligazzjonijiet derivattivi tal-istituzzjoni li jirriżultaw minn tibdil fir-riskju ta' kreditu proprju tal-istituzzjoni.
Mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu l-ammont ta' qligħ u telf fuq l-obbligazzjonijiet tagħhom fil-fondi proprji meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-obbligazzjonijiet huma fil-forma ta' bonds kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE;
il-bidliet fil-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni huma minħabba l-istess bidliet fl-istat tal-kreditu proprju tal-istituzzjoni;
hemm korrispondenza mill-qrib bejn il-valur tal-bonds imsemmija fil-punt (a) u l-valur tal-assi tal-istituzzjoni;
huwa possibbli li jinfeda s-self ipotekarju billi jinxtraw lura l-bonds li jiffinanzjaw is-self ipotekarju b'valur tas-suq jew dak nominali.
L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2013.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 34
Aġġustamenti fil-valur addizzjonali
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 105 għall-assi kollha tagħhom imkejla f’valur ġust meta jikkalkulaw l-ammont tal-fondi proprji tagħhom u għandhom inaqqsu mill-kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 l-ammont ta’ kwalunkwe aġġustament fil-valur addizzjonali neċessarju.
Artikolu 35
Qligħ u telf mhux realizzati mkejla b’valur ġust
Ħlief fil-każ tal-elementi msemmija fl-Artikolu 33, l-istituzzjonijiet m’għandhomx jagħmlu aġġustamenti biex ineħħu mill-fondi proprji tagħhom il-qligħ u t-telf mhux realizzati fuq l-assi jew l-obbligazzjonijiet tagħhom imkejla b’valur ġust.
Artikolu 36
Tnaqqis mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1
L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu dan li ġej mill-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1:
telf għas-sena finanzjarja kurrenti;
assi intanġibbli bl-eċċezzjoni ta' assi ta' software valutati b'mod prudenti li l-valur tagħhom ma jkunx affettwat b'mod negattiv mir-riżoluzzjoni, l-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;
assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura;
għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju li jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (l-Approċċ IRB), l-ammonti negattivi li jirriżultaw mill-kalkolu tal-ammonti ta’ telf mistenni kif stabbilit fl-Artikoli 158 u 159;
assi ta’ fondi ta’ pensjonijiet b’benefiċċju definit fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni;
istituzzjonijiet u istituzzjonijiet finanzjarji li għalihom l-iskoperturi għall-holdings diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, inklużi strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 li istituzzjoni jkollha obbligu reali jew kontinġenti li tixtri fuq il-bażi ta’ obbligu kuntrattwali eżistenti;
holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju meta dawk l-entitajiet ikollhom holding inkroċjata reċiproka mal-istituzzjoni li l-awtorità kompetenti tqis li kienet iddisinjata biex tkabbar artifiċjalment il-fondi proprji tal-istituzzjoni;
l-ammont applikabbli tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet;
l-ammont applikabbli tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet;
l-ammont tal-elementi meħtieġ li jitnaqqas mill-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali skont l-Artikolu 56 li jeċċedi l-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali tal-istituzzjoni;
l-ammont tal-iskopertura tal-elementi li ġejjin li jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta’ 1 250 %, meta l-istituzzjoni tnaqqas dak l-ammont tal-iskopertura mill-ammont tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 bħala alternattiva għall-applikazzjoni ta' piż tar-riskju ta’ 1 250 %:
holdings kwalifikattivi 'l barra mis-settur finanzjarju;
pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, skont il-punt (b) tal-Artikolu 244(1), il-punt (b) tal-Artikolu 245(1) u l-Artikolu 253;
konsenji ħielsa, skont l-Artikolu 379(3);
pożizzjonijiet f’basket li għalihom istituzzjoni ma tistax tistabilixxi l-piż tar-riskju skont l-Approċċ IRB, f'konformità mal-Artikolu 153(8).
skoperturi ta' ekwità skont approċċ ibbażat fuq mudelli interni, f'konformità mal-Artikolu 155(4).
kwalunkwe imposta tat-taxxa relatat mal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 prevista fil-waqt tal-kalkolu tagħha, ħlief meta l-istituzzjoni b’mod adatt taġġusta l-ammont ta’ elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 sakemm tali imposti tat-taxxa jnaqqsu l-ammont li għalih jistgħu jiġu użati dawk l-elementi biex ikunu koperti r-riskji u t-telf;
l-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti għal skoperturi improduttivi;
għal impenn ta' valur minimu msemmi fl-Artikolu 132c(2), kull ammont li bih il-valur attwali tas-suq tal-unitajiet jew l-ishma f'CIUs sottostanti l-impenn ta' valur minimu huwa inqas mill-valur preżenti tal-impenn ta' valur minimu u li għalih l-istituzzjoni ma tkunx diġà rrikonoxxiet tnaqqis tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-ABE għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tipi ta’ strumenti ta' kapital ta' istituzzjonijiet finanzjarji u, f'konsultazzjoni mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (AEAPX) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 ( 17 ), ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ta’ pajjizi terzi, u ta' impriżi esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva li għandhom jitnaqqsu mill-elementi ta’ fondi proprji li ġejjin:
Elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;
Elementi ta’ Addizzjonali ta' Grad 1;
Elementi ta’ Grad 2.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 37
Tnaqqis ta’ assi intanġibbli
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont tal-assi intanġibbli li jrid jitnaqqs skont dawn li ġejjin:
l-ammont li jrid jitnaqqas għandu jitnaqqas mill-ammont ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati li jitneħħew jekk l-assi intanġibbli jsiru deterjorati jew ma jibqgħux rikonoxxuti skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
l-ammont li jrid jitnaqqas għandu jinkludi l-avvjament inkluż fil-valutazzjoni ta’ investimenti sinifikanti tal-istituzzjoni;
l-ammont li għandu jitnaqqas għandu jitnaqqas bl-ammont tar-rivalutazzjoni kontabilistika tal-assi intanġibbli tas-sussidjarji derivati mill-konsolidazzjoni ta' sussidjarji attribwibbli għal persuni għajr l-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.
Artikolu 38
Tnaqqis ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura
L-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura jista’ jitnaqqas bl-ammont ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati tal-istituzzjoni, sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
l-entità għandha dritt legalment infurzabbli skont id-dritt nazzjonali applikabbli ta' tpaċija ta' dawk l-assi kurrenti ta' taxxa mal-obbligazzjonijiet kurrenti ta' taxxa;
l- assi ta' taxxa differita u l-obbligazzjonijiet ta' taxxa differita jikkonċernaw taxxi imposti mill-istess awtorità ta' tassazzjoni u fuq l-istess entità taxxabbli.
L-ammont tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati msemmija fil-paragrafu 4 għandu jiġi allokat bejn dawn li ġejjin:
assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura u jitnisslu minn differenzi temporanji li mhumiex imnaqqsa skont l-Artikolu 48(1);
assi oħra kollha ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura.
L-istituzzjonijiet għandhom jallokaw l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati skont il-proporzjon tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura li jkunu rappreżentati mill-elementi msemmija fil-punti (a) u (b).
Artikolu 39
Pagamenti żejda ta' taxxa, riporti ta' telf fiskali u assi ta' taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profitabbiltà futura
L-elementi li ġejjin m'għandhomx jitnaqqsu mill-fondi proprji u għandhom ikunu soġġetti għal piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli:
pagamenti eċċessivi ta’ taxxa mill-istituzzjoni għas-sena kurrenti;
telf wara t-taxxa fis-sena kurrenti tal-istituzzjoni trasferit lura għas-snin preċedenti li jnissel pretensjoni fuq, jew riċevibbli minn, gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali tat-taxxi.
►M8 Assi ta' taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profittabbiltà futura għandhom ikunu limitati għal assi ta' taxxa differita li nħolqu qabel it-23 ta' Novembru 2016 u li jirriżultaw minn differenzi temporanji, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin: ◄
ikunu sostitwiti b'mod awtomatiku u mandatorju mingħajr dewmien bi kreditu ta' taxxa f'każ li l-istituzzjoni tirrapporta telf meta r-rapporti finanzjarji annwali tal-istituzzjoni jkunu formalment approvati, jew f'każ ta' likwidazzjoni jew insolvenza tal-istituzzjoni;
istituzzjoni għandha tkun tista', skont il-liġi nazzjonali applikabbli tat-taxxa, tikkumpensa għal kreditu ta' taxxa kif imsemmi fil-punt (a) kontra kwalunkwe obbligazzjoni ta' taxxa tal-istituzzjoni jew kwalunkwe impriża oħra inkluża fl-istess konsolidazzjoni bħall-istituzzjoni għal fini ta' taxxa skont dik il-liġi jew kwalunkwe impriża oħra soġġetta għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;
meta l-ammont ta' krediti ta' taxxa kif imsemmi fil-punt (b) jaqbeż l-obbligazzjonijiet tat-taxxa msemmija f'dak il-punt, kwalunkwe tali eċċess jiġi sostitwit mingħajr dewmien bi pretensjoni diretta lill-gvern ċentrali tal-Istat Membru fejn tkun inkorporata l-istituzzjoni.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta' 100 % għall-assi ta' taxxa differita fejn huma ssodisfati l-kondizzjonijiet imniżżlin fil-punti (a), (b) u (c).
Artikolu 40
Tnaqqis ta’ ammonti negattivi li jirriżultaw mill-kalkolu tal-ammonti ta’ telf mistennija
L-ammont li jrid jitnaqqas skont il-punt (d) tal-Artikolu 36(1) m’għandux jitnaqqas permezz ta’ żieda fil-livell tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura, jew effetti oħra ta’ taxxa addizzjonali, ►C2 li jistgħu jseħħu li kieku l-proviżjonijiet kellhom jiżdiedu sal-livell ta' telf mistenni msemmi fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta. ◄
Artikolu 41
Tnaqqis ta’ assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċju definit
Għall-fini tal-punt (e) tal-Artikolu 36(1), l-ammont tal-assi ta' fond tal-pensjoni b'benefiċċju definit li għandu jitnaqqas għandu jonqos b'dawn li ġejjin:
l-ammont ta' kwalunkwe obbligazzjoni għal taxxa differita assoċjata li jista' jitpaċa jekk l-assi jsiru deterjorati jew ma jibqgħux rikonoxxuti skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
l-ammont tal-assi fil-fond tal-pensjoni b'benefiċċju definit li l-istituzzjoni jkollha abbiltà mingħajr restrizzjoni li tuża, sakemm l-isitituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.
Dawk l-assi użati biex jitnaqqas l-ammont li jrid jitnaqqas għandhom jirċievu piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 42
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1
Għall-fini tal-punt (f) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-holdings ta’ strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet twal grossi soġġett għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:
istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-holdings ta’ strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 fuq il-bażi tal-pożizzjoni twila netta dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess skopertura sottostanti u l-pożizzjonijiet qosra ma jinvolvux riskju għall-kontroparti;
jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;
l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolazzjoni tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 inklużi f'dawk l-indiċi;
l-istituzzjonijiet jistgħu jpaċu l-pożizzjonijiet twal gross fi strumenti proprji ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jirriżultaw minn holdings ta' titoli ta' indiċi kontra pożizzjonijiet qosra fi strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jirriżultaw minn pożizzjonijiet qosra fl-indiċi sottostanti, inklużi meta dawk il-pożizzjonijiet qosra jinvolvu riskju ta’ kontroparti, dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess indiċi sottostanti;
jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar.
Artikolu 43
Investiment sinifikanti f'entità tas-settur finanzjarju
Għall-fini ta’ tnaqqis, investiment sinifikanti ta’ istituzzjoni f’entità tas-settur finanzjarju għandu jirriżulta meta kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet tiġi ssodisfata:
l-istituzzjoni jkollha sjieda ta’ aktar minn 10 % tal-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità;
l-istituzzjoni jkollha rabtiet mill-qrib ma’ dik l-entità u jkollha sjieda ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità;
l-istituzzjoni jkollha sjieda ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità u l-entità ma tkunx inkluża f’konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed iżda tkun inkluża fl-istess konsolidazzjoni ta' kontabbiltà bħall-istituzzjoni għall-fini tar-rapportar finanzjarju skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli.
Artikolu 44
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u meta istituzzjoni jkollha holding inkroċjata reċiproka mfassla artifiċjalment għall-inflazzjoni tal-fondi proprji
L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis imsemmi fil-punti (g), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) skont dawn li ġejjin:
il-holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 u strumenti ta' kapital oħra ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet twal grossi;
L-elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 għandhom jiġu trattati bħala holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 għall-fini tat-tnaqqis.
Artikolu 45
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju
L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqisiet meħtieġ fil-punti (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
huma jistgħu jikkalkulaw holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta' strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-entitajiet tas-settur finanzjarju abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun l-istess, jew iktar tard mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni qasira tkun tal-inqas sena waħda;
jew kemm il-pożizzjonijiet qosra u dawk twal jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;
huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti ta' kapital tal-entitajiet tas-settur finanzjarju f'dawk l-indiċi;
Artikolu 46
Tnaqqis tal-holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 fejn istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju
Għall-fini tal-punt (h) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-fattur miksub mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, Addizzjonali ta' Grad 1 u Grad 2 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti taqbeż 10 % tal-ammont aggregat tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jkunu applikati dawn li ġejjin għall-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1:
l-Artikoli 32 sa 35;
it-tnaqqis imsemmi fil-punti (a) sa (g), punti (k)(ii) sa (v) u l-punt (l) tal-Artikolu 36(1), bl-esklużjoni tal-ammont li jrid jitnaqqas għall-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura u jitnisslu minn differenzi temporanji;
l-Artikoli 44 u 45
l-ammont tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti fihom ►C2 diviż bl-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju. ◄
L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jinqasam bejn l-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 kollha miżmuma. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' kull strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jiġi multiplikat bil-proporzjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
l-ammont ta’ holdings li jeħtieġ jitnaqqas skont il-paragrafu 1;
il-proporzjoni tal-ammont aggregat ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti fihom rappreżentati minn kull wieħed mill-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 miżmum.
L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' kull strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4 billi jimmultiplikaw l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4;
il-proporzjon li jirriżulta mill-kalkolazzjoni fil-punt (b) tal-paragrafu 3.
Artikolu 47
Tnaqqis tal-holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 meta istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju
Għall-fini tal-punt (1) tal-Artikolu 36(1), l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas mill-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 għandu jeskludi pożizzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas u għandu jkun stabbilit skont l-Artikoli 44 u 45 u s-Subtaqsima 2.
Artikolu 47a
Skoperturi improduttivi
Għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), “skopertura” għandha tinkludi kwalunkwe wieħed mill-elementi li ġejjin, dment li ma jkunux inklużi fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni:
strument ta' dejn, inkluż garanzija ta' dejn, self, avvanz u depożitu ta' domanda;
impenn ta' dejn mogħti, garanzija finanzjarja mogħtija jew kwalunkwe impenn ieħor mogħti, irrispettivament minn jekk ikunx revokabbli jew irrevokabbli, bl-eċċezzjoni ta' faċilitajiet ta' kreditu mhux utilizzati li jistgħu jiġu kkanċellati mingħajr kondizzjoni fi kwalunkwe ħin u mingħajr avviż, jew li effettivament jipprevedu kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja ta' min jissellef.
Għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), il-valur tal-iskopertura ta' strument tad-dejn li nxtara bi prezz aktar baxx mill-ammont dovut mid-debitur għandu jinkludi d-differenza bejn il-prezz tax-xiri u l-ammont dovut mid-debitur.
Għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), il-valur tal-iskoperturi ta' impenn ta' self mogħti, garanzija finanzjarja mogħtija jew kwalunkwe impenn ieħor mogħti kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkun il-valur nominali tagħhom, li għandu jirrappreżenta l-iskoperturi massimi ta' istituzzjoni għar-riskju tal-kreditu mingħajr ma jittieħed kont ta' ebda protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata. Il-valur nominali ta' impenn ta' self mogħti għandu jkun l-ammont mhux utilizzat li l-istituzzjoni tkun impenjat ruħha li ssellef u l-valur nominali ta' garanzija finanzjarja mogħtija għandu jkun l-ammont massimu li l-entità jista' jkollha tħallas jekk tiġi eżerċitata l-garanzija;
Il-valur nominali msemmi fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandu jieħu kont ta' ebda aġġustament speċifiku għar-riskju tal-kreditu, aġġustament ta' valur addizzjonali f'konformità mal-Artikoli 34 u 105, ammont imnaqqas f'konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) jew tnaqqis ieħor minn fondi proprji relatati mal-iskopertura.
Għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), l-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu klassifikati bħala improduttivi:
skopertura li fir-rigward tagħha jitqies li seħħet inadempjenza f'konformità mal-Artikolu 178;
skopertura li tkun meqjusa bħala deprezzata skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli;
skopertura taħt prova skont il-paragrafu 7, fejn jingħataw miżuri ta' tolleranza addizzjonali jew fejn l-iskopertura taqbeż id-data tal-għeluq b'aktar minn 30 jum;
skopertura fil-forma ta' impenn li, kieku nġibdet jew intużat b'mod ieħor, probabbilment ma titħallasx lura għalkollox mingħajr ir-realizzazzjoni tal-kollateral;
skopertura f'forma ta' garanzija finanzjarja li probabbilment tissejjaħ mill-parti garantita, inkluż fejn l-iskopertura garantita sottostanti tissodisfa l-kriterji biex titqies bħala improduttiva.
Għall-fini tal-punt (a), fejn istituzzjoni jkollha skoperturi li jidhru fuq il-karta bilanċjali lil debitur li jkunu qabżu d-data tal-għeluq b'aktar minn 90 jum u li jirrappreżentaw aktar minn 20 % tal-iskoperturi kollha li jidhru fuq il-karta bilanċjali lil dak id-debitur, l-iskoperturi kollha li jidhru fuq il-karta bilanċjali u dawk li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali għandhom jitqiesu bħala improduttivi.
L-iskoperturi li ma jkunux ġew soġġetti għal miżura ta' tolleranza ma għandhomx jibqgħu jiġu klassifikati bħala improduttivi għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-iskopertura tissodisfa l-kriterji ta' ħruġ applikati mill-istituzzjoni biex ma tibqax tiġi klassifikata bħala deprezzata skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli u biex ma tibqax tiġi klassifikata bħala inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178;
is-sitwazzjoni tal-kreditur tkun tjiebet sal-punt li l-istituzzjoni tkun issodisfata li probabbilment isir ripagament sħiħ u fil-ħin;
id-debitur ma jkollu l-ebda ammont li jkun qabeż id-data tal-għeluq b'aktar minn 90 jum.
L-iskoperturi improduttivi soġġetti għal miżuri ta' tolleranza ma għandhomx ikompli jiġu klassifikati bħala improduttivi għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-iskoperturi ma jkunux għadhom f'sitwazzjoni li twassal għall-klassifikazzjoni tagħhom bħala improduttivi skont il-paragrafu 3;
tkun għaddiet tal-anqas sena minn mid-data meta jkunu ngħataw il-miżuri ta' tolleranza u d-data meta l-iskoperturi jkunu ġew klassifikati bħala improduttivi, skont liema data tiġi l-aħħar;
ma jkunx hemm l-ebda ammont li jkun qabeż id-data tal-għeluq wara l-miżuri ta' tolleranza u l-istituzzjoni, fuq il-bażi tal-analiżi tas-sitwazzjoni finanzjarja tad-debitur, tkun issodisfata bil-probabbiltà tar-ripagament sħiħ u fil-ħin tal-iskopertura.
Ir-ripagament sħiħ u fil-ħin jista’ jitqies li jkun probabbli fejn id-debitur ikun għamel pagamenti regolari u fil-ħin ta’ ammonti ekwivalenti għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
l-ammont li kien qabeż id-data tal-għeluq qabel ma ngħatat il-miżura ta' tolleranza, fejn kien hemm ammonti li qabżu d-data tal-għeluq;
l-ammont li tħassar skont il-miżuri ta' tolleranza mogħtija, fejn ma kien hemm ebda ammont li qabeż id-data tal-għeluq.
Fejn skopertura improduttiva ma baqgħetx tiġi klassifikata bħala improduttiva skont il-paragrafu 6, tali skopertura għandha tkun taħt prova sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikunu għaddew tal-anqas sentejn mid-data li fiha l-kopertura soġġetta għal miżuri ta' tolleranza ġiet klassifikata mill-ġdid bħala produttiva;
ikunu saru pagamenti regolari u fil-ħin matul tal-anqas nofs il-perjodu li fih l-iskopertura tkun taħt prova, li jwasslu għall-pagament ta' ammont ta' aggregat sostanzjali ta' kapital jew interessi;
l-ebda waħda mill-iskoperturi għad-debitur ma tkun qabżet id-data tal-għeluq b'aktar minn 30 jum.
Artikolu 47b
Miżuri ta' tolleranza
Miżura ta' tolleranza hija konċessjoni minn istituzzjoni lejn debitur li jkun qed jesperjenza jew probabbilment ser jesperjenza diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu. Konċessjoni tista' tinvolvi telf għas-sellief u għandha tirreferi għal xi waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
modifika tat-termini u l-kondizzjonijiet ta' obbligu ta' dejn, fejn tali modifika ma kinitx tingħata li kieku d-debitur ma esperjenzax diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu;
rifinanzjament totali jew parzjali ta' obbligu tad-dejn, fejn tali rifinanzjament ma kienx jingħata li kieku d-debitur ma esperjenzax diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu.
Tal-anqas is-sitwazzjonijiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala miżuri ta' tolleranza:
termini kuntrattwali ġodda aktar favorevoli għad-debitur mit-termini kuntrattwali ta' qabel, fejn id-debitur qed jesperjenza jew probabbilment ser jesperjenza diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu;
termini kuntrattwali ġodda aktar favorevoli mit-termini kuntrattwali offruti mill-istess istituzzjoni lil debituri bi profil ta' riskju simili f'dak iż-żmien, fejn id-debitur qed jesperjenza jew probabbilment ser jesperjenza diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu;
l-iskopertura taħt it-termini kuntrattwali inizjali tkun ġiet klassifikata bħala improduttiva qabel il-modifika għat-termini kuntrattwali jew li kieku kienet tiġi klassifikata bħala improduttiva fin-nuqqas ta' modifika fit-termini kuntrattwali;
il-miżura tirriżulta fi tħassir totali jew parzjali tal-obbligu tad-dejn;
l-istituzzjoni tapprova l-eżerċizzju ta' klawżoli li jippermettu lid-debitur li jimmodifika t-termini tal-kuntratt u l-iskopertura kienet klassifikata bħala improduttiva qabel l-eżerċizzju ta' dawk il-klawżoli, jew kienet tiġi klassifikata bħala improduttiva li kieku ma ġewx eżerċitati dawk il-klawżoli;
meta jew qrib iż-żmien meta ngħata d-dejn, id-debitur ikun għamel pagamenti ta' kapital jew interessi fuq obbligu ta' dejn ieħor mal-istess istituzzjoni, li kien klassifikat bħala skopertura improduttiva jew li kieku kien jiġi klassifikat bħala improduttiv fin-nuqqas ta' dawk il-pagamenti;
il-modifika għat-termini kuntrattwali tinvolvi ripagamenti magħmula permezz tat-teħid f'pussess ta' kollateral, fejn tali modifika tikkostitwixxi konċessjoni.
Iċ-ċirkostanzi li ġejjin huma indikaturi li setgħu ġew adottati miżuri ta' tolleranza:
il-kuntratt inizjali ikun qabeż id-data tal-għeluq b'aktar minn 30 jum mill-inqas darba matul it-tliet xhur qabel il-modifika tiegħu jew ikun qabeż id-data tal-għeluq b'aktar minn 30 jum bla modifika;
fiż-żmien jew qrib iż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim dwar il-kreditu, id-debitur ikun għamel pagament ta' kapital jew ta' imgħax fuq obbligazzjoni ta' dejn oħra mal-istess istituzzjoni li kien qabeż id-data tal-għeluq bi 30 jum tal-anqas darba matul it-tliet xhur ta' qabel l-għoti ta' dejn ġdid;
l-istituzzjoni tapprova l-eżerċizzju ta' klawżoli li jippermettu lid-debitur li jbiddel it-termini tal-kuntratt, u l-iskopertura tkun qabżet id-data tal-għeluq bi 30 jum jew kienet taqbeż id-data tal-għeluq bi 30 jum li kieku ma ġewx eżerċitati dawk il-klawżoli.
Artikolu 47c
Tnaqqis tal-iskoperturi improduttivi
Għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti b'mod separat għal kull skopertura improduttiva li għandu jitnaqqas minn entrati tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni billi jitnaqqas l-ammont determinat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu mill-ammont determinat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, fejn l-ammont imsemmi fil-punt (a) jaqbeż l-ammont imsemmi fil-punt (b):
it-total ta':
il-parti mhux garantita ta' kull skopertura improduttiva, jekk ikun il-każ, immultiplikata bil-fattur applikabbli msemmi fil-paragrafu 2;
il-parti garantita ta' kull skopertura improduttiva, jekk ikun il-każ, immultiplikata bil-fattur applikabbli msemmi fil-paragrafu 3;
it-total tal-entrati li ġejjin dment li jkunu relatati mal-istess skopertura improduttiva:
aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu;
aġġustamenti tal-valur addizzjonali f'konformità mal-Artikoli 34 u 105;
tnaqqis ieħor minn fondi proprji;
għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ammonti ta' skoperturi peżati skont ir-riskju bl-użu tal-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni, il-valur assolut tal-ammonti mnaqqsin skont il-punt (d) tal-Artikolu 36(1) li jirrelataw ma' skoperturi improduttivi, fejn il-valur assolut li jista' jiġi attribwit għal kull skopertura improduttiva jiġi ddeterminat permezz tal-multiplikazzjoni tal-ammonti mnaqqsin skont il-punt (d) tal-Artikolu 36(1) bil-kontribuzzjoni tal-ammont ta' telf mistenni għall-iskopertura improduttiva għall-ammonti totali ta' telf mistenni għal skoperturi inadempjenti u mhux inadempjenti, kif applikabbli.
fejn skopertura improduttiva tinxtara bi prezz aktar baxx mill-ammont dovut mid-debitur, id-differenza bejn il-prezz tax-xiri u l-ammont dovut mid-debitur;
ammonti mħassra mill-istituzzjoni minn meta l-iskopertura ġiet ikklassifikata bħala improduttiva.
Il-parti garantita ta' skopertura improduttiva hija dik il-parti tal-iskopertura li, għall-fini tal-kalkolu tal-rekwiżiti tal-fondi proprji skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta, hija meqjusa bħala koperta minn protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu jew protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu jew garantita bis-sħiħ u kompletament b'ipoteki.
Il-parti mhux garantita ta' skopertura improduttiva tikkorrispondi għad-differenza, jekk ikun il-każ, bejn il-valur tal-iskopertura kif stipulat fl-Artikolu 47a(1) u l-parti garantita tal-iskopertura, jekk ikun il-każ.
Għall-finijiet tal-punt (a)(i) tal-paragrafu 1, għandhom japplikaw il-fatturi li ġejjin:
0,35 għall-parti mhux garantita ta' skopertura improduttiva li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tat-tielet sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;
1 għall-parti mhux garantita ta' skopertura improduttiva li għandu jiġi applikat mill-ewwel jum tar-raba' sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva.
Għall-finijiet tal-punt (a)(ii) tal-paragrafu 1, għandhom japplikaw il-fatturi li ġejjin:
0,25 għall-parti mhux garantita ta' skopertura improduttiva li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tar-raba' sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;
0,35 għall-parti garantita ta' skopertura improduttiva li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tal-ħames sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;
0,55 għall-parti garantita ta' skopertura improduttiva li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tas-sitt sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;
0,70 għall-parti ta' skopertura improduttiva garantita minn proprjetà immobbli skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta jew li hu self residenzjali ggarantit minn fornitur tal-produzzjoni eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 201, li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tas-seba' sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;
0,80 għall-parti ta' skopertura improduttiva garantita minn protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tas-seba' sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;
0,80 għall-parti ta' skopertura improduttiva garantita minn proprjetà immobbli skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta jew li hu self residenzjali ggarantit minn fornitur tal-produzzjoni eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 201, li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tat-tmien sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;
1 għall-parti ta' skopertura improduttiva garantita minn protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta li għandu jiġi applikat mill-ewwel jum tat-tmien sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;
0,85 għall-parti ta' skopertura improduttiva garantita minn proprjetà immobbli skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta jew li hu self residenzjali ggarantit minn fornitur tal-produzzjoni eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 201, li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tad-disa' sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;
1 għall-parti ta' skopertura improduttiva garantita minn proprjetà immobbli skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta jew li hu self residenzjali ggarantit minn fornitur tal-produzzjoni eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 201, li għandu jiġi applikat mill-ewwel jum tal-għaxar sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva.
B’deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-fatturi li ġejjin għandhom japplikaw għall-parti tal-iskopertura improduttiva garantita jew assigurata minn aġenzija uffiċjali ta’ kreditu għall-esportazzjoni jew garantita jew kontrogarantita minn fornitur eliġibbli tal-protezzjoni msemmi fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 201(1), skoperturi mhux garantiti li lilhom ikun assenjat piż tar-riskju ta’ 0 % taħt il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta:
0 għall-parti garantita tal-iskopertura improduttiva li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn sena u seba' snin wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva; u
1 għall-parti garantita tal-iskopertura improduttiva li għandu jiġi applikat mill-ewwel jum tat-tmien sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva.
Dawk il-linji gwida għandhom jinħarġu f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
B'deroga mill-paragrafu 2, fejn skopertura tkun, bejn sena u sentejn wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva, ingħatat miżura ta' tolleranza bejn sentejn u sitt snin wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva, il-fattur applikabbli f'konformità mal-paragrafu 3 fid-data meta tingħata l-miżura ta' tolleranza għandu jkun applikabbli għal perjodu addizzjonali ta' sena.
Dan il-paragrafu għandu japplika biss b'rabta mal-ewwel miżuri ta' tolleranza li tkun ingħatat mill-klassifikazzjoni tal-iskopertura bħala improduttiva.
Artikolu 48
Livell limitu tal-eżenzjonijiet mit-tnaqqis minn elementi TA'Ekwità Komuni ta' Grad 1
Meta jsir it-tnaqqis meħtieġ skont il-punti (c) u (i) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet m’għandhomx ikunu meħtieġa jnaqqsu l-ammont tal-elementi elenkati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu li bħala aggregat jkunu ugwali għal jew inqas mill-ammont limitu msemmi fil-paragrafu 2:
assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji, u bħala aggregat ikunu ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara l- applikazzjoni ta’ dawn li ġejjin:
l-Artikoli 32 sa 35;
il-punti (a) sa (h), il-punti (k)(ii) sa (v) u l-punt (l) tal-Artikolu 36(1), bl-esklużjoni tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq profitabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji.
fejn istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju, il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta' dik l-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ dawk l-entitajiet li bħala aggregat ikunu ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara l-applikazzjoni ta’ dawn li ġejjin:
l-Artikolu 32 sa 35;
il-punti (a) sa (h), il-punti (k)(ii) sa (v) u l-punt (l), tal-Artikolu 36(1) bl-esklużjoni tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji.
Għall-fini tal-paragrafu 1, l-ammont ta' limitu għandu jkun daqs l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu immultiplikat bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
l-ammont residwu ta' elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 wara l-applikazzjoni tal-aġġustamenti u t-tnaqqis fl-Artikoli 32 sa 36 kollha u mingħajr ma jiġu applikati l-eżenzjonijiet speċifikati f'dan l-Artikolu;
17,65 %.
Għall-fini tal-paragrafu 1, istituzzjoni għandha tiddetermina l-porzjon ta' assi ta' taxxa differita fl-ammont totali ta' elementi tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1 li mhux meħtieġ li jiġi mnaqqas billi jiġi diviż l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
l-ammont ta' assi ta' taxxa differita li jiddependi fuq il-profittabilità futura u li ġej minn differenzi temporanji, u li fl-aggregat huma ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-isituzzjonijiet;
it-total ta' dan li ġej:
l-ammont imsemmi fil-punt (a);
l-ammont ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta’ fondi proprji ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni għandha investiment sinifikanti fihom, u li fl-aggregat huma ugwali jew inqas minn 10 % tal-elementi tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 tal-isituzzjoni.
Il-proporzjon ta' investimenti sinifikanti fl-ammont totali ta' elementi li mhux meħtieġ li jiġi mnaqqas huwa ugwali għal wieħed imnaqqas mill-proporzjon imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 49
Rekwiżit għal tnaqqis fejn ikunu applikati l-konsolidazzjoni, is-superviżjoni supplementari jew skemi ta' protezzjoni istituzzjonali
Għall-fini tal-kalkolu tal-fondi proprji fuq bażi individwali, bażi subkonsolidata jew bażi konsolidata, meta l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu jew jippermettu lill-istituzzjonijiet sabiex japplikaw il-metodu 1, 2 jew 3 tal-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li ma jkunx hemm tnaqqis fil-holdings ta' istrumenti ta’ fondi proprji ta' entità tas-settur finanzjarju li fiha l-istituzzjoni prinċipali, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali jew istituzzjoni għandha investiment sinifikanti, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (e) ta' dan il-paragrafu:
l-entità tas-settur finanzjarju hija impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpannija azzjonarja tal-assigurazzjoni;
l-impriża tal-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija azzjonarja tal-assigurazzjoni tkun inkluża fl-istess superviżjoni supplementari taħt id-Direttiva 2002/87/KE bħall-istituzzjoni prinċipali, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali jew l-istituzzjoni li jkollha l-holding;
l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti;
qabel jingħata l-permess imsemmi fil-punt (c), u fuq bażi kontinwa, l-awtoritjiet kompetenti ikunu ssodisfati li l-livell ta' ġestjoni integrata, il-ġestjoni tar-riskju u kontroll intern rigward l-entitajiet li ser ikunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni skont il-metodu 1, 2 jew 3 jkun adegwat;
il-holdings fl-entità jappartjenu lil wieħed minn dawn li ġejjin:
l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali;
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali;
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali;
l-istituzzjoni;
sussidjarja ta' waħda mill-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (iv) li hija inkluża fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.
Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b’mod konsistenti matul iż-żmien.
L-applikazzjoni tal-approċċ imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jinvolvi effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha fi Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni kollha li jiffurmaw jew joħolqu ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern.
Dan il-paragrafu ma għandux japplika meta jiġu kkalkulati l-fondi proprji għall-finijiet tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 92a u 92b, li għandhom jiġu kkalkolati skont il-qafas ta' tnaqqis stabbilit fl-Artikolu 72e(4).
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, għall-fini li jikkalkolaw il-fondi proprji fuq bażi individwali jew subkonsolidata, jippermettu lill-istituzzjonijiet ma jnaqqsux holdings ta' strumenti ta' fondi proprji fil-każijiet li ġejjin:
meta istituzzjoni jkollha holding f'istituzzjoni oħra u huma sodisfatti l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (i) sa (v):
l-istituzzjonijiet jinsabu fi ħdan l-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7);
l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw il-permess imsemmi fl-Artikolu 113(7);
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 113(7) ikunu ssodisfati;
l-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali tfassal karta tal-bilanċ ikkonsolidata msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 113(7) jew, f'każ li mhux meħtieġ li jitfasslu kontijiet ikkonsolidati, kalkolu aggregat estiż li jkun, sodisfaċenti f'għajnejn l-awtoritajiet kompetenti, u li hu ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE, li jinkorpora ċerti adattamenti għad-dispożizzjonijiet tas-SABE' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE jew ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, li jirregola l-kontijiet konsolidati ta' gruppi ta' istituzzjonijiet ta' kreditu. L-ekwivalenza ta' dak il-kalklolu aggregat estiż għandu jiġi vverifikat minn awditur estern u b'mod partikolari li l-użu multiplu ta' elementi eliġibbli għall-kalkolu tal-fondi proprji kif ukoll kwalunkwe ħolqien inadegwat ta' fondi proprji bejn il-membri tal-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali jiġu eliminati fil-kalkolu. ►M8 Il-karta ta' bilanċ konsolidata jew il-kalkolu aggregat estiż għandhom jiġu rapportati lill-awtoritajiet kompetenti bil-frekwenza stabbilita fl-istandards tekniċi tal-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 430(7); ◄
l-istituzzjonijiet inklużi fi skema ta' protezzjoni istituzzjonali jissodisfaw flimkien fuq bażi konsolidata jew aggregata estiża r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 92 u jwettqu r-rappurtar tal-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 430. ◄ Fi ħdan skema ta' protezzjoni istituzzjonali t-tnaqqis tal-imgħax ta' proprjetà ta' membri kooperattivi jew entitajiet legali, li mhumiex membri tal-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali, mhuwiex meħtieġ, dment li l-użu multiplu ta' elementi eliġibbli għall-kalkolu tal-fondi proprji kif ukoll kwalunkwe ħolqien inadegwat ta' fondi proprji bejn il-membri tal-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali u l-azzjonist minoritarju, meta din tkun istituzzjoni, huma eliminati.
meta istituzzjoni ta’ kreditu reġjonali jkollha holding fl-istituzzjoni ta’ kreditu ċentrali tagħha jew f’istituzzjoni ta’ kreditu reġjonali oħra u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(i) sa (v) ikunu ssodisfati.
L-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.
Artikolu 50
Kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1
Il-kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ istituzzjoni għandu jkun jikkonsisti minn elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 wara li jiġu applikati l-aġġustamenti meħtieġa mill-Artikoli 32 sa 35, it-tnaqqisiet skont l-Artikolu 36 u l-eżenzjonijiet u l-alternattivi stabbiliti fl-Artikoli 48, 49 u 79.
KAPITOLU 3
Kapital Addizzjonali ta’ Grad 1
Artikolu 51
Elementi Addizzjonali ta’ Grad 1
Elementi Addizzjonali ta’ Grad 1 għandhom jikkonsistu f'dawn li ġejjin:
strumenti ta' kapital, meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) jiġu ssodisfati;
il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (a).
Strumenti inklużi taħt il-punt (a) ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 jew tal-Grad 2.
Artikolu 52
Elementi Addizzjonali ta’ Grad 1
L-istrumenti ta' kapital għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istrumenti jinħarġu direttament minn istituzzjoni u jkunu mħallsa totalment;
l-istrumenti mhumiex proprjetà ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
impriża li fiha l-istituzzjoni jkollha holding fil-forma ta’ sjieda, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ dik l-impriża;
l-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni;
l-istrumenti jikklassifikaw taħt strument ta’ Grad 2 fil-każ tal-insolvenza tal-istituzzjoni;
l-istrumenti ma jkunux koperti, jew soġġetti għal garanzija li ssaħħaħ is-superjorità tal-pretensjonijiet minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew is-sussidjarji tagħha;
il-kumpannija azzjonarja ta' attività mħallta jew is-sussidjarji tagħha;
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew is-sussidjarji tagħha;
kwalunkwe impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (v);
l-istrumenti ma jkunux soġġetti għal kwalunkwe arranġament, kuntrattwali jew ta’ tip ieħor, li jtejjeb is-superjorità tal-pretensjonijiet skont l-istrumenti f'insolvenza jew likwidazzjoni.
l-istrumenti ikunu perpetwi u d-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma fihomx inċentiv biex l-istituzzjoni tifdihom;
meta l-istrumenti jinkludu għażla ta' tifdija bikrija waħda jew aktar inkluż opzjonijiet ta' xiri, l-opzjonijiet huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent;
l-istrumenti jistgħu jinxtraw, jinfdew jew jinxtraw mill-ġdid biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 77 jiġu ssodisfati, u mhux qabel ħames snin wara d-data tal-ħruġ ħlief meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 78(4);
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-istrumenti jistgħu jinxtraw, jinfdew jew jinxtraw mill-ġdid, kif applikabbli, mill-istituzzjoni għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma tipprovdix b'mod ieħor tali indikazzjoni;
l-istituzzjoni ma tindikax b’mod espliċitu jew impliċitu li l-awtorità kompetenti sejra tagħti l-kunsens għal talba biex tixtri, tifdi jew tixtri mill-ġdid l-istrumenti;
distribuzzjonijiet skont l-istrumenti jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
jitħallsu mill-elementi distribwibbli;
il-livell ta’ distribuzzjonijiet li jsir fuq l-istrumenti ma jiġix emendat abbażi tal-istatus tal-kreditu tal-istituzzjoni jew l-impriża prinċipali tagħha;
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jagħtu lill-istituzzjoni diskrezzjoni sħiħa biex fi kwalunkwe waqt tikkanċella d- distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti għal perijodu mingħajr limitu u fuq bażi mhux kumulattiva, u l-istituzzjoni tista’ tuża dawn il-pagamenti ikkanċellati mingħajr restrizzjoni sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha meta jkunu dovuti;
il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet ma jikkostitwixxix każ ta’ inadempjenza tal-stituzzjoni;
il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet ma jkun jimponi l-ebda restrizzjoni fuq l- istituzzjoni;
l-istrumenti ma jkunux jikkontribwixxu għad-determinazzjoni li l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni jeċċedu l-assi tagħha, fejn dan il-kalkolu jikkostitwixxi test ta’ insolvenza skont id-dritt nazzjonali applikabbli;
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta jseħħ avveniment skattatur, l-ammont tal-kapital tal-istrumenti titniżżel fil-valur fuq bażi permamenti jew temporanja jew li l-istrumenti jinqalbu għal strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jkunu jinkludu l-ebda karatteristika li tista’ tfixkel ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni;
meta l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn hija stabbilita fi Stat Membru, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni biex teżerċita s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 59 ta' dik id-Direttiva, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jonqos fil-valur fuq bażi permanenti jew l-istrumenti jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;
fejn l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u ma jkunx ġie ddeżinjat f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità tal-pajjiż terz rilevanti, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jonqos fil-valur fuq bażi permanenti jew l-istrumenti għandhom jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;
meta l-emittent huwa stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala part minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn l-emittent huwa stabbilit fi Stat Membru, l-istrumenti jistgħu jinħarġu biss skont il-liġijiet ta' pajjiż terz, jew inkella jkunu soġġetti għalihom, meta skont dawk il-liġijiet, l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni msemmi fl-Artikolu 59 ta' dik id-Direttiva huwa effettiv u infurzabbli abbażi ta' dispożizzjonijiet statutorji jew dispożizzjonijiet kuntrattwali infurzabbli legalment li jirrikonoxxu r-riżoluzzjoni jew azzjonijiet oħra ta' tnaqqis fil-valur jew konverżjoni;
l-istrumenti mhumiex soġġetti għal arranġamenti ta' tpaċija jew ta' netting li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf.
Il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandha titqies sodisfatta, minkejja l-istrumenti huma inklużi fil-Grad 1 jew ta’ Grad 2 Addizzjonali bis-saħħa tal-Artikolu 484(3), dment li jikklassifikaw pari passu.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-parti ta' strument kapitali li hija sottoskritta biss għandha tkun eliġibbli biex tikkwalifika bħala strument Addizzjonali ta' Grad 1.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan kollu li ġej:
il-forma u n-natura tal-inċentivi biex jinfdew;
in-natura ta' kwalunkwe żieda fil-valur tal-ammont tal-kapital tal-istrument ta’ Grad 1 Addizzjonali b'segwitu għal tnaqqis fil-valur fuq bażi temporanja tal-ammont tal-kapital tiegħu;
il-proċeduri u l-għażla taż-żmien għal dawn li ġejjin:
id-determinazzjoni li jkun seħħ avveniment skattatur;
iż-żieda fil-valur tal-ammont tal-kapital tal-istrument ta’ Grad 1 Addizzjonali b'segwitu għal tnaqqis fil-valur fuq bażi temporanja tal-ammont tal-kapital tiegħu;
il-karatteristiċi tal-istrumenti li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni;
l-użu ta’ entitajiet b’għan speċjali għall-ħruġ indirett ta’ strumenti ta’ fondi proprji.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 53
Restrizzjonijiet fuq il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet fuq strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali u karatteristiċi li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni
Għall-finijiet tal-punti (l)(v) u (o) tal-Artikolu 52(1), id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali għandhom, b’mod partikolari, ma jinkludux dawn li ġejjin:
rekwiżit li jsiru distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti fil-każ ta’ distribuzzjoni fuq strument maħruġ minn istituzzjoni li tikklassifika fl-istess grad bħal, jew subordinat minn, strument ta’ Grad 1 Addizzjonali, inkluż strument ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;
rekwiżit li l-pagament ta’ distribuzzjonijiet fuq strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta’ Grad 1 Addizzjonali jew ta’ Grad 2 jiġu kkanċellati fil-każ li ma jsirux distribuzzjonijiet fuq dawk l-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali;
l-obbligu biex il-pagament ta’ imgħax jew ta’ dividend jiġi sostitwit permezz ta’ pagament fi kwalunkwe forma oħra. L-istituzzjoni ma għandhiex altrimenti tkun soġġetta għal tali obbligu.
Artikolu 54
Tnaqqis fil-valur jew konverżjoni ta’ strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali
Għall-finijiet tal-punt tal-punt (n) tal-Artikolu 52(1), id-dispożizzjonijiet segwenti għandhom japplikaw għal strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali:
avveniment skattatur iseħħ meta l-proporzjon tal-kreditu ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) jaqa’ taħt xi wieħed minn dawn li ġejjin:
5,125 %;
livell ogħla minn 5,125 %, fejn iddeterminat mill-istituzzjoni u speċifikat fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument;
fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument, l-istituzzjonijiet jistgħu jispeċifikaw avveniment skattatur wieħed jew aktar b'żieda għal dak imsemmi fil-punt (a);
fejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jeħtieġu li jiġu kkonvertiti fi strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 meta jseħħ avveniment skattatur, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jispeċifikaw waħda minn dawn li ġejjin:
ir-rata ta’ din il-konverżjoni u limitu fuq l-ammont ta’ konverżjoni permess;
il-medda li fiha l-istrumenti sejrin jiġu kkonvertiti fi strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;
fejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jeħtieġu li meta jseħħ avveniment skattatur l-ammont ta' kapital tagħhom jitniżżawl fil-valur, it-tniżżil fil-valur għandu jnaqqas is-segwenti kollha:
il-pretensjoni tad-detentur tal-istrument fl-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;
l-ammont li jrid jitħallas fil-każ tas-sejħa jew fidi tal-istrument;
id-distribuzzjonijiet li jkunu saru fuq l-istrument;
meta l-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jinħarġu minn impriża sussidjarja stabbilita f'pajjiż terz, l-iskattatur ta' 5,125 % jew ogħla msemmi fil-punt (a) għandu jiġi kkalkolat skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali tal-pajjiż terz li jirregolaw l-istrumenti, dment li l-awtorità kompetenti, wara li tikkonsulta mal-ABE, tkun ssodisfata li dawk id-dispożizzjonijiet huma tal-inqas ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.
L-ammont aggregat ta' strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali li jrid jonqos fil-valur jew konvertit meta jseħħ avveniment skattatur m'għandux ikun inqas mill-iżjed ammont baxx ta' dawn li ġejjin:
l-ammont meħtieġ sabiex il-proporzjon ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni jkun restawrat b'mod sħiħ għal 5,125 %;
l-ammont tal-kapital sħiħ tal-istrument.
Meta jseħħ avveniment skattatur, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dan li ġej:
jinfurmaw immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti;
jinfurmaw lid-detenturi tal-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali;
inaqqsu fil-valur l-ammont tal-kapital tal-istrumenti, jew jikkonvertu l-istrumenti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard minn xahar, f'konformità mar-rekwiżit stipulat f'dan l-Artikolu.
Artikolu 55
Konsegwenzi tal-fatt li ma jibqgħux jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għal strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali
Is-segwenti għandhom japplikaw meta, fil-każ ta’ strument ta’ Grad 1 Addizzjonali, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) ma jibqgħux jiġu ssodisfati:
dak l-istrument immedjatament ma jibqax jikkwalifika bħala strument ta’ Grad 1 Addizzjonali;
il-parti tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatata ma’ dak l-istrument għandha tieqaf immedjatament milli tikkwalifika bħala elementi ta’ Grad 1 Addizzjonali.
Artikolu 56
Tnaqqis minn elementii ta’ Grad 1 Addizzjonali
L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu dawn li ġejjin mill-elementi ta’ Grad 1 Addizzjonali:
holdings diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni tal-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali, inkluż strumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali li istituzzjoni tista’ tkun obbligata li tixtri bħala riżultat ta’ obbligi kuntrattwali eżistenti;
holdings diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju li magħhom l-istituzzjoni jkollha holdings inkroċjati reċiproki li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li tkun ġiet iddisinjata biex artifiċjalment tkabbar il-fondi proprji tal-istituzzjoni;
l-ammont applikabbli ddeterminat skont l-Artikolu 60 ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju, fejn istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet;
holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet, eskluż pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għalħamest ijiem tax-xogħol jew inqas;
l-ammont ta' elementi meħtieġa li jitnaqqsu minn elementi ta' Grad 2 skont l-Artikolu 66 li jeċċedi l-elementi ta' Grad 2 tal-istituzzjoni;
kull imposta ta’ taxxa relatat ma’ elementi ta’ Grad 1 prevedibbli fil-mument tal-kalkolu tagħha, ħlief fejn l-istituzzjoni b’mod xieraq taġġusta l-ammont ta’ elementi ta’ Grad 1 sa fejn tali impisti ta’ taxxa jnaqqsu l-ammont sa liema dawk l-elementi jistgħu jiġu applikati biex ikopru riskji jew telf.
Artikolu 57
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 56, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-holdings tal-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali abbażi ta’ pożizzjonijiet twal grossi dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont ta’ holdings tal-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali abbażi tal-pożizzjoni netta twila dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess skopertura sottostanti u l-pożizzjonijiet qosra ma jinvolvux riskju għall-kontroparti;
jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;
l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti jew sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 f'dawk l-indiċi;
l-istituzzjonijiet jistgħu jagħmlu netting tal-pożizzjonijiet grossi twal fl-istrumenti proprji ta' Grad 1 Addizzjonali bħala riżultat ta’ holdings ta’ titoli ta' indiċi kontra l-pożizzjonijiet qosra fl-istrumenti proprji ta' Grad 1 Addizzjonali bħala riżultat ta’ pożizzjonijiet qosra fl-indiċi sottostanti, inkluż meta dawk il-pożizzjonijiet qosra jinvolvu riskju għall-kontroparti, dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
il-pożizzjonijiet twal u qosra jinsabu fl-istess indiċi sottostanti;
jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu jew fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;
Artikolu 58
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u meta istituzzjoni jkollha holding inkroċjata reċiproka artifiċjalment iddisinjata biex tkabbar il-fondi proprji
L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis meħtieġ skont il-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 56 skont dawn li ġejjin:
il-holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal;
l-elementi ta’ assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali għandhom jiġu ttrattati bħala holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali għall-finijiet ta’ tnaqqis.
Artikolu 59
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju
L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis meħtieġ skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 56 skont is-segwenti:
huma jistgħu jikkalkulaw holdings diretti, indiretti u sintetiċi strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali tal-entitajiet tas-settur finanzjarju abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun jew l-istess, jew iktar tard mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni qasira tkun tal-inqas sena waħda;
jew kemm il-pożizzjoni qasira kif ukoll dik twila jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar.
huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti ta' kapital tal-entitajiet tas-settur finanzjarju f'dawk l-indiċi;
Artikolu 60
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 56, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investimenti sinifikanti jaqbeż l-10 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:
l-Artikolu 32 sa 35;
il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii) sa (v) u l-punt (l) tal-Artikolu 36(1), bl-esklużjoni tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq profitabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;
l-Artikoli 44 u 45;
l-ammont ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali ta’ dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti diviż bl-ammont aggregat tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi kollha mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 ta’ dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju.
L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jinqasam bejn l-istrumenti Addizzjonali kollha ta' Grad 1 miżmuma. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kull strument Addizzjonali ta' Grad 1 li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jiġi multiplikat bil-proporzjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
l-ammont ta' holdings li jeħtieġ jitnaqqas skont il-paragrafu 1;
il-proporzjon tal-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti Addizzjonali ta' Grad 1 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti fihom rappreżentat minn kull strument Addizzjonali ta' Grad 1 miżmum.
L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' kull strument Addizzjonali ta' Grad 1 li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4 billi jimmultiplikaw l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4;
il-proporzjon li jirriżulta mill-kalkolazzjon fil-punt (b) tal-paragrafu 3.
Artikolu 61
Kapital ta’ Grad 1 Addizzjonali
Il-kapital ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ istituzzjoni għandu jikkonsisti minn elementi ta’ Grad 1 wara t-tnaqqis tal-elementi msemmija fl-Artikolu 56 u wara li jiġi applikat l-Artikolu 79.
KAPITOLU 4
Kapital ta’ Grad 2
Artikolu 62
Elementi ta’ Grad 2
Elementi ta’ Grad 2 għandhom jikkonsistu f’dawn li ġejjin:
strumenti kapitali fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ikunu ssodisfati, u sal-punt speċifikat fl-Artikolu 64;
il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal- istrumenti msemmija fil-punt (a);
għall-istituzzjonijiet li qegħdin jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-aġġustamenti ġenerali tar-riskju ta’ kreditu, gross mill-effetti tat-taxxa, sa 1,25 % tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju kkalkulati skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;
għall-istituzzjonijiet li qegħdin jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-ammonti pożittivi, gross mill-effetti tat-taxxa, bħala riżultat tal-kalkolu stabilit fl-Artikoli 158 u 159 sa 0,6 % tal-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju kkalkolati skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.
L-elementi inklużi taħt il-punt (a) ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 1 Addizzjonali.
Artikolu 63
Strumenti ta’ Grad 2
L-istrumenti kapitali għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 2 dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istrumenti jinħarġu direttament minn istituzzjoni u jkunu mħallsa totalment;
l-istrumenti mhumiex proprjetà ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
impriża li fiha l-istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni fil-forma ta’ sjieda, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ dik l-impriża;
l-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni;
il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-istrumenti skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti tikklassifika taħt kwalunkwe pretensjoni minn strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli;
l-istrumenti ma jkunux koperti jew ma jkunux soġġetti għal garanzija li ssaħħaħ is-superjorità tal-pretensjoni minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew is-sussidjarji tagħha;
il-kumpannija azzjonarja ta’ attività mħallta jew is-sussidjarji tagħha;
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew is-sussidjarji tagħha;
kwalunkwe impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punt (i) sa (v);
l-istrumenti ma jkunux soġġetti għal ebda arranġament li b'mod ieħor itejjeb is-superjorità tal-pretensjoni skont l-istrumenti;
l-istrumenti għandhom maturità oriġinali ta' mill-inqas ħames snin;
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jinkludu l-ebda inċentiv biex l-ammont kapitali tagħhom jinfeda jew jitħallas lura, kif applikabbli mill-istituzzjoni qabel il-maturità tagħhom;
meta l-istrumenti jinkludu dritt wieħed jew iktar ta' ħlas lura bikri inkluż opzjonijiet ta' xiri, l-opzjonijiet huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent;
l-istrumenti jistgħu jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 77 jiġu ssodisfati, u mhux qabel ħames snin wara d-data tal-ħruġ ħlief meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 78(4);
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-istrumenti ser jistgħu jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri, kif applikabbli, mill-istituzzjoni għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma tipprovdix b'mod ieħor tali indikazzjoni;
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jgħaġġel il-pagamenti skedati fil-futur tal-imgħax jew tal-ammont tal-kapital, ħlief fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;
il-livell ta' imgħax jew ta' pagamenti ta' dividendi, kif applikabbli, dovuti fuq l-istrumenti ma jiġix emendat abbażi tal-istatus tal-kreditu tal-istituzzjoni jew l-impriża prinċipali tagħha;
meta l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn hija stabbilita fi Stat Membru, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni biex teżerċita s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 59 ta' dik id-Direttiva, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jkollu valwazzjoni negattiva fuq bażi permanenti jew l-istrumenti jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;
fejn l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u ma jkunx ġie ddeżinjat skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità tal-pajjiż terz rilevanti, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jonqos fil-valur fuq bażi permanenti jew l-istrumenti għandhom jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;
meta l-emittent huwa stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala part minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn hi stabbilita fi Stat Membru, l-istrumenti jistgħu jinħarġu biss skont il-liġijiet ta' pajjiż terz, jew inkella jkunu soġġetti għalihom, meta skont dawk il-liġijiet, l-eżerċizzju tas-setgħa tat-tnaqqis fil-valur u tal-konverżjoni msemmi fl-Artikolu 59 ta' dik id-Direttiva huwa effettiv u infurzabbli abbażi ta' dispożizzjonijiet statutorji jew dispożizzjonijiet kuntrattwali infurzabbli legalment li jirrikonoxxu r-riżoluzzjoni jew azzjonijiet oħra ta' tnaqqis fil-valur jew konverżjoni;
l-istrumenti mhumiex soġġetti għal arranġamenti ta' tpaċija jew ta' netting li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu, il-parti biss ta' strument kapitali li hija sottoskritta għandha tkun eliġibbli biex tikkwalifika bħala strument ta' Grad 2.
Artikolu 64
Amortizzazzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2
Il-punt sa fejn strumenti ta' Grad 2 jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 matul l-aħħar ħames snin ta' maturità tal-istrumenti jiġi kkalkulat billi r-riżultat derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (a) jiġi mmultiplikat bl-ammont imsemmi fil-punt (b) kif ġej:
l-ammont irrappurtat tal-istrumenti fl-ewwel jum tal-perijodu finali ta' ħames snin tal-maturità kuntrattwali tagħhom diviż bin-numru ta' jiem f'dak il-perijodu;
in-numru ta' jiem ta' maturità kuntrattwali li jibqa' tal-istrumenti.
Artikolu 65
Il-konsegwenzi tal-fat li ma jibqgħux jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għal strumenti ta’ Grad 2
Meta fil-każ ta’ strument ta’ Grad 2 il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ma jibqgħux jiġu ssodisfati, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:
dak l-istrument għandu immedjatament ma jibqax jikkwalifika bħala strument ta’ Grad 2;
il-parti tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatata ma’ dak l-istrument għandha immedjatament ma tibqax tikkwalifika bħala elementi ta’ Grad 2.
Artikolu 66
Tnaqqis minn elementi ta’ Grad 2
Dawn li ġejjin għandhom jitnaqqsu minn elementi ta’ Grad 2:
holdings diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni ta’ strumenti proprji ta’ Grad 2, inkluż strumenti proprji ta’ Grad 2 li istituzzjoni tista’ tkun obbligata li tixtri bħala riżultat ta’ obbligi kuntrattwali eżistenti;
holdings diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju li magħhom l-istituzzjoni ikollha holdings inkroċjata reċiproka li l- awtorità kompetenti tikkunsidra li tkun ġiet iddisinjata biex artifiċjalment tkabbar il-fondi proprji tal-istituzzjoni;
l-ammont applikabbli ddeterminat skont l-Artikolu 70 ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju, meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet;
holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju fejn l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet, esklużi pożizzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal inqas minn ħamest ijiem tax-xogħol;
l-ammont ta' elementi meħtieġa li għandhom jitnaqqsu minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72e li jaqbeż l-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni.
Artikolu 67
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Grad 2
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 66, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw holdings abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:
istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-holdings fuq il-bażi tal-pożizzjoni twila netta dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess skopertura sottostanti u l-pożizzjonijiet qosra ma jinvolvux riskju għall-kontroparti;
jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll ta’ negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta’ negozjar;
l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta’ Grad 2 f’dawk l-indiċi;
l-istituzzjonijiet jistgħu jikkumpensaw il-pożizzjonijiet grossi twal fl-istrumenti ta’ Grad 2 bħala riżultat ta’ parteċipazzjonijiet ta’ titoli tal-indiċi kontra pożizzjonijiet qosra fl-istrumenti proprji ta’ Grad 2 bħala riżultat ta’ pożizzjonijiet qosra fl-indiċi sottostanti, inkluż fejn dawk il-pożizzjonijiet qosra jinvolvu riskju għall-kontroparti, dment li jiġu ssodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess indiċi sottostanti;
jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll ta’ negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta’ negozjar.
Artikolu 68
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u fejn istituzzjoni jkollha holding inkroċjata reċiproka ddisinjata biex artifiċjalment tkabbar il-fondi proprji
L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis meħtieġ skont il-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 66 skont dawn li ġejjin:
holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal;
holdings ta’ elementi ta’ assigurazzjoni bħala fondi proprji ta’ Grad 2 u ta’ elementi ta’ assigurazzjoni bħala fondi proprji ta’ Grad 3 għandhom jiġu ttrattati bħala holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 għall-finijiet ta’ tnaqqis.
Artikolu 69
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju
L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis meħtieġ mill-punti (c) u (d) tal-Artikolu 66 skont is-segwenti:
huma jistgħu jikkalkulaw holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ strumenti ta’ Grad 1 tal-entitajiet tas-settur finanzjarju abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun jew l-istess, jew iktar tard mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni qasira tkun tal-inqas sena waħda;
jew kemm il-pożizzjoni twila kif ukoll dik qasira jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta’ negozjar.
huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi billi jikkalkulaw l-iskopertura sottostanti għall- istrumenti ta’ kapital tal-entitajiet tas-settur finanzjarju f’dawk l-indiċi.
Artikolu 70
Tnaqqis ta’ strumenti ta’ Grad 2 meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità rilevanti
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 66, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu:
l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti jaqbeż l-10 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:
l-Artikolu 32 sa 35;
il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii) sa (v) u l-punt (l) tal-Artikolu 36(1), eskluż l-ammont li jrid jitnaqqas bħala assi ta’ taxxa differita li jiddependi fuq profitabbiltà futura u jirriżulta minn differenzi temporanji;
l-Artikoli 44 u 45;
l-ammont ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti diviż bl-ammont aggregat tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi kollha mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju.
L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jitqassam f'proporzjon tul kull strument ta' Grad 2 miżmum. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas minn kull strument ta' Grad 2 li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi jiġi multiplikat l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-propozjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
ammont totali ta' holdings li jkun meħtieġ li jitnaqqas skont il-paragrafu 1;
il-proporzjon tal-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti fihom rappreżentat minn kull strument ta' Grad 2 miżmum.
L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' kull strument ta' Grad 2 li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4 billi jimmultiplikaw l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4;
il-proporzjon li jirriżulta mill-kalkolazzjoni fil-punt (b) tal-paragrafu 3.
Artikolu 71
Kapital ta’ Grad 2
Il-kapital ta’ Grad 2 ta’ istituzzjoni għandu jikkonsisti mill-elementi ta’ Grad 2 tal-istituzzjoni wara t-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 66 u wara li jiġi applikat l-Artikolu 79.
KAPITOLU 5
Fondi proprji
Artikolu 72
Fondi proprji
Il-fondi proprji ta’ istituzzjoni għandhom jikkonsistu mis-somma tal-kapital ta’ Grad 1 u l-kapital ta’ Grad 2 tagħha.
KAPITOLU 5a
Obbligazzjonijiet eliġibbli
Artikolu 72a
Elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
L-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jikkonsistu minn dawn li ġejjin, sakemm ma jaqgħux fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' obbligazzjonijiet esklużi stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, u sal-limitu speċifikat fl-Artikolu 72c:
l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 72b jiġu ssodisfati, sal-punt li ma jikkwalifikawx bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2;
L-istrumenti ta' Grad 2 b'maturità residwa ta' mill-inqas sena, sal-punt li ma jikkwalifikawx bħala elementi ta' Grad 2 skont l-Artikolu 64.
L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli:
depożiti koperti;
depożiti ta' domanda u depożiti b'terminu qasir b'maturità oriġinali ta' inqas minn sena;
il-parti ta' depożiti eliġibbli minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju li taqbeż il-livell ta' kopertura msemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 );
depożiti li jkunu depożiti eliġibbli minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju jekk ma jkunux saru permezz ta' fergħat li jinsabu barra mill-Unjoni ta' istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni;
obbligazzjonijiet iggarantiti, inkluż bonds koperti u obbligazzjonijiet fil-forma ta' strumenti finanzjarji użati għal skopijiet ta' ħħeġġjar li jifformaw parti integrali mill-pool ta' kopertura u li f'konformità mal-liġi nazzjonali huma żgurati b'mod simili għal bonds koperti, sakemm l-assi ggarantiti kollha relatati ma' pool ta' kopertura ta' bonds koperti jibqgħu mhux affettwati, segregati u b'finanzjament biżżejjed u bl-esklużjoni ta' kwalunkwe parti ta' obbligazzjoni ggarantita jew obbligazzjoni li għaliha jkun ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, tal-pleġġ, tar-rahan jew tal-kollateral li kontriha jkunu ggarantiti;
kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa taż-żamma ta' assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti inkluż assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti miżmuma f'isem impriżi ta' investiment kollettiv, sakemm tali klijent ikun protett taħt il-liġi tal-insolvenza applikabbli;
kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa ta' relazzjoni fiduċjarja bejn l-entità ta' riżoluzzjoni jew kwalunkwe sussidjarja tagħha (bħala fiduċjarja) u persuna oħra (bħala benefiċjarja), sakemm tali benefiċjarja tkun protetta taħt il-liġi tal-insolvenza jew ċivili applikabbli;
obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet, minbarra l-obbligazzjonijiet tal-entitajiet li huma parti mill-istess grupp, b'maturità oriġinali ta' inqas minn sebat ijiem;
obbligazzjonijiet b'maturità li jifdal ta' anqas minn sebat ijiem, dovuti lil:
sistemi jew operaturi ta' sistemi deżinjati skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ( 20 );
parteċipanti f'sistema deżinjata skont id-Direttiva 98/26/KE u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'tali sistema; jew
CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
obbligazzjoni lejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
impjegat, fir-rigward ta' salarji, benefiċċji ta' pensjoni jew remunerazzjoni fissa oħra dovuti, ħlief għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li mhux regolat bi ftehim ta' negozjar kollettiv, u ħlief għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni ta' dawk li jieħdu riskji sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2013/36/UE;
kreditur kummerċjali jew ta' negozju meta l-obbligazzjoni tinħoloq mill-forniment lill-istituzzjoni jew lill-impriża prinċipali ta' oġġetti jew servizzi li huma kritiċi għall-funzjonament ta' kuljum tal-operazzjonijiet tal-istituzzjoni jew tal-impriża prinċipali, inkluż servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma ta' postijiet;
awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma preferuti skont il-liġi applikabbli;
skemi ta' garanzija ta' depożiti meta l-obbligazzjoni tinħoloq minn kontribuzzjonijiet dovuti skont id-Direttiva 2014/49/UE;
obbligazzjonijiet li jinħolqu minn derivattivi;
obbligazzjonijiet li jinħolqu minn strumenti tad-dejn b'derivattivi inkorporati.
Għall-finijiet tal- punt (l) tal-ewwel subparagrafu, strumenti ta' dejn li fihom għażliet ta' tifdija bikrija eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent jew tad-detentur, u strumenti ta' dejn b'interessi varjabbli li ġejjin minn rata ta' referenza ġeneralment użata bħall-Euribor jew il-Libor, ma għandhomx jitqiesu bħala strumenti ta' dejn b'derivattivi inkorporati unikament minħabba fatturi bħal dawn.
Artikolu 72b
Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
L-obbligazzjonijiet għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
l-obbligazzjonijiet ikunu nħarġu jew ingħataw direttament, kif applikabbli, minn istituzzjoni u jkunu tħallsu kompletament;
l-obbligazzjonijiet mhumiex proprjetà ta' ebda waħda minn dawn li ġejjin:
l-istituzzjoni jew entità inkluża fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni;
impriża li fiha l-istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni diretta jew indiretta fil-forma ta' sjieda, diretta jew permezz ta' kontroll, ta' 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta' dik l-impriża;
l-akkwist tas-sjieda tal-obbligazzjonijiet ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-entità ta' riżoluzzjoni;
il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-obbligazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti tkun totalment subordinata għal pretensjonijiet li jinħolqu mill-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2); dak ir-rekwiżit ta' subordinazzjoni għandu jitqies li ġie ssodisfat fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-obbligazzjonijiet jispeċifikaw li fil-każ ta' proċedimenti ta' insolvenza normali kif definiti fil-punt (47) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-istrumenti tikklassifika taħt pretensjonijiet li jinħolqu minn kwalunkwe obbligazzjoni eskluża msemmija fl-Artikolu 72a(2) ta' dan ir-Regolament;
il-liġi applikabbli tispeċifika li fil-każ ta' proċedimenti ta' insolvenza normali kif definiti fil-punt (47) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-istrumenti tikklassifika taħt pretensjonijiet li jinħolqu minn kwalunkwe obbligazzjoni eskluża msemmija fl-Artikolu 72a(2) ta' dan ir-Regolament;
l-istrumenti jinħarġu minn entità ta' riżoluzzjoni li fuq il-karta tal-bilanċ tagħha ma jkollhiex obbligazzjonijiet esklużi kif imsemmi fl-Artikolu 72a(2) ta' dan ir-Regolament li jikklassifikaw pari passu jew inqas mill-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli;
l-obbligazzjonijiet la huma ggarantiti, u lanqas soġġetti għal garanzija jew kwalunkwe arranġament ieħor li jsaħħaħ is-superjorità tal-pretensjoni minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
kwalunkwe impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punti (i) u (ii);
l-obbligazzjonijiet mhumiex soġġetti għal arranġamenti ta' tpaċija jew ta' netting li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf f'każ ta' riżoluzzjoni;
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ma jinkludu l-ebda inċentiv biex l-ammont prinċipali tagħhom jinxtara, jinfeda jew jinxtara mill-ġdid qabel il-maturità tagħhom jew jitħallas lura b'mod bikri mill-istituzzjoni, kif applikabbli, għajr fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72c(3);
l-obbligazzjonijiet ma jistgħux jinfdew mid-detenturi tal-istrumenti qabel il-maturità tagħhom, għajr fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72c(2);
soġġett għall-Artikolu 72c(3) u (4), meta l-obbligazzjonijiet jinkludu opzjoni ta' ħlas lura bikri waħda jew aktar inkluż opzjonijiet ta' xiri, l-opzjonijiet huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent, għajr fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72c(2);
l-obbligazzjonijiet jistgħu jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 77 u 78a jiġu ssodisfati;
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-obbligazzjonijiet ser jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri, kif applikabbli mill-entità ta' riżoluzzjoni għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma tipprovdix b'mod ieħor tali indikazzjoni;
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jgħaġġel il-pagamenti skedati fil-futur tal-imgħax jew tal-prinċipal, ħlief fil-każ tal-insolvenza jew tal-likwidazzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni;
il-livell ta' imgħax jew ta' pagamenti ta' dividendi, kif applikabbli, dovut fuq l-obbligazzjonijiet ma jiġix emendat abbażi tal-istatus tal-kreditu tal-entità ta' riżoluzzjoni jew tal-impriża prinċipali tagħha;
għal strumenti maħruġa wara t-28 ta' Ġunju 2021 id-dokumentazzjoni kuntrattwali rilevanti u, fejn applikabbli, il-prospett, relatati mal-ħruġ jirreferu b'mod espliċitu għall-eżerċizzju possibbli tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/59/UE.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-partijiet tal-obbligazzjonijiet li huma sottoskritti biss għandhom ikunu eliġibbli biex jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.
Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu, fejn xi wħud mill-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) ikunu subordinati għal talbiet mhux garantiti ordinarji taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza, fost l-oħrajn, minħabba li jkunu miżmuma minn kreditur li jkollu rabtiet mill-qrib mad-debitur, billi jkun jew billi kien azzjonist, f'relazzjoni ta' kontroll jew ta' grupp, membru tal-korp maniġerjali jew relatat ma' kwalunkwe waħda minn dawk il-persuni, is-subordinazzjoni ma għandhiex tiġi vvalutata b'referenza għat-talbiet li jirriżultaw minn dawn l-obbligazzjonijiet esklużi.
Minbarra l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tippermetti li l-obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli sa ammont aggregat li ma jaqbiżx it-3,5 % tal-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) u (4), sakemm:
il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 2, ħlief għall-kondizzjoni fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, huma ssodisfati;
l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw pari passu mal-obbligazzjonijiet esklużi fl-iktar klassifikazzjoni baxxa msemmija fl-Artikolu 72a(2) bl-eċċezzjoni tal-obbligazzjonijiet esklużi li huma subordinati esklużi għal pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu; u
l-inklużjoni ta' dawk l-obbligazzjonijiet fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli mhix ser twassal għal riskju materjali ta' kontestazzjoni legali li tirnexxi jew pretensjonijiet validi ta' kumpens kif ivvalutati mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-prinċipji msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 34(1) u l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2014/59/UE.
L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tippermetti li obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli barra mill-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, dment li:
l-istituzzjoni ma titħalliex tinkludi fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3;
il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 2, ħlief għall-kondizzjoni fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, huma ssodisfati;
l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw pari passu jew huma superjuri għall-obbligazzjonijiet esklużi fl-iktar klassifikazzjoni baxxa msemmija fl-Artikolu 72a(2) bl-eċċezzjoni tal-obbligazzjonijiet subordinati esklużi għal pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;
fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni, l-ammont tal-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) li jikklassifikaw pari passu jew taħt dawk l-obbligazzjonijiet fl-insolvenza ma jaqbiżx il-5 % tal-ammont tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni;
l-inklużjoni ta' dawk l-obbligazzjonijiet fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli mhix ser twassal għal riskju materjali ta' kontestazzjoni legali li tirnexxi jew pretensjonijiet validi ta' kumpens kif ivvalutati mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-prinċipji msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 34(1) u l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2014/59/UE.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
il-forom u n-natura applikabbli ta' finanzjament indirett tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli;
il-forma u n-natura tal-inċentivi għat-tifdija għall-finijiet tal-kondizzjoni stabbilita fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 72c(3).
Dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu allinjati b'mod sħiħ mal-att delegat imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 28(5) u fil-punt (a) tal-Artikolu 52(2).
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019.
Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 72c
Amortizzazzjoni ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
L-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli b'maturità residwa ta' inqas minn sena ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.
Artikolu 72d
Il-konsegwenzi jekk il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà ma jibqgħux jiġu ssodisfati
Meta fil-każ ta' strument ta' obbligazzjonijiet eliġibbli l-kondizzjonijiet applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 72b ma jibqgħux jiġu ssodisfati, l-obbligazzjonijiet għandhom jieqfu immedjatament jikkwalifikaw bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli.
L-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 72b(2) jistgħu jibqgħu jgħoddu bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli sakemm jikkwalifikaw bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(3) jew (4).
Artikolu 72e
Tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Artikolu 92a għandhom inaqqsu dawn li ġejjin mill-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli:
parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti proprji ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, inkluż obbligazzjonijiet proprji li dik l-istituzzjoni tista' tkun obbligata li tixtri bħala riżultat ta' obbligi kuntrattwali eżistenti;
holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li magħhom l-istituzzjoni għandha parteċipazzjonijiet inkroċjati reċiproċi li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li jkunu ġew deżinjati biex artifiċjalment ikabbru l-kapaċità tal-entità ta' riżoluzzjoni tal-assorbiment tat-telf u tar-rikapitalizzazzjoni;
l-ammont applikabbli ddeterminat skont l-Artikolu 72i ta' assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII, meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f'dawk l-entitajiet;
holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII, meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f'dawk l-entitajiet, esklużi pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew anqas.
Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont ta' assi materjali ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 72b(3) kif ġej:
fejn:
h |
= |
l-ammont ta' assi materjali tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 72b(3); |
i |
= |
l-indiċi li juri l-istituzzjoni emittenti; |
Hi |
= |
l-ammont totali ta' assi materjali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni emittenti i msemmija fl-Artikolu 72b(3); |
li |
= |
l-ammont ta' obbligazzjonijiet inklużi fl-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli mill-istituzzjoni emittenti i fil-limiti speċifikati fl-Artikolu 72b(3) skont l-aħħar divulgazzjonijiet mill-istituzzjoni emittenti; u |
Li |
= |
l-ammont totali tal-obbligazzjonijiet pendenti tal-istituzzjoni emittenti i msemmija fl-Artikolu 72b(3) skont l-aħħar divulgazzjonijiet mill-emittent. |
Meta istituzzjoni prinċipali tal-UE jew istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru li hija soġġetta għall-Artikolu 92a jkollha assi materjali diretti, indiretti jew sintetiċi ta' strumenti ta' fondi proprji jew strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' sussidjarja waħda jew iktar li ma jappartjenux għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħal dik l-istituzzjoni prinċipali, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-istituzzjoni prinċipali, wara li tqis debitament l-opinjoni tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' kwalunkwe sussidjarja kkonċernata, tista' tippermetti lill-istituzzjoni prinċipali tnaqqas tali parteċipazzjonijiet billi tnaqqas ammont iktar baxx speċifikat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-istituzzjoni prinċipali. Dak l-ammont aġġustat għandu jkun tal-inqas daqs l-ammont (m) ikkalkulat kif ġej:
i |
= |
l-indiċi li juri s-sussidjarja; |
OPi |
= |
l-ammont ta' strumenti ta' fondi proprji maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali; |
LPi |
= |
l-ammont ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali; |
β |
= |
perċentwali ta’ strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-impriża prinċipali, ikkalkulat bħala:
|
Oi |
= |
l-ammont ta’ fondi proprji tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu; |
Li |
= |
l-ammont ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu; |
ri |
= |
il-proporzjon applikabbli għas-sussidjarja i fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni rispettiv skont il-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta’ dan ir-Regolament u l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45c(3) tad-Direttiva 2014/59/UE; u |
aRWAi |
= |
l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-entità G-SII i kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u (4) b'kont meħud tal-aġġustamenti stabbiliti fl-Artikolu 12a. |
Meta l-istituzzjoni prinċipali titħalla tnaqqas l-ammont aġġustat skont l-ewwel subparagrafu, id-differenza bejn l-ammont ta' parteċipazzjonijiet ta' strumenti ta' fondi proprji u ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-ewwel subparagrafu u dak l-ammont aġġustat għandu jitnaqqas mis-sussidjarja.
Artikolu 72f
Tnaqqis ta' assi materjali ta' strumenti proprji ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 72e(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw assi materjali abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:
istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-parteċipazzjoni fuq il-bażi tal-pożizzjoni twila netta, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess skopertura sottostanti u l-pożizzjonijiet qosra ma jinvolvux riskju għall-kontroparti;
jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll ta' negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;
l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta' obbligazzjonijiet eliġibbli f'dawk l-indiċi;
l-istituzzjonijiet jistgħu jikkumpensaw il-pożizzjonijiet grossi twal fl-istrumenti proprji tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jirriżultaw minn assi materjali ta' titoli tal-indiċi kontra pożizzjonijiet qosra fl-istrumenti proprji tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jirriżultaw minn pożizzjonijiet qosra fl-indiċi sottostanti, inkluż fejn dawk il-pożizzjonijiet qosra jinvolvu riskju għall-kontroparti, dment li jiġu ssodisfati dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess indiċi sottostanti;
jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll ta' negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar.
Artikolu 72g
Bażi ta' tnaqqis għal elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
Għall-finijiet tal-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 72e(1), l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-pożizzjonijiet grossi twal soġġetti għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 72h u 72i.
Artikolu 72h
Tnaqqis ta' assi materjali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII oħra
L-istituzzjonijiet li ma jkunux qed jagħmlu użu mill-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 72j għandhom jagħmlu t-tnaqqis imsemmi fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 72e(1) skont dawn li ġejjin:
huma jistgħu jikkalkulaw assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira jew tkun l-istess bħal, inkella iktar tard, mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni qasira tkun tal-inqas sena waħda;
jew kemm il-pożizzjoni twila kif ukoll dik qasira jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;
huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' titoli tal-indiċi billi jikkalkulaw l-iskopertura sottostanti għall-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f'dawk l-indiċi.
Artikolu 72i
Tnaqqis ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f'entitajiet G-SII
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 72e(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
l-ammont aggregat li bih l-assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju u strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fl-ebda minnhom l-istituzzjoni ma għandha investiment sinifikanti jaqbeż l-10 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:
Artikoli 32 sa 35;
il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii) sa (k)(v) u l-punt (l) tal-Artikolu 36(1), eskluż l-ammont li jrid jitnaqqas bħala assi ta' taxxa differita li jiddependi fuq profittabbiltà futura u jirriżulta minn differenzi temporanji;
Artikoli 44 u 45;
l-ammont ta' assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fihom l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti diviż bl-ammont aggregat tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju u strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fl-ebda minnhom l-entità ta' riżoluzzjoni ma għandha investiment sinifikanti.
L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jitqassam fuq kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entità G-SII miżmum mill-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jiġi mmultiplikat bil-proporzjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
l-ammont ta' assi materjali li jeħtieġ jitnaqqas skont il-paragrafu 1;
il-proporzjon tal-ammont aggregat ta' assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fihom l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti rappreżentat minn kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli miżmum mill-istituzzjoni.
Artikolu 72j
Eċċezzjoni tal-portafoll tan-negozjar mit-tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
L-istituzzjonijiet jistgħu jiddeċiedu li ma jnaqqsux parti deżinjata mill-parteċipazzjoni diretta, indiretta u sintetika tagħhom ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, li bħala aggregat u mkejla fuq bażi twila grossa tkun ugwali għal jew inqas minn 5 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tal-Artikoli 32 sa 36, dment li dawn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
l-assi materjali ikunu fil-portafoll tan-negozjar;
l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jinżammu għal mhux iktar minn 30 jum ta' negozju.
Artikolu 72k
Obbligazzjonijiet eliġibbli
L-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjoni għandu jikkonsisti mill-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni wara t-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 72e.
Artikolu 72l
Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
Il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjoni għandhom jikkonsistu mis-somma tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħha.
KAPITOLU 6
Rekwiżiti ġenerali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
Artikolu 73
Distribuzzjonijiet fuq strumenti
Awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-permess minn qabel imsemmi fil-paragrafu 1 unikament meta jikkunsidraw li l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ġew issodisfati:
il-kapaċità tal-istituzzjoni tikkanċella pagamenti skont l-istrument ma tkunx affettwata ħażin mid-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew il-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet;
il-ħila tal-istrument kapitali jew tal-obbligazzjoni li tassorbi t-telf ma tkunx affettwata ħażin mid-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew mill-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet;
l-kwalità tal-istrument kapitali jew tal-obbligazzjoni ma tonqosx b'xi mod ieħor minħabba d-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew minħabba l-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet.
L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-awtorità ta' riżoluzzjoni rigward il-konformità tal-istituzzjoni ma' dawk il-kondizzjonijiet qabel tagħti l-permess minn qabel imsemmi fil-paragrafu 1.
Il-paragrafu 4 m’għandux japplika meta l-istituzzjoni tkun entità ta’ riferiment f’dak l-indiċi wiesa’ tas-suq sakemm ma jiġux issodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
-istituzzjoni tikkunsidra li l-movimenti f’dak l-indiċi wiesa’ tas-suq ma jkunx korrelatat b’mod sinifikanti mal-pożizzjoni tal-kreditu tal-istituzzjonil, l-istituzzjoni prinċipali jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali mħallta jew il-kumpannija azzjonarja prinċipali ta’ attività mħallta tagħha;
l-awtorità kompetenti ma tkunx waslet għal determinazzjoni differenti minn dik imsemmija fil-punt (a).
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 74
Holdings ta’ strumenti kapitali maħruġa minn entitajiet regolati tas-settur finanzjarju li ma jikkwalifikawx bħala kapital regolatorju
L-istituzzjonijiet ma għandhomx inaqqsu minn xi element ta’ fondi proprji holdings diretti, indiretti jew sintetiċi ta’ stumenti kapitali maħruġa minn entità regolata tas-settur finanzjarju li ma jikkwalifikawx bħala kapital regolatorju ta’ dik l-entità. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piżijiet tar-riskju għal dawn il-holdings skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.
Artikolu 75
Rekwiżiti ta’ tnaqqis u maturità għall-pożizzjonijiet qosra
Ir-rekwiżiti ta' maturità għal pożizzjonijiet qosra msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 45, fil-punt (a) tal-Artikolu 59, fil-punt (a) tal-Artikolu 69 u fil-punt (a) tal-Artikolu 72h għandhom jitqiesu li ntlaħqu fir-rigward ta' pożizzjonijiet miżmuma meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-istituzzjoni għandha d-dritt kuntrattwali ta’ bejgħ f’data speċifika fil-futur lill-kontroparti li tipprovdi ħeġġ tal-pożizzjoni twila li qed tiġi ħħeġġjata;
il-kontroparti li tipprovdi l-ħeġġ lill-istituzzjoni hija kuntrattwalment obbligata li tixtri mill-istituzzjoni f’dik id-data speċifika futura l-pożizzjoni twila msemmija fil-punt (a).
Artikolu 76
Holdings tal-indiċi ta’ strumenti kapitali u ta’ obbligazzjonijiet
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 42, tal-punt (a) tal-Artikolu 45, tal-punt (a) tal-Artikolu 57, tal-punt (a) tal-Artikolu 59, tal-punt (a) tal-Artikolu 67, tal-punt (a) tal-Artikolu 69, tal-punt (a) tal-Artikolu 72f u tal-punt (a) tal-Artikolu 72h, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’ pożizzjoni twila fi strument kapitali jew f’obbligazzjoni bil-porzjon ta’ indiċi li hu magħmul mill-istess skopertura sottostanti li qed tiġi ħħeġġjata, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
jew kemm il-pożizzjoni twila li qed tiġi ħħeġġjata kif ukoll il-pożizzjoni qasira f'indiċi wżat biex jiħħeġġja dik il-pożizzjoni twila jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafolli mhux ta' negozjar;
il-pożizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) jinżammu bil-valur ġust fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni;
il-pożizzjoni qasira msemmija fil-punt (a) tikkwalifika bħala ħeġġ effettiv taħt il-proċessi ta' kontroll intern tal-istituzzjoni;
l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw l-adegwatezza tal-proċessi ta' kontroll intern imsemmija fil-punt (c) minn tal-inqas fuq bażi annwali u jkunu ssodisfati bl-adegwatezza kontinwata tagħhom.
Fejn l-awtorità kompetenti tkun tat il-permess minn qabel tagħha, istituzzjoni tista’ tuża stima konservattiva tal-iskopertura sottostanti tal-istituzzjoni għall-istrumenti kapitali jew għall-obbligazzjonijiet inklużi fl-indiċi bħala alternattiva għal istituzzjoni li tikkalkula l-iskopertura tagħha għall-elementi msemmija f’wieħed jew iktar minn dawn il-punti li ġejjin:
l-istrumenti proprji ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli inklużi fl-indiċi;
l-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju, inklużi fl-indiċi;
strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjonijiet, inklużi fl-indiċi.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
meta estimu użat bħala alternattiva għall-kalkolu tal-iskopertura sottostanti msemmi fil-paragrafu 2 huwa konservattiv biżżejjed;
it-tifsira ta’ operazzjonalment ta’ piż għall-finijiet tal-paragrafu 3.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat- 28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 77
Kondizzjonijiet għat-tnaqqis ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
Istituzzjoni għandha tikseb il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti biex tagħmel kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
tnaqqas, tifdi jew tixtri mill-ġdid strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa mill-istituzzjoni f'mod li jkun permess skont id-dritt nazzjonali applikabbli;
tnaqqas, tqassam u tikklassifika mill-ġdid bħala entrata oħra ta' fondi proprji il-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati ma' strumenti ta' fondi proprji;
twettaq ix-xiri, it-tifdija, il-ħlas lura jew ix-xiri mill-ġdid ta' strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2 qabel id-data tal-maturità kuntrattwali tagħhom.
Artikolu 78
Permess superviżorju għat-tnaqqis tal-fondi proprji
L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess biex istituzzjoni tnaqqas, tixtri, tifdi, tħallas lura jew tixtri mill-ġdid strumenti ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni, Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2, jew biex tnaqqas, tiddistribwixxi jew tikklassifika mill-ġdid kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, meta xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:
qabel jew fl-istess ħin ta' kwalunkwe azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(1), l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti jew il-kontijiet tal-premium azzjonarju msemmija fl-Artikolu 77(1) bi strumenti ta' fondi proprji li jkunu ta' kwalità ugwali jew ogħla f'termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni;
l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni sejrin, wara l-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(1) ta' dan ir-Regolament, jeċċedu r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE b'marġni li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġ.
Meta l-istituzzjoni tipprovdi biżżejjed salvagwardji dwar il-kapaċità tagħha li topera b'fondi proprji li jeċċedu l-ammonti meħtieġa f'dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, l-awtorità kompetenti tista' tagħti lil dik l-istituzzjoni permess ġenerali minn qabel biex tieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet stipulati fl-Artikolu 77(1) ta' dan ir-Regolament, soġġett għall-kriterji li jiżguraw li kwalunkwe azzjonijiet futuri bħal din tkun skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu. Dan il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata biss għal perijodu speċifikat, li ma għandux jaqbeż is-sena, u wara jista' jiġi mġedded. Dan il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata għal ċertu ammont predeterminat, li għandu jiġi stabbilit mill-awtorità kompetenti. ►C8 Fil-każ ta’ strumenti ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni, dak l-ammont predeterminat ma għandux jaqbeż it-3 % tal-ħruġ rilevanti u ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ammont li bih il-kapital ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni jeċċedi s-somma tar-rekwiżiti tal-kapital ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni stabbiliti f’dan ir-Regolament, fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE u marġni li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġ. ◄ Fil-każ ta' strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2, dak l-ammont predeterminat ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ħruġ rilevanti u ma għandux jaqbeż it-3 % tal-ammont totali ta' strumenti pendenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2, kif applikabbli.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw il-permess ġenerali minn qabel meta l-istituzzjoni tikser kwalunkwe kriterju pprovdut għall-finijiet ta' dak il-permess.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess lill-istituzzjonijiet li jixtru, jifdu, jħallsu lura jew jixtru mill-ġdid strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2 jew kontijiet tal-premium azzjonarju relatati matul il-ħames snin wara d-data tal-ħruġ tagħhom meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
ikun hemm bidla fil-klassifika regolatorja ta' dawk l-istrumenti li tkun x'aktarx tirriżulta fl-esklużjoni tagħhom mill-fondi proprji jew fir-riklassifikazzjoni tagħhom bħala fondi proprji ta' kwalità inferjuri, u jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
l-awtorità kompetenti tikkunsidra li tali bidla hi suffiċjentement ċerta;
l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li r-riklassifikazzjoni regolatorja ta' dawk l-istrumenti ma kinitx raġonevolment prevedibbli fil-ħin tal-ħruġ tagħhom;
ikun hemm bidla fit-trattament applikabbli tat-taxxa ta' dawk l-istrumenti li l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li tkun materjali u ma kinitx raġonevolment prevedibbli fil-ħin tal-ħruġ tagħhom;
l-istrumenti u l-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati għandhom anterjorità skont l-Artikolu 494b;
qabel jew fl-istess ħin tal-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(1), l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti jew il-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati msemmija fl-Artikolu 77(1) bi strumenti ta' fondi proprji li jkunu ta' kwalità ugwali jew ogħla f'termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni u l-awtorità kompetenti tkun ippermettiet dik l-azzjoni abbażi tad-determinazzjoni li tkun ta' benefiċċju mil-lat prudenzjali u ġġustifikata b'ċirkostanzi eċċezzjonali;
l-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2 jinxtraw mill-ġdid għall-finijiet tal-ġenerazzjoni tas-suq.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
it-tifsira ta' “sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni”;
il-bażijiet xierqa għal-limitazzjoni tat-tifdija msemmija fil-paragrafu 3;
il-proċess li jinkludi l-limiti u l-proċeduri għall-għoti ta' approvazzjoni bil-quddiem mill-awtoritajiet kompetenti għal azzjoni elenkata fl-Artikolu 77(1), u r-rekwiżiti ta' data biex istituzzjoni tapplika għall-permess tal-awtorità kompetenti biex twettaq azzjoni elenkata fih, inkluż il-proċess li għandu jiġi applikat fil-każ ta' fidi ta' ishma maħruġa lil membri ta' soċjetajiet kooperattivi u l-perijodu ta' żmien għall-ipproċessar ta' tali applikazzjoni.
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 78a
Permess biex jitnaqqsu strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tagħti permess biex istituzzjoni tixtri, tifdi, tħallas lura jew tixtri mill-ġdid strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:
qabel jew fl-istess ħin ta' kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 77(2), l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli bi strumenti ta' fondi proprji jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jkunu tal-istess kwalità jew ogħla f'termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni;
l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni sejrin, wara l-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(2) ta' dan ir-Regolament, jeċċedu r-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti f'dan ir-Regolament, fid-Direttiva 2013/36/UE u 2014/59/UE b'marġni li l-awtorità ta' riżoluzzjoni, fi qbil mal-awtorità kompetenti, tqis meħtieġ;
l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li s-sostituzzjoni parzjali jew sħiħa tal-obbligazzjonijiet eliġibbli bi strumenti ta' fondi proprji hija meħtieġa sabiex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni.
Meta istituzzjoni tipprovdi biżżejjed salvagwardji dwar il-kapaċità tagħha li topera bil-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli billi teċċedi l-ammont tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE, l-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, tista' tagħti lil dik l-istituzzjoni permess ġenerali minn qabel biex twettaq ix-xiri, il-fidi, il-pagamenti lura jew ix-xiri mill-ġdid ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, soġġett għal kriterji li jiżguraw li kwalunkwe azzjoni futura bħal din tkun skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu. Dak il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata biss għal perijodu speċifikat, li ma għandux jaqbeż is-sena, u wara jista' jiġi mġedded. Il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata għal ċertu ammont predeterminat, li għandu jiġi stabbilit mill-awtorità ta' riżoluzzjoni. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe permess ġenerali mogħti minn qabel.
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jirtiraw il-permess ġenerali minn qabel meta istituzzjoni tikser kwalunkwe kriterju pprovdut għall-finijiet ta' dak il-permess.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
il-proċess ta' kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità ta' riżoluzzjoni;
il-proċedura, inkluż il-limiti ta' żmien u r-rekwiżiti ta' informazzjoni, għall-għoti ta' permess f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;
il-proċedura, inkluż il-limiti ta' żmien u r-rekwiżiti ta' informazzjoni, għall-għoti ta' permess minn qabel f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1;
it-tifsira ta' “sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni”.
Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu allinjati b'mod sħiħ mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 78.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 79
Rinunzja temporanja mit-tnaqqis mill-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat- 28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 79a
Valutazzjoni ta' konformità mal-kondizzjonijiet għal fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
L-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-karatteristiċi sostanzjali tal-istrumenti u mhux biss il-forma legali tagħhom meta tkun qed tiġi valutata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Tnejn. Il-valutazzjoni tal-aspetti sostanzjali ta' strument għandha tqis l-arranġamenti kollha relatati mal-istrumenti, anki meta dawn mhumiex stipulati b'mod espliċitu fit-termini u l-kondizzjonijiet tal-istrumenti nfushom, bil-għan li jiġi stabbilit li l-effetti ekonomiċi kkombinati ta' dawn l-arranġamenti huma konformi mal-objettiv tad-dispożizzjonijiet rilevanti.
Artikolu 80
Analiżi kontinwa tal-kwalità ta' strumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, bla dewmien u fuq talba tal-ABE, jibagħtu l-informazzjoni kollha lill-ABE li l-ABE tqis bħala rilevanti rigward l-istrumenti kapitali ġodda jew tipi ġodda ta' obbligazzjonijiet maħruġa sabiex l-ABE tkun tista' timmonitorja l-kwalità tal-istrumenti tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn istituzzjonijiet fl-Unjoni kollha.
Notifika għandha tinkludi dawn li ġejjin:
spjegazzjoni dettaljata tan-natura u l-grad tan-nuqqas identifikat;
parir tekniku dwar l-azzjoni mill-Kummissjoni li l-ABE tikkunsidra li tkun meħtieġa;
żviluppi sinifikanti fil-metodoloġija tal-ABE għall-ittestjar għal stress tas-solvenza tal-istituzzjonijiet.
L-ABE għandha tipprovdi parir tekniku lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil sinifikanti li tikkunsidra li jkun meħtieġ għad-definizzjoni tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli bħala riżultat ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:
żviluppi rilevanti fl-istandards jew fil-prattika tas-suq;
tibdil fl-istandards rilevanti ġuridiċi jew kontabilistiċi;
żviluppi sinifikanti fil-metodoloġija tal-ABE għall-ittestjar għal stress tas-solvenza tal-istituzzjonijiet.
TITOLU II
INTERESS MINORITARJU U STRUMENTI TA’ GRAD 1 U TA’ GRAD 2 ADDIZZJONALI MAĦRUĠA MINN SUSSIDJARJI
Artikolu 81
Interessi minoritarji li jikkwalifikaw għal inklużjoni fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1
Interessi minoritarji għandhom jinkludu s-somma tal-elementi ta' sussidjarja ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:
istituzzjoni;
impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;
kumpannija holding finanzjarja intermedja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedja li tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq bai sub-konsolidata, kumpannija holding tal-investiment intermedja li tkun soġġetta għar-rekwiiti tar-Regolament (UE) 2019/2033 fuq bażi konsolidata;
ditta tal-investiment;
kumpannija holding finanzjarja intermedja f'pajjiż terz, dment li dik il-kumpannija holding finanzjarja intermedja tkun soġġetta għar-rekwiżiti prudenzjali li jkunu daqstant stretti daqs dawk applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dak il-pajjiż terz u dment li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 107(4) li tiddetermina li dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk ta' dan ir-Regolament;
is-sussidjarja tkun inkluża totalment fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;
l-elementi tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1, imsemmija fil-parti introduttorja ta' dan il-paragrafu, ikunu proprjetà ta' persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.
Artikolu 82
Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi
Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi għandhom jinkludu l-interess minoritarju, l-istrumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2, kif applikabbli, flimkien mal-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, ta’ sussidjarja meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:
istituzzjoni;
impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;
kumpannija holding finanzjarja intermedja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedjali tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq bażi sub-konsolidata, jew kumpannija holding tal-investiment intermedja li tkun soġġetta għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2019/2033 fuq bażi konsolidata;
ditta tal-investiment;
kumpannija holding finanzjarja intermedja f'pajjiż terz, dment li dik il-kumpannija holding finanzjarja intermedja tkun soġġetta għar-rekwiżiti prudenzjali li jkunu daqstant stretti daqs dawk applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dak il-pajjiż terz u dment li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 107(4) li tiddetermina li dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk ta' dan ir-Regolament;
is-sussidjarja tkun inkluża totalment fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;
l-elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, l-elementi ta’ Grad 1 Addizzjonali u l-elementi ta’ Grad 2 imsemmija fil-parti introduttorju ta’ dan il-paragrafu, ikunu proprjetà ta’ persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.
Artikolu 83
Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 Addizzjonali maħruġ minn entità b’għan speċjali
Strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 maħruġa minn entità b'għan speċjali, u l-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, ikunu inklużi sal-31 ta' Diċembru 2021 fil-kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, Grad 1 jew ta' Grad 2 jew fil-fondi proprji kwalifikattivi, kif applikabbli, biss meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
l-entità b’għan speċjali li toħroġ dawk l-istrumenti tkun inkluża totalment fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;
l-istrumenti, u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ikunu inklużi fil-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) jiġu ssodisfatti;
l-istrumenti, u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ikunu inklużi f’kapital kwalifikattiv ta’ Grad 2 biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ikunu ssodisfatti;
l-uniku assi tal-entità b’għan speċjali jkun l-investiment tagħha fil-fondi proprji tal-impriża prinċipali jew sussidjarja tagħha li tkun inkluża b’mod sħiħ fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed, li l-forma tiegħu tissodisfa l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 52(1) jew 63, kif applikabbli.
Fejn l-awtorità kompetenti tikkunsidra li l-assi ta’ entità b’għan speċjali minbarra l-investiment tagħha fil-fondi proprji tal-impriża prinċipali jew sussidjarja tagħha li hija inkluża fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II ta’ Parti Wieħed, huma minimi u insinifikanti għal tali entità, l-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja l-kondizzjoni speċifikata fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat- 28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 84
Interessi minoritarji inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ interessi minoritarji ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni billi jnaqqsu mill-interessi minoritarji ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b), kif ġej:
il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:
l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta' dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ biex jissodisfa dan li ġej:
l-ammont tal-kapital konsolidat ta’ kapital Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jirrelata għal dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;
l-interessi minoritarji tas-sussidjarja espress bħala perċentwal tal-entrati kollha ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ dik l-impriża.
Istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tagħmilx dan il-kalkolu għal sussidjarja kif imsemmi fl-Artikolu 81(1). Fejn istituzzjoni tieħu tali deċiżjoni, l-interess minoritarju ta’ dik is-sussidjarja ma jistax jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat- 28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjoni mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu lil kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-attività prinċipali tagħha hija li tikseb holdings;
hija soġġetta għal superviżjoni prudenzjali fuq bażi kkonsolidata;
tikkonsolida istituzzjoni sussidjarja li fiha għandha biss holding minoritarju permezz tar-relazzjoni ta’ kontroll definita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE;
aktar minn 90 % tal-kapital konsolidat meħtieġ tal-Ekwità Komuni ta’ Grad 1 jirriżulta mill-istituzzjoni sussidjarja msemmija fil-punt c) kkalkulat fuq bażi subkonsolidata.
►C1 Fejn, wara t-28 ta' Ġunju 2013, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali ◄ , li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ssir kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu r-rinunzja msemmija fl-ewwel subparagrafu lil dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali dment li tissodisfa l-kondizzjonijiet f’dak is-subparagrafu.
Artikolu 85
Strumenti kwalifikattivi ta’ Grad 1 inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 ta' sussidjarja li jiġi inkluż fil-fondi proprji konsolidati billi jitnaqqas mill-kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 ta' dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b) kif ġej:
il-kapital ta’ Grad 1 tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:
l-ammont tal-kapital Grad 1 tas-sussidjarja li jkun meħtieġ biex jissodisfa dan li ġej:
l-ammont tal-kapital konsolidat tal-Grad 1 relatat mas-sussidjarja meħtieġa fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital ta’ Grad 1;
il-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 tas-sussidjarja espress bħala perċentwal tal-entrati kollha ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża
Istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tagħmilx dan il-kalkolu għal sussidjarja kif imsemmi fl-Artikolu 81(1). Fejn istituzzjoni tieħu tali deċiżjoni, il-kapital ta’ Grad 1 ta’ dik is-sussidjarja li jikkwalifika ma jistax jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1.
Artikolu 86
Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 inkluż fil-kapital konsolidat Addizzjonali ta’ Grad 1
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 84(5) u (6), l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 Addizzjonali billi jnaqqsu mill-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża inkluża fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 l-interessi minoritarji ta’ dik l-impriża li jkunu inklużi fil-kapital konsolidat tal-Ekwità Komuni ta’ Grad 1.
Artikolu 87
Fondi proprji kwalifikattivi inklużi f’fondi proprji konsolidati
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ fondi proprji kwalifikattivi ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-fondi proprji konsolidati billi jitnaqqas mill-fondi proprji kwalifikattivi ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b) kif ġej:
il-fondi proprji tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:
l-ammont ta' fondi proprji tas-sussidjarja meħtieġ biex jissodisfa dan li ġej:
l-ammont tal-fondi proprji li jirrigwarda s-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi;
il-fondi proprji kwalifikattivi tal-impriża, espressi bħala perċentwal tas-somma tal-entrati kollha tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-entrati tal-Grad 2, bl-esklużjoni tal-ammonti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 62, ta’ dik l-impriża.
Istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tagħmilx dan il-kalkolu għal sussidjarja kif imsemmi fl-Artikolu 81(1). Fejn istituzzjoni tieħu tali deċiżjoni, il-fondi proprji ta’ dik is-sussidjarja li jikkwalifikaw ma jistgħux jiġu inklużi fil-fondi proprji konsolidati.
Artikolu 88
Strumenti tal-fondi proprji kwalifikattivi inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 2
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 84(5) u (6), l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ fondi proprji kwalifikattivi ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 2 billi jnaqqsu mill-fondi proprji kwalifikattivi ta’ dik l-impriża li tkun inkluża fil-fondi proprji konsolidati, il-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1.
Artikolu 88a
Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
Obbligazzjonijiet maħruġa minn sussidjarja stabbilita fl-Unjoni li tappartjeni għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħala l-entità ta' riżoluzzjoni għandhom jikkwalifikaw għall-inklużjoni fl-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli konsolidati ta' istituzzjoni soġġett għall-Artikolu 92a, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
jinħarġu skont il-punt (a) tal-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE;
jinxtraw minn azzjonist eżistenti li mhuwiex parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni sakemm l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 tad-Direttiva 2014/59/UE ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;
ma jaqbżux l-ammont determinat mit-tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-punt (i) mill-ammont imsemmi fil-punt (ii):
is-somma tal-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità ta' riżoluzzjoni jew direttament inkella indirettament permezz ta' entitajiet oħra fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni u l-ammont ta' strumenti ta' fondi proprji maħruġa f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE;
l-ammont meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 45f(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.
TITOLU III
HOLDINGS KWALIFIKATTIVI ’L BARRA MIS-SETTUR FINANZJARJU
Artikolu 89
Ippeżar tar-riskju u l-projbizzjoni ta’ holdings kwalifikattivi ’l barra mis-settur finanzjarju
Holding kwalifikattiva, li l-ammont tagħha jaqbeż l-15 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni, f’impriża li ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3:
entità tas-settur finanzjarju;
impriża, li ma tkunx entità tas-settur finanzjarju, li twettaq attivitajiet li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li jkunu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
estensjoni diretta ta’ operazzjoni bankarja; jew
anċillari għal operazzjoni bankarja;
kiri, factoring, l-amministrazzjoni ta’ unit trusts, il-ġestjoni ta’ servizzi tal-ipproċessar ta’ data jew xi attività simili oħra.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) jew (b) għall-holdings kwalifikattivi tal-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2:
għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżit ta’ kapital skont il-Parti Tlieta, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta’ 1 250 % għall-ikbar wieħed minn dawn li ġejjin:
l-ammont ta’ holdings kwalifikattivi msemmija fil-paragrafu 1 li jaqbeż il-15 % tal-kapital eliġibbli;
l-ammont totali ta’ holdings kwalifikattivi msemmija fil-paragrafu 2 li jaqbeż s-60 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni;
l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprojbixxu lill-istituzzjonijiet milli jkollhom holdings kwalifikattivi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li l-ammont tagħhom jaqbeż l-perċentwali ta’ kapital eliġibbli stabbilit f’dawk il-paragrafi.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw l-għażla tagħhom ta’ (a) jew (b).
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-ABE għandha toħroġ linji gwida li jispeċifikaw il-kunċetti li ġejjin:
attivitajiet li huma estensjoni diretta ta’ operazzjoni bankarja;
attivitajiet anċillari għal operazzjoni bankarja;
attivitajiet simili.
Dawk il-linji gwida għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 90
Alternattiva għall-piż tar-riskju ta’ 1 250 %
Bħala alternattiva għall-applikazzjoni ta’ piż tar-riskju ta’ 1 250 % għall-ammonti li jeċċedu l-limiti speċifikati fl-Artikolu 89(1) u (2), l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu dawk l-ammonti mill-elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1).
Artikolu 91
Eċċezzjonijiet
L-azzjonijiet ta’ impriżi li ma jkunux imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 89(1) m’għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-limiti eliġibbli ta’ kapital speċifikati f’dak l-Artikolu meta xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfatta:
dawk l-azzjonijiet ikunu miżmuma temporanjament matul operazzjoni ta’ għajnuna finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 79;
iż-żamma ta’ dawk l-azzjonijiet tkun pożizzjoni ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas;
dawk l-azzjonijiet ikunu miżmuma f’isem proprju tal-istituzzjoni u għan-nom ta’ oħrajn.
PARTI TLIETA
REKWIŻITI TA’ KAPITAL
TITOLU I
REKWIŻITI ĠENERALI, VALUTAZZJONI U RAPPURTAR
KAPITOLU 1
Livell meħtieġ ta’ fondi proprji
Artikolu 92
Rekwiżiti ta’ fondi proprji
Soġġett għall-Artikoli 93 u 94, l-istituzzjonijiet għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji li ġejjin:
proporzjon tal-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ta’ 4,5 %;
proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ 6 %;
proporzjon totali tal-kapital ta’ 8 %;
proporzjon ta' lieva finanzjarja ta' 3 %.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon tal-kapital tagħhom kif ġej:
il-proporzjon tal-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ikun il-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju;
il-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ikun il-kapital ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju;
il-proporzjon totali tal-kapital ikun il-fondi proprji tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju.
L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal- punti (a) sa (f) ta’ dan il-paragrafu wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4:
l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju għal riskju ta’ kreditu u għal riskju ta’ dilwizzjoni, ikkalkulati skont it-Titolu II u l-Artikolu 379, fir-rigward tal-attivitajiet tan-negozju kollha ta’ istituzzjoni, eskluż l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju min-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni;
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għan-negozju fil-portafoll tan-negozjar ta' istituzzjoni għal dawn li ġejjin:
ir-riskju tas-suq kif determinat skont it-Titolu IV ta' din il-Parti, bl-esklużjoni tal-approċċi stabbiliti fil-Kapitoli 1a u 1b ta' dak it-Titolu;
skoperturi kbar li jeċċedu l-limiti speċifikati fl-Artikoli 395 sa 401, sal-limitu li istituzzjoni titħalla taqbeż dawk il-limiti, kif determinat skont il-Parti Erbgħa;
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq kif determinat fit-Titolu IV ta' din il-Parti, bl-esklużjoni tal-approċċi stabbiliti fil-Kapitoli 1a u 1b ta' dak it-Titolu, għall-attivitajiet tan-negozju kollha li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju jew għar-riskju tal-komoditajiet;
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kkalkulati skont it-Titolu V ta' din il-Parti, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 379 għar-riskju ta' saldu;
ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati skont it-Titolu VI għar-riskju ta’ aġġustament ta’ valutazzjoni tal-kreditu ta’ strumenti ta’ derivati OTC minbarra derivattivi ta’ kreditu rikonoxxuti li jnaqqsu l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal riskju ta’ kreditu;
ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji ddeterminati skont it-Titolu III għal riskju operattiv;
l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju stabbiliti skont it-Titolu II għal riskju tal-kontroparti bħala riżultat tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni għat-tipi ta’ transazzjonijiet u ftehimiet li ġejjin:
kuntratti elenkati fl-Anness II u derivattivi ta’ kreditu;
transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew ta’ prodotti abbażi ta’ titoli jew prodotti;
transazzjonijiet ta’ self b’marġni abbażi ta’ titoli jew prodotti;
transazzjonijiet ta’ saldu fit-tul.
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu tal-ammont totali tal-iskopertura tar-riskju msemmi fil-paragrafu 3:
ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punti (c), (d) u (e) ta’ dak il-paragrafu għandhom jinkludu dawk li ġejjin mill-attivitajiet kummerċjali ta’ istituzzjoni;
l-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji stipulati fil-punti (b) sa (e) ta’ dak il-paragrafu bi 12,5.
Artikolu 92a
Rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SII
Soġġetti għall-Artikoli 93 u 94 u għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni u li huma entitajiet G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:
proporzjon ibbażat fuq ir-riskju ta' 18 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) u (4);
proporzjon mhux ibbażat fuq ir-riskju ta' 6,75 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-kejl totali tal-iskopertura msemmi fl-Artikolu 429(4).
Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw fil-każijiet li ġejjin:
fit-tliet snin ta' wara d-data li fiha l-istituzzjoni jew il-grupp li tagħmel parti minnu l-istituzzjoni jkun ġie identifikat bħala G-SII;
fis-sentejn ta' wara d-data li fiha l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun applikat l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna skont id-Direttiva 2014/59/UE;
fis-sentejn ta' wara d-data li fiha l-entità ta' riżoluzzjoni tkun daħħlet fis-seħħ miżura alternattiva għas-settur privat imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2014/59/UE li permezz tagħha strumenti kapitali u obbligazzjonijiet oħra jkunu tnaqqsu fil-valur jew ġew ikkonvertiti f'punti tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 sabiex jikkapitalizzaw mill-ġdid l-entità ta' riżoluzzjoni mingħajr l-applikazzjoni tal-għodda ta' riżoluzzjoni.
Artikolu 92b
Rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SIIs mhux tal-UE
Strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jitqies biss għall-fini ta' konformità mal-paragrafu 1 fejn dan jissodisfa l-kondizzjonijiet addizzjonali kollha li ġejjin:
fl-eventwalità ta' proċedimenti ta' insolvenza normali kif definiti fil-punt (47) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-pretensjoni li tirriżulta mill-obbligazzjoni tikklassifika taħt pretensjonijiet li jirriżultaw minn obbligazzjonijiet li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u li ma jikkwalifikawx bħala fondi proprji;
dan huwa soġġett għas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikoli 59 sa 62 tad-Direttiva 2014/59/UE.
Artikolu 93
Rekwiżit ta’ kapital inizjali fuq negozju avvjat
▼M9 —————
Artikolu 94
Deroga għal negozji żgħar fil-portafoll tan-negozjar
B'deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 92(3), l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu dment li d-daqs tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet huwa daqs jew inqas miż-żewġ livelli limitu li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar bl-użu tad-data sal-aħħar jum tax-xahar:
5 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;
EUR 50 miljun.
Fejn iż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jiġu ssodisfati, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom kif ġej:
għall-kuntratti elenkati fil-punt 1 tal-Anness II, il-kuntratti relatati mal-ekwitajiet li huma msemmija fil-punt 3 ta' dak l-Anness u d-derivattivi ta' kreditu, l-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw dawk il-pożizzjonijiet mir-rekwiżit ta' fondi proprji msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(3);
għal pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar għajr dawk imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jissostitwixxu r-rekwiżit ta' fondi proprji msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(3) bir-rekwiżit ikkalkulat skont il-punt (a) tal-Artikolu 92(3).
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tagħhom abbażi tad-data sal-aħħar jum ta' kull xahar għall-finijiet tal-paragrafu 1 skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
il-pożizzjonijiet kollha assenjati fil-portafoll tan-negozjar skont l-Artikolu 104 għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu ħlief għal dawn li ġejjin:
pożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kambju u l-komoditajiet;
pożizzjonijiet fid-derivattivi ta' kreditu li huma rikonoxxuti bħala ħħeġġjar intern kontra l-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar jew skoperturi għar-riskju tal-kontroparti u tat-tranżazzjonijiet derivattivi tal-kreditu li ipaċu perfettament ir-riskju tas-suq ta' dak l-iħħeġġjar intern kif imsemmi fl-Artikolu 106(3);
il-pożizzjonijiet kollha inklużi fil-kalkolu f'konformità mal-punt (a) għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f'dik id-data partikolari; meta l-valur tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunx disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur ġust tas-suq għal dik il-pożizzjoni f'dik id-data; meta l-valur tas-suq u l-valur ġust ta' pożizzjoni ma jkunux disponibbli f'dik id-data, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il-valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;
il-valur assolut ta' pożizzjonijiet twal għandu jingħadd mal-valur assolut ta' pożizzjonijiet qosra.
Istituzzjoni għandha tieqaf tikkalkola r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan il-paragrafu 2 fi żmien tliet xhur li jseħħ wieħed minn dawn li ġejjin:
l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal tliet xhur konsekuttivi;
l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal aktar minn 6 xhur mill-aħħar 12-il xahar.
Artikolu 95
Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal ditti ta’ investiment li jkollhom awtorizzazzjoni limitata biex jipprovdu servizzi ta’ investiment
Id-ditti ta’ investiment imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u d-ditti msemmija fil-punt 2(c) tal-Artikolu 4(1) li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment elenkati fil-punti (2) u (4) tat-Taqsima A għall-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jikkalkulaw l-ammont totali ta’ skopertura għar-riskju bħala l-ogħla minn li ġej:
is-somma tal-elementi msemmija fil-punti (a) sa (d) u (f) tal-Artikolu 92(3) wara li jiġi applikat l-Artikolu 92(4);
12,5 immultiplikat bl-ammont speċifikat fl-Artikolu 97.
Id-ditti msemmija fil-punt 2(c) tal-Artikolu 4(1) li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment elenkati fil-punti (2) u (4) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fl-Artikolu 92(1) u (2) abbażi tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju msemmi fl-ewwel subparagrafu.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-fondi proprji għad-ditti msemmija fil-punt 2(c) tal-Artikolu 4(1) li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment elenkati fil-punti (2) u (4) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE bħala r-rewkiżiti tal-fondi proprji li jkunu vinkolanti fuq dawk id-ditti skont il-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2013 għad-Direttivi 2006/49/KE u 2006/48/KE.
Artikolu 96
Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal ditti ta’ investiment li jżommu kapital inizjali kif jinsab fl- Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2013/36/UE
Għall-finijiet tal-Artikolu 92(3), il-kategoriji li ġejjin ta’ ditti ta’ investiment li jżommu kapital inizjali skont l-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom jużaw il-kalkolu tat-total tal-ammont tal-iskopertura għar-riskju speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu:
ditti ta’ investiment li jinnegozjaw f’isimhom stess għar-raġuni unika ta’ twettiq jew għall-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ klijent jew bil-għan li jiksbu aċċess għal sistemi tal-ikklerjar u saldu jew għal skambju rikonoxxut meta jaġixxu f’kapaċità ta’ aġenzija jew jeżegwixxu ordni ta’ klijent;
id-ditti ta’ investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
li ma jżommux flus jew titoli tal-klijenti;
li jwettqu biss negozjar għall-kont proprju;
li ma jkollhomx klijenti esterni;
fejn it-transazzjonijiet tagħhom ta’ eżekuzzjoni u s-saldu jseħħu taħt ir- responsabbiltà ta’ istituzzjoni tal-ikklerjar u jkunu ggarantiti minn dik l- istituzzjoni ta’ ikklerjar.
Fil-każ ta’ ditti ta’ investiment imsemmija fil-paragrafu 1, l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’ dan li ġej:
il-punti (a) sa (d) u (f) tal-Artikolu 92(3) wara li jiġi applikat l-Artikolu 92(4);
l-ammont imsemmi fl-Artikolu 97 immultiplikat bi 12,5.
Artikolu 97
Fondi proprji abbażi tal-Ispejjeż Ġenerali Fissi
L-ABE b’konsultazzjoni mal-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika f’aktar dettall dawn li ġejjin:
il-kalkolu tar-rekwiżiti biex jinżamm kapital eliġibbli ta’ mill-inqas kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti;
il-kondizzjonijiet għall-aġġustament mill-awtorità kompetenti tar-rekwiżiti biex jinżamm kapital eliġibbli ta’ mill-inqas kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti;
il-kalkolu tal-ispejjeż ġenerali fissi proġettati fil-każ ta’ ditta ta’ investiment li ma tkunx temmet negozju għal sena.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 98
Fondi proprji għal ditti ta’ investiment fuq bażi konsolidata
Fil-każ tad-ditti ta’ investiment imsemmija fl-Artikolu 95(1) fi grupp, meta dak il-grupp ma jinkludix istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditta ta’ investiment prinċipali fi Stat Membru għandha tapplika l-Artikolu 92 fuq livell konsolidat kif ġej:
billi tuża l-kalkolu tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju speċifikat fl-Artikolu 95(2);
fondi proprji kkalkulati abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tad-ditta prinċipali tal-investiment jew dik tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallata, kif applikabbli.
Fil-każ ta’ ditti ta’ investiment imsemmija fl-Artikolu 96(1) fi grupp, fejn dak il-grupp ma jinkludix istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditta ta’ investiment prinċipali fi Stat Membru u ditta ta’ investiment ikkontrollata minn kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallata għandha tapplika l-Artikolu 92 fuq bażi konsolidata kif ġej:
għandha tuża l-kalkolu tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju speċifikat fl-Artikolu 96(2);
għandha tuża fondi proprji kkalkulati abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tad-ditta prinċipali tal-investiment jew dik tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallata, kif applikabbli, u f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.
▼M8 —————
KAPITOLU 3
Portafoll tan-negozjar
Artikolu 102
Rekwiżiti għall-Portafoll tan-Negozjar
Artikolu 103
Ġestjoni tal-portafoll tan-negozjar
L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ politiki u proċeduri definiti b'mod ċar għall-immaniġġjar globali tal-portafoll tan-negozjar. Dawn il-politiki u proċeduri għandhom mill-inqas jindirizzaw:
l-attivitajiet li l-istituzzjoni tikkunsidra bħala negozjar kummerċjali u bħala parti kostitwenti tal-portafoll tan-negozjar għall-finijiet tar-rekwiżit ta' fondi proprji;
il-punt sa fejn pożizzjoni tista' tiġi vvalutata kuljum skont il-valur tas-suq b'riferiment għal suq likwidu, attiv u bidirezzjonali;
fil-każ ta' pożizzjonijiet li jingħatalhom valur skont mudell, il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista':
tidentifika r-riskji materjali kollha tal-pożizzjoni;
tiħħeġġja r-riskji materjali kollha tal-pożizzjoni bi strumenti li għalihom jeżisti suq attiv, likwidu u bidirezzjonali;
tikseb estimi affidabbli għas-suppożizzjonijiet u l-parametri ewlenin użati fil-mudell;
il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista', u tkun obbligata li, tiġġenera valwazzjonijiet għall-pożizzjoni li jistgħu jiġu vvalidati esternament b'mod konsistenti;
il-punt sa fejn ir-restrizzjonijiet legali jew rekwiżiti operazzjonali oħra jipprekludu l-abbiltà tal-istituzzjoni li teffettwa likwidazzjoni jew ħeġġ tal-pożizzjoni fuq terminu qasir;
il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista', u tkun obbligata li, timmaniġġja b'mod attiv ir-riskji ta' pożizzjonijiet fl-operat tan-negozjar tagħha;
il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista' tirrikklassifika riskji jew pożizzjonijiet bejn il-portafolli mhux tan-negozjar u l-portafolli tan-negozjar u r-rekwiżiti għal tali riklassifikazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 104a.
Fl-immaniġġjar tal-pożizzjonijiet jew tal-portafolli ta' pożizzjonijiet tagħha fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ strateġija tan-negozjar dokumentata b'mod ċar għall-pożizzjoni jew portafolli fil-portafoll tan-negozjar, li għandha tkun approvata mill-maniġment superjuri u tinkludi l-perijodu ta' holding mistenni;
l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ politiki u proċeduri definiti b'mod ċar għall-ġestjoni attiva ta' pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar; dawk il-politiki u proċeduri għandhom jinkludu li ġejjin:
liema pożizzjonijiet jew portafolli ta' pożizzjonijiet jista' jidħol fihom kull post tan-negozjar jew, kif jista' jkun il-każ, minn negozjanti deżinjati;
l-iffissar ta' limiti tal-pożizzjoni u li jiġu mmonitorjati għall-adegwatezza;
l-iżgurar li n-negozjanti għandhom l-awtonomija biex jieħdu u jimmaniġġjaw il-pożizzjoni fil-limiti miftiehma u skont l-istrateġija approvata;
l-iżgurar li l-pożizzjonijiet jiġu rrappurtati lill-maniġment superjuri bħala parti integrali mill-proċess għall-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni;
l-iżgurar li l-pożizzjonijiet ikunu mmonitorjati attivament b'referenza għal sorsi ta' informazzjoni tas-suq u li ssir valutazzjoni tal-kummerċjabbiltà jew tal-kapaċità li tiġi ħħeġġjata l-pożizzjoni jew ir-riskji tal-komponenti tagħha, inkluż il-valutazzjoni, il-kwalità u d-disponibbiltà tal-input tas-suq għall-proċess ta' valutazzjoni, il-livell tal-fatturat tas-suq, id-daqs tal-pożizzjonijiet nnegozjati fis-suq;
il-proċeduri u kontrolli attivi kontra l-frodi;
l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ politiki u proċeduri ddefiniti b'mod ċar għall-monitoraġġ tal-pożizzjonijiet kontra l-istrateġija tan-negozjar tal-istituzzjoni, inkluż il-monitoraġġ tal-fatturat u pożizzjonijiet li għalihom il-perijodu ta' holding li kien oriġinarjament intiż ikun inqabeż.
Artikolu 104
Inklużjoni fil-Portafoll tan-Negozjar
▼M8 —————
Artikolu 104b
Rekwiżiti għall-post tan-negozjar
Il-postijiet tan-negozjar tal-istituzzjonijiet għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
kull post tan-negozjar għandu jkollu strateġija tan-negozjar u struttura tal-ġestjoni tar-riskju ċara u distintiva li hija adegwata għall-istrateġija tan-negozjar tiegħu;
kull post tan-negozjar għandu jkollu struttura organizzattiva ċara; pożizzjonijiet f'post tan-negozjar partikolari għandhom jiġu ġestiti minn negozjanti deżjinati fi ħdan l-istituzzjoni; kull negozjant għandu jkollu funzjonijiet dedikati fil-post tan-negozjar; kull negozjant għandu jiġi assenjat għal post tan-negozjar wieħed biss;
għandhom jiġu stabbiliti limiti tal-pożizzjoni f'kull post tan-negozjar skont l-istrateġija tan-negozjar ta' dak il-post tan-negozjar;
tal-inqas darba f'ġimgħa, għandhom jiġu prodotti rapporti dwar l-attivitajiet, il-profittabbiltà, il-ġestjoni tar-riskju u r-rekwiżiti regolatorji fil-livell tal-post tan-negozjar, li għandhom jintbagħtu lill-korp maniġerjali fuq bażi regolari;
kull post tan-negozjar għandu jkollu pjan ta' direzzjoni tan-negozju annwali ċar li jinkludi politika ta' remunerazzjoni definita sew abbażi ta' kriterji sodi wżati għall-kejl tal-prestazzjoni;
rapporti dwar pożizzjonijiet li jimmaturaw, ksur ta' limiti tan-negozjar fl-istess jum, ksur ta' limiti tan-negozjar ta' kuljum u azzjonijiet meħuda mill-istituzzjoni biex tindirizza dak il-ksur, kif ukoll il-valutazzjonijiet tal-likwidità tas-suq għandhom ikunu ppreparati għal kull post tan-negozjar fuq bażi ta' kull xahar u jkunu disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 105
Rekwiżiti għal Valutazzjoni Prudenti
L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu u jżommu sistemi u kontrolli suffiċjenti sabiex jipprovdu stimi ta’ valutazzjoni prudenti u affidabbli. Dawk is-sistemi u kontrolli għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:
politiki u proċeduri dokumentati għall-proċess ta’ valutazzjoni, inkluż ir-responsabbiltajiet iddefiniti b’mod ċar tal-oqsma varji involuti fid-determinazzjoni tal-valutazzjoni, is-sorsi tal-informazzjoni tas-suq u analiżi tal-adegwatezza tagħhom, linji gwida għall-użu ta’ parametri li ma jistgħux jiġu osservati li jirriflettu s-suppożizzjonijiet tal-istituzzjoni dwar dak li l-parteċipanti tas-suq sejrin jużaw fl-ipprezzar tal-pożizzjoni, il-frekwenza ta’ valutazzjoni indipendenti, l-għażla tal-ħin għall-prezzijiet tal-għeluq, il-proċeduri għall-aġġustament tal-valutazzjonijiet, il-proċeduri ta’ verifika tal-għeluq tax-xahar u dawk ad-hoc;
linji ta' rappurtar għad-dipartiment responsabbli għall-proċess ta' valutazzjoni li jkunu ċari u indipendenti mill-uffiċċju tan-negozjar, li għandhom finalment ikunu għall-korp maniġerjali.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin meta jwettqu valutazzjoni skont mudell:
il-maniġment superjuri għandu jkun konxju tal-elementi tal-portafoll tan-negozjar jew ta’ pożizzjonijiet oħra b’valur ġust li jkunu soġġetti għal valutazzjoni skont mudell u għandhom jifhmu l-materjalità tal-inċertezza li b’hekk tinħoloq fir-rappurtar tar-riskju/prestazzjoni tan-negozju;
l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu inputs tas-suq, fejn possibbli, skont il-prezzijiet tas-suq, u għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-inputs tas-suq tal-pożizzjoni partikolari li tkun qiegħda tiġi vvalutata u l-parametri tal-mudell fuq bażi frekwenti;
fejn disponibbli, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw metodoloġiji ta’ valutazzjoni li jkunu prattiki aċċettati tas-suq għal strumenti finanzjarji partikolari jew għal prodotti;
fejn il-mudell jiġi żviluppat mill-istituzzjoni innifisha, għandu jiġi bbażat fuq suppożizzjonijiet xierqa, li jkunu ġew ivvalutati u kkontestati minn partijiet adegwatament ikkwalifikati b’mod indipendenti mill-proċess ta’ żvilupp;
l-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri formali għall-kontroll tat-tibdil u għandhom iżommu kopja sigura tal-mudell u jużawha perjodikament biex jikkontrollaw il-valutazzjonijiet;
il-ġestjoni tar-riskju għandu jkun konxju tal-punti debboli tal-mudelli użati u l-aħjar mod kif dawk jiġu riflessi fir-riżultat tal-valutazzjoni; u
il-mudelli tal-istituzzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal analiżi perjodika biex tiġi ddeterminata l-akkuratezza tal-prestazzjoni tagħhom, li għandha tinkludi valutazzjoni tal-adegwatezza kontinwata tas-suppożizzjonijiet, l-analiżi tal-profitt u t-telf versus il-fatturi tar-riskji, u t-tqabbil ta’ valuri reali tal-għeluq skont l-eżiti tal-mudelli.
Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, il-mudell għandu jiġi żviluppat jew approvat indipendentement mill-postijiet tan-negozjar u għandu jiġi ttestjat b'mod indipendenti, inkluż il-validazzjoni tal-matematika, is-suppożizzjonijiet u l-implimentazzjoni tas-softwer.
L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu u jżommu proċeduri għall-kalkolu ta’ aġġustament għall-valutazzjoni kurrenti ta’ xi pożizzjonijiet anqas likwidi, li partikolarment jistgħu jirriżultaw minn avvenimenti tas-suq jew minn sitwazzjonijiet relatati mal-istituzzjoni bħal pożizzjonijiet konċentrati u/jew pożizzjonijiet li għalihom il-perijodu oriġinali ta’ holding jkun inqabeż. L-istituzzjonijiet għandhom, fejn meħtieġ, jagħmlu dawn l-aġġustamenti minbarra xi tibdil meħtieġ għall-valur tal-pożizzjoni għall-finijiet ta’ rappurtar finanzjarju u għandhom ifasslu dawn l-aġġustamenti biex jirriflettu l-illikwidità tal-pożizzjoni. Skont dawk il-proċeduri, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw diversi fatturi waqt li jkunu qegħdin jiddeterminaw jekk ikunx hemm il-ħtieġa ta’ aġġustament tal-valutazzjoni għal pożizzjonijiet inqas likwidi. Dawk il-fatturi jinkludu li ġejjin:
l-ammont addizzjonali ta' żmien li jkun meħtieġ biex tiġi ħħeġġjata l-pożizzjoni jew ir-riskji fil-pożizzjoni lil hinn mill-orizzonti ta' likwidità li ġew assenjati lill-fatturi tar-riskju tal-pożizzjoni skont l-Artikolu 352bd;
il-volatilità u l-medja tal-firxiet ta’ talba/offerta;
id-disponibbiltà ta’ kwotazzjonijiet tas-suq (in-numru u l-identità ta’ ġeneraturi tas-suq) u l-volatilità u l-medja ta’ volumi ta’ negozjar inkluż volumi ta’ negozjar matul perijodi ta’ stress tas-suq;
il-konċentrazzjonijiet tas-suq;
iż-żmien li jgħaddi mit-teħid tal-pożizzjonijiet;
il-punt sa fejn il-valutazzjoni tkun ibbażata fuq valutazzjoni skont mudell;
l-impatt ta’ riskji oħra tal-mudell.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 106
Iħħeġġjar Intern
Ħeġġ intern għandu b’mod partikolari jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
m’għandhiex tkun primarjament maħsuba biex tevita jew tnaqqas ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji;
għandha tiġi dokumentata sew u tkun soġġetta għal proċeduri partikolari tal-approvazzjoni interna u ta’ verifika;
għandha tiġi ttrattata bil-kondizzjonijiet tas-suq;
ir-riskju tas-suq iġġenerat mill-ħeġġ intern għandu jiġi mmaniġġjat b’mod dinamiku fil-portafoll tan-negozjar skont il-limiti awtorizzati;
għandu jiġi mmonitorjat sewwa skont proċeduri adegwati.
TITOLU II
REKWIŻITI TA’ KAPITAL GĦAL RISKJU TA’ KREDITU
KAPITOLU 1
Prinċipji Ġenerali
Artikolu 107
Approċċi għal riskju ta’ kreditu
Għall-iskoperturi kummerċjali u għall-kontribuzzjonijiet ta’ fondi tal-inadempjenza għal kontroparti ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stipulat fil-Kapitolu 6, Taqsima 9 biex jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju tagħhom għall-finijiet tal-punti (a) u (f) tal-Artikolu 92(3). Għat-tipi l-oħrajn kollha ta’ skoperturi lil kontroparti ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw dawn l-iskoperturi bħala skoperturi lil istituzzjonijiet kif ġej:
bħala skoperturi għal istituzzjoni għal tipi oħrajn ta’ skoperturi għal CCP kwalifikanti;
bħala skoperturi għal korporazzjoni għal tipi oħrajn ta’ skoperturi għal CCP mhux kwalifikattiva.
Artikolu 108
Użu tat-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont l-Approċċ Standardizzat u l-Approċċ IRB
Artikolu 109
Trattament ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-ammont ta’ skopertura ponderata għar-riskju għal pożizzjoni li għandhom f’titolizzazzjoni skont il-Kapitolu 5.
Artikolu 110
Trattament tal-aġġustament għar-riskju ta’ kreditu
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Kapitoli 2 u 3, l-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu għandhom jeskludu l-fondi għal riskji bankarji ġenerali.
L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ IRB li japplikaw l-Approċċ Standardizzat għal parti tal-iskoperturi tagħhom fuq bażi konsolidata jew individwali, skont l-Artikoli 148 u 150 għandhom jiddeterminaw il-parti tal-aġġustament ġenerali għar-riskju ta’ kreditu li tkun sejra tiġi assenjata għat-trattament tal-aġġustament ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Approċċ Standardizzat u għat-trattament tal-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Approċċ IRB kif ġej:
fejn applikabbli meta istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni tapplika b’mod esklussiv l-Approċċ IRB, l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu ta’ din l-istituzzjoni għandhom jiġu assenjati għat-trattament stabbiliti f’dan il-paragrafu 2;
fejn applikabbli, meta istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni tapplika b’mod esklussiv l-Approċċ Standardizzat, l-aġġustament ġenerali għar-riskju ta’ kreditu ta’ din l-istituzzjoni għandu jiġi assenjat lit-trattament stabbilit fil-paragrafu 1;
Il-bqija tal-aġġustament għar-riskju ta’ kreditu għandu jiġi assenjat fuq bażi prorata skont il-proporzjon tal-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju soġġett għall-Approċċ Standardizzat u soġġett għall-Approċċ IRB.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kalkolu tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu u l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont il-qafas kontabilistiku applikabbli għal li ġejjin:
il-valur tal-iskopertura skont l-Approċċ Standardizzat imsemmi fl-Artikolu 111;
il-valur tal-iskopertura skont l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikoli 166 sa 168;
it-trattament tal-ammonti ta’ telf mistennija msemmi fl-Artikolu 159;
il-valur tal-iskopertura għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 246 u 266;
id-determinazzjoni ta’ inadempjenza skont l-Artikolu 178;
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
KAPITOLU 2
Approċċ standardizzat
Artikolu 111
Valur tal-iskopertura
Il-valur ta' skopertura ta' entrata ta' assi għandu jkun il-valur ta' kontabbiltà residwi tagħha wara li jkunu ġew applikati aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 110, aġġustamenti tal-valur addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 34 u 105, ammonti mnaqqsin f'konformità mal-punt (m) Artikolu 36(1) u tnaqqis ieħor minn fondi proprji relatati mal-entrata ta' assi. Il-valur tal-iskopertura ta' entrata li ma tidhirx fuq il-karta bilanċjali elenkata fl-Anness I għandu jkun il-perċentwal li ġej tal-valur nominali tagħha wara t-tnaqqis ta' aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u ammonti mnaqqsa f'konformità mal-punt (m) Artikolu 36(1):
100 % jekk huwa element ta’ riskju sħiħ;
50 % jekk huwa element ta’ riskju medju;
20 % jekk huwa element ta’ riskju medju/baxx;
0 % jekk huwa element ta’ riskju baxx.
L-elementi li ma jidhrux imsemmija fit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu assenjati lill-kategoriji ta’ riskju kif indikat fl-Anness I.
Meta istituzzjoni tkun qiegħda tuża l-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju skont l-Artikolu 223, il-valur tal-iskopertura ta’ titoli jew ta’ prodotti mibjugħa, stazzjonati jew mislufa skont transazzjoni ta’ xiri mill-ġdid jew skont transazzjoni ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew ta’ prodotti, u transazzjonijiet ta’ self b’marġni għandu jiżdied bl-aġġustament tal-volatilità xieraq għal tali titoli jew prodotti kif preskritt fl-Artikoli 223 sa 225.
Artikolu 112
Klassijiet ta’ skopertura
Kull skopertura għandha tiġi assenjata f’waħda mill-klassijiet differenti ta’ skopertura:
skoperturi għal gvernijiet ċentrali jew għal banek ċentrali;
skoperturi għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali;
skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku;
skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp;
skoperturi għal organizzazzjonijiet internazzjonali;
skoperturi għal istituzzjonijiet;
skoperturi għal impriżi;
skoperturi fil-livell tal-konsumatur;
skoperturi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà immobbli;
skoperturi f’ inadempjenza;
skoperturi assoċjati ma’ riskju partikolarment għoli;
skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti;
elementi li jirrappreżentaw pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;
skoperturi għal istituzzjonijiet u għal impriżi b’valutazzjoni tal-kreditu ta’ terminu qasir;
skoperturi fil-forma ta’ unitajiet jew azzjonijiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv (‘CIUs’);
skoperturi ta’ ekwità;
elementi oħrajn.
Artikolu 113
Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju
Bl-eċċezzjoni ta’ skoperturi li jagħtu lok għal elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2, istituzzjoni tista, soġġetta għall-approvazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti, tiddeċiedi li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-iskoperturi ta’ dik l-istituzzjoni għal kontroparti li tkun l-impriża prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha, sussidjarja tal-impriża prinċipali tagħha jew impriża marbuta b’relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE. L-awtoritajiet kompetenti huma mogħtija s-setgħa li jagħtu approvazzjoni jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:
il-kontroparti tkun istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża tas-servizzi anċillari soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali adegwati;
il-kontroparti tkun inkluża fl-istess konsolidazzjoni bħall-istituzzjoni fuq bażi totali;
il-kontroparti tkun soġġetta għall-istess proċeduri għall-valutazzjoni tar-riskju, ta’ kalkolu u ta’ kontrolli bħall-istituzzjoni;
il-kontroparti tkun stabbilita fl-istess Stat Membru bħall-istituzzjoni;
ma jkun hemm l-ebda impediment legali, materjali jew prattiku kurrenti jew previst għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji jew għar-ripagament ta’ obbligazzjonijiet mill-kontroparti għall-istituzzjoni.
Meta l-istituzzjoni, skont dan il-paragrafu, tkun awtorizzata li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1, hija tista’ tassenja piż tar-riskju ta’ 0 %.
Bl-eċċezzjoni ta’ skoperturi li jagħtu lok għal elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2, l-istituzzjonijiet jistgħu, soġġetti għall-permess minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti, ma japplikawx ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal skoperturi għal kontropartijiet li magħhom l-istituzzjoni tkun daħlet fi skema ta’ protezzjoni istituzzjonali li jkun arranġament kuntrattwali jew obbligu statutorju li jipproteġi lil dawk l-istituzzjonijiet u partikolarment jiżgura l-likwidità u s-solvenza tagħhom biex jiġi evitat il-falliment fejn ikun meħtieġ. L-awtoritajiet kompetenti huma mogħtija s-setgħa li jagħtu permess jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:
ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (d) u (e) tal-paragrafu 6 jiġu ssodisfatti;
l-arranġamenti jiżguraw li l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tkun kapaċi tagħti l-appoġġ neċessarju mill-impenn tagħha permezz ta’ fondi li jkunu diġà għad-dispożizzjoni tagħha;
l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tiddisponi minn sistemi adegwati u stipulati b’mod uniformi għall-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni tar-riskju, li tagħti stampa sħiħa tas-sitwazzjonijiet ta’ riskju tal-membri individwali kollha u tal-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali inġenerali, bi possibbiltajiet korrispondenti biex teżerċita influwenza; dawk is-sistemi għandhom jimmonitorjaw b’mod adegwat l-iskoperturi inadempjenti skont l-Artikolu 178(1);
l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali twettaq analiżi tar-riskju tagħha stess li tiġi kkomunikata lill-membri individwali;
l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tfassal u tippubblika fuq bażi annwali, rapport konsolidat li jinkludi l-karta bilanċjali, il-kont tal-qligħ u t-telf, ir-rapport tas-sitwazzjoni u r-rapport tar-riskju, li jittratta l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali inġenerali, jew rapport li jinkludi l-karta tal-bilanċ aggregata, il-kont tal-qligħ u t-telf aggregat, ir-rapport tas-sitwazzjoni u r-rapport tar-riskju, fir-rigward tal-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali inġenerali;
il-membri fl-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali huma obbligati li jagħtu avviż bil-quddiem ta’ mill-inqas 24 xahar jekk ikunu jixtiequ jtemmu l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali;
l-użu multiplu ta’ elementi diversi eliġibbli għall-kalkolu tal-fondi proprji (minn hawn ’il quddiem ‘ingranaġġ multiplu’) kif ukoll kull ħolqien mhux xieraq ta’ fondi proprji bejn il-membri fl-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali għandu jiġi eliminat;
l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali għandha tkun ibbażata fuq sħubija wiesgħa tal-istituzzjonijiet tal-kreditu li jkollhom profil tan-negozju prinċipalment omoġenju;
l-adegwatezza tas-sistemi msemmija fil-punti (c) u (d) tkun approvata u mmonitorjata f’intervalli regolari mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.
Meta l-istituzzjoni, skont dan il-paragrafu, tiddeċiedi li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1, hija tista’ tassenja piż tar-riskju ta’ 0 %.
Artikolu 114
L-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali jew għal banek ċentrali
L-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 1 li tikkorrispondi għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI skont l-Artikolu 136.
Tabella 1
Skala tal-kwalità tal-kreditu |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
Piż tar-riskju |
0 % |
20 % |
50 % |
100 % |
100 % |
150 % |
▼M11 —————
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġetta għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ din id-deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2015, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabbilit f’dan il-paragrafu għall-iskoperturi tal-gvern ċentrali jew il-bank ċentrali tal-pajjiż terz meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kienu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dak it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 115
L-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali
L-ABE għandha żżomm bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku tal-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali kollha fi ħdan l-Unjoni li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jitrattaw bħala skoperturi tal-gvernijiet ċentrali tagħhom.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġetta għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2015, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabbilit f’dan il-paragrafu għall-pajjiż terz meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kienu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dak it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 116
L-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku
L-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont l-iskala ta’ kwalità kreditizja li għaliha jkunu assenjati l-iskoperturi għall-gvern ċentrali tal-ġurisdizzjoni fejn tkun inkorporata l-entità tas-settur pubbliku skont it-Tabella 2 segwenti:
Tabella 2
Skala tal-kwalità kreditizja li għaliha l-gvern ċentrali jkun assenjat |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
Piż tar-riskju |
20 % |
50 % |
100 % |
100 % |
100 % |
150 % |
Fir-rigward ta’ skoperturi għall-entitajiet tas-settur pubbliku inkorporati f’pajjiżi fejn il-gvern ċentrali mhuwiex ikklassifikat, il-piż tar-riskju għandu jkun ta’ 100 %.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġetta għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2015, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabbilit f’dan il-paragrafu għall-pajjiż terz meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kienu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dak it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 117
L-iskoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp
Il-Korporazzjoni Inter-Amerikana għall-Investiment, il-Bank tal-Kummerċ u l-Iżvilupp tal-Baħar l-Iswed, il-Bank tal-Amerika Ċentrali għall-Integrazzjoni Ekonomika u l-Bank tal-Iżvilupp CAF tal-Amerika Latina għandhom jiġu kkunsidrati bħala banek multilaterali tal-iżvilupp.
L-iskoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp li ġejjin għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %:
il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp;
il-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali;
il-Bank Inter-Amerikan tal-Iżvilupp;
il-Bank Ażjatiku tal-Iżvilupp;
il-Bank Afrikan tal-Iżvilupp;
il-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa;
il-Bank Nordiku tal-Investiment;
il-Bank Karibew tal-Iżvilupp;
il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp;
il-Bank Ewropew tal-Investiment;
il-Fond Ewropew tal-Investiment;
l-Aġenzija Multilaterali tal-Garanzija tal-Investiment;
il-Faċilità Internazzjonali ta’ Finanzjament għall-Immunizzazzjoni;
il-Bank Islamiku tal-Iżvilupp;
l-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Iżvilupp;
il-Bank Ażjatiku tal-Investiment fl-Infrastruttura.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li temenda dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462 li temenda, f'konformità mal-istandards internazzjonali, il-lista ta' banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 118
L-iskoperturi għal organizzazzjonijiet internazzjonali
L-iskoperturi għall-organizzazzjonijiet internazzjonali li ġejjin għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %:
l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;
il-Fond Monetarju Internazzjonali;
il-Bank għas-Saldu Internazzjonali;
il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja;
il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà;
istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabbilita minn żewġ Stati Membri jew aktar, li għandha l-għan li timmobilizza l-finanzjament u li tipprovdi assistenza finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri tagħha li jkunu qegħdin għaddejjin minn problemi finanzjarji serji jew li jkunu mhedda bihom.
Artikolu 119
L-iskoperturi għal istituzzjonijiet
Skopertura għal istituzzjoni fil-forma ta’ riżervi minimi meħtieġa mill-BĊE jew mill-bank ċentrali ta’ Stat Membru li għandhom jinżammu minn istituzzjoni tista’ tiġi ppeżata għar-riskju bħala skoperturi għall-bank ċentrali tal-Istat Membru inkwistjoni sakemm:
ir-riżervi jkunu miżmuma skont ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru tal-2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi ( 21 ) jew skont rekwiżiti nazzjonali fl-aspetti materjali kollha ekwivalenti għal dak ir-Regolament;
fil-każ ta’ falliment jew insolvenza tal-istituzzjoni fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, ir-riżervi jitħallsu lura kompletament lill-istituzzjoni fil-ħin u ma jkunux disponibbli biex jissodisfaw obbligazzjonijiet oħra tal-istituzzjoni.
L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti u soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali komparabbli għal dawk applikati għall-istituzzjonijiet f’termini ta’ robustezza għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, ir-rekwiżiti prudenzjali dstabbiti fir-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jiġu kkunsidrati bħala paragunabbli għal dawk applikati għal istituzzjonijiet f'termini ta' robustezza.
Artikolu 120
L-iskoperturi għal istituzzjonijiet ikklassifikati
L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet b’maturità residwa ta’ aktar minn tliet xhur li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 3 li jikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal- ECAI skont l-Artikolu 136.
Tabella 3
Skala tal-kwalità tal-kreditu |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
Piż tar-riskju |
20 % |
50 % |
50 % |
100 % |
100 % |
150 % |
L-iskoperturi għal istituzzjoni li jkollha sa tliet xhur ta’ maturità residwa li għaliha tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 4 li jikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal- ECAI skont l-Artikolu 136:
Tabella 4
Skala tal-kwalità tal-kreditu |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
Piż tar-riskju |
20 % |
20 % |
20 % |
50 % |
50 % |
150 % |
L-interazzjoni bejn it-trattament tal-valutazzjoni tal-kreditu ta’ terminu qasir skont l-Artikolu 131 u t-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir stipulati fil-paragrafu 2 għandha tkun kif ġej:
Jekk ma jkunx hemm valutazzjoni tal-iskopertura ta’ terminu qasir, it-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir kif speċifikat fil-paragrafu 2 għandu japplika għall-iskoperturi kollha għall-istituzzjonijiet b’mhux aktar minn tliet xhur ta’ maturità residwa;
Jekk ikun hemm valutazzjoni ta’ terminu qasir u din il-valutazzjoni tistabbilixxi l-applikazzjoni ta’ piż tar-riskju li jkun aktar favorevoli jew identiku għall-użu ta’ trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir, kif speċifikat fil-paragrafu 2, għal dik l-iskopertura speċifika biss għandha tintuża l-valutazzjoni ta’ terminu qasir. Skoperturi oħra ta’ terminu qasir għandhom isegwu t-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir, kif speċifikat fil-paragrafu 2;
Jekk ikun hemm valutazzjoni ta’ terminu qasir u din il-valutazzjoni tistabbilixxi piż tar-riskju li jkun inqas favorevoli mill-użu tat-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir, kif speċifikat fil-paragrafu 2, ma għandux jintuża t-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir u l-pretensjonijiet kollha ta’ terminu qasir mhux ikklassifikati għandhom jiġu assenjati l-istess piż tar-riskju bħal dak applikat mill-valutazzjoni speċifika ta’ terminu qasir.
Artikolu 121
L-iskoperturi għal istituzzjonijiet mhux klassifikati
L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont l-iskala tal-kwalità kreditizja li għaliha jkunu assenjati l-iskoperturi għall-gvern ċentrali tal-ġurisdizzjoni fejn tkun inkorporata l-istituzzjoni skont it-Tabella 5.
Tabella 5
Skala tal-kwalità kreditizja li għaliha l-gvern ċentrali jkun assenjat |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
Piż tar-riskju tal-iskopertura |
20 % |
50 % |
100 % |
100 % |
100 % |
150 % |
Artikolu 122
L-iskoperturi għal impriżi
L-iskoperturi li għalihom ikun hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 6 li jikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal- ECAI skont l-Artikolu 136.
Tabella 6
Skala tal-kwalità tal-kreditu |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
Piż tar-riskju |
20 % |
50 % |
100 % |
100 % |
150 % |
150 % |
Artikolu 123
L-iskoperturi fil-livell ta’ konsumatur
L-iskoperturi li jkunu konformi mal-kriterji li ġejjin għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 75 %:
l-iskopertura għandha tkun jew għal persuna jew persuni fiżiċi, jew għal impriża żgħira jew medja (SME);
l-iskopertura għandha tkun waħda b’ammont sinifikanti ta’ skoperturi b’karatteristiċi simili b’tali modi li riskji assoċjati ma’ dan l-għoti ta’ self jiġu sostanzjalment imnaqqsa;
l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni u lill-impriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħha, inkluż kwalunkwe skopertura f’inadempjenza, mill-klijent debitur jew minn grupp ta’ klijenti debituri konnessi flimkien, iżda eskluż l-iskoperturi ggarantiti totalment u kompletament fuq proprjetà residenzjali bħala kollateral li ġew assenjati lill-klassi ta’ skopertura stipulata fil-punt (i) tal-Artikolu 112, ma għandux, sa fejn l-istituzzjoni tkun innotifikata, jaqbeż l-EUR 1 miljun. L-istituzzjoni għandha tieħu passi raġonevoli sabiex tikseb dan l-għarfien.
It-titoli ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur.
L-iskoperturi li ma jikkonformawx mal-kriterji msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx jkunu eliġibbli għall-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur.
Il-valur preżenti ta’ pagamenti ta’ kera minimi fil-livell tal-konsumatur ikunu eliġibbli għall-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur.
Skoperturi minħabba self mogħti minn istituzzjoni ta' kreditu lill-pensjonanti jew impjegati b'kuntratt permanenti kontra t-trasferiment mingħajr kondizzjonijiet ta' parti mill-pensjoni jew mis-salarju ta' min jissellef lil dik l-istituzzjoni ta' kreditu għandhom jiġu assenjati ponderazzjoni tar-riskju ta' 35 %, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
sabiex jitħallas lura s-self, min jissellef jawtorizza mingħajr kondizzjonijiet il-fond tal-pensjoni jew lill-impjegatur biex jagħmlu pagamenti diretti lill-istituzzjoni ta' kreditu billi jitnaqqsu l-pagamenti ta' kull xahar tas-self mill-pensjoni jew mis-salarju kull xahar ta' min jissellef;
ir-riskji ta' mewt, inkapaċità għax-xogħol, il-qgħad jew it-tnaqqis nett fix-xahar tal-pensjoni jew tas-salarju ta' min jissellef huma koperti kif xieraq permezz ta' polza tal-assigurazzjoni sottoskritta minn min jissellef għall-benefiċċju tal-istituzzjoni ta' kreditu;
il-pagamenti ta' kull xahar li għandhom isiru minn min jissellef fuq is-self kollu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ma għandhomx jaqbżu, meta aggregati, l-20 % mill-pensjoni jew mis-salarju nett fix-xahar ta' min jissellef;
il-massimu ta' maturità oriġinali tas-self huwa ugwali għal jew inqas minn għaxar snin.
Artikolu 124
Skoperturi garantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà immobbli
Il-parti minn skopertura li hija ttrattata bħala totalment iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli ma għandhiex tkun akbar mill-ammont mirhun tal-valur tas-suq jew f'dawk l-Istati Membri li jkunu stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju f'dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, il-valur tas-self ipotekarju tal-proprjetà immobbli inkwistjoni.
Fejn l-awtorità deżinjata minn Stat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija l-awtorità kompetenti, hija għandha tiżgura li l-korpi u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li jkollhom mandat makroprudenzjali jiġu infurmati kif dovut bl-intenzjoni tal-awtorità kompetenti li tagħmel użu minn dan l-Artikolu, u jiġu involuti kif jixraq fil-valutazzjoni ta' tħassib ta' stabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħha f'konformità mal-paragrafu 2.
Fejn l-awtorità deżinjata mill-Istat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija differenti mill-awtorità kompetenti, l-Istat Membru għandu jadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiżgura koordinazzjoni u skambju ta' informazzjoni xierqa bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata għall-applikazzjoni xierqa ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, l-awtoritajiet għandhom ikunu meħtieġa jikkooperaw mill-qrib u li jikkondividu l-informazzjoni kollha li tista' tkun neċessarja għall-prestazzjoni xierqa tad-dmirijiet imposti fuq l-awtorità deżinjata skont dan l-Artikolu. Dik il-kooperazzjoni għandha timmira li tevita kwalunkwe forma ta' azzjoni duplikata jew inkonsistenti bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata, kif ukoll li jkun żgurat li l-interazzjoni ma' miżuri oħra, b'mod partikolari miżuri meħuda skont l-Artikolu 458 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, titqies kif jixraq.
Abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 430a u kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu għandha perjodikament, u mill-inqas annwalment, tivvaluta jekk il-piż tar-riskju ta' 35 % għal skoperturi ta' segment wieħed jew aktar ta' proprjetà ggarantit/i b'ipoteki fuq proprjetà residenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 125 li jinsab/u f'parti waħda jew aktar tat-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti huma u l-piż tar-riskju ta' 50 % għal skoperturi ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali msemmija fl-Artikolu 126 li jinsabu f'waħda jew aktar mit-territorji tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti huma bbażati kif xieraq fuq:
l-esperjenza ta' telf ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli;
żviluppi tas-suq li jħarsu 'l quddiem fir-rigward ta' proprjetà immobbli.
Fejn, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu tikkonkludi li l-piżijiet tar-riskju stabbiliti fl-Artikolu 125(2) u 126(2) ma jirriflettux b'mod adegwat ir-riskji attwali relatati ma' segment wieħed jew aktar tal-proprjetà ta' skoperturi garantiti kompletament permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew fuq proprjetà kummerċjali immobbli li jinsabu f'parti waħda jew iktar tat-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti, u jekk tqis li din l-inadegwatezza ta' piżijiet ta' riskju jista' jkollha effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura fl-Istat Membru tagħha, hija tista' żżid il-piżijiet tar-riskju applikabbli għal dawk l-iskoperturi fi ħdan meded stabbiliti fir-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu jew timponi kriterji aktar stretti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 125(2) jew 126(2).
L-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu għandha tinnotifika lill-ABE u lill-BERS bi kwalunkwe aġġustament għall-piżijiet tar-riskju u l-kriterji applikati skont dan il-paragrafu. Fi żmien xahar minn meta jirċievu dik in-notifika, l-ABE u l-BERS għandhom jipprovdu l-opinjoni tagħhom lill-Istat Membru kkonċernat. L-ABE u l-BERS għandhom jippubblikaw il-piżijiet tar-riskju u l-kriterji għall-iskoperturi msemmija fl-Artikoli 125, 126 u l-punt (a) tal-Artikolu 199(1) kif implimentati mill-awtorità rilevanti.
Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a tista' tistabbilixxi l-piżijiet tar-riskju fil-meded li ġejjin:
35 % sa 150 % għal skoperturi garantiti permezz ta' ipoteka fuq proprjetà residenzjali;
50 % sa 150 % għal skoperturi garantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2019.
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Il-BERS jista', permezz ta' rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, jagħti gwida lill-awtoritajiet deżinjati skont il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu dwar dan li ġej:
fatturi li jista' jkollhom “effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura” imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2; u
punti ta' riferiment indikattivi li l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a għandha tqis meta tiddetermina piżijiet tar-riskju ogħla.
Artikolu 125
Skoperturi totalment u kompletament iggarantiti permezz ta’ self ipotekarju fuq proprjetà residenzjali
Sakemm ma jiġix deċiż b’mod ieħor mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 124(2), skoperturi li jkunu totalment u kompletament iggarantiti permezz ta’ self ipotekarju fuq proprjetà residenzjali għandhom jiġu ttrattati kif ġej:
skoperturi jew kwalunkwe parti minn skopertura totalment u kompletament garantita permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà residenzjali li tkun jew li sejra tkun okkupata jew mikrija mis-sid, jew mis-sid benefiċjarju fil-każ ta’ kumpanniji tal-investiment personali, għandhom jiġi assenjati piż tar-riskju ta’ 35 %;
skoperturi għal kerrej fil-qafas ta’ transazzjoni ta’ kiri ta’ proprjetà li tirrigwarda proprjetà residenzjali li taħtha l-istituzzjoni tkun sid il-kera u l-kerrej ikollu għażla li jixtri, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 35 % sakemm l-iskopertura għall-istituzzjoni tkun totalment u kompletament garantita permezz tas-sjieda tagħha tal-proprjetà.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw skopertura jew kwalunkwe parti minn skopertura bħala totalment u kompletament garantita għall-finijiet tal-paragrafu 1 biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:
il-valur tal-proprjetà ma jiddependix materjalment fuq il-kwalità kreditizja tal-mutwatarju. L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu mid-determinazzjoni tagħhom tal-materjalità ta’ tali dipendenza dawk is-sitwazzjonijiet fejn fatturi purament makroekonomiċi jaffettwaw kemm il-valur tal-proprjetà kif ukoll il-prestazzjoni tal-mutwatarju;
ir-riskju tal-mutwatarju ma għandux jiddependi materjalment fuq il-prestazzjoni tal-proprjetà jew tal-proġett sottostanti, iżda fuq il-kapaċità sottostanti tal-mutwatarju li jħallas lura d-dejn minn sorsi oħra, u bħala konsegwenza l-pagament lura tal-faċilità ma għandux jiddependi materjalment fuq l-fluss ta’ flus iġġenerat mill-proprjetà sottostanti li sservi bħala kollateral. Għal dawk is-sorsi l-oħra, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-proporzjonijiet massimi tas-self mad-dħul bħala parti mill-politika ta’ self tagħhom u jiksbu evidenza xierqa tad-dħul rilevanti meta jagħtu s-self.
ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 208 u fir-regoli tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 229(1) jkunu ssodisfatti;
sakemm ma jiġix determinat mod ieħor fl-Artikolu 124(2), il-parti tas-self li għaliha huwa assenjat piż tar-riskju ta’ 35 % ma taqbiżx it-80 % tal-valur tas-suq tal-proprjetà inkwistjoni jew ta’ 80 % tal-valur tas-self ipotekarju tal-proprjetà inkwistjoni f’dawk l-Istati Membri li jkunu stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju f’dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji.
L-istituzzjonijiet jistgħu jidderogaw mill-punt (b) tal-paragrafu 2 fil-każ ta’ skoperturi totalment u kompletament iggarantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà residenzjali li tkun tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, meta l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tkun ippubblikat evidenza li turi li f’dak it-territorju jkun hemm suq immobbiljarji residenzjali żviluppat sew u li ilu stabbilit b’rati ta’ telf li ma jaqbżux il-limiti li ġejjin.
telf li ġej minn self kollateralizzat permezz ta’ proprjetà residenzjali sa 80 % tal-valur tas-suq jew ta’ 80 % tal-valur tas-self ipotekarju sakemm ma jiġix deċiż b’mod ieħor skont l-Artikolu 124(2) ma jaqbiżx iż-0,3 % tas-self pendenti kollateralizzat permezz ta’ proprjetà residenzjali fi kwalunkwe sena partikolari;
telf globali li ġej minn self kollateralizzat permezz ta’ proprjetà residenzjali ma jaqbiżx 0,5 % tas-self pendenti kollateralizzat permezz ta’ proprjetà residenzjali fi kwalunkwe sena partikolari.
Artikolu 126
Skoperturi totalment u kompletament iggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali
Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 124(2), skoperturi totalment u kompletament iggarantiti permezz ta’ self ipotekarju fuq proprjetà immobbli kummerċjali għandhom jiġu trattati kif ġej:
skoperturi jew xi parti minn skopertura totalment u kompletament iggarantiti b’ipoteki fuq uffiċini jew fuq binjiet kummerċjali oħra jistgħu jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 50 %;
skoperturi relatati ma’ transazzjonijiet ta’ kiri ta’ proprjetà li jirrigwardaw uffiċini jew binjiet kummerċjali oħra fejn l-istituzzjoni tkun sid il-kera u l-kerrej ikollu l-għażla li jixtri, jistgħu jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 50 % sakemm l-iskopertura tal-istituzzjoni tkun totalment u kompletament iggarantita mis-sjieda tagħha tal-proprjetà.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw skopertura jew kwalunkwe parti minn skopertura bħala totalment u kompletament garantita għall-finijiet tal-paragrafu 1 biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:
il-valur tal-proprjetà ma jiddependix materjalment fuq il-kwalità kreditizja tal-mutwatarju. L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu mid-determinazzjoni tagħhom tal-materjalità ta’ tali dipendenza dawk is-sitwazzjonijiet fejn fatturi purament makroekonomiċi jaffettwaw kemm il-valur tal-proprjetà kif ukoll il-prestazzjoni tal-mutwatarju;
ir-riskju tal-mutwatarju ma għandux jiddependi materjalment fuq il-prestazzjoni tal-proprjetà jew tal-proġett sottostanti, iżda fuq il-kapaċità sottostanti tal-mutwatarju li jħallas lura d-dejn minn sorsi oħra, u bħala konsegwenza, ir-ripagament tal-faċilità ma għandux jiddependi materjalment fuq xi fluss ta’ flus iġġenerat mill-proprjetà sottostanti li tkun qiegħda sservi ta’ kollateral;
ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 208 u fir-regoli tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 229(1) jkunu ssodisfatti;
Il-piż tar-riskju ta’ 50 % sakemm ma jiġix dispost mod ieħor skont l-Artikolu 124(2) għandu jiġi assenjat għall-parti tas-self li ma taqbiżx il-50 % tal-valur tas-suq tal-proprjetà jew ta’ 60 % tal-valur tas-self ipotekarju sakemm ma jiġix previst mod ieħor skont l-Artikolu 124(2) tal-proprjetà inkwistjoni f’dawk l-Istati Membri li jkunu stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tas-self ipotekarju f’dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji.
L-istituzzjonijiet jistgħu jidderogaw mill-punt (b) tal-paragrafu 2 għal skoperturi totalment u kompletament iggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru, ◄ fejn l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tkun ippubblikat evidenza li turi li f’dak it-territorju ikun hemm suq tal-proprjetà immobbli kummerċjali żviluppat sew u li ilu stabbilit b’rati ta’ telf li ma jaqbżux il-limiti li ġejjin:
it-telf li ġej minn self kollateralizzat permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali sa 50 % tal-valur tas-suq jew ta’ 60 % tal-valur tas-self ipotekarju, sakemm ma jiġix iddeterminat mod ieħor skont l-Artikolu 124(2), ma jaqbiżx iż-0,3 % tas-self pendenti kkollateralizzati permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali;
it-telf globali li ġej minn self kollateralizzat permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali ma jaqbiżx iż-0,5 % tas-self pendenti kkollateralizzat permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali;
Artikolu 127
L-iskoperturi fi stat ta’ inadempjenza
Il-parti mhux garantita ta' kwalunkwe element fejn id-debitur ikun sar inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178, jew fil-każ ta' skoperturi fil-livell tal-konsumatur, il-parti mhux iggarantita ta' kwalunkwe faċilità ta' kreditu li saret inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178 għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta':
150 %, fejn it-total tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u tal-ammonti mnaqqsa f'konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) ikun anqas minn 20 % tal-parti mhux garantita tal-valur tal-iskopertura li kieku ma jiġux applikati dawk l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u t-tnaqqis;
100 %, fejn it-total tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u tal-ammonti mnaqqsin f'konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) ma jkunx anqas minn 20 % tal-parti mhux garantita tal-valur tal-iskopertura li kieku ma jiġux applikati dawk l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u t-tnaqqis.
Artikolu 128
Elementi assoċjati ma’ riskju partikolarment għoli
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom kwalunkwe waħda mill-iskoperturi li ġejjin bħala skoperturi assoċjati ma' riskji partikolarment għoljin:
investimenti f'ditti ta' kapital ta' riskju, ħlief meta dawk l-investimenti huma ttrattati skont l-Artikolu 132;
investimenti f'ekwità privata, ħlief meta dawk l-investimenti huma ttrattati skont l-Artikolu 132;
finanzjament spekulattiv ta' proprjetà immobbli.
Meta jiġi vvalutat jekk skopertura minbarra l-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2 tkunx assoċjata ma’ riskji partikolarment għoljin, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-karatteristiċi tar-riskju li ġejjin:
ikun hemm riskju għoli ta’ telf bħala riżultat ta’ inadempjenza tad-debitur;
ikun impossibbli biex jiġi adegwatament ivvalutat jekk l-iskopertura taqax taħt il-punt (a).
L-ABE għandha toħroġ linji gwida li jispeċifikaw liema tipi ta’ riskji jkunu assoċjati ma’ riskju partikolarment għoli u taħt liema ċirkostanzi.
Dawk il-linji gwida għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 129
Skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti
►M10 Biex ikunu eliġibbli għat-trattament preferenzjali stabbilit fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, il-bonds koperti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 ) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3, 3a u 3b ta’ dan l-Artikolu u għandhom jiġu kollateralizzati permezz ta’ kwalunkwe mill-assi eliġibbli li ġejjin: ◄
skoperturi għal jew garantiti minn gvernijiet ċentrali, minn banek ċentrali tas-SEBĊ, minn entitajiet tas-settur pubbliku, minn gvernijiet reġjonali jew minn awtoritajiet lokali fl-Unjoni;
skoperturi għal jew garantiti minn gvernijiet ċentrali ta’ pajjiż terz, banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi, banek multilaterali tal-iżvilupp, organizzazzjonijiet internazzjonali li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja kif stabbilit f’dan il-Kapitolu, u skoperturi għal jew garantiti minn entitajiet tas-settur pubbliku ta’pajjiżi terzi, gvernijiet reġjonali ta’ pajjiżi terzi jew awtoritajiet lokali ta’ pajjiżi terzi li ġew ippeżati għar-riskju bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet jew għall-gvernijiet ċentrali u għall-banek ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(1) jew (2), jew l-Artikolu 116(1), (2) jew (4) rispettivament u li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja kif stabbilit f’dan il-Kapitolu, u skoperturi skont it-tifsira ta’ dan il-punt li jikkwalifikaw bħala minimu għall-iskala 2 tal-kwalità kreditizja kif stabbilit f’dan il-Kapitolu, sakemm ma jaqbżux l-20 % tal-ammont nominali tal-bonds koperti pendenti tal-istituzzjonijiet emittenti;
skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità tal-kreditu jew l-iskala 2 tal-kwalità tal-kreditu, jew skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu fejn dawk l-iskoperturi huma fil-forma ta’:
depożiti ta’ terminu qasir b’maturità oriġinali li ma taqbiżx il-100 jum, fejn jintużaw biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta’ riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura stabbilit fl-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2019/2162; jew
kuntratti tad-derivattivi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 11(1) ta’ dik id-Direttiva, fejn ikunu permessi mill-awtoritajiet kompetenti;
self iggarantit permezz ta’ proprjetà residenzjali li ma jaqbiżx l-inqas ammont tal-ammont ta’ kapital tal-ipoteki li jkunu kkombinati ma’ kwalunkwe ipoteka preċedenti u 80 % tal-valur tal-proprjetajiet mirhuna;
self residenzjali kompletament iggarantit minn fornitur eleġibbli ta’ protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 201 li jikkwalifika għal-livell 2 tal-kwalità ta’ kreditu jew iżjed, kif imniżżel f’dan il-Kapitolu, fejn il-parti ta’ kull wieħed mis-self li tintuża biex jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit stabbilit f’dan il-paragrafu għall-kollateralizzazzjoni tal-bond kopert ma tirrappreżentax aktar minn 80 % tal-valur tal-proprjetà residenzjali korrispondenti li tinsab fi Franza, u fejn il-proporzjon tas-self imqabbel mad-dħul jirrispetta mhux iktar minn 33 % meta jkun ingħata s-self. Ma għandu jkun hemm ebda garanzija ipotekarja fuq il-proprjetà residenzjali meta s-self jingħata, u għas-self mogħti mill-1 ta’ Jannar 2014 u l-mutwatarju għandu jintrabat kuntrattwalment li ma jagħtix tali garanzija mingħajr il-kunsens tal-istituzzjoni ta’ kreditu li tat is-self. Il-proporzjon tas-self imqabbel mad-dħul jirrappreżenta s-sehem tad-dħul gross tal-mutwatarju li jkopri r-rimborż tas-self, inkluż l-imgħax. Il-fornitur tal-protezzjoni għandu jkun jew istituzzjoni finanzjarja awtorizzata u sorveljata mill-awtoritajiet kompetenti u soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali komparabbli għal dawk applikati lil istituzzjonijiet f’termini ta’ robustezza jew istituzzjoni jew impriża tal-assigurazzjoni. Għandu jistabbilixxi fond ta’ garanzija reċiproka jew protezzjoni ekwivalenti għall-impriżi tal-assigurazzjoni biex jiġi assorbit it-telf mir-riskju tal-kreditu, fejn l-ikkalibrar ta’ dan għandu jiġi rivedut perjodikament mill-awtoritajiet kompetenti. Kemm l-istituzzjoni tal-kreditu kif ukoll il-fornitur tal-protezzjoni għandhom iwettqu valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju;
self iggarantit permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali li ma jaqbiżx l-inqas ammont tal-ammont tal-kapital tal-ipoteki li jkunu kkombinati ma’ kwalunkwe ipoteka preċedenti u 60 % tal-valur ta’ proprjetajiet mirhuna. Is-self iggarantit permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali jkun eliġibbli fejn il-proporzjon tas-self għall-valur ta’ 60 % jinqabeż sa livell massimu ta’ 70 % jekk il-valur tal-assi totali mirhuna bħala kollateral għall-bonds koperti jaqbeż l-ammont nominali pendenti fuq il-bonds koperti b’mill-inqas 10 %, u l-pretensjoni tad-detentur tal-bonds tissodisfa r-rekwiżiti ta’ ċertezza legali stabbiliti fil-Kapitolu 4. Il-pretensjoni tad-detentur tal-bonds għandha tieħu preċedenza fuq il-pretensjonijiet l-oħra kollha fuq il-kollateral;
self iggarantit permezz ta’ self marittimu fuq vapuri sad-differenza bejn 60 % tal-valur tal-vapur mirhun u l-valur ta’ kwalunkwe rahan preċedenti.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1a, l-iskoperturi kkawżati mit-trażmissjoni u l-ġestjoni tal-pagamenti tad-debituri ta’ self iggarantit permezz ta’ proprjetajiet mirhuna ta’ titoli ta’ dejn jew ikkawżati mit-trażmissjoni u l-ġestjoni ta’ rikavati minn likwidazzjoni fir-rigward ta’ tali self ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-limiti msemmija f’dak il-paragrafu.
▼M10 —————
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għandu japplika dan li ġej:
għal skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità tal-kreditu, l-iskopertura ma għandhiex taqbeż 15 % tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu emittenti;
għal skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 2 tal-kwalità tal-kreditu, l-iskopertura ma għandhiex taqbeż 10 % tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu emittenti;
għal skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu li jieħdu l-forma ta’ depożiti ta’ terminu qasir, kif imsemmija fil-punt (c)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew il-forma ta’ kuntratti tad-derivattivi, kif imsemmija fil-punt (c)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-iskopertura totali ma għandhiex taqbeż 8 % tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu emittenti; l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2162 jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-EBA, jippermettu skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu fil-forma ta’ kuntratti tad-derivattivi, dment li l-problemi potenzjali sinifikanti ta’ konċentrazzjoni fl-Istati Membri kkonċernati minħabba l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-iskala 1 u 2 tal-kwalità tal-kreditu msemmija f’dan il-paragrafu jistgħu jiġu ddokumentati;
l-iskopertura totali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità tal-kreditu ma għandhiex taqbeż 15 % tal-ammont nominali totali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu emittenti u l-iskopertura totali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 2 jew 3 tal-kwalità tal-kreditu ma għandhiex taqbeż 10 % tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu emittenti.
Minbarra li jkunu kollateralizzati mill-assi eliġibbli elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-bonds koperti għandhom ikunu soġġetti għal livell minimu ta’ 5 % ta’ sovrakollateralizzazzjoni kif iddefinit fil-punt (14) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2019/2162.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, l-ammont nominali totali tal-assi ta’ kopertura kollha kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva għandu jkun mill-inqas tal-istess valur tal-ammont nominali totali ta’ bonds koperti pendenti (il-“prinċipju nominali”) u għandu jikkonsisti f’assi eliġibbli kif stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu livell minimu iktar baxx għal sovrakollateralizzazzjoni għal bonds koperti jew jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistabbilixxu tali livell, dment li:
jew il-kalkolu ta’ sovrakollateralizzazzjoni jkun ibbażat fuq approċċ formali fejn ir-riskju sottostanti tal-assi jittieħed inkunsiderazzjoni, jew il-valutazzjoni tal-assi tkun soġġetta għall-valur tas-self ipotekarju; u
il-livell minimu ta’ sovrakollateralizzazzjoni ma jkunx inqas minn 2 % abbażi tal-prinċipju nominali msemmi fl-Artikolu 15(6) u (7) tad-Direttiva (UE) 2019/2162.
L-assi li jikkontribwixxu għal livell minimu ta’ sovrakollateralizzazzjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal-limiti fuq id-daqs tal-iskopertura kif stipulat fil-paragrafu 1a u ma għandhomx jingħaddu għall-iskop ta’ dawk il-limiti.
Bonds koperti li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 6a li tikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal- ECAI skont l-Artikolu 136.
Tabella 6a
Skala tal-kwalità tal-kreditu |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
Piż tar-riskju |
10 % |
20 % |
20 % |
50 % |
50 % |
100 % |
Bonds koperti li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju abbażi tal-piż tar-riskju assenjat lil skoperturi superjuri skoperturi tal-istituzzjoni li toħroġhom. Għandha tapplika l-korrispondenza li ġejja bejn il-piżijiet tar-riskju:
jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 20 %, il-bond kopert għandu jiġu assenjat piż tar-riskju ta’ 10 %;
jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 50 %, il-bond kopert għandu jiġu assenjat piż tar-riskju ta’ 20 %;
jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %, il-bond kopert għandu jiġu assenjat piż tar-riskju ta’ 50 %;
jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 150 %, il-bond kopert għandu jiġu assenjat piż tar-riskju ta’ 100 %.
Artikolu 130
Elementi li jirrappreżentaw pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni
L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għandhom jiġu ddeterminati skont il-Kapitolu 5.
Artikolu 131
Skoperturi għal istituzzjonijiet u impriżi b’valutazzjoni tal-kreditu ta’ terminu qasir
Skoperturi għall-istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu ta’ terminu qasir minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 7 li tikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal- ECAI skont l-Artikolu 136.
Tabella 7
Livell tal-Kwalità tal-Kreditu |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
Piż tar-riskju |
20 % |
50 % |
100 % |
150 % |
150 % |
150 % |
Artikolu 132
Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet fis-CIUs
Soġġett għall-Artikolu 132b(2), l-istituzzjonijiet li ma japplikawx il-prinċipju taċ-ċar kristall jew l-approċċ ibbażat fuq il-mandat għandhom jassenjaw ponderazzjoni tar-riskju ta' 1 250 % (“approċċ ta' riżerva”) għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU.
L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-iskopertura mwieżna għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jużaw kombinament tal-approċċi msemmija f'dan l-ewwel paragrafu, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-użu ta' dawk l-approċċi.
L-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw l-ammont ta' skopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
is-CIU hija waħda minn dawn li ġejjin:
impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), irregolata mid-Direttiva 2009/65/KE;
AIF ġestit minn AIFM tal-UE rreġistrat skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE;
AIF ġestit minn AIFM tal-UE awtorizzat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE;
AIF ġestit minn AIFM mhux tal-UE awtorizzat skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2011/61/UE;
AIF mhux tal-UE ġestit minn AIFM mhux tal-UE u kkummerċjalizzat skont l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2011/61/UE;
AIF mhux tal-UE li mhux ikkummerċjalizzat fl-Unjoni u mmaniġġjat minn AIFM mhux tal-UE stabbilit f'pajjiż terz li huwa kopert minn att delegat imsemmi fl-Artikolu 67(6) tad-Direttiva 2011/61/UE;
il-prospett tas-CIU jew dokument ekwivalenti jinkludi dan li ġej:
il-kategorija ta' assi li fiha s-CIU tkun awtorizzata tinvesti;
fejn japplikaw limiti fuq l-investiment, il-limiti relattivi u l-metodoloġiji għall-kalkolu tagħhom;
ir-rappurtar mis-CIU jew il-kumpannija maniġerjali tas-CIU lill-istituzzjoni jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
l-iskoperturi tas-CIU huma rrappurtati mill-inqas bl-istess frekwenza bħal dawk tal-istituzzjoni;
il-granularità tal-informazzjoni finanzjarja hija suffiċjenti biex l-istituzzjoni tkun tista' tikkalkula l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIU skont l-approċċ magħżul mill-istituzzjoni;
meta l-istituzzjoni tapplika l-prinċipju taċ-ċar kristall, l-informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti.
B'deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-banek ta' żvilupp multilaterali u bilaterali u istituzzjonijiet oħra li jikkoinvestu f'CIU ma' banek ta' żvilupp multilaterali jew bilaterali jistgħu jiddeterminaw l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju ta' dawk l-iskoperturi ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a dment li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu huma ssodisfati u li l-mandat tal-investiment tas-CIU tillimita t-tipi ta' assi li s-CIU tista' tinvesti f'assi li jippromwovu żvilupp sostenibbli f'pajjiżi li qed jiżviluppaw.
L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom dwar is-CIUs li għalihom japplikaw it-trattament imsemmi fit-tieni subparagrafu.
B'deroga mill-punt (c)(i) tal-ewwel subparagrafu, meta l-istituzzjoni tiddetermina l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju ta' skopertura tas-CIU skont l-approċċ ibbażat fuq il-mandat, ir-rappurtar mis-CIU jew il-kumpannija maniġerjali tas-CIU lill-istituzzjoni jista' jkun limitat għall-mandat tal-investiment tas-CIU u kull tibdil tiegħu u jista' jsir biss meta l-istituzzjoni ġġarrab l-iskopertura lis-CIU għall-ewwel darba u meta jkun hemm tibdil fil-mandat tal-investiment tas-CIU.
L-istituzzjonijiet li ma għandhomx data jew informazzjoni xierqa biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a jistgħu jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terzi, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-parti terza hija waħda minn dawn li ġejjin:
id-depożitarju jew id-depożitarju finanzjarju tas-CIU, sakemm is-CIU tinvesti b'mod esklużiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha f'dak depożitarju jew depożitarju finanzjarju;
fil-każ ta' CIUs mhux koperti mill-punt (i) ta' dan il-punt, il-kumpannija maniġerjali tas-CIU, sakemm il-kumpannija tissodisfa l-kondizzjoni stabbilita fil-punt (a) tal-paragrafu 3;
il-parti terza twettaq il-kalkolu skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a(1), (2) jew (3), kif applikabbli;
awditur estern ikun ikkonferma l-korrettezza tal-kalkolu tal-parti terza.
L-istituzzjonijiet li jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza għandhom jimmultiplikaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU li tirriżulta minn dawn il-kalkoli b'fattur ta' 1,2.
B'deroga mit-tieni subparagrafu, meta l-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għall-kalkoli dettaljati mwettqa minn parti terza, il-fattur ta' 1,2 ma għandux japplika. L-istituzzjoni għandha tipprovdi dawk il-kalkoli lill-awtorità kompetenti tagħha fuq talba.
) ikkalkulat skont il-formula stipulata fl-Artikolu 132c, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjonijiet ikejlu il-valur tal-parteċipazzjonijiet tagħhom ta' unitajiet jew ishma f'CIU bil-prezz storiku iżda jkejlu l-valur tal-assi sottostanti tas-CIU bil-valur ġust jekk dawn japplikaw l-approċċ taċ-ċar kristall;
bidla fil-valur tas-suq tal-unitajiet jew l-ishma li għalihom l-istituzzjonijiet jkejlu l-valur bil-prezz storiku la jbiddel l-ammont tal-fondi proprji ta' dawk l-istituzzjonijiet u lanqas il-valur tal-iskopertura assoċjat ma' dawk il-parteċipazzjonijiet.
Artikolu 132a
Approċċi għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIUs
L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkoli msemmija fl-ewwel subparagrafu skont is-suppożizzjoni li s-CIU l-ewwel iġġarrab l-iskoperturi sal-punt massimu permess taħt il-mandat tagħha jew liġi rilevanti fl-iskoperturi li jattiraw ir-rekwiżit tal-ogħla fondi proprji u mbagħad tkompli ġġarrab l-iskoperturi f'ordni dixxendenti sakemm jintlaħaq il-limitu massimu totali tal-iskopertura, u li s-CIU tapplika lieva finanzjarja sal-massimu possibbli permess skont il-mandat jew il-liġi rilevanti tagħha, fejn applikabbli.
L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkoli msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-metodi stabbiliti f'dan il-Kapitolu, fil-Kapitolu 5, u fit-Taqsima 3, 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 ta' dan it-Titolu.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista' teskludi l-iskoperturi għal derivattiva ta' riskju li ma jkunux soġġetti għal dak ir-rekwiżit li kieku kienu mġarrba direttament mill-istituzzjoni, mill-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għall-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020.
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 132b
Esklużjonijiet mill-approċċi għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIUs
Artikolu 132c
Trattament ta' skoperturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ għas-CIUs
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju għal entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom bil-potenzjal li jiġi kkonvertit fi skoperturi fis-sura ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jiġu mmultiplikati l-valuri tal-iskopertura ta' dawk l-iskoperturi kkalkolat skont l-Artikolu 111, bil-piż tar-riskju li ġej:
għall-iskoperturi kollha li għalihom l-istituzzjonijiet jużaw wieħed mill-approċċi stipulati fl-Artikolu 132a:
fejn:
|
= |
il-piż tar-riskju; |
i |
= |
l-indiċi li juri s-CIU: |
RWAEi |
= |
l-ammont kalkulat skont l-Artikolu 132a għas-CIUi; |
|
= |
il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi tas-CIUi; |
Ai |
= |
il-valur kontabbli tal-assi tas-CIUi; u |
EQi |
= |
il-valur kontabbli tal-ekwità tas-CIUi. |
.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jirriżultaw minn valur minimu ta' impenji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu billi jimmultiplikaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk l-iskoperturi b'fattur ta' konverżjoni ta' 20 % u l-ponderazzjoni tar-riskju derivati skont l-Artikolu 132 jew 152.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jirriżultaw minn valur minimu ta' impenji skont il-paragrafu 2 fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-iskopertura li ma tidhirx fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni huwa impenn ta' valur minimu għal investiment f'unitajiet jew ishma ta' CIU waħda jew aktar li bihom l-istituzzjoni hija obbligata biss tħallas taħt il-impenn ta' valur minimu fejn il-valur tas-suq tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU jew CIUs huwa inqas mil-limitu predefinit f'punt wieħed jew aktar fiż-żmien, kif speċifikat fil-kuntratt;
is-CIU hija kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
UCITS kif definita fid-Direttiva 2009/65/KE; jew
AIF kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE li jinvesti biss f'titoli trasferibbli jew f'assi likwidi finanzjarji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, fejn il-mandat tal-AIF ma jippermettix lieva finanzjarja ogħla minn dak permess skont l-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2009/65/KE;
il-valur tas-suq kurrenti tal-iskoperturi sottostanti ta' CIU sottostanti l-impenn ta' valur minimu mingħajr ma jitqies l-effett tal-impenji ta' valur minimu li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ ikopri jew jaqbeż il-valur kurrenti il-valur kurrenti ta' limitu speċifikat fl-impenn ta' valur minimu;
meta jonqos l-eċċess tal-valur tas-suq tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU jew CIUs fuq il-valur attwali tal-impenn ta' valur minimu, istituzzjoni, jew impriża oħra sa fejn hija koperta mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata li għaliha l-istituzzjoni stess hija soġġetta skont dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2002/87/KE, tista' tinfluwenza l-kompożizzjoni tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU jew CIUs jew tillimita l-potenzjal għal aktar tnaqqis tal-eċċess b'modi oħra;
il-benefiċjarju aħħari dirett jew indirett tal-impenn ta' valur minimu huwa tipikament klijent konsumatur kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.
Artikolu 133
Skoperturi ta’ ekwità
L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala skoperturi ta’ ekwità:
skoperturi mhux ta’ dejn li jwasslu għal pretensjoni residwa u subordinata fuq l-assi jew fuq l-introjtu tal-emittent;
skoperturi ta’ dejn u titoli oħra, sħubiji, derivattivi, jew strumenti oħra, li s-sustanza ekonomika tagħhom tkun simili għall-iskoperturi speċifikati fil-punt (a).
Artikolu 134
Elementi oħrajn
Artikolu 135
Użu ta’ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs
Artikolu 136
Assoċjazzjoni tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAI
L-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2014 u għandhom jissottomettu abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi riveduti fejn ikun meħtieġ.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.
Meta jkunu qegħdin jiddeterminaw l-assoċjazzjonijiet tal-valutazzjonijiet tal-kreditu, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
sabiex tiddifferenzja bejn il-gradi relattivi ta’ riskju espressi minn kull valutazzjoni tal-kreditu l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jikkunsidraw fatturi kwantitattivi bħar-rata ta’ inadempjenza ta’ terminu twil assoċjata mal-elementi kollha li jkunu assenjati l-istess valutazzjoni tal-kreditu. Fil-każ ta’ ECAI stabbiliti reċentement u għal dawk li għandhom biss rekord qasir ta’ data ta’ inadempjenzi, kreditu l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jitolbu lill-ECAI x’taħseb li tkun r-rata ta’ inadempjenza ta’ terminu twil assoċjata mal-elementi kollha assenjati l-istess valutazzjoni tal-kreditu;
sabiex tiddifferenzja bejn il-gradi relattivi ta’ riskju espressi minn kull valutazzjoni tal-kreditu, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jikkunsidraw l-fatturi kwalitattivi bħall-aggregazzjoni ta’ emittenti li l-ECAI tkopri, il-firxa ta’ valutazzjonijiet tal-kreditu li l-ECAI tassenja, kull tifsira ta’ valutazzjoni tal-kreditu u d-definizzjoni ta’ inadempjenza għall-ECAI;
l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom iqabblu r-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għal kull valutazzjoni tal-kreditu ta’ ECAI partikolari u jqabbilhom ma’ punt ta’ riferiment mibni abbażi tar-rati ta’ inadempjenza esperjenzati minn ECAIs oħrajn fuq popolazzjoni ta’ emittenti li jippreżentaw livell ekwivalenti tar-riskju ta’ kreditu;
fejn ir-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għall-valutazzjoni tal-kreditu ta’ ECAI partikolari jkunu materjalment u sistematikament ogħla mill-punt ta’ riferiment, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jassenjaw skala ogħla tal-kwalità kreditizja fuq l-iskala ta’ valutazzjoni tal-kwalità kreditizja għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI;
fejn l-ABE, l-AEAPX u l-AETS ikunu żiedu l-piż assoċjat tar-riskju għal valutazzjoni speċifika tal-kreditu ta’ ECAI partikolari, u meta r-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għall-valutazzjoni tal-kreditu ta’ dik l-ECAI ma jkunux għadhom materjalment u sistematikament ogħla mill-punt ta’ riferiment, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS jistgħu jmorru lura għall-iskala oriġinali tal-kwalità kreditizja fl-iskala tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI.
L-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jissottomettu dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.
Artikolu 137
użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu minn Aġenziji tal-Krediti għall-Esportazzjoni
Għall-fini tal-Artikolu 114, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ Aġenziji tal-Krediti għall-Esportazzjoni li l-istituzzjoni tkun innominat, jekk waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tkun ġiet ssodisfatta:
tkun tirrigwarda klassifikazzjoni tar-riskju maqbul (consensus risk score) mill-Aġenziji tal-Krediti għall-Esportazzjoni li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-‘Arranġament dwar il-Linji Gwida għall-Krediti tal-Esportazzjoni Appoġġjati Uffiċjalment’ tal-OECD;
l-Aġenzija tal-Krediti għall-Esportazzjoni tippubblika l-valutazzjonijiet tal-kreditu tagħha, u l-Aġenzija tal-Krediti għall-Esportazzjoni tissottoskrivi għall-metodoloġija maqbula tal-OECD, u l-valutazzjoni tal-kreditu tiġi assoċjata ma’ wieħed mit-tmien primjums minimi tal-assigurazzjoni fuq l-esportazzjoni li l-metodoloġija maqbula tal-OECD tistabbilixxi. Istituzzjoni tista’ tirrevoka n-nomina ta’ Aġenzija tal-Krediti għall-Esportazzjoni. L-istituzzjoni għandha tissostanzja r-revoka jekk jeżistu indikazzjonijiet konkreti li l-intenzjoni li hija l-bażi tar-revoka tkun biex jitnaqqsu r-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali.
Skoperturi li għalihom, għal finijiet ta’ peżar tar-riskju, ikun hemm rikonoxxuta valutazzjoni tal-kreditu minn Aġenzija tal-Krediti għall-Esportazzjoni, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 9.
Tabella 9
MEIP |
0 |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
Piż tar-riskju |
0 % |
0 % |
20 % |
50 % |
100 % |
100 % |
100 % |
150 % |
Artikolu 138
Rekwiżiti ġenerali
Istituzzjoni tista’ tinnomina ECAI waħda jew aktar biex jintużaw biex jiġu determinati l-piżijiet tar-riskju li jridu jiġu assenjati għall-assi u elementi li ma jidhrux. Istituzzjoni tista’ tirrevoka n-nomina ta’ ECAI. L-istituzzjoni għandha tissostanzja r-revoka jekk jeżistu indikazzjonijiet konkreti li l-intenzjoni li hija l-bażi tar-revoka tkun biex jitnaqqsu r-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali. Il-valutazzjonijiet tal-kreditu ma għandhomx jintużaw b’mod selettiv. Istituzzjoni għandha tuża valutazzjonijiet ta’ kreditu solleċitati. Madankollu, hija tista’ tuża valutazzjonijiet ta’ kreditu mhux solleċitati jekk l-ABE tkun ikkonfermat li valutazzjonijiet ta’ kreditu mhux solleċitati ta’ ECAI ma tkunx differenti fil-kwalità minn valutazzjonijiet ta’ kreditu solleċitati ta’ din l-ECAI. L-ABE għandha tirrifjuta jew tirrevoka din il-konferma b’mod partikolari meta l-ECAI tkun użat valutazzjoni ta’ kreditu mhux solleċitata sabiex issir pressjoni fuq l-entità ggradata sabiex tordna valutazzjoni tal-kreditu jew servizzi oħra. Meta jużaw il-valutazzjoni tal-kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
istituzzjoni li tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet tal-kreditu prodotti minn ECAI għal ċerta klassi ta’ elementi għandha tuża dawk il-valutazzjonijiet tal-kreditu konsistentement għall-iskoperturi kollha ta’ dik il-klassi;
istituzzjoni li tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet tal-kreditu prodotti minn ECAI għandha tużahom b’mod kontinwu u konsistenti tul iż-żmien;
istituzzjoni għandha tuża biss valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAI li jqisu l-ammonti kollha dovuti lilha kemm f’kapital kif ukoll f’imgħax;
fejn għal element klassifikat tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu waħda biss minn ECAI nominata, għandha tintuża dik il-valutazzjoni tal-kreditu biex tiddetermina l-piż tar-riskju għal dik l-entrata;
fejn ikunu disponibbli żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAI nominati u t-tnejn jikkorrispondu ma’ piżijiet differenti tar-riskju għal element klassifikat, għandu jiġi assenjat l-ogħla piż tar-riskju;
fejn għal element klassifikat ikunu disponibbli aktar minn żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAI nominati, għandhom jintużaw iż-żewġ valutazzjonijiet li jiġġeneraw l-aktar żewġ piżijiet baxxi tar-riskju. Jekk l-iċken żewġ piżijiet tar-riskju jkunu differenti, għandu jiġi assenjat l-ogħla piż tar-riskju. Jekk l-iċken żewġ piżijiet ikunu l-istess, għandu jiġi assenjat dak il-piż tar-riskju.
Artikolu 139
Valutazzjoni tal-kreditu tal-emittent u tal-emissjoni
Fejn ma teżistix valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli għal ċertu element, iżda teżisti valutazzjoni tal-kreditu għal programm jew faċilità emittenti speċifika li l-entrata li tikkostitwixxi l-iskopertura ma tappartjenix għalih jew teżisti valutazzjoni ġenerali tal-kreditu għall-emittent, allura dik il-valutazzjoni tal-kreditu għandha tintuża f’waħda mill-każijiet li ġejjin:
tipproduċi piż tar-riskju akbar minn dak li kieku jkun il-każ u l-iskopertura inkwistjoni tikklassifika pari passu jew subordinarju fl-aspetti kollha tal-programm jew tal-faċilità emittenti speċifika jew għal skoperturi superjuri mhux iggarantiti ta’ dak l-emittent, kif rilevanti;
tipproduċi piż tar-riskju iċken u l-iskopertura inkwistjoni tikklassifika pari passu jew superjuri fl-aspetti kollha tal-programm jew tal-faċilità speċifika emittenti jew għal skoperturi superjuri mhux garantiti ta’ dak l-emittent, kif rilevanti.
Fil-każijiet l-oħra kollha, l-iskopertura għandha tiġi trattata bħala mhux klassifikata.
Artikolu 140
Valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ terminu twil u ta’ terminu qasir
Kwalunkwe valutazzjoni tal-kreditu ta’ terminu qasir għandha tapplika biss għall-element li għalih tirreferi l-valutazzjoni tal-kreditu ta’ terminu qasir, u ma għandhiex tintuża biex jiġu dderivati l-piżijiet tar-riskju ta’ xi entrata oħra, ħlief fil-każijiet li ġejjin:
jekk faċilità klassifikata ta’ terminu qasir tiġi assenjata piż tar-riskju ta’ 150 %, allura l-iskoperturi kollha mhux iggarantiti u mhux klassifikati fuq dak id-debitur sew jekk ta’ terminu qasir kif ukoll ta’ terminu twil għandhom ukoll jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 150 %;
jekk faċilità klassifikata ta’ terminu qasir tiġi assenjata piż tar-riskju ta’ 50 %, ma għandu jiġi assenjat l-ebda piż tar-riskju għal skopertura mhux klassifikata ta’ terminu qasir ta’ inqas minn 100 %.
Artikolu 141
Elementi f’muniti domestiċi u f’muniti barranin
Valutazzjoni tal-kreditu li tirreferi għal element iddenominat fil-munita domestika tad-debitur ma tistax tintuża biex jiġi dderivat il-piż tar-riskju għal skopertura oħra ta’ dak l-istess debitur li tkun iddenominata f’munita barranija.
Meta skopertura li tkun ġejja mill-parteċipazzjoni ta’ istituzzjoni f’selfa li tkun ġiet estiża minn bank multilaterali tal-iżvilupp li l-istatus tiegħu bħala kreditur ippreferut ikun rikonoxxut fis-suq, il-valutazzjoni tal-kreditu fuq il-munita domestika tad-debitur tista’ tintuża għall-finijiet tal-ippeżar tar-riskju.
KAPITOLU 3
Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (IRB)
Artikolu 142
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
‘sistema ta’ klassifikazzjoni’ tfisser il-metodi, il-proċessi, il-kontrolli, il-ġbir ta’ data u s-sistemi informatiċi kollha li jappoġġaw il-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu, l-assenjazzjoni tal-iskoperturi għall-gradi jew għall-aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, u l-kwantifikazzjoni tal-istimi tal-inadempjenza u tat-telf li ġiet żviluppata għal ċertu tip ta’ skoperturi;
‘tip ta’ skoperturi’ tfisser skoperturi mmaniġġjati b’mod omoġenju li ġew iffurmati permezz ta’ ċertu tip ta’ faċilitajiet u li jistgħu jiġu limitati għal entità unika jew għal subsett uniku ta’ entitajiet fi ħdan grupp sakemm l-istess tip ta’ skoperturi jiġu mmaniġġjati b’mod differenti f’entitajiet oħra tal-grupp;
‘unità operatorja’ tfisser kull entità organizzazzjonali jew ġuridika, linji ta’ negozju, postijiet ġeografiċi separati;
‘entità tas-settur finanzjarju kbira’ tfisser kull entità tas-settur finanzjarju li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-assi totali tagħha, ikkalkulati fuq bażi individwali jew konsolidata, ikunu akbar jew ekwivalenti għal-livell limitu ta’ EUR 70 biljun, bl-użu tal-aktar rapport finanzjarju riċentement verifikat jew ir-rapport finanzjarju konsolidat biex jiġi ddeterminat id-daqs tal-assi; u
hija jew waħda mis-sussidjarji tagħha hija soġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali fl-Unjoni jew għal-liġijiet ta’ pajjiż terz li japplika superviżjoni prudenzjali u rekwiżiti regolatorji li huma mill-anqas ekwivalenti għal dak applikati fl-Unjoni;
‘entità tas-settur finanzjarju mhux regolata’ tfisser kull entità oħra li ma tkunx entità tas-settur finanzjarju regolata ◄ iżda li twettaq, bħala negozju prinċipali tagħha, attività waħda jew aktar elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE jew elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE;
‘grad tad-debitur’ tfisser kategorija ta’ riskju fl-iskala ta’ klassifikazzjoni tad-debituri f’sistema ta’ klassifikazzjoni, li d-debitur jiġu assenjati fiha abbażi ta’ sett speċifikat u distint ta’ kriterji ta’ klassifikazzjoni, li minnha jiġu dderivati l-istimi tal-probabbiltà ta’ inadempjenza (PD);
‘grad tal-faċilità’ tfisser kategorija ta’ riskju fi skala ta’ klassifikazzjoni tal-faċilità tas-sistema, li fiha l-iskoperturi jiġu assenjati abbażi ta’ sett ta’ kriterji speċifikati u distinti ta’ klassifikazzjoni li minnha jiġu dderivati l-istimi proprji ta’ LGD.
▼M5 —————
Artikolu 143
Permess biex jintuża l-Approċċ IRB
L-istituzzjonijiet għandhom jiksbu l-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti għal li ġejjin:
tibdil materjali għall-medda ta’ applikazzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni jew fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta’ ekwità li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess biex tuża;
tibdil materjali għal sistema ta’ klassifikazzjoni jew fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta’ ekwità li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess biex tuża.
Il-medda ta’ applikazzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tinkludi l-iskoperturi kollha tat-tip ta’ skopertura rilevanti li għalihom tkun ġiet żviluppata dik is-sistema ta’ klassifikazzjoni.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 144
Valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar applikazzjoni biex jintuża l-Approċċ IRB
L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess skont l-Artikolu 143 biex istituzzjoni tuża l-Approċċ IRB, inkluż sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni, biss jekk l-awtorità kompetenti tkun issodisfatta li r-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu jkunu ġew issodisfatti, b’mod partikolari dawk stabbiliti fit-Taqsima 6, u li s-sistemi tal-istituzzjoni għall-ġestjoni u l-klassifikazzjoni tal-iskoperturi ta’ riskji ta’ kreditu jkunu validi u jiġu implimentati b’integrità u, b’mod partikolari, li l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-istandards li ġejjin ikunu ġew issodisfatti:
is-sistemi ta’ klassifikazzjoni tal-istituzzjoni jipprovdu valutazzjoni tajba tal-karatteristiċi tad-debitur u tat-transazzjonijiet, differenzjar tajjeb tar-riskju u stimi kwantitattivi tar-riskju li jkunu preċiżi u konsistenti;
il-klassifikazzjonijiet interni u l-istimi ta’ inadempjenza u ta’ telf użati fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji u fis-sistemi u l-proċessi assoċjati għandhom rwol essenzjali fil-proċess tal-ġestjoni tar-riskju u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, u fil-funzjonijiet ta’ approvazzjoni tal-kreditu, fl-allokazzjoni interna tal-kapital u tal-governanza korporattiva tal-istituzzjoni;
l-istituzzjoni għandha unità għall-kontroll tar-riskju ta’ kreditu responsabbli għas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha li tkun indipendenti u ħielsa kif xieraq minn influwenza bla bżonn;
l-istituzzjoni tiġbor u taħżen id-data kollha rilevanti sabiex tipprovdi appoġġ effikaċi għall-proċess tal-kalkolu u l-ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu tagħha;
l-istituzzjoni tiddokumenta s-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha u r-raġuni għat-tfassil tagħhom u tivvalida s-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha;
l-istituzzjoni tkun ivvalidat kull sistema ta’ klassifikazzjoni u kull approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta’ ekwità matul perijodu ta’ żmien xieraq qabel il-permess sabiex tintuża din is-sistema ta’ klassifikazzjoni jew l-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi ta’ ekwità, matul dan il-perijodu ta’ żmien tkun ivvalutat jekk is-sistema ta’ klassifikazzjoni jew l-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta’ ekwità jkunux adatti għall-firxa tal-applikazzjoni tas-sistema ta’ klassifikazzjoni jew għal approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta’ ekwità, u tkun għamlet it-tibdil neċessarju għal dawn is-sistemi ta’ klassifikazzjoni jew għall-approċċi bbażati fuq mudelli interni għal skoperturi ta’ ekwità wara l-valutazzjoni tagħha;
l-istituzzjoni tkun ikkalkulat skont l-Approċċ IRB ir-rekwiżiti tal-fondi proprji bħala riżultat tal-istimi tal-parametri tar-riskji u tkun kapaċi tissottometti r-rappurtar kif meħtieġ mill-Artikolu 430;
l-istituzzjoni tkun assenjat u tkompli tassenja kull skopertura fil-medda ta’ applikazzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni għal skala ta’ klassifikazzjoni jew aggregazzjoni ta’ din is-sistema ta’ klassifikazzjoni; l-istituzzjoni tkun assenjat u tkompli tassenja kull skopertura fil-medda ta’ applikazzjoni ta’ approċċ għall-iskoperturi għall-ekwità għal dan l-approċċ ta’ mudelli intern.
Ir-rekwiżiti sabiex jintuża l-Approċċ IRB, inkluż l-istimi proprji tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni, japplikaw ukoll meta istituzzjoni tkun implimentat sistema ta’ klassifikazzjoni, jew mudell użat f’sistema ta’ klassifikazzjoni, li tkun xtrat minn venditur ta’ parti terza.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 145
Esperjenza preċedenti fl-użu tal-Approċċi IRB
Artikolu 146
Miżuri li jkollhom jittieħdu meta r-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu ma jibqgħux jiġu ssodisfati
Meta istituzzjoni ma tibqax tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu, din għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:
tippreżenta għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti pjan għal ritorn propizju għall-konformità u twettaq dan il-pjan f’perijodu miftiehem mal-awtorità kompetenti;
turi għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li l-effett tan-nonkonformità jkun immaterjali.
Artikolu 147
Metodoloġija biex skopertura tiġi assenjata fi klassijiet ta’ skoperturi
Kull skopertura għandha tiġi assenjata f’waħda mill-klassijiet differenti ta’ skopertura:
skoperturi għal gvernijiet ċentrali jew għal banek ċentrali
skoperturi għal istituzzjonijiet;
skoperturi għal impriżi;
skoperturi fil-livell tal-konsumatur;
skoperturi ta’ ekwità;
elementi li jirrappreżentaw pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;
assi oħra b’obbligi mhux ta’ kreditu
L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu assenjati lill-klassi stabbilita fil-punt (a) tal-paragrafu 2:
skoperturi għal gvernijiet reġjonali, għal awtoritajiet lokali jew għal entitajiet tas-settur pubbliku ttrattati bħala skoperturi għal gvernijiet ċentrali skont l-Artikoli 115 u 116;
skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp imsemmija fl-Artikolu 117(2);
skoperturi għal Organizzazzjonijiet Internazzjonali li jattiraw piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 118.
L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu assenjati fil-klassi stabbilita fil-punt (b) tal-paragrafu 2:
skoperturi għal gvernijiet reġjonali u għal awtoritajiet lokali li ma jkunux ittrattati bħala skoperturi għal gvernijiet ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(2) u (4);
skoperturi għal Entitajiet tas-Settur pubbliku li ma jkunux ittrattati bħala skoperturi għall-gvernijiet ċentrali f’konformità mal-Artikolu 116(4);
skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp li ma jiġux assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 117; u
skoperturi għal istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu ttrattati bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 119(5).
Biex ikunu eliġibbli għall-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 2, l-iskoperturi għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
għandhom ikunu jappartjenu għal waħda minn dawn li ġejjin:
skoperturi għal persuna fiżika waħda jew aktar;
skoperturi għal SME, dmenti li f’dak il-każ l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni u lill-impriżi prinċipali u lis-sussidjarji tagħha, inkluż xi skoperturi wara d-data tal-għeluq, minn klijent debitur jew minn grupp ta’ klijenti konnessi, iżda eskluż l-iskoperturi ggarantiti fuq proprjetà residenzjali kollaterali, ma għandux, sa fejn taf l-istituzzjoni, li għandha tkun ħadet passi raġonevoli biex tikkonferma s-sitwazzjoni, jaqbeż l-EUR 1 miljun;
ikunu ttrattati mill-istituzzjoni fil-ġestjoni tar-riskju tagħha b’mod konsistenti maż-żmien u b’mod simili;
ma jkunux immaniġġjati sempliċement b’mod individwali bħal skoperturi fil-klassi ta’ skopertur korporattiva;
kull waħda tirrappreżenta waħda minn għadd sinifikanti ta’ skoperturi mmaniġġjati b’mod simili.
Minbarra l-iskoperturi elenkati fl-ewwel subparagrafu, il-valur preżenti tal-pagamenti tal-kiri minimi fil-livell tal-konsumatur għandu jiġi inkluż fil-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur.
L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu assenjati għall-klassi ta’ skopertura ta’ ekwità stabbilita fil-punt (e) tal-paragrafu 2:
skoperturi mhux ta’ dejn li jwasslu għal pretensjoni residwa u subordinata fuq l-assi jew fuq l-introjtu tal-emittent;
skoperturi ta’ dejn u titoli oħra, sħubiji, derivattivi, jew strumenti oħra, li s-sustanza ekonomika tagħhom tkun simili għall-iskoperturi speċifikati fil-punt (a).
Fil-klassi ta’ skopertura korporattiva stabbilita fil-punt (c) tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw separatament bħala skoperturi speċjalizzati ta’ għoti ta’ self, skoperturi li jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin:
l-iskopertura tkun għal entità li nħolqot speċifikament biex tiffinanzja jew topera assi fiżiċi jew tkun skopertura ekonomikament komparabbli;
l-arranġamenti kuntrattwali jagħtu lill-mutwanti grad sostanzjali ta’ kontroll fuq l-assi u l-introjtu li jiġġeneraw;
is-sors primarju tar-ripagament tal-obbligu jkun l-introjtu ġġenerat mill-assi li qegħdin jiġu ffinanzjati, aktar milli l-kapaċità indipendenti ta’ impriża kummerċjali usa’.
Artikolu 148
Kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Approċċ IRB fi klassijiet differenti ta’ skoperturi u unitajiet kummerċjali
Soġġett għall-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, l-implimentazzjoni tista’ ssir b’mod sekwenzjali fil-klassijiet differenti ta’ skopertura, imsemmija fl-Artikolu 147, fl-istess unità tan-negozju, f’unitajiet kummerċjali differenti fl-istess grupp jew għall-użu tal-istimi proprji tal-LGDs jew tal-fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu tal-piżijiet tar-riskju għal skoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet, u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali.
Fil-każ tal-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur imsemmija fl-Artikolu 147(5), l-implimentazzjoni tista’ ssir b’mod sekwenzjali fil-kategoriji ta’ skoperturi li magħhom jikkorrispondu l-korrelazzjonijiet differenti fl-Artikolu 154.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 149
Kondizzjonijiet biex terġa’ lura għall-użu ta’ approċċi inqas sofistikati
Istituzzjoni li tuża l-Approċċ IRB għal klassi speċifika ta’ skopertura jew tip ta’ skopertura ma għandhiex tieqaf tuża dak l-approċċ u minflok għandha tuża l-Approċċ Standardizzat għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju sakemm ma jiġux issodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-użu tal-Approċċ Standardizzat ma jkunx propost sabiex inaqqas ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tal-istituzzjoni, u li jkun meħtieġ abbażi tan-natura u l-kumplessità tal-iskoperturi totali ta’ dan it-tip tal-istituzzjoni u ma jkollux impatt materjali ħażin fuq is-solvenza tal-istituzzjoni jew fuq il-kapaċità tagħha li timmaniġġja r-riskju b’mod effettiv;
l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.
L-istituzzjonijiet li kisbu permess skont l-Artikolu 151(9) biex jużaw l-estimi proprji tal- LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni, ma għandhomx jerġgħu lura għall-użu tal-valuri tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni msemmija fl-Artikolu 151(8) sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin ma jkunux issodisfatti:
l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-użu tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni stabbiliti fl-Artikolu 151(8) għal ċerta klassi ta’ skopertura jew tip ta’ skoperturi ma jkunx ġie propost sabiex inaqqas ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tal-istituzzjoni, li jkun neċessarju abbażi tan-natura u l-kumplessità tal-iskoperturi totali ta’ dan it-tip tal-istituzzjoni u ma jkollux impatt materjali ħażin fuq is-solvenza tal-istituzzjoni jew fuq il-kapaċità tagħha li timmaniġġja r-riskju b’mod effettiv;
l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.
Artikolu 150
Il-kondizzjonijiet għall-użu parzjali permanenti
Meta l-istituzzjonijiet ikunu rċevew permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet li jitħallew jużaw l-Approċċ IRB fil-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju u għall-ammonti ta’ telf mistenni għal klassi ta’ skopertura waħda jew aktar jistgħu jużaw l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi li ġejjin:
il-klassi ta’ skopertura stabbilita fl-Artikolu 147(2)(a), fejn in-numru ta’ kontropartijiet materjali jkun wieħed limitat u jkun ta’ piż bla bżonn għall-istituzzjoni biex timplimenta sistema ta’ klassifikazzjoni għal dawn il-kontropartijiet;
il-klassi ta’ skopertura stabbilita fl-Artikolu 147(2)(b), fejn in-numru ta’ kontropartijiet materjali jkun limitat u jkun ta’ piż bla bżonn għall-istituzzjoni biex timplimenta sistema ta’ klassifikazzjoni għal dawn il-kontropartijiet;
skoperturi f’unitajiet kummerċjali li ma jkunux sinifikanti kif ukoll klassijiet ta’ skopertura jew tipi ta’ skoperturi li jkunu immaterjali f’termini ta’ daqs u fil-profil tar-riskju pperċeput;
skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali tal-Istati Membri u l-gvernijiet reġjonali, l-awtoritajiet lokali, il-korpi amministrattivi u l-entitajiet fis-settur pubbliku tagħhom sakemm:
ma jkunx hemm differenza fir-riskju bejn l-iskoperturi għal dak il-gvern ċentrali u l-bank ċentrali u dawk l-iskoperturi l-oħra minħabba arranġamenti pubbliċi speċifiċi; u
l-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali u għall-banek ċentrali jkunu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 114(2) jew (4);
skoperturi ta’ istituzzjoni għal kontroparti li tkun l-impriża prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha jew sussidjarja tal-impriża prinċipali sakemm il-kontroparti tkun istituzzjoni jew kumpannija azzjonarja finanzjarja, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, istituzzjoni finanzjarja, kumpannija maniġerjali tal-assi jew impriża anċillari tas-servizzi soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali xierqa jew impriża konnessa permezz ta’ relazzjonijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;
skoperturi bejn l-istituzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 113(7);
skoperturi ta’ ekwità għal entitajiet li l-obbligi ta’ krediti tagħhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont il-Kapitolu 2 inkluż dawk l-entitajiet pubblikament sponsorjati fejn jista’ jiġi applikat piż tar-riskju ta’ 0 %;
skoperturi ta’ ekwità taħt programmi leġiżlattivi biex jippromwovu setturi speċifiċi tal-ekonomija li jipprovdu sussidji sinifikanti għall-investiment lill-istituzzjoni u jinvolvu xi tip ta’ sorveljanza mill-gvern u restrizzjonijiet fir-rigward tal-investimenti ta’ ekwità fejn dawn l-iskoperturi jistgħu, fl-aggregat tagħhom, jiġu esklużi mill-Approċċ IRB biss sa limitu ta’ 10 % tal-fondi proprji;
l-iskoperturi identifikati fl-Artikolu 119(4) li jissodisfaw il-kondizzjonijiet speċifikati fih;
garanziji mill-Istat u garanziji riassigurati mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 215(2).
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu l-applikazzjoni tal-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi ta’ ekwità msemmija fil-punti (g) u (h) tal-ewwel subparagrafu li ġew permessi għal dak it-trattament fi Stati Membri oħra. L-ABE għandha tippubblika fuq il-website tagħha u taġġorna regolarment lista bl-iskoperturi msemmija f’dawk il-punti li għandhom jiġu ttrattati skont l-Approċċ Standardizzat.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Dawk il-linji gwida għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 151
Trattament skont il-klassi ta’ skopertura
Artikolu 152
Trattament ta' skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIUs
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista' teskludi l-iskoperturi għal derivattiva ta' riskju li ma jkunux soġġetti għal dak ir-rekwiżit li kieku kienu mġarrba direttament mill-istituzzjoni, mill-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għall-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu.
L-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ ta' trasparenza skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-użu parzjali permanenti skont l-Artikolu 150, jew li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet għall-użu tal-metodi stabbiliti f'dan il-Kapitolu jew ta' metodu wieħed jew aktar stabbiliti fil-Kapitolu 5 għall-iskoperturi sottostanti tas-CIU kollha jew parti minnhom, għandhom jikkalkulaw l-ammonti ta' skoperturi ponderata għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistennija skont il-prinċipji li ġejjin:
għal skoperturi assenjati għall-klassi ta' skopertura ta' ekwità msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 147(2), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-approċċ sempliċi ta' ponderazzjoni tar-riskju stabbilit fl-Artikolu 155(2);
għal skoperturi assenjati għall-punti li jirrappreżentaw il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 147(2), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 254 bħallikieku dawk l-iskoperturi kienu miżmuma direttament minn dawk l-istituzzjonijiet;
għall-iskoperturi sottostanti l-oħrajn kollha, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-approċċ standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 2 ta' dan it-Titolu.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, meta l-istituzzjoni ma tkunx tista' tiddistingwi bejn l-iskoperturi ta' ekwità privata, l-iskoperturi negozjati f'kambju u skoperturi ta' ekwità oħra, għandha tittratta l-iskoperturi konċernati bħala skoperturi ta' ekwità oħra.
L-istituzzjonijiet li ma għandhomx data jew informazzjoni xierqa biex jikkalkulaw l-ammont ponderat għar-riskju ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 jistgħu jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-parti terza hija waħda minn dawn li ġejjin:
id-depożitarju jew id-depożitarju finanzjarju tas-CIU, sakemm is-CIU tinvesti b'mod esklużiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha f'dak depożitarju jew depożitarju finanzjarju;
għal CIUs mhux koperti mill-punt (i) ta' dan il-punt, il-kumpannija maniġerjali tas-CIU, sakemm il-kumpannija maniġerjali tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 132(3);
għal skoperturi oħra minbarra dawk elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-parti terza twettaq il-kalkolu skont l-approċċ taċ-ċar kristall stabbilit fl-Artikolu 132a(1);
għal skoperturi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4, il-parti terza twettaq il-kalkolu skont l-approċċi stabbiliti fih;
awditur estern ikun ikkonferma l-korrettezza tal-kalkolu tal-parti terza.
L-istituzzjonijiet li jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza għandhom jimmultiplikaw l-ammonti tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi ta' CIU li jirriżultaw minn dawk il-kalkoli b'fattur ta' 1,2.
B'deroga mit-tieni subparagrafu, meta l-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għall-kalkoli dettaljati mwettqa minn parti terza, il-fattur 1,2 ma għandux japplika. L-istituzzjoni għandha tipprovdi dawk il-kalkoli lill-awtorità kompetenti tagħha fuq talba.
Artikolu 153
Ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal skoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali
Soġġett għall-applikazzjoni tat-trattamenti speċifiċi stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4, l-ammonti ta’ skoperturi peżati għar-riskju għal skoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali għandhom jiġu kkalkulati skont il-formuli li ġejjin:
Fejn il-piż tar-riskju RW huwa definit bħala:
jekk PD = 0, RW ikun 0;
jekk PD = 1, jiġifieri, għal skoperturi inadempjenti:
;
fejn l-aħjar stima ta’ telf mistenni (minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘ELBE’) għandha tkun l-aħjar stima ta’ telf mistenni tal-istituzzjoni għall-iskopertura inadempjenti f’konformità mal-Artikolu 181(1)(h);
jekk 0 < PD < 1
fejn
N(x) |
= |
il-funzjoni ta’ distribuzzjoni kumulattiva għal fattur varjabbli normali standard każwali (jiġifieri l-probabbiltà li fattur varjabbli normali każwali b’medja ta’ 0 u varjanza ta’ 1 ikun inqas minn jew daqs x); |
G (Z) |
= |
jirrappreżenta l-funzjoni ta’ distribuzzjoni kumulattiva inversa għal fattur varjabbli normali standard każwali (jiġifieri l-valur x biex N(x) = z) |
R |
= |
jirrappreżenta l-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni, huwa definit bħala
|
b |
= |
il-fattur ta’ aġġustament tal-maturità, iddefinit bħala . |
L-ammont ta’ skoperturi peżati għar-riskju għal kull skopertura li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 202 u 217 jista’ jiġu aġġustat skont il-formuli li ġejjin:
fejn:
PDpp |
= |
PD tal-fornitur tal-protezzjoni. |
RW jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula rilevanti tal-piż tar-riskju li tinsab fil-punt 1 għall-iskopertura, il-PD tal-obbligatur u l-LGD ta’ skopertura diretta kumparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni. Il-fattur ta’ maturità (b) jiġi kkalkulat billi tintuża l-inqas bejn il-PD tal-fornitur tal-protezzjoni u l-PD tal-obbligatur.
Għall-iskoperturi għal kumpanniji fejn il-bejgħ totali annwali għall-grupp konsolidat li l-kumpannija hija parti minnu huwa inqas minn EUR 50 miljun, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-formula ta’ korrelazzjoni li ġejja f’paragrafu 1 (iii) għall-kalkolu tal-piżijiet tar-riskju għall-iskoperturi tal-impriżi. F’din il-formula S hija espressa bħala bejgħ totali annwali f’miljuni ta’ Euro fejn EUR 5 miljun < S < EUR 50 miljun. Bejgħ irrappurtat ta’ inqas minn EUR 5 miljun għandu jiġi ttrattat bħallikieku kien ekwivalenti għal EUR 5 miljun. Għal oġġetti riċevibbli mixtrija il-bejgħ totali annwali għandu jkun il-medja ppeżata mill-iskoperturi individwali tal-aggregazzjoni.
L-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-assi totali tal-grupp konsolidat għall-bejgħ totali annwali fejn il-bejgħ totali annwali ma jkunx indikatur sinifikattiv tad-daqs tal-kumpannija u l-assi totali jkunu indikatur aktar sinifikattiv mill-bejgħ totali annwali.
Għal skoperturi fuq self speċjalizzat li fir-rigward tagħhom istituzzjoni ma tkunx tista’ tagħmel stima tal-PDs jew l-istimi tal-istituzzjonijiet tal-PD ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 6, l-istituzzjoni għandha tassenja piżijiet tar-riskju lil dawn l-iskoperturi skont it-Tabella 1, kif ġej:
Tabella 1
Maturità li Jifdal |
Kategorija 1 |
Kategorija 2 |
Kategorija 3 |
Kategorija 4 |
Kategorija 5 |
Inqas minn sentejn u nofs (2,5) |
50 % |
70 % |
115 % |
250 % |
0 % |
Ugwali għal sentejn u nofs (2,5) jew aktar |
70 % |
90 % |
115 % |
250 % |
0 % |
Huma u jassenjaw il-piżijiet tar-riskju lil skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin: is-saħħa finanzjarja, l-ambjent politiku u ġuridiku, il-karatteristiċi tat-transazzjoni u/jew l-assi, is-saħħa tal-isponsor u l-iżviluppatur, inkluż kull fluss ta’ introjtu minn soċjetà pubblika-privata, u l-pakkett ta’ garanzija.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 154
L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur
L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu kkalkulati skont il-formuli li ġejjin:
fejn il-piż tar-riskju RW huwa definit kif ġej:
jekk PD = 1, jiġifieri għall-iskoperturi inadempjenti, RW għandu jkun
;
fejn ELBE għandu jkun l-aħjar stima ta’ telf mistenni tal-istituzzjoni għall-iskopertura inadempjenti f’konformità mal-Artikolu 181(1)(h);
jekk 0 < PD < 1, jiġifieri, għal kull valur possibbli għal PD minbarra dak skont (i)
fejn
N(x) |
= |
fejn il-funzjoni ta’ distribuzzjoni kumulattiva għal fattur varjabbli normali standard każwali (jiġifieri l-probabbiltà li fattur varjabbli normali każwali b’medja (mean) ta’ 0 u varjanza ta’ 1 ikun inqas minn jew daqs x); |
G (Z) |
= |
il-funzjoni ta’ distribuzzjoni kumulattiva inversa għal fattur varjabbli normali standard każwali (jiġifieri l-valur x b’tali mod li N9x) = z); |
R |
= |
il-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni definit bħala
|
L-iskoperturi għandhom jikkwalifikaw bħala skoperturi fil-livell tal-konsumatur rotattivi jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-iskoperturi jkunu għal individwi;
l-iskoperturi jkunu rotattivi, mhux iggarantiti, u sakemm dawn ma jintużawx immedjatament u mingħajr kondizzjonijiet, kanċellabbli mill-istituzzjoni. F’dan il-kuntest skoperturi rotattivi jkunu ddefiniti bħala dawk fejn il-bilanċi pendenti tal-klijenti jitħallew ivarjaw abbażi tad-deċiżjoni tagħhom li jissellfu u jħallsu lura, sa limitu stabbilit mill-istituzzjoni. Impenji mhux prelevati jistgħu jitqiesu bħala kanċellabbli mingħajr kondizzjonijiet jekk it-termini jippermettu lill-istituzzjoni li tikkanċellahom sa fejn ikun permess skont il-leġislazzjoni dwar il-ħarsien tal-konsumatur u leġislazzjoni relatata;
l-iskopertura massima għal individwu uniku fis-subportafoll hija ta’ EUR 100 000 jew inqas;
l-użu tal-korrelazzjoni ta’ dan il-paragrafu huwa limitat għal portafolji li wrew volatilità baxxa tar-rati ta’ telf, meta mqabbla mal-livell medju tar-rati ta’ telf tagħhom, speċjalment fil-faxex baxxi ta’ PD;
it-trattament bħala skopertura fil-livell tal-konsumatur rotattiva kwalifikattiva għandu jkun konsistenti mal-karatteristiċi ta’ riskju sottostanti tas-subportafoll.
Permezz ta’ deroga mill-punt (b), ir-rekwiżit għal nuqqas ta’ garanzija ma japplikax fir-rigward ta’ faċilitajiet kollateralizzati ta’ kreditu marbuta ma’ kont tal-paga. F’dan il-każ l-ammonti rkuprati mill-kollateral ma għandhomx jitqiesu fl-istima tal-LGD.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-volatilità relattiva tar-rati ta’ telf fis-subportafolji fil-livell tal-konsumatur kwalifikattivi rotattivi, kif ukoll il-portafoll fil-livell tal-konsumatur aggregat kwalifikattiv rotattiv, u għandhom jaqsmu l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi tipiċi tar-rati ta’ telf kwalifikattivi rotattivi madwar l-Istati Membri.
Sabiex ikunu eliġibbli għat-trattament fil-livell tal-konsumatur, riċevibbli mixtrija għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 184 u mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjoni tkun xtrat ir-riċevibbli minn bejjiegħa terzi mhux relatati, u l-iskopertura tagħha għad-debitur tar-riċevibbli ma tkun tinkludi l-ebda skopertura li direttament jew indirettament oriġinat mill-istituzzjoni nfisha;
ir-riċevibbli mixtrija għandhom ikunu ġġenerati fuq bażi distakkata bejn il-bejjiegħ u d-debitur. Għaldaqstant, riċevibbli ta’ kontijiet interkorporattivi u riċevibbli soġġetti għal kontrokontijiet bejn ditti li jbiegħu u jixtru mingħand xulxin ma jkunux eliġibbli;
l-istituzzjoni li tixtri jkollha pretensjoni fuq ir-rikavati kollha mir-riċevibbli mixtrija jew imgħax prorata fuq ir-rikavati; u
il-portafoll ta’ riċevibbli mixtrija jkun diversifikat biżżejjed.
Artikolu 155
L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur ta’ ekwità
L-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw skoperturi ta’ ekwità għal impriżi li joffru servizzi anċillari skont it-trattament ta’ assi oħra mingħajr obbligu ta’ kreditu.
Skont l-approċċ Sempliċi tal-piż tar-riskju, l-ammont tal-iskopertura peżata għar-riskju għandu jkun ikkalkulat skont il-formula
,
fejn:
Piż tar-riskju (RW) = 190 % għal skoperturi ta’ ekwità privata f’portafolji suffiċjentement iddiversifikati.
Piż tar-riskju (RW) = 290 % għal skoperturi għal ekwitajiet nnegozjati fil-borża.
Piż tar-riskju (RW) = 370 % għall-iskoperturi l-oħra kollha ta’ ekwità.
Pożizzjonijiet qosra fi flus u strumenti derivattivi miżmuma fil-portafoll mhux ta’ negozjar jistgħu jpaċu pożizzjonijiet twal fl-istess stocks individwali sakemm dawn l-istrumenti ma jkunux ġew espliċitament imfassla bħala hedges ta’ skoperturi speċifiċi ta’ ekwità u li jkunu jipprovdu ħedge għal mill-inqas sena oħra. Pożizzjonijiet qosra oħra għandhom jiġu ttrattati daqs li kieku kienu pożizzjonijiet twal bil-piż tar-riskju rilevanti assenjat lill-valur assolut ta’ kull pożizzjoni. Fil-kuntest ta’ pożizzjonijiet b’maturità differenti, il-metodu jkun dak għal skoperturi korporattivi kif stabbilit fl-Artikolu 162(5).
L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ta’ kreditu mhux finanzjata miksuba fuq skopertura ta’ ekwità skont il-metodi stabbiliti fil-Kapitolu 4.
Fuq il-livell ta’ skopertura individwali, is-somma tal-ammont ta’ telf mistenni mmultiplikata bi 12,5 u l-ammont tal-iskopertura peżata għar-riskju ma għandhomx jaqbżu l-valur tal-iskopertura mmultiplikat bi 12,5.
L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ta’ kreditu mhux finanzjata miksuba fuq skopertura ta’ ekwità skont il-metodi stabbiliti fil-Kapitolu 4. Dan għandu jkun soġġett għal LGD ta’ 90 % fuq l-iskopertura għal min jipprovdi l-hedge. Għal skoperturi ta’ ekwità privata f’portafolji suffiċjentement iddiversifikati jista’ jintuża LGD ta’ 65 %. Għal dawn il-finijiet M għandha tkun ta’ ħames snin.
Skont l-approċċ ibbażat fuq mudelli interni, l-ammont tal-iskopertura peżata għar-riskju għandu jkun it-telf potenzjali fuq l-iskoperturi ta’ ekwità tal-istituzzjoni kif derivat bl-użu ta’ mudelli interni ta’ valur fir-riskju soġġetti għall-intervall ta’ fiduċja fuq naħa waħda fil-perċentil 99 tad-differenza bejn ir-rendimenti trimestrali u rata adatta mingħajr riskju kkalkulata fuq perijodu ta’ kampjun ta’ terminu twil, immultiplikat bi 12,5. L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju fuq livell ta’ portafoll ta’ ekwità ma għandhomx ikunu inqas mit-total tas-somma ta’ dawn li ġejjin:
l-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju meħtieġa skont l-Approċċ PD/LGD; u
l-ammont korrispondenti ta’ telf mistenni mmultiplikat bi 12,5.
L-ammonti msemmija fil-punt (a) u (b) għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-valuri tal-PD stabbiliti fl-Artikolu 165(1) u l-valuri korrispondenti tal-LGD stabbiliti fl-Artikolu 165(2).
L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ta’ kreditu mhux finanzjata fuq pożizzjoni ta’ ekwità.
Artikolu 156
Ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal assi oħra mingħajr obbligu ta’ kreditu
L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal assi oħra mingħajr obbligu ta’ kreditu għandhom jiġu kkalkulati skont il-formula li ġejja: [
ħlief għal:
flus fl-idejn u l-ekwivalenti f’elementi fi flus kontanti kif ukoll ingotti ta’ deheb miżmuma f’maħżen tas-sigurtà proprja jew fuq bażi allokata sal-limitu sostnut mill-obbligazzjonijiet ta’ ingotti, li f’dak il-każ għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 0 %;
meta l-iskopertura tkun valur residwu ta’ assi mikrija fejn f’dak il-każ għandha tiġi kkalkulata kif ġej: [valur tal-iskopertura],
fejn t tkun l-akbar wieħed fost 1 u l-eqreb numru ta’ snin sħaħ li jkun fadal tal- kirja.
Artikolu 157
Ammonti tal-iskoperturi ppeżati għar-riskju għal riskji ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli mixtrija
Artikolu 158
Trattament skont it-tip tal-iskopertura
It-telf mistenni (EL) u l-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali u skoperturi fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu kkalkulati skont il-formuli li ġejjin:
Ammont ta’ telf mistenni = EL [immultiplikat bil-]valur tal-iskopertura.
Għall-iskoperturi inadempjenti (PD = 100 %) fejn l-istituzzjonijiet jużaw l-istimi proprji tal-LGDs, l-EL għandu jkun ELBE, l-aħjar stima mill-istituzzjoni tat-telf mistenni għall-iskopertura inadempjenti skont l-Artikolu 181(1)(h).
Għall-iskoperturi soġġetti għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 153(3), l-EL għandu jkun 0 %.
Meta l-istituzzjonijiet jużaw il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 153(5) sabiex jassenjaw il-piżijiet tar-riskju, il-valuri tal-EL għal skoperturi tal-għoti ta’ self speċjalizzati għandhom jiġu assenjati skont it-Tabella 2.
Tabella 2
Maturità li Jifdal |
Kategorija 1 |
Kategorija 2 |
Kategorija 3 |
Kategorija 4 |
Kategorija 5 |
Inqas minn sentejn u nofs (2,5) |
0 % |
0,4 % |
2,8 % |
8 % |
50 % |
Daqs jew aktar minn sentejn u nofs (2,5) |
0,4 % |
0,8 % |
2,8 % |
8 % |
50 % |
Meta l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju huma kkalkulati skont l-approċċ sempliċi ta’ ppeżar tar-riskji, l-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi ta’ ekwità għandhom jiġu kkalkulati skont il-formula li ġejja:
Il-valuri tal-EL għandhom ikunu dawn li ġejjin:
Telf mistenni (EL) = 0,8 % għal skoperturi ta’ ekwità privata f’portafolli diversifikati biżżejjed
Telf mistenni (EL) = 0,8 % għal skoperturi għal ekwitajiet innegozjata fil-borża
Telf mistenni (EL) = 2,4 % għall-iskoperturi l-oħra kollha ta’ ekwità.
It-telf mistenni u l-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi ta’ ekwità fejn l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju huma kkalkulati skont l-approċċ PD/LGD, għandhom jiġu kkalkulati skont il-formuli li ġejjin:
.
L-ammonti ta’ telf mistennija għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli mixtrija għandhom jiġu kkalkulati skont il-formula li ġejja:
.
Artikolu 159
Trattament tal-ammonti ta' telf mistenni
L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-ammonti ta' telf mistenni kkalkolati f'konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) mill-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi għar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 110, aġġustamenti ta' valur addizzjonali f'konformità mal-Artikoli 34 u 105 u tnaqqis ieħor minn fondi proprji relatati ma' dawk l-iskoperturi ħlief it-tnaqqis li jsir f'konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1). Skontijiet fuq skoperturi li jidhru fuq il-karti bilanċjali mixtrija meta kienu inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 166(1) għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu. L-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu fi skoperturi inadempjenti ma għandhomx jintużaw biex ikopru l-ammonti tat-telf mistenni fuq skoperturi oħra. L-ammonti ta' telf mistennija għall-iskoperturi titolizzati u l-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi għar-riskju ta' kreditu relatati ma' dawk l-iskoperturi ma għandhomx jiġu inklużi f'dak il-kalkolu.
Artikolu 160
Probabbiltà ta’ inadempjenza (PD)
Għal riċevibbli korporattivi mixtrija li fir-rigward tagħhom istituzzjoni ma tistax tagħmel stima tal-PDs jew jekk l-istimi tal-PD ta’ istituzzjoni ma jilħqux ir-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 6, il-PDs għal dawn l-iskoperturi għandhom jiġu ddeterminati skont il-metodi li ġejjin:
għal pretensjonijiet prijoritarji fuq riċevibbli korporattivi mixtrija, il-PD għandha tkun l-istima tal-EL mill-istituzzjonijiet diviża mill-LGD għal dawn ir-riċevibbli;
għal pretensjonijiet subordinati fuq riċevibbli korporattivi mixtrija, il-PD għandha tkun l-istima tal-EL mill-istituzzjoni;
istituzzjoni li rċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għal skoperturi korporattivi skont l-Artikolu 143 u li tista’ tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għal riċevibbli korporattivi mixtrija f’PDs u LGDs b’mod li l-awtorità kompetenti tikkunsidra bħala affidabbli, tista’ tuża l-istima tal-PD li tirriżulta minn dik id-dekompożizzjoni.
L-istituzzjonijiet jistgħu jqisu l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fil-PD skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 4. Għar-riskju ta’ dilwizzjoni, minbarra l-fornituri tal-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 201(1)(g), il-bejjiegħ tar-riċevibbli mixtrija huwa eliġibbli jekk jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-entità korporattiva għandha valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 tal-kwalità ta’ kreditu jew ogħla, skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal impriżi skont il-Kapitolu 2;
l-entità korporattiva, fil-każ tal-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija bl-Approċċ IRB, ma għandhiex valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI rikonoxxuta u hija kklassifikata internament bħala li għandha PD ekwivalenti għal dik assoċjata mal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAIs li ġiet iddeterminat mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 tal-kwalità ta’ kreditu jew ogħla, skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal impriżi skont il-Kapitolu 2.
Istituzzjoni li tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli korporattivi mixtrija, tista’ tirrikonoxxi l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata billi taġġusta l-PDs soġġetta għall-Artikolu 161(3).
Artikolu 161
Telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD)
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw il-valuri ta’ LGD li ġejjin:
skoperturi prijoritarji mingħajr kollateral eliġibbli: 45 %;
skoperturi subordinati mingħajr kollateral eliġibbli: 75 %;
l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l-protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata u mhux iffinanzjata fl-LGD skont il-Kapitolu 4;
bonds koperti eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) jistgħu jiġu assenjati il-valur ta’ LGD ta’ 11,25 %;
għal skoperturi prijoritarji ta’ riċevibbli korporattivi mixtrija fejn istituzzjoni ma tkunx tista’ tagħti stima tal-PDs jew l-istimi tal-PD mill-istituzzjoni ma jilħqux ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 6: 45 %;
għal skoperturi subordinati ta’ riċevibbli korporattivi mixtrija fejn l-istituzzjoni ma tistax tagħti stima tal-PDs jew inkella l-istimi tal-PD mill-istituzzjoni ma jilħqux ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 6: 100 %;
Għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli korporattivi mixtrija: 75 %.
Artikolu 162
Maturità
Alternattivament, bħala parti mill-permess imsemmi fl-Artikolu 143, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar jekk l-istituzzjoni għandhiex tuża maturità (M) għal kull skopertura kif stabbilit fil-paragrafu 2.
Istituzzjonijiet li rċevew il-permess tal-awtorità kompetenti sabiex jużaw l-LGDs proprji u l-fatturi ta’ konverżjoni proprji għall-iskoperturi għall-korporattivi, l-istituzzjonijiet jew il-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali skont l-Artikolu 143 għandhom jikkalkulaw M għal kull waħda minn dawn l-iskoperturi kif stipulat fil-punti (a) sa (e) ta’ dan il-paragrafu u soġġetti għall-paragrafi 3 sa 5 ta’ dan l-Artikolu. M m’għandux ikun iktar minn ħames snin minbarra fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 384(1) fejn M kif speċifikat hemm għandu jintuża:
għal strument soġġett għal skeda ta’ fluss tal-flus, M għandha tiġi kkalkulata skont il-formula li ġejja:
fejn CFt tirrappreżenta l-flussi tal-flus (kapital, pagamenti ta’ mgħaxijiet u tariffi) pagabbli kuntrattwalment mid-debitur fil-perijodu t;
għal derivati soġġetti għal ftehim ewlieni ta’ netting, M għandha tkun il-medja ppeżata tal-maturità li jifdal tal-iskopertura, fejn M għandha tkun tal-inqas sena (1), u l-ammont nozzjonali ta’ kull skopertura għandu jintuża għall-ippeżar tal-maturità;
għall-iskoperturi li jirriżultaw minn strumenti ta’ derivati kollateralizzati kompletament jew kważi kompletament elenkati fl-Anness II, u transazzjonijiet ta’ self b’marġni kollateralizzati kompletament jew kważi li huma soġġetti għal ftehim ewlieni ta’ netting, M għandha tkun l-maturità medja ppeżata li jifdal tat-transazzjonijiet fejn M għandha tkun tal-inqas għaxart (10) ijiem;
għal transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid ta’ self ta’ titoli jew prodotti li huma soġġetti għal ftehim ewlieni ta’ netting, M għandha tkun il-maturità medja ppeżata li jifdal tat-transazzjonijiet fejn M għandha tkun tal-inqas ħamest ijiem. L-ammont nozzjonali ta’ kull transazzjoni għandu jintuża għall-ippeżar tal-maturità;
istituzzjoni li tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 sabiex tuża l-istimi proprji tal-PD għal riċevibbli korporattivi mixtrija, għal ammonti miġbuda, M għandha tkun daqs il-maturità medja ppeżata ta’ skoperturi tar-reċivibbli mixtrija, fejn M għandha tkun tal-inqas 90 ġurnata. Dan l-istess valur tal-M għandu jintuża wkoll għall-ammonti mhux miġbuda f’faċilità ta’ xiri impenjata jekk il-faċilità jkun fiha ftehimiet effettivi, skattaturi ta’ amortizzazzjoni antiċipata, jew karatterisiċi oħrajn li jipproteġu lill-istituzzjoni li tixtri kontra deterjorament sinifikanti fil-kwalità tar-riċevibbli futuri li hija meħtieġa tixtri fil-perijodu tal-faċilità. Fin-nuqqas ta’ tali protezzjonijiet effettivi, M għall-ammonti mhux miġbuda għandha tkun ikkalkulata bħala s-somma tar-riċevibbli bil-potenzjal tal-itwal data skont il-ftehim ta’ xiri u tal-maturità li jifdal tal-faċilità ta’ xiri, fejn M għandha tkun tal-inqas 90 ġurnata;
għall-istrumenti l-oħra kollha għajr dawk imsemmija f’dan il-paragrafu jew fejn istituzzjoni ma tkunx f’pożizzjoni li tikkalkula M kif stabbilit fil-punt (a), M għandha tkun iż-żmien massimu li jifdal (fi snin) permessi lid-debitur biex iwettaq l-obbligi kuntrattwali tiegħu kollha, fejn M għandha tkun tal-inqas sena;
għall-istituzzjonijiet li jużaw il-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 sabiex jikkalkulaw il-valur tal-iskoperturi, M għandha tiġi kkalkulata għall-iskoperturi li għalihom l-istituzzjonijiet japplikaw dan il-metodu u li għalihom il-maturità tal-kuntratt bl-itwal data fis-sett ta’ netting tkun aktar minn sena skont il-formula li ġejja:
fejn:
|
= |
varjabbli mhux reali (dummy variable) li l-valur tiegħu fil-perijodu futur tk huwa ekwivalenti għal 0 jekk tk > sena (1) u għal 1 jekk tk ≤ 1; |
|
= |
l-iskopertura mistennija fil-perijodu futur tk; |
|
= |
l-iskopertura effettiva mistennija fil-perijodu futur tk; |
|
= |
il-fattur ta’ skont mingħajr riskju għall-perijodu futur tk; |
;
istituzzjoni li tuża mudell intern sabiex tikkalkula l-aġġustament tal-valutazzjoni ta’ kreditu (CVA) unilaterali tista’ tuża, soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, it-tul effettiv tal-kreditu stmat mill-mudell intern bħala M.
Soġġett għall-paragrafu 2, għandha tapplika l-formula fil-punt (a) għas-settijiet ta’ netting li fihom il-kuntratti kollha għandhom maturità oriġinali ta’ inqas minn sena (1);
għall-istituzzjonijiet li jużaw il-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6, sabiex jikkalkulaw il-valur tal-iskoperturi u li jkollhom permess sabiex jużaw il-mudell intern għar-riskju speċifiku assoċjat mal-pożizzjonijiet tad-dejn innegozjat skont il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 5, M għandha tiġi stabbilita għal 1 fil-formula li tinsab fl-Artikolu 153(1), sakemm l-istituzzjoni tista’ turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-mudell intern tagħha għar-riskju Speċifiku assoċjat mal-pożizzjonijiet tad-dejn innegozjat, li huwa applikat fl-Artikolu 383 fih effetti ta’ migrazzjonijiet tal-klassifikazzjoni;
għall-finijiet tal-Artikolu 153(3), M għandha tkun il-maturità effettiva tal-protezzjoni tal-kreditu iżda mhux inqas minn sena.
Fejn id-dokumentazzjoni teħtieġ rimarġinazzjoni ta’ kuljum u rivalwazzjoni ta’ kuljum u tinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu likwidazzjoni immedjata jew tpaċija ta’ kollateral fil-każ ta’ inadempjenza jew nuqqas ta’ rimarġinazzjoni, M għandha tkun tal-inqas ta’ ġurnata għal:
strumenti ta’ derivati kollateralizzati kompletament jew kważi li huma elenkati fl-Anness II;
transazzjonijiet ta’ self b’marġni kollateralizzati kompletament jew kważi;
transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti.
Barra minn hekk, għal skoperturi għal żmien qasir li jikkwalifikaw li mhumiex parti minn iffinanzjar fis-seħħ tad-debitur mill-istituzzjoni, M għandha tkun tal-inqas ġurnata (1). Skoperturi għal żmien qasir li jikkwalifikaw għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
skoperturi għal istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment li jirriżultaw mis-saldu ta’ obbligi ta’ kambju;
transazzjonijiet awtolikwidanti li jiffinanzjaw in-negozju għal perijodu ta’ żmien qasir marbuta mal-iskambju tal-oġġetti jew servizzi b’maturità reżidwa ta’ mhux aktar minn sena kif imsemmi fil-punt (80) tal-Artikolu 4(1);
skoperturi li jirriżultaw mis-saldu ta’ xiri u bejgħ ta’ titoli bi żmien ta’ konsenja tipiku jew ta’ jumejn ta’ xogħol;
skoperturi li jirriżultaw minn saldu bi flus permezz ta’ trasferiment elettroniku u saldu ta’ transazzjonijiet elettroniċi ta’ pagament u spejjeż prepagati, inkluż self kurrenti li ġej minn transazzjonijiet li fallew li ma jaqbżux għadd miftiehem, qasir u fiss ta’ ġranet ta’ xogħol.
Artikolu 163
Probabbiltà ta’ inadempjenza (PD)
Artikolu 164
Telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD)
L-LGD medju ponderat skont l-iskopertura għall-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli kummerċjali u li ma jibbenefikawx minn garanziji minn gvernijiet ċentrali ma għandux ikun inqas minn 15 %.
Fejn l-awtorità deżinjata minn Stat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija l-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-korpi u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li jkollhom mandat makroprudenzjali jiġu infurmati kif dovut bl-intenzjoni tal-awtorità kompetenti li tagħmel użu minn dan l-Artikolu, u jiġu involuti kif jixraq fil-valutazzjoni ta' tħassib ta' stabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħha f'konformità mal-paragrafu 6.
Fejn l-awtorità deżinjata mill-Istat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija differenti mill-awtorità kompetenti, l-Istati Membru għandu jadottaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw koordinazzjoni u skambju ta' informazzjoni xierqa bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata għall-applikazzjoni xierqa ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, l-awtoritajiet għandhom jintalbu jikkooperaw mill-qrib u li jikkondividu l-informazzjoni kollha li tista' tkun neċessarja għall-prestazzjoni xierqa tad-dmirijiet imposti fuq l-awtorità deżinjata skont dan l-Artikolu. Dik il-kooperazzjoni għandha timmira li tevita kwalunkwe forma ta' azzjoni duplikata jew inkonsistenti bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata, kif ukoll li jkun żgurat li l-interazzjoni ma' miżuri oħra, b'mod partikolari miżuri meħuda skont l-Artikolu 458 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, titqies kif jixraq.
Meta, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 tikkonkludi li l-valuri minimi tal-LGD imsemmija fil-paragrafu 4 mhumiex adegwati, u jekk tqis li l-inadegwatezza tal-valuri tal-LGD tista' taffettwa b'mod negattiv l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura fl-Istat Membru tagħha, din tista' tiffissa valuri minimi tal-LGD ogħla għal dawk l-iskoperturi li jinsabu f'parti waħda jew aktar mit-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti. Dawk il-valuri minimi ogħla jistgħu jiġu applikati wkoll fil-livell ta' segment wieħed jew aktar ta' proprjetà ta' skoperturi bħal dawn.
L-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 għandha tinnotifika lill-ABE u lill-BERS qabel tieħu d-deċiżjoni msemmija f'dan il-paragrafu. Fi żmien xahar minn meta jirċievu n-notifika, l-ABE u l-BERS għandhom jipprovdu l-opinjoni tagħhom lill-Istat Membru kkonċernat. L-ABE u l-BERS għandhom jippubblikaw dawk il-valuri tal-LGD.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2019.
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Il-BERS jista', permezz ta' rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, jagħti gwida lill-awtoritajiet deżinjati skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu dwar dan li ġej:
liema fatturi jista' jkollhom “effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura” msemmija fil-paragrafu 6; u
punti ta' riferiment indikattivi li l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 għandha tqis meta tiddetermina valuri minimi tal-LGD ogħla.
Artikolu 165
Skoperturi tal-ekwitajiet soġġetti għall-metodu tal-PD/LGD
Għandhom japplikaw il-PDs minimi li ġejjin:
0,09 % għal skoperturi għal ekwitajiet innegozjati fil-borża fejn l-investiment huwa parti minn relazzjoni fit-tul mal-klijent;
0,09 % għal skoperturi għal-ekwitajiet mhux innegozjati fil-borża fejn ir-rendimenti fuq l-investiment huwa bbażat fuq flussi regolari u perjodiċi ta’ flus mhux derivati qligħ kapitali;
0,40 % għal skoperturi għal-ekwitajiet innegozjati fil-borża inklużi pożizzjonijiet qosra oħra kif stabbilit fl-Artikolu 155(2);
1,25 % għall-iskoperturi l-oħra kollha tal-ekwitajiet inklużi pożizzjonijiet qosra oħra kif stabbilit fl-Artikolu 155(2).
Artikolu 166
Skoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali u skoperturi fil-livell tal-konsumatur
Din ir-regola tapplika wkoll għal assi mixtrija bi prezz differenti mill-ammont dovut.
Għall-assi mixtrija, id-differenza bejn l-ammont dovut u l-valur kontabilistiku li jifdal wara li jkunu ġew applikati l-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu speċifiku li jkun ġie rreġistrat fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet meta nxtara l-assi hija denominata bħala skont jekk l-ammont dovut huwa akbar, u bħala primjum jekk huwa iżgħar.
Il-valur tal-iskopertura għall-elementi li ġejjin jista’ jiġi kkalkulat bħala l-ammont impenjat iżda mhux miġbud multiplikat b’fattur ta’ konverżjoni. L-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin skont l-Artikolu 151(8) fir-rigward ta’ skoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali:
għal linji ta’ kreditu li huma kanċellabbli mingħajr kondizzjonijiet fi kwalunkwe ħin mill-istituzzjoni mingħajr notifika minn qabel, jew li effettivament jipprovdu għal kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, għandu japplika fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 %. Sabiex jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 %, l-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw b’mod attiv il-kondizzjoni finanzjarja tad-debitur, u s-sistemi ta’ kontroll intern tagħhom għandhom jippermettulhom sabiex minnufih jidentifikaw deterjorament fil-kwalità kreditizja tad-debitur. Linji ta’ kreditu mhux miġbud jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kanċellabbli mingħajr kondizzjonijiet jekk it-termini jippermettu lill-istituzzjoni tikkanċellahom kompletament sa fejn huwa permess skont il-leġislazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumatur u oħrajn relatati;
għal ittri ta’ kreditu għal żmien qasir li jirriżultaw mill-moviment ta’ prodotti, għandu japplika fattur ta’ konverżjoni ta’ 20 % kemm għall-istituzzjonijiet emittenti kif ukoll għal dawk li jikkonfermaw;
għal impenji ta’ xiri mhux miġbuda għal riċevibbli rotattivi mixtrija li jistgħu jiġu kkanċellati mingħajr kondizzjonijiet jew li effettivament jipprovdu għal kanċellazzjoni awtomatika fi kwalunkwe ħin mill-istituzzjoni mingħajr avviż minn qabel, għandu japplika fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 %. Sabiex japplikaw fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 %, l-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw b’mod attiv il-kondizzjoni finanzjarja tad-debitur u s-sistemi ta’ kontroll interni tagħhom għandhom jippermettulhom sabiex minnufih jidentifikaw deterjorament fil-kwalità kreditizja tad-debitur;
għal linji ta' kreditu oħrajn, faċilitajiet ta' ħruġ ta' notifiki (NIFs), u faċilitajiet ta' sottoskrizzjoni rotattivi (RUFs), għandu japplika fattur ta' konverżjoni ta' 75 %.
L-istituzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-użu tal-istimi proprji tal-fatturi ta' konverżjoni kif speċifikat fit-Taqsima 6 jistgħu jużaw l-istimi proprji tagħhom tal-fatturi ta' konverżjoni fuq it-tipi ta' prodotti differenti kif imsemmi fil-punti (a) sa (d), soġġetti għall-permess tal-awtoritatjiet kompetenti.
Għall-elementi kolla li ma jidhrux għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 sa 8, il-valur tal-iskopertura għandu jkun il-perċentwali tal-valur tagħom li ġej:
100 % jekk huwa element ta’ riskju sħiħ;
50 % jekk huwa element ta’ riskju medju;
20 % jekk huwa element ta’ riskju medju/baxx;
0 % jekk huwa element ta’ riskju baxx.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu l-elementi li ma jidhrux għandhom jiġu assenjati għal kategoriji tar-riskju kif indikat fl-Anness I.
Artikolu 167
Skoperturi ta’ ekwità
Artikolu 168
Assi oħra li mhumiex obbligi ta’ kreditu
Il-valur tal-iskopertura ta’ assi oħra li mhumiex obbligi ta’ kreditu għandu jkun il-valur kontabilistiku li jifdal wara li jkun applikat l-aġġustament tar-riskju ta’ kreditu speċifiku.
Artikolu 169
Prinċipji ġenerali
Artikolu 170
Struttura tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni
L-istruttura tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni għall-iskoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:.
sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tqis il-karatteristiċi tar-riskju tad-debitur u tat-transazzjoni;
sistema ta’ klassifikazzjoni għandu jkollha skala ta’ klassifikazzjoni tad-debitur li tirrefletti b’mod esklussiv il-kwantifikazzjoni tar-riskju ta’ inadempjenza ta’ debitur. L-iskala ta’ klassifikazzjoni tad-debitur għandu jkollha minimu ta’ 7 gradi għal debituri mhux inadempjenti u grad wieħed għal debituri inadempjenti;
istituzzjoni għandha tiddokumenta r-relazzjoni bejn il-gradi tad-debitur f’termini tal-livell ta’ riskju ta’ inadempjenza li kull grad jimplika u l-kriterji użati li jiddistingwu dak il-livell ta’ riskju ta’ inadempjenza;
istituzzjonijiet b’portafolli konċentrati fuq segment tas-suq u firxa partikolari ta’ riskju ta’ inadempjenza għandu jkollhom biżżejjed gradi ta’ debituri f’dik il-firxa sabiex jevitaw konċentrazzjonijiet bla ħtieġa ta’ debituri fi grad partikolari. Konċentrazzjonijiet sinifkanti fi grad wieħed għandhom jiġu appoġġjati minn provi empiriċi konvinċenti li l-grad tad-debituri jkopri faxxa tal-PD raġonevolment dejqa u li r-riskju ta’ inadempjenza ta’ kull debitur f’dak il-grad jaqa’ f’dik il-faxxa;
sabiex titħalla mill-awtorità kompetenti li tuża stimi proprji tal-LGDs għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji, sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tinkludi skala distinta ta’ klassifikazzjoni tal-faċilitajiet li tirrefletti b’mod esklussiv il-karatteristiċi ta’ transazzjoni relatati mal-LGD. Id-definizzjoni ta’ grad tal-faċilità għandha tinkludi kemm spjegazzjoni dwar kif l-iskoperturi huma assenjati għall-grad kif ukoll dwar il-kriterji użati sabiex jiddistingwu l-livell ta’ riskju fost il-gradi;
konċentrazzjonijiet sinifikanti fi grad ta’ faċilità wieħed għandhom ikunu appoġġjati minn provi empiriċi konvinċenti li l-grad tal-faċilità jkopri faxxa tal-LGD raġonevolment dejqa, rispettivament, u li r-riskju tal-iskoperturi kollha f’dak il-grad jaqa’ f’dik il-faxxa.
L-istruttura tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
is-sistemi ta’ klassifikazzjoni għandhom jirreflettu kemm ir-riskju tad-debituri kif ukoll tat-transazzjoni, u għandhom ikopru l-karatteristiċi rilevanti kollha tad-debitur u tat-transazzjoni;
il-livell ta’ differenzazzjoni tar-riskji għandu jiżgura li l-għadd ta’ skoperturi fi grad jew aggregazzjoni partikolari ta’ skoperturi huwa suffiċjenti sabiex jippermetti kwantifikazzjoni u validazzjoni sinifikattivi tal-karatteristiċi tat-telf fil-livell tal-grad jew tal-aggregat. Id-distribuzzjoni tal-iskoperturi u debituri fil-gradi jew l-aggregazzjonijiet kollha għandha ssir b’tali mod li jiġu evitati konċentrazzjonijiet eċċessivi;
il-proċess ta’ assenjazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet għandu jipprevedi differenzazzjoni sinifikattiva tar-riskju, għal raggruppar ta’ skoperturi omoġeni biżżejjed, u għandu jippermetti li ssir stima preċiża u konsistenti tal-karatteristiċi tat-telf fil-livell tal-grad u tal-aggregat. Għal riċevibbli mixtrija r-raggruppar għandu jirrefletti l-prattiki ta’ sottoskrizzjoni tal-bejjiegħ u l-eteroġenità tal-klijenti tiegħu.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-fatturi ta’ riskju li ġejjin meta jassenjaw l-iskoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet:
il-karatteristiċi tar-riskju tad-debitur;
il-karatteristiċi tar-riskju tat-transazzjoni, inklużi t-tipi ta’ prodotti jew kollaterali jew it-tnejn li huma. L-istituzzjonijiet għandhom jindirizzaw b’mod espliċitu l-każijiet fejn diversi skoperturi jibbenefikaw mill-istess kollateral;
delinkwenza, għajr f’każijiet fejn istituzzjoni turi għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti tagħha li d-delinkwenza mhijiex fattur materjali ta’ riskju għall-iskopertura.
Artikolu 171
Assenjazzjoni fi gradi jew aggregazzjonijiet
Istituzzjoni għandu jkollha definizzjonijiet, proċessi u kriterji speċifiċi għall-assenjazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet f’sistema ta’ klassifikazzjoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
id-definizzjonijiet tal-grad jew tal-aggregazzjoni u l-kriterji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed sabiex jippermettu lil dawk inkarigati mill-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni sabiex konsistentement jassenjaw debituri u faċilitajiet li huma ta’ riskju simili fl-istess grad jew aggregat. Din il-konsistenza għandha teżisti fil-linji tan-negozju, id-dipartimenti u l-postijiet ġeografiċi kollha;
id-dokumentazzjoni tal-proċess ta’ klassifikazzjoni għandu jippermetti lil partijiet terzi jifhmu l-assenjazzjonijiet tal-iskoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet, jirreplikaw l-assenjazzjonijiet fi gradi jew aggregati u sabiex jevalwaw l-idonjetà tal-assenjazzjonijiet fil-grad jew aggregat;
il-kriterji għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-istandards interni tal-għoti ta’ self tal-istituzzjoni u l-politiki tagħha għall-ġestjoni ta’ debituri u faċilitajiet f’diffikultà.
Artikolu 172
Assenjazzjoni ta’ skoperturi
Għal skoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, u għall-iskoperturi għal ekwità fejn istituzzjoni tuża l-approċċ tal-PD/LGD stabbilit fl-Artikolu 155(3), l-assenjazzjoni ta’ skoperturi għandha ssir skont il-kriterji li ġejjin:
kull debitur għandu jiġi assenjat fi grad ta’ debitur bħala parti mill-proċess tal-approvazzjoni tal-kreditu;
għal dawk l-iskoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti biex tużaw l-istimi proprji tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni skont l-Artikolu 143, kull skopertura għandha tkun assenjata wkoll fi grad tal-faċilità bħala parti mill-proċess ta’ approvazzjoni tal-kreditu;
l-istituzzjonijiet li jużaw il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 153(5) għall-assenjazzjoni tal-piżijiet ta’ riskju għall-iskoperturi tal-għoti ta’ self speċjalizzat għandhom jassenjaw kull waħda minn dawn l-iskoperturi fi grad skont l-Artikolu 170(2);
kull entità ġuridika separata li għaliha tkun esposta l-istituzzjoni għandha tkun klassifikata b’mod separat. L-istituzzjoni għandu jkollha linji politiċi adatti rigward it-trattament ta’ klijenti debituri individwali u gruppi ta’ klijenti konnessi;
skoperturi separati għall-istess debitur għandhom jiġu assenjati fl-istess grad ta’ debituri, irrispettivament minn kwalunkwe differenza fin-natura ta’ kull transazzjoni speċifika. Madanakollu, fejn skoperturi separati jitħallew jirriżultaw fi gradi multipli għall-istess debitur, għandu japplika dan li ġej:
riskju fi trasferiment bejn pajjiżi, meta dan ikun jiddependi minn jekk l-iskoperturi humiex denominati f’munita lokali jew barranija;
it-trattament ta’ garanziji assoċjati għal skopertura jistgħu jkunu riflessi f’assenjazzjoni aġġustata għal grad ta’ debitur;
il-protezzjoni tal-konsumatur, is-segretezza bankarja jew leġislazzjoni oħra tipprojbixxi l-iskambju tad-data dwar il-klijenti.
Artikolu 173
Integrità tal-proċess ta’ assenjazzjoni
Rigward l-iskoperturi għal impriżi, l-istituzzjonijiet u l-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali, u għall-iskoperturi għal ekwità fejn istituzzjoni tuża l-approċċ tal-PD/LGD stabbilit fl-Artikolu 155(3), il-proċess ta’ assenjazzjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin dwar l-integrità:
Assenjazzjonijiet u analiżi perjodika tal-assenjazzjonijiet għandhom jitlestew jew jiġu approvati minn parti indipendenti li ma tibbenefikax b’mod dirett mid-deċiżjonijiet biex jingħata l-kreditu;
L-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu l-assenjazzjonijiet tal-inqas darba fis-sena u jaġġustaw l-assenjazzjoni meta r-riżultat tar-reviżjoni ma jiġġustifikax ir-riport tal-assenjazzjoni attwali. Debituri b’riskju għoli u skoperturi bi problemi għandhom ikunu soġġetti għal analiżi aktar spissa. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu assenjazzjoni ġdida jekk issir disponibbli informazzjoni materjali dwar id-debitur jew l-iskopertura;
Istituzzjoni għandu jkollha proċess effettiv sabiex tikseb u taġġorna l-informazzjoni rilevanti dwar il-karatteristiċi ta’ debitur li jaffettwaw il-PDs, u dwar il-karatteristiċi tat-transazzjonijiet li jaffettwaw l-LGDs jew il-fatturi ta’ konverżjoni.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 174
L-użu ta’ mudelli
Jekk istituzzjoni tuża mudelli statistiċi u metodi mekkaniċi oħrajn sabiex tassenja skoperturi lil debituri jew faċilitajiet fi gradi jew aggregazzjonijiet, għandhom jiġu ssodisfatti r-rekwiżit li ġejjin:
il-mudell għandu jkollu kapaċità ta’ tbassir tajba u r-rekwiżiti ta’ kapital ma għandhomx jiġu distorti minħabba l-użu tiegħu. Il-varjabbli li jiddaħħlu għandhom jiffurmaw bażi raġonevoli u effettiva għat-tbassir li jirriżulta. Il-mudell ma għandux ikollu preġudizzji materjali;
l-istituzzjoni għandu jkollha implimentat proċess għal kontroll bir-reqqa tal-inputs fil-mudell, li jinkludi valutazzjoni tal-preċiżjoni, il-kompletezza u l-idonjetà tad-data;
id-data użata sabiex jinbena l-mudell għandha tkun rappreżentattiva tal-popolazzjoni tad-debituri jew l-iskoperturi attwali tal-istituzzjoni;
l-istituzzjoni għandu jkollha ċiklu regolari ta’ validazzjoni tal-mudelli li jinkludi l-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-istabbiltà tal-mudell; l-analiżi tal-ispeċifikazzjoni tal-mudell; u l-ittestjar tal-outputs tal-mudell mal-eżiti;
l-istituzzjoni għandha tikkumplimenta l-mudell statistiku permezz tal-ġudizzju uman u s-sorveljanza umana sabiex jiġu analizzati l-assenjazzjonijiet ibbażati fuq il-mudell u sabiex ikun żgurat li l-mudelli qed jintużaw b’mod xieraq. Il-proċeduri ta’ analiżi għandhom jimmiraw sabiex isibu u jillimitaw l-iżbalji assoċjati mal-punti debboli tal-mudell. Il-ġudizzji umani għandhom iqisu l-informazzjoni rilevanti kollha li mhijiex ikkunsidrata mill-mudell. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta dwar kif għandhom jiġu kkombinati l-ġudizzju uman u r-riżultati tal-mudell.
Artikolu 175
Dokumentazzjoni tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni
Fejn l-istituzzjoni tkun tuża mudelli statistiċi fil-proċess ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-metodoloġiji tagħhom. Dan il-materjal għandu:
jipprovdi spjega dettaljata tat-teorija, is-suppożizzjonijiet u l-bażi matematika u empirika tal-assenjazzjoni tal-istimi lill-gradi, id-debituri individwali, l-iskoperturi jew l-aggregazzjonijiet u s-sors(i) tad-data użati sabiex jiġi stmat il-mudell;
jistabbilixxi proċess statistiku rigoruż inklużi testijiet ta’ prestazzjoni extratemporali u extrakampjonarji (out-of-time and out-of-sample) għall-validazzjoni tal-mudell;
jindika kwalunkwe ċirkostanza li fiha l-mudell ma jaħdimx b’mod effettiv.
Artikolu 176
Konservazzjoni tad-data
Għall-iskoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, u għall-iskoperturi għal ekwità fejn istituzzjoni tuża l-approċċ tal-PD/LGD stabbilit fl-Artikolu 155(3), l-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu:
is-sensiliet storiċi kompleti tal-klassifikazzjonijiet dwar debituri u garanti rikonoxxuti;
id-dati li fihom ġew assenjati l-klassifikazzjonijiet;
id-data ewlenija u l-metodoloġija użata sabiex tingħata l-klassifikazzjoni;
il-persuna responsabbli mill-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni;
l-identità tad-debituri u l-iskoperturi li saru inadempjenti;
id-data u ċ-ċirkostanzi ta’ tali inadempjenzi;
data dwar il-PDs u r-rati ta’ inadempjenzi realizzati assoċjati mal-gradi ta’ klassifikazzjonijiet u migrazzjoni ta’ klassifikazzjonijiet.
L-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni proprji għandhom jiġbru u jaħżnu:
is-sensiliet storiċi kompleti tad-data dwar il-klassifikazzjonijiet tal-faċilitajiet u l-istimi tal-LGD u tal-fattur ta’ konverzjoni assoċjati ma’ kull skala ta’ klassifikazzjoni;
id-dati li fihom ġew assenjati l-klassifikazzjonijiet u meta saru l-istimi;
id-data ewlenija u l-metodoloġija użati sabiex tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni tal-faċilitajiet u l-istimi tal-LGD u tal-fattur ta’ konverżjoni;
il-persuna li assenjat il-klassifikazzjoni tal-faċilità u l-persuna li pprovdiet l-istimi tal-LGD u tal-fattur ta’ konverżjoni;
data dwar l-LGDs stmati u realizzati u l-fatturi ta’ konverzjoni assoċjati ma’ kull skopertura inadempjenti;
data dwar l-LGD tal-iskopertura qabel u wara l-evalwazzjoni tal-effetti ta’ garanzija/jew derivat ta’ kreditu, għal dawk l-istituzzjonijiet li jirreflettu l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-garanziji jew tad-derivati ta’ kreditu permezz tal-LGD;
data dwar il-komponenti tat-telf għal kull skopertura inadempjenti.
Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu:
data użata fil-proċess ta’ allokazzjoni tal-iskoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet;
data dwar il-PDs, l-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni stmati assoċjati ma’ gradi jew aggregazzjonijiet ta’ skoperturi;
l-identità tad-debituri u l-iskoperturi li saru inadempjenti;
għal skoperturi inadempjenti, id-data dwar il-gradi jew l-aggregazzjonijiet li fihom kienet assenjata l-iskopertura fis-sena qabel l-inadempjenza u r-riżultati realizzati fuq l-LGD u l-fattur ta’ konverzjoni;
data fuq ir-rati ta’ telf għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur rotattivi li jikkwalifikaw.
Artikolu 177
Testijiet tal-istess użati fil-valutazzjoni tal-adegwatezza kapitali
Artikolu 178
Inadempjenza ta’ debitur
Inadempjenza għandha tkun ikkunsidrata li seħħet fir-rigward ta’ debitur partikolari meta sseħħ waħda jew iż-żewg sitwazzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjoni tikkunsidra li d-debitur x’aktarx mhux se jħallas bis-sħiħ l-obbligazzjonijiet ta’ kreditu tiegħu lill-istituzzjoni, lill-impriża prinċipali jew lil xi waħda mis-sussidjarji tagħha, mingħajr rikors mill-istituzzjoni għal azzjonijiet bħal realizzazzjoni tal-garanziji;
id-debitur ikun qabeż id-data tal-maturità b'aktar minn 90 jum fuq kwalunkwe obbligazzjoni ta' kreditu materjali lill-istituzzjoni, lill-impriża prinċipali jew lil kwalunkwe sussidjarja tagħha. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jissostitwixxu 90 jum b'180 jum għall-iskoperturi garantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali tal-SMEs fil-klassi tal-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur, kif ukoll għall-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku. Il-180 jum ma għandhomx japplikaw għall-finijiet tal-punt (m) Artikolu 36(1) jew l-Artikolu 127.
Fil-każ ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw id-definizzjoni ta’ inadempjenza imniżżla fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu fil-livell ta’ faċilita ta’ kreditu individwali, minflok fir-rigward tal-obbligazzjonijiet totali ta’ mutwatarju.
Dawn li ġejjin għandom japplikaw għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1:
għal self kurrenti, id-data meta tinqabeż il-maturità tibda meta d-debitur ikun kiser il-limitu notifikat, meta jkun ġie notifikat limitu iżgħar mill-obbligazzjonijiet pendenti attwali, jew meta jkun ġibed kreditu mingħajr l-awtorizzazzjoni u l-ammont sottostanti jkun materjali;
għall-finijiet tal-punt (a), limitu notifikat jinkludi kwalunkwe limitu ta’ kreditu determinat mill-istituzzjoni u li dwaru d-debitur ikun ġie infurmat mill-istituzzjoni;
il-ġranet li jkunu għaddew minn meta tinqabeż il-maturità għall-karti ta’ kreditu jibdew mid-data tal-maturità tal-pagament minimu.
ir-rilevanza tal-maturità skaduta ta’ obbligazzjoni ta’ kreditu għandha tkun ivvalutata fuq bażi ta’ limitu, li jkun definit mill-awtoritajiet kompetenti. Dan il-limitu għandu jirrefletti livell ta’ riskju li l-awtorità kompetenti tikkunsidrah bħala raġonevoli;
l-istituzzjonijiet għandu jkollhom linji politiċi dokumentati fir-rigward ta’ kif jgħoddu l-ġranet tal-iskadenza tal-maturità, b’mod partikolari fir-rigward ta’ rimaturazzjoni tal-faċilitajiet u l-għoti ta’ estensjonijiet, emendi jew diferimenti, rinnovamenti, u netting tal-kontijiet eżistenti. Dawn il-linji politiċi għandhom jiġu applikati b’mod konsistenti maż-żmien, u għandhom ikunu konformi mal-ġestjoni interna tar-riskju u l-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjoni.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-elementi li għandhom jittieħdu bħala indikaturi ta’ improbabbiltà ta’ ħlas għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
l-istituzzjoni tagħti lill-obbligazzjoni ta’ kreditu status ta’ mhux dovuta;
l-istituzzjoni tirrikonoxxi aġġustament ta’ kreditu speċifiku li jirriżulta minn tnaqqis sinifikanti pperċeput fil-kwalità ta’ kreditu wara li l-istituzzjoni tkun assumiet l-iskopertura;
l-istituzzjoni tbiegħ l-obbligazzjoni ta’ kreditu b’telf ekonomiku materjali relatat mal-kreditu;
l-istituzzjoni tagħti l-permess għal ristrutturar f’diffikultà tal-obbligazzjoni ta’ kreditu fejn dan x’aktarx ikun se jirriżulta f’obbligazzjoni finanzjarju mnaqqsa kkawżata minn maħfra materjali, jew posponiment, ta’ kapital, imgħax jew fejn rilevanti, tariffi. Dan jinkludi ristrutturar f’diffikultà tal-ekwità stess fil-każ tal-iskoperturi tal-ekwitajiet valutati skont l-Approċċ tal-PD/LGD;
l-istituzzjoni fetħet proċedura għall-falliment tad-debitur jew xi proċedura simili fir-rigward tal-obbligazzjoni ta’ kreditu ta’ debitur lill-istituzzjoni, l-impriża prinċipali jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha;
id-debitur fittex jew tqiegħed f’falliment jew fi protezzjoni simili fejn dan jevita jew idewwem ir-ripagament ta’ obbligazzjoni ta’ kreditu lill-istituzzjoni, l-impriża prinċipali jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 179
Rekwiżiti kumplessivi għall-istima
Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li għandu jiġi assoċjat mal-gradi jew l-aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
l-istimi proprji tal-parametri tar-riskju, tal-PD, tal-LGD, tal-fattur tal-konverżjoni u tal-EL tal-istituzzjoni għandhom jinkludu d-data, l-informazzjoni u l-metodi rilevanti kollha. L-istimi għandhom ikunu bbażati kemm fuq l-esperjenza storika kif ukoll fuq il-provi empiriċi, u mhux ibbażati biss fuq kunsiderazzjonijet ta’ ġudizzju. L-istimi għandhom ikunu plawżibbli u intwittivi u għandhom ikunu bbażati fuq fatturi materjali tal-parametri tar-riskju rispettivi. Inqas ma l-istituzzjoni jkollha data, aktar trid tkun konservattiva fl-istima tagħha;
istituzzjoni għandha tkun tista’ tipprovdi analiżi sistematika tal-esperjenza ta’ telf tagħha f’termini ta’ frekwenza ta’ inadempjenzi, l-LGD, il-fattur ta’ konverżjoni, jew it-telf fejn jintużaw l-istimi tal-EL, bil-fatturi li hija tqis bħala l-fatturi tal-parametri tar-riskji rispettivi. L-istimi tal-istituzzjoni għandhom jirrappreżentaw esperjenza twila;
għandha tiġi kkunsidrata kull bidla fil-prattika tal-għoti ta’ self jew fil-proċess biex jinġabru l-irkupri matul il-perijodi tal-osservazzjoni msemmija fl-Artikolu 180(1)(h) u (2)(e), l-Artikolu 181(1)(j) u (2), 182(2) u (3). L-istimi tal-istituzzjoni għandhom jirreflettu l-implikazzjonijiet tal-avvanzi tekniċi u data ġdida u informazzjoni oħra, hekk kif dawn isiru disponibbli. L-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu l-istimi tagħhom meta jkun hemm informazzjoni ġdida iżda tal-inqas fuq bażi annwali;
il-popolazzjoni tal-iskoperturi rappreżentati fid-data użata għall-istima, l-istandards tal-għoti tas-self użati meta d-data kienet iġġenerata u karatteristiċi rilevanti oħrajn għandhom ikunu komparabbli ma’ dawk tal-iskoperturi u l-istandards tal-istituzzjoni. Il-kondizzjonijiet ekonomiċi jew tas-suq, sottostanti għad-data, għandhom ikunu rilevanti għall-kondizzjonijiet attwali u dawk prevedibbli. In-numru ta’ skoperturi fil-kampjun u l-perijodu tad-data użat għall-kwantifikazzjoni għandhom ikunu biżżejjed sabiex jipprovdu fiduċja lill-istituzzjoni fir-rigward tal-preċiżjoni u r-robustezza tal-istimi tagħha;
għal riċevibbli mixtrija, l-istimi għandhom jirreflettu l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli għall-istituzzjoni li tixtri rigward il-kwalità tar-riċevibbli sottostanti, inkluża d-data għal aggregzzjonijiet simili pprovduti mill-bejjiegħ, mill-istituzzjoni li tixtri, jew minn sorsi esterni. L-istituzzjoni li tixtri għandha tevalwa kwalunkwe data li tkun ibbażat fuqha u li tkun ipprovduta mill-bejjiegħ;
istituzzjoni għandha żżid mal-istimi tagħha marġni ta’ konservattiviżmu li huwa relatat mal-medda mistennija ta’ żbalji fl-istima. Fejn il-metodi u d-data huma kkunsidrati li jkunu inqas sodisfaċenti, il-medda mistennija ta’ żbalji tkun akbar, il-marġni ta’ konservattiviżmu għandu jkun akbar.
Fejn l-istituzzjonijiet jużaw stimi differenti għall-kalkolu tal-piżijiet ta’ riskju u għall-għanijiet interni, dan għandu jkun dokumentat u raġonevoli. Jekk l-istituzzjonijiet jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li għad-data miġbura qabel l-1 ta’ Jannar 2007 saru aġġustamenti adatti sabiex tinkiseb ekwivalenza wiesgħa mad-definizzjoni ta’ inadempjenza stabbilita fl-Artikolu 178 jew mat-telf, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjoni xi flessibbiltà fl-applikazzjoni tal-istandards meħtieġa għad-data.
Meta l-istituzzjoni tuża data aggregata ma’ istituzzjonijiet oħrajn, din għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
is-sistemi ta’ klassifikazzjoni u l-kriterji ta’ istituzzjonijiet oħra fl-aggregazzjoni huma simili għal tagħha;
l-aggregazzjoni hija rappreżentattiva tal-portafoll li għalih tintuża d-data aggregata;
id-data aggregata tintuża b’mod konsistenti tul iż-żmien mill-istituzzjoni għall-istimi tagħha;
l-istituzzjoni għandha tibqa’ responsabbli għall-integrità tas-sistemi tal-klassifikazzjoni tagħha;
l-istituzzjoni għandha żżomm fost il-kapaċitajiet tagħha fehim biżżejjed tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha, inkluża l-kapaċità li timmonitorja b’mod effettiv u tagħmel verifika tal-proċess ta’ klassifikazzjoni.
Artikolu 180
Rekwiżiti speċifiċi għall-istima tal-PD
Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li għandhom jiġu assoċjati mal-gradi jew l-aggregazzjonijiet tal-klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għall-istima tal-PD għal skoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali u għall-iskoperturi għal ekwità fejn istituzzjoni tuża l-approċċ tal-PD/LGD stabbilit fl-Artikolu 155(3):
l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-PDs skont il-grad tad-debitur minn medji fuq tul ta’ żmien ta’ rati ta’ inadempjenza ta’ sena. L-istimi tal-PD għal debituri li għandhom lieva finanzjarja qawwija jew għal debituri li l-assi tagħhom huma prinċipalment assi negozjati għandhom jirreflettu l-prestazzjoni tal-assi sottostanti abbażi ta’ perijodi ta’ volatilitajiet taħt stress;
għal riċevibbli korporattivi mixtrija, l-istituzzjonijiet jistgħu jistmaw l-EL skont il-grad tad-debitur minn medji fuq tul ta’ żmien ta’ rati ta’ inadempjenza ta’ sena;
jekk l-istituzzjoni tidderivi stimi medji fuq tul ta’ żmien tal-PDs u l-LGDs għal riċevibbli korporattivi mixtrija minn stima tal-EL, u stima adegwata tal-PD jew l-LGD, il-proċess ta’ stima tat-telf totali għandu jissodisfa l-istandards kumplessivi għall-istima tal-PD u tal-LGD stabbiliti f’din il-parti, u r-riżultat għandu jkun konsistenti mal-kunċett ta’ LGD kif stabbilit fl-Artikolu 181(1)(a);
l-istituzzjonijiet għandhom jużaw it-tekniki ta’ stima tal-PD dejjem flimkien ma’ analiżi ta’ sostenn. L-istituzzjonijiet għandhom jirrikonxxu l-importanza tal-konsiderazzjonijiet ta’ ġudizzju meta jgħaqqdu r-riżultati tat-tekniki u meta jagħmlu aġġustamenti għal-limitazzjonijiet tat-tekniki u l-informazzjoni;
sakemm l-istituzzjoni tuża data fuq esperjenza interna ta’ inadempjenza għall-istima tal-PDs, l-istimi għandhom jirreflettu l-istandards ta’ sottoskrizzjoni u ta’ kwalunkwe differenza fis-sistema ta’ klassifikazzjoni li ġġeneraw id-data u s-sistema ta’ klassifikazzjoni attwali. Fejn l-istandards ta’ sottoskrizzjoni jew is-sistemi ta’ klassifikazzjoni jkunu nbidlu, l-istituzzjoni għandha żżid marġni akbar ta’ konservattiviżmu fl-istima tagħha tal-PD;
sakemm l-istituzzjoni tassoċja l-gradi interni tagħha skont l-iskala użata minn ECAI jew organizzazzjonijiet simili u mbagħad tattribwixxi r-rata ta’ inadempjenza osservata għall-gradi tal-organizzazzjoni esterna għall-gradi tal-istituzzjoni, dawn l-assoċjazzjonijiet (mappings) għandhom ikun ibbażati fuq il-paragun tal-kriterji tal-klassifikazzjoni interni mal-kriterji użati mill-organizzazzjoni esterna u fuq il-paragun mal-klassifikazzjonijiet interni jew esterni ta’ kwalunkwe debitur komuni. Għandhom jiġu evitati l-preġudizzji jew l-inkonsistenzi fil-metodu tal-assoċjazzjoni jew fid-data sottostanti. Il-kriterji tal-organizzazzjoni esterna sottostanti għad-data użata għall-kwantifikazzjoni għandhom jiġu orjentati għar-riskju ta’ inadempjenza biss u mhux jirreflettu l-karatteristiċi tat-transazzjoni. L-analiżi mwettqa mill-istituzzjoni għandha tinkludi paragun tad-definizzjonijiet ta’ inadempjenzi użati, soġġett għar-rekwiżiti fl-Artikolu 178. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-kriterji abbażi tal-assoċjazzjonijiet;
sakemm dik l-istituzzjoni tuża l-mudelli statistiċi ta’ tbassir tal-inadempjenza, din titħalla tistma l-PDs bħala l-medja sempliċi tal-istimi tal-probabbiltà ta’ inadempjenza għal debituri individwali fi grad partikolari. L-użu li l-istituzzjoni tagħmel mill-mudelli ta’ probabbiltà ta’ inadempjenza għal dan il-għan għandu jissodisfa l-istandards speċifikati fl-Artikolu 174;
irrispettivament minn jekk l-istituzzjoni hiex tuża sorsi ta’ data esterni, interni jew aggregata jew inkella kombinazzjoni ta’ dawn it-tlieta, għall-istima tagħha tal-PD, it-tul tal-perijodu tal-osservazzjoni storika sottostanti użat għandu jkun tal-inqas ħames snin għal sors wieħed mill-anqas. Jekk il-perijodu ta’ osservazzjoni disponibbli jieħu perijodu itwal għal xi sors, u din id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dan il-perijodu itwal. Dan il-punt japplika wkoll għall-Approċċ tal-PD/LGD għal ekwità. Soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet li ma jkunux rċevew il-permess tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 sabiex jużaw l-istimi proprji tal-LGDs jew il-fatturi ta’ konverżjoni, jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, id-data rilevanti li tkopri perijodu ta’ sentejn. Il-perijodu li jrid ikun kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri perijodu ta’ ħames snin.
Għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-PDs skont il-grad tad-debitur jew tal-aggregazzjoni minn medji fuq tul ta’ żmien ta’ rati ta’ inadempjenza ta’ sena;
l-istimi tal-PDs jistgħu jinħarġu wkoll minn stima tat-total tat-telf u stimi adatti tal-LGDs;
l-istituzzjonijiet għandhom iqisu d-data interna għall-assenjazzjoni tal-iskoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet bħala s-sors primarju ta’ informazzjoni sabiex jistmaw il-karatteristiċi tat-telf. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw data esterna (inkluża data aggregata) jew mudelli statistiċi għall-kwantifikazzjoni jekk hemm iż-żewġ rabtiet mill-viċin li ġejjin:
bejn il-proċess tal-istituzzjoni ta’ assenjazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet u l-proċess użat mis-sors tad-data esterna; u
bejn il-profil ta’ riskju intern tal-istituzzjoni u l-kompożizzjoni tad-data esterna;
jekk l-istituzzjoni tidderivi l-istimi medji għal żmien twil tal-PD u l-LGD għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur minn stima ta' telf totali ◄ u stima adegwata tal-PD jew LGD, il-proċess ta’ stima tat-telf totali għandu jissodisfa l-istandards kumplessivi għall-istima tal-PD u l-LGD stabbiliti f’din il-parti, u r-riżultat għandu jkun konsistenti mal-kunċett tal-LGD kif stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 181(1);
irrispettivament mill-fatt jekk l-istituzzjoni tkunx qed tuża sorsi ta’ data esterni, interni jew aggregati jew kombinazzjoni ta’ dawn it-tlieta, għall-istima tal-karatteristiċi tat-telf, it-tul tal-perijodu ta’ osservazzjoni storika sottostanti użat għandu jkun tal-inqas ħames snin għal mill-inqas sors wieħed. Jekk il-perijodu ta’ osservazzjoni disponibbli għal kwalunkwe sors huwa itwal, u din id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dan il-perijodu itwal. L-istituzzjoni ma għandhiex bżonn tagħti l-istess importanza lil data storika jekk data aktar reċenti tagħti previżjoni aktar preċiża tar-rati ta’ telf. Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw id-data rilevanti li tkopri perijodu ta’ sentejn. Il-perijodu li jrid jiġi kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri perijodu ta’ ħames snin;
l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw u janalizzaw il-bidliet mistennija tal-parametri tar-riskju matul il-ħajja ta’ skoperturi għall-kreditu (effetti ta’ maturazzjoni).
Għal riċevibbli mixtrija fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw data ta’ referenza interna u esterna. L-istituzzjonijiet għandhom jużaw is-sorsi ta’ data rilevanti kollha bħala punti ta’ paragun.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
il-kondizzjonijiet li bihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-permessi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 u l-punt (e) tal-paragrafu 2;
il-metodoloġiji li bihom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-metodoloġija ta’ istituzzjoni għall-istima tal-PD skont l-Artikolu 143.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 181
Rekwiżiti speċifiċi għall-istimi proprji tal-LGD
Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li jridu jkunu assoċjati mal-gradi jew l-aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għal stimi proprji tal-LGD:
l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw l-LGDs skont il-grad jew l-aggregazzjoni tal-faċilità abbażi tal-medja ta’ LGDs realizzati skont il-grad jew l-aggregat tal-faċilità billi jużaw l-inadempjenzi osservati kollha fis-sorsi tad-data (medja ppeżata tal-inadempjenzi);
l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istimi tal-LGD li huma adatti għal fażi ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jekk dawn ikunu aktar konservattivi mill-medja fuq perijodu twil. Sakemm sistema ta’ klassifikazzjoni tkun mistennija li tipproduċi LGDs realizzati b’konsistenza skont il-grad jew l-aggregazzjoni tul iż-żmien, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti fl-istimi tagħhom tal-parametri tar-riskju skont il-grad jew l-aggregazzjoni sabiex jillimitaw l-impatt kapitali ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku;
l-istituzzjoni għandha tikkunsidra d-daqs ta’ kull dipendenza bejn ir-riskju tad-debitur ma’ dak tal-kollateral jew tal-fornitur tal-kollateral. Każijiet fejn ikun hemm grad sinifikanti ta’ dipendenza għandhom jiġu indirizzati b’mod konservattiv;
diskrepanzi fil-muniti bejn l-obbligazzjoni sottostanti u l-kollateral għandhom jiġu ttrattati b’mod konservattiv fil-valutazzjoni tal-istituzzjoni tal-LGD;
sa fejn l-istimi tal-LGD iqisu l-eżistenza tal-kollateral, dawn l-istimi ma għandhomx ikunu bbażati unikament fuq il-valur tas-suq stmat tal-kollateral. L-istimi tal-LGD għandhom jikkunsidraw l-effett tal-inabbiltà potenzjali tal-istituzzjonijiet sabiex minnufih jieħdu l-kontroll tal-kollateral tagħhom u jillikkwidawh;
sa fejn l-istimi tal-LGD jikkunsidraw l-eżistenza ta’ kollateral, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu rekwiżiti interni għall-ġestjoni tal-kollateral, iċ-ċertezza legali u l-ġestjoni tar-riskju li huma ġeneralment konsistenti ma’ dawk stabbiliti fil-Kapitolu 4, it-Taqsima 3;
sa fejn l-istituzzjoni tirrikonoxxi kollateral għad-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti skont il-Kapitolu 6, it-Taqsima 5 jew 6, kull ammont mistenni li jiġi rkuprat mill-kollateral ma għandux jitqies fl-istimi tal-LGD;
għall-każ speċifiku ta’ skoperturi diġà f’inadempjenza, l-istituzzjoni għandha tuża s-somma tal-aqwa stima tagħha ta’ telf mistenni għal kull skopertura fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali u l-istat tal-iskopertura u l-istima tagħha taż-żieda fir-rata tat-telf ikkawżata minn telf addizzjonali possibbli mhux mistenni matul il-perijodu ta’ rkupru, jiġifieri bejn id-data tal-inadempjenza u l-likwidazzjoni finali tal-iskopertura;
sa fejn it-tariffi minħabba dewmien mhux imħallsa ikunu ġew kapitalizzati fid-dikjarazzjoni tad-dħul ta’ istituzzjoni, dawn għandhom jiżdiedu fil-kejl tal-istituzzjoni ta’ skopertura u telf;
għal skoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, l-istimi tal-LGD għandhom ikunu bbażati fuq data fuq perijodu minimu ta’ ħames snin, u jiżdiedu b’sena kull sena wara l-implimentazzjoni sakemm jintlaħaq minimu ta’ seba’ snin, għal mill-inqas sors ta’ data wieħed. Jekk il-perijodu ta’ osservazzjoni disponibbli jieħu perijodu itwal għal xi sors, u din id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dan il-perijodu itwal.
Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħmlu dan li ġej:
jidderivaw l-istimi tal-LGD minn telf realizzat u l-istimi adatti tal-PDs;
jirreflettu ġbid futur jew fil-fatturi ta’ konverżjoni tagħhom jew fl-istimi tagħhom tal-LGD;
Għal riċevibbli mixtrija fil-livell tal-konsumatur jużaw data ta’ referenza esterna u interna sabiex jistmaw l-LGDs.
Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istimi tal-LGD għandhom ikunu bbażati fuq data li tkopri minimu ta’ ħames snin. L-istituzzjoni ma għandhiex bżonn tagħti l-istess importanza lil data storika jekk data aktar reċenti tagħti previżjoni aktar preċiża tar-rati ta’ telf. Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw id-data rilevanti li tkopri perijodu ta’ sentejn. Il-perijodu li jrid ikun kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri perijodu ta’ ħames snin.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
in-natura, is-severità u t-tul ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1;
il-kondizzjonijiet li bihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu istituzzjoni skont il-paragrafu 2 li tuża data rilevanti ◄ li tkopri perijodu ta’ sentejn fejn l-istituzzjoni timplimenta l-Approċċ IRB.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 182
Rekwiżiti speċifiċi għall-istimi proprji tal-LGD
Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li jridu jkunu assoċjati ma’ gradi jew aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għal stimi proprji tal-fattur ta’ konverżjoni:
l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-fatturi ta’ konverżjoni skont il-grad jew l-aggregazzjoni tal-faċilità abbażi tal-medja ta’ fatturi ta’ konverżjoni realizzati skont il-grad jew l-aggregazzjoni tal-faċilità billi jużaw il-medja ppeżata tal-inadempjenzi li tirriżulta mill-inadempjenzi osservati kollha fis-sorsi tad-data;
l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istimi tal-fattur ta’ konverżjoni li huma adatti fi żmien ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jekk dawn ikunu aktar konservattivi mill-medja fuq perijodu fit-tul. Sa fejn sistema ta’ klassifikazzjoni tkun mistennija tipproduċi fatturi ta’ konverżjoni realizzati b’konsistenza skont il-grad jew l-aggregazzjoni tul iż-żmien, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti fl-istimi tagħhom tal-parametri tar-riskju skont il-grad jew l-aggregazzjoni sabiex jillimitaw l-impatt kapitali ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku;
l-istimi tal-istituzzjonijiet tal-fatturi ta’ konverżjoni għandhom jirreflettu l-possibbiltà ta’ ġbid addizzjonali mid-debitur sa u wara d-data li fiha tiskatta inadempjenza. L-istima tal-fattur ta’ konverżjoni għandha tinkludi marġni akbar ta’ konservattiviżmu fejn korrelazzjoni pożittiva aktar b’saħħitha tista’ tkun raġonevolment mistennija bejn il-frekwenza tal-inadempjenza u l-kobor tal-fattur ta’ konverżjoni;
sabiex jaslu għall-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-linji politiċi u l-istrateġiji speċifiċi tagħhom fir-rigwrad tal-monitoraġġ tal-kontijiet u l-ipproċessar tal-pagamenti. L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ukoll il-kapaċità u r-rieda tagħhom li jipprevjenu ġbid ulterjuri f’ċirkostanzi ta’ kważi inadempjenza ta’ pagament, bħal vjolazzjonijiet ta’ pattijiet jew avvenimenti oħrajn ta’ inadempjenza teknika;
l-istituzzjonijiet għandu jkollhom sistemi adegwati u proċeduri fis-seħħ sabiex jimmonitorjaw l-ammonti tal-faċilità, l-obbligazzjonijiet pendenti attwali fil-linji impenjati u l-bidliet fl-obbligazzjonijiet pendenti skont id-debitur u skont il-grad. L-istituzzjoni għandha tkun tista’ timmonitorja l-bilanċi pendenti ta’ kuljum;
jekk l-istituzzjonijiet jużaw stimi differenti tal-fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-għanijiet interni dawn għandhom jiġu dokumentati u jkunu raġonevoli.
Għal skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, l-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni għandhom ikunu bbażati fuq data fuq perijodu minimu ta’ ħames snin. B’deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, istituzzjoni ma għandhiex bżonn tagħti l-istess importanza lir-rekwiżiti tad-data storika jekk data aktar reċenti tipprevedi l-ġbid bi preċiżjoni akbar. Soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, id-data rilevanti li tkopri perijodu ta’ sentejn. Il-perijodu li jrid ikun kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri perijodu ta’ ħames snin.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
in-natura, is-severità u t-tul ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1;
il-kondizzjonijiet skont liema l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-istituzzjoni tuża data rilevanti li tkopri perijodu ta’ sentejn meta l-istituzzjoni timplimenta l-Approċċ IRB għall-ewwel darba.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 183
Rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-effett tal-garanziji u d-derivati tal-kreditu għall-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali fejn jintużaw l-istimi proprji tal-LGD u l-iskoperturi fil-livell tal-konsumaturi
Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-garanti u l-garanziji eliġibbli:
l-istituzzjonijiet għandu jkollhom kriterji speċifikati b’mod ċar għat-tipi ta’ garanti li jirrikonoxxu għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju;
għall-garanti rikonoxxuti għandhom japplikaw l-istess regoli bħal għad-debituri kif stabbilit fl-Artikoli 171, 172 u 173;
il-garanzija għandha tkun evidenzjata bil-miktub, mhux kanċellabbli min-naħa tal-garanti, fis-seħħ sakemm l-obbligazzjoni tkun sodisfatta bis-sħiħ (sal-ammont u n-natura tal-garanzija) u legalment infurzabbli kontra l-garanti f’ġurisdizzjoni fejn il-garanti jkollu assi li fuqhom tista’ tiġi infurzata sentenza. Garanziji kundizzjonali li jippreskrivu kondizzjonijiet li skonthom il-garanti ma jistax ikun obbligat għall-adempjenza jistgħu jiġu rikonoxxuti soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti. Il-kriterji ta’ assenjazzjoni għandhom jindirizzaw b’mod adegwat kull tnaqqis potenzjali fl-effett ta’ mitigazzjoni tar-riskju.
Il-kriterji għandhom ikunu plawżibbli u intwittivi. Għandhom jindirizzaw il-kapaċità u r-rieda tal-garanti li josserva l-garanzija, iż-żmien probabbli ta’ kwalunkwe pagament mill-garanti, il-grad ta’ korrelazzjoni bejn il-kapaċità tal-garanti li josserva l-garanzija u l-kapaċità tad-debitur li jħallas lura, u l-punt sa fejn jibqa’ r-riskju reżidwu għad-debitur.
Il-kriterji għandhom jindirizzaw l-istruttura ta’ ħlas tad-derivat tal-kreditu u jivvalutaw b’mod konservattiv l-impatt li din ikollha fuq il-livell u ż-żmien tal-irkupri. L-istituzzjoni għandha tikkunsidra safejn jibqgħu forom oħra ta’ riskji reżidwali.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 184
Rekwiżiti għal riċevibbli mixtrija
L-istituzzjoni għandha tissorvelja kemm il-kwalità tar-riċevibbli mixtrija kif ukoll il-kondizzjoni finanzjarja tal-bejjiegħ u l-ġestur. Dan li ġej għandu japplika:
l-istituzzjoni għandha tivvaluta l-korrelazzjoni bejn il-kwalità tar-riċevibbli mixtrija u l-kondizzjoni finanzjarja kemm tal-bejjiegħ kif ukoll tal-ġestur, u timplimenta politiki u proċeduri interni li jipprovdu salvagwardji adegwati sabiex jipproteġu kontra kull kontinġenza, inkluża l-assenjazzjoni ta’ klassifikazzjoni interna tar-riskju għal kull bejjiegħ u ġestur;
l-istituzzjoni għandu jkollha politiki u proċeduri ċari u effettivi għad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà tal-bejjiegħ u tal-ġestur. L-istituzzjoni jew l-aġent tagħha għandhom iwettqu analiżi perjodiċi tal-bejjiegħa u l-ġesturi sabiex jivverifikaw il-preċiżjoni tar-rapporti mill-bejjiegħ jew mill-ġestur, jiskopru frodi jew punti debboli operattivi, u jivverifikaw il-kwalità tal-politiki ta’ kreditu tal-bejjiegħ u l-politiki u l-proċeduri tal-irkupru tal-ġestur. Ir-riżultati ta’ dawn l-analiżi għandhom jiġu dokumentati;
l-istituzzjoni għandha tivvaluta l-karatteristiċi tal-aggregazzjonijiet ta’ riċevibbli mixtrija, inkluż is-sovravvanzi; l-istorja tal-arretrati tal-bejjiegħ, dejn mitluf, u provviżjonijiet għad-dejn mitluf; termini tal-pagament, u l-kontrakontijiet potenzjali;
l-istituzzjoni għandu jkollha politiki u proċeduri effettivi għall-monitoraġġ ta’ konċentrazzjonijiet ta’ debitur wieħed fuq bażi aggregata kemm fi ħdan kif ukoll fost il-aggregazzjonijiet ta’ riċevibbli mixtrija;
l-istituzzjoni għandha tiżgura li tirċievi mingħand il-ġestur rapporti f’waqthom u biżżejjed dettaljati tal-iskadenzi u dilwizzjonijiet tar-riċevibbli sabiex tiżgura l-konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-istituzzjoni u l-politiki tal-avvanzi li jirregolaw ir-riċevibbli mixtrija, u jipprovdu mod effettiv li bih jissorveljaw u jikkonfermaw it-termini tal-bejgħ u d-dilwizzjoni tal-bejjiegħ.
Artikolu 185
Validazzjoni ta’ stimi interni
L-istituzzjonijiet għandhom jivvalidaw l-istimi interni tagħhom soġġett għar-rekwiżiti li ġejjin:
l-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ sistemi robusti biex jivvalidaw il-preċiżjoni u l-konsistenza tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni, il-proċessi, u l-istimi kollha tal-parametri tar-riskju rilevanti. Il-proċess ta’ validazzjoni interna għandu jippermetti lill-istituzzjoni tivvaluta l-prestazzjoni tas-sistemi interni ta’ klassifikazzjoni u ta’ stima tar-riskju b’mod konsistenti u sinifikattiv;
l-istituzzjonijiet għandhom iqabblu b’mod regolari r-rati ta’ inadempjenzi realizzati mal-PDs stmati għal kull grad u, fejn ir-rati ta’ inadempjenza realizzati jkunu barra l-medda mistennija għal dak il-grad, l-istituzzjonijiet għandhom b’mod speċifiku janalizzaw ir-raġunijiet għad-devjazzjoni. L-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi proprji tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni għandhom iwettqu wkoll analiżi analoga ta’ dawn l-istimi. Dawn il-paraguni għandhom jagħmlu użu mid-data storika li tkopri perijodu twil kemm jista’ jkun. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-metodi u d-data użati f’dawn il-paraguni. Din l-analiżi u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu aġġornati mill-inqas fuq bażi annwali;
l-istituzzjonijiet għandhom jużaw għodod ta’ validazzjoni kwantitattiva oħrajn u paraguni ma’ sorsi esterni ta’ data rilevanti. L-analiżi għandha tkun ibbażata fuq data li tkun adattata għall-portafoll, aġġornata regolarment, u tkopri perijodu ta’ osservazzjoni rilevanti. Il-valutazzjonijiet interni tal-istituzzjonijiet tal-prestazzjoni tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħhom għandhom ikunu bbażati fuq perijodu twil kemm jista’ jkun;
il-metodi u d-data użati għall-validazzjoni kwantitattiva għandhom ikunu konsistenti tul iż-żmien. Bidliet fil-metodi tal-istimi u l-validazzjoni u d-data (kemm is-sorsi tad-data fif ukoll il-perijodi koperti) għandhom jiġu ddokumentati;
l-istituzzjonijiet għandu jkollhom standards interni validi għal sitwazzjonijiet fejn derivazzjonijiet f’PDs, LGDs, fatturi ta’ konverżjoni u telf totali realizzati, fejn jintuża l-EL, minn aspettattivi, isiru sinifikattivi biżżejjed sabiex jixħtu dubju fuq il-validità tal- istimi. Dawn l-istandards għandhom jikkunsidraw iċ-ċikli ekonomiċi u l-varjabbiltà sistematika simili fl-esperjenzi ta’ inadempjenza. Fejn il-valuri realizzati jibqgħu ogħla mill-valuri mistennija, l-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu l-istimi ’l fuq sabiex jirreflettu l-esperjenzi tagħhom ta’ inadempjenza u ta’ telf;
Artikolu 186
Rekwiżit tal-fondi proprji u l-kwantifikazzjoni tar-riskju
Għall-finijiet ta’ kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji, l-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw l-istandards li ġejjin:
l-istima ta’ telf potenzjali għandha tkun robusta għal-movimenti negattivi tas-suq rilevanti għall-profil tar-riskju fit-tul tal-holdings speċifiċi tal-istituzzjoni. Id-data użata sabiex tirrappreżenta d-distribuzzjonijiet tar-rendiment għandha tirrefletti l-kampjun bl-itwal perijodu li għalih hija disponibbli u sinifikattiva d-data fir-rappreżentazzjoni tal-profil tar-riskju tal-iskoperturi tal-ekwitajiet speċifiċi tal-istituzzjoni. Id-data użata għandha tkun biżżejjed sabiex tipprovdi stimi ta’ telf konservattivi, statistikament affidabbli u robusti li mhumiex ibbażati biss fuq konsiderazzjonijiet soġġettivi u ta’ ġudizzju. Ix-xokk użat għandu jipprovdi stima konservattiva tat-telf potenzjali fuq ċiklu tas-suq jew ekonomiku fit-tul. L-istituzzjoni għandha tgħaqqad l-analiżi empirika tad-data disponibbli ma’ aġġustamenti bbażati fuq varjetà ta’ fatturi sabiex tikseb mudelli ta’ outputs li jilħqu realiżmu u konservattiviżmu xieraq. Fil-bini ta’ mudelli tal-Valur fir-Riskju (VaR) li jistmaw it-telf potenzjali trimestrali, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw data trimestrali jew jikkonvertu data fuq perijodi orizzontali iqsar għal ekwivalenti trimestrali billi jużaw metodu analitikament xieraq appoġġat minn provi empiriċi u permezz ta’ proċess ta’ ħsieb u analiżi żviluppati u dokumentati kif xieraq. Approċċ bħal dan għandu jiġi applikat b’mod konservattiv u konsistenti tul iż-żmien. Fejn data limitata rilevanti biss tkun disponibbli, l-istituzzjoni għandha żżid marġni xierqa ta’ konservattiviżmu;
il-mudelli użati għandhom ikopru b’mod adegwat ir-riskji materjali kollha li jinsabu fir-rendiment mill-ekwitajiet inkluż kemm ir-riskju ġenerali tas-suq kif ukoll l-iskopertura għar-riskju speċifiku tal-portafoll tal-ekwitajiet tal-istituzzjoni. Il-mudelli interni għandhom jispjegaw b’mod adegwat il-varjazzjoni storika tal-prezz, ikopru kemm il-kobor kif ukoll il-bidliet fil-kompożizzjoni tal-konċentrazzjonijiet potenzjali, u jkunu robusti f’qagħdiet avversi tas-suq. Il-popolazzjoni tal-iskoperturi tar-riskju rappreżentata fid-data użata għall-istima għandha tkun tixbaħ sew jew mill-inqas tkun komparabbli ma’ dik tal-iskoperturi tal-ekwitajiet tal-istituzzjoni;
il-mudell intern għandu jkun adatt għall-profil tar-riskju u l-kumplessità tal-portafoll tal-ekwitajiet ta’ istituzzjoni. Fejn istituzzjoni jkollha holdings materjali b’valuri li huma ferm nonlineari fin-natura tagħhom, il-mudelli interni għandhom ikunu mfassla b’mod li jkopru kif xieraq ir-riskji assoċjati ma’ tali strumenti;
l-assoċjazzjoni ta’ pożizzjonijiet individwali ma’ approssimazzjonijiet, indiċi tas-suq, u fatturi tar-riskju għandha tkun plawżibbli, intuwittiva, u valida fil-prinċipju;
l-istituzzjonijiet għandhom juru l-adegwatezza tal-fatturi tar-riskju, inkluża l-kapaċità tagħhom li jkopru kemm ir-riskju ġenerali kif ukoll dak speċifiku permezz ta’ analiżi empirika;
l-istimi tal-volatilità tar-rendiment tal-iskoperturi tal-ekwitajiet għandhom jinkludu d- data, l-informazzjoni, u l-metodi rilevanti u disponibbli. Għandha tintuża data interna jew data minn sorsi esterni inkluża data aggregata li tkun ġiet analiżżata b’mod indipendenti;
għandu jiġi implimentat programm rigoruż u komprensiv ta’ simulazzjoni ta’ kriżi.
Artikolu 187
Proċess u kontrolli tal-ġestjoni tar-riskji
Fir-rigward tal-iżvilupp u l-użu ta’ mudelli interni għall-finijiet tar-rekwiżit ta’ fondi proprji, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu politiki, proċeduri, u kontrolli sabiex jiżguraw l-integrità tal-mudell u l-proċess tal-immudellar. Dawn il-politiki, il-proċeduri, u l-kontrolli għandhom jinkludu dan li ġej:
integrazzjoni sħiħa tal-mudell intern fis-sistemi ta’ informazzjoni ta’ ġestjoni kumplessivi tal-istituzzjoni u fil-ġestjoni tal-portafoll tal-ekwitajiet tal-portafoll tan-negozjar. Il-mudelli interni għandhom jiġu integrati kompletament fl-infrastruttura tal-ġestjoni tar-riskji tal-istituzzjoni jekk huma partikolarment użati fit-tkejjil u l-ivvalutar tal-prestazzjoni tal-portafoll tal-ekwitajiet inklużi l-prestazzjoni aġġustata għar-riskju, l-allokazzjoni tal-kapital ekonomiku għall-iskoperturi tal-ekwitajiet u l-evalwazzjoni tal-adegwatezza kapitali kumplessiva u l-proċess tal-ġestjoni tal-investimenti;
sistemi ta’ ġestjoni, proċeduri, u funzjonijiet ta’ kontroll stabbiliti sabiex tiġi żgurata analiżi perjodika u indipendenti tal-elementi kollha tal-proċess intern ta’ mudellar, inkluża l-approvazzjoni tar-reviżjoni tal-mudelli, l-eżami tal-inputs fil-mudell, u l-analiżi tar-riżultati tal-mudell, bħal verifika diretta tal-komputazzjonijiet tar-riskju. Din l-analiżi għandha tivvaluta l-preċiżjoni, il-kompletezza, u l-adegwatezza tal-inputs u r-riżultati tal-mudell u tiffoka kemm fuq l-iskoperta kif ukoll fuq il-limitazzjoni ta’ żbalji potenzjali assoċjati ma’ punti debboli magħrufa u l-identifikazzjoni ta’ punti debboli mhux magħrufa fil-mudell. Tali analiżi tista’ titwettaq minn unità interna indipendenti, jew minn terza parti esterna indipendenti;
sistemi u proċeduri adegwati għall-monitoraġġ tal-limiti tal-investiment u l-iskoperturi tar-riskju tal-iskoperturi tal-ekwitajiet;
l-unitajiet responsabbli mit-tfassil u l-applikazzjoni tal-mudelli għandhom ikollhom indipendenza funzjonali mill-unitajiet responsabbli mill-ġestjoni tal-investimenti individwali;
il-partijiet responsabbli minn kwalunkwe aspett tal-proċess tal-mudellar għandhom ikollhom kwalifiki adegwati. Il-maniġment għandu jalloka biżżejjed riżorsi b’ħiliet u kompetenzi għall-funzjoni tal-immudellar.
Artikolu 188
Validazzjoni u dokumentazzjoni
L-istituzzjonijiet għandu jkollhom sistemi robusti fis-seħħ sabiex jivvalidaw il-preċiżjoni u l-konsistenza tal-mudelli interni u l-proċessi ta’ immudellar tagħhom. L-elementi materjali kollha tal-mudelli interni u l-proċess u l-validazzjoni tal-immudellar għandhom jiġu dokumentati.
Il-validazzjoni u d-dokumentazzjoni tal-mudelli interni u l-proċessi tal-mudellar tal-istituzzjoni għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti li ġejjin:
l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-proċess ta’ validazzjoni intern sabiex jivvalutaw il- prestazzjoni tal-mudelli u l-proċessi interni tagħhom b’mod konsistenti u sinifikattiv;
il-metodi u d-data użati għall-validazzjoni kwantitattiva għandhom ikunu konsistenti tul iż-żmien. Bidliet fil-metodi u d-data tal-istima u l-validazzjoni kemm fis-sorsi tad-data kif ukoll fil-perijodi koperti għandhom ikunu dokumentati;
l-istituzzjonijiet għandhom jipparagunaw b’mod regolari r-rendimenti reali mill-ekwitajiet ikkalkulati billi jużaw id-dħul u t-telf realizzati u mhux realizzati mal-istimi mudellati. Dawn il-paraguni għandhom jagħmlu użu mid-data storika li tkopri perijodu twil kemm jista’ jkun. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-metodi u d-data użati f’dawn il-paraguni. Din l-analiżi u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu aġġornati mill-inqas fuq bażi annwali;
l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu użu minn għodod oħrajn ta’ validazzjoni kwantitattiva u paraguni ma’ sorsi ta’ data esterni. L-analiżi għandha tkun ibbażata fuq data li tkun adattata għall-portafoll, aġġornata regolarment, u tkopri perijodu ta’ osservazzjoni rilevanti. Il-valutazzjonijiet interni tal-istituzzjonijiet tal-prestazzjoni tal-mudelli tagħhom għandhom ikunu bbażati fuq l-aktar perijodu twil possibbli;
l-istituzzjonijiet għandu jkollhom standards interni validi sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet fejn il-paraguni tar-rendiment reali mill-ekwitajiet mal-istimi tal-mudelli jixħet dubju dwar il-validità tal-stimi jew il-mudelli bħala tali. Dawn l-istandards għandhom jikkunsidraw iċ-ċikli ekonomiċi u l-varjabbiltà sistematika simili fir-rendiment mill-ekwitajiet. L-aġġustamenti kollha li jkunu saru fil-mudelli interni bħala konsegwenza tal-analiżi tal-mudelli għandhom jiġu ddokumentati u jkunu konsistenti mal-istandards ta’ analiżi tal-mudelli tal-istituzzjoni;
il-mudell intern u l-proċess ta’ mmudellar għandu jkun dokumentat, inklużi r-responsabbiltajiet tal-partijiet involuti fl-immudellar, u l-proċessi tal-approvazzjoni tal-mudell u tal-analiżi tal-mudell.
Artikolu 189
Governanza Korporattiva
L-amministrazzjoni għolja għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti li ġejjin:
għandhom jipprovdu notifika lill-korp ta’ ġestjoni jew lill-kumitat maħtur minnu dwar bidliet materjali jew eċċezzjonijiet mill-politiki stabbiliti li ser ikollhom effett materjali fuq l-operazzjonijiet tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tal- istituzzjoni;
għandu jkollhom fehim tajjeb tal-impostazzjoni u l-operazzjonijiet tas-sistemi tal-klassifikazzjoni;
għandhom jiżguraw, fuq bażi kontinwa li s-sistemi tal-klassifikazzjoni qed joperaw sew.
L-amministrazzjoni għolja għandha tkun informata regolarment mill-unitajiet tal-kontroll tar-riskji tal-kreditu dwar il-prestazzjoni tal-proċess tal-klassifikazzjoni, l-oqsma li jeħtieġu titjib, u l-qagħda tal-isforzi sabiex jitjiebu n-nuqqasijiet identifikati qabel.
Artikolu 190
Kontroll tar-riskji tal-kreditu
L-oqsma ta’ responsabbiltà għall-unità jew l-unitajiet ta’ kontroll tar-riskji tal-kreditu għandhom jinkludu:
l-ittestjar u l-monitoraġġ tal-gradi u l-aggregazzjonijiet;
il-produzzjoni u l-analiżi ta' rapporti ta' sinteżi tas-sistemi tal-klassifikazzjoni tal-istituzzjoni;
gradi u l-aggregazzjonijiet huma applikati b’konsistenza fid-dipartimenti u ż- żoni ġeografiċi;
l-analiżi u d-dokumentazzjoni ta’ kwalunkwe bidla fil-proċess tal-klassifikazzjoni, inklużi r-raġunijiet għall-bidliet;
l-analiżi tal-kriterji tal-klassifikazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk għadhomx jipprevedu r-riskji. Il-bidliet fil-proċess tal-klassifikazzjoni, fil-kriterji jew fil-parametri ta’ klassifikazzjoni individwali għandhom jiġu dokumentati u miżmuma;
parteċipazzjoni attiva fit-tfassil jew fl-għażla, fl-implimentazzjoni u l-validazzjoni tal-mudelli użati fil-proċess tal-klassifikazzjoni;
sorveljanza u superviżjoni tal-mudelli użati fil-proċess tal-klassifikazzjoni;
analiżi u alterazzjonijiet kontinwi fil-mudelli użati fil-proċess tal-klassifikazzjoni.
L-istituzzjonijiet li jużaw data aggregata skont l-Artikolu 179(2) jistgħu jesternalizzaw l-inkarigi li ġejjin:
il-produzzjoni ta’ informazzjoni rilevanti għall-ittestjar u l-monitoraġġ tal-gradi u l-aggregazzjonijiet;
il-produzzjoni ta' rapporti ta' sinteżi tas-sistemi ta' klassifikazzjoni tal-istituzzjoni;
il-produzzjoni ta’ informazzjoni rilevanti għall-analiżi tal-kriterji ta’ klassifikazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk għadhomx jipprevedu r-riskji;
id-dokumentazzjoni tal-bidliet fil-proċess tal-klassifikazzjoni, il-kriterji jew il- parametri ta’ klassifikazzjoni individwali;
il-produzzjoni ta’ informazzjoni rilevanti għall-analiżi u l-alterazzjonijiet kontinwi fil-mudelli użati fil-proċess ta’ klassifikazzjoni.
Artikolu 191
Verifika Interna
Il-verifika interna jew unità komparabbli oħra ta’ verifika indipendenti għandha tanalizza mill-inqas darba fis-sena s-sistemi ta’ klassifikazzjoni tal-istituzzjoni u l-operazzjonijiet tagħha, inklużi l-operazzjonijiet tal-funzjoni ta’ kreditu u l-istimi tal-PDs, l-LGDs, l-ELs u l-fatturi ta’ konverzjoni. L-oqsma analizzati għandhom jinkludu l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli kollha.
KAPITOLU 4
Mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu
Artikolu 192
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
‘istituzzjoni mutwanti’ tfisser l-istituzzjoni li għandha l-iskopertura kkonċernata;
‘transazzjoni ta’ għoti ta’ self garantit’ tfisser kwalunkwe transazzjoni li tirriżulta fi skopertura garantita minn kollateral li ma jinkludix dispożizzjoni li tagħti d-dritt lill- istituzzjoni li tirċievi marġni mill-inqas kuljum;
‘transazzjoni mmotivata mis-swieq kapitali’ tfisser kwalunkwe transazzjoni li tirriżulta fi skopertura garantita minn kollateral li tinkludi dispożizzjoni li tagħti d- dritt lill-istituzzjoni li tirċievi marġni mill-inqas kuljum;
'CIU sottostanti' tfisser CIU fl- ishma jew fl-unitajiet li fihom investiet CIU oħra.
Artikolu 193
Prinċipji għar-rikonoxximent tal-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu
Fejn l-istituzzjoni li tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat ikollha aktar minn forma waħda ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu li tkopri skopertura waħda, għandha tagħmel dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:
tagħmel suddiviżjoni tal-iskopertura f’partijiet koperti b’kull tip ta’ għodda ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu;
tikkalkula l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal kull parti miksuba fil-punt (a) b’mod separat skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 u ta’ dan il-Kapitolu.
Fejn l-istituzzjoni li tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat tkopri skopertura waħda bi protezzjoni tal-kreditu pprovduta minn fornitur ta’ protezzjoni wieħed u dik il-protezzjoni għandha maturitajiet differenti, għandha tagħmel dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:
tagħmel suddiviżjoni tal-iskopertura f’partijiet koperti b’kull għodda ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu;
tikkalkula l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal kull parti miksuba fil-punt (a) b’mod separat skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 u ta’ dan il-Kapitolu.
Artikolu 194
Prinċipji li jirregolaw l-eliġibbiltà tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu
Fuq talba tal-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni mutwanti għandha tipprovdi l-aktar verżjoni reċenti tal-opinjoni jew opinjonijiet legali indipendenti, bil-miktub u motivati li hija tkun użat biex tistabbilixxi jekk l-arranġament jew arranġamenti tagħha għall-protezzjoni tal-kreditu jissodisfawx il-kondizzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu.
L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu fil-kalkolu tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu biss fejn l-assi użati għall-protezzjoni jissodisfaw iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
huma jkunu inklużi fil-lista ta’ assi eliġibbli mniżżla fl-Artikoli 197 sa 200, kif applikabbli;
huma jkunu likwidi biżżejjed u l-valur tagħhom matul iż-żmien ikun stabbli biżżejjed biex tingħata ċ-ċertezza xierqa dwar il-protezzjoni tal-kreditu miksuba filwaqt li jitqiesu l-approċċ użat biex jiġu kkalkulati l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati għar-riskju u l-livell ta’ rikonoxximent permess.
Fil-każ ta’ protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu, ftehim ta’ protezzjoni għandu jikkwalifika bħala ftehim ta’ protezzjoni eliġibbli biss meta jilħaq iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
huwa inkluż fil-lista ta’ ftehimiet eliġibbli għall-protezzjoni stipulati fl-Artikoli 203 u 204(1);
huwa legalment effettiv u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti, sabiex jipprovdi ċ-ċertezza xierqa dwar il-protezzjoni tal-kreditu miksuba wara li jitqiesu l-approċċ użat għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir- riskju u tal-grad ta’ rikonoxximent permess;
il-fornitur tal-protezzjoni jissodisfa ż-żewġ kriterji stabbiliti fil-paragrafu 5.
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 195
Netting li jidher fil-karta tal-bilanċ
Istituzzjoni tista’ tuża n-netting fil-karta tal-bilanċ ta’ pretensjonijiet reċiproċi bejnha u l-kontroparti tagħha bħala forma eliġibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 196, l-eliġibbiltà hija limitata għall-bilanċi reċiproċi ta’ flus bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti. L-istituzzjonijiet jistgħu jemendaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u, kif ikun rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija biss għal self u depożiti li jkunu rċevew huma stess u li huma soġġetti għall-ftehim ta’ netting fil-karta tal-bilanċ.
Artikolu 196
Ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijet ta’ għoti jew teħid ta’ self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali
L-istituzzjonijiet li jadottaw il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 223 jistgħu jikkunsidraw l-effetti tal-kuntratti bilaterali ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist, transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti, jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali ma’ kontroparti. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 299, il-kollateral meħud u t-titoli jew il-prodotti li ttieħdu b’self f’tali ftehimiet jew transazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà għall-kollateral stabbiliti fl-Artikoli 197 u 198.
Artikolu 197
Eliġibbiltà ta’ kollateral skont l-approċċi u l-metodi kollha
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-elementi li ġejjin bħala kollateral eliġibbli skont l-approċċi u l-metodi kollha:
flus depożitati ma’, jew strumenti assimilati ta’ flus miżmuma mill-istituzzjoni mutwanti;
titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali, liema titoli għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI jew aġenzija ta’ esportazzjoni ta’ kreditu rikonoxxuta bħala eliġibbli għall-finijiet tal-Kapitolu 2 li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 4 jew ogħla tal-kwalità tal- kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali skont il-Kapitolu 2;
titoli ta’ dejn maħruġa minn istituzzjonijiet jew minn ditti tal-investiment li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità tal-kreditu skont ir-regoli għall-ponderazzjoni tar-riskju ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet skont il-Kapitolu 2;
titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet oħra li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità tal-kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal korporattivi skont il-Kapitolu 2;
titoli ta’ dejn b’valutazzjoni tal-kreditu b’terminu qasir minn ECAI li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità tal- kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi b’terminu qasir skont il-Kapitolu 2;
ekwitajiet jew bonds konvertibbli li huma inklużi f’indiċi ewlieni;
deheb;
pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li mhumiex pożizzjonijiet ta’ rititolizzazzjoni u li huma soġġetti għal piż ta’ riskju ta’ 100 % jew inqas skont l-Artikoli minn 261 sa 264 rispettivament.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, ‘titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali’ għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:
titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali, li għalihom l-iskoperturi huma ttratati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali li fil-ġurisdizzjoni tiegħu huma stabbiliti skont l-Artikolu 115(2);
titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet fis-settur pubbliku li huma ttrattati bħala skoperturi għall-gvernijiet ċentrali skont l-Artikolu 116(4);
titoli ta’ dejn maħruġa minn banek multilaterali tal-iżvilupp li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 117(2);
titoli ta’ dejn maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 118.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, ‘titoli ta’ dejn maħruġa minn istituzzjonijiet’ għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:
titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali għajr dawk it-titoli ta’ dejn imsemmija f’punt (a) tal-paragrafu 2;
titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet fis-settur pubbliku, li għalihom l-iskoperturi huma ttrattati skont l-Artikolu 116(1) u (2);
titoli ta’ dejn maħruġa minn banek multilaterali tal-iżvilupp għajr dawk li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 117(2).
Istituzzjoni tista’ tuża titoli ta’ dejn li jinħarġu minn istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment oħra u li ma jkollhomx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI bħala kollateral eliġibbli fejn dawk it-titoli ta' dejn jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
ikunu elenkati fi swieq rikonoxxuti;
jikkwalifikaw bħala dejn superjuri;
it-titoli kklassifikati kollha l-oħra maħruġin mill-istituzzjoni emittenti tal-istess prijorità għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità tal-kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet jew skoperturi b’terminu qasir skont il-Kapitolu 2;
l-istituzzjoni mutwanti ma għandha l-ebda informazzjoni li tindika li l-ħruġ ikun jiġġustifika valutazzjoni tal-kreditu aktar baxxa minn dik indikata fil-punt (c);
il-likwidità tas-suq tal-istrument hija biżżejjed għal dawn il-finijiet.
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw unitajiet jew ishma f’CIUs bħala kollateral eliġibbli fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-prezz l-unitajiet jew l-ishma jkun kkwotat pubblikament kuljum;
is-CIUs ikunu limitati li jinvestu fi strumenti li huma eliġibbli għar-rikonoxximent skont il-paragrafi 1 u 4;
is-CIUs jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 132(3).
Fejn CIU tinvesti f’ishma jew unitajiet ta’ CIU oħra, il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw bl-istess mod għal kwalunkwe tali CIU sottostanti.
L-użu ta’ strumenti derivati minn CIU bħala hedge għal investimenti permessi ma għandux jipprevjeni unitajiet jew ishma f’dik l-impriża milli jkunu eliġibbli bħala kollateral.
Meta kwalunkwe CIU sottostanti għandha hija stess CIUs sottostanti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw unitajiet jew azzjonijiet fis-CIU oriġinali bħala kollateral eliġibbli sakemm dawn japplikaw il-metodoloġija stipulata fl-ewwel subparagrafu
Fejn assi mhux eliġibbli jista’ jkollhom valur negattiv minħabba obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mis-sjieda, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:
jikkalkulaw il-valur totali tal-assi mhux eliġibbli;
fejn l-ammont miksub skont il-punt (a) ikun negattiv, inaqqsu l-valur assolut ta’ dak l-ammont mill-valur totali tal-assi eliġibbli.
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika dan li ġej:
l-indiċijiet ewlenin imsemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fil-punt (a) tal-Artikolu 198(1), fl-Artikolu 224(1) u (4), u fil-punt (e) tal-Artikolu 299(2);
il-boroż rikonoxxuti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, fil-punt (a) tal-Artikolu 198(1), fl-Artikolu 224(1) u (4), fil-punt (e) tal-Artikolu 299(2), fil-punt (k) tal-Artikolu 400(2), fil-punt (e) tal-Artikolu 416(3), fil-punt (c) tal-Artikolu 428(1), u fil-punt 12 tal-Anness III, f’konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fil-punt (72) tal-Artikolu 4(1).
L-AETS għandha tissottometti dawn l-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 198
Eliġibbiltà addizzjonali ta’ kollateral skont il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju
Minbarra l-kollateral speċifikat fl-Artikolu 197, meta l-istituzzjoni tuża l-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju speċifikat fl-Artikolu 223, dik l-istituzzjoni tista’ tuża l-elementi li ġejjin bħala kollateral eliġibbli:
ekwitajiet jew bonds konvertibbli mhux inklużi f’indiċi ewlieni iżda negozjati f’borża rikonoxxuta;
unitajiet jew ishma f’CIUs fejn jiġu ssodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
il-prezz l-unitajiet jew l-ishma jkun kkwotat pubblikament kuljum;
is-CIU hija limitata li tinvesti fi strumenti li huma eliġibbli għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 197(1) u (4) u l- elementi msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu.
Fil-każ fejn CIU tinvesti f’unitajiet jew ishma ta’ CIU oħra, il-kondizzjonijiet (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu japplikaw bl-istess mod għal kull tali CIU sottostanti.
L-użu ta’ strumenti derivati minn CIU bħala kopertura għal investimenti permessi ma għandux jipprevjeni unitajiet jew ishma f’dik l-impriża milli jkunu eliġibbli bħala kollateral.
Fejn assi mhux eliġibbli jista’ jkollhom valur negattiv minħabba obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mis-sjieda, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:
jikkalkulaw il-valur totali tal-assi mhux eliġibbli;
fejn l-ammont miksub skont il-punt (a) ikun negattiv, inaqqsu l-valur assolut ta’ dak l-ammont mill-valur totali tal-assi eliġibbli.
Artikolu 199
Eliġibbiltà addizzjonali għal kollateral skont l-Approċċ IRB
Minbarra l-kollateral imsemmi fl-Artikoli 197 u 198, l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB jistgħu jużaw ukoll il-forom ta’ kollateral li ġejjin:
kollateral ta’ proprjetà immobbli b’konfomità mal-paragrafi 2, 3 u 4;
riċevibbli b’konfomità mal-paragrafu 5;
kollateral fiżiku ieħor b’konfomità mal-paragrafi 6 u 8;
kiri b’konfomità mal-paragrafu 7.
Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 124(2), bħala kollateral eliġibbli l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw proprjetà residenzjali li hija li jew ser tkun okkupata jew mikrija mis-sid, jew is-sid benefiċjarju fil-każ ta’ kumpanniji ta’ investiment personali, u proprjetà kummerċjali immobbli, inklużi uffiċċji u bini kummerċjali ieħor, fejn jiġu ssodisfatti ż-żewġ l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-valur tal-proprjetà ma jiddependix materjalment fuq il-kwalità tal-kreditu tad-debitur. L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu mid-determinazzjoni tagħhom tal-materjalità ta’ tali dipendenza dawk is-sitwazzjonijiet fejn fatturi purament makroekonomiċi jaffettwaw kemm il-valur tal-proprjetà kif ukoll il-prestazzjoni tal-mutwatarju;
ir-riskju tal-mutwatarju ma jiddependix materjalment fuq il-prestazzjoni tal-proprjetà jew tal-proġett sottostanti, iżda fuq il-kapaċità sottostanti tal-mutwatarju li jħallas lura d-dejn minn sorsi oħra, u bħala konsegwenza l-ħlas lura tal-faċilità ma jkunx jiddependi materjalment fuq l-fluss ta’ flus iġġenerat mill-proprjetà sottostanti li sservi bħala kollateral.
L-istituzzjonijiet jistgħu jidderogaw mill-punt (b) tal-paragrafu 2 għall-iskoperturi ggarantiti minn proprjetà residenzjali li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, fejn l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru ppubblikat provi li juru li hemm preżenti suq tal-proprjetà residenzjali żviluppat sew u li ilu stabbilit f’dak it-territorju b’rati ta’ telf li ma jaqbżu l-ebda minn dawn il-limiti li ġejjin:
telf li ġej minn self kollateralizzat minn proprjetà residenzjali sa’ 80 % tal-valur tas-suq jew 80 % tal-valur tas-self ipotekarju, sakemm mhuwiex speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 124(2), fl-ebda sena ma jaqbeż iż-0,3 % tas-self pendenti kollateralizzat minn proprjetà residenzjali;
telf kumplessiv li ġej min self kollateralizzat minn proprjetà residenzjali fl-ebda sena ma jaqbeż iż-0,5 % tas-self pendenti kollateralizzat minn proprjetà residenzjali.
Fejn ma tintlaħaqx xi waħda mill-kondizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu f’sena partikolari, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw it-trattament stipulat f’dak is-subparagrafu sakemm iż-żewġ kondizzjonijiet ma jiġux sodisfatti f’sena sussegwenti.
L-istituzzjonijiet jistgħu jidderogaw mill-punt (b) tal-paragrafu 2 għall-proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru, fejn l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tkun ippubblikat provi li juru li jeżisti suq tal-proprjetà immobbli kummerċjali żviluppat sew u li ilu stabbilit f'dak it-territorju ◄ b’rati ta’ telf li ma jaqbżu ebda wieħed mil-limiti li ġejjin:
telf li ġej minn self kolleteralizzat minn proprjetà kummerċjali immobbli sa 50 % tal-valur tas-suq jew 60 % tal-valur tas-self tal-ipotekarju fl-ebda sena ma jaqbeż iż-0,3 % tas-self pendenti kolleteralizzat minn proprjetà kummerċjali immobbli;
telf kumplessiv li ġej min self kollateralizzat minn proprjetà kummerċjali immobbli fl-ebda sena ma jaqbeż iż-0,5 % tas-self pendenti kollateralizzat minn proprjetà kummerċjali immobbli.
Fejn ma tintlaħaqx xi waħda mill-kondizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu f’sena partikolari, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw it-trattament stipulat f’dak is-subparagrafu sakemm iż-żewġ kondizzjonijiet ma jiġux sodisfatti f’sena sussegwenti.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lil istituzzjoni li bħala kollateral eleġibbli tuża kollateral fiżiku ta’ tip li mhuwiex bħal dawk indikati fil-paragrafi 2, 3 u 4 fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
hemm swieq likwidi, evidenzjati minn transazzjonijiet frekwenti b’kont meħud tat-tip ta’ assi, għaċ-ċessjoni ta’ kollateral b’mod veloċi u ekonomikament effiċjenti. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu il-valutazzjoni ta’ din il-kondizzjoni b’mod perijodiku u meta l-informazzjoni tindika bidliet materjali fis-suq;
hemm prezzijiet tas-suq stabbiliti sew u disponibbli pubblikament għall-kollateral. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw prezzijiet tas-suq bħala stabbiliti sew fejn dawn jiġu minn sorsi affidabbli ta’ informazzjoni bħal indiċi pubbliċi u jkunu jirreflettu l-prezz tat-transazzjonijiet taħt kondizzjonijiet normali. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw il-prezzijiet tas-suq bħala pubblikament disponibbli, meta dawn il-prezzijiet jiġu divulgati, ikunu faċilment aċċessibbli, u jistgħu jinkisbu b’mod regolari u mingħajr piż amministrattiv jew finanzjarju żejjed;
l-istituzzjoni tanalizza l-prezzijiet tas-suq, iż-żmien u l-ispejjeż meħtieġa sabiex tirrealizza l-kollateral u r-rikavat realizzat mill-kollateral;
l-istituzzjoni turi li r-rikavat realizzat mill-kollateral mhuwiex inqas minn 70 % tal-valur tal-kollateral f’aktar minn 10 % tal-likwidazzjonijiet kollha għal tip partikolari ta’ kollateral. Fejn hemm volatilità materjali fil-prezzijiet tas-suq, l-istituzzjoniji turi għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li l-valutazzjoni tagħha tal-kollateral hija konservattiva biżżejjed.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw il-fatt li ntlaħqu l-kondizzjonijiet speċifikati fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu u dawk speċifikati fl-Artikolu 210.
Artikolu 200
Protezzjoni ffinanzjata oħra tal-kreditu
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-protezzjoni ffinanzjata oħra tal-kreditu li ġejja bħala kollateral eliġibbli:
flus depożitati ma’, jew strumenti assimilati ta’ flus miżmuma minn, istituzzjoni terza f’arranġament nondepożitarju u mirhun lill-istituzzjoni mutwanti;
poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mirhuna lill-istituzzjoni mutwanti;
strumenti maħruġa minn istituzzjoni jew minn ditta tal-investiment ta' parti terza li għandhom jiġu riakkwistati minn dik l-istituzzjoni jew minn dik id-ditta tal-investiment fuq talba.
Artikolu 201
Eliġibbiltà ta’ fornituri tal-protezzjoni taħt l-approċċi kollha
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-partijiet li ġejjin bħala fornituri eliġibbli tal-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu:
gvernijiet ċentrali u banek ċentrali;
gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali;
banek multilaterali tal-iżvilupp;
skoperturi ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li huma assenjati piż ta’riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 117;
entitajiet tas-settur pubbliku, meta l-krediti fir-rigward tagħhom jiġu trattati skont l-Artikolu 116;
istituzzjonijiet, u istituzzjonijiet finanzjarji li għalihom l-iskoperturi għall-istituzzjoni finanzjarja huma ttrattati bħala skoperturi għal istituzzjonijiet skont l-Artikolu 119(5);
entitajiet korporattivi oħrajn, inklużi impriżi prinċipali, sussidjarji u entitajiet korporattivi affiljati tal-istituzzjoni, ◄ fejn waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tkun issodisfatta:
dawk l-entitajiet korporattivi l-oħra għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI;
fil-każ ta’ istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB, dawn l-entitajiet korporattivi l-oħra ma għandhomx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta u huma kklassifikati internament mill-istituzzjoni;
kontropartijiet ċentrali li jikkwalifikaw.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw u jżommu l-lista ta’ dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li huma fornituri eliġibbli ta’ protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu taħt il-punt (f) tal-paragrafu 1, jew il-kriterji ta’ gwida biex jiġu identifikati tali fornituri eliġibbli oħrajn ta’ protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu, flimkien ma’ deskrizzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali applikabbli, u jaqsmu l-lista tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn skont l-Artikolu 117 tad-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 202
Eliġibbiltà ta’ fornituri tal-protezzjoni skont l-Approċċ IRB li jikkwalifikaw għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 153(3)
Istituzzjoni tista’ tuża istituzzjonijiet, ditti tal-investiment, kumpaniji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u aġenziji ta’ esportazzjoni tal-kreditu bħala fornituri eliġibbli ta’ protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu li jikkwalifikaw għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 153(3) fejn jilħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
għandhom kompetenza biżżejjed fil-forniment ta’ protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu;
huma rregolati b’mod li huwa ekwivalenti għar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew kellhom, fiż-żmien meta ġiet ipprovduta l-protezzjoni tal-kreditu, valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta li kienet ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 tal-kwalità tal-kreditu, jew ogħla, skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal korporattivi stabbiliti fil-Kapitolu 2;
kellhom, fiż-żmien meta ġiet ipprovduta l-protezzjoni tal-kreditu, jew għal kwalunkwe perijodu minn wara dik id-data, klassifikazzjoni interna b’PD ekwivalenti għal jew inqas minn dik assoċjata mal-livell 2 jew ogħla tal-kwalità tal-kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal korporattivi stabbiliti fil-Kapitolu 2;
għandhom klassifikazzjoni interna b’PD ekwivalenti għal jew inqas minn dik assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità tal-kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal korporattivi stabbiliti fil-Kapitolu 2.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-protezzjoni tal-kreditu pprovduta minn aġenziji ta’ esportazzjoni tal-kreditu ma għandhiex tibbenefika mill-ebda kontragaranzija espliċita tal-gvern ċentrali.
Artikolu 203
Eliġibbiltà ta’ garanziji bħala protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw garanziji bħala protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu eliġibbli.
Artikolu 204
Tipi ta’ derivati tal-kreditu eliġibbli
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw it-tipi ta’ derivati tal-kreditu li ġejjin, u l-istrumenti li jistgħu jiġu komposti minn tali derivati tal-kreditu jew li huma ekonomikamet effettivament simili, bħall-protezzjoni tal-kreditu eliġibbli:
swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (credit default swaps);
swaps totali tar-redditu;
noti marbutin mal-kreditu (credit linked notes) sal-limitu tal-kopertura tagħhom bi flus.
Fejn l-istituzzjoni tixtri l-protezzjoni tal-kreditu permezz ta’ total return swap u tirreġistra l-pagamenti netti irċevuti mas-swap bħala dħul nett, iżda ma tirreġistrax id-deterjorament korrispondenti fil-valur tal-assi li huwa protett jew billi tnaqqas il-valur ġust jew permezz ta’ żieda fir-riżervi, dik il-protezzjoni tal-kreditu ma tikkwalifikax bħala protezzjoni tal-kreditu eliġibbli.
Fejn tkun twettqet hedge interna skont l-ewwel subparagrafu u r-rekwiżiti f’dan il-Kapitolu ikunu ntlaħqu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet 4 sa 6 għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija fejn dawn jixtru protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu.
Artikolu 205
Rekwiżiti għal ftehimiet ta’ netting fil-karta tal-bilanċ għajr ftehimiet ewlenin ta’ netting imsemmija fl-Artikolu 206
Il-ftehimiet tan-netting fil-karta tal-bilanċ għajr il-ftehimiet ewlenin ta’ netting imsemmija fl-Artikolu 206 għandhom jikkwalifikaw bħala forma eliġibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
dawk il-ftehimiet huma legalment effettivi u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha, inkluż fl-każ ta’ insolvenza jew falliment ta’ kontroparti;
fi kwalunkwe mument, l-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw l-assi u l-passivi li huma soġġetti għal dawn il-ftehimiet;
l-istituzzjonijiet jissorveljaw u jikkontrollaw ir-riskji assoċjati mat-terminazzjoni tal-protezzjoni tal-kreditu fuq bażi kontinwa;
l-istituzzjonijiet jissorveljaw u jikkontrollaw l-iskoperturi rilevanti fuq bażi netta u jagħmlu dan fuq bażi kontinwa.
Artikolu 206
Rekwiżiti għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali
Ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist, transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali għandhom jikkwalifikaw bħala forma eliġibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu fejn il-kollateral ipprovdut skont dawn il-ftehimiet jissodosfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 207(2) sa (4) u fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
huma legalment effettivi u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha, inkluż fil-każ ta’ falliment jew insolvenza tal-kontroparti;
jagħtu d-dritt lil parti mhux inadempjenti li ttemm u tagħlaq fil-waqt it-transazzjonijiet kollha skont il-ftehim malli sseħħ inadempjenza, inkluż fil-każ ta’ falliment jew insolvenza tal-kontroparti;
jipprovdu għal netting ta’ qligħ u telf għal transazzjonijiet imwettqa skont ftehim sabiex ikun dovut ammont nett wieħed minn parti waħda lill-oħra.
Artikolu 207
Rekwiżiti għall-kollateral finanzjarju
Titoli maħruġa mid-debitur, jew kwalunkwe entità fi grupp relatat, ma għandhomx jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli. Minkejja dan, il-ħruġ mid-debitur ta’ bonds koperti tiegħu stess li jaqgħu taħt it-termini tal-Artikolu 129 jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli meta jiġu depożitati bħala kollaterali għal transazzjoni ta’ riakkwist, jekk jikkonformaw mal-kondizzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu.
L-istituzzjonijiet għandhom ikunu wettqu analiżi legali suffiċjenti li tikkonferma l-infurzabbiltà tal-arranġamenti tal-kollateral fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha. Għandhom jerġgħu jwettqu tali analiżi kif neċessarju sabiex tiġi żgurata l-infurzabbiltà kontinwata.
L-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti operattivi li ġejjin kollha:
għandhom jiddokumentaw sew l-arranġamenti tal-kollateral u jkollhom stabbiliti proċeduri ċari u robusti għal-likwidazzjoni f’waqtha tal-kollateral;
għandhom jużaw proċeduri u proċessi robusti sabiex jikkontrollaw riskji li ġejjin mill-użu tal-kollateral, inklużi riskji ta’ protezzjoni tal-kreditu falluta jew imnaqqsa, ir-riskji ta’ valutazzjoni, riskji assoċjati mat- terminazzjoni tal-protezzjoni tal-kreditu, riskji ta’ konċentrazzjoni li ġejjin mill-użu ta’ kollateral u l-interazzjoni mal-profil tar-riskju kumplessiv tal- istituzzjoni;
għandu jkollhom politiki u prattiki dokumentati fis-seħħ li jikkonċernaw it-tipi u l-ammonti ta’ kollateral aċċettat;
għandhom jikkalkulaw il-valur tas-suq tal-kollateral, u jivvalutawh mill-ġdid kif adatt, mill-inqas darba kull sitt xhur u meta jkollhom raġuni għalfejn jaħsbu li seħħ tnaqqis sinifikanti fil-valur tas-suq tal-kollateral;
fejn il-kollateral ikun ta’ parti terza, għandhom jieħdu passi raġonevoli sabiex jiżguraw li l-parti terza tissepara l-kollateral mill-assi proprji tagħha;
għandhom jiżguraw li jiddedikaw riżorsi biżżejjed għall-funzjonament b’mod ordnat ta’ ftehimiet dwar il-marġni ma’ derivati OTC u l-kontropartijiet li jiffinanzjaw it-titoli, kif ikkalkulati mill-prontezza u l-preċiżjoni tas-sejħiet tagħhom li joħorġu għall-manutenzjoni tal-marġni u l-ħin ta’ rispons għas-sejħiet li jidħlu għall-manutenzjoni tal-marġni;
għandu jkollhom fis-seħħ politiki ta’ ġestjoni tal-kollateral biex jikkontrollaw, jissorveljaw u jirraportaw dan li ġej:
ir-riskji li għalihom il-ftehimiet dwar il-marġni jesponuhom;
ir-riskju ta’ konċentrazzjoni għal tipi partikolari ta’ assi kollaterali;
l-użu mill-ġdid ta’ kollateral inkluż in-nuqqas potenzjali ta’ likwidità li jirriżulta mill-użu mill-ġdid ta’ kollateral irċevut minn kontropartijiet;
ir-rinunzja tad-drittijiet għal kollateral depożitat mal-kontropartijiet.
Artikolu 208
Rekwiżiti għal kollateral li huwa proprjetà immobbli
Għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin dwar iċ-ċertezza legali:
ipoteka jew imposta hija infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet kollha li huma rilevanti fi żmien il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu u għandhom jiġu ppreżentati kif xieraq u fil-pront;
ġew issodisfatti r-rekwiżiti legali kollha għall-istabbiliment tar-rahan;
il-ftehim ta’ protezzjoni u l-proċess legali sottostanti jippermettu lill-istituzzjoni li tirrealizza l-valur tal-protezzjoni f’perijodu ta’ żmien raġonevoli.
Għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin dwar il-monitoraġġ tal-valuri tal-proprjetà u l-valutazzjoni tal-proprjetà:
l-istituzzjonijiet jissorveljaw il-valur tal-proprjetà b’mod frekwenti u b’minimu ta’ darba fis-sena għal proprjetà kummerċjali immobbli u darba kull tliet snin għall-proprjetà residenzjali. L-istituzzjonijiet iwettqu sorvejlanza aktar frekwenti fejn is-suq huwa soġġett għal bidliet sinifikanti fil-kondizzjonijiet;
il-valutazzjoni tal-proprjetà tiġi riveduta meta l-informazzjoni disponibbli għall- istituzzjonijiet tindika li l-valur tal-proprjetà jista’ jkun li naqas materjalment fir-rigward tal-prezzijiet ġenerali tas-suq u dik ir-reviżjoni titwettaq minn stimatur li għandu l-kwalifiki, l-abbiltà u l-esperjenza meħtieġa sabiex iwettaq valutazzjoni u li huwa indipendenti mill-proċess tad-deċiżjoni dwar il-kreditu. Għal self li jaqbeż EUR 3 miljuni jew il-5 % tal-fondi proprji ta’ istituzzjoni, il-valutazzjoni tal-proprjetà għandha tiġi riveduta minn tali stimatur mill-inqas kull tliet snin.
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw metodi statistiċi sabiex jissorveljaw il-valur tal-proprjetà immobbli u sabiex jidentifikaw proprjetà immobbli li teħtieġ rivalutazzjoni.
Artikolu 209
Rekwiżiti għar-reċivibbli
Għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin dwar iċ-ċertezza legali:
il-mekkaniżmu legali li permezz tiegħu jiġi pprovdut il-kollateral lil istituzzjoni mutwanti għandu jkun robust u effettiv u jiżgura li dik l-istituzzjoni għandha drittijiet ċari fuq il-kollateral inkluż id-dritt għar-rikavati mill-bejgħ tal-kollateral;
l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jissodisfaw ir- rekwiżiti lokali fir-rigward tal-infurzabbiltà tal-interess fuq it-titolu. L- istituzzjonijiet mutwanti għandu jkollhom pretensjoni tal-ewwel prijorità fuq il- kollateral għalkemm tali pretensjonijiet jistgħu jiqbgħu soġġetti għall- pretensjonijiet ta’ kredituri preferenzjali kif ikun speċifikat f’dispożizzjonijiet leġiżlattivi;
l-istituzzjonijiet għandhom ikunu wettqu analiżi legali suffiċjenti li tikkonferma l-infurzabbiltà tal-arranġamenti tal-kollateral fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha;
l-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw kif xieraq l-arranġamenti tal-kollateral tagħhom u għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri ċari u robusti għall-irkupru fil-pront tal-kollateral;
l-istituzzjonijiet għandu jkollhom proċeduri stabbiliti sabiex jiżguraw li jiġu osservati kwalunkwe kondizzjonijiet legali meħtieġa għad-dikjarazzjoni ta’ inadempjenza ta’ mutwatarju u għall-irkupru fil-pront ta’ kollateral;
fil-każ ta’ diffikultà finanzjarja jew inadempjenza ta’ mutwatarju, l-istituzzjonijiet għandu jkollhom awtorità legali sabiex ibigħu jew jassenjaw ir-riċevibbli lil partijiet oħra mingħajr il-kunens tad-debituri tar-riċevibbli.
Għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin dwar il-ġestjoni tar-riskji:
istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ proċess validu għad-determinazzjoni ta’ riskju tal-kreditu assoċjat mar-riċevibbli. Tali proċess għandu jinkludi analiżi tan-negozju u l-industrija tal-mutwatarju u t-tipi ta’ klijenti li jinnegozja magħhom. Fejn l-istituzzjoni tiddependi fuq il-mutwatarji tagħha sabiex taċċerta r-riskju tal-kreditu tal-konsumaturi, l-istituzzjoni għandha tanalizza l-prattiki ta’ kreditu tal-mutwatarji sabiex tiżgura ruħha mill-validità u l-kredibbiltà tagħhom;
id-differenza bejn l-ammont tal-iskopertura u l-valur tar-riċevibbli għandu jirreflettu l-fatturi xierqa kollha, inklużi l-ispiża tal-irkupru, il-konċentrazzjoni fl-aggregazzjoni tar-riċevibbli mirhuna minn mutwatarju individwali, u r-riskju potenzjali ta’ konċentrazzjoni fi ħdan l-iskoperturi totali tal-istituzzjoni lil hinn minn dak ikkontrollat mill-metodoloġija ġenerali tal-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom iżommu proċess kontinwu ta’ monitoraġġ adatt għar-riċevibbli. Għandhom janalizzaw ukoll, fuq bażi regolari, il-konformità mal-ftehimiet tal-għoti tal-self, ir-restrizzjonijiet ambjentali, u r-rekwiżiti legali oħrajn;
riċevibbli mirhuna minn mutwatarju għandhom ikunu diversifikati u mhux korrelatati iżżejjed ma’ dak il-mutwatarju. Fejn ikun hemm korrelazzjoni materjali pożittiva, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu r-riskji li jmorru mal-iffissar tal-marġni għall-aggregazzjoni kollha tal-kollateral;
l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw riċevibbli minn affiljati ta’ mutwatarju, inklużi sussidjarji u impjegati, bħala protezzjoni tal-kreditu eliġibbli;
l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ proċess dokumentat għall-ġbir ta’ pagamenti ta’ riċevibbli f’sitwazzjonijiet ta’ diffikultà. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ il-faċilitajiet meħtieġa għall-irkupru anki meta normalment jiddependu fuq il-mutwatarji tagħhom għall-ġbir.
Artikolu 210
Rekwiżiti għal kollateral fiżiku ieħor
Kollateral fiżiku għajr kollateral li huwa proprjetà immobbli għandu jikkwalifika bħala kollateral eliġibbli skont l-Approċċ IRB fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-arraġnament tal-kollateral li taħtu jiġi pprovdut il-kollateral fiżiku lill-istituzzjoni għandu jkun legalment effettiv u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha u għandu jippermetti lill-istituzzjoni li tirrealizza l-valur tal-kollateral fi żmien raġonevoli;
bl-eċċezzjoni unika tal-pretensjonijiet tal-ewwel prijorità permissibbli msemmija fl-Artikolu 209(2)(b), l-ewwel rhuna, jew imposti fuq, kollateral biss għandhom jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli u istituzzjoni għandu jkollha prijorità fuq il-mutwanti l-oħra kollha għar-rikavat realizzat mill-kollateral;
l-istituzzjonijiet għandhom jissorveljaw il-valur tal-kollateral fuq bażi frekwenti u mill-inqas darba fis-sena. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu monitoraġġ aktar frekwenti fejn is-suq ikun soġġett għal bidliet sinifikanti fil-kondizzjonijiet;
il-ftehim ta’ self għandu jinkludi deskrizzjonijiet dettaljati tal-kollateral kif ukoll speċifikazzjonijiet dettaljati tal-mod u l-frekwenza tar-rivalutazzjoni;
l-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw b’mod ċar fil-politiki u l-proċeduri tal-kreditu interni tagħhom disponibbli għall-eżami tat-tipi ta’ kollateral fiżiku li jaċċettaw u l-politiki u l-prattiki li għandhom fis-seħħ fir-rigward tal-ammont xieraq ta’ kull tip ta’ kollateral relatat mal-ammont tal-iskopertura;
il-politiki ta’ kreditu tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-istruttura tat-transazzjoni għandhom jindirizzaw dawn li ġejjin:
ir-rekwiżiti ta’ kollateral xieraq relattiv għall-ammont tal-iskopertura;
il-kapaċità ta’ likwidazzjoni fil-pront tal-kollateral;
il-kapaċità li prezz jew valur tas-suq ikun stabbilit b’mod oġġettiv;
il-frekwenza li biha l-valur jista’ jinkiseb fil-pront, inkluża evalwazzjoni jew valutazzjoni professjonali;
il-volatilità jew approssimazzjoni tal-volatilità tal-valur tal-kollateral.
meta jwettqu l-valutazzjoni inizjali u r-rivalutazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont sħiħ ta’ kull deterjorament jew obsolenza tal-kollateral, billi jagħtu attenzjoni partikolari lill-effetti tal-passaġġ taż-żmien fuq kollateral sensittiv għall-moda jew iż-żmien;
l-istituzzjonijiet għandu jkollhom id-dritt li fiżikament jispezzjonaw il-kollateral. Għandu jkollhom ukoll politiki u proċeduri fis-seħħ sabiex jindirizzaw l-eżerċizzju tad-dritt tagħhom għal spezzjoni fiżika;
il-kollateral użat bħala protezzjoni għandu jkun adegwament assigurat kontra r-riskju ta’ ħsara u l-istituzzjonijiet għandu jkollhom proċeduri fis-seħħ sabiex jissorveljaw dan.
Artikolu 211
Rekwiżiti għat-trattament ta’ skoperturi ta’ kiri bħala kollateralizzati
L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw skoperturi li jirriżultaw minn transazzjonijiet ta’ kiri bħala kollateralizzati skont it-tip ta’ proprjetà mikrija, fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 208 jew 210, kif applikabbli, għat-tip ta’ proprjetà mikrija sabiex tikkwalifika bħala kollateral eliġibbli;
is-sid il-kera għandu fis-seħħ ġestjoni tar-riskji robust fir-rigward tal-użu magħmul mill-assi mikrija, il-lokalità tiegħu, l-età u t-tul ta’ żmien ippjanat tal-użu tiegħu, inkluż monitoraġġ xieraq tal-valur tal-garanzija;
is-sid il-kera huwa l-proprjetarju legali tal-assi u jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu bħala sid fil-ħin;
fejn din għadha ma ġietx aċċertata fil-kalkolu tal-livell ta’ LGD, id-differenza bejn il-valur tal-ammont mhux ammortizzat u l-valur tas-suq tal-garanzija mhijiex daqshekk kbira li tenfasizza wisq il-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu attribwita lill-assi mikrijin.
Artikolu 212
Rekwiżiti għal protezzjoni ffinanzjata oħra tal-kreditu
Flus iddepożitati ma’, jew strumenti ta’ flus assimilati miżmuma minn, instituzzjoni terza, għandhom ikunu eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 232(1), meta jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-pretensjoni ta’ mutwatarju kontra l-istituzzjoni terza hija mirhuna bil-miftuħ jew assenjata lill-istituzzjoni mutwanti u t-tali rahan jew assenjazzjoni hija legalment effettiva u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha u hija mingħajr kondizzjonijiet u irrevokabbli;
l-istituzzjoni terza hija nnotifikata dwar ir-rahan jew l-assenjazzjoni;
bħala konsegwenza tan-notifika, l-istituzzjoni terza tista’ tagħmel pagamenti biss lill-istituzzjoni mutwanti jew lil partijiet oħra biss bil-kunsens minn qabel tal-istituzzjoni mutwanti.
Poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mirhuna lill-istituzzjoni mutwanti għandhom jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja hi mirhuna jew assenjata bil-miftuħ lill-istituzzjoni mutwanti;
il-kumpannija li tagħti l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tiġi notifikata dwar ir-rahan jew l-assenjazzjoni u, bħala riżultat tan-notifika, tista’ ma tħallasx l-ammonti pagabbli skont il-kuntratt mingħajr kunsens minn qabel tal-istituzzjoni mutwanti;
ċessjoni f’każ ta’ inadempjenza tal-mutwatarju;
l-istituzzjoni mutwanti hija infurmata b’kull nuqqas ta’ pagament skont il-polza mid-detentur tal-polza;
il-protezzjoni tal-kreditu hija pprovduta għall-maturità tas-self. Fejn dan mhuwiex possibbli minħabba li r-relazzjoni tal-assigurazzjoni tintemm qabel ma tiskadi r-relazzjoni tas-self, l-istituzzjoni għandha tiżgura li l-ammont idderivat mill-kuntratt tal-assigurazzjoni jservi lill-istituzzjoni bħala garanzija sa tmiem it-tul taż-żmien tal-ftehim tal-kreditu;
ir-rahan jew l-assenjazzjoni hija legalment effettiva u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet kollha li huma rilevanti fi żmien il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu;
il-valur taċ-ċessjoni huwa dikjarat mill-kumpannija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u ma jistax jitnaqqas;
fuq talba, il-valur taċ-ċessjoni għandu jitħallas mill-kumpannija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja fil-pront;
il-valur taċ-ċessjoni ma għandux jintalab migħajr il-kunsens minn qabel tal-istituzzjoni;
il-kumpannija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja hija soġġetta għad-Direttiva 2009/138/KE jew hija soġġetta għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.
Artikolu 213
Rekwiżiti komuni għall-garanziji u d-derivati tal-kreditu
Soġġett għall-Artikolu 214(1), il-protezzjoni tal-kreditu minn garanzija jew derivat tal-kreditu għandha tikkwalifika bħala protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu eliġibbli fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-protezzjoni tal-kreditu hija diretta;
hemm definizzjoni ċara u inkontrovertibbli ta’ sa fejn tasal il-protezzjoni tal- kreditu;
il-kuntratt tal-protezzjoni tal-kreditu ma fih l-ebda klawżola, li t-twettiq tagħha ma taqax taħt il-kontroll dirett tal-mutwanti, li:
tippermetti lill-fornitur tal-protezzjoni jikkanċella l-protezzjoni b’mod unilaterali;
iżżid l-kost effettiv tal-protezzjoni bħala konsegwenza ta’ deterjorament fil-kwalità tal-kreditu tal-iskopertura protetta;
tista’ tipprevjeni lill-fornitur tal-protezzjoni milli jkun obbligat jħallas fil-ħin f’każ li d-debitur oriġinali jonqos milli jħallas xi pagamenti dovuti, jew meta l-kuntratt tal-kiri jkun skada għall-finijiet ta’ rikonoxximent tal-valur reżidwu ggarantit skont l-Artikoli 134(7) u 166(4);
tista’ tippermetti li l-maturità tal-protezzjoni tal-kreditu tiġi mnaqqsa mill-fornitur tal-protezzjoni;
il-kuntratt tal-protezzjoni tal-kreditu huwa legalment effettiv u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet kollha li huma rilevanti fi żmien il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu.
Istituzzjoni għandha tkun wettqet analiżi legali suffiċjenti li tikkonferma l-infurzabbiltà tal-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha. Hija għandha tirrepeti tali analiżi kif neċessarju sabiex jiżguraw infurzabbiltà kontinwata.
Artikolu 214
Kontrogaranziji sovrani u ta’ entitajiet oħrajn tas-settur pubbliku
L-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw l-iskoperturi msemmijin fil-paragrafu 2 bħala protetti b’garanzija provduta mill-entitajiet elenkati f’dak il-paragrafu, jekk ikunu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-kontrogaranzija tkopri l-elementi kollha tar-riskju tal-kreditu tal-pretensjoni;
garanziji stabbiliti fl-Artikoli 213 u 215(1), għajr il-fatt li l- kontrogaranzija mhux neċessarjament tkun diretta;
kopertura tal-kontrogaranzija hija inqas mill-ekwivalenti effettiv għal dik ta’ garanzija diretta mill-entità inkwistjoni.
It-trattament stipulat fil-paragrafu 1 għandu japplika għal skoperturi protetti b’garanzija li hija kontrogarantita minn waħda minn dawn l-entitajiet li ġejjin:
gvern ċentrali jew bank ċentrali;
gvern reġjonali jew awtorità lokali;
entità tas-settur pubbliku, li l-pretensjonijiet fuqha huma ttrattati bħala pretensjonijiet fuq l-gvern ċentrali skont l-Artikolu 116(4);
bank ta’ żvilupp multilaterali jew organizzazzjoni internazzjonali, li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont jew permezz tal-Artikoli 117(2) u 118 rispettivament;
entità tas-settur pubbliku, li pretensjonijiet fuqha huma ttrattati skont l-Artikolu 116(1) u (2).
Artikolu 215
Rekwiżiti addizzjonali għall-garanziji
Il-garanziji għandhom jikkwalifikaw bħala protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu eliġibbli meta jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha tal-Artikolu 213 u l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
mal-inadempjenza li tikkwalifika bħala tali jew nuqqas ta’ pagament minn kontroparti, l-istituzzjoni mutwanti għandha d-dritt li titlob lill-garanti, fil-ħin, għal kwalunkwe flejjes dovuti skont il-pretensjoni li fir-rigward tagħha hija pprovduta l-protezzjoni u l-pagament mill-garanti ma għandux ikun soġġett għall-kondizzjoni li l-istituzzjoni mutwanti jkollha l-ewwel tfittex lid-debitur; Fil-każ ta’ il-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu li tkopri self ipotekarju residenzjali, ir-rekwiżiti fl-Artikolu 213(1)(c)(iii) u fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt għandhom jiġu ssodisfatti biss fi żmien 24 xahar;
il-garanzija hija obbligazzjoni espliċitament dokumentata li jassumi l-garanti;
tiġi ssodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-garanzija tkopri t-tipi kollha ta’ pagamenti li d-debitur huwa mistenni jagħmel fir-rigward tal-pretensjoni;
fejn ċerti tipi ta’ pagamenti huma esklużi mill-garanzija, l-istituzzjoni mutwanti tkun aġġustat il-valur tal-garanzija b’mod li jirrefletti l- kopertura limitata.
Fil-każ ta’ garanziji pprovduti fil-kuntest ta’ skemi ta’ garanzija reċiproka jew ipprovduti minn jew kontrogarantiti mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 214(2), ir-rekwiżiti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu kkunsidrati bħala ssodisfatti fejn tintlaħaq waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjoni mutwanti għandha d-dritt li tikseb fil-ħin pagament provviżorju mingħand il-garanti li jissodisfa ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
jirrappreżenta stima robusta tal-ammont tat-telf, inkluż telf li jirriżulta min-nuqqas ta’ pagament tal-imgħax u tipi oħra ta’ pagament li l-mutwatarju huwa obbligat li jagħmel, li l-istituzzjoni mutwanti aktarx iġġarrab;
huwa proporzjonat għall-kopertura tal-garanzija;
l-istituzzjoni mutwanti tista’ turi, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li l-effetti tal-garanzija, li għandhom ikopru wkoll telf li jirriżulta min-nuqqas ta’ pagament tal-imgħax jew tipi oħra ta’ pagamenti li l-mutwatarju huwa obbligat li jagħmel, jiġġustifikaw tali trattament.
Artikolu 216
Rekwiżiti addizzjonali għad-derivati tal-kreditu
Derivat tal-kreditu għandu jikkwalifika bħala protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu eliġibbli fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha fl-Artikolu 213 u l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-avvenimenti tal-kreditu speċifikati fil-kuntratt tad-derivat tal-kreditu jinkludu:
in-nuqqas ta’ pagament tal-ammonti dovuti skont it-termini tal-obbligazzjoni sottostanti li huma fis-seħħ fi żmien it-tali nuqqas, b’perijodu ta’ konċessjoni li huwa ugwali għal jew iqsar mill-perijodu ta’ konċessjoni fl-obbligazzjoni sottostanti;
il-falliment, l-insolvenza jew l-inkapaċità tad-debitur li jħallas id-djun tiegħu, jew in-nuqqas jew l-ammissjoni tiegħu bil-miktub tal-inkapaċità tiegħu b’mod ġenerali li jħallas id-djun tiegħu meta jsiru dovuti, u avvenimenti analogi;
ir-ristrutturar tal-obbligazzjoni sottostanti li jinvolvi l-maħfra jew ir-rinviju tal-ammont kapitali, l-imgħax jew it-tariffi li jirriżultaw f’avveniment ta’ telf tal-kreditu;
fejn id-derivati tal-kreditu jippermettu saldu bi flus:
l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ proċess ta’ valutazzjoni robust sabiex jiġi stmat it-telf b’mod affidabbli;
hemm perijodu speċifikat b’mod ċar biex jinkisbu valutazzjonijiet tal-obbligazzjoni sottostanti wara li jkun seħħ avveniment tal-kreditu;
fejn id-dritt u l-kapaċità tax-xerrej tal-protezzjoni li jittrasferixxi l-obbligazzjoni sottostanti lill-fornitur tal-protezzjoni jkunu meħtieġa għas-saldu, it-termini tal-obbligazzjoni sottostanti jispeċifikaw li kull kunsens meħtieġ għal tali trasferiment ma għandux jiġi miċħud mingħajr raġuni valida;
l-identità tal-partijiet responsabbli biex jiddeterminaw jekk seħħx avveniment ta’ kreditu hija definita b’mod ċar;
id-determinazzjoni tal-avveniment ta’ kreditu mhijiex ir-responsabbiltà unika tal-fornitur tal-protezzjoni;
ix-xerrej tal-protezzjoni għandu d-dritt jew il-kapaċità li jinforma lill-fornitur tal-protezzjoni li jkun seħħ avveniment ta’ kreditu.
Fejn l-avvenimenti ta’ kreditu ma jinkludux ristrutturar tal-obbligazzjoni sottostanti kif spjegat fil-punt (a)(iii), il-protezzjoni tal-kreditu tista’ xorta waħda tkun eliġibbli soġġett għal tnaqqis fil-valur kif speċifikat fl-Artikolu 233(2);
Diskrepanza bejn l-obbligazzjoni sottostanti u l-obbligazzjoni ta’ riferiment taħt id-derivat tal-kreditu jew bejn l-obbligazzjoni sottostanti u l-obbligazzjoni użata biex jiġi ddeterminat jekk seħħx avveniment ta’ kreditu hija permissibbli biss fejn jiġu ssodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
l-obbligazzjoni ta’ riferiment jew l-obbligazzjoni użata biex jiġi ddeterminat jekk seħħx avveniment ta’ kreditu, skont il-każ, hija klassifikata 'pari passu' ma’ jew hija subordinata għall-obbligazzjoni sottostanti;
l-obbligazzjoni sottostanti u l-obbligazzjoni ta’ riferiment jew l-obbligazzjoni użata biex jiġi ddeterminat jekk seħħx avveniment ta’ kreditu, skont il-każ, ikollhom l-istess debitur u hemm fis-seħħ klawżoli transversali ta’ inadempjenza u aċċelerazzjoni legalment infurzabbli.
Artikolu 217
Rekwiżiti għall-ksib tat-trattament stabbilit fl-Artikolu 153(3)
Sabiex tkun eleġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 153(3), il-protezzjoni tal-kreditu derivata minn garanzija jew derivat tal-kreditu għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-obbligazzjoni sottostanti hija għal waħda mill-iskoperturi li ġejjin:
skopertura korporattiva kif imsemmi fl-Artikolu 147, għajr impriżi tal- assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;
skopertura għal gvern reġjonali, awtorità lokali jew entità tas-settur pubbliku li mhijiex trattata bħala skopertura għal gvern ċentrali jew bank ċentrali skont l-Artikolu 147;
skopertura għal SME, klassifikata bħala skopertura fil-livell tal-konsumaturi skont l-Artikolu 147(5);
id-debituri sottostanti mhumiex membri tal-istess grupp bħall-fornituri tal- protezzjoni;
l-iskopertura hija ħħeġġjata minn wieħed mill-istrumenti li ġejjin:
derivati tal-kreditu mhux iffinanzjati b’isem wieħed jew garanziji b’isem wieħed;
prodotti f’basket tat-tip "first-to-default";
prodotti f’basket tat-tip "nth-to-default";
il-protezzjoni tal-kreditu tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 213, 215 u 216, kif applikabbli;
il-piż tar-riskju li huwa assoċjat mal-iskopertura qabel l-applikazzjoni tat-trattament stipulat fl-Artikolu 153(3), mhux diġà kkunsidrat f’xi aspett tal-protezzjoni tal-kreditu;
istituzzjoni għandha d-dritt u l-aspettattiva li tirċievi pagament mill-fornitur tal-protezzjoni mingħajr ma jkollha tieħu azzjoni legali sabiex tfittex il-kontroparti għall-pagament. Sa fejn huwa possibbli, l-istituzzjoni għandha tieħu l-passi sabiex tissodisfa ruħha li l-fornitur tal-protezzjoni lest li jħallas fil-pront jekk iseħħ avveniment ta’ kreditu;
il-protezzjoni tal-kreditu mixtrija tassorbi t-telf tal-kreditu kollu fuq il-porzjon iħħeġġjat ta’ skopertura li tirriżulta minħabba l-fatt li jseħħu avvenimenti ta’ kreditu elenkati fil-kuntratt;
fejn l-istruttura tal-ħlas tal-protezzjoni tal-kreditu tipprovdi għal saldu fiżiku, hemm ċertezza legali fir-rigward tal-konsenja tas-self, tal-bond, jew tal-obbligazzjoni kontinġenti;
fejn istituzzjoni bi ħsiebha tikkonsenja obbligazzjoni għajr l-iskopertura sottostanti, għandha tiżgura li l-obbligazzjoni li għandha tiġi konsenjata hija likwida biżżejjed sabiex l-istituzzjoni tkun tista’ tixtriha għall-konsenja b’konformità mal-kuntratt;
it-termini u l-kondizzjonijiet tal-arranġamenti tal-protezzjoni tal-kreditu huma legalment ikkonfermati bil-miktub kemm mill-fornituri tal-protezzjoni kif ukoll mill-istituzzjoni;
l-istituzzjonijiet għandhom fis-seħħ proċess biex jidentifikaw korrelazzjoni eċċessiva bejn l-affidabbiltà kreditizja ta’ fornitur tal-protezzjoni u d-debitur tal-iskopertura sottostanti minħabba li l-prestazzjoni tagħhom tkun dipendenti fuq fatturi komuni lil hinn mill-fattur tar-riskju sistematiku;
fil-każ ta’ protezzjoni kontra r-riskju ta’ dilwizzjoni, il-bejjiegħ tar-riċevibbli mixtrija mhuwiex membru tal-istess grupp bħall-fornitur tal-protezzjoni.
Artikolu 218
Noti marbuta mal-kreditu
Investimenti f’noti marbuta mal-kreditu maħruġa mill-istituzzjoni mutwanti jistgħu jiġu ttrattati bħala kollateral fi flus għall-finijiet ta’ kalkolu tal-effett ta’ protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu skont din is-Subtaqsima, sakemm l-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu inkorporat fin-nota marbuta mal-kreditu jikkwalifika bħala protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu eliġibbli. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu inkorporati fin-nota marbuta mal-kreditu jikkwalifikawx bħala protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu eliġibbli, l-istituzzjoni tista’ tqis li l-kondizzjoni fil-punt (c) tal-Artikolu 194(6) tkun ġiet sodisfatta.
Artikolu 219
Netting li jidher fil-karta tal-bilanċ
Self lil u depożiti mal-istituzzjoni mutwanti soġġetti għal netting fil-karta tal-bilanċ għandhom jiġu ttrattati minn dik l-istituzzjoni bħala kollateral fi flus għall-finijiet tal-kalkolu tal-effett tal-protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu għal dak is-self u depożiti tal-istituzzjoni mutwanti soġġetti għal netting fil-karta tal-bilanċ li huma denominati fl-istess munita.
Artikolu 220
Użu tal-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità jew l-Approċċ tal-Istimi Proprji għall-Aġġustamenti għall-Volatilità għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting
L-użu tal-Approċċ tal-Istimi Proprji għandu jkun soġġett għall-istess kondizzjoniijet u rekwiżiti li japplikaw fil-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju.
Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ E*, l-istituzzjonijiet għandhom:
jikkalkulaw il-pożizzjoni netta f’kull grupp ta’ titoli jew f’kull tip ta’ prodott billi jnaqqsu l-ammont fil-punt (ii) mill-ammont fil-punt (i):
il-valur totali ta’ grupp ta’ titoli jew ta’ prodotti tal-istess tip mikrija, mibjugħa jew ipprovduti skont il-ftehim ewlieni ta’ netting;
il-valur totali ta’ grupp ta’ titoli jew ta’ prodotti tal-istess tip meħuda b’self, mixtrija jew irċevuti skont il-ftehim ewlieni ta’ netting;
jikkalkolaw il-pożizzjoni netta f’kull munita, għajr il-munita tas-saldu tal-ftehim ewlieni ta’ netting, billi jnaqqsu l-ammont fil-punt (ii) mill-ammont fil-punt (i):
s-somma tal-valur totali ta’ titoli denominati f’dik il-munita mikrijin, mibjugħa jew provduti skont il-ftehim ewlieni ta’ netting u l-ammont ta’ flus f’dik il-munita mislufa jew trasferiti skont dak il-ftehim;
is-somma tal-valur totali ta’ titoli denominati f’dik il-munita meħuda b’self, mixtrija jew irċevuti skont il-ftehim ewlieni ta’ netting u l- ammont ta’ flus f’dik il-munita meħuda f’self jew irċevuti skont dak il- ftehim;
japplikaw l-aġġustament fil-volatilità xieraq għal grupp ta’ titoli partikolari jew pożizzjoni ta’ flus biex jassorbi l-valur tal-pożizzjoni pożittiva jew negattiva netta fit-titoli f’dak il-grupp;
japplikaw l-aġġustament għall-volatilità tar-riskju tal-kambju (fx) għall-pożizzjoni pożittiva jew negattiva netta f’kull munita għajr il-munita tas-saldu tal-ftehim ewlieni ta’ netting.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw E* skont il-formula li ġejja:
fejn:
Ei |
= |
il-valur tal-iskopertura għal kull skopertura separata i skont il-ftehim li tkun tapplika fin-nuqqas ta’ protezzjoni tal-kreditu, fejn l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat jew fejn jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB; |
Ci |
= |
il-valur tat-titoli f’kull grupp jew prodotti tal-istess tip meħuda b’self, mixtrija jew irċevuti jew il-flus meħuda b’self jew irċevuti fir-rigward ta’ kull skopertura i; |
|
= |
il-pożizzjoni netta (pożittiva jew negattiva) fi grupp partikolari ta’ titoli j; |
|
= |
il-pożizzjoni netta (pożittiva jew negattiva) f’munita partikolari k għajr il-munita tas-saldu tal-ftehim kif ikkalkulata fil-punt (b) tal-paragrafu 2; |
|
= |
l-aġġustament għall-volatilità li hu adatt għal grupp partikolari ta’ titoli j; |
|
= |
l-aġġustament għall-volatilità tal-kambju għall-munita k. |
Artikolu 221
Użu tal-Approċċ tal-Mudelli Interni għal ftehimiet Ewlenin ta’ netting
►C2 L-istituzzjonijiet li rċevew permess għal mudell intern għall-kalkolu tar-riskju skont it-Titolu IV, il-Kapitolu 5 jistgħu ◄ jużaw l-approċċ tal-mudelli interni. Fejn istituzzjoni ma rċevietx tali permess, xorta tista’ tapplika għal permess mingħand l-awtoritajiet kompetenti sabiex tuża approċċ tal-mudelli interni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lil istituzzjoni li tuża approċċ tal-mudelli interni biss fejn huma sodisfatti li s-sistema tal-istituzzjoni għall-ġestjoni tar-riskji li jinħolqu mit-transazzjonijiet koperti mill-ftehim ewlieni ta’ netting hija valida fil-prinċipju u implimentata b’integrità u fejn jiġu ssodisfatti l-istandards kwalitattivi li ġejjin:
il-mudell intern għall-kalkolu tar-riskju użat għall-kalkolu tal-volatilità potenzjali tal-prezz għat-transazzjonijiet huwa integrat mill-viċin fil-proċess ta’ kuljum tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni u jservi bħala l-bażi tar-rappurtar ta’ skoperturi tar-riskju lill- maniġment superjuri tal-istituzzjoni;
l-istituzzjoni għandha unità għall-kontroll tar-riskji li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
hija indipendenti mill-unitajiet ta’ negozjar kummerċjali u tirraporta direttament lill-maniġment superjuri;
hija responsabbli mit-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistema tal- istituzzjoni għall-kejl tar-riskji;
tipproduċi u tanalizza rapporti ta’ kuljum dwar l-output tal-mudell għall- kalkolu tar-riskji u dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu f’termini ta’ limiti tal-pożizzjonijiet;
ir-rapporti ta’ kuljum maħruġa mill-unità għall-kontroll tar-riskji huma analizzati minn livell ta’ maniġment li għandu biżżejjed awtorità sabiex jinforza tnaqqis fil-pożizzjonijiet meħuda u fl-iskopertura kumplessiva tar-riskju;
l-istituzzjoni għandha biżżejjed persunal b’ħiliet fl-użu ta’ mudelli sofistikati fl-unità tal-kontroll tar-riskji;
l-istituzzjoni stabbilite proċeduri għall-monitoraġġ u l-iżgurar tal-konformità ma’ sett dokumentat ta’ politiki u kontrolli interni li jikkonċernaw il-funzjonament kumplessiv tas-sistema tal-kalkolu tar-riskji;
il-mudelli tal-istituzzjoni urew li huma validi għall-kejl tar-riskji bi preċiżjoni raġonevoli murija permezz ta’ ttestjar retrospettiv tal-output tagħha billi tintuża data għal mill-anqas sena sħiħa;
l-istituzzjoni twettaq b’mod frekwenti programm rigoruż ta’ ttestjar għal stress u r-riżultati ta’ dawn it-testijiet huma analizzati minn maniġment superjuri u riflessi fil-politiki u l-limiti li jistabbilixxi;
l-istituzzjoni twettaq, bħala parti mill-proċess ta’ verifika regolari interna tagħha, analiżi indipendenti tas-sistema tagħha għall-kalkolu tar-riskji. Din l-analiżi għandha tinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet tan-negozjar kummerċjali kif ukoll tal-unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji;
mill-inqas darba fis-sena, l-istituzzjoni twettaq analiżi tas-sistema tagħha tal- ġestjoni tar-riskji;
il-mudell intern jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 292(8) u (9) u fl- Artikolu 294.
Istituzzjoni tista’ tuża korrelazzjonijiet empiriċi fi ħdan il-kategoriji tar-riskji u fost il-kategoriji tar-riskji fejn is-sistema tagħha għall-kejl tal-korrelazzjonijiet hija valida u implimentata b’integrità.
L-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ tal-mudelli interni għandhom jikkalkulaw E* skont il-formula li ġejja:
fejn:
Ei |
= |
il-valur tal-iskopertura għal kull skopertura separata i fil-ftehim li tapplika fin-nuqqas ta’ protezzjoni tal-kreditu, fejn l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat jew fejn jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB; |
Ci |
= |
il-valur tat-titoli meħuda b’self, mixtrija jew irċevuti jew il-flus meħuda b’self jew irċevuti fir-rigward ta’ kull tali skopertura i. |
Fil-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju permezz ta’ mudelli interni, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-output tal-mudell tal-ġurnata ta’ xogħol ta’ qabel.
Il-kalkolu tal-bidla potenzjali fil-valur imsemmi fil-paragrafu 6 għandu jkun soġġett għall-istandards kollha li ġejjin:
għandu jitwettaq mill-inqas kuljum;
għandu jkun ibbażat fuq id-99 perċentil, b’interval ta’ kunfidenza unilaterali;
għandu jkun ibbażat fuq perijodu ta’ likwidazzjoni ekwivalenti ta’ 5 ijiem, għajr fil-każ ta’ transazzjonijiet li mhumiex transazzjonijiet ta’ riakkwist ta’ titoli jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli fejn għandu jintuża perijodu ta’ liwidazzjoni ekwivalenti għal 10 ijiem;
għandu jkun ibbażat fuq perijodu storiku ta’ osservazzjoni effettiv ta’ mhux inqas min sena għajr fejn perijodu ta’ osservazzjoni iqsar huwa ġustifikat minn qabża 'l fuq sinifikanti fil-volatilità tal-prezz;
is-sett ta’ data użat fil-kalkolu għandu jiġi aġġornat kull tliet xhur.
Fejn l-istituzzjoni għandha transazzjoni ta’ riakkwist, transazzjoni ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti u self b’marġni jew transazzjoni simili jew sett ta’ netting li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 285(2), (3) u (4), il-perijodu minimu ta’ żamma għandu jinġieb konformi mal-perijodu b’riskju ta’ marġni li jkun japplika skont dawk il-paragrafi, flimkien mal-Artikolu 285(5).
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat dan li ġej:
dak li jikkostitwixxi portafoll immaterjali għall-fini tal-paragrafu 3;
il-kriterji biex jiġi ddeterminat jekk mudell intern huwiex tajjeb u huwiex jiġi implimentat b’integrità għall-fini tal-paragrafi 4 u 5 u ftehimiet ewlenin ta’ netting.
L-ABE għandha tressaq dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji quddiem il-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 222
Metodu Ssimplifikat tal-Kollateral Finanzjarju
Il-piż tar-riskju tal-porzjon kollateralizzata għandu jkun mill-inqas 20 % għajr kif speċifikat fil-paragrafi 4 sa 6. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw lill-bqija tal-valur tal-iskopertura l-piż tar-riskju li kieku kienu jassenjaw lil skopertura mhux garantita għall-kontroparti skont il-Kapitolu 2.
L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw piż tar-riskju ta’ 10 %, sal-ammont tal-kollateralizzazzjoni, lill-valur tal-iskoperturi ta’ tali transazzjonijiet kollateralizzati minn titoli ta’ dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont il-Kapitolu 2.
Għal transazzjonijiet għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 4 u 5, l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw piż tar-riskju ta’ 0 % fejn l-iskopertura u l-kollateral huma denominati fl-istess munita, u tiġi ssodisfatta waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:
il-kollateral huwa flus f’depożitu jew strument assimilat ta’ flus;
il-kollateral huwa f’forma ta’ titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali eliġibbli għal piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 114, u l-valur tas-suq tiegħu ġie skontat b’20 %.
Għall-finijiet tal-paragrafi 5 u 6 it-titoli ta’ dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jew mill-banek ċentrali għandhom jinkludu:
titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali li l-iskoperturi għalihom huma ttrattati bħala skoperturi lejn il-gvern ċentrali li fil-ġurisdizzjoni tiegħu huma stabbiliti skont l-Artikolu 115;
titoli ta’ dejn maħruġa minn banek ta’ żvilupp multilaterali li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont jew permezz tal-Artikolu 117(2);
titoli ta’ dejn maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 118;
titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet tas-settur pubbliku li huma ttrattati bħala skoperturi għall-gvernijiet ċentrali skont l-Artikolu 116(4).
Artikolu 223
Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju
Fejn kollateral huwa denominat f’munita li hija differenti mill-munita li fiha hija denominata l-iskopertura sottostanti, l-istituzzjonijiet għandhom iżidu aġġustament li jirrefletti l-volatilità tal-munita għall-aġġustament għall-volatilità li hu xieraq għall-kollateral kif stabbilit fl-Artikoli 224 sa 227.
Fil-każ ta’ transazzjonijiet ta’ derivati OTC koperti minn ftehimiet ta’ netting rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-Kapitolu 6, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw aġġustament għall-volatilità li jirrifletti l-volatilità tal-munita meta jkun hemm diskrepanza bejn il-munita tal-kollateral u l-munita tas-saldu. Anki fejn diversi muniti jkunu involuti fit-transazzjonijiet koperti mill-ftehim ta’ netting, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw aġġustament wieħed għall-volatilità.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-kollateral aġġustat għall-volatilità (CVA) li jridu jqisu kif ġej:
fejn:
C |
= |
il-valur tal-kollateral; |
HC |
= |
l-aġġustament għall-volatilità xieraq għall-kollateral, kif ikkalkulat skont l-Artikoli 224 u 227; |
Hfx |
= |
l-aġġustament għall-volatilità xieraq għad-diskrepanza fil-muniti, kif ikkalkulat skont l-Artikoli 224 u 227. |
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula f’dan il-paragrafu meta jikkalkulaw il-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral għat-transazzjonijiet kollha għajr għal dawk it-transazzjonijiet li huma soġġetti għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting rikonoxxuti li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 220 u 221.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur aġġustat għall-volatilità tal-iskopertura (EVA) li jridu jqisu kif ġej:
fejn:
E |
= |
il-valur tal-iskopertura kif ikun determinat skont il-Kapitolu 2 jew il-Kapitolu 3, kif applikabbli, fejn l-iskopertura ma kinitx kollateralizzata; |
HE |
= |
l-aġġustament għall-volatilità xieraq għall-iskopertura, kif ikkalkulat skont l-Artikoli 224 u 227. |
Fil-każ ta' tranżazzjonijiet derivattivi OTC, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-EVA permezz tal-metodu stabbilit fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 kif ġej:
Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ E fil-paragrafu 3, għandu japplika dan li ġej:
għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat, il-valur tal-iskopertura ta’ element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ elenkat fl-Anness I għandu jkun ta’ 100 % tal-valur ta’ dak l-element u mhux il-valur tal-iskopertura indikat fl-Artikolu 111(1);
għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ IRB, għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-elementi elenkati fl-Artikolu 166(8) sa (10) billi jużaw fattur ta’ konverżjoni ta’ 100 % u mhux il-fatturi ta’ konverżjoni jew il-perċentwali indikati f’dawk il-paragrafi.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur aġġustat għal kollox tal-iskopertura (E*), billi jqisu l-effetti kemm tal-volatilità kif ukoll tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kollateral kif ġej:
fejn:
EVA |
= |
il-valur aġġustat għall-volatilità tal-iskopertura kif ikkalkulat fil-paragrafu 3; |
CVAM |
= |
CVA aġġustat ulterjorment għal kull diskrepanza fil-maturità skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 5; |
Fil-każ ta' tranżazzjonijiet derivattivi OTC, l-istituzzjonijiet li jużaw il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu 6 għandhom iqisu l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kollateral skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu 6, kif applikabbli.
Istituzzjoni tista’ tagħżel li tuża l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità jew l-Approċċ tal-Istimi Proprji indipendentement mill-għażla li tkun għamlet bejn l-Approċċ Standardizzat u l-Approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju.
Madanakollu, meta istituzzjoni tuża l-Approċċ tal-Istimi Proprji, għandha tagħmel dan għall-medda sħiħa ta’ tipi ta’ strumenti, għajr għall-portafolli immaterjali li għalihom tista’ tuża l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità.
Meta l-kollateral ikun jikkonsisti f’għadd ta’ elementi eleġibbli, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-aġġustament għall-volatilità (H) kif ġej:
fejn:
ai |
= |
il-proporzjon tal-valur ta’ element eleġibbli i fil-valur totali tal-kollateral; |
Hi |
= |
l-aġġustament għall-volatilità applikabbli għall-element eliġibbli i. |
Artikolu 224
Aġġustament għall-volatilità superviżorja skont il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju
L-aġġustamenti għall-volatilità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet skont l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità, jekk ikun hemm rivalutazzjoni ta’ kuljum, għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Tabelli 1 sa 4 ta’ dan il-paragrafu.
AĠĠUSTAMENTI GĦALL-VOLATILITÀ
Tabella 1
Livell tal-kwalità tal-kreditu li miegħu hija assoċjata l-valutazzjoni tal-kreditu tat-titolu ta’ dejn |
Maturità Reżidwa |
Aġġustamenti għall-volatilità għal titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet deskritti fl-Artikolu 197(1)(b) |
Aġġustamenti għall-volatilità għal titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet deskritti fl-Artikolu 197(1) (c) u (d) |
Aġġustamenti għall-volatilità għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni u l-issodisfar tal-kriterji fl-Artikolu 197(1)(h) |
||||||
|
|
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%) |
1 |
< 1 sena |
0,707 |
0,5 |
0,354 |
1,414 |
1 |
0,707 |
2,829 |
2 |
1,414 |
|
> 1 ≤ 5 sentejn |
2,828 |
2 |
1,414 |
5,657 |
4 |
2,828 |
11,314 |
8 |
5,657 |
|
> 5 sena |
5,657 |
4 |
2,828 |
11,314 |
8 |
5,657 |
22,628 |
16 |
11,313 |
2-3 |
< 1 sena |
1,414 |
1 |
0,707 |
2,828 |
2 |
1,414 |
5,657 |
4 |
2,828 |
|
> 1 ≤ 5 sentejn |
4,243 |
3 |
2,121 |
8,485 |
6 |
4,243 |
16,971 |
12 |
8,485 |
|
> 5 sena |
8,485 |
6 |
4,243 |
16,971 |
12 |
8,485 |
33,942 |
24 |
16,970 |
4 |
< 1 sena |
21,213 |
15 |
10,607 |
N/A |
N/A |
N/A |
N/A |
N/A |
N/A |
|
> 1 ≤ 5 sentejn |
21,213 |
15 |
10,607 |
N/A |
N/A |
N/A |
N/A |
N/A |
N/A |
|
> 5 sena |
21,213 |
15 |
10,607 |
N/A |
N/A |
N/A |
N/A |
N/A |
N/A |
Tabella 2
Livell tal-kwalità tal-kreditu li miegħu hija assoċjata l-valutazzjoni tal-kreditu ta’ titolu ta’ dejn b’terminu qasir |
Aġġustamenti għall-volatilità għal titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet deskritti fl-Artikolu 197(1)(b) b’valutazzjonijiet tal-kreditu b’terminu qasir |
Aġġustamenti għall-volatilità għal titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet deskritti fl-Artikolu 197(1) (c) u (d) b’valutazzjonijiet tal-kreditu b’terminu qasir |
Aġġustamenti għall-volatilità għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni u l-issodisfar tal-kriterji fl-Artikolu 197(1)(h) |
||||||
|
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%) |
1 |
0,707 |
0,5 |
0,354 |
1,414 |
1 |
0,707 |
2,829 |
2 |
1,414 |
2-3 |
1,414 |
1 |
0,707 |
2,828 |
2 |
1,414 |
5,657 |
4 |
2,828 |
Tabella 3
Tipi oħra ta’ kollaterali jew skoperturi
|
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%) |
Indiċi Ewlieni tal-Ekwitajiet, Indiċi Ewlieni tal-Bonds Konvertibbli |
21,213 |
15 |
10,607 |
Ewkitajiet jew Bonds Konvertibbli oħrajn ikkwotati f’borża rikonoxxuta |
35,355 |
25 |
17,678 |
Flus |
0 |
0 |
0 |
Deheb |
21,213 |
15 |
10,607 |
Tabella 4
Aġġustament għall-volatilità għal diskrepanza fil-muniti
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%) |
perijodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%) |
11,314 |
8 |
5,657 |
Il-kalkolu ta’ aġġustamenti għall-volatilità skont il-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
għal transazzjonijiet ta’ għoti ta’ self il-perijodu ta’ likwidazzjoni għandu jkun ta’ 20 jum ta’ xogħol;
għal transazzjonijiet ta’ riakkwist, għajr fejn transazzjonijiet jinvolvu t-trasferimenti ta’ prodotti jew drittijiet iggarantiti relatati mat-titolu għal prodotti, u transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli, il-perijodu ta’ likwidazzjoni għandu jkun ta’ 5 ijiem ta’ xogħol;
għal transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali, il-perijodu ta’ likwidazzjoni għandu jkun ta’ 10 ijiem ta’ xogħol.
Fejn istituzzjoni jkollha transazzjoni jew sett ta’ netting li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 285(2) (3) u (4), il-perijodu minimu ta’ żamma għandu jinġieb konformi mal-perijodu b’riskju ta’ marġni li jkun japplika skont dawk il-paragrafi.
Għall-fini tad-determinazzjoni tal-livell tal-kwalità tal-kreditu li miegħu hija assoċjata l-valutazzjoni tal-kreditu tat-titolu ta’ dejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu, japplika wkoll l-Artikolu 197(7).
Fejn l-assi li fihom ikun investa l-fond mhumiex magħrufa mill-istituzzjoni, l-aġġustament għall-volatilità huwa l-ogħla aġġustament għall-volatilità li jkun japplika għal kwalunkwe mill-assi li l-fond għandu dritt jinvesti fihom.
Artikolu 225
Stimi proprji tal-aġġustamenti għall-volatilità skont il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju.
Għal titoli ta’ dejn li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI ekwivalenti għal grad ta’ kwalità għolja (investment grade) jew aħjar, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw stima tal-volatilità għal kull kategorija ta’ titoli.
Għal titoli ta’ dejn li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI ekwivalenti taħt il-grad ta’ kwalità għolja, u għal kollateral eliġibbli ieħor, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-aġġustamenti għall-volatilità għal kull element individwali.
L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ tal-Istimi Proprji għandhom jistmaw il-volatilità tad-diskrepanza tal-kollateral jew tal-kambju mingħajr ma jikkunsidraw l-ebda korrelazzjoni bejn l-iskopertura mhux iggarantita, il-kollateral jew ir-rati tal-kambju.
Fid-determinazzjoni tal-kategoriji rilevanti, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw it-tip ta’ emittent tat-titolu, il-valutazzjoni esterna tal-kreditu tat-titoli, il-maturità reżidwa tagħhom, u t-tul ta’ żmien modifikat tagħhom. L-istimi tal-volatilità għandhom ikunu rappreżentattivi tat-titoli inklużi fil-kategorija mill-istituzzjoni.
Il-kalkolu tal-aġġustamenti għall-volatilità għandhom ikunu soġġetti għall-kriterji kollha li ġejjin:
l-istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il-kalkolu fuq id-99 perċentil, b’interval ta’ kunfidenza unilaterali;
l-istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il-kalkolu fuq il-perijodi ta’ likwidazzjoni li ġejjin:
20 jum ta’ xogħol għal transazzjonijiet ta’ għoti ta’ self garantit;
5 ijiem ta’ xogħol għal transazzjoni ta’ riakkwist, għajr sa fejn tali transazzjonijiet jinvolvu t-trasferiment ta’ prodotti jew drittijiet iggarantiti relatati mat-titolu għal transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti;
10 ijiem ta’ xogħol għal transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali;
perijodu ta’ likwidazzjoni stabbilit fil-punt (b) għat-tip ta’ transazzjoni inkwistjoni, permezz tal-għerq kwadrat tal-formula taż-żmien:
fejn:
TM |
= |
il-perijodu ta’ likwidazzjoni rilevanti; |
HM |
= |
l-aġġustament għall-volatilità bbażat fuq il-perijodu ta’ likwidazzjoni TM; |
HN |
= |
l-aġġustament għall-volatilità bbażat fuq il-perijodu ta’ likwidazzjoni TN. |
l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l-illikwidità ta’ assi ta’ kwalità aktar baxxa. Huma għandhom jaġġustaw il-perijodu ta’ likwidazzjoni billi jżiduh f’każijiet fejn hemm dubju rigward il-likwdità tal-kollateral. Għandhom jidentifikaw ukoll fejn data storika tista’ tissovaluta l-volatilità potenzjali. Tali każijiet għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ xenarju ta’ stress;
it-tul tal-perijodu ta’ osservazzjoni storika li l-istituzzjonijiet jużaw sabiex jikkalkulaw l-aġġustamenti għall-volatilità għandu jkun mill-inqas ta’ sena. Għal istituzzjonijiet li jużaw skema ta’ ppeżar jew metodi oħrajn għall-perijodu ta’ osservazzjoni storika, it-tul tal-perijodu ta’ osservazzjoni effettiv għandu jkun mill-inqas ta’ sena. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu wkoll lill-istituzzjoni sabiex tikkalkula l-aġġustamenti għall-volatilità tagħha billi tuża perijodu ta’ osservazzjoni iqsar fejn, fil-fehma tal-awtorità kompetenti, dan ikun ġustifikat minħabba qabża ’l fuq sinifikanti fil-volatilità tal-prezz;
l-istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw is-settijiet ta’ data tagħhom u jikkalkulaw l-aġġustamenti għall-volatilità mill-inqas darba kull tliet xhur. Għandhom ukoll jivvalutaw mill-ġdid is-settijiet ta’ data tagħhom kull meta l-prezzijiet tas-suq ikunu soġġetti għal bidliet materjali.
L-istima tal-aġġustamenti għall-volatilità għandhom jilħqu l-kriterji kwalitattivi kollha li ġejjin:
istituzzjoni għandha tuża l-istimi tal-volatilità fil-proċess ta’ kuljum tal-ġestjoni tar- riskji inklużi fir-relazzjoni mal-limiti interni ta’ skopertura tagħha;
fejn il-perijodu ta’ likwidazzjoni użat mill-istituzzjoni fil-proċess ta’ kuljum tal-immaniġġjar tar-riskji jkun itwal minn dak stabbilit f’din it-Taqsima għat-tip ta’ transazzjoni inkwistjoni, dik l-istituzzjoni għandha żżid l-aġġustamenti fil-volatilità tagħha f’konformità mal-għerq kwadrat tal-formula taż-żmien stipulata fil-punt (c) tal-paragrafu 2;
istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ proċeduri stabbiliti sabiex tissorvelja u tiżgura l-konformità ma’ sett dokumentat ta’ politiki u kontrolli għall-funzjonament tas-sistema tagħha għall-istima tal-aġġustamenti għall-volatilità u għall-integrazzjoni ta’ tali stimi fil-proċess tal-ġestjoni tar-riskji tagħha;
għandha titwettaq analiżi indipendenti tas-sistema tal-istituzzjoni għall-istima tal-aġġustamenti għall-volatilità b’mod regolari bħala parti mill-proċess ta’ verifika intera tal-istituzzjoni stess. Għandha titwettaq analiżi tas-sistema kumplessiva għall-istima tal-aġġustamenti għall-volatilità u għall-integrazzjoni ta’ dawn l-aġġustamenti fil-proċess tal-ġestjoni tar-riskji tal-istituzzjoni mill-inqas darba fis-sena. Is-suġġett ta’ dik l-analiżi għandu mill-inqas jinkludi dan li ġej:
l-integrazzjoni tal-aġġustamenti stmati fil-volatilità fil-ġestjoni ta’ kuljum tar-riskji;
il-validazzjoni ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti fil-proċess għall-istima tal-aġġustamenti għall-volatilità;
il-verifika tal-konsistenza, il-prontezza u l-affidabbiltà tas-sorsi tad-data użati sabiex titħaddem is-sistema għall-istima tal-aġġustamenti għall-volatilità, inkluża l-indipendenza ta’ tali sorsi ta’ data;
il-preċiżjoni u l-adegwatezza tas-suppożizzjonijiet tal-volatilità.
Artikolu 226
Żieda fl-aġġustament għall-volatilità tal-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju
L-aġġustamenti għall-volatilità stabbiliti fl-Artikolu 224 huma l-aġġustamenti għall-volatilità li l-istituzzjoni għandha tapplika fejn ikun hemm rivalutazzjoni ta’ kuljum. B’mod simili, fejn l-istituzzjoni tuża l-istimi proprji tagħha tal-aġġustamenti għall-volatilità skont l-Artikolu 225, għandha l-ewwel nett tikkalkulahom fuq il-bażi ta’ rivalutazzjoni ta’ kuljum. Fejn ir-rivalutazzjoni ma ssirx kuljum, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw aġġustamenti għall-volatilità akbar. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulawhom billi jżidu l-aġġustamenti għall-volatilità tar-rivalutazzjoni ta’ kuljum, billi jużaw il-formula tal-għerq kwadrat taż-żmien li ġejja:
fejn:
H |
= |
l-aġġustament għall-volatilità li jrid jiġi applikat; |
HM |
= |
l-aġġustament għall-volatilità fejn hemm rivalutazzjoni ta’ kuljum; |
NR |
= |
in-numru attwali ta’ jiem ta’ xogħol bejn ir-rivalutazzjonijiet; |
TM |
= |
il-perijodu ta’ likwidazzjoni għat-tip ta’ transazzjoni inkwistjoni. |
Artikolu 227
Kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ aġġustament għall-volatilità ta’ 0 % skont il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju
L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw aġġustament għall-volatilità ta’ 0 % fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
kemm l-iskopertura kif ukoll il-kollateral huma flus jew titoli ta’ dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali skont is-sens tal-Artikolu 197(1)(b) u eliġibbli għal piż tar-riskju ta’ 0 % skont il-Kapitolu 2;
kemm l-iskopertura kif ukoll il-kollateral huma denominati fl-istess munita;
il-maturità tat-transazzjoni mhijiex ta’ aktar minn ġurnata jew inkella kemm l-iskopertura kif ukoll il-kollateral huma soġġetti għal ipprezzar skont il-valur fis-suq ta’ kuljum jew aġġustament tal-marġni ta’ kuljum;
iż-żmien bejn l-aħħar data tal-ipprezzar skont il-valur fis-suq qabel id-data fejn il-kontroparti tonqos milli tagħmel aġġustament tal-marġni u l-likwidazzjoni tal-kollateral mhijiex aktar minn erbat ijiem ta’ xogħol;
it-transazzjoni hija saldata f’sistema tas-saldu pprovata għal dak it-tip ta’ transazzjoni;
id-dokumentazzjoni li tkopri l-ftehim jew it-transazzjoni hija dokumentazzjoni tas-suq standard għal transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli fit-titoli konċernati;
it-transazzjoni hija rregolata minn dokumentazzjoni li tispeċifika li meta kontroparti tonqos milli tissodisfa obbligazzjoni li tikkonsenja flus jew titoli jew li tikkonsenja l-marġni jew b’xi mod issir inadempjenti, it-transazzjoni tista’ tintemm immedjatament;
il-kontroparti hija kkunsidrata bħala parteċipant ewlieni fis-suq mill-awtoritajiet kompetenti.
Il-parteċipanti ewlenin fis-suq imsemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 2 għandhom jinkludu l-entitajiet li ġejjin:
l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 197(1)(b) li l-iskoperturi għalihom huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont il-Kapitolu 2;
istituzzjonijiet;
ditti tal-investiment;
impriżi finanzjarji oħrajn fit-tifsira tal-punti (25)(b) u (d) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE li l-iskoperturi għalihom huma assenjati b’piż tar-riskju ta’ 20 % skont l-Approċċ Standardizzat jew li, fil-każ tal-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB, ma għandhomx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta u huma kklassifikati internament mill-istituzzjoni;
CIUs regolati li huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ kapital jew ta’ lieva finanzjarja;
fondi tal-pensjonijiet regolati;
organizzazzjonijiet ta’ kklerjar rikonoxxuti.
Artikolu 228
Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju
Skont l-Approċċ IRB, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-LGD effettiva (LGD*) bħala l-LGD għall-finijiet tal-Kapitolu 3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-LGD* kif ġej:
fejn:
LGD |
= |
l-LGD li tkun tapplika għall-iskopertura skont il-Kapitolu 3 fejn l-iskopertura ma kinitx kollateralizzata; |
E |
= |
il-valur tal-iskopertura skont l-Artikolu 223(3); |
E* |
= |
il-valur tal-iskopertura aġġustat għal kollox skont l-Artikolu 223(5). |
Artikolu 229
Prinċipji ta’ valutazzjoni għal kollateral eliġibbli ieħor skont l-Approċċ IRB
►C2 F'dawk l-Istati Membri li stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur ta' self ipotekarju f'dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji l-proprjetà immobbli tista', minflok, tiġi vvalutata ◄ minn valutatur indipendenti daqs il-valur tas-self ipotekarju jew inqas. L-istituzzjonijiet għandhom jitolbu li l-valutatur indipendenti ma jqisx l-elementi spekulattivi fil-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju u li jiddokumenta dak il-valur b’mod trasparenti u ċar.
Il-valur tal-kollateral għandu jkun il-valur tas-suq jew il-valur tas-self ipotekarju mnaqqas kif xieraq sabiex jirrefletti ►C2 r-riżultati tal-monitoraġġ meħtieġ skont l-Artikolu 208(3) u sabiex jikkunsidra kwalunkwe pretensjoni preċedenti fuq il-proprjetà immobbli. ◄
Artikolu 230
Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija għal kollateral eliġibbli ieħor skont l-Approċċ IRB
Fejn il-proporzjon tal-valur tal-kollateral (C) għall-valur tal-iskopertura (E) ikun inqas mil-livell minimu meħtieġ ta’ kollateralizzazzjoni tal-iskopertura (C*) kif stabbilit fit-Tabella 5, LGD* għandha tkun l-LGD stabbilita fil-Kapitolu 3 għall-iskoperturi mhux kollateralizzati għall-kontroparti. Għal dan il-għan, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-elementi elenkati fl-Artikolu 166(8) sa (10) billi jużaw fattur ta’ konverżjoni jew perċentwal ta’ 100 % u mhux il-fatturi ta’ konverżjoni jew il-perċentwali indikati f’dawk il-paragrafi.
Fejn il-proporzjon tal-valur tal-kollateral għall-valur tal-iskopertura jaqbeż livell massimu ta’ C** ieħor, u ogħla, kif stabbilit fit-Tabella 5, LGD* għandu jkun dak preskritt fit-Tabella 5.
Fejn il-livell meħtieġ ta’ kollateralizzazzjoni C** ma jinkisibx fir-rigward tal-iskopertura kumplessiva, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l-iskopertura bħala żewġ skoperturi— waħda li tikkorrispondi għal dik il-parti li fir-rigward tagħha nkiseb il-livell meħtieġ ta’ kollateralizzazzjoni C** u waħda li tikkorrispondi għall-bqija.
L-LGD* applikabbli u l-livelli meħtieġa ta’ kollateralizzazzjoni għall-partijiet iggarantiti tal-iskoperturi huma stabbiliti fit-Tabella 5 ta’ dan il-paragrafu.
Tabella 5
LGD minima għal partijiet iggarantiti tal-iskoperturi
|
LGD* għal skopertura prijoritarja |
LGD* għal skoperturi subordinati |
Livell minimu meħtieġ ta’ kollateralizzazzjoni tal-iskopertura (C*) |
Livell minimu meħtieġ ta’ kollateralizzazzjoni tal-iskopertura (C**) |
Riċevibbli |
35 % |
65 % |
0 % |
125 % |
►C2 Proprjetà residenzjali/proprjetà immobbli kummerċjali ◄ |
35 % |
65 % |
30 % |
140 % |
Kollateral ieħor |
40 % |
70 % |
30 % |
140 % |
Artikolu 231
Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija fil-każ ta’ aggregazzjonijiet imħallta ta’ kollateral
Istituzzjoni għandha tikkalkula l-valur ta’ LGD* li għandha tuża bħala l-LGD għall-finijiet tal-Kapitolu 3 skont il-paragrafi 2 u 3 fejn jiġu ssodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjoni tuża l-Approċċ IRB biex tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija;
skopertura hija kollateralizzata kemm b’kollateral finanzjarju kif ukoll b’kollateral eliġibbli ieħor.
Artikolu 232
Protezzjoni ffinanzjata oħra tal-kreditu
Fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 212(2), l-istituzzjonijiet għandhom jissoġġettaw il-porzjon tal-iskopertura kollateralizzata mill-valur attwali taċ-ċessjoni tal-poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mirhuna lill-istituzzjoni mutwanti għat-trattament li ġej:
fejn l-iskopertura hija soġġetta għall-Approċċ Standardizzat, għandha tkun ippeżata skont ir-riskju billi jintużaw il-piżijiet tar-riskju speċifikati fil-paragrafu 3;
fejn l-iskopertura hija soġġetta għall-Approċċ IRB iżda mhux soġġetta għall-istimi proprji tal-LGD tal-istituzzjoni, għandha tiġi assenjata LGD ta’ 40 %.
F’każ ta’ diskrepanza fil-muniti, l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-valur attwali taċ-ċessjoni skont l-Artikolu 233(3), u l-valur tal-protezzjoni tal-kreditu hu l-valur attwali taċ-ċessjoni tal-polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw il-piżijiet tar-riskju li ġejjin fuq il-bażi ta’ piż tar-riskju assenjat lil skopertura prijoritarja mhux garantita għall-impriża li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja:
piż tar-riskju ta’ 20 %, fejn l-iskopertura prijoritarja mhux garantita għall-impriża li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun assenjata piż tar-riskju ta’ 20 %;
piż tar-riskju ta’ 35 %, fejn l-iskopertura prijoritarja mhux garantita għall-impriża li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun assenjata piż tar-riskju ta’ 50 %;
piż tar-riskju ta’ 70 %, fejn l-iskopertura prijoritarja mhux garantita għall-impriża li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun assenjata piż tar-riskju ta’ 100 %;
piż tar-riskju ta’ 150 %, fejn l-iskopertura prijoritarja mhux garantita għall-impriża li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun assenjata piż tar-riskju ta’ 150 %.
Istituzzjoni tista’ tittratta strumenti riakkwistati fuq talba li huma eliġibbli skont l-Artikolu 200(c) bħala garanzija mill-istituzzjoni emittenti. Il-valur tal-protezzjoni tal-kreditu eliġibbli għandu jkun li ġej:
fejn l-istrument ser jiġi riakkwistat bil-valur nominali tiegħu, il-valur tal-protezzjoni għandu jkun dak l-ammont;
fejn l-istrument ser jiġi riakkwistat bil-prezz tas-suq, il-valur tal-protezzjoni għandu jkun il-valur tal-istrument ivvalutat bl-istess mod bħat-titoli ta’ dejn speċifikati li jissodisfaw il-kondizzjonijiet fl-Artikolu 197(4).
Artikolu 233
Valutazzjoni
Fil-każ ta’ derivati tal-kreditu li bħala avveniment ta’ kreditu ma jinkludux ir-ristrutturar tal-obbligazzjoni sottostanti li jinvolvi maħfra jew rinviju tal-ammont kapitali, tal-imgħax jew tat-tariffi li jirriżultaw f’avveniment ta’ telf tal-kreditu, għandu japplika dan li ġej:
fejn l-ammont li l-fornitur tal-protezzjoni jkun impenja ruħu li jħallas ma jkunx ogħla mill-valur tal-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-valur tal-protezzjoni tal-kreditu kkalkulat skont l-paragrafu 1 b’40 %;
fejn l-ammont li l-fornitur tal-protezzjoni jkun impenja ruħu li jħallas ikun ogħla mill-valur tal-iskopertura, il-valur tal-protezzjoni tal-kreditu ma għandux ikun ogħla minn 60 % tal-valur tal-iskopertura.
Fejn il-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu tkun denominata f’munita differenti minn dik li fiha tkun denominata l-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-valur tal-protezzjoni tal-kreditu permezz tal-applikazzjoni ta’ aġġustament għall-volatilità kif ġej:
fejn:
G* |
= |
l-ammont tal-protezzjoni tal-kreditu aġġustat għar-riskju tal-kambju, |
G |
= |
l-ammont nominali tal-protezzjoni tal-kreditu; |
Hfx |
= |
l-aġġustament għall-volatilità għal kull diskrepanza fil-muniti bejn il-protezzjoni tal-kreditu u l-obbligazzjoni sottostanti determinat skont il-paragrafu 4. |
Fejn ma hemm l-ebda diskrepanza fil-muniti Hfx tkun żero.
Artikolu 234
Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija f’każ ta’ protezzjoni parzjali u segmentazzjoni
Meta l-istituzzjoni tittrasferixxi parti mir-riskju ta’ self f’segment wieħed jew aktar, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-Kapitolu 5. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw limiti ta’ materjalità fuq pagamenti li taħthom ma jsirx ebda pagament f’każ ta’ telf bħala ekwivalenti għal pożizzjonijiet tal-ewwel telf miżmum u li jirriżultaw fi trasferiment tar-riskju f’segmenti.
Artikolu 235
Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat
Għall-finijiet tal-Artikolu 113(3) l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkoloaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont il-formula li ġejja:
fejn:
E |
= |
il-valur tal-iskopertura skont l-Artikolu 111; għal dan il-għan, il-valur tal-iskopertura ta’ element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ elenkat fl-Anness I għandu jkun ta’ 100 % tal-valur tiegħu u mhux il-valur tal-iskopertura indikat fl-Artikolu 111(1); |
GA |
= |
l-ammont ta’ protezzjoni tar-riskju tal-kreditu kif ikkalkulat fl-Artikolu 233(3) (G*) aġġustat ulterjorment għal kwalunkwe diskrepanzi fil-maturità kif stabbilit fit-Taqsima 5; |
r |
= |
il-piż tar-riskju tal-iskoperturi għad-debitur kif speċifikat fil-Kapitolu 2; |
g |
= |
il-piż tar-riskju tal-iskoperturi għall-fornituri tal-protezzjoni kif speċifikat fil-Kapitolu 2. |
Artikolu 236
Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB
Artikolu 237
Diskrepanza fil-maturità
Fejn ikun hemm diskrepanza fil-maturità, il-protezzjoni tal-kreditu ma għandhiex tikkwalifika bħala eliġibbli fejn tintlaħaq waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-maturità oriġinali tal-protezzjoni hija inqas minn sena;
l-iskopertura hija skopertura b’terminu qasir speċifikata mill-awtoritajiet kompetenti li hija soġġetta għal livell minimu ta’ ġurnata minflok ta’ sena fir-rigward tal-valur tal-maturità (M) skont l-Artikolu 162(3).
Artikolu 238
Maturità tal-protezzjoni tal-kreditu
Artikolu 239
Valutazzjoni tal-protezzjoni
Għal transazzjonijiet soġġetti għall-protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu skont il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju, l-istituzzjonijiet għandhom jirreflettu l-maturità tal-protezzjoni tal-kreditu u tal-iskopertura fil-valur aġġustat tal-kollateral skont il-formula li ġejja:
fejn:
CVA |
= |
il-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral kif speċifikat fl-Artikolu 223(2) jew l-amount tal-iskopertura, liema minnhom ikun l-inqas; |
t |
= |
huwa l-għadd ta’ snin li jifdal sad-data tal-maturità tal-protezzjoni tal-kreditu kkalkulat skont l-Artikolu 238, jew il-valur ta’ T, liema minnhom ikun l-inqas; |
T |
= |
l-għadd ta’ snin li jifdal sad-data tal-maturità tal-iskopertura ikkalkolat skont l-Artikolu 238, jew ħames snin, liema minnhom ikun l-inqas; |
t* |
= |
0,25. |
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw CVAM bħala CVA aġġustat ulterjorment għal diskrepanza fil-maturità fil-formula għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura aġġustat għal kollox (E*) stabbilit fl-Artikolu 223(5).
Għal transazzjonijiet soġġetti għall-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom jirreflettu l-maturità tal-protezzjoni tal-kreditu u tal-iskopertura fil-valur aġġustat tal-protezzjoni tal-kreditu skont il-formula li ġejja:
fejn:
GA |
= |
G* aġġustat għal kwalunkwe diskrepanza fil-maturità; |
G* |
= |
l-ammont tal-protezzjoni aġġustat għal kwalunkwe diskrepanza fil-muniti; |
t |
= |
huwa l-għadd ta’ snin li jifdal sad-data tal-maturità tal-protezzjoni tal-kreditu kkalkulat skont l-Artikolu 238, jew il-valur ta’ T, liema minnhom ikun l-inqas; |
T |
= |
huwa l-għadd ta’ snin li jifdal sad-data tal-maturità tal-iskopertura kkalkulat skont l-Artikolu 238, jew ħames snin, liema minnhom ikun l-inqas; |
t* |
= |
0,25. |
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw GA bħala l-valur tal-protezzjoni għall-finijiet tal-Artikoli 233 sa 236.
Artikolu 240
Derivati tal-kreditu tat-tip "first-to-default"
Fejn l-istituzzjoni tikseb protezzjoni tal-kreditu għal għadd ta’ skoperturi bil-kondizzjoni li l-ewwel inadempjenza fost l-iskoperturi għandha tikkawża pagament u li dan l-avveniment ta’ kreditu għandu jittermina l-kuntratt, l-istituzzjoni tista’ temenda l-kalkolu tal-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u, kif rilevanti, l-ammont ta’ telf mistenni tal-iskopertura li kieku, fl-assenza tal-protezzjoni tal-kreditu, tkun tipproduċi l-inqas ammont ta’ skopertura ppeżata skont ir-riskju skont dan il-Kapitolu:
għal istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ Standardizzat, l-ammont ta’ skopertura ppeżata skont ir-riskju għandu jkun dak ikkalkulat skont l-Approċċ Standardizzat;
għal istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ IRB, l-ammont ta’ skopertura ppeżata skont ir-riskju għandu jkun is-somma tal-ammont tal-iskopertura ppeżata skont ir-riskju ikkalkulat skont l-Approċċ IRB u 12.5 darbiet l-ammont tat-telf mistenni.
It-trattament stipulat f’dan l-Artikolu japplika biss fejn il-valur tal-iskopertura jkun inqas minn jew daqs il-valur tal-protezzjoni tal-kreditu.
Artikolu 241
Derivati tal-kreditu tat-tip "nth-to-default"
Fejn l-inadempjenza numru “n” fost l-iskoperturi tikkawża pagament taħt il-protezzjoni tal-kreditu, l-istituzzjoni li tixtri l-protezzjoni tista’ biss tirrikonoxxi l-protezzjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u, kif applikabbli, l-ammonti ta’ telf mistennija fejn il-protezzjoni tkun inkisbet ukoll għall-inadempjenzi numru 1 sa numru n-1 jew meta jkunu diġà seħħew inadempjenzi numru ‘n-1’. F’tali każijiet, l-istituzzjoni tista’ temenda l-kalkolu tal-ammont ta’ skopertura ppeżata skont ir-riskju u, kif applikabbli, l-ammont ta’ telf mistenni tal-iskopertura, li fin-nuqqas tal-protezzjoni tal-kreditu kieku kienu jipproduċu l-ammont tan-numru n l-aktar baxx tal-iskoperturi ppeżata skont ir-riskju skont dan il-Kapitolu. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont tan-numru n l-aktar baxx kif speċifikat fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 240.
It-trattament stipulat f’dan l-Artikolu japplika biss fejn il-valur tal-iskopertura jkun inqas minn jew daqs il-valur tal-protezzjoni tal-kreditu.
L-iskoperturi kollha fil-basket għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 204(2) u l-Artikolu 216(1)(d).
KAPITOLU 5
Titolizzazzjoni
Artikolu 242
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
‘għażla eżerċitabbli eżawrjenti’ tfisser għażla kuntrattwali li tintitola lill-oriġinatur sabiex jeżerċita l-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni qabel ma jkunu tħallsu lura l-iskoperturi titolizzati kollha, permezz ta’ riakkwist tal-iskoperturi sottostanti li jifdal fl-aggregazzjoni fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet tradizzjonali jew inkella permezz ta’ terminazzjoni tal-protezzjoni ta’ kreditu fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet sintetiċi, fiż-żewġ każijiet meta l-ammont ta’ skoperturi sottostanti pendenti jaqa’ f’ċertu livell jew taħt ċertu livell speċifikat minn qabel;
‘strip tal-imgħax biss għat-titjib tal-kreditu’ tfisser assi fil-karta tal-bilanċ li jirrappreżenta valutazzjoni tal-flussi tal-flus relatati mal-introjtu ta’ marġni futur u huwa segment subordinat fit-titolizzazzjoni;
‘faċilità ta’ likwidità’ tfisser faċilità ta’ likwidità kif definita fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
‘pożizzjoni mhux klassifikata’ tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li ma għandhiex valutazzjoni tal-kreditu eliġibbli f’konformità mat-Taqsima 4;
‘pożizzjoni klassifikata’ tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li għandha valutazzjoni tal-kreditu eliġibbli f’konformità mat-Taqsima 4;
‘pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri’ tfisser pożizzjoni appoġġata jew garantita mill-ewwel pretensjoni fuq l-iskoperturi sottostanti kollha, li tinjora, għal dawn il-finijiet, l-ammonti dovuti taħt ir-rata tal-imgħax jew kuntratti derivattivi tal-muniti, miżati jew pagamenti simili oħrajn, u irrispettivament minn kwalunkwe differenza fil-maturità ma’ segment superjuri wieħed jew aktar li magħhom dik il-pożizzjoni tikkondividi telf pro-rata;
‘aggregazzjoni ta’ IRB’ tfisser aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti ta’ tip li fir-rigward tagħha l-istituzzjoni għandha permess li tuża l-Approċċ IRB u tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji skont il-Kapitolu 3 għal dawn l-iskoperturi kollha;
‘aggregazzjoni mħallta’ tfisser aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti ta’ tip li fir-rigward tagħha l-istituzzjoni għandha permess li tuża l-Approċċ IRB u tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji skont il-Kapitolu 3 għal uħud mill-iskoperturi, iżda mhux għal kollha kemm huma;
‘sovrakollateralizzazzjoni’ tfisser kull forma ta’ titjib tal-kreditu li permezz tagħha jiġu ppreżentati skoperturi sottostanti f’valur ogħla mill-valur tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;
‘titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata’ jew ‘titolizzazzjoni STS’ tfisser titolizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
‘programm ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi’ jew ‘programm ABCP’ tfisser programm ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi jew programm ABCP kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
‘tranżazzjoni ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi’ jew ‘tranżazzjoni ABCP’ tfisser tranżazzjoni ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi jew tranżazzjoni ABCP kif definita fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
‘titolizzazzjoni tradizzjonali’ tfisser titolizzazzjoni tradizzjonali kif definita fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
‘titolizzazzjoni sintetika’ tfisser titolizzazzjoni sintetika kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
‘skopertura ċirkolanti’ tfisser skopertura ċirkolanti kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
‘klawżola ta’ ammortizzament antiċipat’ tfisser klawżola ta’ ammortizzament antiċipat kif definita fil-punt (17) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
‘segment tal-ewwel telf’ tfisser segment tal-ewwel telf kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
‘pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni intermedja’ tfisser pożizzjoni fit-titolizzazzjoni li tkun subordinata għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri u għandha pożizzjoni ogħla mis-segment tal-ewwel telf, u li tkun soġġetta għal ponderazzjoni tar-riskju aktar baxxa minn 1 250 % u ogħla minn 25 % skont is-Subtaqsimiet 2 u 3 tat-Taqsima 3;
‘entità promozzjonali’ tfisser kwalunkwe impriża jew entità stabbilita mill-gvern ċentrali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru, li tagħti self promozzjonali jew tagħti garanziji promozzjonali, li l-għan ewlieni tagħha mhuwiex li jsir qligħ jew li jiżdied kemm jista’ jkun is-sehem mis-suq iżda li jiġu promossi l-objettivi tal-politika pubblika ta’ dak il-gvern, bil-kondizzjoni li, soġġett għal regoli dwar għajnuna mill-Istat, dak il-gvern ikollu l-obbligu li jipproteġi l-bażi ekonomika tal-impriża jew l-entità u jżomm il-vijabbiltà tagħha matul ħajjitha, jew li tal-anqas 90 % tal-kapital jew il-finanzjament oriġinali tagħha jew is-self promozzjonali mogħti minnha jkun direttament jew indirettament garantit mill-gvern ċentrali, reġjonali jew lokali tal-Istat Membru;
‘marġni pożittiv sintetiku’ tfisser marġni pożittiv sintetiku kif definit fil-punt (29) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.
Artikolu 243
Kriterji għat-titolizzazzjonijiet STS li jikkwalifikaw għal trattament kapitali differenzjat
Il-pożizzjonijiet fi programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP li jikkwalifikaw bħala pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni STS għandhom ikunu eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikoli 260, 262 u 264, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-iskoperturi sottostanti jissodisfaw, fil-mument tal-inklużjoni tagħhom fil-programm ABCP, sa fejn jaf l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali, il-kondizzjonijiet li taħthom jiġu assenjati, skont l-Approċċ Standardizzat u b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu eliġibbli, piż ta’ riskju ugwali għal jew iżgħar minn 75 % fuq bażi ta’ skopertura individwali meta l-iskopertura tkun fil-livell tal-konsumatur jew 100 % għal kull skopertura oħra; u
il-valur aggregat tal-iskoperturi kollha lil obbligant waħdieni fil-livell tal-programm ABCP ma jaqbiżx it-2 % tal-valur aggregat tal-iskoperturi kollha fil-programm ABCP fil-mument li żdiedu l-iskoperturi fil-programm ABCP. Għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu, is-self jew il-kirjiet lil grupp ta’ klijenti konnessi, sa fejn jaf l-isponsor, għandhom jitqiesu bħala skoperturi lil obbligant waħdieni.
Fil-każ ta’ riċevibbli tan-negozju, il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma japplikax meta r-riskju tal-kreditu ta’ dawk ir-riċevibbli tan-negozju jkun kopert b’mod sħiħ mill-protezzjoni tal-kreditu eliġibbli b’konformità mal-Kapitolu 4, dment li, f’dak il-każ, il-fornitur tal-protezzjoni jkun istituzzjoni, ditti tal-investiment, impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni.
Fil-każ ta’ valuri residwi titolizzati tal-kiri, il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn dawk il-valuri ma jkunux esposti għar-riskju ta’ rifinanzjament jew bejgħ mill-ġdid minħabba impenn legalment infurzabbli ta’ xiri mill-ġdid jew rifinanzjament tal-iskopertura f’ammont stabbilit minn qabel minn parti terza eliġibbli skont l-Artikolu 201(1).
Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, fejn istituzzjoni tapplika l-Artikolu 248(3), jew tkun ingħatat il-permess biex tapplika l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna f’konformità mal-Artikolu 265, il-piż tar-riskju li dik l-istituzzjoni tassenja għal faċilità ta’ likwidità li tkopri kompletament l-ABCP maħruġa taħt il-programm huwa ugwali għal 100 % jew inqas;
Il-pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni, għajr programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP, li jikkwalifikaw bħala pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni STS, għandhom ikunu eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikoli 260, 262 u 264, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
fil-mument tal-inklużjoni fit-titolizzazzjoni, il-valur aggregat tal-iskoperturi kollha lil obbligant waħdieni fil-aggregazzjoni ma jaqbiżx it-2 % tal-valuri tal-iskopertura tal-valuri aggregati tal-iskoperturi pendenti tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti. Għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu, is-self jew il-kirjiet lil grupp ta’ klijenti konnessi għandhom jitqiesu bħala skoperturi lil obbligant waħdieni.
Fil-każ ta’ valuri residwi titolizzati tal-kiri, l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt ma għandux japplika fejn dawk il-valuri ma jkunux esposti għar-riskju ta’ rifinanzjament jew bejgħ mill-ġdid minħabba impenn legalment infurzabbli ta’ xiri mill-ġdid jew rifinanzjament tal-iskopertura f’ammont stabbilit minn qabel minn parti terza eliġibbli skont l-Artikolu 201(1);
fil-mument tal-inklużjoni tagħhom fit-titolizzazzjoni, l-iskoperturi sottostanti jissodisfaw il-kondizzjonijiet li taħthom jiġu assenjati, skont l-Approċċ Standardizzat u b’kunsiderazzjoni ta’ kull mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu eliġibbli, piż ta’ riskju ugwali għal jew iżgħar minn:
40 % fuq bażi medja ponderata għall-valur tal-iskopertura għall-portafoll meta l-iskoperturi jkunu self garantit minn ipoteki residenzjali jew self residenzjali garantiti kompletament, kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 129(1);
50 % fuq bażi ta’ skopertura individwali meta l-iskopertura tkun self garantit minn ipoteka kummerċjali;
75 % fuq bażi ta’ skopertura individwali meta l-iskopertura tkun waħda fil-livell tal-konsumaturi;
għal skoperturi oħrajn, 100 % fuq bażi ta’ skopertura individwali;
meta japplikaw il-punti (b)(i) u (b)(ii), is-self garantit minn drittijiet ta’ garanzija fi klassifikazzjoni aktar baxxa fuq assi partikolari għandu jiġi inkluż biss fit-titolizzazzjoni meta jkun ġie inkluż fit-titolizzazzjoni wkoll is-self kollu garantit minn drittijiet ta’ garanzija fi klassifikazzjoni preċedenti fuq dak l-assi;
meta japplika l-punt (b)(i) ta’ dan il-paragrafu, ebda self fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti ma għandu jkollu proporzjon bejn is-self u l-valur ogħla minn 100 %, fil-mument tal-inklużjoni fit-titolizzazzjoni, imkejjel skont il-punt (d)(i) tal-Artikolu 129(1) u l-Artikolu 229(1).
Artikolu 244
Titolizzazzjoni tradizzjonali
L-istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni tradizzjonali tista’ teskludi skoperturi sottostanti mill-kalkolu tagħha tal-ammonti ta’ skopertura ponderati għar-riskju u, fejn rilevanti, l-ammonti tat-telf mistenni jekk tiġi ssodisfata xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
ir-riskju tal-kreditu sinifikanti assoċjat mal-iskoperturi sottostanti jkun ġie ttrasferit lil partijiet terzi;
l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika piż ta’ riskju ta’ 1 250 % għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kollha li għandha fit-titolizzazzjoni jew tnaqqas dawn il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1).
Riskju tal-kreditu sinifikanti għandu jitqies bħala li ġie ttrasferit f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:
l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedja mħaddna mill-istituzzjoni oriġinatriċi fit-titolizzazzjoni ma jaqbżux il-50 % tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet kollha ta’ titolizzazzjoni intermedja li jeżistu f’din it-titolizzazzjoni;
l-istituzzjoni oriġinatriċi ma żżommx aktar minn 20 % tal-valur tal-iskopertura tas-segment tal-ewwel telf fit-titolizzazzjoni, bil-kondizzjoni li jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
l-oriġinatur jista’ juri li l-valur tal-iskopertura tas-segment tal-ewwel telf jaqbeż stima raġunata tat-telf mistenni fuq l-iskoperturi sottostanti b’marġni sostanzjali;
ma hemmx pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedji.
Meta t-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, li l-istituzzjoni oriġinatriċi tikseb permezz tat-titolizzazzjoni skont il-punti (a) jew (b), ma jkunx ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta’ riskju tal-kreditu lil partijiet terzi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu fuq bażi ta’ każ b’każ li ma għandux jitqies bħala li ġie ttrasferit riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet oriġinaturi jirrikonoxxu trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti fir-rigward ta’ titolizzazzjoni meta l-istituzzjoni oriġinatriċi turi f’kull każ li t-tnaqqis fir-rekwiżiti tal-fondi proprji miksub mill-oriġinatriċi permezz tat-titolizzazzjoni huwa ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta’ riskju tal-kreditu lil partijiet terzi. Il-permess jista’ jingħata biss meta l-istituzzjoni tissodisfa iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjoni jkollha politiki u metodoloġiji adegwati għall-ġestjoni tar-riskji interni sabiex tkun tista’ tivvaluta t-trasferiment tar-riskju tal-kreditu;
l-istituzzjoni tkun irrikonoxxiet ukoll it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi f’kull każ għall-finijiet tal-immaniġġar tar-riskji interni tal-istituzzjoni u l-allokazzjoni interna tal-kapital tagħha.
Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 1, 2 u 3, għandhom jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tirrifletti s-sustanza ekonomika tat-titolizzazzjoni;
il-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni ma jkunux jikkostitwixxu obbligi ta’ ħlas tal-istituzzjoni oriġinatriċi;
l-iskoperturi sottostanti jitpoġġew f’pożizzjonijiet li ma jkunux jistgħu jintlaħqu mill-istituzzjoni oriġinatriċi u mill-kredituri tagħha b’tali mod li jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402;
l-istituzzjoni oriġinatriċi ma jkollhiex kontroll fuq l-iskoperturi sottostanti. Jiġi kkunsidrat li jinżamm il-kontroll fuq l-iskoperturi sottostanti meta l-oriġinatur ikollu d-dritt li jixtri lura mingħand iċ-ċessjonarju l-iskoperturi li jkunu ġew ittrasferiti qabel sabiex ikun jista’ jieħu l-benefiċċji tagħhom jew jekk dan ikun meħtieġ b’mod ieħor sabiex jirriassumi riskju ttrasferit. Iż-żamma mill-istituzzjoni oriġinatriċi tad-drittijiet jew tal-obbligi tal-ġestjoni (servicing) fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti minnha nnifisha ma tikkostitwixxix kontroll tal-iskoperturi;
id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni ma jkunx fiha termini jew kondizzjonijiet li:
jitolbu lill-istituzzjoni oriġinatriċi tbiddel l-iskoperturi sottostanti sabiex ittejjeb il-kwalità medja tal-aggregazzjoni; jew
iżidu r-rendiment pagabbli lid-detenturi tal-pożizzjonijiet jew altrimenti jtejbu l-pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni b’reazzjoni għal deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti;
fejn applikabbli, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tagħmilha ċara li l-oriġinatur jew l-isponsor jistgħu biss jixtru jew jixtru lura pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, jew inkella jixtru lura, jirristrutturaw jew jissostitwixxu l-iskoperturi sottostanti lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tagħhom meta tali arranġamenti jiġu esegwiti skont il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u l-partijiet għalihom jaġixxu fl-interess tagħhom stess bħala partijiet liberi u indipendenti (f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta);
fejn hemm għażla eżerċitabbli eżawrjenti, dik l-għażla għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
tista’ tiġi eżerċitata skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni oriġinatriċi;
tista’ tiġi eżerċitata biss meta 10 % jew inqas tal-valur oriġinali tal-iskoperturi sottostanti jibqa’ mhux ammortizzat;
ma tkunx strutturata biex tevita l-allokazzjoni tat-telf għall-pożizzjonijiet ta’ titjib tal-kreditu jew għal pożizzjonijiet oħrajn imħaddna mill-investituri fit-titolizzazzjoni, u ma tkunx strutturata b’mod ieħor biex tipprovdi titjib tal-kreditu;
l-istituzzjoni oriġinatriċi rċeviet opinjoni minn professjonist legali kkwalifikat li tikkonferma li t-titolizzazzjoni hija konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu.
L-EBA għandha timmonitorja l-firxa ta’ prattiki superviżorji fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ trasferiment ta’ riskju sinifikanti f’titolizzazzjonijiet tradizzjonali skont dan l-Artikolu. B’mod partikolari, l-EBA għandha tirrieżamina:
il-kondizzjonijiet għat-trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi f’konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4;
l-interpretazzjoni ta’ ‘trasferiment proporzjonat tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi’ għall-finijiet tal-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti prevista fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3;
ir-rekwiżiti għal valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar tranżazzjonijiet tat-titolizzazzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-oriġinatur ifittex rikonoxximent ta’ trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi skont il-paragrafu 2 jew 3.
L-EBA għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Jannar 2021. Il-Kummissjoni tista’ tadotta, wara li tkun ikkunsidrat ir-rapport mill-EBA, att delegat skont l-Artikolu 462, biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar l-elementi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu.
Artikolu 245
Titolizzazzjoni sintetika
L-istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni sintetika tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji u, fejn rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti skont l-Artikoli 251 u 252 meta tiġi ssodisfata xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
ikun ġie ttrasferit riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi permezz ta’ protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata;
l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika piż ta’ riskju ta’ 1 250 % għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kollha li hija żżomm fit-titolizzazzjoni jew tnaqqas dawn il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni mill-Grad 1 tal-Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1).
Riskju tal-kreditu sinifikanti għandu jitqies bħala li ġie ttrasferit f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:
l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedja mħaddna mill-istituzzjoni oriġinatriċi fit-titolizzazzjoni ma jaqbżux il-50 % tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet kollha ta’ titolizzazzjoni intermedja li jeżistu f’din it-titolizzazzjoni;
l-istituzzjoni oriġinatriċi ma żżommx aktar minn 20 % tal-valur tal-iskopertura tas-segment tal-ewwel telf fit-titolizzazzjoni, bil-kondizzjoni li jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
l-oriġinatur jista’ juri li l-valur tal-iskopertura tas-segment tal-ewwel telf jaqbeż stima raġunata tat-telf mistenni fuq l-iskoperturi sottostanti b’marġni sostanzjali;
ma hemmx pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedja.
Meta t-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, li l-istituzzjoni oriġinatriċi tikseb permezz tat-titolizzazzjoni, ma jkunx ġustifikat minn trasferiment proporzjonat tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi ta’ każ b’każ, li ma għandux jitqies bħala li ġie ttrasferit riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet oriġinaturi jirrikonoxxu trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti fir-rigward ta’ titolizzazzjoni meta l-istituzzjoni oriġinatriċi turi f’kull każ li t-tnaqqis fir-rekwiżiti tal-fondi proprji miksub mill-oriġinatriċi permezz tat-titolizzazzjoni huwa ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta’ riskju tal-kreditu lil partijiet terzi. Il-permess jista’ jingħata biss meta l-istituzzjoni tissodisfa ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjoni jkollha politiki u metodoloġiji adegwati għall-immaniġġar tar-riskji interni sabiex tivvaluta t-trasferiment tar-riskju;
l-istituzzjoni tkun irrikonoxxiet ukoll it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi f’kull każ għall-finijiet tal-immaniġġar tar-riskji interni tal-istituzzjoni u l-allokazzjoni interna tal-kapital tagħha.
Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 1, 2 u 3, għandhom jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tirrifletti s-sustanza ekonomika tat-titolizzazzjoni;
il-protezzjoni tal-kreditu li permezz tagħha jiġi ttrasferit ir-riskju tal-kreditu tkun konformi mal-Artikolu 249;
id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni ma jkunx fiha termini jew kondizzjonijiet li:
jimponu livelli limiti ta’ materjalità sinifikanti li inqas minnhom il-protezzjoni tal-kreditu titqies bħala li ma tiġix attivata jekk iseħħ avveniment ta’ kreditu;
jippermettu li l-protezzjoni tiġi fi tmiemha minħabba d-deterjorament tal-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti;
jitolbu lill-istituzzjoni oriġinatriċi tbiddel il-kompożizzjoni tal-iskoperturi sottostanti sabiex ittejjeb il-kwalità medja tal-aggregazzjoni; jew
iżidu l-kost tal-protezzjoni tal-kreditu għall-istituzzjoni jew ir-rendiment pagabbli lid-detenturi ta’ pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni b’reazzjoni għal deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-aggregazzjoni sottostanti;
il-protezzjoni tal-kreditu hija infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha;
fejn applikabbli, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tagħmilha ċara li l-oriġinatur jew l-isponsor jistgħu biss jixtru jew jixtru lura pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, jew inkella jixtru lura, jirristrutturaw jew jissostitwixxu l-iskoperturi sottostanti lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tagħhom meta tali arranġamenti jiġu esegwiti skont il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u l-partijiet għalihom jaġixxu fl-interess tagħhom stess bħala partijiet liberi u indipendenti (f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta);
fejn hemm għażla eżerċitabbli eżawrjenti, din l-għażla tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
tista’ tiġi eżerċitata skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni oriġinatriċi;
tista’ tiġi eżerċitata biss meta 10 % jew inqas tal-valur oriġinali tal-iskoperturi sottostanti jibqa’ mhux ammortizzat;
ma tkunx strutturata biex tevita l-allokazzjoni tat-telf għall-pożizzjonijiet ta’ titjib tal-kreditu jew għal pożizzjonijiet oħrajn imħaddna mill-investituri fit-titolizzazzjoni, kif ukoll ma tkunx strutturata b’mod ieħor biex tipprovdi titjib tal-kreditu;
l-istituzzjoni oriġinatriċi rċeviet opinjoni minn professjonist legali kkwalifikat li tikkonferma li t-titolizzazzjoni hija konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu;
L-EBA għandha timmonitorja l-firxa ta’ prattiki superviżorji fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ trasferiment ta’ riskju sinifikanti f’titolizzazzjonijiet sintetiċi skont dan l-Artikolu. B’mod partikolari, l-EBA għandha tirrieżamina:
il-kondizzjonijiet għat-trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi f’konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4;
l-interpretazzjoni ta’ ‘trasferiment proporzjonat tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi’ għall-finijiet tal-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti prevista fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3; u
ir-rekwiżiti għal valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar tranżazzjonijiet tat-titolizzazzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-oriġinatur ifittex rikonoxximent ta’ trasferiment sinifikanti ta’ riskju tal-kreditu lil partijiet terzi skont il-paragrafu 2 jew 3.
L-EBA għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Jannar 2021. Il-Kummissjoni tista’ tadotta, wara li tkun ikkunsidrat ir-rapport mill-EBA, att delegat skont l-Artikolu 462, biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar l-elementi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu.
Artikolu 246
Rekwiżiti operattivi għal klawżoli ta’ ammortizzament antiċipat
Meta t-titolizzazzjoni tkun tinkludi skoperturi ċirkolanti u klawżoli ta’ ammortizzament antiċipat jew klawżoli simili, għandu jiġi kkunsidrat li ġie ttrasferit riskju tal-kreditu sinifikanti mill-istituzzjoni oriġinatriċi biss meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 244 u 245 u meta l-klawżola ta’ ammortizzament antiċipat, ladarba tiġi attivata:
ma twassalx għal subordinazzjoni tal-pretensjoni superjuri jew pari passu tal-istituzzjoni fuq l-iskoperturi sottostanti għall-pretensjonijiet tal-investituri l-oħrajn;
ma twassalx għal subordinazzjoni ulterjuri tal-pretensjoni tal-istituzzjoni fuq l-iskoperturi sottostanti relattivi għall-pretensjonijiet tal-partijiet l-oħrajn; jew
ma żżidx b’mod ieħor l-iskopertura tal-istituzzjoni għat-telf assoċjat mal-iskoperturi ċirkolanti sottostanti.
Artikolu 247
Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju
Meta istituzzjoni oriġinatriċi tkun ittrasferiet riskju tal-kreditu sinifikanti assoċjat mal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni skont it-Taqsima 2, dik l-istituzzjoni tista:
fil-każ ta’ titolizzazzjoni tradizzjonali, teskludi l-iskoperturi sottostanti mill-kalkolu tagħha tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju u, fejn rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija;
fil-każ ta’ titolizzazzjoni sintetika, tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju u, fejn rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija, fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti skont l-Artikoli 251 u 252.
Fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi ma tkunx ittrasferiet riskju tal-kreditu sinifikanti jew tkun iddeċidiet li ma tapplikax il-paragrafu 1, din ma tkunx meħtieġa tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għal xi pożizzjoni li jista’ jkollha fit-titolizzazzjoni iżda għandha tkompli tinkludi l-iskoperturi sottostanti fil-kalkoli tagħha tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju u, fejn rilevanti, ammonti ta’ telf mistennija daqs li kieku ma kinux ġew titolizzati.
Artikolu 248
Valur tal-iskopertura
Il-valur ta’ skopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
il-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fil-karta tal-bilanċ għandu jkun il-valur tal-kontabbiltà tagħha wara li jkun ġie applikat kwalunkwe aġġustament speċifiku għar-riskju tal-kreditu rilevanti fuq il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont l-Artikolu 110;
il-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ huwa l-valur nominali tagħha nieqes kwalunkwe aġġustament speċifiku għar-riskju tal-kreditu rilevanti fuq il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont l-Artikolu 110, immultiplikat bil-fattur ta’ konverżjoni rilevanti kif stabbilit f’dan il-punt. Il-fattur ta’ konverżjoni għandu jkun ta’ 100 %, ħlief fil-każ ta’ faċilitajiet ta’ avvanz ta’ flus. Sabiex jiġi determinat il-valur tal-iskopertura tal-porzjon mhux miġbud tal-faċilitajiet ta’ avvanz ta’ flus, jista’ jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 % għall-ammont nominali ta’ faċilità ta’ likwidità li jkun kanċellabbli inkondizzjonalment dment li r-ripagamenti tal-ġbid mill-faċilità jkunu superjuri għal kull pretensjoni oħra fuq il-flussi tal-flus li jirriżultaw mill-iskoperturi sottostanti, u l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li hija qed tapplika metodu konservattiv xieraq biex jitkejjel l-ammont tal-porzjon mhux miġbud;
il-valur tal-iskopertura għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti fir-rigward ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tirriżulta minn strument derivattiv elenkat fl-Anness II għandu jiġi ddeterminat skont il-Kapitolu 6;
istituzzjoni oriġinatriċi tista’ tnaqqas mill-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tkun assenjata piż tar-riskju ta’ 1 250 % skont is-Subtaqsima 3 jew imnaqqsa mill-Grad 1 tal-Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1), l-ammont tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju tal-kreditu fuq l-iskoperturi sottostanti skont l-Artikolu 110, u kull skont mhux rimborżabbli fil-prezz tax-xiri marbut ma’ dawn l-iskoperturi sottostanti sa fejn tali skonti kkawżaw it-tnaqqis tal-fondi proprji;
Il-valur tal-iskopertura ta’ marġni pożittiv sintetiku għandu jinkludi, kif applikabbli, l-elementi li ġejjin:
kwalunkwe introjtu mill-iskoperturi titolizzati diġà rikonoxxuti mill-istituzzjoni oriġinatriċi fid-dikjarazzjoni tad-dħul tagħha fl-ambitu tal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli li l-istituzzjoni oriġinatriċi kuntrattwalment allokat għat-tranżazzjoni bħala marġni pożittiv sintetiku u li jkun għadu disponibbli biex jassorbi t-telf;
kwalunkwe marġni pożittiv sintetiku li jkun kuntrattwalment allokat mill-istituzzjoni oriġinatriċi fi kwalunkwe perjodu preċedenti u li jkun għadu disponibbli biex jassorbi t-telf;
kwalunkwe marġni pożittiv sintetiku li jkun kuntrattwalment allokat mill-istituzzjoni oriġinatriċi għall-perjodu attwali u li jkun għadu disponibbli biex jassorbi t-telf;
kwalunkwe marġni pożittiv sintetiku kuntrattwalment allokat mill-istituzzjoni oriġinatriċi għal perjodi futuri.
Għall-finijiet ta’ dan il-punt, kwalunkwe ammont ipprovdut bħala kollateral jew titjib tal-kreditu fir-rigward tat-titolizzazzjoni sintetika u li jkun diġà soġġett għal rekwiżit ta’ fondi proprji skont dan il-Kapitolu ma għandux jiġi inkluż fil-valur tal-iskopertura.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika x’jikkostitwixxi metodu konservattiv xieraq għall-kejl tal-ammont tal-porzjon mhux miġbud imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu.
L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.
Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Fejn il-pożizzjonijiet huma parzjalment sovraposti, l-istituzzjoni tista’ taqsam il-pożizzjoni f’żewġ partijiet u tirrikonoxxi s-sovrapożizzjoni fir-rigward ta’ parti waħda biss f’konformità mal-ewwel subparagrafu. Alternattivament, l-istituzzjoni tista’ tittratta l-pożizzjonijiet daqslikieku kienu sovraposti b’mod sħiħ billi tespandi għall-finijiet tal-kalkolu tal-kapital, il-pożizzjoni li tipproduċi l-ogħla ammonti ta’ skoperturi ponderati skont ir-riskju.
L-istituzzjoni tista’ tirrikonoxxi wkoll sovrapożizzjoni bejn ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji f’riskju għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u r-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar, diment li l-istituzzjoni tkun tista’ tikkalkula u tqabbel ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-pożizzjonijiet rilevanti.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, żewġ pożizzjonijiet għandhom jitqiesu bħala sovraposti meta jkunu fi tpaċija reċiproka b’tali mod li l-istituzzjoni tkun tista’ tipprekludi t-telf li jirriżulta minn pożizzjoni waħda billi tesegwixxi l-obbligi meħtieġa taħt il-pożizzjoni l-oħra.
L-EBA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2021.
Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 249
Rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni
Il-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata eliġibbli u l-fornituri ta’ tali protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata jkunu limitati għal dawk li huma eliġibbli skont il-Kapitolu 4 u r-rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu jkun soġġett għall-konformità mar-rekwiżiti rilevanti, kif stipulat fil-Kapitolu 4.
L-istituzzjonijiet li huma permessi japplikaw l-Approċċ IRB għal skopertura diretta għall-fornitur tal-protezzjoni jistgħu jivvalutaw l-eliġibbiltà skont l-ewwel subparagrafu abbażi tal-ekwivalenza tal-PD għall-fornitur tal-protezzjoni għall-PD assoċjat mal-iskali tal-kwalità kreditizja msemmija fl-Artikolu 136.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-SSPEs ikunu fornituri ta’ protezzjoni eliġibbli meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-SSPE jkollha assi li jikkwalifikaw bħala kollateral finanzjarju eliġibbli skont il-Kapitolu 4;
l-assi msemmija fil-punt (a) ma jkunux soġġetti għal pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti li jikklassifikaw quddiem jew pari passu mal-pretensjoni jew mal-pretensjoni kontinġenti tal-istituzzjoni li tirċievi protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata; u
jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha għar-rikonoxximent tal-kollateral finanzjarju stabbiliti fil-Kapitolu 4.
Meta pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tibbenifika minn protezzjoni sħiħa tal-kreditu jew protezzjoni parzjali tal-kreditu fuq bażi pro-rata, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
l-istituzzjoni li tipprovdi protezzjoni tal-kreditu għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-porzjon tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tibbenifika mill-protezzjoni ta’ kreditu skont is-Subtaqsima 3 bħallikieku kienet qed iżżomm dak il-porzjon tal-pożizzjoni direttament;
l-istituzzjoni li tixtri l-protezzjoni tal-kreditu għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont il-Kapitolu 4 għall-porzjon protett.
Fil-każijiet kollha li mhumiex koperti mill-paragrafu 6, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
l-istituzzjoni li tipprovdi l-protezzjoni tal-kreditu għandha tittratta l-porzjon tal-pożizzjoni li jibbenefika mill-protezzjoni tal-kreditu bħala pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju bħallikieku kienet qed iżżomm dik il-pożizzjoni direttament skont is-Subtaqsima 3, soġġetta għall-paragrafi 8, 9 u 10;
l-istituzzjoni li tixtri l-protezzjoni tal-kreditu għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-porzjon protett tal-pożizzjoni msemmija fil-punt (a) skont il-Kapitolu 4. L-istituzzjoni għandha tittratta l-porzjon tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li ma jibbenefikax mill-protezzjoni tal-kreditu bħala pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni separata u għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont is-Subtaqsima 3, soġġetta għall-paragrafi 8, 9 u 10.
L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Esterni tat- Titolizzazzjoni (SEC-ERBA) taħt is-Subtaqsima 3 għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni oriġinali għandhom jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-pożizzjonijiet derivati skont il-paragrafu 7 kif ġej:
meta l-pożizzjoni derivata jkollha l-ogħla superjorità, hija għandha tiġi assenjata l-piż tar-riskju tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni oriġinali;
meta l-pożizzjoni derivata jkollha l-inqas superjorità, hija tista’ tiġi assenjata klassifikazzjoni inferita skont l-Artikolu 263(7). F’dak il-każ, l-input tal-ħxuna T għandu jiġi kkalkolat biss fuq il-bażi tal-pożizzjoni derivata.Meta ma tkunx tista’ tiġi inferita klassifikazzjoni, l-istituzzjoni tapplika l-ogħla piż tar-riskju li jirriżulta minn:
l-applikazzjoni tas-SEC-SA skont il-paragrafu 8 u s-Subtaqsima 3; jew
il-piż tar-riskju tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni oriġinali skont is-SEC-ERBA.
Artikolu 250
Appoġġ impliċitu
Tranżazzjoni ma għandhiex titqies bħala appoġġ għall-finijiet tal-paragrafu 1 meta t-tranżazzjoni tkun ġiet debitament ikkunsidrata fil-valutazzjoni ta’ trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti u meta ż-żewġ partijiet ikunu esegwew it-tranżazzjoni billi aġixxew fl-interess tagħhom bħala partijiet liberi u indipendenti (f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta). Għal dawn il-finijiet, l-istituzzjoni għandha twettaq reviżjoni kreditizja sħiħa tat-tranżazzjoni u, bħala minimu, tieħu f’kunsiderazzjoni l-fatturi kollha li ġejjin:
il-prezz tar-riakkwist;
il-pożizzjoni tal-kapital u tal-likwidità tal-istituzzjoni qabel u wara r-riakkwist;
il-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti;
il-prestazzjoni tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;
l-impatt tal-appoġġ fuq it-telf li mistenni li jġarrab l-oriġinatur b’mod relattiv għall-investituri.
Jekk istituzzjoni oriġinatriċi jew istituzzjoni sponsor tonqos milli tikkonforma mal-paragrafu 1 fir-rigward ta’ titolizzazzjoni, l-istituzzjoni għandha tinkludi l-iskoperturi sottostanti kollha ta’ dik it-titolizzazzjoni fil-kalkolu tagħha tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju bħallikieku dawn ma kinux ġew titolizzati u tiżvela:
li hija pprovdiet appoġġ għat-titolizzazzjoni bi ksur tal-paragrafu 1; u
l-impatt tal-appoġġ ipprovdut f’termini tar-rekwiżiti tal-fondi proprji.
Artikolu 251
Kalkolu tal-istituzzjonijiet oriġinaturi tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju titolizzati f’titolizzazzjoni sintetika
Artikolu 252
Trattament ta’ diskrepanzi fil-maturitajiet f’titolizzazzjonjiet sintetiċi
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Artikolu 251, kwalunkwe diskrepanza fil-maturità bejn il-protezzjoni tal-kreditu li permezz tagħha jinkiseb it-trasferiment tar-riskju u l-iskoperturi sottostanti għandha tiġi kkalkolata kif ġej:
il-maturità tal-iskoperturi sottostanti għandha titqies bħala l-itwal maturità ta’ kull waħda minn dawk l-iskoperturi soġġetta għal massimu ta’ ħames snin. Il-maturità tal-protezzjoni tal-kreditu għandha tiġi ddeterminata skont il-Kapitolu 4;
istituzzjoni oriġinatriċi għandha tinjora kull diskrepanza fil-maturità meta tiġi biex tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni soġġetti għal ponderazzjoni tar-riskju ta’ 1 250 % skont din it-Taqsima. Għall-pożizzjonijiet l-oħrajn kollha, it-trattament tad-diskrepanza fil-maturità stabbilit fil-Kapitolu 4 għandu jiġi applikat skont il-formula li ġejja:
fejn:
RW* |
= |
l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 92(3); |
RWAss |
= |
l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-iskoperturi sottostanti daqs li kieku ma jkunux ġew titolizzati, ikkalkolati fuq bażi pro-rata; |
RWSP |
= |
l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju kkalkolati skont l-Artikolu 251 daqs li kieku ma kienx hemm diskrepanza fil-maturità; |
T |
= |
il-maturità tal-iskoperturi sottostanti, espressa fi snin; |
t |
= |
maturità tal-protezzjoni tal-kreditu, espressa fi snin; |
t* |
= |
0,25 |
Artikolu 253
Tnaqqis fl-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju
Artikolu 254
Ġerarkija tal-metodi
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw wieħed mill-metodi stabbiliti fis-Subtaqsima 3 sabiex jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont il-ġerarkija li ġejja:
meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 258 jiġu ssodisfati, istituzzjoni għandha tuża s-SEC-IRBA skont l-Artikoli 259 u 260;
meta s-SEC-ERBA ma jkunx jista’ jintuża, istituzzjoni għandha tuża s-SEC-SA skont l-Artikoli 261 u 262;
meta s-SEC-SA ma jkunx jista’ jintuża, istituzzjoni għandha tuża s-SEC-ERBA skont l-Artikoli 263 u 264 għal pożizzjonijiet klassifikati jew pożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom tista’ tintuża klassifikazzjoni inferita.
Għal pożizzjonijiet klassifikati jew pożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom tista’tintuża klassifikazzjoni inferita, istituzzjoni għandha tuża s-SEC-ERBA minflok is-SEC-SA f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:
meta l-applikazzjoni tas-SEC-SA tirriżulta f’ponderazzjoni tar-riskju ogħla minn 25 % għal pożizzjonijiet li jikkwalifikaw bħala pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni STS;
meta l-applikazzjoni tas-SEC-SA tirriżulta f’ponderazzjoni tar-riskju ogħla minn 25 % jew l-applikazzjoni tas-SEC-ERBA tirriżulta f’ponderazzjoni tar-riskju ogħla minn 75 % għal pożizzjonijiet li ma jikkwalifikawx bħala pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni STS;
għal tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni garantiti b’aggregazzjoni ta’ self għall-karozzi, kirjiet ta’ karozzi u kirjiet ta’ tagħmir.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti mhux aktar tard mis-17 ta’ Novembru 2018.
Kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti biex tbiddel ulterjorment l-approċċ applikat għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni klassifikata tagħha għandha tiġi notifikat mill-istituzzjoni lill-awtorità kompetenti tagħha qabel il-15 ta’ Novembru immedjatament wara dik id-deċiżjoni.
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe oġġezzjoni mill-awtorità kompetenti sal-15 ta’ Diċembru immedjatament wara d-data tal-għeluq imsemmija fit-tieni jew it-tielet subparagrafu, kif xieraq, id-deċiżjoni notifikata tal-istituzzjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara u għandha tkun valida sakemm deċiżjoni notifikata sussegwentament tidħol fis-seħħ. Istituzzjoni ma għandhiex tuża approċċ differenti matul l-istess sena.
Artikolu 255
Determinazzjoni tal-KIRB u KSA
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-KIRB, l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, li għandhom jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 3 fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti, għandhom jinkludu:
l-ammont ta’ telf mistenni assoċjat mal-iskoperturi sottostanti kollha tat-titolizzazzjoni, inklużi l-iskoperturi sottostanti inadempjenti li għadhom parti mill-aggregazzjoni skont il-Kapitolu 3; u
l-ammont ta’ telf mhux mistenni assoċjat mal-iskoperturi sottostanti kollha, inklużi l-iskoperturi sottostanti inadempjenti fl-aggregazzjoni skont il-Kapitolu 3.
Meta t-telf mir-riskji ta’ dilwizzjoni u ta’ kreditu jiġi ttrattat b’mod aggregat fit-titolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkombinaw il-KIRB rispettiva għar-riskju ta’ dilwizzjoni u għar-riskju tal-kreditu f’KIRB waħda għall-finijiet tas-Subtaqsima 3. Il-preżenza ta’ fond ta’ riżerva waħdieni jew ta’ sovrakollateralizzazzjoni disponibbli sabiex jiġi kopert it-telf minn riskju tal-kreditu jew ta’ dilwizzjoni tista’ titqies bħala indikazzjoni li dawn ir-riskji huma ttrattati b’mod aggregat.
Meta r-riskju ta’ dilwizzjoni u r-riskju tal-kreditu ma jiġux ittrattati b’mod aggregat fit-titolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jimmodifikaw it-trattament stabbilit fit-tieni subparagrafu preċedenti sabiex jikkombinaw il-KIRB rispettiva għar-riskju ta’ dilwizzjoni u ta’ kreditu b’mod prudenti.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi sottostanti mingħajr nettjar ta’ kwalunkwe aġġustament speċifiku għar-riskju tal-kreditu u ta’ kwalunkwe aġġustament speċifiku tal-valur addizzjonali skont l-Artikoli 34 u 110 u kull tnaqqis ieħor tal-fondi proprji.
Fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet sintetiċi ffinanzjati, kull rikavat materjali mill-ħruġ ta’ noti marbuta ma’ kreditu jew obbligi ffinanzjati oħrajn tal-SSPE li jservu bħala kollateral għall-ħlas lura tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-KIRB jew tal-KSA jekk ir-riskju tal-kreditu tal-kollateral ikun soġġett għall-allokazzjoni tat-telf segmentata.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment il-kondizzjonijiet li jippermettu lill-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-KIRB għall- aggregazzjonijiet ta’ skoperturi sottostanti f’konformità mal-paragrafu 4, b’mod partikolari fir-rigward ta’:
politika u mudelli kreditizji interni għall-kalkolu tal-KIRB għal titolizzazzjonijiet;
l-użu ta’ fatturi ta’ riskju differenti fir-rigward tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti u, fejn ma tkunx disponibbli biżżejjed data preċiża jew affidabbli dwar dik l-aggregazzjoni, ta’ data proxy biex jiġu stmati l-PD u l-LGD; u
rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta biex jiġu ssorveljati l-azzjonijiet u l-politiki ta’ bejjiegħa tar-riċevibbli jew oriġinaturi oħra.
L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 256
Determinazzjoni tal-punt ta’ akkoppjament (A) u tal-punt ta’ distakkament (D)
Il-punt tal-akkoppjament (A) għandu jiġi espress bħala valur deċimali bejn żero u wieħed u jkun ugwali għall-akbar minn żero u l-proporzjon tal-bilanċ pendenti tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni nieqes il-bilanċ pendenti tas-segmenti kollha li jikklassifikaw bħala superjuri għal jew pari passu mas-segment li fih il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni rilevanti inkluża l-iskopertura stess mal-bilanċ pendenti tal-iskoperturi sottostanti kollha fit-titolizzazzjoni.
Il-punt ta’ distakkament (D) għandu jiġi espress bħala valur deċimali bejn żero u wieħed u jkun ugwali għall-akbar minn żero u l-proporzjon tal-bilanċ pendenti tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni nieqes il-bilanċ pendenti tas-segmenti kollha li jikklassifikaw bħala superjuri għas-segment li fih il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni rilevanti għall-bilanċ pendenti tal-iskoperturi sottostanti kollha fit-titolizzazzjoni.
Artikolu 257
Determinazzjoni tal-maturità tas-segment (MT)
Għall-finijiet tas-Subtaqsima 3 u soġġetti għall-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet jistgħu jkejlu l-maturità ta’ segment (MT) bħala:
il-maturità medja ponderata tal-pagamenti kuntrattwali dovuti taħt is-segment skont il-formula li ġejja:
fejn CFt tirrappreżenta l-pagamenti kuntrattwali kollha (prinċipal, imgħaxijiet u miżati) pagabbli mill-mutwatarju matul il-perijodu t; jew
il-maturità legali finali tas-segment skont il-formula li ġejja:
fejn ML hija l-maturità legali finali tas-segment.
Artikolu 258
Il-kondizzjonijiet għall-użu tal-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (SEC-IRBA)
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw is-SEC-IRBA biex jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju fir-rigward ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-pożizzjoni tkun appoġġjata minn aggregazzjoni ta’ IRB jew aggregazzjoni mħallta, dment li, fil-każ tal-aħħar, l-istituzzjoni tkun tista’ tikkalkula l-KIRB skont it-Taqsima 3 fuq minimu ta’ 95 % tal-ammont ta’ skoperturi sottostanti;
ikun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni sabiex l-istituzzjoni tkun tista’ tikkalkula l-KIRB; u
l-istituzzjoni ma tkunx ġiet prekluża milli tuża s-SEC-IRBA fir-rigward ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni speċifikata skont il-paragrafu 2.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq bażi ta’ każ b’każ, jipprekludu l-użu tas-SEC-IRBA meta t-titolizzazzjonijiet ikollhom karatteristiċi riskjużi jew kumplessi ħafna. Għal dawn il-finijiet, dawn li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala karatteristiċi riskjużi jew kumplessi ħafna:
titjib tal-kreditu li jista’ jonqos għal raġunijiet oħrajn minbarra t-telf tal-portafoll;
aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti bi grad għoli ta’ korrelazzjoni interna bħala riżultat tal-iskoperturi kkonċentrati għal setturi jew żoni ġeografiċi uniċi;
tranżazzjonijiet meta l-ħlas lura tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni huwa dipendenti ħafna fuq il-motivaturi tar-riskju mhux riflessi fil-KIRB; jew
allokazzjonijiet ta’ telf kumplessi ħafna bejn is-segmenti.
Artikolu 259
Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont is-SEC-IRBA
Skont is-SEC-IRBA, l-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat billi l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni kkalkolat skont l-Artikolu 248 jiġi mmultiplikat bil-ponderazzjoni tar-riskju applikabbli ddeterminat kif ġej, fil-każijiet kollha soġġetti għal limitu minimu ta’ 15 %:
RW = 1 250 % |
meta D ≤ KIRB |
|
meta A ≥ KIRB |
|
meta A < KIRB < D |
fejn:
KIRB |
hija l-imposta kapitali tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti kif definita fl-Artikolu 255 |
D |
huwa l-punt ta’ distakkament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256 |
A |
huwa l-punt ta’ akkoppjament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256 |
fejn:
a |
= |
– (1/(p * KIRB)) |
u |
= |
D – KIRB |
l |
= |
max (A – KIRB; 0) |
fejn:
fejn:
N |
huwa n-numru effettiv ta’ skoperturi fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti, ikkalkolat skont il-paragrafu 4; |
LGD |
huwa t-telf medju fil-każ ta’ inadempjenza ponderat skont l-iskopertura tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti, ikkalkolat skont il-paragrafu 5; |
MT |
hija l-maturità tas-segment kif iddeterminata skont l-Artikolu 257. |
Il-parametri A, B, C, D u E għandhom jiġu ddeterminati skont it-tabella ta’ referenza li ġejja:
|
A |
B |
C |
D |
E |
|
Mhux fil-livell tal-konsumatur |
Superjuri, granulari (N ≥ 25) |
0 |
3,56 |
-1,85 |
0,55 |
0,07 |
Superjuri, mhux granulari (N < 25) |
0,11 |
2,61 |
-2,91 |
0,68 |
0,07 |
|
Mhux superjuri, granulari (N ≥ 25) |
0,16 |
2,87 |
-1,03 |
0,21 |
0,07 |
|
Mhux superjuri, mhux granulari (N < 25) |
0,22 |
2,35 |
-2,46 |
0,48 |
0,07 |
|
Fil-livell tal-konsumatur |
Superjuri |
0 |
0 |
-7,48 |
0,71 |
0,24 |
Mhux superjuri |
0 |
0 |
-5,78 |
0,55 |
0,27 |
In-numru effettiv ta’ skoperturi (N) għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
fejn EADi tirrappreżenta l-valur tal-iskopertura assoċjata mal-iskopertura fl-aggregazzjoni.
L-iskoperturi multipli għall-istess obbligant għandhom jiġu kkonsolidati u ttrattati bħala skopertura waħda.
L-LGD medju ponderat skont l-iskopertura għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
fejn LGDi jirrappreżenta l-LGD medju assoċjat mal-iskoperturi kollha għall-obbligant i.
Meta r-riskji ta’ kreditu u ta’ dilwizzjoni għar-riċevibbli mixtrija jiġu ġestiti b’mod aggregat f’titolizzazzjoni, l-input tal-LGD għandu jitqies bħala medja ponderata tal-LGD għar-riskju tal-kreditu u 100 % LGD għar-riskju ta’ dilwizzjoni. Il-ponderazzjonijiet għandhom ikunu r-rekwiżiti kapitali tal-Approċċ IRB awtonomi għar-riskju tal-kreditu u għar-riskju ta’ dilwizzjoni, rispettivament. Għal dawn il-finijiet, il-preżenza ta’ fond ta’ riżerva wieħed jew sovrakollateralizzazzjoni disponibbli biex jiġi kopert it-telf minn riskju tal-kreditu jew minn riskju ta’ dilwizzjoni tista’ titqies bħala indikazzjoni li dawn ir-riskji huma ġestiti b’mod aggregat.
Meta s-sehem tal-akbar skopertura sottostanti fl-aggregazzjoni (C1) ma jkunx akbar minn 3 %, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu simplifikat li ġej sabiex jikkalkolaw N u l-LGDs medji ponderati skont l-iskopertura:
LGD = 0,50
fejn
Cm |
jirrappreżenta s-sehem tal-aggregazzjoni li tikkorrispondi għas-somma tal-akbar skoperturi m; u |
m |
huwa stabbilit mill-istituzzjoni. |
Jekk huwa disponibbli biss C1 u dan l-ammont mhuwiex aktar minn 0.03, mela allura l-istituzzjoni tista’ tistabbilixxi l-LGD bħala 0,50 u N bħala 1/C1.
Meta l-pożizzjoni tiġi appoġġjata minn aggregazzjoni mħallta u l-istituzzjoni tkun tista’ tikkalkula l-KIRB fuq mill-inqas 95 % tal-ammonti ta’ skoperturi sottostanti skont il-punt (a) tal-Artikolu 258(1), l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-imposta kapitali għall-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti bħala:
fejn
d huwa s-sehem tal-ammont ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti li għalihom l-istituzzjoni tista’ tikkalkula l-KIRB fuq l-ammont ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti kollha.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-pożizzjoni ta’ referenza għandha tkun il-pożizzjoni li hija pari passu f’kull aspett mad-derivattiva jew, fin-nuqqas ta’ tali pożizzjoni pari passu, il-pożizzjoni li hija immedjatament subordinata għad-derivattiva.
Artikolu 260
Trattament tat-titolizzazzjonijiet STS skont is-SEC-IRBA
Skont is-SEC-IRBA, il-ponderazzjoni tar-riskju għal pożizzjoni f’titolizzazzjoni STS għandu jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 259, soġġett għall-modifiki li ġejjin:
limitu minimu tal-ponderazzjoni tar-riskju għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri = 10 %
Artikolu 261
Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat (SEC-SA)
Skont is-SEC-SA, l-ammont ta’ skopertura ponderat għar-riskju għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat billi l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni kif ikkalkolata skont l-Artikolu 248 jiġi mmultiplikat bil-ponderazzjoni tar-riskju applikabbli ddeterminat kif ġej, fil-każijiet kollha soġġett għal limitu minimu ta’ 15 %:
RW = 1 250 % |
meta D ≤ KA |
|
meta A ≥ KA |
|
meta A < KA < D |
fejn:
D |
huwa l-punt ta’ distakkament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256; |
A |
huwa l-punt ta’ akkoppjament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256; |
KA |
huwa parametru kkalkolat skont il-paragrafu 2; |
fejn:
a |
= |
– (1/(p · KA)) |
u |
= |
D – KA |
l |
= |
max (A – KA; 0) |
p |
= |
1 għal skopertura ta’ titolizzazzjoni li mhijiex skopertura ta’ rititolizzazzjoni |
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, KA għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
fejn:
KA hija l-imposta kapitali tal-aggregazzjoni sottostanti kif definita fl-Artikolu 255;
W = proporzjon:
tat-total tal-ammont nominali ta’ skoperturi sottostanti f’inadempjenza,
mas-somma tal-ammont nominali tal-iskoperturi sottostanti kollha.
Għal dawn il-finijiet, skopertura f’inadempjenza tfisser skopertura sottostanti li hija: (i) skaduta b’90 jum jew aktar; (ii) soġġetta għal proċedimenti ta’ falliment jew insolvenza; (iii) soġġetta għal preklużjoni jew proċediment simili; jew (iv) f’inadempjenza skont id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni.
Meta istituzzjoni ma tkunx taf l-istatus tad-delinkwenza għal 5 % jew inqas tal-iskoperturi sottostanti fl-aggregazzjoni, l-istituzzjoni tista’ tuża s-SEC-SA soġġetta għall-aġġustament li ġej fil-kalkolu tal-KA:
Meta l-istituzzjoni ma tkunx taf l-istatus tad-delinkwenza għal aktar minn 5 % tal-iskoperturi sottostanti fl-aggregazzjoni, il-pożizzjoni fit-titolizzazzjoni għandha tiġi ponderata għar-riskju b’1 250 %.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-pożizzjoni ta’ referenza jenħtieġ li tkun il-pożizzjoni li hija pari passu f’kull aspett mad-derivattiva jew, fin-nuqqas ta’ tali pożizzjoni pari passu, il-pożizzjoni li hija immedjatament subordinata għad-derivattiva.
Artikolu 262
Trattament tat-titolizzazzjonijiet STS skont is-SEC-SA
Skont is-SEC-SA, il-ponderazzjoni tar-riskju għal pożizzjoni f’titolizzazzjoni STS għandu jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 261, soġġett għall-modifiki li ġejjin:
Artikolu 263
Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Esterni (SEC-ERBA)
Għall-iskoperturi b’valutazzjonijiet ta’ kreditu għal perijodu ta’ żmien qasir jew meta tkun tista’ tiġi inferita valutazzjoni ta’ kreditu għal perijodu ta’ żmien qasir skont il-paragrafu 7, japplikaw il-ponderazzjonijiet tar-riskju li ġejjin:
Tabella 1
Skala tal-Kwalità Kreditizja |
1 |
2 |
3 |
Il-klassifikazzjonijiet l-oħrajn kollha |
Ponderazzjoni tar-riskju |
15 % |
50 % |
100 % |
1 250 % |
Għall-iskoperturi b’valutazzjonijiet ta’ kreditu fit-tul jew meta tkun tista’ tiġi inferita klassifikazzjoni bbażata fuq valutazzjoni ta’ kreditu fit-tul skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, japplikaw il-ponderazzjonijiet tar-riskju stabbiliti fit-Tabella 2, aġġustati kif applikabbli għall-maturità tas-segment (MT) skont l-Artikolu 257 u l-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u għall-ħxuna tas-segment għal segmenti mhux superjuri skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu:
Tabella 2
Livell tal-Kwalità tal-Kreditu |
Segment superjuri |
Segment (irqiq) mhux superjuri |
||
Maturità tas-segment (MT) |
Maturità tas-segment (MT) |
|||
Sena |
5 snin |
Sena |
5 snin |
|
1 |
15 % |
20 % |
15 % |
70 % |
2 |
15 % |
30 % |
15 % |
90 % |
3 |
25 % |
40 % |
30 % |
120 % |
4 |
30 % |
45 % |
40 % |
140 % |
5 |
40 % |
50 % |
60 % |
160 % |
6 |
50 % |
65 % |
80 % |
180 % |
7 |
60 % |
70 % |
120 % |
210 % |
8 |
75 % |
90 % |
170 % |
260 % |
9 |
90 % |
105 % |
220 % |
310 % |
10 |
120 % |
140 % |
330 % |
420 % |
11 |
140 % |
160 % |
470 % |
580 % |
12 |
160 % |
180 % |
620 % |
760 % |
13 |
200 % |
225 % |
750 % |
860 % |
14 |
250 % |
280 % |
900 % |
950 % |
15 |
310 % |
340 % |
1 050 % |
1 050 % |
16 |
380 % |
420 % |
1 130 % |
1 130 % |
17 |
460 % |
505 % |
1 250 % |
1 250 % |
L-oħrajn kollha |
1 250 % |
1 250 % |
1 250 % |
1 250 % |
Sabiex jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħxuna tas-segment, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-ponderazzjoni tar-riskju għal segmenti mhux superjuri kif ġej:
fejn
T = il-ħxuna tas-segment imkejla bħala D – A
fejn
D |
huwa l-punt ta’ distakkament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256 |
A |
huwa l-punt ta’ akkoppjament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256 |
Għall-finijiet tal-użu tal-klassifikazzjonijiet inferiti, l-istituzzjonijiet għandhom jattribwixxu għal pożizzjoni mhux klassifikata klassifikazzjoni inferita ekwivalenti għall-valutazzjoni ta’ kreditu ta’ pożizzjoni ta’ referenza klassifikata li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-pożizzjoni ta’ referenza tikklassifika bħala pari passu fl-aspetti kollha għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni mhux klassifikata jew, fin-nuqqas ta’ pożizzjoni ta’ klassifikazzjoni pari passu, il-pożizzjoni ta’ referenza hija immedjatament subordinata għall-pożizzjoni mhux klassifikata.
il-pożizzjoni ta’ referenza ma tibbenifikax minn garanziji ta’ partijiet terzi jew titjib tal-kreditu ieħor li mhumiex disponibbli għall-pożizzjoni mhux klassifikata;
il-maturità tal-pożizzjoni ta’ referenza tkun ugwali għal jew itwal minn dik tal-pożizzjoni mhux klassifikata inkwistjoni;
fuq bażi kontinwa, kull klassifikazzjoni inferita tiġi aġġornata sabiex tkun tirrifletti kull bidla fil-valutazzjoni ta’ kreditu tal-pożizzjoni ta’ referenza.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-pożizzjoni ta’ referenza għandha tkun il-pożizzjoni li hija pari passu f’kull aspett mad-derivattiva jew, fin-nuqqas ta’ tali pożizzjoni pari passu, il-pożizzjoni li hija immedjatament subordinata għad-derivattiva.
Artikolu 264
Trattament tat-titolizzazzjonijiet STS skont is-SEC-ERBA
Għall-iskoperturi b’valutazzjonijiet ta’ kreditu għal perijodu ta’ żmien qasir jew meta tkun tista’ tiġi inferita klassifikazzjoni bbażata fuq valutazzjoni ta’ kreditu għal perijodu ta’ żmien qasir skont l-Artikolu 263(7), japplikaw il-piżijiet tar-riskji li ġejjin:
Tabella 3
Skala tal-Kwalità Kreditizja |
1 |
2 |
3 |
Il-klassifikazzjonijiet l-oħrajn kollha |
Ponderazzjoni tar-riskju |
10 % |
30 % |
60 % |
1 250 % |
Għall-iskoperturi b’valutazzjonijiet ta’ kreditu fit-tul jew meta tkun tista’ tiġi inferita klassifikazzjoni bbażata fuq valutazzjoni ta’ kreditu fit-tul skont l-Artikolu 263(7), japplikaw il-ponderazzjonijiet tar-riskju ddeterminati skont it-Tabella 4, aġġustati għall-maturità tas-segment (MT) skont l-Artikolu 257 u l-Artikolu 263(4) u għall-ħxuna tas-segment għal segmenti mhux superjuri skont l-Artikolu 263(5):
Tabella 4
Skala tal-Kwalità Kreditizja |
Segment superjuri |
Segment (irqiq) mhux superjuri |
||
Maturità tas-segment (MT) |
Maturità tas-segment (MT) |
|||
Sena |
5 snin |
Sena |
5 snin |
|
1 |
10 % |
10 % |
15 % |
40 % |
2 |
10 % |
15 % |
15 % |
55 % |
3 |
15 % |
20 % |
15 % |
70 % |
4 |
15 % |
25 % |
25 % |
80 % |
5 |
20 % |
30 % |
35 % |
95 % |
6 |
30 % |
40 % |
60 % |
135 % |
7 |
35 % |
40 % |
95 % |
170 % |
8 |
45 % |
55 % |
150 % |
225 % |
9 |
55 % |
65 % |
180 % |
255 % |
10 |
70 % |
85 % |
270 % |
345 % |
11 |
120 % |
135 % |
405 % |
500 % |
12 |
135 % |
155 % |
535 % |
655 % |
13 |
170 % |
195 % |
645 % |
740 % |
14 |
225 % |
250 % |
810 % |
855 % |
15 |
280 % |
305 % |
945 % |
945 % |
16 |
340 % |
380 % |
1 015 % |
1 015 % |
17 |
415 % |
455 % |
1 250 % |
1 250 % |
L-oħrajn kollha |
1 250 % |
1 250 % |
1 250 % |
1 250 % |
Artikolu 265
Kamp ta’ applikazzjoni u rekwiżiti operattivi għall-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna
Fejn istituzzjoni tkun irċeviet permess biex tapplika l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u pożizzjoni speċifika fi programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP taqa’ fl-ambitu kopert minn tali permess, l-istituzzjoni għandha tapplika dak l-Approċċ biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ skoperturi ponderat għar-riskju ta’ dik il-pożizzjoni.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-istituzzjonijiet permess biex japplikaw l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna f’kamp ta’ applikazzjoni definit b’mod ċar meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-pożizzjonijiet kollha fil-karti kummerċjali maħruġa mill-programm ABCP huma pożizzjonijiet klassifikati;
il-valutazzjoni interna tal-kwalità kreditizja tal-pożizzjoni tirrifletti l-metodoloġija tal-valutazzjoni disponibbli għall-pubbliku ta’ ECAI waħda jew aktar għall-klassifikazzjoni tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni appoġġati minn skoperturi sottostanti tat-tip ta’ dawk titolizzati;
il-karta kummerċjali maħruġa mill-programm ABCP tkun fil-biċċa l-kbira maħruġa lil investituri terzi;
il-proċess tal-valutazzjoni interna tal-istituzzjoni tkun mill-inqas konservattiva daqs il-valutazzjonijiet disponibbli għall-pubbliku ta’ dawk l-ECAIs li pprovdew klassifikazzjoni esterna għall-karti kummerċjali maħruġa mill-programm ABCP, b’mod partikolari fir-rigward ta’ fatturi ta’ stress u elementi kwantitattivi rilevanti oħra;
il-metodoloġija tal-valutazzjoni interna tal-istituzzjoni tieħu f’kunsiderazzjoni l-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni rilevanti kollha tal-ECAIs li huma disponibbli għall-pubbliku u li jikklassifikaw il-karti kummerċjali tal-programm ABCP u tinkludi l-gradi ta’ klassifikazzjoni li jikkorrespondu għall-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAIs. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta fir-rekords interni tagħha dikjarazzjoni ta’ spjegazzjoni li tiddeskrivi kif ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-punt ġew issodisfati u għandha taġġorna din id-dikjarazzjoni fuq bażi regolari;
l-istituzzjoni tuża l-metodoloġija tal-valutazzjoni interna għall-finijiet ta’ ġestjoni tar-riskji interni, inkluż fil-proċessi tagħha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, tal-informazzjoni ta’ ġestjoni u tal-allokazzjoni interna tal-kapital;
l-awdituri interni jew esterni, ECAI, jew il-funzjoni interna tal-istituzzjoni għall-ġestjoni tar-riskji jew ir-reviżjoni tal-kreditu jwettqu reviżjonijiet regolari tal-proċess ta’ valutazzjoni interna u tal-kwalità tal-valutazzjonijiet interni tal-kwalità kreditizja tal-iskoperturi tal-istituzzjoni għal programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP;
l-istituzzjoni tintraċċa l-prestazzjoni tal-klassifikazzjonijiet interni tagħha matul iż-żmien biex tevalwa l-prestazzjoni tal-metodoloġija tal-valutazzjoni interna tagħha u tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa għal dik il-metodoloġija meta l-prestazzjoni tal-iskoperturi tiddifferixxi sistematikament minn dik indikata mill-klassifikazzjonijiet interni;
il-programm ABCP jinkludi l-istandards ta’ sottoskrizzjoni u ġestjoni tar-responsabbiltà fil-forma ta’ linji gwida għall-amministratur tal-programm fuq, mill-inqas:
il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-assi, soġġetti għall-punt (j);
it-tipi u l-valur monetarju tal-iskoperturi li jirriżultaw mill-provvediment tal-faċilitajiet tal-likwidità u t-titjib tal-kreditu;
id-distribuzzjoni tat-telf bejn il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fil-programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP;
l-iżolament legali u ekonomiku tal-assi ttrasferiti mill-entità li tbiegħ l-assi;
il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-assi fil-programm ABCP jipprevedu, mill-inqas:
l-esklużjoni tax-xiri tal-assi li huma skaduti jew inadempjenti b’mod sinifikanti;
il-limitazzjoni ta’ konċentrazzjoni eċċessiva għal obbligant jew żona ġeografika individwali; u
il-limitazzjoni tat-terminu tal-assi li jridu jinxtraw;
għandha titwettaq analiżi tal-profil kummerċjali u r-riskju tal-kreditu tal-bejjiegħ tal-assi inkluża, mill-inqas, valutazzjoni ta’ dawn li ġejjin tal-bejjiegħ:
il-prestazzjoni finanzjarja tal-imgħoddi u futura mistennija;
il-pożizzjoni tas-suq attwali u l-kompetittività futura mistennija;
l-ingranaġġ, il-fluss tal-flus, il-kopertura tal-imgħax u l-klassifikazzjoni tad-dejn; u
l-istandards ta’ sottoskrizzjoni, il-kapaċitajiet tal-ġestjoni u l-proċessi tal-ġbir;
il-programm ABCP għandu politiki u proċessi ta’ ġbir li jieħdu f’kunsiderazzjoni l-kapaċità operattiva u l-kwalità kreditizja tal-ġestur u jinkludi karatteristiċi li jnaqqsu r-riskji relatati mal-prestazzjoni tal-bejjiegħ u tal-ġestur. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, ir-riskji relatati mal-prestazzjoni jistgħu jitnaqqsu permezz ta’ motivaturi bbażati fuq il-kwalità kreditizja attwali tal-bejjiegħ jew tal-ġestur sabiex jiġi evitat it-taħlit flimkien ta’ fondi fil-każ ta’ inadempjenza tal-bejjiegħ jew tal-ġestur;
l-istima aggregata tat-telf fuq aggregazzjoni ta’ assi li jistgħu jinxtraw taħt il-programm ABCP tieħu f’kunsiderazzjoni s-sorsi kollha ta’ riskju potenzjali, bħar-riskju tal-kreditu u r-riskju ta’ dilwizzjoni;
meta d-daqs tat-titjib tal-kreditu pprovdut mill-bejjiegħ ikun ibbażat biss fuq it-telf relatat mal-kreditu u r-riskju ta’ dilwizzjoni jkun materjali għall-aggregazzjoni ta’ assi partikolari, il-programm ABCP jinkludi riżerva separata għar-riskju ta’ dilwizzjoni;
id-daqs tal-livell ta’ titjib meħtieġ fil-programm ABCP jiġi kkalkolat billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni bosta snin ta’ informazzjoni storika, inkluż dwar it-telf, id-delinkwenzi, id-dilwizzjonijiet u r-rata tar-rotazzjoni tar-riċevibbli;
il-programm ABCP jinkludi karatteristiċi strutturali fix-xiri ta’ skoperturi sabiex jitnaqqas id-deterjorament tal-kreditu potenzjali tal-portafoll sottostanti. Tali karatteristiċi jistgħu jinkludu motivaturi ta’ stralċ speċifiċi għal aggregazzjoni ta’ skoperturi;
l-istituzzjoni tevalwa l-karatteristiċi tal-aggregazzjoni ta’ assi sottostanti, bħall-punteġġ tal-kreditu medju ponderat tagħha, filwaqt li tidentifika kwalunkwe konċentrazzjonijiet għal obbligant jew żona ġeografika individwali, kif ukoll il-granularità tal-aggregazzjoni ta’ assi.
L-istituzzjonijiet li ngħataw permess sabiex japplikaw l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna ma għandhomx jirrikorru għall-użu ta’ metodi oħrajn għall-pożizzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna, sakemm ma jiġux issodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-istituzzjoni għandha raġuni tajba għaliex tagħmel dan;
l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.
Artikolu 266
Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna
Artikolu 267
Il-ponderazzjoni tar-riskju massimu għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri: ‘approċċ ta’ trasparenza’
Fil-każ ta’ aggregazzjonijiet imħalltin, il-ponderazzjoni tar-riskju massimu jiġi kkalkolat kif ġej:
meta l-istituzzjoni tapplika s-SEC-IRBA, il-porzjon tal-Approċċ Standardizzat u l-porzjon tal-Approċċ IRB tal-aggregazzjoni sottostanti jiġu assenjati l-ponderazzjoni tar-riskju tal-Approċċ Standardizzat u l-ponderazzjoni tar-riskju tal-Approċċ IRB korrispondenti, rispettivament;
meta l-istituzzjoni tapplika s-SEC-SA jew is-SEC-ERBA, il-ponderazzjoni tar-riskju massimu għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri jkun ugwali għall-ponderazzjoni tar-riskju medju ponderat skont l-Approċċ Standardizzat tal-iskoperturi sottostanti.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-ponderazzjoni tar-riskju li jkun applikabbli fl-Approċċ IRB skont il-Kapitolu 3 jinkludi l-proporzjon ta’:
telf mistenni mmultiplikat bi 12,5
mal-valur tal-iskoperturi tal-iskoperturi sottostanti.
Artikolu 268
Rekwiżiti kapitali massimi
Ir-rekwiżit kapitali massimu għandu jkun ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont ikkalkolat skont il-paragrafi 1 jew 2 bl-akbar proporzjon tal-imgħax li l-istituzzjoni żżomm fis-segmenti rilevanti (V), espress bħala perċentwal u kkalkolat kif ġej:
għal istituzzjoni li għandha pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni waħda jew aktar f’segment wieħed, V ikun ugwali għall-proporzjon tal-ammont nominali tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li l-istituzzjoni tħaddan f’dak is-segment partikolari għall-ammont nominali tas-segment;
għal istituzzjoni li għandha pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni f’segmenti differenti, V ikun ugwali għall-proporzjon massimu tal-imgħax fost is-segmenti. Għal dawn il-finijiet, il-proporzjon ta’ imgħax għal kull wieħed mis-segmenti differenti għandu jiġi kkalkolat kif stabbilit fil-punt (a).
Artikolu 269
Rititolizzazzjonijiet
Għal pożizzjoni f’rititolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw is-SEC-SA skont l-Artikolu 261, bil-bidliet li ġejjin:
W = 0 għal kwalunkwe skopertura għal segment ta’ titolizzazzjoni fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti;
p = 1,5;
il-ponderazzjoni tar-riskju li jirriżulta jkun soġġett għal piż ta’ riskju minimu ta’ 100 %.
Artikolu 269a
Trattament ta’ titolizzazzjonijiet ta’ skoperturi improduttivi (NPE)
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:
titolizzazzjoni NPE tfisser skopertura improduttiva (NPE) kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
“titolizzazzjoni NPE tradizzjonali kwalifikanti” tfisser titolizzazzjoni NPE tradizzjonali li fiha l-iskont tal-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli jkun mill-anqas 50 % tal-ammont pendenti tal-iskoperturi sottostanti fil-mument meta ġew ittrasferiti lill-SSPE.
L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkolu skont il-formula li ġejja:
fejn:
CRmax |
= |
ir-rekwiżit kapitali massimu fil-każ ta’ titolizzazzjoni NPE tradizzjonali kwalifikanti; |
RWEAIRB |
= |
it-total tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB; |
ELIRB |
= |
it-total tal-ammonti mistennija ta’ telf tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB; |
NRPPD |
= |
l-iskont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli; |
EVIRB |
= |
it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti li huma soġġetti għall-Approċċ IRB; |
EVPool |
= |
it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti kollha fl-aggregazzjoni; |
SCRAIRB |
= |
għall-istituzzjonijiet oriġinaturi, l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu magħmula mill-istituzzjoni fir-rigward ta’ dawk l-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB biss jekk u sa fejn dawn l-aġġustamenti jaqbżu l-NRPPD; għall-istituzzjonijiet investituri l-ammont huwa żero; |
RWEASA |
= |
it-total tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ Standardizzat. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet oriġinaturi li japplikaw is-SEC-IRBA għal pożizzjoni u li huma permessi jużaw l-istimi proprji tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni għall-iskoperturi sottostanti kollha soġġetti għall-Approċċ IRB skont il-Kapitolu 3, għandhom inaqqsu l-iskont tal-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli u, meta applikabbli, kwalunkwe aġġustament speċifiku addizzjonali għar-riskju ta’ kreditu mit-telf mistenni u l-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti assoċjati ma’ pożizzjoni superjuri f’titolizzazzjoni ta’ NPE tradizzjonali kwalifikanti skont il-formula li ġejja:
fejn:
RWmax |
= |
il-piż tar-riskju, qabel ma jiġi applikat il-limitu minimu, applikabbli għal pożizzjoni superjuri f’titolizzazzjoni NPE tradizzjonali kwalifikanti meta jintuża l-approċċ taċ-ċar kristall; |
RWEAIRB |
= |
it-total tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB; |
RWEASA |
= |
it-total tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ Standardizzat; |
ELIRB |
= |
it-total tal-ammonti mistennija ta’ telf tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB; |
NRPPD |
= |
l-iskont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli; |
EVIRB |
= |
it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti li huma soġġetti għall-Approċċ IRB; |
EVpool |
= |
it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti kollha fl-aggregazzjoni; |
EVSA |
= |
it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti li huma soġġetti għall-Approċċ Standardizzat; |
SCRAIRB |
= |
l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu magħmula mill-istituzzjoni oriġinatriċi fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB biss jekk u sa fejn dawn l-aġġustamenti jaqbżu l-NRPPD. |
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-iskont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas l-ammont imsemmi fil-punt (b) mill-ammont imsemmi fil-punt (a):
l-ammont pendenti tal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni NPE fil-mument meta dawk l-iskoperturi ġew ittrasferiti lill-SSPE;
it-total ta’ dan li ġej:
il-prezz tal-bejgħ inizjali tas-segmenti jew, meta applikabbli, partijiet mis-segmenti tat-titolizzazzjoni NPE mibjugħin lil investituri terzi; u
l-ammont pendenti, fil-mument meta l-iskoperturi sottostanti ġew trasferiti lill-SSPE, tas-segmenti jew, meta applikabbli, ta’ partijiet mis-segmenti ta’ dik it-titolizzazzjoni miżmuma mill-oriġinatur.
Għall-finijiet tal-paragrafi 5 u 6, matul il-ħajja tat-tranżazzjoni, il-kalkolu tal-iskont tal-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli għandu jiġi aġġustat ’l isfel filwaqt li jitqies it-telf realizzat. Kwalunkwe tnaqqis fl-ammont pendenti tal-iskoperturi sottostanti li jirriżulta minn telf realizzat għandu jnaqqas l-iskont tal-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli, soġġett għal limitu minimu ta’ żero.
Meta skont ikun strutturat b’tali mod li jkun jista’ jiġi rimborżat b’mod sħiħ jew parzjali lill-oriġinatur, tali skont ma għandux jgħodd bħala skont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 270
Pożizzjonijiet superjuri fit-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ
Istituzzjoni oriġinatriċi tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati skont ir-riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni f’titolizzazzjoni STS fil-karta tal-bilanċ kif imsemmi fl-Artikolu 26a(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402 f’konformità mal-Artikoli 260, 262 jew 264 ta’ dan ir-Regolament, kif applikabbli, meta dik il-pożizzjoni tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
it-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 243(2);
il-pożizzjoni tikkwalifika bħala l-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri.
L-EBA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 b’mod partikolari fir-rigward ta’:
il-volum tas-suq u s-sehem mis-suq tat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika l-paragrafu 1, fil-klassijiet differenti ta’ assi;
l-allokazzjoni ta’ telf osservata għas-segment superjuri u għal segmenti oħra ta’ titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ, meta l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika l-paragrafu 1 fir-rigward tal-pożizzjoni superjuri miżmuma f’tali titolizzazzjonijiet;
l-impatt tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1 fuq l-ingranaġġ finanzjarju tal-istituzzjonijiet;
l-impatt tal-użu ta’ titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika l-paragrafu 1 dwar il-ħruġ ta’ strumenti kapitali mill-istituzzjonijiet oriġinaturi rispettivi.
Artikolu 270a
Piż ta’ riskju addizzjonali
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 270b
Użu ta’ valutazzjonijiet ta’ kreditu minn ECAIs
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw biss il-valutazzjonijiet ta’ kreditu biex jiddeterminaw il-ponderazzjoni tar-riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont dan il-Kapitolu meta l-valutazzjoni ta’ kreditu tkun inħarġet jew ġiet approvata minn ECAI skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009.
Artikolu 270c
Rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mill-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAIs
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont it-Taqsima 3, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biss valutazzjoni ta’ kreditu ta’ ECAI meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ma jkun hemm ebda diskrepanza bejn it-tipi ta’ pagamenti riflessi fil-valutazzjoni ta’ kreditu u t-tipi ta’ pagamenti li għalihom hija intitolata l-istituzzjoni skont il-kuntratt li jwassal għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni inkwistjoni;
l-ECAI tippubblika l-valutazzjonijiet ta’ kreditu u l-informazzjoni dwar l-analiżi tat-telf u tal-fluss tal-flus, is-sensittività tal-klassifikazzjonijiet għall-bidliet fis-suppożizzjonijiet sottostanti, inkluża l-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti, u dwar il-proċeduri, il-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-elementi ewlenin li huma l-bażi tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, l-informazzjoni għandha titqies bħala li hija disponibbli għall-pubbliku meta hija tkun ġiet ippubblikata f’format aċċessibbli. L-informazzjoni li tkun disponibbli biss għal numru limitat ta’ entitajiet ma għandhiex titqies bħala li hija disponibbli għall-pubbliku;
il-valutazzjonijiet ta’ kreditu jiġu inklużi fil-matriċi tat-transizzjoni tal-ECAI;
il-valutazzjonijiet ta’ kreditu mhumiex ibbażati jew parzjalment ibbażati fuq l-appoġġ mhux iffinanzjat ipprovdut mill-istituzzjoni nnifisha. Meta pożizzjoni tkun ibbażata jew parzjalment ibbażata fuq appoġġ mhux iffinanzjat, l-istituzzjoni għandha tikkunsidra dik il-pożizzjoni bħallikieku ma kinitx ikklassifikata għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għal din il-pożizzjoni skont it-Taqsima 3;
l-ECAI impenjat ruħha li tippubblika spjegazzjonijiet dwar kif il-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti taffettwa l-valutazzjoni ta’ kreditu.
Artikolu 270d
Użu ta’ valutazzjonijiet ta’ kreditu
L-istituzzjoni għandha tuża l-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni tagħha b’mod konsistenti u b’mod mhux selettiv u, għal dawn il-finijiet, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
istituzzjoni ma għandhiex tuża l-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAI għall-pożizzjonijiet tagħha f’xi segmenti u l-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAI oħra għall-pożizzjonijiet tagħha f’segmenti oħrajn fl-istess titolizzazzjoni li jistgħu jkunu jew ma jkunux ikklassifikati mill-ewwel ECAI;
meta pożizzjoni jkollha żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu mill-ECAIs innominati, l-istituzzjoni għandha tuża dik il-valutazzjoni ta’ kreditu li hija l-inqas favorevoli;
meta pożizzjoni jkollha tliet valutazzjonijiet ta’ kreditu jew aktar minn ECAIs innominati, għandhom jintużaw l-aktar żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu favorevoli. Meta l-aktar żewġ valutazzjonijiet favorevoli jkunu differenti, għandha tintuża l-inqas waħda favorevoli mit-tnejn;
istituzzjoni ma għandhiex tissolleċita b’mod attiv it-tneħħija ta’ klassifikazzjonijiet inqas favorevoli.
Artikolu 270e
Immappjar tat-titolizzazzjoni
L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tidentifika b’mod oġġettiv u konsistenti l-iskali tal-kwalità kreditizja stabbiliti f’dan il-Kapitolu b’mod relattiv għall-valutazzjonijiet ta’ kreditu rilevanti tal-ECAIs kollha. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-EBA għandha, b’mod partikolari:
tiddistingwi bejn il-gradi ta’ riskju relattivi espressi minn kull valutazzjoni;
tikkunsidra fatturi kwantitattivi, bħar-rati ta’ inadempjenza jew telf u l-prestazzjoni storika tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ kull ECAI fost kategoriji ta’ assi differenti;
tikkunsidra fatturi kwalitattivi bħall-firxa ta’ tranżazzjonijiet ivvalutati mill-ECAI, il-metodoloġija tagħha u t-tifsira tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tagħha, b’mod partikolari, jekk tali valutazzjonijiet jikkunsidrawx it-telf mistenni jew l-ewwel telf tal-Euro, kif ukoll il-ħlas f’waqtu tal-imgħaxijiet jew il-ħlas aħħari tal-imgħaxijiet;
tfittex li tiżgura li l-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li għalihom japplika l-istess piż ta’ riskju abbażi tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAIs ikunu soġġetti għal gradi ekwivalenti ta’ riskju tal-kreditu.
L-EBA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
KAPITOLU 6
Riskju tal-kreditu tal-kontroparti
Artikolu 271
Determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura
Artikolu 272
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu u tat-Titolu VI ta’ din il-Parti, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
‘riskju tal-kreditu tal-kontroparti’ jew ‘CCR’ tfisser ir-riskju li l-kontraparti fi transazzjoni tista’ ssir inadempjenti qabel is-saldu finali tal-flussi tal-flus tat-transazzjoni;
‘transazzjonijiet b’saldu fit-tul’ tfisser transazzjonijiet fejn kontraparti timpenja ruħha li tikkonsenja titolu, prodott jew ammont ta’ kambju għal flus, strumenti finanzjarji oħra, jew prodotti, jew viċe versa, f’data ta’ saldu jew konsenja speċifikata fil-kuntratt li hija aktar tard mill-istandard tas-suq għal din it-tip partikolari ta’ transazzjoni jew ħamest ijiem ta' xogħol wara d-data li fiha l-istituzzjoni tidħol fit-transazzjoni, liema minnhom tkun l-ewwel;
‘transazzjonijiet ta’ self b'marġni’ tfisser transazzjonijiet li fihom istituzzjoni testendi kreditu b’konnessjoni mal-akkwist, il-bejgħ, iż-żamma jew in-negozjar tat-titoli. It-transazzjonijiet ta’ self b'marġni ma jinkludux self ieħor li huwa ggarantit minn kollateral f’forma ta’ titoli;
‘sett ta’ netting’ tfisser grupp ta’ transazzjonijiet bejn istituzzjoni u kontroparti waħda li hija soġġetta għal arranġament ta’ netting bilaterali legalment infurzabbli li huwa rikonoxxut skont it-Taqsima 7 u l-Kapitolu 4.
Kull transazzjoni li mhijiex soġġetta għal arranġament bilaterali ta’ netting legalement infurzabbli li huwa rikonoxxut fit-Taqsima 7 għandha tiġi ttrattata bħala sett ta’ netting fiha nnifisha għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.
Skont il-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Taqsima 6, kull sett ta' netting ma' kontroparti waħda jista' jiġi ttrattat bħala sett wieħed ta’ netting jekk il-valuri simulati negattivi tas-suq tas-settijiet ta’ netting individwali huma stabbiliti bħala 0 fl-istima tal-iskopertura mistennija (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘EE’);
‘pożizzjoni ta’ riskju’ tfisser numru ta’ riskju li huwa assenjat lil transazzjoni skont il-Metodu Standardizzat stabbilit fit-Taqsima 5 skont algoritmika predeterminata;
‘sett ta' hedging’ tfisser grupp ta' tranżazzjonijiet fi ħdan sett tan-netting uniku għal liema hija permessa tpaċija sħiħa jew parzjali biex tiġi determinata l-iskopertura futura potenzjali skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 jew 4 ta' dan il-Kapitolu;
‘ftehim dwar il-marġni’ tfisser ftehim jew klawżoli ta’ ftehim li taħtu kontroparti għandha tforni kollateral lit-tieni kontroparti meta skopertura ta’ dik it-tieni kontroparti għall-ewwel kontroparti taqbeż livell speċifikat;
‘ftehim ta' marġni b'direzzjoni waħda’ tfisser ftehim ta' marġni taħt liema istituzzjoni hija rikjesta tippreżenta marġnijiet ta' varjazzjoni lil kontroparti iżda mhijiex intitolata tirċievi marġni ta' varjazzjoni minn dik il-kontroparti jew viċi-versa;
‘livell limitu ta' marġni’ tfisser l-akbar ammont ta’ skopertura li jibqa' pendenti qabel ma parti waħda jkollha d-dritt issejjaħ għal kollateral;
‘perijodu b'riskju ta' marġni’ tfisser il-perijodu mill-iskambju l-aktar reċenti ta' kollateral li jkopri sett ta’ netting ta’ transazzjonijiet ma' kontroparti inadempjenti sakemm it-transazzjonijiet jingħalqu u r-riskju tas-suq li jirriżulta jerġa’ jiġi ħħeġġjat;
‘maturtà effettiva’ skont il-Metodu tal-Mudell Intern għal sett ta' netting b'maturità akbar minn sena tfisser il-proporzjon tas-somma tal-iskopertura mistennija tul il-ħajja tat-transazzjonijiet fis-sett ta' netting skontati għar-rata ta' mingħajr riskju tar-rendiment, diviża bis-somma tal-iskopertura mistennija fuq sena f'sett ta' netting skontat għar-rata ta' mingħajr riskju.
Il-maturità effettiva tista’ tiġi aġġustata sabiex tirrefletti r-riskju ta' tiġdid (rollover) billi tiġi sostitwita l-iskopertura mistennija bi skopertura mistennija effettiva għall-previżjonijiet fuq perijodi iqsar minn sena;
‘netting bejn prodotti differenti (cross-product netting)’ tfisser l-inklużjoni ta’ transazzjonijiet ta’ kategoriji differenti ta’ prodotti fl-istess sett ta’ netting skont ir-regoli tan-Netting Bejn Prodotti stabbiliti f’dan il-Kapitolu;
‘valur tas-suq kurrenti’ (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘CMV’) tfisser il-valur tas-suq nett tat-tranżazzjonijiet kollha fi ħdan sett tan-netting gross minn kwalunkwe kollateral miżmum jew sottomess meta l-valuri tas-suq pożittivi u negattivi jiġu kkalkulati b'mod nett biex jinħadem is-CMV;
‘ammont ta' kollateral indipendenti nett’ jew ‘NICA’ tfisser is-somma tal-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral nett irċevut jew sottomess, kif applikabbli, għas-sett tan-netting minbarra l-marġni ta' varjazzjoni;
‘distribuzzjoni tal-valuri tas-suq’ tfisser il-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà tal-valuri netti tas-suq tat-transazzjonijiet f'sett ta’ netting għal data fil-futur (il-perijodu tal-previżjoni), fuq il-bażi tal-valur tas-suq realizzat ta’ dawn it-transazzjonijiet fid-data tal-previżjoni;
‘distribuzzjoni tal-iskoperturi’ tfisser il-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà tal-valuri tas-suq li tiġi ġenerata billi jiġu stabbiliti previżjonijiet ta' valuri netti tas-suq negattivi għal żero;
‘distribuzzjoni newtrali għar-riskji’ tfisser distribuzzjoni tal-valuri tas-suq jew skoperturi f’perijodu futur fejn id-distribuzzjoni hija kkalkulata bl-użu ta’ valuri impliċiti tas-suq bħal volatilitajiet impliċiti;
‘distribuzzjoni effettiva’ tfisser distribuzzjoni tal-valuri tas-suq jew skoperturi f’perijodu futur fejn id-distribuzzjoni hija kkalkulata permezz ta’ valuri storiċi jew realizzati bħal volatilitajiet ikkalkulati bl-użu tal-varjazzjonijiet fil-passat fil-prezzijiet jew fir-rati;
‘skopertura attwali’ tfisser l-akbar minn żero u l-valur tas-suq ta’ transazzjoni jew portafoll ta’ transazzjonijiet f'sett ta’ netting ma’ kontroparti li kieku tintilef mal-inadempjenza tal-kontroparti, fl-ipoteżi li ma jkun hemm l-ebda rkpuru tal-valur ta’ dawk it-transazzjonijiet fl-insolvenza jew fil-likwidazzjoni;
‘l-ogħla skopertura’ tfisser perċentil għoli tad-distribuzzjoni tal-iskoperturi f’data partikolari futura qabel id-data tal-maturità tat-transazzjoni bl-itwal maturità fis-sett ta’ netting;
‘skopertura mistennija’ (minn hawnn ’il quddiem imsejħa ‘EE’) tfisser il-medja tad-distribuzzjoni tal-iskoperturi f’data partikolari futura qabel il-maturazzjoni tat-transazzjoni bl-itwal maturità fis-sett ta’ netting;
‘skopertura effettiva mistennija f’data speċifika’ (minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘EE Effettiva’) tfisser l-iskopertura massima mistennija li sseħħ f'dik id-data jew fi kwalunkwe data preċedenti. Alternattivament, tista' tkun definita għal data speċifika bħala l-akbar fost l-iskopertura mistennija f’dik id-data jew l-iskopertura effettiva mistennija fi kwalunkwe data preċedenti;
‘skopertura pożittiva mistennija’ (minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘EPE’) tfisser il-medja ppeżata tul iż-żmien ta' skoperturi mistennija, fejn il-piżijiet ikunu l-proporzjon tal-perijodu kollu li skopertura mistennija individwali tirrappreżenta.
Meta jikkalkulaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-medja fuq l-ewwel sena jew, jekk il-kuntratti kollha fis-sett ta’ netting jimmaturaw f’inqas minn sena, matul il-perijodu sa meta l-kuntratt bl-itwal maturità fis-sett ta’ netting ikun immatura;
‘skopertura pożittiva effettiva mistennija’ (minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘EPE effettiva’) tfisser il-medja ppeżata tal-iskopertura effettiva mistennija matul l-ewwel sena ta’ sett ta’ netting jew, jekk il-kuntratti kollha fis-sett ta’ netting jimmaturaw f’inqas minn sena, matul il-perijodu tal-kuntratt bl-itwal maturità fis-sett ta’ netting, fejn il-piżijiet huma l-proporzjon tal-perijodu sħiħ li skopertura mistennija individwali tirrappreżenta;
‘riskju ta' tiġdid’ tfisser l-ammont li bih l-EPE tiġi sottostimata meta transazzjonijiet futuri ma’ kontroparti jkunu mistennija li jitwettqu fuq bażi kontinwa.
L-iskopertura addizzjonali ġġenerata minn dawn it-transazzjonijiet futuri mhijiex inkluża fil-kalkolu tal-EPE;
kontroparti’ għall-finijiet tat-Taqsima 7 tfisser kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika li tidħol fi ftehim ta’ netting, u li għandha l-kapaċità kuntrattwali sabiex tagħmel dan;
‘ftehim kuntrattwali ta’ netting bejn prodotti’ tfisser ftehim kuntrattwali bilaterali bejn istituzzjoni u kontroparti li joħloq obbligu legali wieħed (ibbażat fuq netting ta’ transazzjonijiet koperti) li jkopri kull ftehim ewlieni bilaterali u transazzjonijiet li jappartjenu għal kategoriji differenti ta’ prodotti li huma inklużi fil-ftehim;
Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni, ‘kategoriji differenti ta’ prodotti’ tfisser:
transazzjonijiet ta’ riakkwist, transazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew prodotti;
transazzjonijiet ta’ self b'marġni;
il-kuntratti elenkati fl-Anness II;
‘komponent ta’ pagament’ tfisser il-pagament miftiehem fi transazzjoni derivata ta’ OTC bi profil tar-riskju linearli li jistipula l-iskambju ta’ strument finanzjarju għal pagament.
Fil-każ ta’ transazzjonijiet li jistipulaw l-iskambju ta’ pagament kontra pagament, dawk iż-żewġ komponenti ta’ pagament għandhom jikkonsistu f’pagamenti gross miftiehema kountrattwalment, inkluż l-ammont nozzjonali tat-transazzjoni.
Artikolu 273
Metodi għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura
Istituzzjoni li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(1) ma għandhiex tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 4. Istituzzjoni li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(2) ma għandhiex tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 5.
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw f'kombinazzjoni l-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 fuq bażi permanenti fi grupp. Istituzzjoni waħda ma għandhiex tuża f'kombinazzjoni l-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 fuq bażi permanenti.
Meta jkollha permess mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 283(1) u (2), istituzzjoni tista’ tiddetermina l-valur tal-iskopertura għall-elementi li ġejjin permezz tal-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Taqsima 6:
il-kuntratti elenkati fl-Anness II;
transazzjonijiet ta’ riakkwist;
transazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew prodotti;
transazzjonijiet ta’ self b'marġni;
transazzjonijiet ta' saldu fit-tul.
Fejn l-istituzzjoni tixtri protezzjoni permezz ta’ derivat tal-kreditu kontra skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar jew kontra skopertura għar-riskju ta’ kontraparti, tista’ tikkalkula r-rekwiżit tal-fondi proprji tagħha għall-iskopertura ħħeġġjata skont wieħed minn dawn li ġejjin:
l-Artikoli 233 sa 236;
skont l-Artikolu 153(3), jew l-Artikolu 183, fejn il-permess ikun ingħata skont l-Artikolu 143.
Il-valur tal-iskopertura għas-CCR għal dawk id-derivati tal-kreditugħandu jkun żero, sakemm l-istituzzjoni ma tapplikax l-approċċ (ii) fil-punt (h) tal-Artikolu 299(2).
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn ftehim ta' marġni wieħed japplika għal settijiet tan-netting multipli ma' dik il-kontroparti u l-istituzzjoni qiegħda tuża wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 biex tikkalkula l-valur tal-iskopertura ta' dawk is-settijiet tan-netting, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi kkalkulat skont it-Taqsima rilevanti.
Għal kontroparti partikolari, il-valur tal-iskopertura għal sett tan-netting partikolari ta' strumenti derivattivi OTC elenkati fl-Anness II kkalkulat skont dan il-Kapitolu għandu jkun l-akbar minn żero u d-differenza bejn is-somma tal-valuri tal-iskoperturi fis-settijiet kollha tan-netting mal-kontroparti u s-somma tal-aġġustamenti fil-valwazzjoni tal-kreditu għal dik il-kontroparti rikonoxxuti mill-istituzzjoni bħala tnaqqis fil-valur imġarrab. L-aġġustamenti fil-valwazzjoni tal-kreditu għandhom jiġu kkalkulati mingħajr ma jitqies ebda aġġustament tal-valwazzjoni tad-debitu ta' tpaċija attribwit għar-riskju tal-kreditu proprju tad-ditta li tkun diġà ġiet eskluża mill-fondi proprji skont il-punt (c) tal-Artikolu 33(1).
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, żewġ kuntratti tad-derivattivi OTC jaqblu perfettament meta jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-pożizzjonijiet ta' riskju tagħhom huma opposti;
il-karatteristiċi tagħhom, bl-eċċezzjoni tad-data tan-negozju, huma l-istess;
il-flussi tal-flus tagħhom ipaċu kompletament lil xulxin.
Artikolu 273a
Kondizzjonijiet għall-użu ta' metodi simplifikati għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura
Istituzzjoni tista' tikkalkula l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħha skont il-metodu stabbilit fit-Taqsima 4, sakemm id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tiegħu huwa daqs jew anqas miż-żewġ livelli ta' limitu li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar permezz tad-data sal-aħħar jum tax-xahar:
10 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;
EUR 300 miljun.
Istituzzjoni tista' tikkalkula l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi skont il-metodu stabbilit fit-Taqsima 5, sakemm id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tiegħu huwa daqs jew anqas miż-żewġ livelli limiti li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar permezz tad-data sal-aħħar jum tax-xahar:
5 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;
EUR 100 miljun.
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta bilanċ tagħhom abbażi tad-data sal-aħħar jum ta' kull xahar skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
il-pożizzjonijiet fid-derivattivi għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f'dik id-data partikolari; meta l-valur tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunx disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur ġust tas-suq għal dik il-pożizzjoni f'dik id-data; meta l-valur tas-suq u l-valur ġust ta' pożizzjoni ma jkunux disponibbli f'dik id-data, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il-valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;
il-valur assolut ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi twal għandu jingħadd mal-valur assolut ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi qosra;
il-pożizzjonijiet kollha fid-derivattivi jkunu inklużi, minbarra d-derivattivi ta' kreditu li huma rikonoxxuti bħala ħħeġġjar intern kontra l-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar.
Artikolu 273b
Nuqqas ta' konformità mal-kondizzjonijiet għall-użu ta' metodi simplifikati għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi
Istituzzjoni għandha tieqaf tikkalkula l-valur tal-iskoperturi tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħha f'konformità mat-Taqsima 4 jew 5, kif applikabbli, fi żmien tliet xhur minn meta jseħħ wieħed mill-każijiet li ġejjin:
l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 273a(1) jew (2), kif applikabbli, jew il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 273a(1) jew (2), kif applikabbli, għal tliet xhur konsekuttivi;
l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 273a(1) jew (2), kif applikabbli, jew il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 273a(1) jew (2), kif applikabbli, għal aktar minn sitt xhur mit-12-il xahar ta' qabel.
Artikolu 274
Valur tal-iskopertura
Istituzzjoni tista' tikkalkula valur tal-iskopertura uniku fil-livell tas-sett tan-netting għat-tranżazzjonijiet kollha koperti minn ftehim ta' netting kuntrattwali meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-ftehim ta' netting jappartjeni għal wieħed mit-tipi ta' ftehimiet ta' netting kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 295;
il-ftehim ta' netting ġie rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 296;
l-istituzzjoni ssodisfat l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 297 fir-rigward tal-ftehim ta' netting.
Meta xi waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ma tiġix issodisfata, l-istituzzjoni għandha tittratta kull tranżazzjoni bħallikieku kienet sett tan-netting tagħha stess.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting skont l-approċċ standardizzat għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti kif ġej:
RC |
= |
l-ispiża tas-sostituzzjoni kkalkulata skont l-Artikolu 275; u |
PFE |
= |
l-iskopertura futura potenzjali kkalkulata skont l-Artikolu 278; |
α |
= |
1,4. |
L-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu l-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting għal żero biex b'hekk jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
is-sett tan-netting huwa magħmul biss minn opzjonijiet mibjugħa;
il-valur tas-suq kurrenti tas-sett tan-netting huwa dejjem negattiv;
il-premium tal-opzjonijiet kollha inklużi fis-sett tan-netting ġie riċevut bil-quddiem mill-istituzzjoni biex tiġi ggarantita l-eżekuzzjoni tal-kuntratti;
is-sett tan-netting ma hu soġġett għal ebda ftehim ta' marġni.
Artikolu 275
Prezz tas-sostituzzjoni
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni RC għas-settijiet tan-netting li mhumiex soġġetti għal ftehim ta' marġni, skont il-formula li ġejja:
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni għal settijiet tan-netting uniċi li huma soġġetti għal ftehim ta' marġni skont il-formula li ġejja:
RC |
= |
il-prezz tas-sostituzzjoni |
VM |
= |
il-valur aġġustat għall-volatilità tal-marġni ta' varjazzjoni nett irċevut jew sottomess, kif applikabbli, għas-sett tan-netting fuq bażi regolari biex jiġu mmitigati l-bidliet fis-CMV tas-sett tan-netting; |
TH |
= |
il-livell limitu ta' marġni applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni taħt liema l-istituzzjoni ma tistax titlob kollateral; u |
MTA |
= |
l-ammont minimu ta' trasferiment applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni. |
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni għal settijiet tan-netting multipli li huma soġġetti għal ftehim tal-istess marġni skont il-formula li ġejja:
fejn:
RC |
= |
il-prezz tas-sostituzzjoni; |
i |
= |
l-indiċi li jindika s-settijiet tan-netting li huma soġġetti għall-ftehim ta' marġni waħdieni; |
CMVi |
= |
is-CMV tas-sett tan-netting i; |
VMMA |
= |
is-somma tal-valur aġġustat għall-volatilità ta' kollateral irċevut jew sottomess, kif applikabbli, għal settijiet tan-netting multipli fuq bażi regolari biex jiġu mmitigati l-bidliet fis-CMV tagħhom; u |
NICAMA |
= |
is-somma tal-valur aġġustat għall-volatilità ta' kollateral irċevut jew sottomess, kif applikabbli, għal settijiet tan-netting multipli oħra minbarra l-VWMA. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-NICAMA jista' jiġi kkalkulat fil-livell tan-negozju, fil-livell tas-sett tan-netting jew fil-livell tas-settijiet tan-netting kollha li japplika għalihom il-ftehim ta' marġni skont il-livell li japplika fih il-ftehim ta' marġni.
Artikolu 276
Rikonoxximent u trattament tal-kollateral
Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti ta' kollateral ta' VM, VMMA, NICA u NICAMA, billi japplikaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
fejn it-tranżazzjonijiet kollha inklużi f'sett tan-netting jappartjenu għall-portafoll tan-negozjar, għandu jiġi rikonoxxut biss il-kollateral li huwa eliġibbli skont l-Artikoli 197 u 299;
meta sett tan-netting jinkludi tal-inqas tranżazzjoni waħda li tappartjeni għall-portafoll mhux tan-negozjar, għandu jiġi rikonoxxut biss il-kollateral li huwa eliġibbli skont l-Artikolu 197;
il-kollateral irċevut minn kontroparti għandu jingħaraf minn sinjal pożittiv u kollateral sottomess lil kontroparti għandu jingħaraf minn sinjal negattiv;
il-valur aġġustat għall-volatilità ta' kwalunkwe tip ta' kollateral irċevut jew sottomess għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 223; għall-finijiet ta' dak il-kalkolu, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-metodu stabbilit fl-Artikolu 225;
l-istess kollateral ma għandux jiġi inkluż kemm fil-VM kif ukoll fl-NICA fl-istess ħin;
l-istess kollateral ma għandux jiġi inkluż kemm fil-VMMA kif ukoll fl-NICAMA fl-istess ħin;
kwalunkwe kollateral mogħti lill-kontroparti li huwa segregat mill-assi ta' dik il-kontroparti u, bħala riżultat ta' dik is-segregazzjoni, huwa falliment remot fil-każ ta' inadempjenza jew insolvenza ta' dik il-kontroparti ma għandux jiġi rikonoxxut fil-kalkolu tal-NICA u l-NICAMA.
Għall-kalkolu tal-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral mogħti li huwa msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-formula stabbilita fl-Artikolu 223(2) bil-formula li ġejja:
Għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-perijodu ta' likwidazzjoni rilevanti għall-kalkolu tal-valur aġġustat għall-volatilità ta' kwalunkwe kollateral irċevut jew sottomess skont wieħed mill-perijodi ta' żmien li ġejjin:
sena waħda fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(1);
il-perijodu ta' marġni ta' riskju determinat skont il-punt (b) tal-Artikolu 279c(1) għas-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(2) u (3).
Artikolu 277
Klassifikazzjoni ta' tranżazzjonijiet għall-kategoriji ta' riskju
L-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw kull tranżazzjoni ta' sett tan-netting għal waħda mill-kategoriji ta' riskju li ġejjin biex jiddeterminaw l-iskopertura futura potenzjali tas-sett tan-netting imsemmi fl-Artikolu 278:
riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;
riskju tal-kambju;
riskju ta' kreditu;
riskju ta' ekwità;
riskju ta' komodità;
riskji oħrajn.
Minkejja l-paragrafi 1, 2 u 3, meta t-tranżazzjonijiet jiġu kklassifikati għall-kategoriji tar-riskju elenkati fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
meta l-motivatur tar-riskju primarju ta' tranżazzjoni, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali f'kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, huwa varjabbli tal-inflazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw it-tranżazzjoni għall-kategorija tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;
meta l-motivatur tar-riskju primarju ta' tranżazzjoni, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali f'kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, huwa varjabbli tal-kondizzjonijiet klimatiċi, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw it-tranżazzjoni għall-kategorija tar-riskju tal-komoditajiet.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
il-metodu biex jiġu identifikati t-tranżazzjonijiet b'motivatur tar-riskju materjali wieħed biss;
il-metodu biex jiġu identifikati t-tranżazzjonijiet b'iktar minn motivatur tar-riskju materjali wieħed u biex jiġi identifikat l-iktar motivatur tar-riskju materjali minnhom għall-finijiet tal-paragrafu 3.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019.
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 277a
Settijiet ta' hedging
L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu s-settijiet ta' hedging rilevanti għal kull kategorija tar-riskju ta' sett tan-netting u jassenjaw kull tranżazzjoni lil dawk is-settijiet ta' hedging kif ġej:
it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa denominat fl-istess munita;
it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-kambju għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa bbażat fuq l-istess muniti akkoppjati;
it-tranżazzjonijiet kollha kklassifikati fil-kategorija ta' riskju ta' kreditu għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging;
it-tranżazzjonijiet kollha kklassifikati fil-kategorija ta' riskju ta' ekwità għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging;
it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għandhom jiġu assenjati lil wieħed mis-settijiet ta' hedging li ġejjin abbażi tan-natura tal-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3):
l-enerġija;
il-metalli;
il-prodotti agrikoli;
komoditajiet oħra;
il-kondizzjonijiet klimatiċi;
it-tranżazzjonijiet ikklassifikati f'kategorija ta' riskji oħrajn għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa identiku.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li għandhom varjabbli ta' inflazzjoni bħala l-motivatur tar-riskju primarju għandhom jiġu assenjati lil settijiet ta' hedging separati, minbarra s-settijiet ta' hedging stabbiliti għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li ma għandhomx varjabbli ta' inflazzjoni bħala l-motivatur tar-riskju primarju. Dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa denominat fl-istess munita.
B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu settijiet ta' hedging individwali separati f'kull kategorija ta' riskju għat-tranżazzjonijiet li ġejjin:
it-tranżazzjonijiet għal liema l-motivatur tar-riskju primarju, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa jew il-volatilità implikata tas-suq jew il-volatilità realizzata ta' motivatur tar-riskju jew il-korrelazzjoni bejn żewġ motivaturi tar-riskju;
it-tranżazzjonijiet għal liema l-motivatur tar-riskju primarju, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa d-differenza bejn żewġ motivaturi tar-riskju kklassifikati fl-istess kategorija tar-riskju jew tranżazzjonijiet li jikkonsistu f'żewġ komponenti ta' pagament denominati fl-istess munita u għal liema motivatur tar-riskju mill-istess kategorija ta' riskju tal-motivatur tar-riskju primarju huwa inkluż fil-komponent tal-pagament l-ieħor minn dak li fih il-motivatur tar-riskju primarju.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw tranżazzjonijiet lill-istess sett ta' hedging tal-kategorija ta' riskju rilevanti fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa identiku.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw tranżazzjonijiet lill-istess sett ta' hedging tal-kategorija ta' riskju rilevanti fil-każ biss meta l-par motivaturi tar-riskju f'dawk it-tranżazzjonijiet kif imsemmi f'dan il-punt huwa identiku u ż-żewġ motivaturi tar-riskju inklużi f'dan il-par huma korrelatati b'mod pożittiv. Inkella, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw it-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu lil wieħed mis-settijiet ta' hedging stabbiliti skont il-paragrafu 1, fuq il-bażi ta' wieħed biss miż-żewġ motivaturi tar-riskju msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu.
Artikolu 278
L-iskopertura futura potenzjali
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-iskopertura futura potenzjali ta' sett tan-netting kif ġej:
fejn:
PFE |
= |
l-iskopertura futura potenzjali; |
a |
= |
l-indiċi li jindika l-kategoriji ta' riskju inklużi fil-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali tas-sett tan-netting; |
AddOn(a) |
= |
is-suppliment għall-kategorija ta' riskju “a” kkalkulat skont l-Artikoli 280a sa 280f, kif applikabbli; u |
multiplikatur |
= |
il-fattur ta' multiplikazzjoni kkalkulat skont il-formula msemmija fil-paragrafu 3. |
Għall-fini ta' dan il-kalkolu, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu s-suppliment ta' kategorija ta' riskju partikolari fil-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali ta' sett tan-netting fejn mill-inqas tranżazzjoni waħda mis-sett tan-netting ġiet ikklassifikata f'dik il-kategorija ta' riskju.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-multiplikatur għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
multiplikatur = |
|
1 if z ≥ 0 |
|
if
|
fejn:
z = |
|
CMV – NICA għas-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(1) |
|
CMV – VM – NICA għas-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(2) |
|||
CMVi – NICAi għas-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(3) |
NICAi |
= |
l-ammont ta' kollateral indipendenti nett ikkalkulat biss għat-tranżazzjonijiet li huma inklużi fis-sett tan-netting i. NICAi għandu jiġi kkalkulat fil-livell ta' negozju jew fil-livell ta' sett tan-netting skont il-ftehim ta' marġni. |
Artikolu 279
Kalkolu tal-pożizzjoni ta' riskju
Għall-fini ta' kalkolu tas-supplimenti tal-kategorija ta' riskju msemmija fl-Artikoli 280a sa 280f, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-pożizzjoni ta' riskju ta' kull tranżazzjoni ta' sett tan-netting kif ġej:
δ |
= |
id-delta ta' superviżjoni tat-tranżazzjoni kkalkulata skont il-formula stabbilita fl-Artikolu 279a; |
AdjNot |
= |
l-ammont nozzjonali aġġustat tat-tranżazzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 279b; u |
MF |
= |
il-fattur ta' maturità tat-tranżazzjoni kkalkulat skont il-formula stabbilita fl-Artikolu 279c. |
Artikolu 279a
Delta ta' superviżjoni
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-delta ta' superviżjoni kif ġej:
għal opzjonijiet ta' xiri u ta' put li jagħtu dritt lix-xerrej ta' opzjoni jixtri jew ibigħ strument sottostanti bi prezz pożittiv f'data waħda jew dati multipli fil-futur, ħlief meta dawn l-opzjonijiet huma kklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:
fejn:
δ |
= |
id-delta ta' superviżjoni; |
sign |
= |
– 1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' call mibjugħa jew opzjoni ta' put mixtrija; |
sign |
= |
+1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' call mixtrija jew opzjoni ta' put mibjugħa; |
type |
= |
– 1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' put; |
type |
= |
+ 1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' call; |
N(x) |
= |
l-funzjoni kumulattiva ta' distribuzzjoni għal varjabbli aleatorju normali standard jiġifieri l-probabbiltà li varjabbli aleatorju normali b'medja ta' żero u b'varjanza ta' wieħed tkun inqas minn jew ugwali għal x; |
P |
= |
il-prezz spot jew forward tal-istrument sottostanti tal-opzjoni; għal opzjonijiet il-flussi ta' flus taghħom li jiddependu fuq valur medju tal-prezz tal-istrument sottostanti, P għandu jkun daqs il-valur medju fid-data tal-kalkolu; |
K |
= |
il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni; |
T |
= |
il-perijodu bejn id-data tal-iskadenza tal-opzjoni (Texp) u d-data tal-irrappurtar; għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f’data futura waħda biss, Texp hija ugwali għal dik id-data; għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f’dati multipli futuri, Texp hija ugwali għall-aħħar waħda minn dawk id-dati; T għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; u |
σ |
= |
il-volatilità superviżorja tal-opzjoni determinata skont it-Tabella 1 fuq il-bażi tal-kategorija tar-riskju tat-tranżazzjoni u n-natura tal-istrument sottostanti tal-opzjoni. |
Tabella 1
Kategorija tar-riskju |
Strument sottostanti |
Volatilità superviżorja |
Kambju |
Kollha |
15 % |
Kreditu |
Strument b'isem wieħed |
100 % |
Strument b'għadd ta' ismijiet |
80 % |
|
Ekwità |
Strument b'isem wieħed |
120 % |
Strument b'għadd ta' ismijiet |
75 % |
|
Komodità |
Elettriku |
150 % |
Komoditajiet oħrajn (eskluż l-elettriku) |
70 % |
|
Oħrajn |
Kollha |
150 % |
Istituzzjonijiet li jużaw l-prezz forward tal-istrument sottostanti ta' opzjoni għandhom jiżguraw li:
il-prezz forward huwa konsistenti mal-karatteristiċi tal-opzjoni;
il-prezz forward huwa kkalkulat permezz ta' rata tal-imgħax rilevanti li jkun hemm fid-data ta' rappurtar;
il-prezz forward jintegra l-flussi ta' flus mistennija tal-istrument sottostanti qabel l-iskadenza tal-opzjoni;
fil-każ ta' segmenti ta' titolizzazzjonijiet sintetiċi u derivattiva ta' kreditu n-eżmu inadempjenti, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:
fejn:
sinjal = |
|
+ 1 fejn il-protezzjoni tal-kreditu nkisbet permezz tat-tranżazzjoni |
|
– 1 fejn il-protezzjoni tal-kreditu ġiet ipprovduta permezz tat-tranżazzjoni |
A |
= |
il-punt ta' akkoppjament tas-segment; għal tranżazzjoni ta' derivattiva ta' kreditu n-eżmu inadempjenti abbażi tal-entitajiet ta' referenza k, A = (n – 1)/k; u |
D |
= |
il-punt ta' distakkament tas-segment; għal tranżazzjoni ta' derivattiva ta' kreditu n-eżmu inadempjenti abbażi tal-entitajiet ta' referenza k, D = n/k; |
fil-każ ta' tranżazzjonijiet mhux imsemmija fil-punt (a) jew (b), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw id-delta ta' superviżjoni li ġejja:
δ = |
|
+ 1 “jekk it-tranżazzjoni hija pożizzjoni twila f'motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija” |
|
– 1 “jekk it-tranżazzjoni hija pożizzjoni qasira f'motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija” |
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
f'konformità mal-iżviluppi regolatorji internazzjonali, il-formula li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biex jikkalkulaw id-delta ta' superviżjoni tal-opzjonijiet ta' xiri u put ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax kompatibbli mal-kondizzjonijiet tas-suq li fihom ir-rati tal-imgħax jistgħu jkunu negattivi kif ukoll il-volatilità superviżorja li hija adatta għal dik il-formula;
il-metodu biex jiddeterminaw jekk tranżazzjoni hijiex pożizzjoni twila jew qasira fil-motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3).
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019.
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 279b
Ammont nozzjonali aġġustat
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat kif ġej:
għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax jew fil-kategorija ta' riskju ta' kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat bħala l-prodott tal-ammont nozzjonali tal-kuntratt tad-derivattivi u l-fattur ta' durata tas-superviżjoni, li għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
R |
= |
ir-rata ta’ skont fuq is-superviżjoni; R = 5 %; |
S |
= |
il-perijodu bejn id-data tal-bidu ta’ tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar, li għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; |
E |
= |
il-perijodu bejn id-data tat-tmiem ta’ tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar, li għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; u |
SenaNegozju |
= |
sena waħda espressa f’jiem tax-xogħol permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax- xogħol. |
Il-bidu ta' tranżazzjoni li hija l-eqreb data li fiha tal-anqas pagament kuntrattwali skont it-tranżazzjoni, lil jew mill-istituzzjoni, ikun jew fiss jew skambjat, minbarra l-pagamenti relatati mal-kambju ta' kollateral fi ftehim ta' marġni. Meta tranżazzjoni tkun diġà qiegħda tistipula jew tagħmel pagamenti fid-data ta' rappurtar, id-data ta' bidu tat-tranżazzjoni għandha tkun 0.
Meta tranżazzjoni tinvolvi data kuntrattwali futura waħda jew aktar futuri li fiha l-istituzzjoni jew il-kontroparti jistgħu jiddeċiedu li jtemmu t-tranżazzjoni qabel il-maturità kuntrattwali tagħha, id-data ta' bidu tat-tranżazzjoni għandha tkun ugwali għall-eqreb data minn dawn li ġejjin:
id-data jew l-eqreb data mid-dati futuri multipli li ġejjin li fiha l-istituzzjoni jew il-kontroparti jistgħu jiddeċiedu li jtemmu t-tranżazzjoni qabel il-maturità kuntrattwali tagħha;
id-data li fiha tranżazzjoni tibda tistipula jew tagħmel il-pagamenti, minbarra l-pagamenti relatati mal-kambju ta' kollateral fi ftehim ta' marġni.
Meta tranżazzjoni jkollha strument finanzjarju bħala l-istrument sottostanti li jista' jwassal għal obbligi kuntrattwali addizzjonali għal dawk tat-tranżazzjoni, id-data ta' bidu ta' tranżazzjoni għandha tkun determinata abbażi tal-eqreb data li fiha l-istrument sottostanti jibda jistipula jew jagħmel il-pagamenti.
Id-data ta' tmiem ta' tranżazzjoni hija d-data li fiha l-aħħar pagament kuntrattwali skont it-tranżazzjoni, lil jew mill-istituzzjoni, huwa jew jista' jiġi skambjat.
Meta tranżazzjoni għandha strument finanzjarju bħala l-istrument sottostanti li jista' jwassal għal obbligi kuntrattwali addizzjonali għal dawk tat-tranżazzjoni, id-data ta' tmien ta' tranżazzjoni għandha tiġi determinata abbażi tal-aħħar pagament kuntrattwali tal-istrument sottostanti tat-tranżazzjoni.
Fejn tranżazzjoni tiġi strutturati sabiex tiġi saldata skopertura pendenti wara dati ta' pagament speċifikati u fejn it-termini huma ssettjati mill-ġdid sabiex il-valur tas-suq tat-tranżazzjoni jkun żero f'dawk id-dati speċifikati, is-saldu ta' skopertura pendenti f'dawk id-dati speċifikati huwa kkunsidrat bħala pagament kuntrattwali taħt l-istess tranżazzjoni;
għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-kambju, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat kif ġej:
meta t-tranżazzjoni tikkonsisti f'komponent ta' pagament wieħed, l-ammont nozzjonali aġġustat għandu jkun l-ammont nozzjonali tal-kuntratt tad-derivattivi;
meta t-tranżazzjoni tikkonsisti f'żewġ komponenti ta' pagamenti u l-ammont nozzjonali ta' komponent ta' pagament wieħed huwa denominat fil-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni, l-ammont nozzjonali aġġustat għandu jkun l-ammont nozzjonali tal-komponent ta' pagament l-ieħor;
meta t-tranżazzjoni tikkonsisti f'żewġ komponenti ta' pagament u l-ammont nozzjonali ta' kull pagament huwa denominat f'munita differenti mill-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni, l-ammont nozzjonali aġġustat għandu jkun l-akbar wieħed mill-ammonti nozzjonali taż-żewġ komponenti ta' pagamenti wara li dawn l-ammonti jkunu ġew ikkonvertiti fil-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni fir-rata tal-kambju spot prevalenti;
għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-ekwità jew fil-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat bħala l-prodott tal-prezz tas-suq ta' unità waħda tal-istrument sottostanti tat-tranżazzjoni u n-numru ta' unitajiet fl-istrument sottostanti li ssir referenza għalih fit-tranżazzjoni;
meta tranżazzjoni kklassifikata fil-kategorija ta' riskju ta' ekwità jew kategorija ta' riskju tal-komoditajiet hija espressa b'mod kontrattwali bħala ammont nozzjonali, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-ammont nozzjonali tat-tranżazzjoni pjuttost milli n-numru ta' unitajiet fl-istrument sottostanti, bħala l-ammont nozzjonali aġġustat;
għal tranżazzjonijiet ikklassifikati għall-kategorija ta' riskji oħrajn, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat abbażi tal-metodu l-aktar xieraq fost il-metodi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c), skont in-natura u l-karatteristiċi tal-istrument sottostanti tat-tranżazzjoni.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont nozzjonali jew in-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti għall-fini tal-kalkolu tal-ammont nozzjonali aġġustat ta' tranżazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 kif ġej:
meta l-ammont nozzjonali jew in-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti ta' tranżazzjoni mhuwiex stipulat sal-maturità kuntrattwali tiegħu:
għal ammonti nozzjonali deterministiċi u n-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti, l-ammont nozzjonali għandu jkun il-medja ppeżata tal-valuri deterministiċi kollha tal-ammonti nozzjonali jew in-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti, kif applikabbli, sal-maturità kuntrattwali tat-tranżazzjoni, fejn il-piżijiet huma l-proporzjon tal-perijodu ta' żmien li matulu japplika kull valur ta' ammont nozzjonali;
għal ammonti nozzjonali stokastiċi u n-numri ta' unitajiet tal-istrument sottostanti, l-ammont nozzjonali għandu jkun l-ammont determinat mill-istipular tal-valuri tas-suq kurrenti fil-formula għall-kalkolu tal-valuri futuri tas-suq;
għal kuntratti b'kambji multipli tal-ammont nozzjonali, l-ammont nozzjonali għandu jkun immultiplikat bin-numru ta' pagamenti li jkun għad fadal isiru skont il-kuntratti;
għal kuntratti li jipprovdu għal multiplikazzjoni tal-pagamenti tal-fluss ta' flus jew għal multiplikazzjoni tas-sottostanti tal-kuntratt tad-derivattivi, l-ammont nozzjonali għandu jiġi aġġustat minn istituzzjoni biex iqis l-effetti tal-multiplikazzjoni fuq l-istruttura tar-riskju ta' dawn il-kuntratti.
Artikolu 279c
Fattur ta' Maturità
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-fattur ta' maturità kif ġej:
għal tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting kif imsemmi fl-Artikolu 275(1), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:
fejn:
MF |
= |
il-fattur ta' maturità; |
M |
= |
il-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni li hija ugwali għall-perijodu ta' żmien meħtieġ għat-terminazzjoni tal-obbligi kuntrattwali kollha tat-tranżazzjoni; għal dak il-għan, kwalunkwe dritt ta' għażla ta' kuntratt tad-derivattivi għandu jiġi kkunsidrat bħala obbligu kuntrattwali; il-maturità li jifdal għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; meta tranżazzjoni għandha kuntratt tad-derivattivi ieħor bħala strument sottostanti li jista' jwassal għal obbligi kuntrattwali addizzjonali lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tat-tranżazzjoni, il-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni għandha tkun ugwali għall-perijodu meħtieġ għat-terminazzjoni tal-obbligi kuntrattwali kollha tal-istrument sottostanti; meta tranżazzjoni tiġi strutturata sabiex skopertura pendenti tingħalaq wara dati ta' pagament speċifikati u fejn it-termini jiġu ffissati mill-ġdid sabiex il-valur tas-suq tat-tranżazzjoni ikun żero f'dawk id-dati speċifikati, il-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni għandha tkun daqs iż-żmien sad-data tal-iffissar mill-ġdid li jmiss; u |
SenaNegozju |
= |
sena waħda espressa f'jiem tax-xogħol permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; |
għal tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(2) u (3), il-fattur ta' maturità huwa definit bħala:
fejn:
MF |
= |
il-fattur ta' maturità; |
MPOR |
= |
il-perijodu ta' marġni ta' riskju tas-sett tan-netting determinat skont l-Artikolu 285(2) sa (5); u |
SenaNegozju |
= |
sena waħda espressa f'jiem tax-xogħol permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; |
Meta tiddetermina l-perijodu ta' marġni tar-riskju għal tranżazzjonijiet bejn klijent u membru tal-ikklerjar, istituzzjoni li taġixxi jew bħala l-klijent jew bħala l-membru tal-ikklerjar għandha tissostitwixxi l-perijodu minimu stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 285(2) b'ħamest ijiem tax-xogħol.
Artikolu 280
Koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging
Għall-fini tal-kalkolu tas-suppliment ta' sett ta' hedging kif imsemmi fl-Artikoli 280a sa 280f, il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni ta' sett ta' hedging “є” għandu jkun dan li ġej:
є = |
|
1 għas-settijiet ta' hedging stabbiliti skont l-Artikolu 277a(1) |
|
5 għas-settijiet ta' hedging stabbiliti skont il-punt (a) tal-Artikolu 277a(1)) |
|||
0,5 għas-settijiet ta' hedging stabbiliti skont il-punt (b) tal-Artikolu 277a(2) |
Artikolu 280a
Suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax
Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għal sett tan-netting partikolari kif ġej:
fejn:
AddOnIR |
= |
is-suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax; |
j |
= |
l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' hedging ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax stabbiliti skont il-punt (a) tal-Artikolu 277a(1) u skont l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u |
|
= |
is-suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għas-sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 2. |
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment tas-sett ta' hedging j tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax:
fejn:
єj |
= |
il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont il-valur applikabbli speċifikat fl-Artikolu 280; |
SFIR |
= |
il-fattur ta' superviżjoni għall-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax b'valur ugwali għal 0,5 %; u |
|
= |
l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 3. |
Għall-fini tal-kalkolu tal-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j, l-istituzzjonijiet għandhom l-ewwel jikklassifikaw kull tranżazzjoni tas-sett ta' hedging lill-bucket ix-xieraq fit-Tabella 2. Dawn għandhom jagħmlu hekk abbażi tad-data ta' tmiem ta' kull tranżazzjoni kif determinat skont il-punt (a) tal-Artikolu 279b(1):
Tabella 2
Bucket |
Data tat-tmiem (fi snin) |
1 |
> 0 u <= 1 |
2 |
> 1 u <= 5 |
3 |
> 5 |
Sussegwentement, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j skont il-formula li ġejja:
fejn:
|
= |
l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j; u |
Dj,k |
= |
l-ammont nozzjonali effettiv tal-bucket k tas-sett ta' hedging j huwa kkalkulat kif ġej:
|
fejn:
l |
= |
l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju. |
Artikolu 280b
Suppliment tal-kategorija ta' riskju tal-kambju
Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskji tal-kambju għal sett tan-netting partikolari kif ġej:
fejn:
AddOnFX |
= |
is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-kambju; |
j |
= |
l-indiċi li jindika s-settijiet ta' hedging ta' riskji tal-kambju stabbiliti skont il-punt (b) tal-Artikolu 277a(1) u skont l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u |
|
= |
is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-kambju għas-sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 2. |
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-kambju għas-sett ta' hedging j kif ġej:
fejn:
єj |
= |
il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont l-Artikolu 280; |
SFFX |
= |
il-fattur ta' superviżjoni għall-kategorija ta' riskju tal-kambju b'valur ugwali għal 4 %; |
|
= |
l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j ikkalkulat kif ġej: |
fejn:
l |
= |
l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju. |
Artikolu 280c
Suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' kreditu
Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-entitajiet referenzjarji tal-kreditu rilevanti tas-sett tan-netting skont dan li ġej:
għandu jkun hemm entità referenzjarja tal-kreditu waħda għal kull emittent ta' strument ta' dejn ta' referenza sottostanti għal tranżazzjoni b'isem wieħed allokata lill-kategorija ta' riskju ta' kreditu; it-tranżazzjonijiet b'isem wieħed għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' kreditu fil-każ biss meta l-istrument ta' dejn ta' referenza sottostanti ta' dawk it-tranżazzjonijiet jinħareġ mill-istess emittent;
għandu jkun hemm entità referenzjarja ta' kreditu waħda għal kull grupp ta' strumenti ta' dejn ta' referenza jew derivattivi ta' kreditu b'isem wieħed sottostanti għal tranżazzjoni b'ħafna ismijiet allokata lill-kategorija ta' riskju ta' kreditu; it-tranżazzjonijiet b'ħafna ismijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' kreditu fil-każ biss meta l-grupp ta' strumenti ta' dejn ta' referenza sottostanti jew derivattivi ta' kreditu b'isem wieħed ta' dawk it-tranżazzjonijiet ikollu l-istess kostitwenti.
Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjoni għandha tikkalkula s-suppliment ta' kategorija ta' riskji ta' kreditu għal sett tan-netting partikolari kif ġej:
fejn:
AddOnCredit |
= |
is-suppliment ta' kategorija ta' riskji ta' kreditu; |
j |
= |
l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' hegding ta' riskju ta' kreditu stabbiliti skont il-punt (c) tal-Artikolu 277a(1) u l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u |
|
= |
is-suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' kreditu għas-sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 3. |
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għal sett ta' hedging j kif ġej:
fejn:
|
= |
is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għal sett ta' hedging j; |
єj |
= |
il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont l-Artikolu 280; |
k |
= |
l-indiċi li jindika li l-entitajiet referenzjarji ta' kreditu tas-sett tan-netting stabbiliti skont il-paragrafu 1; |
|
= |
il-fattur ta' korrelazzjoni tal-entità referenzjarja ta' kreditu k; meta l-entità referenzjarja ta' kreditu k ġiet stabbilita skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, , meta l-entità referenzjarja ta' kreditu k ġiet stabbilita skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, ; u |
AddOn(Entityk) |
= |
is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' kreditu k determinat skont il-paragrafu 4. |
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' kreditu k kif ġej:
fejn:
|
= |
l-ammont nozzjonali effettiv ta' entità referenzjarja ta' kreditu k ikkalkulat kif ġej:
fejn:
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għall-entità referenzjarja ta' kreditu k kif ġej:
għandu jiġi kklassifikat f'wieħed mis-sitt fatturi ta' superviżjoni stabbiliti fit-Tabella 3 ta' dan il-paragrafu abbażi ta' valutazzjoni ta' kreditu esterna minn ECAI nominata tal-emittent individwali korrispondenti; għal emittent individwali għal liema valutazzjoni ta' kreditu minn ECAI nominata mhijiex disponibbli:
istituzzjoni li tuża l-approċċ imsemmi fil-Kapitolu 3 għandha tikklassifika l-klassifikazzjoni interna tal-emittent individwali f'waħda mill-valutazzjonijiet tal-kreditu esterni;
lil dik l-entità referenzjarja ta' kreditu; madankollu, meta istituzzjoni tapplika l-Artikolu 128 għal skoperturi għar-riskju ta' kreditu ta' kontroparti għall-piż tar-riskju għal dan l-emittent individwali, għandu jiġi assenjat l-
lil dik l-entità referenzjarja ta' kreditu;
għal entità referenzjarja ta' kreditu k stabbilita skont il-punt (b) tal-paragrafu 1:
għandu jiġi kklassifikat f'wieħed miż-żewġ fatturi ta' superviżjoni stabbiliti fit-Tabella 4 ta' dan il-paragrafu abbażi tal-kwalità tal-kreditu tal-maġġoranza tal-kostitwenti individwali tagħha;
għandu jkun il-medja ppeżata tal-fatturi ta' superviżjoni kklassifikati f'kull kostitwent skont il-metodu stabbilit fil-punt (a), meta l-piżijiet huma definiti mill-proporzjon ta' nozzjonali tal-kostitwenti f'dik il-pożizzjoni.
Tabella 3
Skala tal-kwalità kreditizja |
Fattur ta' superviżjoni għal tranżazzjonijiet b'isem wieħed |
1 |
0,38 % |
2 |
0,42 % |
3 |
0,54 % |
4 |
1,06 % |
5 |
1,6 % |
6 |
6,0 % |
Tabella 4
Kwalità kreditizja dominanti |
Fattur ta' superviżjoni għal indiċijiet ikkwotati |
Grad ta' investiment |
0,38 % |
Grad mhux ta' investiment |
1,06 % |
Artikolu 280d
Suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' ekwità
Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-entitajiet referenzjarji ta' ekwità rilevanti tas-sett tan-netting skont dan li ġej:
għandu jkun hemm entità referenzjarja ta' ekwità waħda għal kull emittent ta' strument ta' ekwità referenzjarja sottostanti għal tranżazzjoni b'isem wieħed allokata lill-kategorija ta' riskju ta' ekwità; it-tranżazzjonijiet b'isem wieħed għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' ekwità fil-każ biss meta l-istrument ta' ekwità referenzjarja sottostanti ta' dawk it-tranżazzjonijiet jinħareġ mill-istess emittent;
għandu jkun hemm entità referenzjarja ta' ekwità waħda għal kull grupp ta' strumenti ta' ekwità referenzjarja jew derivattivi ta' ekwità b'isem wieħed sottostanti għal tranżazzjoni b'ħafna ismijiet allokata lill-kategorija ta' riskju ta' ekwità; it-tranżazzjonijiet b'ħafna ismijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' ekwità fil-każ biss meta l-grupp ta' strumenti ta' ekwità referenzjarja sottostanti jew derivattivi ta' ekwità b'isem wieħed ta' dawk it-tranżazzjonijiet, kif applikabbli, ikollu l-istess kostitwenti.
Għall-fini tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskji ta' ekwità għal sett tan-netting partikolari kif ġej:
fejn:
AddOnEquity |
= |
is-suppliment ta' kategorija ta' riskji ta' ekwità; |
j |
= |
l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' hedging ta' riskju ta' ekwità stabbiliti skont il-punt (d) tal-Artikolu 277a(1) u l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u |
|
= |
is-suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' ekwità għas-sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 3. |
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju għal ekwità ta' sett ta' hedging j kif ġej:
fejn:
|
= |
is-suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' ekwità għas-sett ta' hedging j; |
єj |
= |
il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont l-Artikolu 280; |
k |
= |
l-indiċi li jindika li l-entitajiet referenzjarji ta' ekwità tas-sett tan-netting stabbiliti skont il-paragrafu 1; |
|
= |
il-fattur ta' korrelazzjoni tal-entità referenzjarja ta' ekwità k; meta l-entità referenzjarja ta' ekwità k tkun ġiet stabbilita skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, ; meta l-entità referenzjarja ta' ekwità k tkun ġiet stabbilita skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, ; u |
AddOn(Entityk) |
= |
is-suppliment għall-entità referenzjarja tal-ekwità k determinat skont il-paragrafu 4. |
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' ekwità k kif ġej:
fejn:
AddOn(Entityk) |
= |
is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' ekwità k; |
|
= |
il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għall-entità referenzjarja ta' ekwità k; meta l-entità referenzjarja ta' kreditu k tkun ġiet stabbilita skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, ; meta l-entità referenzjarja ta' kreditu k tkun ġiet stabbilita skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, ; u |
|
= |
l-ammont nozzjonali effettiv ta' entità referenzjarja ta' ekwità k ikkalkulat kif ġej:
fejn:
|
Artikolu 280e
Suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet
Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għal sett tan-netting partikolari kif ġej:
fejn:
AddOnCom |
= |
is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet; |
j |
= |
l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' hedging tal-komoditajiet stabbiliti skont il-punt (e) tal-Artikolu 277a(1) u skont l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u |
|
= |
is-suppliment tas-sett ta' hedging j tal-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet ikkalkulat skont il-paragrafu 4. |
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju għal ekwità ta' sett ta' hedging j kif ġej:
fejn:
|
= |
is-suppliment ta' kategorija ta' riskju għal ekwità ta' sett ta' hedging j; |
єj |
= |
il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont l-Artikolu 280; |
ρCom |
= |
il-fattur ta' korrelazzjoni tal-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet b'valur ugwali għal 40 %; |
k |
= |
l-indiċi li jindika t-tipi referenzjarji tal-komoditajiet tas-sett tan-netting stabbilit skont il-paragrafu 2; u |
|
= |
is-suppliment għal tip referenzjarju ta' komoditajiet k ikkalkulat skont il-paragrafu 5. |
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k kif ġej:
fejn:
|
= |
is-suppliment għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k; |
|
= |
il-fattur ta’ superviżjoni applikabbli għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k; meta t-tip referenzjarju tal-komoditajiet k jikkorrispondi għat-tranżazzjonijiet allokati lis-sett ta’ hedging imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 277a(1), eskluż tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-elettriku ; għal tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-elettriku, ; |
|
= |
l-ammont nozzjonali effettiv tat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k ikkalkulat kif ġej:
fejn:
|
Artikolu 280f
Suppliment tal-kategorija ta' riskji oħrajn
Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn għal sett tan-netting partikolari kif ġej:
fejn:
AddOnOther |
= |
is-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn; |
j |
= |
l-indiċi li jindika s-settijiet ta' hedging ta' riskji oħrajn stabbiliti skont il-punt (f) tal-Artikolu 277a(1) u l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u |
|
= |
is-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn għal sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 2. |
Istituzzjoni għandha tikkalkula s-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn għas-sett ta' hedging j kif ġej:
fejn:
|
= |
is-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn għas-sett ta' hedging j; |
єj |
= |
il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont l-Artikolu 280; u |
SFOther |
= |
il-fattur ta' superviżjoni għall-kategorija ta' riskji oħrajn b'valur ugwali għal 8 %; |
|
= |
l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j ikkalkulat kif ġej:
fejn:
|
Artikolu 281
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura
Il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting għandu jiġi kkalkulat skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
l-istituzzjonijiet ma għandhomx japplikaw it-trattament imsemmi fl-Artikolu 274(6);
b'deroga mill-Artikolu 275(1), għas-settijiet tan-netting li ma jissemmewx fl-Artikolu 275(2), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni skont il-formula li ġejja:
RC = max{CMV, 0}
fejn:
RC |
= |
kost tas-sostituzzjoni; u |
CMV |
= |
valur tas-suq kurrenti. |
b'deroga mill-Artikolu 275(2) ta' dan ir-Regolament, għas-settijiet tan-netting ta' transazzjonijiet: li huma nnegozjati fuq borża rikonoxxuta; li huma kklerjati ċentralment minn kontroparti ċentrali awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament; jew li l-kollateral għalihom huwa skambjat bilateralment mal-kontroparti f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-kost tas-sostituzzjoni skont il-formula li ġejja:
RC = TH + MTA
fejn:
RC |
= |
kost tas-sostituzzjoni; |
TH |
= |
il-livell limitu ta' marġni applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni taħt liema l-istituzzjoni ma tistax titlob kollateral; u |
MTA |
= |
l-ammont minimu ta' trasferiment applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni; |
b'deroga mill-Artikolu 275(3), għal settijiet tan-netting multipli soġġetti għal ftehim ta' marġni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni bħala s-somma tal-prezz tas-sostituzzjoni ta' kull sett tan-netting individwali, ikkalkulat skont il-paragrafu 1 bħallikieku ma kinux marġinalizzati;
is-settijiet ta' ħħeġġjar kollha għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 277a(1);
l-istituzzjonijiet għandhom jissettjaw għal 1 il-multiplikatur fil-formula li jintuża biex tiġi kkalkulata l-iskopertura futura potenzjali fl-Artikolu 278(1), kif ġej:
fejn:
PFE |
= |
l-iskopertura futura potenzjali; u |
AddOn(a) |
= |
is-suppliment ta' kategorija 'a' ta' riskju; |
b'deroga mill-Artikolu 279a(1), għal kull transazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-delta ta' superviżjoni kif ġej:
δ = |
|
+1 “fejn it-tranżazzjoni tkun pożizzjoni twila fil-motivatur tar-riskju primarju” |
|
– 1 “fejn it-tranżazzjoni tkun pożizzjoni qasira fil-motivatur tar-riskju primarju” |
fejn:
δ |
= |
id-delta ta' superviżjoni; |
il-formula msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 279b(1) li tintuża biex jiġi kkalkulat il-fattur ta' durata tas-superviżjoni għandha taqra kif ġej:
fattur ta' durata tas-superviżjoni = E – S
fejn:
E |
= |
il-perijodu bejn id-data ta' skadenza ta' tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar; u |
S |
= |
il-perijodu bejn id-data tal-bidu ta' tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar; |
il-fattur ta' maturità msemmi fl-Artikolu 279c(1) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
fil-każ ta' tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(1), MF = 1;
fil-każ ta' tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(2) u (3), MF = 0,42;
il-formula msemmija fl-Artikolu 280a(3) li tintuża biex jiġi kkalkulat l-ammont nozzjonali effettiv ta' sett ta' ħħeġġjar j għandha taqra kif ġej:
fejn:
|
= |
l-ammont nozzjonali effettiv ta' sett ta' ħħeġġjar j; u |
Dj,k, |
= |
l-ammont nozzjonali effettiv tal-bucket k ta' sett ta' ħħeġġjar j; |
il-formula msemmija fl-Artikolu 280c(3) li tintuża biex jiġi kkalkulat is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għas-sett ta' ħħeġġjar j għandha taqra kif ġej:
fejn:
|
= |
is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għas-sett ta' ħħeġġjar j; u |
AddOn( Entitàk ) |
= |
is-suppliment għall-entità 'k' ta' referenza ta' kreditu; |
il-formula msemmija fl-Artikolu 280d(3) li tintuża biex jiġi kkalkulat is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' ekwità għas-sett ta' ħħeġġjar j għandha taqra kif ġej:
fejn:
|
= |
is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' ekwità għas-sett ta' ħħeġġjar j; u |
AddOn(Entitàk) |
= |
is-suppliment għall-entità 'k' ta' referenza ta' kreditu; |
il-formula msemmija fl-Artikolu 280e(4) li tintuża biex jiġi kkalkulat is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għas-sett ta' ħħeġġjar j għandha taqra kif ġej:
fejn:
|
= |
is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għas-sett ta' ħħeġġjar j; u |
|
= |
is-suppliment għat-tip 'k' ta' referenza tal-komoditajiet. |
Artikolu 282
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura
Il-kost tas-sostituzzjoni kurrenti msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
għas-settijiet tan-netting ta' tranżazzjonijiet: li huma nnegozjati fuq borża rikonoxxuta; ikklerjati ċentralment minn kontroparti ċentrali awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament; jew li l-kollateral għalihom huwa skambjat bilateralment mal-kontroparti f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:
RC = TH + MTA
fejn:
RC |
= |
kost tas-sostituzzjoni; |
TH |
= |
il-livell limitu ta' marġni applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni taħt liema l-istituzzjoni ma tistax titlob kollateral; u |
MTA |
= |
l-ammont minimu ta' trasferiment applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni; |
għas-settijiet tan-netting l-oħrajn kollha jew it-tranżazzjonijiet individwali, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:
RC = max{CMV, 0}
fejn:
RC |
= |
kost tas-sostituzzjoni; u |
CMV |
= |
valur tas-suq kurrenti. |
Sabiex jikkalkulaw il-kost tas-sostituzzjoni kurrenti, l-istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw il-valuri tas-suq kurrenti tal-inqas darba f'xahar.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-iskopertura futura potenzjali msemmija fil-paragrafu 2 kif ġej:
l-iskopertura futura potenzjali ta' sett tan-netting hija s-somma tal-iskopertura futura potenzjali tat-tranżazzjonijiet kollha inklużi fis-sett tan-netting, ikkalkulat f'konformità mal-punt (b);
l-iskopertura futura potenzjali ta' tranżazzjoni waħda hija l-ammont nozzjonali tagħha multiplikat bi:
il-prodott ta' 0.5 % u l-maturità residwa tat-tranżazzjoni espressa fi snin għall-kuntratti tad-derivattivi ta' rata tal-imgħax;
il-prodott ta' 6 % u l-maturità residwa tat-tranżazzjoni espressa fi snin għall-kuntratti tad-derivattivi ta' kreditu;
4 % għal derivattivi tal-kambju;
18 % għal derivattivi tad-deheb u tal-komoditajiet minbarra derivattivi tal-elettriku;
40 % għal derivattivi tal-elettriku;
32 % għal derivattivi ta' ekwità;
l-ammont nozzjonali msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu għandu jiġi determinat f'konformità mal-Artikolu 279b(2) u (3) għad-derivattivi kollha elenkati f'dak il-punt; barra minn hekk, l-ammont nozzjonali tad-derivattivi msemmija fil-punti (b)(iii) sa (b)(vi) ta' dan il-paragrafu għandu jiġi determinat f'konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 279b(1);
l-iskopertura futura potenzjali tas-settijiet tan-netting imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandha tiġi mmultiplikata b'0,42.
Għall-kalkolu tal-iskopertura potenzjali ta' derivattivi ta' rati tal-imgħax u derivattivi ta' kreditu f'konformità mal-punti b(i) u (b)(ii), istituzzjoni tista' tagħżel li tuża l-maturità oriġinali minflok il-maturità residwa tal-kuntratti.
Artikolu 283
Permess biex jintuża l-Metodu tal-Mudell Intern
Sakemm l-awtoritajiet kompetenti huma sodisfatti li istituzzjoni laħqet ir-rekwiżit fil-paragrafu 2, għandhom jippermettu lil dik l-istituzzjoni tuża il-Metodu tal-Mudell Intern (IMM) sabiex tikkalkula l-valur tal-iskopertura għal kull waħda minn dawn it-transazzjonijiet:
transazzjonijiet fl-Artikolu 273(2)(a);
transazzjonijiet fl-Artikolu 273(2)(b), (c) u (d);
transazzjonijiet fl-Artikolu 273(2)(a) sa (d),
Fejn istituzzjoni għandha l-permess tuża l-IMM sabiex tikkalkula l-valur tal-iskopertura għal kwalunkwe transazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu, tista’ wkoll tuża l-IMM għat-transazzjonijiet fl-Artikolu 273(2)(e).
Minkejja t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 273(1), istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tapplikax dan il-metodu għal skoperturi li huma immaterjali fid-daqs u r-riskju. F’tali każ, l-istituzzjoni għandha tapplika wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 5 għal dawn l-iskoperturi meta r-rekwiżiti rilevanti għal kull approċċ ikunu sodisfatti.
Jekk istituzzjoni ma tibqax tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’din it-Taqsima, għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tagħmel waħda milli ġej:
tippreżenta lill-awtorità kompetenti pjan li jerġa’ jwassal għall-konformità bla dewmien;
turi għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti li l-effett tan-nuqqas ta’ konformità huwa immaterjali.
Artikolu 284
Valur tal-Iskopertura
Il-mudell użat mill-istituzzjoni għal dak il-għan għandu:
jispeċifika d-distribuzzjoni tal-previżjonijiet għal varjazzjonijiet fil-valur tas-suq tas-sett ta’ netting attribwibbli għal bidliet konġunti fil-varjabbli rilevanti tas-suq, bħal rati tal-imgħax, rati tal-kambju;
jikkalkula l-valur tal-iskopertura għas-sett ta’ netting f’kull waħda mid-dati futuri fuq il-bażi tal-varjazzjonijiet konġunti fil-varjabbli tas-suq.
Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti fir-rigward tal-iskoperturi għas-CCR li għalihom l-istituzzjoni tapplika l-IMM, għandu jkun l-ogħla minn dawn li ġejjin:
ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għal dawk l-iskoperturi ikkalkulati fuq il-bażi ta’ EPE Effettiva bl-użu tad-data attwali tas-suq;
ir-rekwiżit tal-fondi proprji għal dawk l-iskoperturi ikkalkulati fuq il-bażi tal-EPE Effettiva bl-użu ta’ kalibrazzjoni waħda konsistenti tal-kondizzjonijiet ta' kriżi għall-iskoperturi kollha tas-CCR li għalihom japplika l-IMM.
Għajr għall-kontropartijiet identifikati li għandhom Riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Negattiva (Specific Wrong-Way Risk) li jaqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 291(4) u (5), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura bħala l-multiplikazzjoni tal-alpha (α) bl-EPE Effettiva, kif ġej:
fejn:
α |
= |
1.4, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jeħtiġux α ogħla jew jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw l-istimi tagħhom stess skont il-paragrafu 9; |
L-EPE Effettiva għandha tiġi kkalkulata billi tiġi stmata l-iskopertura mistennija (EEt) bħala l-iskopertura medja fid-data furura t, fejn il-medja tittieħed fost valuri futuri possibbli tal-fatturi tar-riskju tas-suq rilevanti.
Il-mudell għandu jistma l-EE f’serje ta’ dati futuri t1, t2, t3, eċċ.
L-EE effettiva għandha tiġi kkalkulata b’mod rikursiv bħala:
fejn:
L-EPE effettiva hija l-EE effettiva medja matul l-ewwel sena tal-iskopertura futura. Jekk il-kuntratti kollha fis-sett ta’ netting jimmaturaw f'inqas minn sena, l-EPE għandha tkun il-medja tal-EE sakemm jimmaturaw il-kuntratti kollha fis-sett ta’ netting. L-EPE effettiva għandha tiġi kkalkulata bħala l-medja ppeżata tal-EE effettiva:
fejn il-piżjiet
jippermettu għall-każ meta l-iskopertura futura tkun ikkalkulata f'dati li ma jaqgħux f'intervalli regolari ta’ żmien.
Minkejja l-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw l-istimi tagħhom stess għal alpha, fejn:
alpha tkun daqs il-proporzjon tal-kapital intern minn simulazzjoni sħiħa tal-iskopertura għas-CCR fost il-kontropartijiet (numeratur) u l-kapital intern ibbażat fuq l-EPE (denominatur);
fid-denominatur, l-EPE għandha tintuża daqs li kieku kienet ammont pendenti fiss.
Meta stmata skont dan il-paragrafu, alpha ma għandhiex tkun inqas minn 1.2.
Artikolu 285
Valur tal-iskopertura għas-settijiet tan-netting soġġetti għal ftehim dwar il-marġni
Jekk is-sett ta' netting huwa soġġett għal ftehim dwar il-marġni u valutazzjoni ta' kuljum skont il-valur fis-suq, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-EPE Effettiva kif stipulat f'dan il-paragrafu. Jekk il-mudell jaqbad l-effetti tal-marġinazzjoni meta tiġi stmata l-EE, l-istituzzjoni tista', soġġett għall-permess tal-awtorità kompetenti, tuża l-miżura tal-EE tal-mudell direttament fl-ekwazzjoni fl-Artikolu 284(5). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali permess biss jekk jivverifikaw li l-mudell jaqbad b'mod xieraq l-effetti tal-marġinazzjoni meta tiġi stmata l-EE. Istituzzjoni li ma rċevietx tali permess għandha tuża waħda mill-miżuri tal-EPE Effettiva li ġejjin:
EPE Effettiva, ikkalkulata mingħajr ma jitqies l-ebda kollateral miżmum jew depożitat bħala marġni miżjuda bi kwalunkwe kollateral li kien depożitat għand il-kontroparti indipendentement mill-proċess ta' valutazzjoni u marġinazzjoni ta' kuljum jew l-iskopertura attwali;
EPE Effettiva, ikkalkulata bħala ż-żieda potenzjali fl-iskopertura fil-perijodu b'riskju ta' marġni, flimkien mal-ikbar fost:
l-iskopertura attwali inkluż il-kollateral kollu miżmum jew depożitat attwalment, għajr kollateral eżerċitat jew ikkontestat;
l-ikbar skopertura netta, inkluż kollateral taħt il-ftehim dwar il-marġni, li ma jattivax sejħa għal kollateral. Dan l-ammont għandu jirrefletti l-limiti applikabbli kollha, l-ammonti minimi ta' trasferiment, l-ammonti indipendenti u l-marġni inizjali taħt il-ftehim dwar il-marġni.
Għall-finijiet tal-punt (b), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw iż-żieda bħala l-varjazzjoni pożittiva mistennija tal-valur ipprezzat skont il-valur fis-suq tat-transazzjonijiet matul il-perijodu b'riskju ta' marġni. Varjazzjonijiet fil-valur tal-kollateral għandhom jiġu riflessi ►C2 bl-użu tal-Approċċ ta' Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 jew ◄ l-istimi proprji tal-aġġustamenti għall-volatilità tal-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju, iżda l-ebda pagament ta’ kollateral ma għandu jiġi preżunt matul il-perijodu b'riskju ta' marġni. Il-perijodu b'riskju ta' marġni huwa soġġett għall-perijodi minimi stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5.
Għal transazzjonijiet soġġetti għal aġġustament ta’ kuljum tal-marġni u tal-valutazzjoni skont il-valur fis-suq, il-perijodu b'riskju ta' marġni użat għall-iskop tal-immuddellar tal-valur tal-iskopertura bi ftehimiet dwar il-marġni ma għandux ikun inqas minn:
5 ġranet ta’ xogħol għas-settijiet ta’ netting li jikkonsistu biss fi transazzjonijiet ta’ riakkwist, transazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew prodotti u transazzjonijiet ta’ għoti ta' self b'marġni;
10 ġranet ta’ xogħol għas-settijiet ta’ netting l-oħra kollha.
Il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:
għas-settijiet ta’ netting kollha fejn l-għadd ta' transazzjonijiet jaqbeż il-5 000 fi kwalunkwe punt matul trimestru, il-perijodu b'riskju ta' marġni għat-trimestru ta’ wara ma għandux ikun inqas minn 20 ġurnata ta’ xogħol. Din l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika għall-iskoperturi kummerċjali tal-istituzzjonijiet;
għal settijiet ta' netting li fihom transazzjoni waħda jew aktar li jinvolvu jew kollateral illikwidu, jew derivat OTC li ma jistax jiġi sostitwit faċilment, il-perijodu b'riskju ta' marġni ma għandux ikun inqas minn 20 ġurnata ta’ xogħol.
Istituzzjoni għandha tiddetermina jekk kollateral huwiex illikwidu jew jekk id-derivati OTC jistgħux jiġu sostitwiti faċilment fil-kuntest ta’ kondizzjonijiet tas-suq taħt kriżi, karatterizzati mill-assenza tas-swieq kontinwament attivi fejn kontroparti, fi żmien jumejn jew inqas, tikseb diversi kwoti tal-prezz li ma jċaqalqux is-suq jew jirrappreżentaw prezz li jirrefletti skont tas-suq (fil-każ ta’ kollateral) jew primjum (fil-każ ta’ derivat OTC).
Istituzzjoni għandha tikkunsidra jekk it-transazzjonijiet jew it-titoli li żżomm bħala kollateral humiex konċentrati f’kontroparti partikolari u f'każ li dik il-kontroparti toħroġ mis-suq b’mod preċipituż, jekk l-istituzzjoni tkunx tista’ tissotitwixxi dawk it-transazzjonijiet jew titoli.
Għall-aġġustament tal-marġni b’perijodiċità ta’ N ġranet, il-perijodu b'riskju ta' marġni għandu jkun mill-inqas daqs il-perijodu speċifikat fil-paragrafi 2 u 3, F, miżjud b’N ġranet imnaqqas b’ġurnata waħda. Jiġifieri:
Artikolu 286
Ġestjoni tas-CCR – Politiki, proċessi u sistemi
Istituzzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm qafas għall-ġestjoni tas-CCR, li jikkonsisti fi:
politiki, proċessi u sistemi sabiex jiżguraw l-identifikazzjoni, il-kalkolu, l-ġestjoni, l-approvazzjoni u r-rappurtar intern tas-CCR;
proċeduri għall-iżgurar tal-konformità ma’ dawk il-politiki, il-proċessi u s-sistemi.
Dawk il-politiki, il-proċessi u s-sistemi għandhom ikunu validi fil-prinċipju, implimentati b’integrità u dokumentati. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi spjegazzjoni tat-tekniki empiriċi użati għall-kalkolu tas-CCR.
Il-qafas tal-ġestjoni tas-CCR meħtieġ mill-paragrafu 1 għandu jqis ir-riskji tas-suq, tal-likwidità, legali u operattivi li huma assoċjati mas-CCR. B’mod partikolari, il-qafas għandu jiżgura li l-istituzzjoni tikkonforma mal-prinċipji li ġejjin:
ma twettaqx negozju ma’ kontroparti mingħajr ma tanalizza l-affidabbiltà kreditizja tagħha;
tieħu kont xieraq tar-riskju tal-kreditu tas-saldu u ta’ qabel is-saldu;
tiġġestixxi tali riskji bl-iżjed mod komprensiv prattikabbli fuq livell tal-kontroparti billi taggrega l-iskoperturi għas-CCR ma’ skoperturi għall-kreditu oħrajn u fuq livell tad-ditta kollha.
Istituzzjoni li tuża l-IMM għandha tiżgura li l-qafas tal-ġestjoni tas-CCR tagħha iqis għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti ir-riskji tal-likwidità ta’ dawn kollha li ġejjin:
sejħiet potenzjali li jidħlu għall-manutenzjoni tal-marġni fil-kuntest ta’ skambji tal-marġni ta’ varjazzjoni jew tipi ta’ marġni oħrajn, bħall-marġni inizjali jew indipendenti, f’xokkijiet tas-suq avversi;
sejħiet potenzjali li jidħlu għar-ritorn ta' kollateral eċċessiv depożitat minn kontropartijiet;
sejħiet li jirriżultaw minn tnaqqis potenzjali tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu estern tagħha stess.
Istituzzjoni għandha tiżgura li n-natura u l-perijodu tal-użu mill-ġdid tal-kollateral huma konsistenti mal-ħtiġijiet ta’ likwidità tagħha u ma jheddux il-kapaċità tagħha li tiddepożita jew tirritorna l-kollateral fil-ħin.
Artikolu 287
Strutturi organizzattivi għall-ġestjoni tas-CCR
Istituzzjoni li tuża IMM għandha tistabbilixxi u żżomm:
unità ta' kontroll tar-riskji li tikkonforma mal-paragrafu 2;
unità għall-ġestjoni tal-kollateral li tikkonforma mal-paragrafu 3.
L-unità ta’ kontroll tar-riskji għandha tkun responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-ġestjoni tas-CCR tagħha, inkluż il-validazzjoni inizjali u kostanti tal-mudell, u għandha twettaq il-funzjonijiet li ġejjin u tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
għandha tkun responsabbli mit-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-CCR tal-istituzzjoni;
għandha tipproduċi rapporti ta’ kuljum dwar, kif ukoll tanalizza, l-output tal-mudell tal-kalkolu tar-riskji tal-istituzzjoni. Dik l-analiżi għandha tinkludi evalwazzjoni tar-relazzjoni bejn il-miżuri tal-valuri tal-iskoperturi għas-CCR u l-limiti ta’ negozjar;
għandha tikkontrolla l-integrità tad-data li tiddaħħal u tipproduċi u tanalizza rapporti dwar l-output tal-mudell tal-kalkolu tar-riskji tal-istituzzjoni, inkluża evalwazzjoni tar-relazzjoni bejn il-miżuri tal-iskopertura għar-riskju u l-limiti tal-kreditu u tan-negozjar;
għandha tkun indipendenti mill-unitajiet responsabbli biex joħolqu, iġeddu jew jinnegozjaw skoperturi u ħielsa minn influenza mhux dovuta;
għandu jkollha biżżejjed persunal;
għandha tirraporta direttament lill-amministrazzjoni għolja tal-istituzzjoni;
il-ħidma tagħha għandha tkun integrata mill-viċin fil-proċess ta’ kuljum tal-ġestjoni tar-riskji tal-kreditu tal-istituzzjoni;
l-output tagħha għandu jkun parti integrali mill-proċess ta’ ppjanar, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tal-profil tal-kreditu u tar-riskju kumplessiv tal-istituzzjoni.
L-unità tal-ġestjoni tal-kollateral għandu jkollha dawn l-inkarigi u funzjonijiet li ġejjin:
tikkalkula u tagħmel sejħiet għall-manutenzjoni tal-marġni, tiġġestixxi kontestazzjonijiet dwar is-sejħiet għall-manutenzjoni tal-marġni u tirraporta l-livelli tal-ammonti indipendenti, l-marġni inizjali u l-marġni ta’ varjazzjoni bi preċiżjoni ta’ kuljum;
tikkontrolla l-integrità tad-data użata sabiex tagħmel sejħiet għall-manutenzjoni tal-marġni, u tiżgura li hija konsistenti u li tkun rikonċiljata b’mod regolari mas-sorsi tad-data rilevanti kollha fi ħdan l-istituzzjoni;
tissorvelja sa fejn kollateral jintuża mill-ġdid u kwalunkwe emenda tad-drittijiet tal-istituzzjoni għal, jew f'konnessjoni mal-kollateral li tiddepożita;
tirrapporta lil-livell xieraq tal-maniġment dwar it-tipi ta’ assi kollaterali li jintużaw mill-ġdid, u t-termini ta’ tali użu mill-ġdid inkluż l-istrument, il-kwalità tal-kreditu u l-maturità;
tissorvelja l-konċentrazzjoni f'tipi individwali ta’ assi kollaterali aċċettati mill-istituzzjoni;
tirrapporta l-informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-kollateral fuq bażi regolari, iżda mill-inqas minn kull tliet xhur, lill-amministrazzjoni għolja, inkluż informazzjoni dwar it-tip ta’ kollateral irċevut u depożitat, id-daqs, iż-żmien u l-kawża għall-kontestazzjonijiet tas-sejħiet għall-manutenzjoni tal-marġni. Dak ir-rappurtar intern għandu wkoll jirrifletti x-xejriet f'dawn il-figuri.
Artikolu 288
Analiżi tas-sistema tal-ġestjoni tas-CCR
Istituzzjoni għandha twettaq analiżi indipendenti tas-sistema tal-ġestjoni tas-CCR tagħha b’mod regolari permezz tal-proċess intern ta’ verfika tagħha. Dik l-analiżi għandha tinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet ta’ kontroll u tal-ġestjoni tal-kollateral meħtieġa mill-Artikolu 287 u bħala minimu għandha tindirizza b’mod speċifiku:
l-adegwadezza tad-dokumentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-CCR u l-proċess meħtieġ mill-Artikolu 286;
l-organizzazzjoni tal-unità ta’ kontroll tas-CCR meħtieġa mill-Artikolu 287(1)(a);
l-organizzazzjoni tal-unità tal-ġestjoni tal-kollateral meħtieġa mill-Artikolu 287(1)(b);
l-integrazzjoni tal-miżuri tas-CCR fil-ġestjoni ta' kuljum tar-riskji;
il-proċess ta’ approvazzjoni għall-mudelli ta’ pprezzar tar-riskju u s-sistemi ta’ valutazzjoni użati mill-persunal fil-front office u fil-back office;
il-validazzjoni ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti fil-proċess tal-kalkolu tas-CCR;
l-ambitu tas-CCR kopert mill-mudell tal-kalkolu tar-riskji;
l-integrità tas-sistema ta’ informazzjoni ta' ġestjoni;
il-preċiżjoni u l-kompletezza tad-data tas-CCR;
l-użu korrett tat-termini legali fil-ftehimiet tal-kollateral u tan-netting fil-kalkoli tal-valur tal-iskopertura;
il-verifika tal-konsistenza, il-prontezza u l-affidabbiltà tas-sorsi tad-data użati sabiex jiġu operati l-mudelli, inkluż l-indipendenza ta’ tali sorsi tad-data;
il-preċiżjoni u l-idonjetà tas-suppożizzjonijiet tal-volatilità u tal-korrelazzjoni;
il-preċiżjoni tal-valutazzjoni u tal-kalkoli tat-transformazzjoni tar-riskji;
il-verifika tal-preċiżjoni tal-mudell permezz ta’ ttestjar retrospettiv frekwenti kif stabbilit fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 293(1);
il-konformità tal-unità ta’ kontroll tas-CCR u l-unità tal-ġestjoni tal-kollateral mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti.
Artikolu 289
Test tal-użu
Artikolu 290
Ittestjar għal stress
Mill-inqas kull tliet xhur, għandha tapplika xenarji għall-ittestjar għal stress b'ħafna fatturi u tivvaluta r-riskji materjali mhux direzzjonali inklużi l-iskopertura għall-kurva tar-rendiment u r-riskji ta' bażi. L-ittestjar għal stress b’fatturi multipli għandhu, bħala minimu, jindirizza x-xenarji li ġejjin li fihom iseħħ dan li ġej:
ġraw avvenimenti ekonomiċi jew tas-suq gravi;
il-likwidità ġenerali fis-suq naqset b’mod sinifikanti;
intermedjarja finanzjarja kbira qed tillikwida l-pożizzjonijiet.
Artikolu 291
Riskju ta' Korrelazzjoni Negattiva (Wrong-Way)
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:
‘Riskju Ġenerali Wrong-Way’ jirriżulta meta l-probabbiltà ta’ inadempjenza mill-kontropartijiet tkun korrelatata b’mod pożittiv mal-fatturi ġenerali tar-riskju tas-suq;
‘Riskju Speċifiku Wrong-Way’ jirriżulta meta skopertura futura għal kontroparti speċifika tkun korrelatata b’mod pożittiv mal-probabblità ta' inadempjenza tal-kontroparti minħabba n-natura tat-transazzjonijiet mal-kontroparti. Istituzzjoni għandha tkun ikkunsidrata li hija esposta għal Riskju Speċifiku Wrong-Way jekk l-iskopertura futura għal kontroparti speċifika mistennija li tkun għolja meta l-probabbiltà ta' inadempjenza tal-kontroparti tkun ukoll għolja.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għas-CCR fir-rigward ta’ transazzjonijiet fejn ġie identifikat Riskju Speċifiku Wrong-Way u fejn teżisti konnessjoni legali bejn il-kontroparti u l-emittent tas-sottostanti tad-derivat OTC jew is-sottostanti tat-transazzjonijiet kif imsemmi fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 273(2), skont il-prinċipji li ġejjin:
l-istrumenti fejn jeżisti r-Riskju Speċifiku Wrong-Way ma għandhomx jiġu inklużi fl-istess sett ta’ netting bħal transazzjonijiet oħrajn mal-kontroparti, u kull wieħed għandu jiġi ttrattat bħala sett ta’ netting separat;
f’kull tali sett ta’ netting separat, għal swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu b’isem wieħed il-valur tal-iskopertura jkun daqs it-telf sħiħ fil-valur mistenni tal-valur ġust residwu tal-istrumenti sottostanti abbażi tas-suppożizzjoni li l-emittent sottostanti jkun f’likwidazzjoni;
l-LGD għall-istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 3 għandu jkun ta’ 100 % għal tali transazzjonijiet ta’ swap;
għal istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 2, il-piż tar-riskju applikabbli għandu jkun dak ta’ transazzjoni mhux iggarantita;
għat-transazzjonijiet l-oħra kollha li jirreferu għal isem wieħed f’kull tali sett ta’ netting separat, il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura għandu jkun konsistenti mas-suppożizzjoni ta’ inadempjenza immedjata (jump-to-default) ta' dawk l-obbligazzjonijiet sottostanti meta l-emittent ikun legalment marbut mal-kontroparti. Għal transazzjonijiet li jirreferu għal basket ta' ismijiet jew indiċi, l-inadempjenza immedjata tal-obbligazzjonijiet sottostanti rispettivi meta l-emittent ikun legalment marbut mal-kontroparti għandha tiġi applikata, jekk materjali;
sa fejn din tuża kalkoli tar-riskju tas-suq eżistenti għar-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-inadempjenza inkrementali u r-riskju ta’ migrazzjoni kif stabbilit fit-Titolu IV, il-Kapitolu 5, it-Taqsima 4 li diġà fihom suppożizzjoni tal-LGD, l-LGD fil-formula użata għandha tkun ta’ 100 %.
Artikolu 292
Integrità tal-proċess ta’ mmudellar
Istituzzjoni għandha tiżgura l-integrità tal-proċess ta’ mmudellar kif stabbilit fl-Artikolu 284 billi mill-inqas tadotta l-miżuri li ġejjin:
il-mudell għandu jirrefletti t-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-transazzjoni b’mod pront komplet, u konservattiv;
dawn it-termini għandhom jinkludu mill-inqas l-ammonti nozzjonali tal-kuntratt, il-maturità, l-assi ta’ referenza, l-arranġamenti tal-marġinazzjoni u l-arranġamenti tan-netting;
dawk it-termini u l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jinżammu f’bażi ta’ data li hija soġġetta għal verifika formali u perijodika;
proċess għar-rikonoxximent tal-arranġamenti tan-netting li jeħtieġ persunal legali li jivverifika li n-netting f’dawk l-arranġamenti huwa legalment infurzabbli;
il-verifika meħtieġa mill-punt (d) għandha tiddaħħal fil-bażi ta’ data msemmija fil-punt (c) minn unità indipendenti;
it-trasmissjoni tad-data dwar it-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-transazzjoni fil-mudell EPE għandha tkun soġġetta għal verifika interna;
għandu jkun hemm proċessi għar-rikonċiljazzjoni formali bejn il-mudell u s-sitemi tas-sorsi tad-data sabiex jiġi verifikat b’mod kontinwu li t-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-transazzjoni qed ikunu riflessi fl-EPE b’mod korrett jew mill-inqas b’mod konservattiv.
Għall-kalkolu tal-EPE Effettiva permezz tal-kalibrazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' kriżi, istituzzjoni għandha tikkalibra l-EPE Effettiva permezz ta’ tliet snin ta’ data li tinkludi perijodu ta’ kriżi għad-differenzjali tal-inadempjenzi tal-kreditu tal-kontropartijiet tagħha jew permezz ta' data tas-suq impliċita minn tali perijodu ta’ kriżi.
Ir-rekwiżiti fil-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jiġu applikati mill-istituzzjoni għal dan il-għan.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lil istituzzjoni sabiex taġġusta l-kalibrazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' kriżi jekk l-iskoperturi ta’ dawk il-portafolli ta' referenza jiddevjaw b’mod sostanzjali minn xulxin.
Istituzzjoni għandha tissuġġetta l-mudell għal proċess ta’ validazzjoni li huwa artikolat b’mod ċar fil-politiki u l-proċeduri tal-istituzzjoni. Dan il-proċess ta’ validazzjoni għandu:
jispeċifika t-tip ta’ ttestjar meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-mudell u jiġu identifikati l-kondizzjonijiet li skonthom is-suppożizzjonijiet li huma l-bażi tal-mudell ma jkunux adatti u għaldaqstant, jistgħu jirriżultaw f’sottovalutazzjoni tal-EPE;
jinkludi analiżi tal-kompletezza tal-mudell.
Istituzzjoni għandha tissorvelja r-riskji rilevanti u jkollha proċessi implimentati sabiex taġġusta l-istimi tagħha tal-EEPE meta dawn ir-riskji jsiru sinifikanti. Għall-konformità ma’ dan il-paragrafu, l-istituzzjoni għandha:
tidentifika u tiġġestixxi l-iskoperturi tagħha għar-Riskju Speċifiku Wrong-Way li jirriżultaw kif speċifikat fl-Artikolu 291(1)(b) u l-iskoperturi għar-Riskju Ġenerali Wrong-Way li jirriżultaw kif speċifikat fl-Artikolu 291(1)(a);
għal skoperturi bi profil tar-riskju li jiżdied wara sena, tqabbel fuq bażi regolari l-istima tal-miżura rilevanti tal-iskopertura fuq sena mal-istess miżura tal-iskopertura matul il-ħajja tal-iskopertura;
għal skoperturi b’maturità residwa taħt sena, tqabbel fuq bażi regolari il-prezz għas-sostituzzjoni (skopertura attwali) u l-profil tal-iskopertura realizzata, u taħżen data li tkun tippermetti tali tqabbil.
Artikolu 293
Rekwiżiti għas-sistema tal-ġestjoni tar-riskji
Istituzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
għandha tissodisfa r-rekwiżiti kwalitattivi stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 5;
għandha twettaq programm regolari ta’ ttestjar retrospettiv, li jqabbel il-miżuri tar-riskju ġenerati mill-mudell ma' miżuri tar-riskju realizzati, u l-varjazzjonijiet ipotetiċi bbażati fuq pożizzjonijiet statiċi ma’ miżuri realizzati;
għandha twettaq validazzjoni inizjali u analiżi perijodika kostanti tal-mudell tagħha tal-iskopertura għas-CCR u tal-miżuri tar-riskju ġġenerati minnu. Il-validazzjoni u l-analiżi għandhom ikunu indipendenti mill-iżvilupp tal-mudell;
il-korp ta' ġestjoni u l-amministrazzjoni għolja għandhom ikunu involuti fil-proċess tal-kontroll tar-riskji u għandhom jiżguraw li jiġu allokati riżorsi adegwati għall-kontroll tar-riskji tal-kreditu u tar-riskji tal-kreditu tal-kontroparti. F'dan ir-rigward, ir-rapporti ta’ kuljum imħejjija mill-unità ta’ kontroll tar-riskji indipendenti stabbilita skont l-Artikolu 287(1)(a) għandhom jiġu analizzati minn livell ta' maniġment b'anzjanità u awtorità suffiċjenti sabiex jinforza kemm it-tnaqqis ta' pożizzjonijiet meħuda minn operaturi individwali kif ukoll tnaqqis fl-iskopertura għar-riskju kumplessiva tal-istituzzjoni;
il-mudell intern tal-kalkolu tar-riskji tal-iskopertura għandu jkun integrat fil-proċess ta’ ġestjoni ta’ kuljum tar-riskji tal-istituzzjoni;
is-sistema ta’ kalkolu tar-riskji għandha tintuża flimkien ma’ limiti interni tan-negozjar u l-iskoperturi. F’dan ir-rigward, il-limiti tal-iskoperturi għandhom ikunu relatati mal-mudell tal-kalkolu tar-riskji tal-istituzzjoni b’mod li huwa konsistenti tul iż-żmien u li huwa mifhum sewwa mill-operaturi, mill-funzjoni ta’ kreditu u mill-amministrazzjoni għolja;
istituzzjoni għandha tiżgura li s-sistema tal-ġestjoni tar-riskji tagħha hija dokumentata sew. B’mod partikolari, għandha żżomm sett dokumentat ta’ politiki, kontrolli u proċeduri interni rigward l-funzjonament tas-sistema tal-kalkolu tar-riskji, u l-arranġamenti sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konformità ma’ dawn il-politiki;
analiżi indipendenti tas-sitema tal-kalkolu tar-riskji għandha titwettaq b’mod regolari fil-proċess tal-verifka interna tal-istituzzjoni stess. Din l-analiżi għandha tinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet tan-negozju kif ukoll tal-unità indipendenti tal-kontroll tar-riskji. Analiżi tal-proċess kumplessiv tal-ġestjoni tar-riskji għandha titwettaq f'intervalli regolari (u mhux inqas minn darba fis-sena) u għandha tindirizza b’mod speċifiku, bħala minimu, l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 288;
il-validazzjoni kostanti tal-mudelli tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti, inkluż l-ittestjar retrospettiv, għandha tiġi analizzata b’mod perijodiku minn livell ta’ maniġment b’awtorità biżżejjed sabiex jiddeċiedi dwar l-azzjoni li ser tittieħed sabiex jiġu indirizzati l-punti debboli fil-mudelli.
Artikolu 294
Rekwiżiti ta’ validazzjoni
Bħala parti mill-validazzjoni inizjali u kostanti tal-mudell tagħha tal-iskopertura għas-CCR u l-miżuri tar-riskju tagħha, istituzzjoni għandha tiżgura li jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin:
l-istituzzjoni għandha twettaq ittestjar retrospettiv bl-użu ta’ data storika dwar il-movimenti fil-fatturi tar-riskju tas-suq qabel il-permess mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 283(1). Dak l-ittestjar retrospettiv għandu jikkonsidra numru ta’ perijodi ta’ previżjoni distinti għal mill-inqas sena, fuq medda ta’ dati inizjali diversi u li jkopru medda wiesgħa ta’ kondizzjonijiet tas-suq;
l-istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fl-Artikolu 285(1)(b) għandha tivvalida l-mudell tagħha b’mod regolari sabiex tittestja jekk l-iskoperturi attwali realizzati humiex konsistenti mal-previżjoni fil-perijodi marġnali kollha matul sena. Jekk uħud mit-transazzjonijiet fis-sett ta’ netting jkollhom maturità ta’ inqas minn sena, u s-sett ta’ netting ikollu sensittivitajiet ogħla għall-fatturi tar-riskju mingħajr dawn it-transazzjonijiet, dawn għandhom jitqiesu fil-validazzjoni;
għandha tittestja retrospettivament il-prestazzjoni tal-mudell tagħha tal-iskopertura għas-CCR u l-miżuri tar-riskju rilevanti tal-mudell kif ukoll il-previżjonijiet tal-fatturi tar-riskju tas-suq. Għal transazzjonijiet kollateralizzati, il-perijodi tal-previżjoni kkunsidrati għandhom jinkludu dawk li jirreflettu l-perijodi tipiċi b'riskju ta' marġni applikat f’negozjar kollateralizzat jew b'marġni;
jekk il-validazzjoni tal-mudell tindika li l-EPE effettiva hija sottovalutata, l-istituzzjoni għandha tieħu l-passi neċessarji sabiex tindirizza l-impreċiżjoni tal-mudell;
għandha tittestja l-mudelli tal-ippreżar użati sabiex tiġi kkalkulata l-iskopertura għas-CCR għal xenarju partikolari ta’ xokkijiet futuri għall-fatturi tar-riskju tas-suq bħala parti mill-proċess tal-validazzjoni inizjali u kostanti tal-mudell. Mudelli ta’ pprezzar għall-opzjonijiet għandhom jikkunsidraw in-nuqqas ta’ linearità tal-valur tal-opzjoni fir-rigward tal-fatturi tar-riskju tas-suq;
il-mudell tal-iskopertura għas-CCR għandu jkopri l-informazzjoni speċifika għat-transazzjoni meħtieġa sabiex jiġu aggregati iskoperturi fil-livell tas-sett ta’ netting. Istituzzjoni għandha tivverifika li t-transazzjonijiet huma assenjati għas-sett ta’ netting adatt fi ħdan il-mudell;
il-mudell tal-iskopertura għas-CCR għandu jinkludi l-informazzjoni speċifika għat-transazzjoni sabiex ikopri l-effetti tal-marġinazzjoni. Għandu jqis kemm l-ammont attwali tal-marġni u l-marġni li jkun irid jgħaddi minn kontroparti għall-oħra fil-futur. Tali mudell għandu jikkunsidra n-natura tal-ftehimiet dwar il-marġni li huma unilaterali jew bilaterali, il-frekwenza tas-sejħiet għall-manutenzjoni tal-marġni, il-perijodu b'riskju ta' marġni, il-limitu minimu tal-iskopertura mhux marġinata li l-istituzzjoni lesta taċċetta, u l-ammont ta’ trasferiment minimu. Tali mudell għandu jew jistima l-varjazzjoni fl-ipprezzar skont il-valur fis-suq tal-kollateral depożitat jew japplika r-regoli stabbiliti fil-Kapitolu 4;
il-proċess ta’ validazzjoni tal-mudell għandu jinkludi ttestjar retrospettiv statiku u storiku dwar il-portafolli tal-kontroparti rappreżentattiva. L-istituzzjoni għandha twettaq tali ttestjar retrospettiv fuq numru ta’ portafolli ta’ kontropartijiet rappreżentattivi li huma attwali jew ipotetiċi f'perijodi regolari. Dawn il-portafolli rappreżentattivi għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tas-sensittività tagħhom għall-fatturi tar-riskju materjali u kombinazzjonijiet ta' fatturi tar-riskju li għalihom hija esposta l-istituzzjoni;
istituzzjoni għandha twettaq ittestjar retrospettiv li huwa mfassal biex jittestja s-suppożizzjonijiet ewlenin tal-mudell tal-iskopertura għas-CCR u l-miżuri tar-riskju rilevanti, inkluża r-relazzjoni mudellata bejn xejriet tal-istess fattur tar-riskju, u r-relazzjonijiet mudellati bejn il-fatturi tar-riskju;
il-prestazzjoni tal-mudelli tal-iskopertura għas-CCR u l-miżuri tar-riskju tagħha għandhom ikunu soġġetti għal prattika adatta ta’ ttestjar retrospettiv. Il-programm tal-ittestjar retrospettiv għandu jkun kapaċi jidentifika prestazzjoni ħażina fil-miżuri tar-riskju ta’ mudell EPE;
istituzzjoni għandha tivvalida l-mudelli tagħha tal-iskopertura għas-CCR u l-miżuri tar-riskju kollha għall-perijodi li jikkorrispondu mal-maturità tat-transazzjonijiet li l-iskopertura għalihom hija kkalkulata permezz tal-IMM skont l-Artikolu 283;
istituzzjoni għandha tittestja b’mod regolari l-mudelli tal-ipprezzar użati għall-kalkolu tal-iskopertura għall-kontroparti kontra punti ta' referiment indipendenti adatt bħala parti mill-proċess kostanti tal-validazzjoni tal-mudell;
il-validazzjoni kostanti tal-mudell tal-iskopertura għas-CCR tal-istituzzjoni u l-miżuri tar-riskju rilevanti għandhom jinkludu valutazzjoni tal-adegwadezza tal-prestazzjoni reċenti;
il-frekwenza li biha jiġu aġġornati l-parametri tal-mudell tal-iskopertura għas-CCR għandha tiġi vvalutata minn istituzzjoni bħala parti mill-proċess ta' validazzjoni inizjali u kostanti;
il-validazzjoni inizjali u kostanti tal-mudelli tal-iskopertura għas-CCR għandha tivvaluta jekk il-kalkoli tal-iskopertura għall-livell ta' kontroparti u tas-sett ta’ netting humiex xierqa jew le.
Artikolu 295
Rikonoxximent ta' netting kuntrattwali bħala tnaqqis tar-riskju
L-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw bħala tnaqqis mir-riskju skont l-Artikolu 298 biss it-tipi ta’ ftehimiet kuntrattwali ta’ netting li ġejjin fejn il-ftehim ta’ netting ġie rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 296 u fejn l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 297:
kuntratti bilaterali ta' novazzjoni bejn istituzzjoni u l-kontroparti tagħha skont liema pretensjonijiet reċiproċi u obbligazzjonijiet huma awtomatikament amalgamati b’tali mod li n-novazzjoni tistabbilixxi ammont nett uniku wieħed kull darba li tapplika sabiex jinħoloq kuntratt wieħed ġdid li jieħu post il-kuntratti preċedenti kollha u l-obbligazzjonijiet kollha bejn il-partijiet skont dawk il-kuntratti u li jkun vinkolanti fuq il-partijiet;
ftehimiet bilaterali oħrajn bejn istituzzjoni u l-kontroparti tagħha;
il-ftehimiet kuntrattwali ta’ netting bejn prodotti differenti għal istituzzjonijiet li rċevew l-approvazzjoni biex jużaw il-metodu stabbilit fit-Taqsima 6 għal transazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta’ dak il-metodu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrappurtaw lill-ABE lista tal-ftehimiet kuntrattwali approvati ta' netting bejn prodotti differenti.
In-netting bejn transazzjonijiet li saru minn entitajiet ġuridiċi differenti ta’ grupp ma għandhomx jiġu rikonoxxuti għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji.
Artikolu 296
Rikonoxximent ta' ftehimiet kuntrattwali ta’ netting
Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jintlaħqu mill-ftehimiet kuntrattwali ta’ netting kollha użati minn istituzzjoni għall-finijiet ta’ determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura f’din il-Parti:
l-istituzzjoni laħqet ftehim kuntrattwali ta’ netting mal-kontroparti tagħha li joħloq obbligu legali wieħed, li jkopri t-transazzjonijiet inklużi kollha, b’tali mod li, f’każ li sseħħ inadempjenza mill-kontroparti hi tkun intitolata tirċievi jew tkun obbligata tħallas biss is-somma netta tal-valuri pożittivi u negattivi pprezzati skont il-valur tas-suq tat-transazzjonijiet individwali inklużi;
l-istituzzjoni qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti opinjonijiet legali bil-miktub u raġunati skont liema, f’każ ta’ kontestazzjoni legali tal-ftehim ta’ netting, il-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni ma jkunux jaqbżu dawk imsemmija fil-punt (a). L-opinjoni legali għandha tirreferi għal-liġi applikabbli:
il-ġurisdizzjoni li fiha tkun inkorporata l-kontroparti;
jekk tkun involuta fergħa ta’ impriża, li tinsab f’pajjiż li mhuwiex dak li fih l-impriża hija inkorporata, il-ġurisdizzjoni li fiha tinsab il-fergħa;
il-ġurisdizzjoni li l-liġi tagħha tikkontrolla t-transazzjonijiet individwali inklużi fil-ftehim ta’ netting;
il-ġurisdizzjoni li l-liġi tagħha tikkontrolla kwalunkwe kuntratt jew ftehim neċessarju sabiex jiġi affettwat in-netting kuntrattwali;
ir-riskju tal-kreditu għal kull kontroparti huwa aggregat b'mod li jwassal għal skopertura legali waħda għat-transazzjonijiet kollha ma’ kull kontroparti. Din l-aggregazzjoni għandha tiġi fatturata għall-finijiet tal-limitu tal-kreditu u għall-finijiet tal-kapital intern;
il-kuntratt ma għandu jkun fih l-ebda klawżola li, f’każ ta’ inadempjenza ta’ kontroparti, tippermetti lil kontroparti mhux inadempjenti li tagħmel biss pagamenti limitati, jew l-ebda pagament, lill-partimonju tal-parti inadempjenti, anki jekk il-parti inadempjenti tkun kreditur nett (jiġifieri l-klawżola walk away).
Jekk xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti ma tkunx sodisfatta li n-netting kuntrattwali huwa legalment validu u infurzabbli skont il-liġi ta’ kull waħda mill-ġurisdizzjonijiet imsemmija fil-punt (b), il-ftehim kuntrattwali ta’ netting ma għandux jiġi rikonoxxut bħala wieħed li jnaqqas ir-riskju għall-ebda mill-kontropartijiet. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lil xulxin kif meħtieġ.
L-opinjonijiet legali msemmija fil-punt (b) jistgħu jitfasslu b’referenza għat-tipi ta’ netting kuntrattwali. Il-kondizzjonijet addizzjonali li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti mill-ftehimiet kuntrattwali ta’ netting bejn prodotti differenti:
is-somma netta msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 hija s-somma netta tal-valuri pożittivi u negattivi tal-għeluq ta’ kull ftehim ewlieni individwali bilaterali inkluż u tal-valur pożittiv u negattiv ipprezzat skont il-valur fis-suq tat-transazzjonijiet individwali (l-‘Ammont Nett bejn Prodotti Differenti’);
l-opinjonijiet legali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandhom jindirizzaw il-validità u l-infurzabbiltà tal-ftehim kuntrattwali sħiħ ta’ netting bejn prodotti differenti skont it-termini tiegħu u l-impatt tal-arranġament tan-netting fuq il-klawsoli materjali ta’ kull ftehim ewlieni individwali bilaterali inkluż.
Artikolu 297
Obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet
Waqt li tieħu kont tl-ftehim ta’ netting kuntrattwali bejn prodotti differenti, l-istituzzjoni għandha tibqa’ tikkonforma mar-rekwiżiti għar-rikonoxximent tan-netting bilaterali u r-rekwiżiti tal-Kapitolu 4 għar-rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, kif applikabbli, fir-rigward ta’ kull ftehim ewlieni individwali bilaterali inkluż u kull transazzjoni inkluża.
Artikolu 298
Effetti tar-rikonoxximent tan-netting bħala tnaqqis tar-riskju
In-netting għall-finijiet tat-Taqsimiet 3 sa 6 għandu jiġi rikonoxxut kif stabbilit f'dawk it-Taqsimiet.
Artikolu 299
Elementi fil-portafoll tan-negozjar
Meta jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għar-riskju tal-kontroparti tal-elementi fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:
▼M8 —————
l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-Metodu Ssimplifikat tal-Kollateral Finanzjarju sstabbilit fl-Artikolu 222 għar-rikonoxximent tal-effetti tal-kollateral finanzjarju;
fil-każ ta’ transazzjonijiet ta’ riakkwist u transazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew prodotti reġistrati fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu bħala kollateral eliġibbli l-istrumenti finanzjarji u l-prodotti kollha li huma eliġibbli sabiex jiġi inklużi fil-portafoll tan-negozjar;
għall-iskoperturi li jirriżultaw minn strumenti derivati OTC reġistrati fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu prodotti li huma eliġibbli sabiex jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar bħala kollateral eliġibbli;
għall-finijiet tal-kalkolu tal-aġġustamenti għall-volatilità fejn tali strumenti finanzjarji jew prodotti li mhumiex eliġibbli skont il-Kapitolu 4 jiġu msellfa, jinbiegħu jew jiġu provduti, jew jittieħdu b'self, jinxtraw jew jiġu rċevuti bħala kollateral jew b'mod ieħor f’tali transazzjoni, u l-istituzzjoni tkun tuża l-approċċ tal-aġġustamenti Superviżorji għall-volatilità skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw tali strumenti u prodotti bl-istess mod bħal ekwitajiet ta' indiċi mhux ewlieni elenkati f'borża rikonoxxuta;
fejn istituzzjoni tkun tuża l-approċċ ta' Stimi Proprji tal-aġġustamenti għall-Volatilità skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4 fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji jew prodotti li mhumiex eliġibbli skont il-Kapitolu 4, hija għandha tikkalkula l-aġġustamenti għall-volatilità għal kull element individwali. Fejn istituzzjoni tkun kisbet l-approvazzjoni biex tuża l-Approċċ tal-Mudelli Interni speċifikat fil-Kapitolu 4, tista’ tapplika wkoll dak l-approċċ fil-portafoll tan-negozjar;
fir-rigward tar-rikonoxximent tal-ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist, transazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew prodotti, jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali, l-istituzzjonijiet għandhom jirrikonoxxu biss in-netting fost il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u fil-portafoll mhux tan-negozjar meta t-transazzjonijiet soġġetti għan-netting jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
it-transazzjonijiet kollha huma ppeżati kuljum skont il-valur fis-suq;
kull element meħud b'self, mixtri jew irċevut fit-transazzjonijiet jista’ jiġi rikonoxxut bħala kollateral finanzjarju eliġibbli skont il-Kapitolu 4 mingħajr l-applikazzjoni tal-punti (c) sa (f) ta’ dan il-paragrafu;
fejn derivat tal-kreditu inkluż fil-portafoll tan-negozjar jagħmel parti minn hedge intern u l-protezzjoni tal-kreditu hija rikonoxxuta taħt dan ir-Regolament skont l-Artikolu 204, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw wieħed mill-approċċi li ġejjin:
jittrattawh bħallikieku mhemmx riskju tal-kontroparti li ġej mill-pożizzjoni f’dak id-derivat tal-kreditu;
għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti jinkludu, b'mod konsistenti, id-derivati tal-kreditu kollha fil-portafoll tan-negozjar li jagħmlu parti mill-hedges interni jew mixtrija bħala protezzjoni kontra skopertura għas-CCR fejn il-protezzjoni tal-kreditu hija rikonoxxuta bħala eliġibbli skont il-Kapitolu 4.
Artikolu 300
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din it-Taqsima u tal-Parti Sebgħa, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
‘protett f'każ ta' falliment (bankruptcy remote)’, fir-rigward ta’ assi ta' klijent, tfisser li jeżistu arranġamenti effettivi li jiżguraw li dawk l-assi ma jkunux disponibbli għall-kredituri ta’ CCP jew għal membru ta’ kklerjar f’każ ta’ insolvenza ta’ dik is-CCP jew tal-membru ta’ kklerjar rispettivament, jew li l-assi ma jkunux disponibbli għall-membru ta’ kklerjar sabiex ikopri telf imġarrab minnu minħabba l-inadempjenza ta' klijent jew klijenti għajr dawk li pprovdew dawk l-assi;
‘transazzjoni relatata mas-CCP’ tfisser kuntratt jew transazzjoni elenkata fl-Artikolu 301(1) bejn klijent u membru ta’ kklerjar li huma direttament relatati ma’ kuntratt jew transazzjoni elenkata f'dak il-paragrafu bejn dak il-membru ta’ kklerjar u CCP;
‘membru ta’ kklerjar’ tfisser membru ta’ kklerjar kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
‘klijent’ tfisser klijent kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew impriża li tkun stabbilixxiet arranġamenti indiretti ta’ kklerjar ma’ membru tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament;
‘tranżazzjoni fi flus’ tfisser tranżazzjoni fi flus, strumenti ta' dejn jew ekwitajiet, tranżazzjoni ta' kambju spot jew tranżazzjoni ta' komoditajiet spot; madankollu, tranżazzjonijiet ta' riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti b'self ta' titoli jew komoditajiet u ta' teħid b'self ta' titoli jew komoditajiet mhumiex tranżazzjonijiet fi flus;
‘arranġament ta' kklerjar indirett’ tfisser arranġament li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
‘klijent ta' livell superjuri’ tfisser entità li tipprovdi servizzi tal-ikklerjar lil klijent ta' livell inferjuri;
‘klijent ta' livell inferjuri’ tfisser entità li taċċessa s-servizzi ta' CCP permezz ta' klijent ta' livell superjuri;
‘struttura tal-klijenti b'ħafna livelli’ tfisser arranġament ta' kklerjar indirett taħt liema jiġu pprovduti servizz tal-ikklerjar lil istituzzjoni minn entità li mhijiex membru tal-ikklerjar, iżda hija hi stess klijent ta' membru tal-ikklerjar jew ta' klijent ta' livell superjuri;
‘kontribuzzjoni mhux iffinanzjata għal fond tal-inadempjenza’ tfisser kontribuzzjoni li istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar ħadet l-impenn kuntrattwali li tipprovdi lil CCP wara li s-CCP eżawrit il-fond tal-inadempjenza tagħha biex tkopri t-telf li ġarrbet wara l-inadempjenza ta' wieħed jew iktar mill-membri tal-ikklerjar tagħha;
‘tranżazzjoni ta' għoti jew teħid b'self ta' depożiti ggarantita għalkollox’ tfisser tranżazzjoni tas-suq tal-flus kollateralizzata għalkollox li fiha żewġ kontropartijiet jiskambjaw id-depożiti u CCP tpoġġi lilha nnifisha bejniethom biex tiżgura l-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi ta' pagament tal-kontropartijiet.
Artikolu 301
Kamp ta' applikazzjoni materjali
Din it-Taqsima tapplika għall-kuntratti u t-tranżazzjonijiet li ġejjin sakemm ikunu pendenti ma' CCP:
il-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u d-derivattivi ta' kreditu;
tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' depożiti ggarantiti għalkollox; u
tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul.
Din it-Taqsima ma tapplikax għal skoperturi li jirriżultaw mis-saldu ta' tranżazzjonijiet fi flus. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fit-Titolu V għal skoperturi ta' negozju li jirriżultaw minn dawk it-tranżazzjonijiet u piż tar-riskju ta' 0 % għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza li jkopru dawk it-tranżazzjonijiet biss. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 307 għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza li jkopru kwalunkwe kuntratt imniżżel fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu flimkien mat-tranżazzjonijiet fi flus.
Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
il-marġni inizjali ma għandux jinkludi kontribuzzjonijiet għal CCP għal arranġamenti tal-kondiviżjoni tat-telf mutwalizzat;
il-marġni inizjali għandu jinkludi kollateral depożitat minn istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar jew minn klijent li jisboq l-ammont minimu meħtieġ rispettivament mis-CCP jew mill-istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar, sakemm is-CCP jew l-istituzzjoni li taġixxi bħala l-membru tal-ikklerjar tista', f'każijiet xierqa, twaqqaf lill-istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar jew il-klijent milli tirtira tali kollateral eċċessiv;
meta CCP tuża l-marġni inizjali biex timmutwalizza t-telf fost il-membri tal-ikklerjar tagħha, l-istituzzjonijiet li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar għandhom jittrattaw dak il-marġni inizjali bħala kontribuzzjoni tal-fond tal-inadempjenza.
Artikolu 302
Monitoraġġ ta' skoperturi għal CCPs
Artikolu 303
Trattament tal-iskoperturi tal-membri ta' kklerjar għal CCPs
Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar kemm għal finijiet tagħha stess kif ukoll bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP, għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha għal CCP kif ġej:
hija għandha tapplika t-trattament stabbilit fl-Artikolu 306 għall-iskoperturi ta' negozju tagħha mas-CCP;
hija għandha tapplika t-trattament stabbilit fl-Artikolu 307 għall-kontribuzzjonijiet tal-fond inadempjenza tagħha għas-CCP.
Artikolu 304
Trattament tal-iskoperturi tal-membri ta' kklerjar lill-klijenti
Meta istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tuża l-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3 jew 6 ta' dan il-Kapitolu biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
b'deroga mill-Artikolu 285(2), l-istituzzjoni tista' tuża perijodu ta' marġni ta' riskju ta' mill-inqas ħames ġranet tax-xogħol għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' klijent;
l-istituzzjoni għandha tapplika perijodu ta' marġni ta' riskju ta' mill-inqas 10 ġranet tax-xogħol għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' CCP;
b'deroga mill-Artikolu 285(3), meta sett tan-netting inkluż fil-kalkolu jissodisfa l-kondizzjoni stabbilita fil-punt (a) ta' dak il-paragrafu, l-istituzzjoni tista' tinjora l-limitu stabbilit f'dak il-punt, sakemm is-sett tan-netting ma jissodisfax il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu u ma jinkludi l-ebda negozju kkontestat jew opzjonijiet eżotiċi;
meta CCP iżżomm il-marġni ta' varjazzjoni fil-konfront ta' tranżazzjoni u l-kollateral tal-istituzzjoni mhuwiex protett kontra l-insolvenza tas-CCP, l-istituzzjoni għandha tapplika perijodu ta' marġni ta' riskju li huwa inferjuri għal sena u l-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni, b'minimu ta' 10 ġranet tax-xogħol.
Fil-każ ta' struttura ta' klijenti b'ħafna livelli, it-trattament stabbilit fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi applikat f'kull livell ta' dik l-istruttura.
Artikolu 305
Trattament tal-iskoperturi ta' klijenti
Mingħajr preġudizzju għall-approċċ speċifikat fil-paragrafu 1, fejn istituzzjoni tkun klijent, tista’ tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-iskoperturi kummerċjali tagħha għal transazzjonijiet relatati mas-CCP mal-membru ta’ kklerjar tagħha skont l-Artikoli 306 sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-pożizzjonijiet u l-assi ta’ dik l-istituzzjoni relatati ma’ dawk it-transazzjonijiet huma distinti u segregati, fil-livell kemm tal-membru ta’ kklerjar kif ukoll tas-CCP, mill-pożizzjonijiet u l-assi kemm tal-membru ta’ kklerjar kif ukoll tal-klijenti l-oħra ta’ dak il-membru ta’ kklerjar u bħala konsegwenza ta’ dik id-distinzjoni u segregazzjoni dawk il-pożizzjonijiet u l-assi jkunu protetti f'każ ta' falliment fil-każ ta’ inadempjenza jew insolvenza tal-membru ta’ kklerjar jew ta' wieħed jew aktar mill-klijenti l-oħra tiegħu;
liġijiet, regolamenti, regoli u arranġamenti kuntrattwali applikabbli jew vinkolanti għall-istituzzjoni jew is-CCP jiffaċilitaw it-trasferiment tal-pożizzjonijiet tal-klijent relatati ma’ dawk il-kuntratti u transazzjonijiet u tal-kollateral korrispondenti għal membru ta’ kklerjar ieħor fil-perijodu b'riskju ta' marġni applikabbli fil-każ ta’ inadempjenza jew insolvenza tal-membru ta’ kklerjar oriġinali. F'ċirkostanzi bħal dawn, il-pożizzjonijiet tal-klijent u l-kollateral għandhom jiġu trasferiti bil-valur tas-suq sakemm il-klijent ma jitlobx li jagħlaq il-pożizzjoni bil-valur tas-suq;
il-klijent ikun wettaq reviżjoni legali bir-reqqa biżżejjed, li żammha aġġornata, li tissostanzja li l-arranġamenti li jiżguraw li l-kondizzjoni stabbilita fil punt (b) hija ssodisfata, huma legali, validi, vinkolanti u infurzabbli skont il-liġijiet rilevanti tal-ġurisdizzjoni jew il-ġurisdizzjonijiet rilevanti;
is-CCP hi QCCP.
Meta tivvaluta l-konformità tagħha mal-kondizzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista' tqis kwalunkwe preċedent ċar ta' trasferimenti ta' pożizzjonijiet tal-klijent u ta' kollateral korrispondenti f'CCP, u kwalunkwe intenzjoni tal-industrija li tkompli b'dik il-prattika.
Artikolu 306
Rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-iskoperturi kummerċjali
Istituzzjoni għandha tapplika t-trattament li ġej għall-iskoperturi kummerċjali tagħha ma' CCPs:
għandha tapplika piż tar-riskju ta’ 2 % għall-valur tal-iskoperturi tal-iskoperturi kummerċjali kollha tagħha ma' QCCPs;
għandha tapplika l-piż tar-riskju użat għall-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu kif stipulat fl-Artikolu 107(2)(b) għall-iskoperturi kummerċjali kollha tagħha ma' CCPs li ma jikkwalifikawx;
meta istituzzjoni taġixxi bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP u t-termini tat-tranżazzjoni relatata mas-CCP jistipulaw li l-istituzzjoni ma hi meħtieġa tirrimborża lill-klijent għall-ebda telf li jkun ġarrab minħabba kambjamenti fil-valur ta' dik it-tranżazzjoni fil-każ ta' inadempjenza ta' CCP, dik l-istituzzjoni tista' tistabbilixxi l-valur tal-iskopertura tal-iskopertura ta' negozju mas-CCP li tikkorrispondi għal dik it-tranżazzjoni relatata mas-CCP għal żero;
meta istituzzjoni taġixxi bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP u t-termini tat-tranżazzjoni relatata mas-CCP, jistipulaw li l-istituzzjoni hija meħtieġa tirrimborża lill-klijent għal kwalunkwe telf li jkun ġarrab minħabba kambjamenti fil-valur ta' dik it-tranżazzjoni f'każ ta' inadempjenza tas-CCP, dik l-istituzzjoni għandha tapplika t-trattament fil-punt (a) jew (b), kif applikabbli, għall-iskopertura ta' negozju mas-CCP li tikkorrispondi għal dik it-tranżazzjoni relatata mas-CCP.
Artikolu 307
Rekwiżiti ta' fondi proprji għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza ta' CCP
Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar għandha tapplika t-trattament li ġej għall-iskoperturi tagħha li jirriżultaw mill-kontribuzzjonijiet tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP:
hija għandha tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP f'konformità mal-approċċ stabbilit fl-Artikolu 308;
hija għandha tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati u ffinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti f'konformità mal-approċċ stabbilit fl-Artikolu 309;
hija għandha tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP f'konformità mat-trattament stabbilit fl-Artikolu 310.
Artikolu 308
Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-fond ta' garanzija f'każ ta' inadempjenza ta' QCCP
Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji sabiex tkopri l-iskopertura li tirriżulta mill-kontribuzzjoni prefinanzjata tagħha kif ġej:
fejn:
Ki |
= |
ir-rekwiżit ta' fondi proprji; |
i |
= |
l-indiċi li jindika l-membru ta' kklerjar; |
KCCP |
= |
il-kapital ipotetiku tal-QCCP ikkomunikat lill-istituzzjoni mill-QCCP skont l-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
DFi |
= |
il-kontribuzzjoni prefinanzjata; |
DFCCP |
= |
ir-riżorsi finanzjarji prefinanzjati tas-CCP ikkomunikati lill-istituzzjoni mis-CCP f'konformità mal-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; u |
DFCM |
= |
is-somma tal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tal-membri tal-ikklerjar kollha tal-QCCP ikkomunikata lill-istituzzjoni mill-QCCP f'konformità mal-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
▼M8 —————
Artikolu 309
Rekwiżit ta' fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-fond tal-inadempjenza f'każ ta' inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti u għall-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati ta' CCP mhux kwalifikanti
Istituzzjoni għandha tapplika l-formula li ġejja biex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-iskoperturi li jirriżultaw mill-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti u minn kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati għal tali CCP:
Ki |
= |
ir-rekwiżit ta' fondi proprji; |
DF |
= |
il-kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti; u |
UC |
= |
il-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti. |
Artiklu 310
Rekwiżit ta' fondi proprji għal kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP
Istituzzjoni għandha tapplika piż ta' riskju ta' 0 % għall-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP.
Artikolu 311
Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi lil CCPs li ma jibqgħux jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet
Meta tiġi ssodisfata l-kondizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet, fi żmien tliet xhur minn meta saru jafu biċ-ċirkostanza msemmija hemmhekk, jew preċedentement jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-istituzzjoni jeħtieġu hekk, jagħmlu dan li ġej fir-rigward tal-iskoperturi tagħhom fil-konfront ta' dik is-CCP:
japplikaw it-trattament stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 306(1) għall-iskoperturi kummerċjali tagħhom għal dik is-CCP;
japplikaw it-trattament stipulat fl-Artikolu 309 għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tagħhom għall-fond tal-inadempjenza ta' dik is-CCP u għall-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati tagħhom fil-konfront ta' dik is-CCP;
jittrattaw l-iskoperturi tagħhom għal dik is-CCP, minbarra dawk l-iskoperturi mniżżla fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu bħala skoperturi fil-konfront ta' korporattiva f'konformità mal-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta' kreditu stipulat fil-Kapitolu 2.
TITOLU III
REKWIŻITI TA' FONDI PROPRJI GĦAR-RISKJU OPERATTIV
KAPITOLU 1
Prinċipji ġenerali li jirregolaw l-użu tal-approċċi differenti
Artikolu 312
Permess u notifika
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw indikatur alternattiv rilevanti għal-linji tan-negozju tas-servizzi bankarji għall-konsumatur u tas-servizzi bankarji kummerċjali fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 319(2) u 320.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għall-permess mill-awtoritajiet kompetenti meta jkunu jridu jimplimentaw estensjonijiet materjali u bidliet f’dawk l-Approċċi Avvanzati ta’ Kalkolu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess biss meta l-istituzzjonijiet ikomplu jissodisfaw l-istandards speċifikati fl-ewwel subparagrafu wara dawk l-estensjonijiet materjali u l-bidliet.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
il-metodoloġija tal-valutazzjoni permezz ta' liema l-awtoritajiet kompetenti jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw Approċċi Avvanzati ta’ Kalkolu;
il-kondizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-Approċċi Avvanzati ta’ Kalkolu;
il-modalitajiet tan-notifika kif rikjest fil-paragrafu 3.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 313
Lura għall-użu ta’ approċċi inqas sofistikati
Istituzzjoni tista’ biss terġa' lura għall-użu ta’ approċċ inqas sofistikat għar-riskju operattiv meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon għall-awtorità kompetenti li l-użu ta' approċċ inqas sofistikat mhuwiex propost sabiex jitnaqqsu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni relatati mar-riskju operattiv, huwa meħtieġ fuq il-bażi tan-natura u l-kumplessità tal-istituzzjoni u ma jkollux impatt materjali negattiv fuq is-solvenza tal-istituzzjoni jew fuq il-kapaċità tagħha li tiġġestixxi r-riskju operattiv b’mod effettiv;
l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.
Artikolu 314
Użu kombinat ta’ approċċi differenti
Istituzzjoni tista’ tuża Approċċ Avvanzat ta’ Kalkolu flimkien mal-Approċċ tal-Indikatur Bażi jew mal-Approċċ Standardizzat, meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
il-kombinazzjoni ta’ Approċċi użati mill-istituzzjoni tkopri r-riskju operattiv kollha tagħha u l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti bil-metodoloġija użata mill-istituzzjoni biex tkopri l-attivitajiet differenti, il-postijiet ġeografiċi, l-istrutturi ġuridiċi jew diviżjonijiet oħra rilevanti determinati fuq bażi interna;
il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 320 u l-istandards stabbiliti fl-Artikoli 321 u 322 jiġu ssodosfati għall-parti tal-attivitajiet koperta mill-Approċċ Standardizzat u l-Approċċi Avvanzati ta’ Kalkolu rispettivament.
Għall-istituzzjonijiet li jridu jużaw l-Approċċ Avvanzat ta’ Kalkolu b'kombinazzjoni mal-Approċċ tal-Indikatur Bażi jew mal-Approċċ Standardizzat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu l-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin għall-għoti tal-permess:
fid-data tal-implimentazzjoni ta’ Approċċ Avvanzat ta’ Kalkolu, parti sinifikanti tar-riskju operattiv tal-istituzzjoni tkun koperta minn dak l-Approċċ;
l-istituzzjoni timpenja ruħha li tapplika l-Approċċ Avvanzat ta’ Kalkolu f’parti materjali tal-operazzjonijiet tagħha f'perijodu ta’ żmien ki jkun ġie sottomess lill-awtoritajiet kompetenti tagħha u approvat minnhom.
Awtorità kompetenti għandha biss tagħti tali permess meta l-istituzzjoni tkun impenjat ruħha li tapplika l-Approċċ Standardizzat f'perijodu ta' żmien li jkun ġie sottomess lill-awtorità kompetenti u approvat minnha.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
il-kondizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw meta jevalwaw il-metodoloġija msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2;
il-kondizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw meta jiddeċiedu dwar jekk jimponux il-kondizzjonijiet addizzjonali msemmija fil-paragrafu 3.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2016.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
KAPITOLU 2
Approċċ tal-indikatur bażi
Artikolu 315
Rekwiżit ta' fondi proprji
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-medja fuq tliet snin tal-indikatur rilevanti fuq il-bażi tal-aħħar tliet osservazzjonijiet ta’ tnax-il xhar fi tmiem is-sena finanzjarja. Meta ċifri verifikati ma jkunux disponibbli, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw stimi tan-negozju.
Artikolu 316
Indikatur rilevanti
Għal istituzzjonijiet li japplikaw l-istandards tal-kontabbiltà stabbiliti bid-Direttiva 86/635/KEE, ibbażati fuq il-kategoriji ta' kontabbiltà għall-kont tal-profit u t-telf tal-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 27 ta’ dik id-Direttiva, l-indikatur rilevanti huwa s-somma tal-elementi elenkati fit-Tabella 1 ta’ dan il-paragrafu. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu kull element fis-somma bis-sinjal pożittiv jew negattiv tiegħu.
Tabella 1
1 Imgħax riċevibbli u dħul simili
2 Imgħax pagabbli u imposti simili
3 Dħul minn ishma u titoli oħra b'rendita varjabbli/fissa
4 Kummissjonijiet/tariffi riċevibbli
5 Kummissjonijiet/tariffi pagabbli
6 Profit nett jew telf nett fuq operazzjonijiet finanzjarji
7 Dħul operattiv ieħor
L-istituzzjonijiet għandhom jaġġustaw dawn l-elementi biex jirriflettu l-kwalifikazzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-indikatur rilevanti qabel it-tnaqqis ta’ kwalunkwe provvediment u nfiq operattiv. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fl-infiq operattiv dawk it-tariffi mħallsa għas-servizzi ta’ esternalizzazzjoni pprovduti minn partijiet terzi li ma jkunux kumpannija prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja ta’ kumpannija prinċipali li tkun ukoll il-kumpannija prinċipali tal-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw in-nefqa fuq l-esternalizzazzjoni tas-servizzi mogħtija minn partijiet terzi sabiex jitnaqqas l-indikatur rilevanti meta n-nefqa tkun ġejja minn impriża soġġetta għal regoli skont, jew ekwivalenti għal, dan ir-Regolament;
l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw l-elementi li ġejjin fil-kalkolu tal-indikatur rilevanti:
profitti/telf realizzati mill-bejgħ ta’ elementi fil-portafoll mhux tan-negozjar;
dħul minn elementi straordinarji jew irregolari;
dħul li ġej mill-assigurazzjoni.
meta r-rivalutazzjoni ta’ elementi tan-negozjar tkun parti mir-rapport tal-profit u t-telf, l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu r-rivalutazzjoni. Meta l-istituzzjonijiet japplikaw l-Artikolu 36(2) tad-Direttiva 86/635/KEE, huma għandhom jinkludu r-rivalutazzjoni kkalkulata fil-kont ta’ profit u telf.
Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-kategoriji ta' kontabilità għall-kont ta' qligħ u telf skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 86/635/KEE għal kirjiet finanzjarji u operattivi għall-finijiet tal-kalkolu tal-indikatur rilevanti, u jistgħu minflok:
jinkludu l-introjtu mill-imgħax minn kirjiet finanzjarji u operattivi u l-profitti minn assi mikrija fil-kategorija msemmija fil-punt 1 tat-Tabella 1;
jinkludu l-ispejjeż tal-imgħax minn kirjiet finanzjarji u operattivi, telf, deprezzament u indeboliment ta' assi mikrija operattivi fil-kategorija msemmija fil-punt 2 tat-Tabella 1.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2017.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
KAPITOLU 3
Approċċ Standardizzat
Artikolu 317
Rekwiżit ta' fondi proprji
Meta istituzzjoni tista' tipprova lill-awtorità kompetenti tagħha li, minħabba fużjoni, akkwist jew ċessjoni ta' entitajiet jew attivitajiet, bl-użu ta' medja ta' tliet snin għall-kalkolu tal-indikatur rilevanti jwassal għal stima mhux oġġettiva tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju operattiv, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-istituzzjonijiet li jemendaw il-kalkolu b'mod li jittieħed kont ta' dawn l-avvenimenti u għandha tinforma lill-ABE dwar dan kif xieraq. F'tali ċirkostanzi, l-awtorità kompetenti tista', fuq inizjattiva proprja, teħtieġ ukoll li istituzzjoni temenda l-kalkolu.
Meta istituzzjoni tkun ilha topera għal inqas minn tliet snin hija tista' tuża stimi tan-negozju prospettivi fil-kalkolu tal-indikatur rilevanti, sakemm tibda tuża data storika minn meta din tkun disponibbli.
Tabella 2
Linja tan-negozju |
Lista ta’ attivitajiet |
Perċentwal (fattur beta) |
Finanzi korporattivi |
Sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji jew it-tqegħid ta' strumenti finanzjarji fuq bażi ta' impenn irrevokabbli Servizzi relatati mas-sottoskrizzjoni Konsulenza dwar l-investimenti Konsulenza lill-impriżi dwar l-istruttura kapitali, l-istrateġija industrijali u kwistjonijiet relatati u konsulenza u servizzi relatati mal-fużjonijiet u l-akkwist ta’ impriżi Riċerka dwar l-investimenti u analiżi finanzjarja u forom oħra ta’ rakkomandazzjoni ġenerali relatati ma’ transazzjonijiet fi strumenti finanzjarji |
18 % |
Negozjar u bejgħ |
Negozjar għall-kont proprju Intermedjazzjoni fis-suq monetaju Riċeviment u trażmissjoni ta' ordnijiet fir-rigward ta’ strument finanzjarju wieħed jew iktar Eżekuzzjoni ta' ordnijiet f’isem il-klijenti Tqegħid ta' strumenti finanzjarji mingħajr bażi ta' impenn irrevokabbli Il-funzjonament ta’ Faċilitajiet Multilaterali tan-Negozjar |
18 % |
Servizz ta' intermedjazzjoni fil-livell tal-konsumaturi (Attivitajiet ma’ persuni fiżiċi jew ma’ SMEs li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 123 għall-klassi ta' skopertura fil-livell tal-konsumaturi) |
Riċeviment u trażmissjoni ta' ordnijiet fir-rigward ta’ strument finanzjarju wieħed jew iktar Eżekuzzjoni ta' ordnijiet f’isem il-klijenti Tqegħid ta' strumenti finanzjarji mingħajr bażi ta' impenn irrevokabbli |
12 % |
Servizzi bankarji kummerċjali |
Aċċettazzjoni ta’ depożiti u fondi oħra ripagabbli Għoti ta' self Leasing finanzjarju Garanziji u impenji |
15 % |
Servizzi bankarji fil-livell tal-konsumatur (Attivitajiet ma’ persuni fiżiċi jew SMEs li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 123 għall-klassi ta' skopertura fil-livell tal-konsumaturi) |
Aċċettazzjoni ta’ depożiti u fondi oħra ripagabbli Għoti ta' self Leasing finanzjarju Garanziji u impenji |
12 % |
Pagament u saldu |
Servizzi ta’ trażmissjoni ta’ flus, Ħruġ u amministrazzjoni ta' mezzi ta’ pagament |
18 % |
Servizzi ta' aġenzija |
Kustodja u amministrazzjoni ta’ strumenti finanzjarji f'isem klijenti, inklużi l-kustodja u s-servizzi relatati bħall-ġestjoni ta' flus/kollateral |
15 % |
Amministrazzjoni tal-assi |
Ġestjoni tal-portafoll Ġestjoni ta’ UCITS Forom oħra ta’ amministrazzjoni tal-assi |
12 % |
Artikolu 318
Prinċipji għall-assoċjazzjoni tal-linji tan-negozju
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin għall-assoċjazzjoni mal-linji tan-negozju:
l-istituzzjonijiet għandhom jabbinaw l-attivitajiet kollha mal-linji tan-negozju b'mod reċiprokament esklużiv u konġuntament eżawrjenti;
l-istituzzjonijiet għandhom jallokaw kwalunkwe attività li ma tistax tiġi abbinata faċilment mal-qafas tal-linji tan-negozju, iżda li tkun tirrappreżenta attività anċillari għal attività inkluża fil-qafas, f’dik il-linja tan-negozju li tappoġġa. Fejn aktar minn linja tan-negozju waħda tkun appoġġata permezz tal-attività anċillari, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw kriterju oġġettiv għall-assoċjazzjoni;
meta attività ma tkunx tista’ tiġi abbinata ma' linja tan-negozju partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-linja tan-negozju li tirrendi l-ogħla perċentwal. L-istess linja tan-negozju tapplika b'mod ugwali għal kwalunkwe attività anċillari assoċjata ma’ dik l-attività;
l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw metodi interni ta’ pprezzar sabiex jallokaw l-indikatur rilevanti fost il-linji tan-negozju. Spejjeż iġġenerati f'linja tan-negozju partikolari li huma attribwibbli għal linja tan-negozju differenti jistgħu jiġu riallokati fil-linja tan-negozju li għaliha jappartjenu;
l-assoċjazzjoni ta' attivitajiet ma' linji tan-negozju għall-finijiet tal-kapital għar-riskju operattiv għandu jkun konsistenti mal-kategoriji li l-istituzzjonijiet jużaw għar-riskji tal-kreditu u tas-suq;
l-amministrazzjoni għolja għandha tkun responsabbli mill-politika tal-assoċjazzjoni taħt il-kontroll tal-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjoni;
l-istituzzjonijiet għandhom jissoġġettaw il-proċess tal-assoċjazzjoni ma' linji tan-negozju għal analiżi indipendenti.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2017.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 319
Approċċ Standardizzat Alternattiv
Skont l-Approċċ Standardizzat Alternattiv, għal-linji tan-negozju ‘servizzi bankarji fil-livell tal-konsumatur’ u ‘servizzi bankarji kummerċjali’, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej:
l-indikatur rilevanti huwa indikatur ta' dħul normalizzat daqs l-ammont nominali ta’ self u avvanzi mmultiplikat b’0,035;
is-self u l-avvanzi jikkonsistu fl-ammonti totali miġbuda fil-portafolli tal-kreditu korrispondenti. Għal-linja tan-negozju ‘servizzi bankarji kummerċjali’, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu wkoll titoli miżmuma fil-portafoll mhux tan-negozjar fl-ammont nominali tas-self u l-avvanzi.
Sabiex tirċievi permess biex tuża l-Approċċ Standardizzat Alternattiv, istituzzjoni għandha tissodisfa il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-attivitajiet ta' servizzi bankarji tagħha fil-livell tal-konsumatur jew dawk kummerċjali għandhom jammontaw għal mill-anqas 90 % tad-dħul tagħha;
proporzjon sinifikanti mill-attivitajiet ta' servizzi bankarji tagħha fil-livell tal-konsumatur jew dawk kummerċjali għandhom jinkludu self assoċjat bi probabbiltà għolja ta’ inadempjenza;
l-Approċċ Standardizzat Alternattiv jipprovdi bażi adatta għall-kalkolu tar-rekwiżit ta’ fondi proprji tagħha għar-riskju operattiv.
Artikolu 320
Kriterji għall-Approċċ Standardizzat
Il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 312(1) huma dawn li ġejjin:
istituzzjoni għandha jkollha fis-seħħ sistema dokumentata sewwa ta' valutazzjoni u ġestjoni tar-riskju operattiv b’responsabbiltajiet ċari assenjati għal din is-sistema. Hija għandha tidentifika l-iskoperturi tagħha għar-riskju operattiv u tittraċċa data rilevanti dwar ir-riskju operattiv, inkluż data dwar telf materjali. Din is-sistema għandha tkun soġġetta għal analiżi indipendenti regolari mwettqa minn parti interna jew esterna li għandha l-kompetenza meħtieġa sabiex twettaq din ir-reviżjoni;
is-sistema ta’ valutazzjoni tar-riskju operattiv ta' istituzzjoni għandha tkun integrata sew fil-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskji tal-istituzzjoni. L-output għandu jkun parti integrali mill-proċess ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tal-profil tar-riskju operattiv tal-istituzzjoni;
istituzzjoni għandha timplimenta sistema ta’ rappurtar lill-amministrazzjoni għolja li tipprovdi rapporti dwar ir-riskju operattiv lil funzjonijiet rilevanti fl-istituzzjonijiet. Istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ proċeduri sabiex jieħdu l-azzjoni adatta skont l-informazzjoni fir-rapporti għall-maniġment.
KAPITOLU 4
Approċċi Avvanzati ta’ Kalkolu
Artikolu 321
Standards kwalitattivi
L-istandards kwalitattivi msemmija fl-Artikolu 312(2) huma dawn li ġejjin:
is-sistema interna ta’ istituzzjoni għall-kalkolu tar-riskju operattiv għandha tkun integrata mill-qrib fil-proċessi ta’ kuljum ta' ġestjoni tar-riskji;
l-istituzzjoni għandu jkollha funzjoni indipendenti ta' ġestjoni tar-riskju operattiv;
l-istituzzjoni għandha twettaq rappurtar regolari dwar l-iskoperturi għar-riskju operattiv u tal-esperjenzi ta' telf u għandu jkollha fis-seħħ proċeduri sabiex jieħdu l-azzjoni korrettiva xierqa;
is-sistema ta' ġestjoni tar-riskji ta' istituzzjoni għandha tkun dokumentata sew. Istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ proċeduri sabiex tiżgura l-konformità u politiki sabiex tindirizza n-nuqqas ta’ konformità;
l-istituzzjoni għandha tissoġġetta l-proċessi operattivi tagħha ta' ġestjoni tar-riskji u s-sistemi ta’ kalkolu għal analiżi regolari mwettqa minn awdituri interni jew esterni;
il-proċessi interni ta’ validazzjoni ta’ istituzzjoni għandhom joperaw b’mod validu u effikaċi;
flussi ta’ data u proċessi assoċjati mas-sistema ta' kalkolu tar-riskji ta' istituzzjoni għandhom ikunu trasparenti u aċċessibbli.
Artikolu 322
Standards Kwantitattivi
L-istandards relatati mal-proċess huma dawn li ġejjin:
l-istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżit ta’ fondi proprji tagħha sabiex ikun jinkludi kemm it-telf mistenni kif ukoll dak mhux mistenni, sakemm it-telf mistenni ma jkunx kopert adegwatament fil-prattiki kummerċjali interni tagħha. Il-miżura tar-riskju operattiv għandha tkopri avvenimenti ta’ telf potenzjalment gravi u jilħqu standard ta' validità komparabbli għal intervall ta’ kunfidenza ta’ 99,9 % fuq perijodu ta’ sena;
is-sistema ta’ kalkolu tar-riskju operattiv ta’ istituzzjoni għandha tinkludi l-użu ta’ data interna, data esterna, analiżi tax-xenarji u fatturi li jirriflettu l-ambjent kummerċjali u s-sistemi interni ta’ kontroll kif stabbilit fil-paragrafi 3 sa 6. Istituzzjoni għandu jkollha approċċ dokumentat sew għall-ippeżar tal-użu ta’ dawn l-erba’ elementi fis-sistema kumplessiva tagħha ta' kalkolu tar-riskju operattiv;
is-sistema ta' kalkolu tar-riskji ta’ istituzzjoni għandha tkopri l-kawżi ewlenin tar-riskju li jaffettwaw il-forma tad-"denb" tad-distribuzzjoni tal-istimi tat-telf;
l-istituzzjoni tista’ tirrikonoxxi korrelazzjonijiet fit-telf mir-riskju operattiv fl-istimi individwali tar-riskju operattiv biss meta s-sistemi tagħha għall-kalkolu tal-korrelazzjonijiet ikunu validi, implimentati b’integrità, u jqisu l-inċertezza li tikkonċerna stimi ta’ korrelazzjoni bħal dawn, b’mod partikolari f’perijodi ta’ kriżi. L-istituzzjoni għandha tivvalida s-suppożizzjonijiet ta’ korrelazzjoni tagħha permezz ta' tekniki kwantitattivi u kwalitattivi adatti;
is-sistema ta’ kalkolu tar-riskji ta’ istituzzjoni għandha tkun konsistenti internament u għandha tevita li tgħodd aktar minn darba il-valutazzjonijiet kwalitattivi jew it-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji rikonoxxuti f’oqsma oħra ta’ dan ir-Regolament.
L-istandards relatati mad-data interna huma dawn li ġejjin:
l-istituzzjoni għandha tibbaża l-miżuri tagħha ġġenerati internament tar-riskju operattiv fuq osservazzjoni storika ta' perijodu minimu ta’ ħames snin. Meta istituzzjoni tuża għall-ewwel darba l-Approċċ Avvanzat ta’ Kalkolu, hija tista' tuża perijodu ta' osservazzjoni storika ta’ tliet snin;
l-istituzzjoni għandha tkun kapaċi tabbina d-data storika tat-telf intern tagħhom mal-linji tan-negozju definiti fl-Artikolu 317 u mat-tipi ta’ avvenimenti definiti fl-Artikolu 324, u li jipprovdu din id-data lill-awtoritajiet kompetenti meta jintalbu jagħmlu dan. F'ċirkustanzi eċċezzjonali, istituzzjoni tista' talloka avvenimenti ta' telf li jaffettwaw lill-istituzzjoni sħiħa f'linja tan-negozju addizzjonali "affarijiet korporattivi". L-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ kriterji dokumentati u oġġettivi għall-allokazzjoni tat-telf fil-linji tan-negozju u t-tipi ta’ avvenimenti speċifikati. L-istituzzjoni għandha tirreġistra fil-bażijiet tad-data tar-riskju operattiv dak it-telf mir-riskju operattiv li jkun relatat mar-riskju tal-kreditu u li l-istituzzjoni tkun storikament inkludiet fil-bażijiet tad-data interni tar-riskju tal-kreditu u għandha tidentifikhom b’mod separat. Dan it-tip ta’ telf ma għandux ikun suġġett għat-tnaqqis għar-riskju operattiv, dment li l-istituzzjoni tkun meħtieġa li tkompli tittrattah bħala riskju tal-kreditu għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji. L-istituzzjoni għandha tinkludi t-telf mir-riskju operattiv li jkun marbut mar-riskji tas-suq fl-ambitu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju operattiv:
id-data interna dwar it-telf ta’ istituzzjoni għandha tkun komprensiva billi tkopri l-attivitajiet u l-iskoperturi materjali kollha mis-sottosistemi u l-postijiet ġeografiċi kollha xierqa. L-istituzzjoni għandha tkun kapaċi tiġġustifika li kwalunkwe attività jew skopertura eskluża, kemm b’mod individwali kif ukoll f’kombinazzjoni, ma kienx ikollha impatt materjali fuq l-istimi komplessivi tar-riskju. L-istituzzjoni għandha tiddefinixxi limiti minimi xierqa ta’ telf għall-ġbir tad-data interna dwar it-telf;
minbarra l-informazzjoni dwar l-ammont gross ta’ telf, l-istituzzjoni għandhatiġbor informazzjoni dwar id-data tal-avveniment tat-telf, kwalunkwe irkupru tal-ammont gross tat-telf, kif ukoll informazzjoni deskrittiva dwar il-fatturi jew il-kawżi li wasslu għall-avveniment ta' telf;
l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ kriterji speċifiċi sabiex jassenjaw data dwar it-telf li tkun ġejja minn avveniment ta’ telf f’funzjoni ċentralizzata jew attività li tkun mifruxa fuq iżjed minn linja waħda tan-negozju, kif ukoll minn avvenimenti relatati ta’ telf tul iż-żmien;
l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ proċeduri dokumentati għall-valutazzjoni tar-rilevanza kurrenti tad-data storika dwar it-telf, inklużi dawk is-sitwazzjonijiet li fihom jistgħu jintużaw aġġustamenti diskrezzjonali, scaling jew aġġustamenti oħra, sa fejn jistgħu jintużaw u min ikun awtorizzat jieħu tali deċiżjonijiet.
L-istandards ta’ kwalifika relatati mad-data esterna huma dawn li ġejjin:
is-sistema ta’ kalkolu tar-riskju operattiv ta’ istituzzjoni għandha tuża data esterna rilevanti, speċjalment meta jkun hemm raġuni biex wieħed jaħseb li l-istituzzjoni hija esposta għal telf mhux frekwenti iżda potenzjalment gravi. Istituzzjoni għandu jkollha proċess sistematiku sabiex tiddetermina s-sitwazzjonijiet li għalihom għandha tintuża data esterna u l-metodoloġiji użati sabiex tiġi inkorporata d-data fis-sistema tal-kalkolu tagħha;
l-istituzzjoni għandha tanalizza b’mod regolari l-kondizzjonijiet u l-prattiki għad-data esterna u għandha tiddokumenthom u jissoġġetthom għal analiżi indipendenti perijodika.
L-istandards ta' kwalifika relatati mal-ambjent kummerċjali u l-fatturi interni ta’ kontroll huma dawn li ġejjin:
il-metodoloġija ta' istituzzjoni ta' valutazzjoni tar-riskji għad-ditta kollha għandha tkopri l-fatturi ewlenin tal-ambjent kummerċjali u tal-kontroll intern li jistgħu jbiddlu l-profil tar-riskju operattiv tal-istituzzjoni;
l-istituzzjoni għandha tiġġustifika l-għażla ta’ kull fattur bħala motivatur importanti tar-riskju, fuq il-bażi tal-esperjenza u bl-involviment tal-ġudizzju ta' esperti dawr l-oqsma tan-negozju affettwati;
l-istituzzjoni għandha tkun kapaċi tiġġustifika s-sensittività tal-istimi tar-riskji għall-bidliet fil-fatturi u l-ippeżar relattiv tad-diversi fatturi lill-awtoritajiet kompetenti. Minbarra li jkopri l-bidliet fir-riskju minħabba t-titjib fil-kontrolli tar-riskji, qafas ta’ kalkolu tar-riskji ta’ istituzzjoni għandu jkopri wkoll żidiet potenzjali fir-riskji minħabba kumplessità akbar tal-attivitajiet jew żidiet fil-volum tan-negozju;
l-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-qafas tagħha għall-kalkolu tar-riskji u għandha tissoġġettah għal reviżjoni indipendenti fi ħdan l-istituzzjoni u minn awtoritajiet kompetenti. Maż-żmien, l-istituzzjoni għandha tivvalida u tirrivaluta l-proċess u r-riżultati permezz ta’ paragun mal-esperjenza reali interna tat-telf u data esterna rilevanti.
Artikolu 323
Impatt tal-assigurazzjoni u mekkaniżmi oħra ta’ trasferiment tar-riskji
L-assigurazzjoni u l-qafas tal-assigurazzjoni tal-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-polza tal-assigurazzjoni jkollha perijodu inizjali ta’ mhux inqas minn sena. Fil-każ ta’ poloz b’terminu reżidwu ta’ inqas minn sena, l-istituzzjoni għandha tinkorri telf xieraq li jirrefletti t-terminu reżidwu tal-polza li qed jonqos, sa telf sħiħ ta' 100 % għal poloz b’terminu reżidwu ta’ 90 ġurnata jew inqas;
il-polza tal-assigurazzjoni jkollha perijodu minimu ta’ notifika għall-kanċellazzjoni tal-kuntratt ta’ 90 ġurnata;
il-polza tal-assigurazzjoni ma jkollha l-ebda esklużjoni jew limitazzjoni kkawżata minn azzjonijiet superviżorji jew, fil-każ ta’ istituzzjoni falluta, li jipprekludu lir-riċevitur jew il-likwidatur tal-istituzzjoni milli jirkupra d-danni mġarrba jew l-ispejjeż magħmula mill-istituzzjoni, ħlief fir-rigward ta’ avvenimenti li jiġru wara l-bidu tal-proċedimenti ta’ riċevitura jew likwidazzjoni fir-rigward tal-istituzzjoni. Madankollu, il-polza tal-assigurazzjoni tista’ teskludi kwalunkwe multa, penali, jew dannu punittiv li jirriżultaw minn azzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti;
il-kalkoli ta’ mitigazzjoni tar-riskju għandhom jirriflettu l-kopertura tal-assigurazzjoni b'mod li tkun trasparenti fir-relazzjoni tagħha ma', u konsistenti mal-probabbiltà reali u l-impatt tat-telf użat fid-determinazzjoni kumplessiva tal-kapital għar-riskju operattiv;
l-assigurazzjoni tkun ipprovduta minn entità terza. Fil-każ ta’ assigurazzjoni permezz ta’ kumpanniji kkontrollati jew affiljati, l-iskopertura għandha tkun trasferita lil entità terza indipendenti li tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà speċifikati fil-paragrafu 2;
il-qafas għar-rikonoxximent tal-assigurazzjoni jkun raġunat u dokumentat sewwa.
Il-metodoloġija għar-rikonoxximent tal-assigurazzjoni għandha tkopri l-elementi kollha li ġejjin permezz ta’ skonti jew telf daqs l-ammont tar-rikonoxximent tal-assigurazzjoni:
il-perijodu reżidwu tal-polza tal-assigurazzjoni, fejn tkun ta’ inqas minn sena,
it-termini ta’ kanċellazzjoni tal-polza, fejn tkun ta’ inqas minn sena,
l-inċertezza dwar il-pagament kif ukoll diskrepanzi fil-kopertura tal-poloz tal- assigurazzjoni.
Artikolu 324
Klassifikazzjoni tat-tipi ta’ avvenimenti ta’ telf
It-tipi ta’ avvenimenti ta' telf imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 322(3) huma dawn li ġejjin:
Tabella 3
Kategorija tat-Tip ta’ Avveniment |
Definizzjoni |
Frodi intern |
Telf minħabba atti maħsuba għall-frodi, teħid ta’ proprjetà mingħajr jedd jew evażjoni tar-regoli, il-liġi jew il-politika tal-kumpannija, minbarra avvenimenti ta’ diversità/diskriminazzjoni, li jinvolvu mill-anqas parti waħda interna |
Frodi estern |
Telf minħabba atti maħsuba għall-frodi, teħid ta’ proprjetà mingħajr jedd jew evażjoni tal-liġi, minn parti terza |
Prattiki tal-Impjegar u Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol |
Telf li jirriżulta minn atti inkonsistenti mal-liġijiet jew il-ftehimiet dwar ix-xogħol, is-saħħa jew is-sigurtà, mill-ħlas ta’ talbiet għal danni personali, jew minn avvenimenti ta’ diversità/diskriminazzjoni |
Klijenti, Prodotti u Prattiki Mummerċjali |
Telf li jirriżulta minn nuqqas involontarju jew negliġenti ta' obbligazzjoni professjonali lejn klijenti speċifiċi (inkluż r-rekwiżiti fiduċjarji u ta’ adattabbiltà), jew min-natura jew diżinn ta’ prodott |
Danni lil Assi Fiżiċi |
Telf li jirriżulta mit-telf jew ħsara lil assi fiżiċi minħabba diżastri naturali jew avvenimenti oħra |
Interruzzjoni tan-negozju u nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi |
Telf li jirriżulta minn interruzzjoni tan-negozju jew nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi |
Eżekuzzjoni, Ikkunsinjar u Ġestjoni tal-Proċessi |
Telf minn ipproċessar tat-transazzjonijiet jew ġestjoni tal-proċessi li ma jirnexxux, minn relazzjonijiet ma’ kontropartijiet kummerċjali u bejjiegħa |
TITOLU IV
REKWIŻITI TA' FONDI PROPRJI GĦAR-RISKJU TAS-SUQ
KAPITOLU 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 325
Approċċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq
Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ta' kull pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar u pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet f'konformità mal-approċċi li ġejjin:
l-approċċ standardizzat imsemmi fil-paragrafu 2;
l-approċċ mudell intern simplifikat stabbilit fil-Kapitolu 5 ta' dan it-Titolu għal dawk il-kategoriji ta' riskju li għalihom l-istituzzjoni ngħatat permess f'konformità mal-Artikolu 363 biex tuża dak l-approċċ.
Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ikkalkulati f'konformità mal-approċċ standardizzat imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom ifissru s-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji li ġejjin, kif applikabbli:
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju fil-pożizzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu 2;
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju msemmi fil-Kapitolu 3;
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-komoditajiet imsemmi fil-Kapitolu 4.
Istituzzjoni li mhijiex eżentata mir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b f'konformità mal-Artikolu 325a għandhom jirrapportaw il-kalkolu f'konformità mal-Artikolu 430b għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet f'konformità mal-approċċi li ġejjin:
l-approċċ standardizzat alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1a;
l-approċċ mudell intern alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1b.
Il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u d-derivattivi ta' kreditu n-eżmu inadempjenti li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin għandhom jiġu inklużi fl-ACTP:
il-pożizzjonijiet la jkunu pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni, la opzjonijiet fuq segment ta' titolizzazzjoni, u lanqas xi derivati oħra ta' skoperturi ta' titolizzazzjoni li ma jipprovdux sehem pro rata fir-rikavat ta' segment ta' titolizzazzjoni;
l-istrumenti sottostanti kollha tagħhom huma:
strumenti b'isem wieħed, inklużi derivattivi ta' kreditu b'isem wieħed, li għalihom ikun jeżisti suq likwidu bidirezzjonali;
indiċijiet negozjati spiss ibbażati fuq l-istrumenti msemmija fil-punt (i).
Suq bidirezzjonali jitqies li jeżisti meta jkun hemm offerti bona fide indipendenti għax-xiri u l-bejgħ b'tali mod li prezz relatat li hu raġonevolment relatat mal-aħħar prezz ta' bejgħ jew offerta kompetittiva bona fide kurrenti u kwotazzjonijiet tal-offerti jkunu jistgħu jiġu determinati fi żmien ġurnata u saldati b'dak il-prezz fi żmien relattivament qasir b'konformità mal-prattika tan-negozjar.
Il-pożizzjonijiet bi kwalunkwe wieħed mill-istrumenti li ġejjin ma għandhomx jiġu inklużi fl-ACTP:
l-istrumenti sottostanti li huma assenjati lill-klassijiet ta' skopertura msemmija fil-punt (h) jew (i) tal-Artikolu 112;
pretensjoni fuq entità bi skop speċjali, ikkollateralizzata direttament jew indirettament, b'pożizzjoni, f'konformità mal-paragrafu 6, li hija nnifisha ma tkunx eliġibbli għal inklużjoni fl-ACTP.
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Settembru 2020.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 325a
Eżenzjonijiet minn rekwiżiti ta' rappurtar speċifiċi għal riskju tas-suq
Istituzzjoni għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' rappurtar stabbilit fl-Artikolu 430b, dment li d-daqs tan-negozju fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ li huwa soġġett għar-riskju tas-suq ikun ugwali għal jew inqas għal kull wieħed mil-livelli limitu li ġejjin jew inqas minnhom abbażi ta' valutazzjoni mwettqa kull xahar permezz tad-data sal-aħħar ġurnata tax-xahar:
10 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;
EUR 500 miljun.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju tagħhom fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ li huwasoġġett għar-riskji tas-suq bl-użu tad-data sal-aħħar ġurnata ta' kull xahar f'konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-pożizzjonijiet kollha assenjati lill-portafoll tan-negozjar għandhom ikunu inklużi, minbarra d-derivattivi ta' kreditu li huma rikonoxxuti bħala ħħeġġjar intern kontra l-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar u tat-tranżazzjonijiet ta' derivattivi ta' kreditu li jpaċu perfettament għar-riskju tas-suq tal-iħħeġġjar intern kif imsemmi fl-Artikolu 106(3);
il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju jew għar-riskju tal-komoditajiet għandhom jiġu inklużi;
il-pożizzjonijiet kollha għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f’dik id-data, ħlief il-pożizzjonijiet imsemmija fil-punt (b); meta l-valur tas-suq ta’ pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar ma jkunx disponibbli f’data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu valur ġust għall-pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar f’dik id-data; meta l-valur ġust u l-valur tas-suq ta’ pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar ma jkunux disponibbli f’data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il-valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;
il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju għandhom jiġu kkunsidrati bħala pożizzjoni tal-kambju netta globali u stmati f'konformità mal-Artikolu 352;
il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għar-riskji tal-komoditajiet għandhom jiġu stmati skont l-Artikoli 357 u 358;
il-valur assolut ta' pożizzjonijiet twal għandu jiżdied mal-valur assolut ta' pożizzjonijiet qosra.
L-eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b għandha tieqaf tapplika fi żmien tliet xhur minn kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:
l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjoni stipulata fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal tliet xhur konsekuttivi; jew
l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjoni stipulata fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal aktar minn 6 xhur mill-aħħar 12-il xahar.
Artikolu 325b
Permess għal rekwiżiti konsolidati
L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-paragrafu 1 biss bil-permess tal-awtoritajiet kompetenti, li għandu jingħata jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikun hemm allokazzjoni sodisfaċenti ta' fondi proprji fi ħdan il-grupp;
il-qafas regolatorju, legali jew kuntrattwali li fih joperaw l-istituzzjonijiet jiggarantixxi appoġġ finanzjarju reċiproku fi ħdan il-grupp.
Minbarra l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, meta jkun hemm impriżi li jinsabu f'pajjiżi terzi għandhom jiġu ssodisfati wkoll il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
dawn l-impriżi jkunu ġew awtorizzati f'pajjiż terz u jew jissodisfaw id-definizzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu jew huma rikonoxxuti bħala impriżi ta' investiment ta' pajjiż terz;
fuq bażi individwali, tali impriżi jkunu konformi ma' rekwiżiti ta' fondi proprji ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament;
ma jkun jeżisti l-ebda regolament fil-pajjiżi terzi inkwistjoni li jista' jaffettwa b'mod sinifikanti t-trasferiment ta' fondi fi ħdan il-grupp.
KAPITOLU 1a
L-approċċ standardizzat alternattiv
Artikolu 325c
Kamp ta' applikazzjoni u struttura tal-approċċ standardizzat alternattiv
Istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformita' mal-approċċ standardizzat alternattiv għal portafoll ta' pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar jew pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal-kambju barrani u riskju tal-komoditajiet bħala s-somma tat-tliet komponenti li ġejjin:
ir-rekwiżit ta' fondi proprji skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stabbilit fit-Taqsima 2;
ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza stabbilit fit-Taqsima 5 li huwa applikabbli biss għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar imsemmi f'dik it-Taqsima;
ir-rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji residwi stabbiliti fit-Taqsima 4 li huma applikabbli biss għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar imsemmija f'dik it-Taqsima.
Artikolu 325d
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“klassi ta' riskju” tfisser waħda mis-seba' kategoriji li ġejjin:
riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;
riskju ta' firxiet ta' kreditu (CSR, credit spread risk) għal nontitolizzazzjoni;
riskju ta' firxiet ta' kreditu għal titolizzazzjoni mhux inkluża fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni alternattiva (non-ACTP CSR);
riskju ta' firxiet ta' kreditu għal titolizzazzjoni inkluża fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni alternattiva (ACTP CSR);
riskju ta' ekwità;
riskju ta' komodità;
riskju tal-kambju.
“sensittività” tfisser il-bidla relattiva fil-valur ta' pożizzjoni, bħala riżultat ta' bidla fil-valur ta' wieħed mill-fatturi ta' riskju rilevanti tal-pożizzjoni, ikkalkulata bil-mudell ta' pprezzar tal-istituzzjoni f'konformità mas-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 3.
“bucket” tfisser subkategorija ta' pożizzjonijiet fi ħdan klassi ta' riskju waħda bi profil ta' riskju simili għal liema huwa assenjat piż tar-riskju kif definit fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 3.
Artikolu 325e
Komponenti tal-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet bl-aggregazzjoni tat-tliet tipi li ġejjin ta' rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità mal-Artikolu 325h:
rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju delta li jaqbdu r-riskju ta' bidliet fil-valur ta' strument minħabba l-movimenti fil-fatturi ta' riskju relatati man-non-volatilità tiegħu;
rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju vega li jaqbdu r-riskju ta' bidliet fil-valur ta' strument minħabba l-movimenti fil-fatturi ta' riskju relatati mal-volatilità tiegħu;
rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju kurvatura li jaqbdu r-riskju ta' bidliet fil-valur ta' strument minħabba l-movimenti fil-fatturi ta' riskju ewlenin mhux relatati mal-volatilità li mhumiex koperti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju delta.
Għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1,
il-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti b’opzjonalità għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 għar-riskji li mhumiex sottostanti eżotiċi tal-istrumenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325u(2);
il-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti mingħajr opzjonalità għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għar-riskji li mhumiex sottostanti eżotiċi tal-istrumenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325u(2).
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, strumenti b'opzjonalità jinkludu, fost l-oħrajn: opzjonijiet, opzjonijiet put, limiti massimi, limiti minimi, opzjonijiet swap, opzjonijiet ta' barriera u opzjonijiet eżotiċi. L-opzjonijiet integrati, bħal prepagamenti jew opzjonijiet attitudinali, għandhom jiġu kkunsidrati bħala opzjonijiet awtonomi għall-fini li jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq.
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, l-istrumenti li l-flussi ta' flus tagħhom jistgħu jiġu vvalutati bħala funzjoni lineari tal-ammont nozzjonali ta' sottostanti għandhom jiġu kkunsidrati bħala strumenti mingħajr dritt ta' għażla.
Istituzzjoni li tagħżel li tadotta l-approċċ stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika b’dan lill-awtorità kompetenti tagħha minn tal-anqas tliet xhur qabel ma tadottah għall-ewwel darba. Wara li dawk it-tliet xhur ikunu għaddew u dment li l-awtorità kompetenti ma tkunx oġġezzjonat, l-istituzzjoni tista’ tadotta dak l-approċċ sa meta l-awtorità kompetenti tinforma lill-istituzzjoni li dak l-approċċ ma jkunx għadu permess.
Istituzzjoni li tkun tixtieq tieqaf tuża l-approċċ stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika b’dan lill-awtorità kompetenti tagħha minn tal-anqas tliet xhur qabel ma tieqaf tużah. L-istituzzjoni tista’ tieqaf tapplika dak l-approċċ, sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx oġġezzjonat f’dak il-perjodu ta’ tliet xhur.
Artikolu 325f
Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega
Is-sensittivitajiet netti għal kull fattur ta' riskju fi ħdan kull bucket għandhom jiġu mmultiplikati bil-piżijiet tar-riskju korrispondenti stipulati fit-Taqsima 6, u dan jagħti lok għal sensittivitajiet ppeżati għal kull fattur ta' riskju fi ħdan dak il-bucket f'konformità mal-formula li ġejja:
WSk |
= |
is-sensittivitajiet ppeżati; |
RWk |
= |
il-piżijiet tar-riskju; u |
sk |
= |
il-fattur ta' riskju. |
Is-sensittivitajiet ppeżati għall-fatturi ta' riskju differenti fi ħdan kull bucket għandhom jiġu aggregati f'konformità mal-formula ta' hawn taħt, fejn il-kwantità fi ħdan il-funzjoni ta' għerq kwadrat hija limitata għal żero, u dan jagħti lok għal sensittività speċifika għall-bucket. Għandhom jintużaw il-korrelazzjonijiet korrispondenti għal sensittivitajiet ppeżati fi ħdan l-istess bucket (ρkl), stipulati fit-Taqsima 6.
Kb |
= |
is-sensittività speċifika għall-bucket; u |
WS |
= |
is-sensittivitajiet ppeżati. |
Is-sensittività speċifika għall-bucket għandha tiġi kkalkulata għal kull bucket fi ħdan klassi ta' riskju f'konformità mal-paragrafi 5, 6 u 7. Ladarba s-sensittività speċifika għall-bucket tkun ġiet ikkalkulata għall-buckets kollha, is-sensittivitajiet ppeżati għal kull fattur ta' riskju fil-buckets għandhom jiġu aggregati f'konformità mal-formula ta' hawn taħt, permezz tal-korrelazzjonijiet korrispondenti γbc għal sensittivitajiet ppeżati f'buckets differenti stipulati fit-Taqsima 6, u dan jagħti lok għar-rekwiżit ta' fondi proprji għall-klassi ta' riskju speċifikament għar-riskju delta jew vega:
fejn
Sb |
= |
Σ k WSk għall-fatturi ta’ riskju kollha fil-bucket b u Sc = Σ k WSk fil-bucket c; fejn dawk il-valuri għal Sb u Sc jagħtu numru negattiv għas-somma totali ta’ , l-istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-klassi ta’ riskju speċifikament għar-riskju delta jew vega permezz ta’ speċifikazzjoni alternattiva fejn |
Sb |
= |
max [min (Σk WSk, Kb), – Kb] għall-fatturi ta' riskju kollha fil-bucket b u |
Sc |
= |
max [min (Σk WSk, Kc), – Kc] għall-fatturi ta' riskju kollha fil-bucket c. |
Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tar-riskju għall-klassi ta' riskju delta jew vega speċifiċi għandhom jiġu kkalkulati għal kull klassi ta' riskju f'konformità mal-paragrafi 1 sa 8.
Artikolu 325g
Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal riskju ta’ kurvatura
Għal fattur ta’ riskju partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu dawk il-kalkoli fuq bażi netta għall-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti soġġetti għar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura li fihom dak il-fattur ta’ riskju.
fejn:
i |
= |
l-indiċi li jindika l-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1 u inkluż il-fattur ta’ riskju k; |
xk |
= |
il-valur attwali tal-fattur ta’ riskju k; |
Vi (xk ) |
= |
il-valur tal-istrument i kif stmat skont il-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni abbażi tal-valur attwali tal-fattur ta’ riskju k; |
|
= |
il-valur tal-istrument i kif stmat skont il-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni abbażi ta’ ċaqliq ’il fuq tal-valur tal-fattur ta’ riskju k; |
|
= |
il-valur tal-istrument i kif stmat skont il-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni abbażi ta’ ċaqliq ’l isfel tal-valur tal-fattur ta’ riskju k; |
|
= |
il-piż tar-riskju applikabbli għall-fattur tar-riskju k iddeterminat skont it-Taqsima 6; |
sik |
= |
is-sensittività delta tal-istrument i fir-rigward tal-fattur ta’ riskju k, ikkalkulat skont l-Artikolu 325r. |
Għall-finijiet tal-kalkoli msemmija fil-paragrafu 2, fejn xk hija kurva ta’ fatturi ta’ riskju allokati għall-klassijiet ta’ riskju GIRR, CSR u tal-komoditajiet, sik għandha tkun is-somma tas-sensittivitajiet delta mal-fattur ta’ riskju tal-kurva fil-maturitajiet kollha tal-kurva.
fejn:
b |
= |
l-indiċi li jindika bucket ta’ klassi ta’ riskju partikolari; |
Kb |
= |
ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura għall-bucket b; |
pkl |
= |
il-korrelazzjonijiet intrabucket bejn il-fatturi tar-riskju k u l kif preskritt fit-Taqsima 6; |
k, l |
= |
l-indiċijiet li jindikaw il-fatturi ta’ riskju kollha tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1 li huma assenjati għall-bucket b; |
() |
= |
ir-riskju ’l fuq għall-pożizzjonijiet ta’ kurvatura nnettjat |
() |
= |
ir-riskju ’l isfel għall-pożizzjonijiet ta’ kurvatura nnettjat |
fejn:
b, c |
= |
l-indiċijiet li jindikaw il-buckets kollha ta’ klassi ta’ riskju partikolari li tikkorrispondi għall-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1; |
Kb |
= |
ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura għall-bucket b; |
γbc |
= |
il-korrelazzjonijiet interbucket bejn il-buckets b u c kif stabbiliti fit-Taqsima 6. |
Artikolu 325h
Aggregazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għall-klassi tar-riskju għal riskji delta, vega u kurvatura
Il-proċess biex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għall-klassi ta' riskju delta, riskji vega u ta' kurvatura deskritti fl-Artikoli 325f u 325g għandu jitwettaq tliet darbiet għal kull klassi ta' riskju, kull darba permezz ta' sett differenti ta' parametri ta' korrelazzjoni ρkl (korrelazzjoni bejn il-fatturi ta' riskju fi ħdan bucket) u γbc (korrelazzjoni bejn buckets fi ħdan klassi ta' riskju). Kull wieħed minn dawn it-tliet settijiet għandu jikkorrispondi għal xenarju differenti, kif ġej:
ix-xenarju “korrelazzjonijiet medji”, fejn il-parametri ta' korrelazzjoni ρkl u γbc jibqgħu l-istess bħal dawk speċifikati fit-Taqsima 6;
ix-xenarju ta' “korrelazzjonijiet għoljin”, fejn il-parametri ta' korrelazzjoni ρkl u γbc li huma speċifikati fit-Taqsima 6 għandhom jiġu mmultiplikati b'mod uniformi b'1,25, b'limitu massimu ta' 100 % ρkl u γbc soġġett għalih.
ix-xenarju ta’ “korrelazzjonijiet baxxi”, fejn il-parametri ta’ korrelazzjoni ρkl u γbc li huma speċifikati fit-Taqsima 6 għandhom jiġu sostitwiti bi u, rispettivament.
Artikolu 325i
Trattament ta’ strumenti indiċi u strumenti multisottostanti oħra
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw approċċ look-through għall-istrumenti indiċi u strumenti multisottostanti oħra skont dan li ġej:
għall-finijiet ta’ kkalkular tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji; għar-riskju delta u ta’ kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu li huma detenturi ta’ pożizzjonijiet individwali fil-kostitwenti sottostanti tal-indiċi jew strumenti multisottostanti oħra, ħlief għal pożizzjoni f’indiċi inkluż fl-ACTP li għalih għandhom jikkalkulaw sensittività unika għall-indiċi;
l-istituzzjonijiet huma permessi li jinnettjaw is-sensittivitajiet għal fattur tar-riskju ta’ kostitwent partikolari ta’ strument indiċi jew strument ieħor multisottostanti bis-sensittivitajiet għall-istess fattur ta’ riskju tal-istess kostitwent ta’ strumenti b’isem uniku, ħlief għall-pożizzjonijiet inklużi fl-ACTP;
għall-finijiet ta’ kkalkular tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju vega, l-istituzzjonijiet jistgħu jew jikkunsidraw li huma detenturi tal-pożizzjonijiet individwali fil-kostitwenti sottostanti tal-indiċi jew strumenti sottostanti oħra, jew jikkalkulaw sensittività unika għas-sottostanti ta’ dak l-istrument. F’dan il-każ tal-aħħar, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività unika lill-bucket rilevanti kif stabbilit fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 6 kif ġej:
meta, jiġu kkunsidrati l-piżijiet ta’ dak l-indiċi, aktar minn 75 % tal-kostitwenti f’dak l-indiċi jkunu mmappjati fl-istess bucket, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività għal dak il-bucket u jittrattawha bħala sensittività b’isem uniku f’dak il-bucket;
fil-każijiet l-oħra kollha, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività lill-indiċi tal-bucket rilevanti.
Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw sensittività unika għal pożizzjoni f’indiċi kwotat ta’ ekwità jew ta’ kreditu għall-finijiet tal-ikkalkular tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji delta u ta’ kurvatura dment li l-indiċi kwotat ta’ ekwità jew ta’ kreditu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3. F’dak il-każ, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività unika lill-bucket rilevanti kif stabbilit fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 6 kif ġej:
meta, jiġu kkunsidrati l-piżijiet ta’ dak l-indiċi kwotat, aktar minn 75 % tal-kostitwenti f’dak l-indiċi kwotat ikunu mmappjati fl-istess bucket, dik is-sensittività għandha tiġi assenjata għal dak il-bucket u trattata bħala sensittività b’isem uniku f’dak il-bucket;
fil-każijiet l-oħra kollha, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività lill-bucket tal-indiċi kwotat rilevanti.
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-approċċ stabbilit fil-paragrafu 2 għall-istrumenti li jirreferu għal indiċi kwotat ta’ ekwità jew ta’ kreditu fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-kostitwenti tal-indiċi kwotat u l-piżijiet rispettivi f’dak l-indiċi huma magħrufa;
l-indiċi kwotat ikun fih minn tal-anqas 20 kostitwent;
l-ebda kostitwent uniku li jkun jinsab fl-indiċi kwotat ma jkun jirrappreżenta aktar minn 25 % tal-kapitalizzazzjoni totali tas-suq ta’ dak l-indiċi;
l-ebda sett li jkun jikkonsisti minn wieħed minn għaxra tal-għadd totali tal-kostitwenti tal-indiċi kwotat, aġġustat ’il fuq san-numru sħiħ li jkun imiss, ma jkun jirrappreżenta aktar minn 60 % tal-kapitalizzazzjoni totali tas-suq ta’ dak l-indiċi;
il-kapitalizzazzjoni totali tas-suq tal-kostitwenti kollha f’daqqa tal-indiċi kwotat ma tkunx anqas minn EUR 40 biljun.
Artikolu 325j
Trattament ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv
Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq ta’ pożizzjoni f’CIU bl-użu ta’ wieħed mill-approċċi li ġejjin:
meta istituzzjoni tkun tista’ tikseb biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali tas-CIU, l-istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq ta’ dik il-pożizzjoni fis-CIU billi tikkalkula l-pożizzjonijiet sottostanti tas-CIU daqslikieku dawk il-pożizzjonijiet kienu direttament miżmuma mill-istituzzjoni;
meta istituzzjoni tkun tista’ tikseb biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali tas-CIU, iżda l-istituzzjoni tkun konxja tal-kontenut tal-mandat tas-CIU u jkunu jistgħu jinkisbu kwotazzjonijiet kuljum tal-prezzijiet għas-CIU, l-istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq ta’ dik il-pożizzjoni fis-CIU billi tuża wieħed mill-approċċi li ġejjin:
l-istituzzjoni tista’ tikkunsidra l-pożizzjoni fis-CIU bħala pożizzjoni unika ta’ ekwità allokata għall-bucket “settur ieħor” fit-Tabella 8 tal-Artikolu 325ap(1);
bil-permess tal-awtorità kompetenti tagħha, istituzzjoni tista’ tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq tas-CIU skont il-limiti stabbiliti fil-mandat tas-CIU u fil-liġi rilevanti;
meta l-istituzzjoni la tissodisfa l-kundizzjonijiet fil-punt (a) u lanqas (b), l-istituzzjoni għandha talloka s-CIU għall-portafoll mhux tan-negozjar.
Istituzzjoni li tuża wieħed mill-approċċi stabbiliti fil-punt (b) għandha tapplika r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza stabbilit fit-Taqsima 5 ta’ dan il-Kapitolu u s-suppliment tar-riskju residwu stabbilit fit-Taqsima 4 ta’ dan il-Kapitolu fejn il-mandat tas-CIU jimplika li xi skoperturi fis-CIU għandhom ikunu soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji.
Istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fil-punt (ii) tal-punt (b) tista’ tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi tas-CIU, bl-użu tal-approċċ simplifikat stabbilit fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 132a.
Madankollu, meta d-data għall-aħħar 12-il xahar ma tkunx għalkollox disponibbli, istituzzjoni tista’, soġġett għall-permess mingħand l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni, tuża differenza fir-ritorn annwali minn perjodu iqsar minn 12-il xahar.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, istituzzjoni għandha twettaq il-kalkoli skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
għall-finijiet tal-ikkalkular tar-rekwiżit ta’ fondi proprji skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stabbilit fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, is-CIU għandha l-ewwel tassumi l-pożizzjoni sal-limitu massimu permess skont il-mandat tagħha jew il-liġi rilevanti fl-iskoperturi li jattiraw l-ogħla rekwiżiti ta’ fondi proprji u mbagħad għandha tkompli tassumi pożizzjonijiet f’ordni dekrexxenti sakemm jintlaħaq il-limitu massimu ta’ telf totali;
għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza stabbiliti fit-Taqsima 5 ta’ dan il-Kapitolu, is-CIU għandha l-ewwel tassumi l-pożizzjoni sal-limitu massimu permess skont il-mandat tagħha jew il-liġi rilevanti fl-iskoperturi li jattiraw l-ogħla rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti skont dik it-Taqsima u mbagħad għandha tkompli tassumi pożizzjonijiet f’ordni dekrexxenti sakemm jintlaħaq il-limitu massimu ta’ telf totali;
is-CIU għandha tapplika ingranaġġ sal-limitu massimu permess skont il-mandat jew il-liġi rilevanti tagħha, fejn applikabbli.
Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-pożizzjonijiet kollha fl-istess CIU li għalihom jintużaw il-kalkoli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi awtonoma bħala portafoll separat bl-użu tal-approċċ stabbilit f’dan il-Kapitolu.
Artikolu 325k
Pożizzjonijiet sottoskritti
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw wieħed mill-fatturi multiplikanti xierqa elenkati fit-Tabella 1 għas-sensittivitajiet netti tal-pożizzjonijiet sottoskritti kollha f'kull emittent individwali, bl-esklużjoni tal-pożizzjonijiet sottoskritti li huma sottoskritti jew sotto-sottoskritti minn partijiet terzi fuq il-bażi ta' ftehimiet formali, u jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-approċċ stabbilit f'dan il-Kapitolu fuq il-bażi tas-sensittivitajiet netti aġġustati.
Tabella 1
Ġurnata tax-xogħol 0 |
0 % |
Ġurnata tax-xogħol 1 |
10 % |
Ġranet tax-xogħol 2 u 3 |
25 % |
Ġurnata tax-xogħol 4 |
50 % |
Ġurnata tax-xogħol 5 |
75 % |
Wara l-ġurnata tax-xogħol 5 |
100 % |
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “ġurnata tax-xogħol 0” tfisser il-ġurnata tax-xogħol li fiha l-istituzzjoni tieħu l-impenn mingħajr kondizzjonijiet li taċċetta kwantità magħrufa ta' titoli bi prezz miftiehem.
Artikolu 325l
Fatturi ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax
Il-fatturi delta ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax applikabbli għal strumenti sensittivi għar-rata tal-imgħax għandhom ikunu r-rati mingħajr riskju rilevanti għal kull munita u għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: 0,25 sena, 0,5 sena, sena, sentejn, 3 snin, 5 snin, 10 snin, 15-il sena, 20 sena, 30 sena. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw fatturi ta' riskju lill-punti speċifikati b'interpolazzjoni lineari jew billi jużaw metodu li huwa l-iktar konsistenti mal-funzjonijiet tal-ipprezzar użati mill-funzjoni ta' kontroll tar-riskju indipendenti tal-istituzzjoni biex tirrapporta r-riskju tas-suq jew il-profitti u t-telf lill-maniġment superjuri.
Meta d-data dwar kurvi ta' swaps implikati mis-suq deskritti fil-paragrafu 2 u fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu hija insuffiċjenti, ir-rati mingħajr riskju jistgħu jiġu derivati mill-kurva tal-bonds sovrani l-iktar xierqa għal munita partikolari.
Meta l-istituzzjonijiet jużaw il-fatturi ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax derivati f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu għal strumenti tad-dejn sovran, l-istrumenti tad-dejn sovran m'għandhomx ikunu eżenti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-firxa ta' kreditu. F'dawk il-każijiet, fejn ma jkunx possibbli li tifred ir-rata mingħajr riskju mill-komponent tal-firxa ta' kreditu, is-sensittività għall-fattur ta' riskju għandu jiġi allokat kemm għar-riskju ġenerali tar-rati tal-imgħax kif ukoll għall-klassijiet tar-riskju tal-firxa ta' kreditu.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fatturi ta' riskju addizzjonali għar-riskju tal-inflazzjoni għal strumenti tad-dejn li l-flussi tal-flus tagħhom huma funzjonalment dipendenti fuq ir-rati tal-inflazzjoni. Dawk il-fatturi ta' riskju addizzjonali għandhom jikkonsistu f'vettur wieħed ta' rati tal-inflazzjoni implikati mis-suq ta' maturitajiet differenti għal kull munita. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm rati tal-inflazzjoni użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument.
Kull fattur ta' riskju bażi bejn il-muniti għandu jikkonsisti f'vettur wieħed ta' bażi bejn il-muniti ta' maturitajiet differenti għal kull munita. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm bażijiet bejn il-muniti użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket differenti.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għall-fattur ta' riskju bażi bejn il-muniti bħala l-bidla fil-valur tal-istrument, skont il-mudell tal-ipprezzar tiegħu, bħala riżultat ta' ċaqliq ta' punt bażi f'kull wieħed mill-komponenti tal-vettur. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket separat. F'kull bucket għandu jkun hemm żewġ fatturi distinti possibbli: bażi kontra l-euro u bażi kontra d-dollaru Amerikan, irrispettivament min-numru ta' komponenti li jkun hemm f'kull vettur bażi bejn il-muniti. In-numru massimu ta' sensittivitajiet netti għal kull bucket għandu jkun tnejn.
Għall-finijiet ta' netting, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-volatilitajiet implikati marbuta mal-istess rati mingħajr riskju u kklassifikati għall-istess maturitajiet biex jikkostitwixxu l-istess fattur ta' riskju.
Meta l-istituzzjonijiet jikklassifikaw il-volatilitajiet implikati għall-maturitajiet kif imsemmi f'dan il-paragrafu, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
fejn il-maturità tal-opzjoni hija allinjata mal-maturità tas-sottostanti, għandu jitqies fattur ta' riskju uniku, li għandu jkun ikklassifikat ma' dik il-maturità;
fejn il-maturità tal-opzjoni hija iqsar mill-maturità tas-sottostanti, il-fatturi ta' riskju li ġejjin għandhom jitqiesu kif ġej:
l-ewwel fattur ta' riskju għandu jiġi kklassifikat mal-maturità tal-opzjoni;
it-tieni fattur ta' riskju għandu jiġi kklassifikat mal-maturità residwa tas-sottostanti tal-opzjoni fid-data ta' skadenza tal-opzjoni.
M'għandux ikun hemm rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kurvatura għall-inflazzjoni u għar-riskji bażi bejn il-muniti.
Artikolu 325m
Fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjoni
Artikolu 325n
Fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjoni
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu tat-titolizzazzjonijiet mhux tal-ACTP imsemmija fil-paragrafu 5 għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li ma humiex inklużi fil-ACTP, kif imsemmi fl-Artikolu 325(6), (7) u (8).
Il-buckets applikabbli għar-riskju tal-firxa tal-kreditu għal titolizzazzjonijiet li ma humiex inklużi fil-ACTP għandhom ikunu speċifiċi għal dik il-kategorija ta' klassi tar-riskju, kif imsemmi fit-Taqsima 6.
Il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li huma inklużi fil-ACTP huma dawn li ġejjin:
il-fatturi delta ta' riskju għandhom ikunu r-rati kollha rilevanti tal-firxa tal-kreditu tal-emittenti tal-iskoperturi sottostanti tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni, inferiti mill-istrumenti tad-dejn u mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu rilevanti, u għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.
il-fatturi vega ta' riskju applikabbli għal opzjonijiet b'pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li huma inklużi fil-ACTP bħala sottostanti għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-firxiet tal-kreditu tal-emittenti tal-iskoperturi sottostanti tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni, inferiti kif deskritt fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, li għandhom jiġu kklassifikati għall-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturità tal-opzjoni korrispondenti soġġetta għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.
il-fatturi ta' riskju tal-kurvatura għandhom ikunu l-kurvi tar-rendiment rilevanti tal-firxa tal-kreditu tal-emittenti tal-iskoperturi sottostanti tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni espressi bħala vettur tar-rati tal-firxa tal-kreditu għal maturitajiet differenti, inferiti kif indikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu; għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati tal-firxa tal-kreditu li jintużaw bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument.
Il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li ma humiex inklużi fil-ACTP għandhom jirreferu għall-firxa tas-segment iktar milli l-firxa tal-istrumenti sottostanti u għandhom ikunu dawn li ġejjin:
il-fatturi delta ta' riskju għandhom ikunu r-rati rilevanti tal-firxa tal-kreditu tas-segment, ikklassifikati għall-maturitajiet li ġejjin, f'konformità mal-maturità tas-segment: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.
il-fatturi vega ta' riskju applikabbli għal opzjonijiet b'pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li ma humiex inklużi fil-ACTP bħala sottostanti għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-firxiet tal-kreditu tas-segmenti, b'kull waħda kklassifikata għall-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturità tal-opzjoni soġġett għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.
il-fatturi ta' riskju tal-kurvatura għandhom ikunu l-istess bħal dawk deskritti fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu; għal dawk il-fatturi ta' riskju kollha, għandha tiġi applikata piż tar-riskju komuni, kif imsemmija fit-Taqsima 6.
Artikolu 325o
Fatturi tar-riskju tal-ekwità
Għall-finijiet tar-riskju tal-ekwità, kurva repo tal-ekwità speċifika għandha tikkostitwixxi fattur ta' riskju uniku, li jkun espress bħala vettur ta' rati repo għal maturitajiet differenti. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati repo li jintużaw bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività ta' strument għal fattur ta' riskju tal-ekwità bħala l-bidla fil-valur tal-istrument, skont il-mudell tal-ipprezzar tiegħu, bħala riżultat ta' ċaqliq ta' punt bażi f'kull wieħed mill-komponenti tal-vettur. L-istituzzjonijiet għandhom ipaċu s-sensittivitajiet għall-fattur ta' riskju tar-rata repo tal-istess titolu tal-ekwità, irrispettivament min-numru ta' komponenti ta' kull vettur.
Artikolu 325p
Fatturi tar-riskju tal-komodità
Is-sensittività tal-istrument għal kull fattur ta' riskju użat fil-formola tar-riskju tal-kurvatura sik għandha tiġi kkalkulata kif speċifikat fl-Artikolu 325g. Għall-fini tar-riskju ta' kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw vetturi li għandhom numru differenti ta' komponenti biex jikkostitwixxu l-istess fattur ta' riskju, sakemm dawk il-vetturi jikkorrispondu għall-istess tip ta' komodità.
Artikolu 325q
Fatturi ta' riskju tal-kambju
Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 3, istituzzjoni tista’ tissostitwixxi, bil-permess mingħand l-awtorità kompetenti tagħha, il-munita tar-rapportar tagħha b’munita oħra (“il-munita bażi”) fir-rati kollha tal-kambju spot biex tesprimi l-fatturi ta’ riskju delta u ta’ kurvatura tal-kambju fejn dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:
l-istituzzjoni tuża biss munita bażi waħda;
l-istituzzjoni tapplika l-munita bażi b’mod konsistenti għall-pożizzjonijiet kollha tagħha fil-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar;
l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tagħha li:
l-użu tal-munita bażi magħżula jipprovdi rappreżentazzjoni xierqa tar-riskju għall-pożizzjonijiet tal-istituzzjonijiet soġġetti għar-riskji tal-kambju;
l-għażla tal-munita bażi hija kompatibbli mal-mod kif l-istituzzjoni timmaniġġja dawk ir-riskji tal-kambju internament;
l-għażla tal-munita bażi mhijiex motivata primarjament mix-xewqa li jitnaqqsu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni;
l-istituzzjoni tqis ir-riskju marbut mal-qlib mill-munita tar-rapportar għall-munita bażi.
Istituzzjoni li tkun ingħatat il-permess li tuża munita bażi kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandha tikkonverti r-rekwiżit ta’ fondi proprji li jirriżulta għar-riskju tal-kambju fil-munita ta’ rapportar billi tuża r-rata tal-kambju spot prevalenti bejn il-munita bażi u l-munita tar-rapportar.
Artikolu 325r
Sensittivitajiet għar-riskju delta
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw fatturi delta ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax (GIRR) kif ġej:
is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju li jikkonsistu f'rati mingħajr riskju għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:
fejn:
|
= |
is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju li jikkonsistu f'rati mingħajr riskju; |
rkt |
= |
ir-rata ta' kurva mingħajr riskju k b'maturità t; |
Vi (.) |
= |
il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i; u |
x,y |
= |
fatturi ta' riskju minbarra rkt fil-funzjoni tal-ipprezzarVi; |
is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju li jikkonsistu f'riskju tal-inflazzjoni u bażi bejn il-muniti għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:
fejn:
|
= |
is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju li jikkonsistu f'riskju tal-inflazzjoni u bażi bejn il-muniti; |
|
= |
vettur ta' komponenti m li jirrappreżenta l-kura tal-inflazzjoni implikata jew il-kurva bażi bejn il-muniti għal munita speċifika j bil-m tkun ugwali għan-numru ta' varjabbli relatati mal-inflazzjoni jew bejn il-muniti użati fil-mudell tal-ipprezzar tal-istrument i; |
|
= |
il-matriċi tal-unità ta' dimensjoni (1 × m); |
Vi (.) |
= |
il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i; u |
y, z |
= |
varjabbli oħra fil-mudell tal-ipprezzar. |
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet delta tar-riskju tal-firxa tal-kreditu għall-pożizzjonijiet kollha ta' titolizzazzjoni u nontitolizzazzjoni kif ġej:
fejn:
|
= |
is-sensittivitajiet delta tar-riskju tal-firxa tal-kreditu għall-pożizzjonijiet kollha ta' titolizzazzjoni u nontitolizzazzjoni; |
cskt |
= |
il-valur tar-rata tal-firxa tal-kreditu ta' emittent j fil-maturità t; |
Vi (.) |
= |
il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i; u |
x,y |
= |
fatturi ta' riskju minbarra cskt fil-funzjoni tal-ipprezzar Vi. |
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet ta' riskju delta tal-ekwità kif ġej:
is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju k li jikkonsistu fi prezzijiet spot tal-ekwità għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:
fejn:
sk |
= |
is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju k li jikkonsistu fi prezzijiet spot tal-ekwità; |
k |
= |
hija titolu ta' ekwità speċifiku; |
EQk |
= |
il-valur tal-prezz spot ta' dak it-titolu ta' ekwità; |
Vi (.) |
= |
il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i; u |
x,y |
= |
fatturi ta' riskju minbarra EQk fil-funzjoni tal-ipprezzar Vi; |
is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju li jikkonsistu f'rati repo tal-ekwità għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:
fejn:
|
= |
is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju li jikkonsistu f'rati repo tal-ekwità; |
k |
= |
l-indiċi li jindika l-ekwità; |
|
= |
vettur ta' komponenti m li jirrappreżenta l-istruttura tat-terminu tar-repo għal ekwità speċifika k bil-m tkun ugwali għan-numru ta' rati repo li jikkorrispondu għal maturitajiet differenti użati fil-mudell tal-ipprezzar tal-istrument i; |
|
= |
il-matriċi tal-unità ta' dimensjoni (1 · m); |
Vi (.) |
= |
il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i; u |
y,z |
= |
fatturi ta' riskju minbarra |
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet ta' riskju delta tal-komoditajiet għal kull fattur ta' riskju k kif ġej:
fejn:
sk |
= |
is-sensittivitajiet ta' riskju delta tal-komoditajiet; |
k |
= |
fattur ta' riskju partikolari għall-komoditajiet; |
CTYk |
= |
il-valur tal-fattur ta' riskju k; |
Vi (.) |
= |
il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i; u |
y, z |
= |
fatturi ta' riskju minbarra CTYk fil-mudell tal-ipprezzar tal-istrument i. |
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet ta' riskju delta tal-kambju għal kull fattur ta' riskju tal-kambju k kif ġej:
fejn:
sk |
= |
is-sensittivitajiet ta' riskju delta tal-kambju; |
k |
= |
fattur ta' riskju partikolari tal-kambju; |
FXk |
= |
il-valur tal-fattur ta' riskju; |
Vi (.) |
= |
il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i; u |
y, z |
= |
fatturi ta' riskju minbarra FXk fil-mudell tal-ipprezzar tal-istrument i. |
Artikolu 325s
Sensittivitajiet għar-riskju vega
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività għar-riskju vega ta' opzjoni għal fattur ta' riskju partikolari k kif ġej:
fejn:
sk |
= |
is-sensittività għar-riskju vega ta' opzjoni; |
k |
= |
fattur ta' riskju vega speċifiku, li jikkonsisti f'volatilità implikata; |
volk |
= |
il-valur ta' dak il-fattur ta' riskju, li għandu jkun espress bħala perċentwal; u |
x,y |
= |
fatturi ta' riskju minbarra volk fil-funzjoni tal-ipprezzar Vi. |
Artikolu 325t
Rekwiżiti dwar komputazzjonijiet tas-sensittività
Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li istituzzjoni li ngħatat il-permess tuża l-approċċ mudell intern alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1b tuża l-funzjonijiet ta' pprezzar tas-sistema ta' kejl tar-riskju tal-approċċ mudell intern tagħhom fil-kalkolu ta' sensittivitajiet skont dan il-Kapitolu għall-kalkolu u r-rappurtar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-Artikolu 430b(3).
Meta jikkalkulaw is-sensittivitajiet għar-riskju vega tal-istrumenti b'opzjonalità kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 325e(2), għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
għar-riskju ġenerali fir-rata tal-imgħax u r-riskju ta' firxa tal-kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom jassumu, għal kull munita, li s-sottostanti tal-fatturi ta' riskju ta' volatilità li għalihom huwa kkalkulat ir-riskju vega jew isegwu distribuzzjoni lognormali jew normali fil-mudelli ta' pprezzar użati għal dawk l-istrumenti;
għal riskju ta' ekwità, riskju ta' komodità u riskju tal-kambju, l-istituzzjonijiet għandhom jassumu li s-sottostanti tal-fatturi ta' riskju ta' volatilità li għalihom huwa kkalkulat ir-riskju vega jsegwu distribuzzjoni lognormali fil-mudelli ta' pprezzar użati għal dawk l-istrumenti.
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, soġġetta għall-permess mill-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni tista' tuża definizzjonijiet alternattivi ta' sensittivitajiet għar-riskju delta fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' pożizzjoni ta' portafoll tan-negozjar skont dan il-Kapitolu, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
dawn id-definizzjonijiet alternattivi huma użati għall-finijiet ta' ġestjoni tar-riskju intern u biex jiġu rrappurtati l-profitti u t-telf lill-maniġment superjuri minn unità indipendenti tal-kontroll tar-riskju fi ħdan istituzzjoni;
l-istituzzjoni turi li dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma aktar xierqa biex ikopru s-sensittivitajiet għall-pożizzjoni milli l-formoli stabbiliti f'din is-Subtaqsima u li s-sensittivitajiet li jirriżultaw ma jvarjawx materjalment minn dawk il-formoli.
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, soġġetta għall-permess mill-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni tista' tikkalkula sensittivitajiet vega abbażi ta' trasformazzjoni lineari ta' definizzjonijiet alternattivi fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' pożizzjoni ta' portafoll tan-negozjar skont dan il-Kapitolu, dment li l-istituzzjoni tissodisfa ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma użati għall-finijiet ta' ġestjoni tar-riskju intern u għar-rappurtar tal-profitt u t-telf lill-maniġment superjuri minn unità indipendenti tal-kontroll tar-riskju fi ħdan istituzzjoni;
l-istituzzjoni turi li dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma aktar xierqa biex ikopru s-sensittivitajiet rilevanti għall-pożizzjoni milli huma l-formoli stabbiliti f'din is-Subtaqsima u li t-trasformazzjoni lineari msemmija fl-ewwel subparagrafu tirrifletti sensittività għar-riskju vega.
Artikolu 325u
Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji residwi
L-istrumenti jkunu meqjusa esposti għal riskji residwi meta jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istrument jirreferi għal sottostanti eżotiku, li, għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, tfisser strument ta' portafoll ta' negozjar li jirreferi għal skopertura sottostanti li mhix fl-ambitu tat-trattamenti tar-riskju delta, vega jew kurvatura skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stabbilit fit-Taqsima 2 jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza stipulat fit-Taqsima 5;
l-istrument huwa strument li għandu riskji residwi oħra, li, għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, tfisser kwalunkwe waħda minn dawn l-istrumenti li ġejjin:
l-istrumenti li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju vega u kurvatura taħt il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stipulat fit-Taqsima 2 u jiġġenera gwadanji li ma jistgħux jiġu replikati bħala kombinazzjoni lineari definita ta' opzjonijiet vanilla b'biċċa ekwità sottostanti unika, prezz tal-komoditajiet, rata tal-kambju, prezz ta' bond, prezz ta' swap ta' inadempjenza ta' kreditu jew swap tar-rati tal-imgħax;
l-istrumenti li huma pożizzjonijiet li huma inklużi fl-ACTP imsemmija fl-Artikolu 325(6); iħħeġġjar li huma inklużi fl-ACTP, kif imsemmi fl-Artikolu 325(8), m'għandux jitqies.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 bħala s-somma tal-ammonti nozzjonali grossi tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 2 multiplikata bil-piżijiet tar-riskju li ġejjin:
1,0 % fil-każ ta' strumenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2;
0,1 % fil-każ ta' strumenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.
B'deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjoni m'għandhiex tapplika r-rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji residwi għal strument li jissodisfa kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istrument ikun elenkat fuq borża rikonoxxuta;
l-istrument huwa eliġibbli għall-ikklerjar ċentrali f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
l-istrument ipaċi b'mod perfett ir-riskju tas-suq ta' pożizzjoni oħra fil-portafoll tan-negozju, f'liema każ iż-żewġ pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar li jaqblu perfettament għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji residwi.
Meta tiżviluppa dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ABE għandha teżamina jekk ir-riskju ta' lonġevità, it-temp, id-diżastri naturali u l-volatilità rrealizzata fil-futur għandhomx jitqiesu bħala sottostanti eżotiċi.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2021.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 325v
Definizzjonijiet u dispożizzjonijiet ġenerali
Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“skopertura qasira” tfisser li l-inadempjenza ta' emittent jew grupp ta' emittenti twassal għal gwadann għall-istituzzjoni, irrispettivament mit-tip ta' strument jew tranżazzjoni li toħloq l-iskopertura;
“skopertura twila” tfisser li l-inadempjenza ta' emittent jew grupp ta' emittenti twassal għal telf għall-istituzzjoni, irrispettivament mit-tip ta' strument jew tranżazzjoni li toħloq l-iskopertura;
“l-ammont gross ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija (gross JTD)” tfisser id-daqs stmat tat-telf jew tal-profitt li l-inadempjenza tal-obbligant tipproduċi għal skopertura speċifika;
“l-ammont nett ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija (JTD net)” tfisser id-daqs stmat tat-telf jew tal-profitt li ġġarrab istituzzjoni minħabba l-inadempjenza ta' obbligant, wara li tkun saret it-tpaċija bejn l-ammonti grossi ta' JTD,
“telf fil-każ ta' inadempjenza” jew “LGD” huwa t-telf fil-każ ta' inadempjenza tal-obbligant fuq strument maħruġ minn dan l-obbligant espress bħala ammont nozzjonali tal-istrument;
“piż tar-riskju ta' inadempjenza” tfisser il-perċentwal li jirrappreżenta l-probabbiltà stmati tal-inadempjenza ta' kull obbligant, f'konformità mal-affidabbiltà kreditizja ta' dak l-obbligant.
Artikolu 325w
Ammonti grossi ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti grossi ta' JTD għal kull skopertura twila għall-istrumenti tad-dejn kif ġej:
JTDtwila |
= |
l-ammont gross ta' JTD għall-iskopertura twila; |
Vnozzjonali |
= |
l-ammont nozzjonali tal-istrument li minnu tiġi l-iskopertura; |
P&Ltwil |
= |
terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil- valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura twila; il-profitt għandu jidħol fil-formula b’sinjal pożittiv u t-telf għandu jidħol fil-formola b’sinjal negattiv; u |
Aġġustamenttwil |
= |
fejn l-istrumenti li minnu tiġi l-iskopertura huwa strument derivattiv, l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, it-telf tal-istituzzjoni fil-każ ta’ inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b’mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; iż-żidiet għandhom jidħlu fil-formula b’sinjal pożittiv u t-tnaqqis għandu jidħol fil-formola b’sinjal negattiv. |
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti grossi ta' JTD għal kull skopertura qasira għall-istrumenti tad-dejn kif ġej:
JTDqasir |
= |
l-ammont gross ta' JTD għall-iskopertura qasira; |
Vnotional |
= |
l-ammont nozzjonali tal-istrument li minnu tiġi l-iskopertura li għandu jidħol fil-formula b’sinjal negattiv; |
P&Lqasir |
= |
terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil-valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura qasira; il-profitt għandu jidħol fil-formula b'sinjal pożittiv u t-telf għandu jidħol fil-formula b'sinjal negattiv; u |
Aġġustamentqasir |
= |
fejn l-istrumenti li minnu tiġi l-iskopertura huwa strument derivattiv, l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, il-profitt tal-istituzzjoni fil-każ ta’ inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b’mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; it-tnaqqis għandu jidħol fil-formola b’sinjal pożittiv u ż-żidiet għandhom jidħlu fil-formola b’sinjal negattiv. |
Għall-finijiet tal-kalkolu stabbilit fil-paragrafi 1 u 2, l-LGD għall-istrumenti tad-dejn li għandu jiġi applikat mill-istituzzjonijiet għandu jkun dan li ġej:
skoperturi għal strumenti tad-dejn mhux superjuri għandhom jiġu assenjati LGD ta' 100 %;
skoperturi għal strumenti tad-dejn superjuri għandhom jiġu assenjati LGD ta' 75 %;
skoperturi għal bonds koperti, kif imsemmi fl-Artikolu 129, għandhom jiġu assenjati LGD ta' 25 %.
Għall-finijiet tal-kalkoli stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, l-ammonti nozzjonali għandhom jiġu determinati kif ġej:
fil-każ ta’ bond, l-ammont nozzjonali huwa l-valur nominali tal-bond;
fil-każ ta’ opzjoni ta’ put mibjugħa fuq bond, l-ammont nozzjonali huwa l-ammont nozzjonali tal-opzjoni; fil-każ ta’ opzjoni ta’ call mixtrija fuq bond, l-ammont nozzjonali huwa ta’ 0.
Għall-iskoperturi għal strumenti tal-ekwità, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti grossi ta’ JTD kif ġej:
fejn:
JTDtwil |
= |
l-ammont gross ta’ JTD għall-iskopertura twila; |
Vnozzjonali |
= |
l-ammont nozzjonali tal-istrument li minnu tiġi l-espożizzjoni; l-ammont nozzjonali huwa l-valur ġust tal-ekwità għal strumenti tal-ekwità ta’ flus; għall-formola JTDqasir, l-ammont nozzjonali tal-istrument għandu jidħol fil-formola b’sinjal negattiv; |
P&Ltwil |
= |
terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil-valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura twila; il-profitt għandu jidħol fil-formula b’sinjal pożittiv u t-telf b’sinjal negattiv; |
Aġġustamenttwil |
= |
l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, it-telf tal-istituzzjoni fil-każ ta’ inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b’mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; iż-żidiet għandhom jidħlu fil-formola b’sinjal pożittiv u t-tnaqqis għandu jidħol fil-formola b’sinjal negattiv; |
JTDqasir |
= |
l-ammont gross ta’ JTD għall-iskopertura qasira; |
P&Lqasir |
= |
terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil-valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura qasira; il-profitt għandu jidħol fil-formula b’sinjal pożittiv u t-telf għandu jidħol fil-formula b’sinjal negattiv; u |
Aġġustamentqasir |
= |
l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, il-profitt tal-istituzzjoni fil-każ ta’ inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b’mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; it-tnaqqis għandu jidħol fil-formola b’sinjal pożittiv u ż-żidiet għandhom jidħlu fil-formola b’sinjal negattiv. |
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
kif l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-komponenti P&Ltwil, P&Lqasir, Aġġustamenttwil u Aġġustamentqasir meta jikkalkulaw l-ammonti ta’ JTD għat-tipi differenti ta’ strumenti f’konformità ma’ dan l-Artikolu;
li metodoloġiji alternattivi iridu jużaw l-istituzzjonijiet għall-finijiet tal-istima tal-ammonti grossi ta' JTD imsemmija fil-paragrafu 7.
l-ammonti nozzjonali ta' strumenti minbarra dawk li jissemmew fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2021.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 325x
Ammonti netti ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija
It-tpaċija għandha tkun sħiħa jew parzjali skont il-maturitajiet tal-iskoperturi ta' tpaċija:
it-tpaċija għandha tkun sħiħa meta l-iskoperturi kollha ta' tpaċija jkollhom maturitajiet ta' sena jew iktar.
it-tpaċija għandha tkun parzjali meta tal-inqas waħda mill-iskoperturi ta' tpaċija jkollha maturità ta' inqas minn sena, f'liema każ, id-daqs tal-ammont ta' JTD ta' kull skopertura b'maturità ta' inqas minn sena għandu jiġi multiplikat bil-proporzjon tal-maturità tal-iskopertura relattiv għal sena.
Artikolu 325y
Kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza
L-ammonti netti ta' JTD, irrispettivament mit-tip ta' kontroparti, għandhom jiġu mmultiplikati bil-piżijiet tar-riskju ta' inadempjenza li jikkorrispondu mal-kwalità kreditizja tagħhom kif speċifikat fit-Tabella 2:
Tabella 2
Kategorija tal-kwalità kreditizja |
Piż tar-riskju ta' inadempjenza |
L-ewwel skala tal-kwalità kreditizja |
0.5 % |
It-tieni skala tal-kwalità kreditizja |
3 % |
It-tielet skala tal-kwalità kreditizja |
6 % |
Ir-raba' skala tal-kwalità kreditizja |
15 % |
Il-ħames skala tal-kwalità kreditizja |
30 % |
Is-sitt skala tal-kwalità kreditizja |
50 % |
Mhux klassifikati |
15 % |
Inadempjenti |
100 % |
L-ammonti netti ta' JTD ippeżati għandhom jiġu aggregati f'kull bucket f'konformità mal-formula li ġejja:
DRCb |
= |
ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-bucket b; |
i |
= |
l-indiċi li jindika strument li jappartjeni għall-bucket b; |
RWi |
= |
il-piż tar-riskju; u |
WtS |
= |
proporzjon li jirrikonoxxi benefiċċju għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar f'bucket, li għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
|
Għall-finijiet tal-kalkolu tad-DRCb u l-WtS, il-pożizzjonijiet twal u qosra għandhom jiġu aggregati għall-pożizzjonijiet kollha f'bucket irrispettivament mill-iskala tal-kwalità kreditizja li għaliha jkunu ġew allokati dawk il-pożizzjonijiet, biex jipproduċu r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza speċifiċi għall-bucket.
Artikolu 325z
Ammonti ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija
Artikolu 325aa
Kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal titolizzazzjonijiet
L-ammonti netti ta' JTD ippeżati għar-riskju għandhom jiġu assenjati għall-buckets li ġejjin:
bucket komuni wieħed għall-kumpaniji kollha, irrispettivament mir-reġjun;
44 buckets differenti li jikkorrispondu għal bucket wieħed għal kull reġjun għal kull waħda mill-ħdax-il klassi tal-assi ddefiniti fit-tieni subparagrafu.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-11-il klassi tal-assi huma ABCP, self/leases għal karozzi, titoli abbażi ta' ipoteki residenzjali (RMBS), karti tal-kreditu, titoli abbażi ta' ipoteka kummerċjali (CMBS), obbligi fuq self kollateralizzat, obbligu kwadrat ta' dejn kollateralizzat (CDO kwadrat), intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (“SMEs”), self għall-istudenti, bejgħ bl-imnut ieħor, bejgħ bl-ingrossa ieħor. L-erba' reġjuni huma l-Asja, l-Ewropa, l-Amerka ta' Fuq, u l-bqija tad-dinja.
Artikolu 325ab
Kamp ta' applikazzjoni
Artikolu 325ac
Ammonti ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija għall-ACTP
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
“tqassim permezz ta' mudell tal-valutazzjoni” tfisser li kostitwent b'isem uniku ta' titolizzazzjoni huwa vvalutat bħala d-differenza bejn il-valur mhux kondizzjonat tat-titolizzazzjoni u l-valur kondizzjonat tat-titolizzazzjoni fuq is-suppożizzjoni li dak l-isem uniku jfalli b'LGD ta' 100 %;
“replikazzjoni” tfisser li l-kombinament ta' segmenti individwali tal-indiċi ta' titolizzazzjoni huma kkombinati biex jirreplikaw segment ieħor tal-istess serje tal-indiċi, jew biex jirreplikaw pożizzjoni mhux segmentata fis-serje tal-indiċi;
“tqassimchar” tfisser ir-replikazzjoni ta' indiċi b'titolizzazzjoni li tagħha l-iskoperturi sottostanti fil-pool huma identiċi għall-iskoperturi ta' isem uniku li jagħmlu l-indiċi.
Il-prodotti li fihom ikun hemm nuqqas Neżmu tal-obbligi għandhom jiġu ttrattati bħala prodotti ssegmentati bil-punti ta' attakkament u distakkament li ġejjin:
punt ta' attakkament = (N – 1) / Ismijiet Totali;
punt ta' distakkament = N / Ismijiet Totali;
fejn “Ismijiet Totalichar” għandu jkun in-numru totali ta' ismijiet fil-basket jew fil-pool sottostanti.
L-ammonti netti ta' JTD u mhux mistennija għandhom jiġu ddeterminati bit-tpaċija ta' ammonti grossi twal ta' JTD u mhux mistennija ammonti grossi qosra ta' JTD u mhux mistennija. It-tpaċija għandha tkun possibbli biss bejn skoperturi li mill-bqija huma identiċi ħlief għall-maturità. It-tpaċija għandha tkun possibbli biss kif ġej:
għal indiċijiet, segmenti tal-indiċi u segmenti personalizzati, it-tpaċija għandha tkun possibbli fost maturitajiet fl-istess familja tal-indiċi, serje u segment, soġġett għad-dispożizzjonijiet dwar l-iskoperturi ta' inqas minn sena stabbiliti fl-Artikolu 325x; l-ammonti JTD grossi twal u l-ammonti JTD gross qosra li huma replikazzjonijiet perfetti jistgħu jkunu paċuti permezz ta' tqassim fi skoperturi ekwivalenti b'isem uniku bl-użu ta' mudell tal-valutazzjoni; f'każijiet bħal dawn, is-somma tal-ammonti JTD gross ta' skoperturi ekwivalenti b'isem uniku miksuba permezz tat-tqassim għandha tkun ugwali għall-ammont JTD gross tal-iskopertura mhux imqassma;
it-tpaċija permezz ta' tqassim kif stabbilit fil-punt (a) m'għandux ikun permess għar-rititolizzazzjonijiet jew derivattivi fuq it-titolizzazzjoni;
għall-indiċi u s-segmenti tal-indiċi, it-tpaċija għandha tkun possibbli fost maturitajiet fl-istess familja tal-indiċi, serje u segment permezz ta' replikazzjoni jew permezz ta' tqassim; meta l-iskoperturi twal u l-iskoperturi qosra huma mill-bqija ekwivalenti ħlief għal komponent residwu wieħed, it-tpaċija għandha tkun permessa u l-ammont nett ta' JTD għandu jirrifletti l-iskopertura residwa;
segmenti differenti tal-istess serje tal-indiċi, serje differenti tal-istess indiċi u familji tal-indiċi differenti ma jistgħux jintużaw biex ipaċu lil xulxin.
Artikolu 325ad
Kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-ACTP
L-ammonti netti ta' JTD għandhom jiġu multiplikati bi:
għal prodotti ssegmentati, il-piżijiet tar-riskju ta' inadempjenza li jikkorrispondu għall-kwalità tal-kreditu kif speċifikat fl-Artikolu 325y(1) u (2);
għal prodotti mhux issegmentati, il-piżijiet tar-riskju ta' inadempjenza msemmija fl-Artikolu 325aa(1).
L-ammonti netti ta' JTD ippeżati għandhom jiġu aggregati f'kull bucket f'konformità mal-formula li ġejja:
DRCb |
= |
ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-bucket b; |
i |
= |
strument li jappartjeni għall-bucket b; u |
WtSACTP |
= |
il-proporzjon li jirrikonoxxi benefiċċju għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar fi ħdan bucket, li għandu jiġi kalkulat f'konformità mal-formula WtS stabbilita fl-Artikolu 325y(4), iżda bl-użu ta' pożizzjonijiet twal u pożizzjonijiet qosra fl-ACTP kollu kemm hu u mhux biss il-pożizzjonijiet fil-bucket partikolari. |
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-ACTP billi jużaw il-formula li ġejja:
fejn:
DRCACTP |
= |
ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza tal-ACTP; u |
DRCb |
= |
ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-bucket b. |
Artikolu 325ae
Piżijiet tar-riskju għar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rati tal-imgħax
Għal muniti mhux inklużi fl-iktar subkategorija likwida tal-muniti kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 325bd(7), il-piżijiet tar-riskju tas-sensittivitajiet għall-fatturi ta’ riskju tar-rata mingħajr riskju għandhom ikunu dawn li ġejjin:
Tabella 3
Bucket |
Maturità |
Piżijiet tar-Riskju |
1 |
0,25 snin |
1,7 % |
2 |
0,5 snin |
1,7 % |
3 |
sena |
1,6 % |
4 |
sentejn |
1,3 % |
5 |
3 snin |
1,2 % |
6 |
5 snin |
1,1 % |
7 |
10 snin |
1,1 % |
8 |
15-il sena |
1,1 % |
9 |
20 sena |
1,1 % |
10 |
30 sena |
1,1 % |
Artikolu 325af
Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax
Bejn żewġ sensitivitajiet ippeżati ta' fatturi tar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax WSk u WSl fi ħdan l-istess bucket, li jikkorrispondu għall-istess kurva, iżda li jkollhom maturitajiet differenti, il-korrelazzjoni għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
Tk (rispettivament Tl) |
= |
il-maturità li tirrelata għar-rata mingħajr riskju; |
θ |
= |
3 % |
Artikolu 325ag
Korrelazzjonijiet bejn buckets għar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax
Artikolu 325ah
Piżijiet tar-riskju għar-riskju ta' firxiet tal-kreditu għan-nontitolizzazzjonijiet
Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju ta' firxa tal-kreditu (mhux titolizzazzjonijiet) għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0.5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f'kull bucket fit-Tabella 4:
Tabella 4
Numru tal-bucket |
Kwalità tal-kreditu |
Settur |
Piż tar-riskju |
1 |
Kollha |
Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, tal-Istati Membri |
0,5 % |
2 |
Skala 1 sa 3 tal-kwalità tal-kreditu |
Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta’ pajjiż terz, il-banek ta’ żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) jew fl-Artikolu 118 |
0,5 % |
3 |
L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku |
1,0 % |
|
4 |
L-entitajiet tas-settur finanzjarju inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali u selliefa promozzjonali |
5,0 % |
|
5 |
Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri |
3,0 % |
|
6 |
Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn |
3,0 % |
|
7 |
Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet |
2,0 % |
|
8 |
Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi |
1,5 % |
|
9 |
|
Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Istati Membri |
1,0 % |
10 |
Skala 1 tal-kwalità tal-kreditu |
Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu f’pajjiżi terzi |
1,5 % |
Skala 2 sa 3 tal-kwalità tal-kreditu |
2,5 % |
||
11 |
Skala 4 sa 6 tal-kwalità tal-kreditu u mingħajr klassifikazzjoni |
Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta’ pajjiż terz, il-banek ta’ żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) jew fl-Artikolu 118 |
2 % |
12 |
L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku |
4,0 % |
|
13 |
L-entitajiet tas-settur finanzjarju inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali u selliefa promozzjonali |
12,0 % |
|
14 |
Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri |
7,0 % |
|
15 |
Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn |
8,5 % |
|
16 |
Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet |
5,5 % |
|
17 |
Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi |
5,0 % |
|
18 |
Settur ieħor |
12,0 % |
|
19 |
Indiċijiet tal-kreditu kwotati b’maġġoranza tal-kostitwenti individwali tiegħu li jkollhom grad ta’ investiment |
1,5 % |
|
20 |
Indiċijiet tal-kreditu kwotati b’maġġoranza tal-kostitwenti individwali tiegħu li jkollhom grad mhux ta’ investiment jew mingħajr klassifikazzjoni |
5 % |
Artikolu 325ai
Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju ta' firxiet tal-kreditu għan-nontitolizzazzjonijiet
Il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl bejn żewġ sensittivitajiet WSk u WSl fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit kif ġej:
Il-parametri ta' korrelazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-bucket 18 imsemmi fit-Tabella 4 tal-Artikolu 325ah(1). Ir-rekwiżit kapitali għall-formula tal-aggregazzjoni tar-riskju delta fil-bucket 18 għandu jkun ugwali għas-somma tal-valuri assoluti tas-sensitivitajiet ippeżati netti allokati għal dak il-bucket:
Artikolu 325aj
Korrelazzjonijiet bejn il-buckets għar-riskju ta' firxiet tal-kreditu għan-nontitolizzazzjonijiet
Il-parametru ta' korrelazzjoni γbc li japplika għall-aggregazzjoni ta' sensitivitajiet bejn buckets differenti għandu jiġi stabbilit kif ġej:
Tabella 5
Bucket |
1, 2 u 11 |
3 u 12 |
4 u 13 |
5 u 14 |
6 u 15 |
7 u 16 |
8 u 17 |
9 u 10 |
18 |
19 |
20 |
1, 2 u 11 |
|
75 % |
10 % |
20 % |
25 % |
20 % |
15 % |
10 % |
0 % |
45 % |
45 % |
3 u 12 |
|
|
5 % |
15 % |
20 % |
15 % |
10 % |
10 % |
0 % |
45 % |
45 % |
4 u 13 |
|
|
|
5 % |
15 % |
20 % |
5 % |
20 % |
0 % |
45 % |
45 % |
5 u 14 |
|
|
|
|
20 % |
25 % |
5 % |
5 % |
0 % |
45 % |
45 % |
6 u 15 |
|
|
|
|
|
25 % |
5 % |
15 % |
0 % |
45 % |
45 % |
7 u 16 |
|
|
|
|
|
|
5 % |
20 % |
0 % |
45 % |
45 % |
8 u 17 |
|
|
|
|
|
|
|
5 % |
0 % |
45 % |
45 % |
9 u 10 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0 % |
45 % |
45 % |
18 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0 % |
0 % |
19 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
75 % |
20 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Artikolu 325ak
Piżijiet tar-riskju għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu inklużi fl-ACTP
Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju ta' firxa tal-kreditu għal titolizzazzjonijiet inklużi fl-ACTP għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0,5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f'kull bucket u għandhom jiġu speċifikati għal kull bucket fit-Tabella 6 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a:
Tabella 6
Numru tal-bucket |
Kwalità tal-kreditu |
Settur |
Piż tar-riskju |
1 |
Kollha |
Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, tal-Istati Membri |
4,0 % |
2 |
Skala 1 sa 3 tal-kwalità tal-kreditu |
Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta’ pajjiż terz, il-banek ta’ żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) jew fl-Artikolu 118 |
4,0 % |
3 |
L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku |
4,0 % |
|
4 |
L-entitajiet tas-settur finanzjarju inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali u selliefa promozzjonali |
8,0 % |
|
5 |
Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri |
5,0 % |
|
6 |
Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn |
4,0 % |
|
7 |
Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet |
3,0 % |
|
8 |
Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi |
2,0 % |
|
9 |
Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Istati Membri |
3,0 % |
|
10 |
Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu f’pajjiżi terzi |
6,0 % |
|
11 |
Skala 4 sa 6 tal-kwalità tal-kreditu u mingħajr klassifikazzjoni |
Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta’ pajjiż terz, il-banek ta’ żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) jew fl-Artikolu 118 |
13,0 % |
12 |
L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku |
13,0 % |
|
13 |
L-entitajiet tas-settur finanzjarju inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali u selliefa promozzjonali |
16,0 % |
|
14 |
Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri |
10,0 % |
|
15 |
Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn |
12,0 % |
|
16 |
Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet |
12,0 % |
|
17 |
Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi |
12,0 % |
|
18 |
Settur ieħor |
13,0 % |
Artikolu 325al
Korrelazzjonijiet għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu inklużi fl-ACTP
Artikolu 325am
Piżijiet tar-riskju għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu mhux inklużi fl-ACTP
Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu għal titolizzazzjoni mhux inkluża fl-ACTP għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0,5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f'kull bucket fit-Tabella 7 u għandhom jiġu speċifikati għal kull bucket fit-Tabella 7 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a:
Tabella 7
Numru tal-bucket |
Kwalità tal-kreditu |
Settur |
Piż tar-riskju |
1 |
Superjuri u Skala tal-kwalità tal-kreditu 1 sa 3 |
RMBS — Prime |
0,9 % |
2 |
RMBS — Mid-Prime |
1,5 % |
|
3 |
RMBS — Sub-Prime |
2,0 % |
|
4 |
CMBS |
2,0 % |
|
5 |
Titoli garantiti b’assi (ABS) — Self għall-istudenti |
0,8 % |
|
6 |
ABS — Karti tal-kreditu |
1,2 % |
|
7 |
ABS — Karozzi |
1,2 % |
|
8 |
Obbligi kollateralizzati ta’ self (CLO) mhux ACTP |
1,4 % |
|
9 |
Mhux superjuri u skala tal-kwalità tal-kreditu 1 sa 3 |
RMBS — Prime |
1,125 % |
10 |
RMBS — Mid-Prime |
1,875 % |
|
11 |
RMBS — Sub-Prime |
2,5 % |
|
12 |
CMBS |
2,5 % |
|
13 |
ABS — Self lill-istudenti |
1 % |
|
14 |
ABS — Karti tal-kreditu |
1,5 % |
|
15 |
ABS — Karozzi |
1,5 % |
|
16 |
CLO mhux ACTP |
1,75 % |
|
17 |
Skala 4 sa 6 tal-kwalità tal-kreditu u mingħajr klassifikazzjoni |
RMBS — Prime |
1,575 % |
18 |
RMBS — Mid-Prime |
2,625 % |
|
19 |
RMBS — Sub-Prime |
3,5 % |
|
20 |
CMBS |
3,5 % |
|
21 |
ABS — Self lill-istudenti |
1,4 % |
|
22 |
ABS — Karti tal-kreditu |
2,1 % |
|
23 |
ABS — Karozzi |
2,1 % |
|
24 |
CLO mhux ACTP |
2,45 % |
|
25 |
Settur ieħor |
3,5 % |
Artikolu 325an
Korrelazzjonijiet intrabucket għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu mhux inklużi fl-ACTP
Bejn żewġ sensittivitajiet WSk u WSl fl-istess bucket, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl għandu jiġi stabbilit kif ġej:
Il-parametri ta' korrelazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għall-bucket 25 fit-Tabella 7 tal-Artikolu 325am(1). Ir-rekwiżit ta' fondi proprji għall-formula tal-aggregazzjoni tar-riskju delta fil-bucket 25 għandu jkun ugwali għas-somma tal-valuri assoluti tas-sensittivitajiet ippeżati netti allokati għal dak il-bucket:
Artikolu 325ao
Korrelazzjonijiet bejn il-buckets għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu mhux inklużi fl-ACTP
Artikolu 325ap
Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-ekwità
Il-piżijiet tar-riskju għas-sensitivitajiet għall-fatturi ta' riskju ta' ekwità u rata repo tal-ekwità għandhom ikunu speċifikati għal kull bucket fit-Tabella 8 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a:
Tabella 8
Numru tal-bucket |
Kapitalizzazzjoni tas-suq |
Ekonomija |
Settur |
Piż tar-riskju għall-prezz spot tal-ekwità |
Piż tar-riskju għar-rata repo tal-ekwità |
1 |
Kbira |
Ekonomija tas-suq emerġenti |
Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn, kura tas-saħħa, utilitajiet |
55 % |
0,55 % |
2 |
Telekomunikazzjonijiet, industrijali |
60 % |
0,60 % |
||
3 |
Materjal bażiku, enerġija, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri |
45 % |
0,45 % |
||
4 |
Finanzjarji inkluż finanzjarji appoġġati mill-gvern, attivitajiet fil-proprjetà immobbli, teknoloġija |
55 % |
0,55 % |
||
5 |
Ekonomija avvanzata |
Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn, kura tas-saħħa, utilitajiet |
30 % |
0,30 % |
|
6 |
Telekomunikazzjonijiet, industrijali |
35 % |
0,35 % |
||
7 |
Materjal bażiku, enerġija, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri |
40 % |
0,40 % |
||
8 |
Finanzjarji inkluż finanzjarji appoġġati mill-gvern, attivitajiet fil-proprjetà immobbli, teknoloġija |
50 % |
0,50 % |
||
9 |
Żgħira |
Ekonomija tas-suq emerġenti |
Is-setturi kollha deskritti taħt il-buckets bin-numri 1, 2, 3 u 4 |
70 % |
0,70 % |
10 |
Ekonomija avvanzata |
Is-setturi kollha deskritti taħt il-buckets bin-numri 5, 6, 7 u 8 |
50 % |
0,50 % |
|
11 |
Settur ieħor |
70 % |
0,70 % |
||
12 |
Indiċijiet b’kapitalizzazzjoni kbira tas-suq u ta’ ekonomija avvanzata |
15 % |
0,15 % |
||
13 |
Indiċijiet oħra |
25 % |
0,25 % |
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2021.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 325aq
Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju tal-ekwità
F'każijiet oħra ħlief il-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl bejn iż-żewġ sensitivitajiet WSk u WSl għall-prezz spot tal-ekwità fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit kif ġej:
15 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu fil-kategorija kapitalizzazzjoni tas-suq kbira, ekonomija ta' suq emerġenti (bucket numru 1, 2, 3 u 4);
25 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu fil-kategorija kapitalizzazzjoni tas-suq kbira, ekonomija avvanzata (bucket numru 5, 6, 7 jew 8);
7,5 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu fil-kategorija kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira, ekonomija ta' suq emerġenti (bucket numru 9);
12,5 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu fil-kategorija kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira, ekonomija avvanzata (bucket numru 10);
80 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu f’wieħed mill-bucket tal-indiċi (il-bucket numru 12 jew 13).
Il-parametri ta' korrelazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 m'għandhomx japplikaw għall-bucket 11. Ir-rekwiżit kapitali għall-formula tal-aggregazzjoni tar-riskju delta fi ħdan il-bucket 11 għandu jkun ugwali għas-somma tal-valuri assoluti tas-sensittivitajiet ippeżati netti allokati għal dak il-bucket:
Artikolu 325ar
Korrelazzjonijiet bejn buckets għar-riskju tal-ekwità
Il-parametru ta’ korrelazzjoni c għandu japplika għall-aggregazzjoni tas-sensittivitajiet bejn buckets differenti.
Għandu jiġi stabbilit fir-rigward tal-buckets tat-Tabella 8 fl-Artikolu 325ap kif ġej:
15 % meta ż-żewġ buckets jaqgħu fil-buckets 1 sa 10;
0 % meta wieħed miż-żewġ buckets ikun il-bucket numru 11;
75 % meta ż-żewġ buckets jaqgħu fil-buckets 12 u 13;
altrimenti 45 %.
Artikolu 325as
Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-komoditajiet
Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-fatturi ta’ riskju tal-komoditajiet għandhom ikunu dawn li ġejjin:
Tabella 9
Numru tal-bucket |
Isem tal-bucket |
Piż tar-riskju |
1 |
Enerġija — kombustibbli solidi |
30 % |
2 |
Enerġija — kombustibbli likwidi |
35 % |
3 |
Enerġija — elettriku u skambju tal-karbonju |
60 % |
4 |
Merkanzija |
80 % |
5 |
Metalli — mhux prezzjużi |
40 % |
6 |
Kombustibbli gassużi |
45 % |
7 |
Metalli prezzjużi (inkluż id-deheb) |
20 % |
8 |
Qmuħ u żrieragħ żejtnin |
35 % |
9 |
Bhejjem u prodotti tal-ħalib |
25 % |
10 |
Komoditajiet agrikoli bażiċi u agrikoli oħra |
35 % |
11 |
Komoditajiet oħra |
50 % |
Artikolu 325at
Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju tal-komoditajiet
Il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl bejn żewġ sensittivitajiet WSk u WSl fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit kif ġej:
Il-korrelazzjonijiet intrabucket ρkl (komodità) huma:
Tabella 10
Numru tal-bucket |
Isem tal-bucket |
Korrelazzjoni ρkl (komodità) |
1 |
Enerġija - kombustibbli solidi |
55 % |
2 |
Enerġija - kombustibbli likwidi |
95 % |
3 |
Enerġija - elettriku u skambju tal-karbonju |
40 % |
4 |
Merkanzija |
80 % |
5 |
Metalli – mhux prezzjużi |
60 % |
6 |
Kombustibbli gassużi |
65 % |
7 |
Metalli prezzjużi (inkluż id-deheb) |
55 % |
8 |
Qmuħ u żrieragħ żejtnin |
45 % |
9 |
Bhejjem u prodotti tal-ħalib |
15 % |
10 |
Prodotti agrikoli bażiċi u komoditajiet agrikoli oħra |
40 % |
11 |
Komodità oħra |
15 % |
Minkejja l-paragrafu 1, japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
Żewġ fatturi tar-riskju li huma allokati għall-bucket 3 fit-Tabella 10 u li jikkonċernaw l-elettriku li huwa ġġenerat f'reġjuni differenti jew jiġi konsenjat f'perijodi differenti skont il-ftehim kuntrattwali għandhom jiġu kunsidrati bħala fatturi tar-riskju distinti tal-komoditajiet;
Żewġ fatturi tar-riskju li huma allokati għall-bucket 4 fit-Tabella 10 u li jikkonċernaw il-merkanzija fejn ir-rotta tal-merkanzija jew il-ġimgħa ta' konsenja għandhom jiġu kunsidrati bħala fatturi tar-riskju distinti tal-komoditajiet.
Artikolu 325au
Korrelazzjonijiet bejn buckets għar-riskju tal-komoditajiet
Il-parametru ta' korrelazzjoni γbc li japplika għall-aggregazzjoni ta' sensitivitajiet bejn buckets differenti għandu jiġi stabbilit għal:
20 % meta ż-żewġ buckets jaqgħu fi ħdan il-buckets 1 sa 10;
0 % meta jew wieħed jew l-ieħor miż-żewġ buckets ikun il-bucket numru 11.
Artikolu 325av
Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-kambju
Il-piż tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju li jikkonċernaw muniti akkoppjati li jkunu komposti mill-euro u mill-munita ta' Stat Membru li qed jipparteċipa fit-tieni stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja (ERM II) għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:
il-ponderazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1, diviża bi 3;
il-fluttwazzjoni massima fil-faxxa ta' fluttwazzjoni li formalment intlaħaq qbil dwarha mill-Istati Membri u l-Bank Ċentrali Ewropew, jekk dik il-faxxa ta' fluttwazzjoni hija idjaq mill-faxxa ta' fluttwazzjoni definita skont l-ERM II.
Artikolu 325aw
Korrelazzjonijiet għar-riskju tal-kambju
Parametru ta' korrelazzjoni uniformi γbc ugwali għal 60 % għandu japplika għall-aggregazzjoni ta' sensitivitajiet għar-riskju tal-kambju.
Artikolu 325ax
Piżijiet tar-riskju vega u ta' kurvatura
Is-sehem imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun dipendenti fuq il-likwidità preżunta ta' kull tip ta' fattur tar-riskju f'konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
Tabella 11
Klassi tar-riskju |
Klassi tar-riskjuLH |
Piżijiet tar-riskju |
GIRR |
60 |
100 % |
Nontitolizzazzjonijiet CSR |
120 |
100 % |
Titolizzazzjonijiet CSR (ACTP) |
120 |
100 % |
Titolizzazzjonijiet CSR (mhux ACTP) |
120 |
100 % |
Ekwità (kapitalizzazzjoni kbira u indiċijiet) |
20 |
77,78 % |
Ekwità (kapitalizzazzjoni żgħira u settur ieħor) |
60 |
100 % |
Komodità |
120 |
100 % |
Kambju |
40 |
100 % |
Artikolu 325ay
Korrelazzjonijiet tar-riskju vega u ta' kurvatura
Bejn is-sensittivitajiet tar-riskju vega fl-istess bucket tal-klassi tar-riskju ġenerali tar-rata ta’ imgħax (GIRR), il-parametru ta’ korrelazzjoni ρkl għandu jiġi stabbilit kif ġej:
fejn:
għandu jkun ugwali għal
fejn α għandu jiġi stabbilit għal 1 %, Tk u Tl għandhom ikunu ugwali għall-maturitajiet tal-opzjonijiet li għalihom ikunu derivati s-sensittivitajiet vega, espressi bħala numru ta' snin; u
ikunu ugwali għal
, fejn α huwa stabbilit għal 1 %,
u
għandhom ikunu ugwali għall-maturitajiet tas-sottostanti tal-opzjonijiet li għalihom ikunu derivati s-sensittivitajiet vega, bit-tnaqqis tal-maturitajiet tal-opzjonijiet korrispondenti, espressi fiż-żewġ każijiet bħala numru ta' snin.
Bejn is-sensittivitajiet tar-riskju vega fi ħdan bucket tal-klassijiet l-oħra ta' riskju, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl għandu jiġi stabbilit kif ġej:
fejn:
għandu jkun ugwali għall-korrelazzjoni intrabucket delta li tikkorrispondi għall-bucket li għalih jiġu allokati l-fatturi ta' riskju vega k u l; u
għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-paragrafu 1.
KAPITOLU 1b
Approċċ mudell intern alternattiv
Artikolu 325az
Approċċ mudell intern alternattiv u permess għall-użu ta' mudelli interni alternattivi
Wara li tiġi vverifikata l-konformità tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 325bh, 325bi u 325bj, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess lil dawk l-istituzzjonijiet biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti tagħhom ta' fondi proprji għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha assenjati lill-postijiet tan-negozjar billi jużaw il-mudelli interni alternattivi tagħhom skont l-Artikolu 325ba, sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
il-postijiet tan-negozjar ġew stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 104b;
l-istituzzjoni pprovdiet lill-awtorità kompetenti b'raġunament għall-inklużjoni tal-postijiet tan-negozjar fl-ambitu tal-approċċ mudell intern alternattiv.
il-postijiet tan-negozjar ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv imsemmija fl-Artikolu 325bf(3) għas-sena preċedenti;
l-istituzzjoni rrapportat lill-awtoritajiet kompetenti tagħha r-riżultati tar-rekwiżit tal-attribuzzjoni ta' profitti u telf (“attribuzzjoni P&L”) għall-postijiet tan-negozjar stabbilit fl-Artikolu 325bg;
għall-postijiet tan-negozjar li ġew assenjati mill-inqas waħda mill-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bl, il-postijiet tan-negozjar jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bm għall-mudell intern tar-riskju ta' inadempjenza;
ebda pożizzjoni ta' titolizzazzjoni jew rititolizzazzjoni ma ġiet assenjata lill-postijiet tan-negozjar.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, in-nuqqas ta' inklużjoni tal-post tan-negozjar fl-ambitu tal-approċċ mudell intern alternattiv m'għandux ikun motivat mill-fatt li r-rekwiżit ta' fondi proprji kkalkulat skont l-approċċ standardizzat alternattiv stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 325(3) ikun inqas mir-rekwiżit ta' fondi proprji kkalkulat skont l-approċċ mudell intern alternattiv;
L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-estensjonijiet u l-bidliet l-oħra kollha fl-użu tal-mudelli interni alternattivi li għalihom l-istituzzjoni tkun irċeviet permess.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
il-kondizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-użu ta' mudelli interni alternattivi u bidliet fis-subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fl-Artikolu 325bc;
il-metodoloġija ta' valutazzjoni li biha l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità ta' istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 325bh, 325bi, 325bn, 325bo u 325bp.
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2024.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ċ-ċirkostanzi straordinarji li taħthom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu istituzzjoni:
li tkompli tuża l-mudelli interni alternattivi tagħha għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' post tan-negozjar li ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 325bg(1);
li tillimita s-suppliment għall-wieħed li jirriżulta mill-qabżiet fil-valur skont l-ittestjar retrospettiv tat-tibdil ipotetiku.
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2024.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 325ba
Rekwiżiti ta' fondi proprji meta jintużaw mudelli interni alternattivi
Istituzzjoni li tuża mudell intern alternattiv għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha assenjati għall-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni ngħatat permess kif imsemmi fl-Artikolu 325az(2) bħala l-ogħla minn dawn li ġejjin:
it-total tal-valuri li ġejjin:
il-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni tal-ġurnata ta' qabel tal-istituzzjoni, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 325bb (ESt-1), u
il-miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress tal-ġurnata ta' qabel tal-istituzzjoni, ikkalkulata f'konformità mat-Taqsima 5 (SSt-1); jew
it-total tal-valuri li ġejjin:
il-medja tal-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni ta' kuljum ta' istituzzjoni, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 325bb għal kull waħda mis-sittin ġurnata tax-xogħol preċedenti (ESmedja), multiplikata bil-fattur ta' multiplikazzjoni (mc); u
il-medja tal-miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress ta' kuljum ta' istituzzjoni kkalkulata f'konformità mat-Taqsima 5 għal kull waħda mis-sittin ġurnata tax-xogħol preċedenti (SSmedja).
L-istituzzjonijiet li għandhom pożizzjonijiet fi strumenti ta' dejn u ekwità negozjati li jkunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-mudell intern tar-riskju ta' inadempjenza u assenjati għall-postijiet tan-negozjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali, espress bħala l-ogħla mill-valuri li ġejjin:
l-iktar rekwiżit reċenti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza, ikkalkulat f'konformità mat-Taqsima 3;
il-medja tal-ammont imsemmi fil-punt (a) matul it-12-il ġimgħa ta' qabel.
Artikolu 325bb
Miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325ba(1) għal kwalunkwe data partikolari “t” u għal kwalunkwe portafoll partikolari ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet kif ġej:
fejn:
ESt |
= |
il-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni; |
i |
= |
l-indiċi li jindika l-ħames kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju elenkati fl-ewwel kolonna tat-Tabella 2 tal-Artikolu 325bd; |
UESt |
= |
il-miżura ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet ikkalkulata kif ġej:
|
|
= |
il-miżura ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju i u kkalkulata kif ġej:
|
|
= |
il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju i li għandha tiġi kkalkulata għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll f'konformità mal-Artikolu 325bc(2); |
|
= |
il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju i li għandha tiġi kkalkulata għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll f'konformità mal-Artikolu 325bc(3); u |
|
= |
il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju i li għandha tiġi kkalkulata għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll f'konformità mal-Artikolu 325bc(4). |
u tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija
,
u
għal kategoriji wiesgħa tal-fatturi ta' riskju i ta' kuljum għal kull ġimgħa, sakemm jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
ma jissottovalutax ir-riskju tas-suq tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar rilevanti;
,
,
u
ta' kuljum għal kull ġimgħa fejn ikun mitlub mill-awtorità kompetenti tagħha.
Artikolu 325bc
Kalkoli tan-nuqqas parzjali mistenni
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżuri kollha tan-nuqqasijiet parzjali mistennija msemmija fl-Artikolu 325bb(1) kif ġej:
kalkoli ta' kuljum tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija;
intervall ta' fiduċja unilaterali tas-97,5 perċentil;
għal portafoll partikolari ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni fiż-żmien “t” f’konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
PESt |
= |
il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni fiż-żmien t; |
j |
= |
l-indiċi li jindika l-ħames perijodi ta' likwidità elenkati fl-ewwel kolonna tat-Tabella 1; |
LHj |
= |
it-tul tal-perijodi ta' likwidità j kif espressi fi ġranet fit-Tabella 1; |
T |
= |
il-perijodu ta' żmien bażi, fejn T= 10 ijiem; |
PESt(T) |
= |
il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni li hija determinata bl-applikazzjoni ta' xenarji ta' xokkijiet futuri b'perijodu ta' żmien ta' 10 ijiem biss għas-sett speċifiku ta' fatturi ta' riskju mudellabbli tal-pożizzjonijiet fil-portafoll stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 għal kull miżura tan-nuqqas parzjali mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb(1); u |
PESt(T, j) |
= |
il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni li hija determinata bl-applikazzjoni ta' xenarji ta' xokkijiet futuri b'perijodu ta' żmien ta' 10 ijiem biss għas-sett speċifiku ta' fatturi ta' riskju mudellabbli tal-pożizzjonijiet fil-portafoll stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 għal kull miżura tan-nuqqas parzjali mistenni msemmija fl-Artikolu 325bb(1) u li l-perijodu ta' likwidità effettiv tagħha, kif determinat f'konformità mal-Artikolu 325bd(2), huwa ugwali għal jew itwal minn LHj.
Tabella 1
|
u
imsemmija fl-Artikolu 325bb(1), flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għal subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli tal-pożizzjonijiet fil-portafoll li jkun intgħażel mill-istituzzjoni, għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex il-kondizzjoni li ġejja tiġi sodisfatta bis-somma meħuda mis-60 ġurnata tax-xogħol preċedenti:
Istituzzjoni li ma tibqax tissodisfa r-rekwiżit imsemmi fl-ewwel paragrafu ta' dan il-punt għandha immedjatament tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tagħha u għandha taġġorna s-subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli fi żmien ġimagħtejn sabiex tissodisfa dak ir-rekwiżit; meta, wara ġimagħtejn, dik l-istituzzjoni tkun naqset li tissodisfa dak ir-rekwiżit, l-istituzzjoni għandha tmur lura għall-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 1a biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għal xi postijiet tan-negozjar, sakemm dik l-istituzzjoni tkun tista' turi lill-awtorità kompetenti li qed tissodisfa r-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt;
, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għas-subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli tal-pożizzjonijiet fil-portafoll magħżul mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-punt (a) ta' dan il-paragrafu u li jkunu ġew ikklassifikati għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju i f'konformità mal-Artikolu 325bd;
. Għall-fini tal-identifikazzjoni ta' dak il-perijodu ta' stress, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw perijodu ta' osservazzjoni li jibda mill-inqas mill-1 ta' Jannar 2007, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti; u
għandhom jiġu kkalibrati għall-perijodu ta' stress ta' 12-il xahar li jkun ġie identifikat mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-punt (c).
u
imsemmija fl-Artikolu 325bb(1), l-istituzzjonijiet għandhom, flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għas-subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli tal-pożizzjonijiet fil-portafoll imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2;
, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għas-subsett ta' fatturi ta' riskju mudellabbli ta' pożizzjonijiet fil-portafoll imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2;
l-inputs tad-data użati biex jiġu ddeterminati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu kkalibrati għal data storika msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4. Dik id-data għandha tiġi aġġornata mill-inqas fuq bażi ta' kull xahar.
u
imsemmija fl-Artikolu 325bb(1), l-istituzzjonijiet għandhom, flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw xenarji ta' xokkijiet futuri għall-fatturi ta' riskju mudellabbli kollha tal-pożizzjonijiet fil-portafoll;
, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw xenarji ta' xokkijiet futuri għall-fatturi ta' riskju mudellabbli kollha ta' pożizzjonijiet fil-portafoll li jkunu ġew ikklassifikati għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju i f'konformità mal-Artikolu 325bd;
l-inputs tad-data użati biex jiġu ddeterminati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu kkalibrati għad-data storika mill-perijodu ta' 12-il xahar preċedenti; meta jkun hemm żieda f'daqqa sinifikanti fil-volatilità tal-prezz ta' numru materjali ta' fatturi ta' riskju mudellabbli ta' portafoll ta' istituzzjoni li mhumiex fis-subsett tal-fatturi ta' riskju msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu istituzzjoni tuża data storika għal perijodu iqsar mit-12-il xahar preċedenti, iżda tali perijodu iqsar m'għandux ikun iqsar mis-sitt xhur preċedenti; l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE bi kwalunkwe deċiżjoni li teħtieġ li istituzzjoni tuża data storika minn perijodu iqsar minn 12-il xahar u għandhom jissostanzjaw dik id-deċiżjoni.
Artikolu 325bd
Perijodi ta' likwidità
Istituzzjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bil-postijiet tan-negozjar u s-subkategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju li għalihom tiddeċiedi li tapplika t-trattament imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
Għall-fini tal-kalkolu tal-valuri tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 325bc(1), il-perijodu ta’ likwidità effettiv ta’ fattur ta’ riskju mudellabbli partikolari ta’ pożizzjoni partikolari tal-portafoll tan-negozjar jew ta’ pożizzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar li hija soġġetta għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet, għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
EffectiveLH = |
|
SubCatLH if Mat > LH5 |
|
min (SubCatLH, minj{LHj/LHj ≥ Mat}) if LH1 ≤ Mat ≤ LH5 |
|||
LH1 if Mat < LH1 |
fejn:
EffectiveLH |
= |
il-perijodu ta' likwidità effettiv; |
Mat |
= |
il-maturità tal-pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar; |
SubCatLH |
= |
it-tul tal-perijodu ta' likwidità tal-fattur ta' riskju mudellabbli ddeterminat f'konformità mal-paragrafu 1; u |
minj {LHj/LHj ≥ Mat} |
= |
it-tul ta' wieħed mill-perijodi ta' likwidità elenkati fit-Tabella 1 tal-Artikolu 325bc li huwa l-eqreb perijodu ta' likwidità li jaqbeż il-maturità tal-pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar. |
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
kif l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw il-fatturi ta' riskju tal-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għal kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju u subkategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju għall-finijiet tal-paragrafu 1;
liema muniti jikkostitwixxu l-iktar subkategorija likwida tal-muniti tal-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tar-rati tal-imgħax tat-Tabella 2;
liema muniti akkoppjati jikkostitwixxu l-iktar subkategorija likwida tal-muniti akkoppjati tal-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tal-kambju tat-Tabella 2;
id-definizzjonijiet ta' kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira u kapitalizzazzjoni tas-suq kbira għall-finijiet tas-subkategorija tal-prezz tal-ekwità u tal-volatilità tal-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tal-ekwità tat-Tabella 2.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Tabella 2
Kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju |
Subkategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju |
Perijodi ta' likwidità |
Tul tal-perijodu ta' likwidità (fi ġranet) |
Rata tal-imgħax |
L-iktar muniti likwidi u l-munita lokali |
1 |
10 |
Muniti oħrajn (bl-esklużjoni tal-iktar muniti likwidi) |
2 |
20 |
|
Volatilità |
4 |
60 |
|
Tipi oħra |
4 |
60 |
|
Firxa tal-kreditu |
Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' Stati Membri |
2 |
20 |
Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu fi Stati Membri (Grad ta' Investiment) |
2 |
20 |
|
Sovran (Grad ta' investiment) |
2 |
20 |
|
Sovran (Rendiment għoli) |
3 |
40 |
|
Kumpanniji (Grad ta' investiment) |
3 |
40 |
|
Kumpanniji (Rendiment għoli) |
4 |
60 |
|
Volatilità |
5 |
120 |
|
Tipi oħra |
5 |
120 |
|
Ekwità |
Prezz tal-ekwità (Kapitalizzazzjoni tas-suq kbira) |
1 |
10 |
Prezz tal-ekwità (Kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira) |
2 |
20 |
|
Volatilità (Kapitalizzazzjoni tas-suq kbira) |
2 |
20 |
|
Volatilità (Kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira) |
4 |
60 |
|
Tipi oħra |
4 |
60 |
|
Kambju |
L-iktar muniti akkoppjati likwidi |
1 |
10 |
Muniti oħra akkoppjati (bl-esklużjoni tal-iktar muniti akkoppjati likwidi) |
2 |
20 |
|
Volatilità |
3 |
40 |
|
Tipi oħra |
3 |
40 |
|
Komodità |
Prezz tal-enerġija u prezz tal-emissjonijiet tal-karbonju |
2 |
20 |
Prezz tal-metall prezzjuż u prezz tal-metall mhux ferruż |
2 |
20 |
|
Prezzijiet oħra ta' komoditajiet (bl-esklużjoni tal-prezz tal-enerġija, il-prezz tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-prezz tal-metall prezzjuż u l-prezz tal-metall mhux ferruż) |
4 |
60 |
|
Volatilità tal-enerġija u volatilità tal-emissjonijiet tal-karbonju |
4 |
60 |
|
Volatilità tal-metall prezzjuż u volatilità tal-metall mhux ferruż |
4 |
60 |
|
Volatilitajiet oħra ta' komoditajiet (bl-esklużjoni tal-volatilità tal-enerġija, il-volatilità tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-volatilità tal-metall prezzjuż u l-volatilità tal-metall mhux ferruż) |
5 |
120 |
|
Tipi oħra |
5 |
120 |
Artikolu 325be
Valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta' riskju
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 325bf
Rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv regolatorju u fatturi ta' multiplikazzjoni
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “qabża fil-valur” tfisser bidla ta' ġurnata fil-valur ta' portafoll magħmul mill-pożizzjonijiet kollha assenjati għall-post tan-negozjar li jaqbeż in-numru tal-valur fir-riskju relatat ikkalkulat abbażi tal-mudell intern alternattiv tal-istituzzjoni f'konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-kalkolu tal-valur fir-riskju għandu jkun soġġett għal perijodu ta' żamma ta' ġurnata waħda;
xenarji ta' xokkijiet futuri għandhom japplikaw għall-fatturi ta' riskju tal-pożizzjonijiet tal-post tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bg(3) u li jitqiesu mudellabbli f'konformità mal-Artikolu 325be;
inputs tad-data użati biex jiġu determinati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli għandhom jiġu kkalibrati għal data storika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 325bc(4);
sakemm mhux iddikjarat mod ieħor f'dan l-Artikolu, il-mudell intern alternattiv tal-istituzzjoni għandu jkun ibbażat fuq l-istess suppożizzjonijiet ta' mudellar bħal dawk użati għall-kalkolu tal-miżura ta' riskju ta' nuqqas mistenni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325ba(1).
Il-post tan-negozjar ta' istituzzjoni għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv fejn in-numru ta' qabżiet fil-valur għal dak il-post tan-negozjar li seħħew matul l-iktar 250 ġurnata tax-xogħol reċenti ma jaqbiżx l-ebda waħda minn dawn li ġejjin:
12-il qabża fil-valur għan-numru tal-valur fir-riskju, ikkalkulati f'intervall ta' fiduċja unilaterali tad-99 perċentil fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll;
12-il qabża fil-valur għan-numru tal-valur fir-riskju, ikkalkulati f'intervall ta' fiduċja unilaterali tad-99 perċentil fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil reali fil-valur tal-portafoll;
30 qabża fil-valur għan-numru tal-valur fir-riskju, ikkalkulati f'intervall ta' fiduċja unilaterali tas-97,5 perċentil fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll;
30 qabża fil-valur għan-numru tal-valur fir-riskju, ikkalkulati f'intervall ta' fiduċja unilaterali tas-97,5 perċentil fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil reali fil-valur tal-portafoll.
L-istituzzjonijiet għandhom jgħoddu l-qabżiet fil-valur ta' kuljum f'konformità ma' dan li ġej:
l-ittestjar retrospettiv ta' tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll għandu jkun ibbażat fuq tqabbil bejn il-valur fi tmiem il-ġurnata tal-portafoll u, bis-suppożizzjoni li l-pożizzjonijiet ma jinbidlux, il-valur tal-portafoll fi tmiem il-ġurnata sussegwenti;
l-ittestjar retrospettiv tat-tibdil reali fil-valur tal-portafoll għandu jkun ibbażat fuq tqabbil bejn il-valur fi tmiem il-ġurnata tal-portafoll u l-valur attwali tiegħu fi tmiem il-ġurnata sussegwenti, bl-esklużjoni ta' tariffi u kummissjonijiet;
għandha tingħadd qabża fil-valur għal kull ġurnata tax-xogħol li għaliha l-istituzzjoni ma tkunx tista' tivvaluta l-valur tal-portafoll jew ma tkunx tista' tikkalkula n-numru tal-valur fir-riskju msemmi fil-paragrafu 3;
Il-fattur ta' multiplikazzjoni (mc) għandu jkun is-somma tal-valur ta' 1,5 u suppliment bejn 0 u 0,5 f'konformità mat-Tabella 3. Għall-portafoll imsemmi fil-paragrafu 5, dan is-suppliment għandu jiġi kkalkulat abbażi tan-numru ta' qabżiet fil-valur li jkunu seħħew matul l-iktar 250 ġurnata tax-xogħol reċenti kif evidenzjat mill-ittestjar retrospettiv tal-istituzzjoni tan-numru tal-valur fir-riskju kkalkulat f'konformità mal-punt (a) ta' dan is-subparagrafu. Il-kalkolu tas-suppliment għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti li ġejjin:
qabża fil-valur għandha tkun bidla f'ġurnata waħda fil-valur tal-portafoll li taqbeż in-numru tal-valur fir-riskju relatat ikkalkulat permezz tal-mudell intern tal-istituzzjoni f'konformità ma' dawn li ġejjin:
perijodu ta' żamma ta' ġurnata waħda;
intervall ta' fiduċja unilaterali tad-99 perċentil;
xenarji ta' xokkijiet futuri għandhom japplikaw għall-fatturi ta' riskju tal-pożizzjonijiet tal-postijiet tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bg(3) u li jitqiesu mudellabbli f'konformità mal-Artikolu 325be;
l-inputs tad-data użati biex jiġu determinati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli għandhom jiġu kkalibrati mad-data storika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 325bc(4);
sakemm mhux iddikjarat mod ieħor f'dan l-Artikolu, il-mudell intern tal-istituzzjoni għandu jkun ibbażat fuq l-istess suppożizzjonijiet ta' mudellar bħal dawk użati għall-kalkolu tal-miżura ta' riskju ta' nuqqas mistenni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325ba(1);
in-numru ta' qabżiet fil-valur għandu jkun ugwali għall-akbar min-numru ta' qabżiet fil-valur taħt it-tibdiliet ipotetiċi u reali fil-valur tal-portafoll.
Tabella 3
Numru ta' qabżiet fil-valur |
Suppliment |
Inqas minn 5 |
0,00 |
5 |
0,20 |
6 |
0,26 |
7 |
0,33 |
8 |
0,38 |
9 |
0,42 |
Iktar minn 9 |
0,50 |
F'ċirkostanzi straordinarji, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw is-suppliment għal dak li jirriżulta mill-qabżiet fil-valur taħt l-ittestjar retrospettiv ta' tibdil ipotetiku fejn in-numru tal-qabżiet fil-valur taħt l-ittestjar retrospettiv ta' tibdil attwali ma jirriżultax min-nuqqasijiet fil-mudell intern.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 325bg
Rekwiżit ta' attribuzzjoni ta' profitti u telf
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
il-kriterji meħtieġa biex jiżguraw li t-tibdiliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar jkunu qrib biżżejjed għat-tibdiliet ipotetiċi fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar għall-finijiet tal-paragrafu 2, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi regolatorji internazzjonali;
il-konsegwenzi għal istituzzjoni f'każ li t-tibdiliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar ma jkunux qrib biżżejjed għat-tibdiliet ipotetiċi fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar għall-finijiet tal-paragrafu 2;
il-frekwenza li biha l-attribuzzjoni tal-P&L għandha titwettaq minn istituzzjoni;
l-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdiliet teoretiċi u ipotetiċi fil-valur tal-portafoll ta' post tan-negozjar għall-finijiet ta' dan l-Artikolu;
il-manjiera li biha l-istituzzjonijiet li jużaw il-mudell intern għandhom jaggregaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji totali għar-riskju tas-suq għall-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll tan-negozjar tagħhom u l-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet, b'kont meħud tal-konsegwenzi msemmija fil-punt (b).
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 325bh
Rekwiżiti għall-kejl tar-riskju
L-istituzzjonijiet li jużaw mudell intern għall-kalkolu tar-riskju li jintuża għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 325ba għandhom jiżguraw li dak il-mudell jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jkopri numru biżżejjed ta' fatturi ta' riskju, li għandhom jinkludu tal-inqas il-fatturi ta' riskju msemmija fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1a sakemm l-istituzzjoni ma turix lill-awtoritajiet kompetenti li l-ommissjoni ta' dawk il-fatturi ta' riskju m'għandhiex impatt materjali fuq ir-riżultati tar-rekwiżit tal-attribuzzjoni P&L imsemmi fl-Artikolu 325bg; istituzzjoni għandha tkun tista' tispjega lill-awtoritajiet kompetenti għaliex tkun inkorporat fattur tar-riskju fil-mudell tal-ipprezzar tagħha iżda mhux fil-mudell tal-kejl tar-riskji intern tagħha;
il-mudell għall-kalkolu tar-riskju intern għandu jkopri nonlinearitajiet għal opzjonijiet u prodotti oħra kif ukoll ir-riskju tal-korrelazzjoni u r-riskju tal-bażi;
il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jinkludi sett ta' fatturi tar-riskju li jikkorrispondu mar-rati tal-imgħax f'kull munita li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sensittivi għar-rata tal-imgħax li jidhru jew li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ; l-istituzzjoni għandha timmudella l-kurvi tar-rendiment permezz ta' wieħed mill-approċċi ġeneralment aċċettati; il-kurva tar-rendiment għandha tinqasam f'diversi segmenti ta' maturità biex tkopri l-varjazzjonijiet ta' volatilità tar-rati tul il-kurva tar-rendiment; għal skoperturi materjali għar-riskju tar-rata tal-imgħax fil-muniti u s-swieq ewlenin, il-kurva tar-rendiment għandha tiġi mmudellata bl-użu ta' mill-inqas sitt segmenti ta' maturità, u l-għadd ta' fatturi tar-riskju li jintużaw biex jimmudellaw il-kurvi tar-rendiment għandu jkun proporzjonat man-natura u l-kumplessità tal-istrateġiji ta' negozjar tal-istituzzjoni; il-mudell għandu jkopri wkoll il-firxa tar-riskju ta' movimenti korrelatati mhux b'mod perfett bejn kurvi tar-rendiment differenti jew strumenti finanzjarji differenti fl-istess emittent sottostanti;
il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jiġbor fih il-fatturi tar-riskju li jikkorrispondu għad-deheb u għall-muniti barranin individwali li fihom ikunu denominati l-pożizzjonijiet tal-istituzzjoni; għas-CIUs, għandhom jiġu kkunsidrati l-pożizzjonijiet reali tal-kambju tas-CIU; l-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq rappurtar magħmul minn partijiet terzi dwar il-pożizzjoni tal-kambju tas-CIU, sakemm il-korrettezza ta' dak ir-rapport tkun żgurata b'mod adegwat; pożizzjonijiet tal-kambju ta' CIU li istituzzjoni ma tkunx konxja dwarhom għandhom jitneħħew mill-approċċ tal-mudelli interni u jiġu ttrattati f'konformità mal-Kapitolu 1a;
is-sofistikazzjoni tat-teknika tal-immudellar għandha tkun proporzjonata mal-materjalità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet fis-swieq tal-ekwità; il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu juża fattur tar-riskju separat mill-inqas għal kull wieħed mis-swieq tal-ekwità li fihom l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sinifikanti u mill-inqas fattur tar-riskju wieħed li jkopri movimenti sistemiċi fil-prezzijiet tal-ekwità u d-dipendenza ta' dak il-fattur tar-riskju fuq il-fatturi tar-riskju individwali għal kull suq tal-ekwità;
il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu juża fattur ta' riskju separat tal-inqas għal kull komodità li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sinifikanti, sakemm l-istituzzjoni ma jkollhiex pożizzjoni aggregata żgħira fil-komodità meta mqabbla mal-attivitajiet tan-negozjar kollha tagħha, f'liema każ tista' tuża fattur ta' riskju separat għal kull tip wiesa' ta' komodità; għal skoperturi materjali għas-swieq tal-komoditajiet; il-mudell għandu jkopri r-riskju ta' movimenti mhux perfettament korrelatati bejn komoditajiet li huma simili, iżda mhux identiċi, l-iskopertura għall-bidliet fil-prezzijiet forward li jirriżultaw minn diskrepanzi fil-maturità, u l-kurva tal-konvenjenza bejn pożizzjonijiet ta' derivattivi u ta' flus;
l-indikaturi użati għandhom juru prova ta' rekord tajba għall-pożizzjoni reali miżmuma, għandhom ikunu konservattivi b'mod adatt u għandhom jintużaw biss meta d-data disponibbli ma tkunx biżżejjed, bħal matul il-perijodu ta' stress imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 325bc(2);
għal skoperturi materjali għal riskji ta' volatilità fi strumenti b'opzjonalità, il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jkopri d-dipendenza tal-volatilitajiet implikati fil-prezzijiet tal-eżerċitar u fil-maturitajiet tal-opzjonijiet.
Artikolu 325bi
Rekwiżiti kwalitattivi
Kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern użat għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu għandu jkun kunċettwalment validu, għandu jkun ikkalkulat u implimentat b'integrità, u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti kwalitattivi kollha li ġejjin:
kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju tas-suq għandu jkun integrat mill-viċin fil-proċess tal-ġestjoni tar-riskji ta' kuljum tal-istituzzjoni u għandu jservi bħala bażi għar-rappurtar tal-iskoperturi għar-riskju lill-maniġment superjuri;
istituzzjoni għandu jkollha unità għall-kontroll tar-riskji li tkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozjar kummerċjali u li tirrapporta direttament lill-maniġment superjuri; dik l-unità għandha tkun responsabbli mit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern; dik l-unità għandha twettaq validazzjoni inizjali u kontinwa ta' kwalunkwe mudell intern użat għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu u għandha tkun responsabbli għas-sistema ġenerali tal-ġestjoni tar-riskju; dik l-unità għandha tipproduċi u tanalizza rapporti ta' kuljum dwar l-output ta' kwalunkwe mudell intern użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju tas-suq, kif ukoll rapporti dwar il-miżuri adatti li għandhom jittieħdu rigward il-limiti tan-negozjar;
il-korp tal-ġestjoni u l-maniġment superjuri għandhom ikunu involuti attivament fil-proċess ta' kontroll tar-riskji, u r-rapporti ta' kuljum magħmulin mill-unità għall-kontroll tar-riskji għandhom jiġu analizzati f'livell ta' maniġment b'awtorità suffiċjenti biex jeħtieġ it-tnaqqis fil-pożizzjonijiet li jittieħdu minn operaturi individwali u biex jeħtieġ it-tnaqqis tal-iskopertura kumplessiva għar-riskju tal-istituzzjoni;
l-istituzzjoni għandu jkollha numru suffiċjenti ta' persunal b'livell ta' ħiliet li huwa adatt għas-sofistikazzjoni tal-mudelli tal-kejl tar-riskju intern, u numru suffiċjenti ta' persunal b'ħiliet fin-negozjar, fil-kontroll tar-riskji, fil-verifika u fl-oqsma tal-back office;
l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ sett dokumentat ta' politiki interni, proċeduri u kontrolli għall-monitoraġġ u sabiex tiżgura l-konformità mal-operat kumplessiv ta' mudelli tal-kejl tar-riskju intern tagħha;
kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern, inkluż kwalunkwe mudell ta' pprezzar, għandu jkollu prova ta' rekord li huwa preċiż b'mod raġonevoli fil-kejl tar-riskji u ma għandux ivarja b'mod sinifikanti mill-mudelli li l-istituzzjoni tuża għall-ġestjoni interna tar-riskju tagħha;
l-istituzzjoni għandha twettaq b'mod frekwenti programmi rigorużi ta' ttestjar tal-istress, inkluż testijiet tal-istress bl-invers, li għandu jinkludi kwalunkwe mudell għall-kejl tar-riskju intern; ir-riżultati ta' dawk it-testijiet tal-istress għandhom jiġu analizzati mill-maniġment superjuri tal-inqas fuq bażi ta' kull xahar u għandhom jikkonformaw mal-politiki u l-limiti approvati mill-korp ta' ġestjoni; l-istituzzjoni għandha tieħu azzjonijiet adatti meta r-riżultati ta' dawk it-testijiet tal-istress juru telf eċċessiv li jirriżulta min-negozju tan-negozjar tal-istituzzjoni taħt ċerti ċirkostanzi;
l-istituzzjoni għandha twettaq analiżi indipendenti ta' mudell tal-kejl tar-riskju intern tagħha, bħala parti mill-proċess ta' awditjar intern regolari tagħha, jew billi jingħata mandat lil impriża ta' parti terza biex twettaq dik l-analiżi, li għandha titwettaq għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti.
Għall-finijiet tal-punt (h) tal-ewwel subparagrafu, impriża ta' parti terza tfisser impriża li tipprovdi servizzi ta' awditjar jew ta' konsulenza lil istituzzjonijiet u li għandha persunal li għandu biżżejjed ħiliet fil-qasam tar-riskju tas-suq fl-attivitajiet tan-negozjar.
L-analiżi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 għandu jinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet ta' negozjar kummerċjali kif ukoll l-unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji. L-istituzzjoni għandha twettaq analiżi tal-proċess ġenerali tal-ġestjoni tar-riskju tagħha mill-inqas darba fis-sena. Dik l-analiżi għandha tivvaluta dan li ġej:
l-adegwatezza tad-dokumentazzjoni tas-sistema u l-proċess tal-ġestjoni tar-riskji u l-organizzazzjoni tal-unità għall-kontroll tar-riskji;
l-integrazzjoni tal-kalkolu tar-riskju fil-ġestjoni ta' kuljum tar-riskji u l-integrità tas-sistema ta' informazzjoni ta' ġestjoni;
il-proċessi li tuża l-istituzzjoni sabiex tapprova l-mudelli ta' pprezzar tar-riskju u s-sistemi ta' valutazzjoni li jintużaw mill-persunal tal-uffiċċji prinċipali u tal-back office;
il-kamp ta' applikazzjoni tar-riskji koperti mill-mudell, il-preċiżjoni u l-adegwatezza tas-sistema tal-kalkolu tar-riskju, u l-validazzjoni ta' kwalunkwe bidla sinifikanti fil-mudell tal-kejl tar-riskju intern;
il-preċiżjoni u l-kompletezza tad-data dwar il-pożizzjoni, il-preċiżjoni u l-adegwatezza tas-suppożizzjonijiet dwar il-volatilità u l-korrelazzjoni, il-preċiżjoni tal-valutazzjoni u l-kalkoli tas-sensittività għar-riskji, u l-preċiżjoni u l-adegwatezza għall-ġenerazzjoni ta' indikaturi tad-data fejn id-data disponibbli mhix biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżit stabbilit f'dan il-Kapitolu;
il-proċess ta' verifika li l-istituzzjoni tuża sabiex tevalwa l-konsistenza, il-prontezza u l-affidabbiltà tas-sorsi tad-data użati sabiex joperaw kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern tagħha, inkluż l-indipendenza ta' dawk is-sorsi tad-data;
il-proċess ta' verifika li l-istituzzjoni tuża sabiex tevalwa r-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv u r-rekwiżiti tal-attribuzzjoni P&L li jitwettqu sabiex tiġi valutata l-preċiżjoni tal-mudelli tal-kejl tar-riskju interni tagħha;
meta l-analiżi titwettaq minn impriża ta' parti terza f'konformità mal-punt (h) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-verifika li l-proċess ta' validazzjoni interna stabbilit fl-Artikolu 325bj jissodisfa l-objettivi tiegħu.
Artikolu 325bj
Validazzjoni interna
L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-validazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
meta kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern jiġi żviluppat l-ewwel darba u meta jsiru kwalunkwe tibdiliet sinifikanti f'dak il-mudell;
fuq bażi perjodika, u meta jkunu saru bidliet strutturali sinifikanti fis-suq jew bidliet fil-kompożizzjoni tal-portafoll li jistgħu jwasslu sabiex il-mudell tal-kejl tar-riskju intern ma jibqax adegwat.
Il-validazzjoni tal-mudelli tal-kejl tar-riskju intern ta' istituzzjoni m'għandhiex tkun limitata għar-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv u l-attribuzzjoni P&L, iżda għandha, bħala minimu, tinkludi dan li ġej:
testijiet biex jiġi vverifikat jekk is-suppożizzjonijiet li saru fil-mudell intern ikunux adatti u ma jissottovalutawx jew ma jissopravalutawx ir-riskju;
it-testijiet ta' validazzjoni tal-mudelli interni tagħhom, inkluż l-ittestjar retrospettiv flimkien mal-programmi tal-ittestjar retrospettiv regolatorju, fir-rigward tar-riskji u l-istrutturi tal-portafolli tagħhom;
l-użu ta' portafolli ipotetiċi biex jiġi żgurat li l-mudell tal-kejl tar-riskju intern ikun kapaċi jqis karatteristiċi strutturali partikolari li jistgħu jinqalgħu, pereżempju, riskji ta' bażi materjali u riskji ta' konċentrazzjoni, jew ir-riskji assoċjati mal-użu tal-indikaturi.
Artikolu 325bk
Kalkolu tal-miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
kif l-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw xenarji estremi ta' xokkijiet futuri applikabbli għal fatturi ta' riskju mhux mudellabbli u kif għandhom japplikaw dawk ix-xenarji estremi ta' xokkijiet futuri għal dawk il-fatturi ta' riskju;
xenarju estrem regolatorju ta' xokkijiet futuri għal kull subkategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju elenkata fit-Tabella 2 tal-Artikolu 325bd, li l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw meta ma jkunux jistgħu jiżviluppaw xenarju estrem ta' xokkijiet futuri f'konformità mal-punt (a) ta' dan is-subparagrafu, jew li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li dik l-istituzzjoni tapplika jekk dawk l-awtoritajiet ma jkunux sodisfatti bix-xenarju estrem ta' xokkijiet futuri żviluppat mill-istituzzjoni;
iċ-ċirkostanzi li fihom l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress għal aktar minn fattur wieħed ta' riskju mhux mudellabbli;
kif l-istituzzjonijiet għandhom jaggregaw il-miżuri tar-riskju tax-xenarju ta' stress tal-fatturi ta' riskju mhux mudellabbli inklużi fil-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet mhux tan-negozjar tagħhom li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet.
Fl-iżvilupp ta' dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ABE għandha tqis ir-rekwiżit li l-livell ta' rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' fattur ta' riskju mhux mudellabbli kif stabbilit f'dan l-Artikolu għandu jkun għoli daqs il-livell tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq li kien ikkalkulat taħt dan il-Kapitolu kieku dak il-fattur ta' riskju kien mudellabbli.
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Settembru 2020.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 325bl
Kamp ta' applikazzjoni tal-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza
Artikolu 325bm
Permess biex jintuża mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza
Artikolu 325bn
Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza bl-użu ta' mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza bl-użu ta' mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bl kif ġej:
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għandhom ikunu ugwali għan-numru tal-valur fir-riskju li jkejjel it-telf potenzjali fil-valur tas-suq tal-portafoll ikkawżat mill-inadempjenza ta' emittenti relatati ma' dawk il-pożizzjonijiet fl-intervall ta' kunfidenza ta' 99,9 % fuq perijodu ta' żmien ta' sena;
it-telf potenzjali msemmi fil-punt (a) ifisser telf dirett jew indirett fil-valur tas-suq ta' pożizzjoni li kien ikkawżat mill-inadempjenza tal-emittenti u li huwa inkrementali għal kwalunkwe telf diġà meqjus fil-valutazzjoni attwali tal-pożizzjoni; l-inadempjenza tal-emittenti ta' pożizzjonijiet ta' ekwità għandha tiġi rappreżentata mill-valur tal-prezzijiet tal-ekwità tal-emittenti stabbilit għal żero;
l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-korrelazzjonijiet ta' inadempjenza bejn emittenti differenti abbażi ta' metodoloġija kunċettwalment valida, bl-użu ta' data storika oġġettiva fuq firxiet tal-kreditu tas-suq jew prezzijiet tal-ekwità li jkopru tal-inqas perijodu ta' 10 snin li jinkludi l-perijodu ta' stress identifikat mill-istituzzjoni f'konformità mal-Artikolu 325bc(2); il-kalkolu tal-korrelazzjonijiet ta' inadempjenza bejn emittenti differenti għandu jkun ikkalibrat ma' perijodu ta' żmien ta' sena;
il-mudell tal-kejl ta' riskju intern għandu jkun ibbażat fuq preżunzjoni ta' pożizzjoni kostanti għal sena.
Artikolu 325bo
Rikonoxximent tal-ħeġġijiet f'mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza
Artikolu 325bp
Rekwiżiti partikolari għal mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza
Biex tiġi simulata l-inadempjenza tal-emittenti fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, l-istimi tal-istituzzjoni tal-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandu jkollhom minimu ta' 0,03 %;
il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom ikunu bbażati fuq perijodu ta' żmien ta' sena, sakemm mhux iddikjarat mod ieħor f'din it-Taqsima;
il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom jitkejlu bl-użu, waħidha jew flimkien mal-prezzijiet tas-suq attwali, id-data osservata matul perijodu storiku ta' mill-inqas ħames snin u tnaqqis estrem fil-prezzijiet tas-suq ekwivalenti għal avvenimenti ta' inadempjenzata' inadempjenzi reali li ġraw fil-passat; il-probabbiltajiet ta' inadempjenza m'għandhomx ikunu implikati biss mill-prezzijiet tas-suq attwali.
istituzzjoni li tkun ingħatat permess li tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza f'konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II għandha tuża l-metodoloġija stabbilita fiha biex tikkalkula l-probabbiltajiet ta' inadempjenza;
istituzzjoni li ma tkunx ingħatat permess li tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza f'konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II għandha tiżviluppa metodoloġija interna jew tuża sorsi esterni biex tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza; fiż-żewġ sitwazzjonijiet, l-istimi tal-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom ikunu konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.
Biex tiġi simulata l-inadempjenza tal-emittenti fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, l-istimi tal-istituzzjoni tat-telf fil-każ ta' inadempjenza għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
l-istimi tat-telf fil-każ ta' inadempjenza għandhom minimu ta' 0 %;
l-istimi tat-telf fil-każ ta' inadempjenza għandhom jirriflettu s-superjorità ta' kull pożizzjoni;
istituzzjoni li tkun ingħatat permess li tistma telf fil-każ ta' inadempjenza f'konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II għandha tuża l-metodoloġija stabbilita fiha biex tikkalkula stimi ta' telf fil-każ ta' inadempjenza;
istituzzjoni li ma tkunx ingħatat permess li tistma telf fil-każ ta' inadempjenza f'konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II għandha tiżviluppa metodoloġija interna jew tuża sorsi esterni biex tistma t-telf fil-każ ta' inadempjenza; fiż-żewġ sitwazzjonijiet, l-istimi ta' telf fil-każ ta' inadempjenza għandu jkun konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.
Bħala parti mill-analiżi u l-validazzjoni indipendenti tal-mudelli interni li jużaw għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, inkluż is-sistema tal-kalkolu tar-riskji, l-istituzzjonijiet għandhom:
jivverifikaw li l-approċċ tagħhom għall-immudellar ta' korrelazzjonijiet u bidliet fil-prezzijiet ikun adatt għall-portafoll tagħhom, inkluż l-għażla u l-piżijiet tal-fatturi sistematiċi tar-riskju fil-mudell;
iwettqu varjetà ta' testijiet tal-istress, fosthom analiżi tas-sensittività u analiżi tax-xenarji, biex jivvalutaw ir-raġonevolezza kwalitattiva u kwantitattiva tal-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, b'mod partikolari fir-rigward tat-trattament tal-konċentrazzjonijiet.; u
tapplika validazzjoni kwantitattiva adatta li tinkludi punti ta' riferiment interni rilevanti ta' mudellar.
It-testijiet imsemmija fil-punt (b) ma għandhomx ikunu limitati għall-firxa ta' avvenimenti passati esperjenzati.
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Settembru 2020.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
KAPITOLU 2
Rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-pożizzjoni
Artikolu 326
Rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-pożizzjoni
Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għar-riskju tal-pożizzjoni għandu jkun is-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ġenerali jew speċifiku tal-pożizzjonijiet tagħha fl-istrumenti tad-dejn u l-ekwità. Il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fil-portafoll tan-negozjar għandhom jiġu ttrattati bħala strumenti tad-dejn.
Artikolu 327
Netting
Artikolu 328
Futures u forwards tar-rati tal-imgħax
Artikolu 329
Opzjonijiet u warrants
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 330
Tpartit (swaps)
Għall-finijiet tar-riskju tar-rati tal-imgħax, l-iswaps għandhom jiġu ttrattat fuq l-istess bażi bħal strumenti li jidhru fil-karta tal-bilanċ. Għaldaqstant, swap fuq ir-rata tal-imgħax li biha istituzzjoni tirċievi imgħax b’rata varjabbli u tħallas imgħax b’rata fissa għandu jiġi ttrattat bħala ekwivalenti għal pożizzjoni twila fi strument b’rata varjabbli b’maturità ekwivalenti għall-perijodu sal-iffissar li jmiss tal-imgħax u għal pożizzjoni qasira fi strument b’rata fissa bl-istess maturità bħal-iswap innifsha.
Artikolu 331
Riskju tar-rati tal-imgħax fuq strumenti derivati
L-istituzzjonijiet li ma jużawx mudelli skont il-paragrafu 1 jistgħu jittrattaw bħal li jpaċu kompletament kwalunkwe pożizzjoni fl-istrumenti derivati koperti fl-Artikoli 328 sa 330 li mill-inqas ikunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-pożizzjonijiet ikunu tal-istess valur u denominati fl-istess munita;
ir-rata ta’ referenza (għall-pożizzjonijiet ta’ rata varjabbli) jew il-kupun (għall-pożizzjonijiet ta’ rata fissa) hija allineata mill-qrib;
id-data li jmiss għall-iffissar tar-rata tal-imgħax jew, għal pożizzjonijiet ta' kupun fiss, il-maturità reżidwa tikkorrispondi mal-limiti li ġejjin:
inqas minn xahar: l-istess ġurnata;
bejn xahar u sena: fi żmien sebat ijiem;
aktar minn sena: fi żmien 30 ġurnata.
Artikolu 332
Derivati tal-kreditu
Meta jiġi kkalkulat ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ġenerali u speċifiku tal-parti li tieħu r-riskju tal-kreditu (il-‘bejjiegħ tal-protezzjoni’), sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandu jintuża l-ammont nozzjonali tal-kuntratt tad-derivat tal-kreditu. Minkejja l-ewwel sentenza, l-istituzzjoni tista’ tagħżel li tissostitwixxi l-valur nozzjonali bil-valur nozzjonali miżjud bil-bidla netta fil-valur tas-suq tad-derivat tal-kreditu mill-bidu tat-transazzjoni, bidla netta ’l isfel mill-perspettiva tal-bejjiegħ tal-protezzjoni li jkollha sinjal negattiv. Sabiex jiġi kkalkulat it-tnaqqis għar-riskju speċifiku, għajr total return swaps, għandha tapplika l-maturità tal-kuntratt tad-derivat tal-kreditu, u mhux il-maturità tal-obbligazzjoni. Il-pożizzjonijiet jiġu determinati kif ġej:
total return swap toħloq pożizzjoni twila fir-riskju ġenerali tal-obbligazzjoni ta’ riferiment u pożizzjoni qasira fir-riskju ġenerali tal-bond tal-gvern b’maturità ekwivalenti għall-perijodu sal-iffissar li jmiss tar-rata tal-imgħax u li huwa assenjat piż tar-riskju ta’ 0 % skont it-Titolu II, Kapitolu 2. Joħloq ukoll pożizzjoni twila fir-riskju speċifiku tal-obbligazzjoni ta’ riferiment;
swap ta’ inadempjenza tal-kreditu ma toħloqx pożizzjoni għar-riskju ġenerali. Għall-finijiet tar-riskju speċifiku, l-istituzzjoni għandha tirreġistra pożizzjoni sintetika twila f’obbligazzjoni tal-entità ta' referenza, sakemm id-derivat ma jkunx ikklassifikat esternament u ma jissodisfax il-kondizzjonijiet għal element ta' dejn li jikkwalifika, f'liema każ tiġi reġistrata pożizzjoni twila fid-derivat. Jekk il-prodott jikkomporta l-pagament ta' primjum jew ta' imgħax, dawn il-flussi ta’ flus għandhom jiġu rappreżentati bħala pożizzjonijiet nozzjonali f'bonds tal-gvern;
nota marbuta mal-kreditu b'isem wieħed toħloq pożizzjoni twila fir-riskju ġenerali tan-nota nnifisha, bħala prodott tar-rati tal-imgħax. Għall-fini tar-riskju speċifiku, tinħoloq pożizzjoni sintetika twila f’obbligazzjoni tal-entità ta' referenza. Pożizzjoni twila addizzjonali tinħoloq fl-emittent tan-nota. Meta n-nota marbuta mal-kreditu jkollha klassifikazzjoni esterna u tissodisfa l-kondizzjonijiet għal element ta' dejn li jikkwalifika, tista' tiġi rreġistrata biss pożizzjoni twila bir-riskju speċifiku tan-nota;
minbarra pożizzjoni twila fir-riskju speċifiku tal-emittent tan-nota, nota marbuta mal-kreditu b’ismijiet multipli li tipprovdi protezzjoni proporzjonali toħloq pożizzjoni f’kull entità ta' referenza, bl-ammont nozzjonali totali tal-kuntratt assenjat fost il-pożizzjonijiet skont il-proporzjon tal-ammont nozzjonali totali li kull skopertura tirrappreżenta għal entità ta' referenza. Fejn tista' tintgħażel iżjed minn obbligazzjoni waħda ta' entità ta' referenza, l-obbligazzjoni bl-ogħla ppeżar tar-riskju tiddetermina r-riskju speċifiku.
derivat tal-kreditu tat-tip “first-asset-to-default” joħloq pożizzjoni għall-ammont nozzjonali f’obbligazzjoni ta’ kull entità ta’ referenza. Jekk id-daqs tal-pagament massimu minħabba avveniment ta’ kreditu jkun inqas mir-rekwiżit ta' fondi proprji skont il-metodu fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt, l-ammont massimu ta' ħlas jista' jittieħed bħala r-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku
Derivat tal-kreditu tat-tip “n-th-asset-to-default” joħloq pożizzjoni għall-ammont nozzjonali f’obbligazzjoni ta’ kull entità ta' referenza minbarra l-entitajiet ta' referenza n-1 bir-rekwiżit l-iżjed baxx ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku. Jekk id-daqs tal-pagament massimu minħabba avveniment ta’ kreditu jkun inqas mir-rekwiżit ta' fondi proprji skont il-metodu fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt, l-ammont massimu ta' ħlas jista' jittieħed bħala r-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku
Fejn derivat tal-kreditu tat-tip "n-th-to-default" ikun ikklassifikat esternament, il-bejjiegħ tal-protezzjoni għandu jikkalkula r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku billi juża l-klassifikazzjoni tad-derivat u japplika l-ippeżar tar-riskju tat-titolizzazzjoni rispettiv kif applikabbli.
Artikolu 333
Titoli mibjugħa skont ftehim ta’ xiri mill-ġdid jew self
Dak li jittrasferixxi titoli jew drittijiet iggarantiti marbuta mas-sjieda tat-titoli fi ftehim ta’ xiri mill-ġdid u dak li jislef titoli f'self ta' titoli għandhom jinkludu dawk it-titoli fil-kalkolu tar-rekwiżit ta’ fondi proprji skont dan il-Kapitolu sakemm dawn it-titoli jkunu pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar.
Artikolu 334
Pożizzjonijiet netti fi strumenti tad-dejn
Il-pożizzjonijiet netti għandhom jiġu kklassifikati skont il-munita li fiha jkunu denominati u għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ġenerali u speċifiku f’kull munita individwali b’mod separat.
Artikolu 335
Limitu massimu tar-rekwiżit ta’ fondi proprji għal pożizzjoni netta
L-istituzzjoni tista’ tiffissa limitu massimu għar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku ta’ pożizzjoni netta fi strument tad-dejn li jkun daqs it-telf massimu possibbli relatat mar-riskju ta’ inadempjenza. Għal pożizzjoni qasira, dak il-limitu jista’ jiġi kkalkulat bħala bidla fil-valur minħabba li l-istrument jew, fejn rilevanti, l-ismijiet sottostanti immedjatament isiru ħielsa mir-riskju ta' inadempjenza.
Artikolu 336
Rekwiżit ta’ fondi proprji għall-istrumenti tad-dejn mhux ta’ titolizzazzjoni
L-istituzzjoni għandha tassenja l-pożizzjonijiet netti tagħha fil-portafoll tan-negozjar fi strumenti li mhumiex pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kif ikkalkulati skont l-Artikolu 327 lill-kategoriji xierqa tat-Tabella 1 fuq il-bażi tal-emittent jew id-debitur, il-valutazzjoni tal-kreditu esterna jew interna, u l-maturità reżidwa tagħhom, u mbagħad timmultiplikahom bl-ippeżar muri f’dik it-tabella. Sabiex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku tagħha, hija għandha tgħodd il-pożizzjonijiet ippeżati tagħha li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk ikunux pożizzjonijiet twal jew qosra.
Tabella 1
Kategoriji |
Kategoriji |
Titoli ta’ dejn li jirċievu piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu. |
0 % |
Titoli ta’ dejn li jirċievu piż tar-riskju ta’ 20 % jew 50 % skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu u għal elementi oħra li jikkwalifikaw kif definit fil-paragrafu 4. |
0,25 % (terminu reżidwu sal-maturità finali ta’ sitt xhur jew inqas) 1,00 % (terminu reżidwu sal-maturità finali ta' iżjed minn sitt xhur u sa 24 xahar, inklużi) 1,60 % (terminu reżidwu sal-maturità li jaqbeż l-24 xahar) |
Titoli ta’ dejn li jirċievu piż tar-riskju ta’ 100 % skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu. |
8,00 % |
Dejn li jirċievi piż tar-riskju ta’ 150 % skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu. |
12,00 % |
Elementi oħra li jikkwalifikaw huma:
pożizzjonijiet twal u qosra f’assi li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikunu kkunsidrati mill-istituzzjoni kkonċernata bħala likwidi biżżejjed;
il-kwalità tal-investiment tagħhom tkun, skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni nnifisha, mill-inqas ekwivalenti għal dik tal-assi msemmija fit-Tabella 1, it-tieni filliera;
ikunu kkwotati f'mill-anqas suq irregolat wieħed fi Stat Membri jew f’borża f’pajjiż terz sakemm il-borża tkun rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rilevanti;
pożizzjonijiet twal u qosra f’assi maħruġa minn istituzzjonijiet soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti f’dan ir-Regolament li jkunu kkunsidrati mill-istituzzjoni kkonċernata bħala likwidi biżżejjed u li l-kwalità tal-investiment tagħhom tkun, skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni nnifisha, mill-inqas ekwivalenti għal dik tal-assi msemmija fit-Tabella 1, it-tieni filliera;
titoli maħruġa minn istituzzjonijiet li jkunu kkunsidrati li għandhom kwalità tal-kreditu ekwivalenti, jew ogħla, minn dawk assoċjati mal-livell 2 tal-kwalità tal-kreditu skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi għall-istituzzjonijiet u li jkunu soġġetti għal arranġamenti superviżorji u regolatorji komparabbli ma’ dawk skont dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE.
L-istituzzjonijiet li jużaw il-punti (a) jew (b) għandu jkollhom fis-seħħ metodoloġija dokumentata sabiex jivvalutaw jekk l-assi jilħqux ir-rekwiżiti f’dawk il-punti u għandhom jinnotifikaw din il-metodoloġija lill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 337
Rekwiżit ta’ fondi proprji għal strumenti ta’ titolizzazzjoni
B’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA għandha toħroġ linji gwida dwar l-użu ta’ stimi tal-PD u l-LGD bħala inputs meta dawk l-istimi jkunu bbażati fuq mudell IRC.
Meta istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni sintetika ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għat-trasferiment ta’ riskju sinifikanti stabbilit fl-Artikolu 245, l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha tinkludi l-iskoperturi sottostanti għat-titolizzazzjoni fil-kalkolu tagħha tar-rekwiżiti tal-fondi proprji bħallikieku dawk l-iskoperturi ma kinux ġew titolizzati u għandha tinjora l-effett tat-titolizzazzjoni sintetika għall-finijiet ta’ protezzjoni tal-kreditu.
Artikolu 338
Rekwiżit ta’ fondi proprji għall-portafoll kummerċjali ta’ korrelazzjoni
Il-portafoll kummerċjali ta’ korrelazzjoni għandu jikkonsisti f’pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni u derivati tal-kreditu tat-tip "n-th-to-default" li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
il-pożizzjonijiet la jkunu pożizzjonijiet ta’ rititolizzazzjoni, la opzjonijiet fuq segment ta’ titolizzazzjoni, u lanqas xi derivati oħra ta' skoperturi ta’ titolizzazzjoni li ma jipprovdux sehem prorata fir-rikavat ta’ segment ta’ titolizzazzjoni;
l-istrumenti ta’ referenza kollha jkunu wieħed minn dawn li ġejjin:
strumenti b'isem wieħed, inklużi derivati tal-kreditu b'isem wieħed, li għalihom ikun jeżisti suq likwidu bidirezzjonali;
indiċi negozjati b’mod komuni bbażati fuq dawk l-entitajiet ta' referenza.
Suq bidirezzjonali jitqies li jeżisti meta jkun hemm offerti bona fide indipendenti għax-xiri u l-bejgħ b'mod li prezz relatat b’mod raġonevoli mal-aħħar prezz ta’ bejgħ jew offerta kompetittiva bona fide attwali u kwotazzjonijiet tal-offerti jkunu jistgħu jiġu determinati fi żmien ġurnata u saldati b'tali prezz fi żmien relattivament qasir b’konformità mal-prattika tan-negozju.
Pożizzjonijiet li jirreferu għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin m’għandhomx ikunu parti mill-portafoll kummerċjali ta’ korrelazzjoni:
sottostanti li jista' jiġi assenjat għall-klassi ta' skoperturi ‘skoperturi fil-livell tal-konsumaturi’ jew għall-klassi ta' skoperturi ‘skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteka fuq proprjetà immobbli’ skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar ta' istituzzjoni;
pretensjoni fuq entità b’għan speċjali, ikkollateralizzata direttament jew indirettament, b'pożizzjoni li nnifisha ma tkunx eliġibbli għal inklużjoni fil-portafoll kummerċjali ta’ korrelazzjoni skont il-paragrafu 1 u dan il-paragrafu.
Istituzzjoni għandha tiddetermina l-akbar wieħed mill-ammonti li ġejjin bħala r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku għall-portafoll kummerċjali ta’ korrelazzjoni:
ir-rekwiżit totali ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku li jkun japplika biss għall-pożizzjonijiet netti twal tal-portafoll kummerċjali ta’ korrelazzjoni;
ir-rekwiżit totali ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku li jkun japplika biss għall-pożizzjonijiet netti qosra tal-portafoll kummerċjali ta’ korrelazzjoni.
Artikolu 339
Kalkolu tar-riskju ġenerali bbażat fuq il-maturità
L-istituzzjoni għandha tikkalkula t-totali tal-pożizzjonijiet twal ippeżati mhux ibbilanċjati għall-faxex inklużi f’kull żona tat-Tabella 2 sabiex tiddetermina l-pożizzjoni twila ppeżata mhux ibbilanċjata għal kull żona. Bl-istess mod, is-somma tal-pożizzjonijiet qosra ppeżati mhux imqabbla għal kull faxxa f’żona partikolari għandha tingħadd sabiex tiġi kkalkulata l-pożizzjoni qasira ppeżata mhux ibbilanċjata għal dik iż-żona. Dik il-parti tal-pożizzjoni twila ppeżata mhux ibbilanċjata għal żona partikolari li tkun ibbilanċjata bil-pożizzjoni qasira ppeżata mhux ibbilanċjata għall-istess żona għandha tkun il-pożizzjoni ppeżata ibbilanċjata għal dik iż-żona. Dik il-parti tal-pożizzjoni twila ppeżata mhux ibbilanċjata jew dik qasira ppeżata mhux ibbilanċjata għal żona li, għaldaqstant, ma tkunx tista’ tkun ibbilanċjata, għandha tkun il-pożiżżjoni ppeżata mhux ibbilanċjata għal dik iż-żona.
Tabella 2
Żona |
Faxxa ta’ maturità |
Piż differenzjat (f' %) |
Tibdil preżunt fir-rata tal-imgħax (f' %) |
|
Kupun ta’ 3 % jew aktar |
Kupun ta’ inqas minn 3 % |
|||
L-Ewwel |
0 ≤ 1 xahar |
0 ≤ 1 xahar |
0,00 |
— |
> 1 ≤ 3-il xahar |
> 1 ≤ 3-il xahar |
0,20 |
1,00 |
|
> 3 ≤ 6-il xahar |
> 3 ≤ 6-il xahar |
0,40 |
1,00 |
|
> 6 ≤ 12-il xahar |
> 6 ≤ 12-il xahar |
0,70 |
1,00 |
|
It-Tieni |
> 1 ≤ 2 sentejn |
> 1.0 ≤ 1.9 snin |
1,25 |
0,90 |
> 2 ≤ 3 snin |
> 1.9 ≤ 2.8 snin |
1,75 |
0,80 |
|
> 3 ≤ 4 snin |
> 2.8 ≤ 3.6 snin |
2,25 |
0,75 |
|
It-Tielet |
> 4 ≤ 5 snin |
> 3.6 ≤ 4.3 snin |
2,75 |
0,75 |
> 5 ≤ 7 snin |
> 4.3 ≤ 5.7 snin |
3,25 |
0,70 |
|
> 7 ≤ 10 snin |
> 5.7 ≤ 7.3 snin |
3,75 |
0,65 |
|
> 10 ≤ 15 snin |
> 7.3 ≤ 9.3 snin |
4,50 |
0,60 |
|
> 15 ≤ 20 snin |
> 9.3 ≤ 10.6 snin |
5,25 |
0,60 |
|
> 20 sena |
> 10.6 ≤ 12.0 snin |
6,00 |
0,60 |
|
|
> 12.0 ≤ 20.0 snin |
8,00 |
0,60 |
|
|
> 20 sena |
12,50 |
0,60 |
Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’:
10 % tas-somma tal-pożizzjonijiet ippeżati bbilanċjati fil-faxex kollha ta’ maturità;
40 % tal-pożizzjoni ppeżata bbilanċjata fl-ewwel żona;
30 % tal-pożizzjoni ppeżata bbilanċjata fit-tieni żona;
30 % tal-pożizzjoni ppeżata bbilanċjata fit-tielet żona;
40 % tal-pożizzjoni ppeżata bbilanċjata bejn l-ewwel u t-tieni żona u bejn it-tieni u t-tielet żona;
150 % tal-pożizzjoni ppeżata bbilanċjata bejn l-ewwel u t-tielet żona;
100 % tal-pożizzjonijiet ippeżati reżidwi mhux ibbilanċjati.
Artikolu 340
Kalkolu tar-riskju ġenerali bbażat fuq it-tul taż-żmien
Imbagħad, l-istituzzjoni għandha tikkalkula t-tul taż-żmien modifikat ta’ kull strument tad-dejn fuq il-bażi tal-formula li ġejja:
fejn:
D |
= |
it-tul ta' żmien ikkalkulat skont il-formula li ġejja:
fejn:
|
Għandha ssir korrezzjoni fil-kalkolu tat-tul taż-żmien modifikat għall-istrumenti tad-dejn li huma soġġetti għar-riskju ta' ħlas minn qabel. L-ABE għandha, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida dwar kif għandhom jiġu applikati tali korrezzjonijiet.
L-istituzzjoni għandha mbagħad talloka kull strument tad-dejn fiż-żona xierqa fit-Tabella 3. Għandha tagħmel dan fuq il-bażi tat-tul taż-żmien modifikat ta’ kull strument.
Tabella 3
Żona |
Tul taż-żmien modifikat (fi snin) |
Imgħax preżunt (varjazzjoni f’%) |
L-Ewwel |
> 0 ≤ 1,0 |
1,0 |
It-Tieni |
> 1,0 ≤ 3,6 |
0,85 |
It-Tielet |
> 3,6 |
0,7 |
Imbagħad, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-pożizzjonijiet ippeżati skont it-tul taż-żmien mhux ibbilanċjati għal kull żona. Hija mbagħad għandha ssegwi l-proċeduri għall-pożizzjonijiet ippeżati mhux ibbilanċjati stabbiliti fl-Artikolu339(5) sa (8).
Imbagħad, ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’ dawn li ġejjin:
2 % tal-pożizzjoni ppeżata skont it-tul taż-żmien ibbilanċjata għal kull żona;
40 % tal-pożizzjonijiet ippeżati skont it-tul taż-żmien ibbilanċjati bejn l-ewwel u t-tieni żona u bejn it-tieni u t-tielet żona;
150 % tal-pożizzjoni ppeżata skont it-tul taż-żmien ibbilanċjata bejn l-ewwel u t-tielet żona;
100 % tal-pożizzjonijiet reżidwi ppeżati skont it-tul taż-żmien mhux ibbilanċjati.
Artikolu 341
Pożizzjonijiet netti fi strumenti azzjonarji
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar 2014.
Il-Kummissjoni tiġi delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 342
Riskju speċifiku ta' strumenti tal-ekwità
L-istituzzjoni għandha timmultiplika l-pożizzjoni grosssa kumplessiva tagħha bi 8 % sabiex tikkalkula r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku.
Artikolu 343
Riskju ġenerali ta' strumenti tal-ekwità
Ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ġenerali għandu jkun il-pożizzjoni netta kumplessiva tal-istituzzjoni multiplikata bi 8 %.
Artikolu 344
Indiċijiet tal-borża
L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 345
Tnaqqis tal-pożizzjonijiet netti
Fil-każ tas-sottoskrizzjoni ta’ strumenti tad-dejn u l-ekwità, istituzzjoni tista’ tuża l-proċedura li ġejja sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha. L-istituzzjoni għandha l-ewwel tikkalkula l-pożizzjonijiet netti billi tnaqqas il-pożizzjonijiet sottoskritti li jkunu ffirmati jew sottoskritti mill-ġdid minn partijiet terzi fuq il-bażi ta’ ftehimiet formali. L-istituzzjoni għandha mbagħad tnaqqas il-pożizzjonijiet netti bil-fatturi ta’ tnaqqis fit-Tabella 4 u tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha billi tuża l-pożizzjonijiet sottoskritti mnaqqsa.
Tabella 4
jum tax-xogħol 0: |
100 % |
jum tax-xogħol 1: |
90 % |
jiem tax-xogħol 2 sa 3: |
75 % |
jum tax-xogħol 4: |
50 % |
jum tax-xogħol 5: |
25 % |
wara jum tax-xogħol 5: |
0 %. |
‘Jum tax-xogħol żero’ għandu jkun il-jum tax-xogħol li fih l-istituzzjoni tieħu l-impenn mingħajr kondizzjonijiet li taċċetta kwantità magħrufa ta’ titoli bi prezz miftiehem.
Artikolu 346
Tnaqqis għal hedges minn derivati tal-kreditu
Għandu jingħata tnaqqis sħiħ meta l-valuri taż-żewġ partijiet jimxu dejjem fid-direzzjoni opposta u b'mod ġenerali ndaqs. Dan ikun il-każ fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
iż-żewġ komponenti jikkonsistu fi strumenti kompletament identiċi;
pożizzjoni twila fi flus tkun iħħeġġjata b’total rate of return swap (jew viċe versa) u jkun hemm qbil preċiż bejn l-obbligazzjoni ta’ riferiment u l-iskopertura sottostanti (jiġifieri, il-pożizzjoni fi flus). Il-maturità tal-iswap innifisha tista’ tkun differenti minn dik tal-iskopertura sottostanti.
F'dawn is-sitwazzjonijiet, ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku ma għandu jiġi applikat għall-ebda naħa tal-pożizzjoni.
Fin-nuqqas tas-sitwazzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, għandu jingħata tnaqqis parzjali, fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
il-pożizzjoni taqa’ taħt il-paragrafu 3(b) iżda hemm diskrepanza fl-assi bejn l-obbligazzjoni ta’ riferiment u l-iskopertura sottostanti. Madanakollu, il-pożizzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
l-obbligazzjoni ta’ riferiment hija tal-istess livell ma', jew subordinata għall-obbligazzjoni sottostanti;
l-obbligazzjoni sottostanti u l-obbligazzjoni ta’ riferiment għandhom l-istess debitur u għandhom klawżoli transversali ta’ inadempjenza u aċċelerazzjoni legalment infurzabbli;
il-pożizzjoni taqa’ taħt il-paragrafu 3(a) jew il-paragrafu 4 iżda hemm diskrepanza fil-munita jew fil-maturità bejn il-protezzjoni tal-kreditu u l-assi sottostanti. Tali diskrepanza fil-munita għandha tiġi inkluża fir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju;
il-pożizzjoni taqa’ taħt il-paragrafu 4 iżda hemm diskrepanza fl-assi bejn il-pożizzjoni fi flus u d-derivat tal-kreditu. Madanakollu, l-assi sottostanti huwa inkluż fl-obbligazzjonijiet (kunsinnabbli) fid-dokumentazzjoni tad-derivat tal-kreditu.
Sabiex jingħata tnaqqis parzjali, minflok ma jiżdiedu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku għal kull naħa tat-transazzjoni, għandu japplika biss l-ogħla wieħed miż-żewġ rekwiżiti ta’ fondi proprji.
Artikolu 347
Tnaqqis għal hedges permezz ta’ derivati tal-kreditu tat-tipi "first-to default" u "nth-to default"
Fil-każ ta’ derivati tal-kreditu tat-tip "first-to default" u derivati tal-kreditu tat-tip "nth-to default", it-trattament li ġej japplika għat-tnaqqis li għandu jingħata skont l-Artikolu 346:
fejn istituzzjoni tikseb protezzjoni tal-kreditu għal numru ta’ entitajiet ta' referenza li huma sottostanti għal derivat tal-kreditu bit-kondizzjoni li l-ewwel inadempjenza fost l-assi għandha tiskatta pagament u li dan l-avveniment tal-kreditu għandu jtemm il-kuntratt, l-istituzzjoni tista’ tpaċi r-riskju speċifiku għall-entità ta' referenza li għaliha japplika l-aktar perċentwal baxx ta' ħlas għar-riskju speċifiku fost l-entitajiet ta' referenza sottostanti skont it-Tabella 1 fl-Artikolu 336;
fejn l-inadempjenza numru n (nth default) fost l-iskoperturi tiskatta pagament taħt il-protezzjoni tal-kreditu, ix-xerrej tal-protezzjoni jista' jpaċi r-riskju speċifiku biss jekk tkun inkisbet protezzjoni wkoll għall-inadempjenzi numru 1 sa n-1 jew meta jkunu diġà seħħew l-inadempjenzi n-1. F’każijiet bħal dawn, il-metodoloġija stabbilita fil-punt (a) għad-derivati tal-kreditu tat-tip "first-to-default" għandha tiġi segwita, emendata kif xieraq għall-prodotti tat-tip "nth-to-default".
Artikolu 348
Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal CIUs
Artikolu 349
Kriterji ġenerali għal CIUs
Is-CIUs għandhom ikunu eliġibbli għall-approċċ stabbilit fl-Artikolu 350, fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-prospett tas-CIU jew dokument ekwivalenti għandhom jinkludu dawn kollha:
il-kategoriji ta’ assi li s-CIU tkun awtorizzata li tinvesti fihom;
fejn japplikaw limiti fuq l-investiment, il-limiti relattivi u l-metodoloġiji għall-kalkolu tagħhom;
fejn tkun permessa lieva finanzjarja, il-livell massimu tal-lieva finanzjarja;
fejn huma permessi l-konklużjonit ta’ transazzjonijiet ta’ derivati finanzjarji OTC jew transazzjonijiet ta’ riakkwist jew ta’ teħid jew għoti b'self ta' titoli, il-politika li tillimita r-riskju għall-kontroparti li jirriżulta minn dawn it-transazzjonijiet;
in-negozju tas-CIU għandu jiġi rrappurtat f’rapporti ta’ nofs is-sena u dawk annwali sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-assi u l-passivi, tad-dħul u l-operazzjonijiet fil-perijodu tar-rapport;
l-ishma jew l-unitajiet tas-CIU jistgħu jinfdew fi flus, mill-assi tal-impriża, fuq bażi ta’ kuljum fuq talba tat-titolari tal-unitajiet;
l-investimenti fis-CIU għandhom jiġu separati mill-assi tal-amministratur tas-CIU;
għandu jkun hemm valutazzjoni adegwata tar-riskju tas-CIU, mill-istituzzjoni li tinvesti;
is-CIUs għandhom jiġu amministrati minn persuni taħt superviżjoni skont id-Direttiva 2009/65/KE jew leġislazzjoni ekwivalenti.
Artikolu 350
Metodi speċifiċi għal CIUs
L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-pożizzjoni, li jinkludi r-riskju speċifiku u r-riskju ġenerali, għal pożizzjonijiet f'CIUs bis-suppożizzjoni ta' pożizzjonijiet li jirrappreżentaw dawk neċessarji sabiex jirriproduċu l-kompożizzjoni u l-prestazzjoni tal-indiċi ġġenerat esternament jew basket fiss ta’ ekwitajiet jew titoli ta’ dejn msemmija fil-punt (a), soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-għan tal-mandat tas-CIU's hu li jirriproduċi l-kompożizzjoni u l-prestazzjoni ta’ indiċi ġġenerat esternament jew basket fiss ta’ ekwitajiet jew titoli ta’ dejn;
koeffiċjent ta' korrelazzjoni minimu bejn ir-redditu ta' kuljum tas-CIU u l-indiċi jew il-basket ta' ekwitajiet jew titoli ta' dejn li tirriproduċi ta' 0,9 jista' jiġi stabbilit b'mod ċar fuq perijodu ta' sitt xhur.
Fejn l-istituzzjoni ma tkunx konxja mill-investimenti sottostanti tas-CIU fuq bażi ta’ kuljum, l-istituzzjoni tista’ tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-pożizzjoni, li jinkludi r-riskju speċifiku u r-riskju ġenerali, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
jiġi preżunt li s-CIU l-ewwel tinvesti sal-massimu possibbli permess skont il-mandat tagħha fil-klassijiet ta’ assi li jattiraw l-ogħla rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku u ġenerali b’mod separat, u mbagħad tkompli tagħmel investimenti f’ordni li dejjem tonqos sakemm jintlaħaq il-limitu massimu tal-investimenti totali. Il-pożizzjoni fis-CIU tiġi ttrattata bħala holding diretta fil-pożizzjoni meħuda;
l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l-iskopertura massima indiretta li jistgħu jiksbu billi jieħdu pożizzjonijiet b'effett ta' lieva finanzjarja permezz tas-CIU meta jikkalkulaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku u ġenerali tagħhom b’mod separat, billi jżidu proporzjonalment il-pożizzjoni fis-CIU sal-iskopetura massima għall-elementi ta’ investiment sottostanti li jirriżultaw mill-mandat;
jekk skont dan il-paragrafu, ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku u ġenerali flimkien jaqbeż dak stabbilit fl-Artikolu 348(1), ir-rekwiżit ta' fondi proprji għandu jiġi limitat sa dak il-livell.
L-istituzzjonijiet jistgħu jiddependu fuq il-partijiet terzi li ġejjin sabiex jikkalkulaw u jirrappurtaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-pożizzjoni għall-pożizzjonijiet fis-CIUs li jaqgħu taħt il-paragrafi 1 sa 4, skont il-metodi stabbiliti f’dan il-Kapitolu:
id-depożitarju tas-CIU sakemm is-CIU jinvesti b’mod esklużiv f’titoli u jiddepożita t-titoli kollha ma' dak id-depożitarju;
għal CIUs oħrajn, il-kumpannija li tamministra s-CIU, jekk il-kumpannija li tamministra s-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3)(a).
Il-korrettezza tal-kalkolu għandha tiġi kkonfermata minn awditur estern.
KAPITOLU 3
Rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju
Artikolu 351
De minimis u ppeżar għar-riskju tal-kambju
Jekk is-somma tal-pożizzjoni netta kumplessiva tal-kambju ta’ istituzzjoni u l-pożizzjoni netta tad-deheb tagħha, ikkalkulati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 352, inkluża għal kull pożizzjoni tal-kambju jew tad-deheb li għaliha r-rekwiżiti ta’ fondi proprji jiġu kkalkulati permezz ta’ mudell intern, taqbeż it-2 % tal-fondi proprji totali tagħha, l-istituzzjoni għandha tikkalkula rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju. Ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju għandu jkun is-somma tal-pożizzjoni tal-kambju kumplessiva netta tagħha u l-pożizzjoni netta tad-deheb tagħha fil-munita tar-rappurtar, multiplikata bi 8 %.
Artikolu 352
Kalkolu tal- pożizzjoni kumplessiva netta tal-kambju
Il-pożizzjoni netta miftuħa tal-istituzzjoni f’kull munita (inkluża l-munita tar-rappurtar) u f’deheb għandha tiġi kkalkulata bħala s-somma tal-elementi li ġejjin (pożittivi jew negattivi):
il-pożizzjoni netta spot (jiġifieri l-assi kollha mingħajr il-passivi kollha, inkluż l-imgħax dovut, fil-munita inkwistjoni jew, għad-deheb, il-pożizzjoni netta spot fid-deheb);
il-pożizzjoni forward netta, li hija l-ammonti kollha li għad iridu jiġu riċevuti mingħajr l-ammonti kollha li għad iridu jitħallsu taħt kambju forward u transazzjonijiet tad-deheb, inklużi l-futures tal-muniti u tad-deheb u l-ammont kapitali fuq l-iswaps tal-muniti mhux inklużi fil-pożizzjoni spot;
garanziji irrevokabbli u strumenti simili li huma żguri li se jissejħu u aktarx li se jkunu irrikoverabbli;
l-ekwivalenti tad-delta netta, jew ibbażata fuq id-data, tal-ktieb totali tal-opzjonijiet tal-munita barranija u tad-deheb;
il-valur tas-suq ta’ opzjonijiet oħra.
Id-delta użata għall-finijiet tal-punt (d) għandha tkun dik tal-borża inkwistjoni. Għall-opzjonijiet OTC, jew fejn id-delta ma tkunx disponibbli mill-borża kkonċernata, l-istituzzjoni tista' tikkalkula d-delta hi stess billi tuża mudell adatt, soġġett għal permess mill-awtoritajiet kompetenti. Il-permess għandu jingħata jekk il-mudell jistma b’mod xieraq ir-rata ta’ bidla fil-valur tal-opzjoni jew tal-warrant fir-rigward ta’ bidliet żgħar fil-prezz tas-suq tas-sottostanti.
L-istituzzjoni tista’ tinkludi introjtu/infiq netti futuri li jkunu għadhom mhumiex dovuti iżda diġà ħħeġġjata għalkollox jekk tagħmel dan b’mod konsistenti.
L-istituzzjoni tista’ taqsam il-pożizzjonijiet netti f’muniti komposti fil-muniti komponenti skont il-kwoti fis-seħħ.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Il-Kummissjoni tiġi delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament nazzjonali eżistenti, fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu applikaw dawk it-trattamenti qabel il-31 ta’ Diċembru 2013.
Artikolu 353
Riskju tal-kambju tas-CIUs
L-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq ir-rappurtar dwar il-pożizzjonijiet tal-kambju fis-CIU tal-partijiet terzi li ġejjin:
l-istituzzjoni depożitorja tas-CIU bil-kondizzjoni li s-CIU tinvesti b'mod esklussiv f’titoli u tiddepożita t-titoli kollha ma’din l-istituzzjoni depożitarja;
għal CIUs oħra, il-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU, jekk il-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 132(3).
Il-korrettezza tal-kalkolu għandha tiġi kkonfermata minn awditur estern.
Artikolu 354
Muniti korrelatati mill-viċin
L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.
Il-Kummisjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
KAPITOLU 4
Rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-prodotti
Artikolu 355
Għażla tal-metodu għar-riskju tal-prodotti
Soġġett għall-Artikoli 356 sa 358, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tal-prodotti b’wieħed mill-metodi stabbiliti fl-Artikolu 359, 360 jew 361.
Artikolu 356
Negozju anċillari tal-prodotti
L-istituzzjonijiet b’negozju anċillari ta' prodotti agrikulturali jistgħu jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-istokk fiżiku tal-prodott tagħhom fit-tmiem ta’ kull sena għas-sena ta' wara meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
fi kwalunkwe żmien tas-sena hija jkollha fondi proprji għal dan ir-riskju li ma jkunux inqas mir-rekwiżit medju ta’ fondi proprji għal dak ir-riskju stmat fuq bażi konservattiva għas-sena li jkun imiss;
hija tistma fuq bażi konservattiva l-volatilità mistennija għaċ-ċifra kkalkulata fil-punt (a);
ir-rekwiżit medju ta’ fondi proprji tagħha għal dan ir-riskju ma jaqbiżx il-5 % tal-fondi proprji tagħha jew EUR 1 miljun u, billi tiġi kkunsidrata l-volatilità stmata skont il-punt (b), bl-ogħla rekwiżiti ta’ fondi proprji mistennija li ma jaqbżux is-6,5 % tal-fondi proprji tagħha;
l-istituzzjoni timmonitorja fuq bażi kontinwa jekk l-istimi mwettqa skont il-punti (a) u (b) għadhomx jirriflettu r-realtà.
Artikolu 357
Pożizzjonijiet rigward prodotti
Sabiex tiġi kkalkulata pożizzjoni f’prodott, il-pożizzjonijet li ġejjin għandhom jiġu ttrattati bħala pożizzjonijiet fl-istess prodott:
pożizzjonijiet f’subkategoriji differenti ta' prodotti f’każijiet fejn is-subkategoriji jkunu kunsinnabbli kontra xulxin;
pożizzjonijiet f’prodotti simili jekk ikunu sostituti mill-qrib u fejn tkun tista’ tiġi stabbilita b’mod ċar korrelazzjoni minima ta’ 0,9 bejn iċ-ċaqliq fil-prezzijiet fuq perijodu minimu ta’ sena.
Artikolu 358
Strumenti partikolari
L-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu b'mod adegwat riskji oħra assoċjati mal-opzjonijiet, minbarra r-riskju tad-delta, fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament nazzjonali eżistenti, fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu applikaw dawk it-trattamenti qabel il-31 ta’ Diċembru 2013.
Meta l-istituzzjoni tkun waħda minn dawn li ġejjin, hija għandha tinkludi l-prodotti konċernati fil-kalkolu tar-rekwiżit tagħha ta’ fondi proprji għar-riskju tal-prodotti:
it-trasferitur ta’ prodotti jew drittijiet garantiti relatati mat-titolu għal prodotti fi ftehim ta’ xiri mill-ġdid;
il-mutwanti ta' prodotti fi ftehim ta' self ta' prodotti.
Artikolu 359
Approċċ tal-iskala tal-maturità
L-istituzzjoni għandha tuża skala tal-maturità separata f'konformità mat-Tabella 1 għal kull prodott. Il-pożizzjonijiet kollha f'dak il-prodott għandhom jiġu assenjati fil-faxex xierqa ta’ maturità. Stokks fiżiċi għandhom jiġu assenjati fl-ewwel faxxa ta’ maturità li tibda minn 0 u li tasal sa u tinkludi xahar (1).
Tabella 1
Faxxa ta’ maturità (1) |
Rata tal-firxa (f’%) (2) |
0 ≤ 1 xahar |
1,50 |
> 1 ≤ 3-il xahar |
1,50 |
> 3 ≤ 6-il xahar |
1,50 |
> 6 ≤ 12-il xahar |
1,50 |
> 1 ≤ 2 sentejn |
1,50 |
> 2 ≤ 3 snin |
1,50 |
> 3 sena |
1,50 |
Pożizzjonijiet fl-istess prodott jistgħu jiġu paċuti u assenjati lill-faxex xierqa ta’ maturità fuq bażi netta għal dawn li ġejjin:
pożizzjonijiet f’kuntratti li jimmaturaw fl-istess ġurnata;
pożizzjonijiet f’kuntratti li jimmaturaw fi żmien għaxart ijiem minn xulxin jekk il-kuntratti jkunu negozjati fi swieq li għandhom dati ta’ konsenja ta’ kuljum.
Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għal kull prodott għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-iskala rilevanti tal-maturità bħala s-somma ta’ dan li ġej:
is-somma tal-pożizzjonijiet twal u qosra imqabbla, immultiplikata bir-rata xierqa ta’ firxa kif indikat fit-tieni kolonna tat-Tabella 1 għal kull faxxa ta’ maturità u bil-prezz spot għall-prodott;
il-pożizzjoni mqabbla bejn żewġ faxex ta’ maturità għal kull faxxa ta’ maturità li fiha tiġi riportata pożizzjoni mhux imqabbla, immultiplikata b’0,6 %, li hija r-rata tar-riport u bil-prezz spot għall-prodott;
il-pożizzjonijiet reżidwi mhux imqabbla, immultiplikati bi 15 % li hija r-rata diretta u bil-prezz spot għall-prodott.
Artikolu 360
Approċċ simplifikat
Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għal kull prodott għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’ dawn li ġejjin:
15 % tal-pożizzjoni netta, twila jew qasira, immultiplikata bil-prezz spot għall-prodott;
3 % tal-pożizzjoni grossa, twila kif ukoll qasira, immultiplikata bil-prezz spot għall-prodott.
Artikolu 361
Approċċ estiż tal-iskala tal-maturità
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-firxa minima, ir-rata tar-riport u dik diretta stabbiliti fit-Tabella 2 segwenti minflok dawk indikati fl-Artikolu 359 bil-kondizzjoni li l-istituzzjonijiet:
iwettqu negozju sinifikanti ta' prodotti;
ikollhom portafoll ta' prodotti diversifikat kif xieraq;
ikunu għadhom mhumiex f’pożizzjoni sabiex jużaw mudelli interni sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tal-prodotti.
Tabella 2
|
Metalli prezzjużi (minbarra d-deheb) |
Metalli bażi |
Prodotti Agrikoli (softs) |
Oħrajn, inklużi l-prodotti enerġetiċi |
Rata ta’ firxa (%) |
1,0 |
1,2 |
1,5 |
1,5 |
Rata tar-riport (%) |
0,3 |
0,5 |
0,6 |
0,6 |
Rata diretta (%) |
8 |
10 |
12 |
15 |
L-isti tuzzjonijiet għandhom jinnotifikaw l-użu li jagħmlu minn dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti flimkien ma’ prova tal-isforzi tagħhom sabiex jimplimentaw mudell intern sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tal-prodotti.
KAPITOLU 5
Użu ta’ mudelli interni sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji
Artikolu 362
Riskji speċifiċi u ġenerali
Ir-riskju ta’ pożizzjoni fuq strument tad-dejn jew strument tal-ekwità negozjat jew derivat tagħhom jista’ jinqasam f’żewġ komponenti għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu. L-ewwel wieħed għandu jkun il-komponent tar-riskju speċifiku tiegħu u għandu jinkludi r-riskju tal-bidla fil-prezz fl-istrument konċernat minħabba fatturi relatati mal-emittent tiegħu jew, fil-każ ta’ derivat, l-emittent tal-istrument sottostanti. Il-komponent tar-riskju ġenerali għandu jinkludi r-riskju ta’ bidla fil-prezz fl-istrument fil-każ ta’ strument ta’ dejn negozjat jew derivat tad-dejn għal bidla fil-livell tar-rati tal-imgħax jew fil-każ ta’ ekwità jew derivat tal-ekwità għal moviment wiesa’ tas-suq tal-ekwità li ma jkun relatat mal-ebda attribut speċifiku ta' titoli individwali.
Artikolu 363
Permess għall-użu ta' mudelli interni
Wara li tiġi verifikata l-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti tat-Taqsimiet 2, 3 u 4 kif rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess lill-istituzzjonijiet sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti tagħhom ta’ fondi proprji għal waħda jew aktar mill-kategoriji ta’ riskju li ġejjin billi jużaw il-mudelli interni tagħhom minflok jew flimkien mal-metodi fil-Kapitoli 2 sa 4:
riskju ġenerali tal-istrumenti tal-ekwità;
riskju speċifiku tal-istrumenti tal-ekwità;
riskju ġenerali tal-istrumenti tad-dejn;
riskju speċifiku tal-istrumenti tad-dejn;
riskju tal-kambju;
riskju tal-prodotti.
L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-estensjonijiet u l-bidliet l-oħra kollha fl-użu ta' dawk il-mudelli interni li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess li tuża.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
il-kondizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-użu ta' mudelli interni;
il-metodoloġija ta' valutazzjoni li biha l-awtoritajiet kompetenti jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw mudelli interni;
il-kondizzjonijiet li bihom il-parti tal-pożizzjonijiet koperta mill-mudell intern f'kategorija tar-riskju għandhom jitqiesu li huma sinifikanti kif imsemmi fil-paragrafu 2.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 364
Rekwiżiti ta’ fondi proprji meta jintużaw mudelli interni
Kull istituzzjoni li tuża mudell intern għandha tissodisfa, minbarra r-rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati skont il-Kapitoli 2, 3 u 4 għal dawk il-kategoriji ta’ riskju li għalihom ma jkunx ingħata permess għall-użu ta' mudell intern, rekwiżit ta’ fondi proprji espress bħala somma tal-punti (a) u (b):
l-ogħla mill-valuri li ġejjin:
in-numru tagħha tal-valur fir-riskju tal-ġurnata ta’ qabel ikkalkulat skont l-Artikolu 365(1) (VaRt-1);
medja tan-numri tal-valur fir-riskju ta' kuljum ikkalkulata skont l-Artikolu 365(1) f’kull waħda mis-sittin ġurnata tax-xogħol preċedenti (VaRavg), immultiplikata bil-fattur ta’ multiplikazzjoni (mc) skont l-Artikolu 366;
l-ogħla mill-valuri li ġejjin:
l-aħħar numru ta’ valur fir-riskju taħt stress disponibbli kkalkulat skont l-Artikolu 365(2) (sVaRt-1); u
medja tan-numri ta’ valur fir-riskju taħt stress kkalkulati bil-mod u l-frekwenza speċifikati fl-Artikolu 365(2) matul is-sittin jum tax-xogħol preċedenti (sVaRavg), immultiplikata bil-fattur ta’ multiplikazzjoni (ms) skont l-Artikolu 366;
L-istituzzjonijiet li jużaw mudell intern sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tagħhom għar-riskju speċifiku tal-istrumenti tad-dejn għandhom jissodisfaw rekwiżit addizzjonali ta’ fondi proprji espress bħala s-somma tal-punti (a) u (b) li ġejjin:
ir-rekwiżit ta' fondi proprji kkalkulat skont l-Artikolu 337 u 338 għar-riskju speċifiku ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni u derivati tal-kreditu nth to default fil-portafoll tan-negozjar għajr dawk inkorporati f’rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku tal-portafoll tan-negozjar ta’ korrelazzjoni skont it-Taqsima […]5 u, fejn applikabbli, ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku skont il-Kapitolu 2, Taqsima 6, għal dawk il-pożizzjonijiet fis-CIUs li għalihom ma jiġu ssodisfati la l-kondizzjonijiet fl-Artikolu 350(1) u lanqas l-Artikolu 350(2);
l-ogħla fost:
in-numru tar-riskju l-aktar reċenti għall-inadempjenza inkrimentali u r-riskju ta’ migrazzjoni kkalkulat skont it-Taqsima 3;
il-medja ta’ dan in-numru fit-12-il-ġimgħa ta’ qabel.
L-istituzzjonijiet li għandhom portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni, li jilħaq ir-rekwiżiti fl-Artikolu 338(1) sa (3), jistgħu jissodisfaw rekwiżit ta’ fondi proprji abbażi tal-Artikolu 377 minflok l-Artikolu 338(4), ikkalkulat bħala l-ogħla minn dawn li ġejjin:
in-numru tar-riskju l-aktar reċenti għall-portafoll tan-negozjar ta’ korrelazzjoni kkalkulat skont it-Taqsima 5;
il-medja ta’ dan in-numru fit-12-il-ġimgħa ta’ qabel;
8 % tar-rekwiżit ta' fondi proprji li, fil-mument tal-kalkolu tan-numru tar-riskju l-aktar reċenti msemmi fil-punt (a), jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 338(4) għal dawk il-pożizzjonijiet kollha inkorporati fil-mudell intern għall-portafoll tan-negozjar ta’ korrelazzjoni.
Artikolu 365
Kalkolu ta' VaR u VaR taħt stress
Il-kalkolu tan-numru tal-valur fir-riskju msemmi fl-Artikolu 364 għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti li ġejjin:
kalkolu ta’ kuljum tan-numru tal-valur fir-riskju;
intervall ta' fiduċja unilaterali tad-99 perċentil;
perijodu ta’ holding ta’ 10 ijiem;
perijodu effettiv ta’ osservazzjoni storika ta' mill-anqas sena ħlief meta perijodu iqsar ta’ osservazzjoni jkun ġustifikat minn żieda sinifikanti fil-volatilità tal-prezz;
aġġornamenti tad-data mill-anqas kull xahar.
L-istituzzjoni tista’ tuża numri tal-valur fir-riskju kkalkulati skont perijodi ta’ holding iqsar minn għaxart ijiem li jittellgħu sa għaxart ijiem permezz ta’ metodoloġija xierqa li tkun analizzata perijodikament.
Artikolu 366
Ittestjar retrospettiv regolatorju u fatturi ta’ multiplikazzjoni
Kull wieħed mill-fatturi ta’ multiplikazzjoni (mc) u (ms) għandu jkun is-somma ta’ mill-inqas 3 u addend bejn 0 u 1 skont it-Tabella 1. Dak l-addend għandu jiddependi fuq in-numru ta’ qbiż tal-valur għall-250 jum tax-xogħol l-aktar riċenti kif indikat fl-ittestjar retrospettiv tal-istituzzjoni tan-numru tal-valur fir-riskju kif stabbilit fl-Artikolu 365(1).
Tabella 1
Numru ta' qbiż tal-valur |
addend |
Inqas minn 5 |
0,00 |
5 |
0,40 |
6 |
0,50 |
7 |
0,65 |
8 |
0,75 |
9 |
0,85 |
10 jew aktar |
1,00 |
L-ittestjar retrospettiv fuq bidliet ipotetiċi fil-valur tal-portafoll għandu jkun ibbażat fuq tqabbil bejn il-valur tal-portafoll fi tmiem il-ġurnata u, bis-suppożizzjoni li l-pożizzjonijiet li ma jinbidlux, il-valur tiegħu fi tmiem il-ġurnata sussegwenti.
L-ittestjar retrospettiv fuq bidliet reali fil-valur tal-portafoll għandu jkun ibbażat fuq tqabbil bejn il-valur tal-portafoll fi tmiem il-ġurnata u l-valur reali tiegħu fi tmiem il-ġurnata sussegwenti bl-esklużjoni ta' tariffi, kummissjonijiet u dħul nett ta’ mgħax.
Artikolu 367
Rekwiżiti għall-kalkolu tar-riskju
Kwalunkwe mudell intern użat sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti kapitali għar-riskju tal-pożizzjoni, ir-riskju tal-kambju, ir-riskju tal-prodotti u kwalunkwe mudell intern għan-negozju ta’ korrelazzjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
il-mudell għandu jkopri bi preċiżjoni r-riskji kollha tal-prezzijiet materjali;
il-mudell għandu jkopri numru suffiċjenti ta’ fatturi tar-riskju, skont il-livell ta' attività tal-istituzzjoni fis-swieq rispettivi. Meta fattur ta’ riskju jkun inkorporat fil-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni iżda mhux fil-mudell tal-kalkolu tar-riskji, l-istituzzjoni għandha tkun kapaċi tiġġustifika tali ommissjoni għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti. Il-mudell għall-kalkolu tar-riskju għandu jkopri nonlinearitajiet għal opzjonijiet u prodotti oħra kif ukoll ir-riskju tal-korrelazzjoni u r-riskju tal-bażi. Fejn jintużaw valuri preżenti għall-fatturi tar-riskju, dawn għandhom jagħtu prova ta’ rekord tajjeb għall-pożizzjoni reali li jkollhom.
Kwalunkwe mudell intern użat sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti kapitali għar-riskju tal-pożizzjoni, ir-riskju tal-kambju jew ir-riskju tal-prodotti għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
il-mudell għandu jinkludi sett ta’ fatturi tar-riskju li jikkorrispondu mar-rati tal-imgħax f’kull munita li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sensittivi għar-rata tal-imgħax fi jew barra l-karta tal-bilanċ. L-istituzzjoni għandha timmudella l-kurvi tar-rendita permezz ta’ wieħed mill-approċċi ġeneralment aċċettati. Għal skoperturi materjali għar-riskju tar-rata tal-imgħax fil-muniti u s-swieq ewlenin, il-kurva tar-renditu għandha tinqasam f’minimu ta’ sitt segmenti ta’ maturità, sabiex tkopri l-varjazzjonijiet tal-volatilità tar-rati tul il-kurva tar-renditu. Il-mudell għandu jkopri wkoll ir-riskju ta’ movimenti korrelatati mhux b’perfezzjoni bejn il-kurvi tar-renditu differenti;
il-mudell għandu jinkludi fatturi tar-riskju li jikkorrispondu għad-deheb u l-muniti barranin individwali li fihom ikunu denominati l-pożizzjonijiet tal-istituzzjoni. Għas-CIUs, għandhom jiġu kkunsidrati l-pożizzjonijiet reali tal-kambju tas-CIU. L-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq rappurtar magħmul minn partijiet terzi dwar il-pożizzjoni tal-kambju tas-CIU, meta l-korrettezza ta' dak ir-rapport tkun żgurata b’mod adegwat. Jekk istituzzjoni ma tkunx konxja dwar il-pożizzjonijiet tal-kambju ta’ CIU, din il-pożizzjoni għandha titneħħa u tiġi ttrattata skont l-Artikolu 353(3);
il-mudell għandu juża fattur tar-riskju separat tal-inqas għal kull wieħed mis-swieq tal-ekwità li fihom l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sinifikanti;
il-mudell għandu juża fattur tar-riskju separat tal-inqas għal kull prodott li fih l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sinifikanti. Il-mudell għandu jkopri wkoll ir-riskju ta’ movimenti mhux perfettament korrelatati bejn prodotti simili, iżda mhux identiċi, u l-iskopertura għall-bidliet fil-prezzijiet forward li jirriżultaw minn diskrepanzi fil-maturità. Għandu jikkunsidra wkoll il-karatteristiċi tas-suq, l-aktar id-dati tal-konsenja u l-ambitu provdut lill-operaturi sabiex jagħlqu l-pożizzjonijiet;
b’mod konservattiv, il-mudell intern ta’ istituzzjoni għandu jivvaluta r-riskju li jinħoloq minn pożizzjonijiet inqas likwidi u pożizzjonijiet bi trasparenza limitata tal-prezzijiet f’xenarji realistiċi tas-suq. Barra minn hekk, il-mudell intern għandu jilħaq standards minimi tad-data. Il-valuri preżenti għandhom ikunu konservattivi b’mod xieraq u għandhom jintużw biss fejn id-data disponibbli ma tkunx biżżejjed jew ma tkunx tirrifletti l-volatilità reali ta’ pożizzjoni jew ta’ portafoll.
Artikolu 368
Rekwiżiti kwalitattivi
Kwalunkwe mudell intern użat għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu għandu jkun konċettwalment validu u implimentat b’integrità u, b’mod partikolari, għandu jissodisfa r-rekwiżiti kwalitattivi kollha li ġejjin:
kwalunkwe mudell intern użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju tal-pożizzjoni, ir-riskju tal-kambju jew tal-prodotti għandu jkun integrat mill-viċin fil-proċess tal-ġestjoni tar-riskji ta’ kuljum tal-istituzzjoni u jservi bħala bażi għar-rappurtar tal-iskoperturi għar-riskju lill-ġestjoni superjuri;
l-istituzzjoni għandu jkollha unità għall-kontroll tar-riskji li tkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozjar kummerċjali u tirrapporta direttament lill-ġestjoni superjuri. L-unità għandha tkun responsabbli mit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe mudell intern użat għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu. L-unità għandha twettaq validazzjoni inizjali u kontinwa ta’ kwalunkwe mudell intern użat għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, b'responsabbiltà għas-sistema ġenerali tal-ġestjoni tar-riskju. L-unità għandha tipproduċi u tanalizza rapporti ta’ kuljum dwar l-output ta' kwalunkwe mudell intern użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju tal-pożizzjoni, ir-riskju tal-kambju u r-riskju tal-prodotti, u dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu rigward il-limiti tan-negozjar;
il-korp tal-ġestjoni u l-ġestjoni superjuri tal-istituzzjoni għandhom ikunu involuti attivament fil-proċess ta’ kontroll tar-riskji u r-rapporti ta’ kuljum magħmulin mill-unità għall-kontroll tar-riskji jiġu analizzati minn livell ta’ ġestjoni b’awtorità suffiċjenti sabiex jinforza kemm tnaqqis fil-pożizzjonijiet li jittieħdu minn operaturi individwali kif ukoll fl-iskopertura kumplessiva għar-riskju tal-istituzzjoni;
l-istituzzjoni għandu jkollha numru suffiċjenti ta' persunal imħarreġ fl-użu ta’ mudelli interni sofistikati, u inklużi dawk użati għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, fin-negozjar, fil-kontroll tar-riskji, il-verifika u ż-żoni tal-back office;
l-istituzzjoni għandha tkun waqqfet proċeduri għall-monitoraġġ u sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konformità ma’ sett dokumentat ta’ politiki u kontrolli interni rigward l-operat kumplessiv tal-mudelli interni tagħha, u inklużi dawk użati għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu;
kwalunkwe mudell intern użat għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu għandu jkollu rekord ippruvat ta' preċiżjoni raġonevoli fil-kalkolu tar-riskji;
l-istituzzjoni għandha twettaq b'mod frekwenti programm rigoruż ta’ ttestjar għal stress, inklużi testijiet għal stress bl-invers, li jinkludi kwalunkwe mudell intern użat għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu u r-riżultati ta’ dawn it-testijiet għal stress għandhom jiġu analizzati mill-ġestjoni superjuri u riflessi fil-politiki u l-limiti li jistabbilixxi. Dan il-proċess għandu jindirizza b’mod partikolari l-illikwidità tas-swieq f’kondizzjonijiet ta’ stress tas-suq, ir-risjku ta’ konċentrazzjoni, is-swieq b’direzzjoni waħda, ir-riskji tal-avveniment u tal-inadempjenza immedjata, in-nonlinearità ta’ prodotti, il-pożizzjonijiet sfavorevoli ħafna (deep out-of-the-money positions), il-pożizzjonijet soġġetti għal-limiti fuq il-prezzijiet u riskji oħra li jistgħu ma jiġux koperti b'mod xieraq fil-mudelli interni. Ix-xokkijiet applikati għandhom jirriflettu n-natura tal-portafolli u ż-żmien li jista’ jkun neċessarju sabiex jiġu ħħeġġjati jew ġestiti riskji f’kondizzjonijiet severi tas-suq;
l-istituzzjoni għandha twettaq, bħala parti mill-proċess ta’ verifika interna regolari tagħha, analiżi indipendenti tal-mudelli interni tagħha, u inklużi dawk użati għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.
L-analiżi msemmija fil-punt (h) tal- paragrafu 1 għandu jinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet ta’ negozjar kummerċjali kif ukoll tal-unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji. Mill-anqas darba fis-sena, l-istituzzjoni għandha twettaq analiżi tal-proċess kumplessiv tagħha ta’ mmaniġjar tar-riskji. L-analiżi għandha tikkunsidra dan li ġej:
l-adegwatezza tad-dokumentazzjoni tas-sistema u l-proċess tal-ġestjoni tar-riskji u l-organizzazzjoni tal-unità għall-kontroll tar-riskji;
l-integrazzjoni tal-kalkolu tar-riskju fil-ġestjoni ta’ kuljum tar-riskji u l-integrità tas-sistema ta' informazzjoni ta' ġestjoni;
il-proċess li tuża l-istituzzjoni sabiex tapprova l-mudelli ta' pprezzar tar-riskju u s-sistemi ta’ valutazzjoni li jintużaw mill-persunal tal-uffiċċji prinċipali u tal-back office;
l-ambitu tar-riskji koperti mill-mudell ta’ kalkolu tar-riskju u l-validazzjoni ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti fil-proċess ta’ kalkolu tar-riskju;
il-preċiżjoni u l-kompletezza tad-data dwar il-pożizzjoni, il-preċiżjoni u l-adegwatezza tas-suppożizzjonijiet dwar il-volatilità u l-korrelazzjoni, u l-preċiżjoni tal-valutazzjoni u l-kalkoli tas-sensittività għar-riskji;
il-proċess ta’ verifika li tuża l-istituzzjoni sabiex tevalwa l-konsistenaza, il-prontezza u l-affidabbiltà tas-sorsi tad-data użati sabiex joperaw il-mudelli interni, inkluża l-indipendenza ta' dawn is-sorsi tad-data;
il-proċess ta’ verifika li tuża l-istituzzjoni sabiex tevalwa l-ittestjar retrospettiv li jitwettaq sabiex tiġi valutata l-preċiżjoni tal-mudelli.
Artikolu 369
Validazzjoni Interna
L-istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw proċessi li jiżguraw li l-mudelli interni kollha tagħhom użati għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu jkunu ġew validati adegwatament minn partijiet ikkwalifikati sewwa li jkunu indipendenti mill-proċess tal-iżvilupp sabiex jiżguraw li huma konċettwalment validi u jkopru b’mod adegwat ir-riskji materjali kollha. Il-validazzjoni għandha titwettaq meta l-mudell intern jiġi żviluppat l-ewwel darba u meta ssir kwalunkwe bidla sinifikanti fil-mudell intern. Il-validazzjoni għandha ssir ukoll fuq bażi perijodika iżda speċjalment meta jkunu saru xi bidliet strutturali sinifikanti fis-suq jew xi bidliet fil-kompożizzjoni tal-portafoll li jistgħu jwasslu sabiex il-mudell intern ma jibqax adegwat. Hekk kif it-tekniki u l-aħjar prattiki għall-validazzjoni interna jevolvu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dawn l-avvanzi. Il-validazzjoni tal-mudelli interni m’għandhiex tkun limitata għall-ittestjar retrospettiv, iżda mill-inqas għandha tinkludi dan li ġej:
testijiet sabiex jintwera li kwalunkwe suppożizzjoni li ssir fil-mudell intern tkun xierqa u ma tissottovalutax jew ma tissopravalutax ir-riskju;
minbarra l-programmi regolatorji tal-ittestjar retrospettiv, l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu t-testijiet ta’ validazzjoni tal-mudelli interni tagħhom, inkluż l-ittestjar retrospettiv, fir-rigward tar-riskji u l-istrutturi tal-portafolli tagħhom;
l-użu ta’ portafolli ipotetiċi sabiex jiġi żgurat li l-mudell intern ikun kapaċi jqis karatteristiċi strutturali partikolari li jistgħu jinqalgħu, pereżempju riskji ta’ bażi materjali u riskji ta’ konċentrazzjoni.
Artikolu 370
Rekwiżiti għall-immudellar ta’ riskju speċifiku
Mudell intern użat sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal riskju speċifiku u mudell intern għan-negozju ta’ korrelazzjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:
jispjega l-varjazzjoni storika fil-prezz fil-portafoll;
ikopri l-konċentrazzjoni f’termini ta' kobor u l-bidliet fil-kompożizzjoni tal-portafoll;
ikun robust f’ambjent avvers;
ikun validat permezz ta’ ttestjar retrospettiv immirat sabiex jivvaluta jekk riskju speċifiku jkunx kopert bi preċiżjoni. Jekk l-istituzzjoni twettaq tali ttestjar retrospettiv fuq il-bażi ta' subportafolli rilevanti, dawn għandhom jintgħażlu b’manjiera konsistenti;
ikopri riskju ta’ bażi relatat mal-isem u b’mod partikolari, għandu jkun sensittiv għal differenzi idjosinkratiċi materjali bejn pożizzjonijiet simili iżda mhux identiċi;
ikopri r-riskju ta' avvenimenti.
Artikolu 371
Esklużjonijiet mill-mudelli għal riskju speċifiku
Artikolu 372
Rekwiżit sabiex ikun hemm mudell intern għall-IRC
Istituzzjoni li tuża mudell intern sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku tal-istrumenti tad-dejn innegozjati għandu jkollha fis-seħħ ukoll mudell intern tar-riskju inkrimentali ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni (IRC) sabiex tkopri r-riskji ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar tagħha li jkunu inkrimentali għar-riskji koperti mill-kalkolu tal-valur fir-riskju kif speċifikat fl-Artikolu 365(1). L-istituzzjoni għandha turi li l-mudell intern tagħha jilħaq l-standards li ġejjin bis-suppożizzjoni ta’ livell kostanti ta’ riskju, u aġġustat fejn xieraq sabiex jirrifletti l-impatt tal-likwidità, il-konċentrazzjonijiet, il-hedging u l-opzjonalità:
il-mudell intern jipprovdi differenzazzjoni utli tar-riskji u stimi preċiżi u konsistenti tar-riskji tal-inadempjenza u migrazzjoni inkrementali;
l-istimi tal-mudell intern għal telf potenzjali għandhom rwol essenzjali fil-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni;
id-data dwar is-suq u l-pożizzjoni użati fil-mudell intern huma aġġornati u soġġetti għal valutazzjoni kwalitattiva xierqa;
jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fl-Artikolu 367(3), l-Artikolu 368, l-Artikolu 369(1) u l-punti (b), (c), (e) u (f) tal-Artikolu 370.
L-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar ir-rekwiżiti fl-Artikoli 373sa 376.
Artikolu 373
Ambitu tal-mudell intern għall-IRC
Il-mudell intern għall-IRC għandu jkopri l-pożizzjonijiet kollha soġġetti għal rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku tar-rata tal-imgħax, inklużi dawk soġġetti għal allokazzjoni ta' kapital għal riskju speċifiku ta’ 0 % skont l-Artikolu 336, iżda m’għandux ikopri pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni u derivati tal-kreditu li jsiru inadempjenti nru n.
L-istituzzjoni tista', soġġetta għal permess mill-awtoritajiet kompetenti, tagħżel li b’mod konsistenti tinkludi l-pożizzjonijiet ta' ewkità kollha elenkati u l-pożizzjonijiet tad-derivati bbażati fuq l-ekwitajiet elenkati. Il-permess għandu jingħata jekk tali inklużjoni tkun konsistenti mal-mod kif l-istituzzjoni tkejjel u tiġġestixxi internament ir-riskju.
Artikolu 374
Parametri tal-mudell intern għall-IRC
Artikolu 375
Rikonoxximent tal-hedges fil-mudell intern għall-IRC
Għall-pożizzjonijiet li jkunu ħħeġġjati permezz tal-istrateġiji dinamiċi ta’ hedging, jista’ jiġi rikonoxxut ibbilanċjar mill-ġdid tal-hedge fil-perijodu tal-likwidità tal-pożizzjoni ħħeġġjata bil-kondizzjoni li l-istituzzjoni:
tagħżel li timmudella l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-hedge b’mod konsistenti fis-sett rilevanti ta’ pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar;
turi li l-inklużjoni tal-ibbilanċjar mill-ġdid tirriżulta f’kalkolu aħjar tar-riskju;
turi li s-swieq għall-istrumenti li jservu bħala hedges huma likwidi biżżejjed sabiex jippermettu tali bbilanċjar mill-ġdid anki matul perijodi ta’ stress. Kwalunkwe riskju reżidwu li jirriżulta minn strateġiji dinamiċi ta’ hedging għandu jiġi rifless fir-rekwiżit ta’ fondi proprji.
Artikolu 376
Rekwiżiti partikolari għall-mudell intern għall-IRC
Bħala parti mill-analiżi u l-validazzjoni indipendenti tal-mudelli interni tagħha użati għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, b'mod inklussiv għall-finijiet tas-sistema tal-kalkolu tar-riskji, istituzzjoni għandha, b’mod partikolari, tagħmel dan kollu li ġej:
tivvalida li l-approċċ tal-immudellar tagħha għall-korrelazzjonijiet u l-bidliet fil-prezzijiet ikun xieraq għall-portafoll tagħha, inklużi l-għażla u l-piżijiet tal-fatturi sistematiċi tar-riskju tagħha;
twettaq varjetà ta’ testijiet għal stress, fosthom analiżi tas-sensittività u analiżi tax-xenarji, sabiex tiġi valutata r-raġonevolezza kwalitattiva u kwantitattiva tal-mudell intern, b'mod partikolari fir-rigward tat-trattament tal-konċentrazzjonijiet. Dawn it-testijiet ma għandhomx ikunu limitati għall-firxa ta’ avvenimenti esperjenzati storikament;
tapplika validazzjoni kwantitattiva xierqa li tinkludi punti ta' riferiement interni rilevanti ta’ mmudellar.
Artikolu 377
Rekwiżiti għal mudell intern għan-negozjar ta’ korrelazzjoni
Ir-riskji li ġejjin għandhom jiġu koperti b’mod adegwat mill-mudell imsemmi fil-paragrafu 1:
ir-riskju kumulattiv li jirriżulta minn inadempjenzi multipli, inkluż l-ordinar differenti tal-inadempjenzi, fi prodotti segmentati;
ir-riskju ta’ firxiet tal-kreditu, inklużi l-effetti gamma u cross-gamma;
il-volatilità ta’ korrelazzjonijiet implikati, inkluż l-effett trasversali bejn il-firxiet u l-korrelazzjonijiet;
ir-riskju ta' bażi, inklużi t-tnejn li ġejjin:
il-bażi bejn il-firxa ta’ indiċi u dawk tal-ismijiet uniċi kostitwenti tagħha;
il-bażi bejn il-korrelazzjoni implikata ta’ indiċi u dik ta’ portafolli mfasslin apposta għall-klijent;
il-volatilità tar-rata ta’ rkupru, kif din hija relatata mal-propensità tar-rati ta’ rkupru biex jaffettwaw il-prezzijiet tas-segmenti;
safejn il-kalkolu tar-riskju komprensiv jinkorpora benefiċċji mill-hedging dinamiku, ir-riskju ta’ telf dovut għal hedge imperfetta u l-ispejjeż potenzjali tal-ibbilanċjar mill-ġdid ta’ tali hedges;
kwalunkwe riskju materjali ieħor tal-prezzijiet tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar ta’ korrelazzjoni.
L-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ politiki u proċeduri xierqa sabiex tissepara l-pożizzjonijiet li għalihom ikollha permess biex tinkorporahom fir-rekwiżit ta' fondi proprji skont dan l-Artikolu minn pożizzjonijiet oħra li għalihom ma jkollhiex tali permess.
TITOLU V
REKWIŻITI TA’ FONDI PROPRJI GĦAR-RISKJU TAS-SALDU
Artikolu 378
Riskju tas-saldu/tal-konsenja
Fil-każ ta' transazzjonijiet li fihom strumenti tad-dejn, ekwitajiet, muniti barranin u prodotti għajr transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid u għoti b’self ta' titoli jew prodotti u teħid b’self ta’ titoli jew prodotti ma jkunux saldati wara d-dati dovuti ta’ konsenja tagħhom, istituzzjoni tista’ tikkalkula d-differenza fil-prezz li għaliha tkun esposta.
Id-differenza fil-prezz hija kkalkulata bħala d-differenza bejn il-prezz miftiehem tas-saldu għall-istrument tad-dejn, l-ekwità, il-munita barranija jew il-prodott inkwistjoni u l-valur attwali tas-suq, fejn id-differenza tista’ tinvolvi telf għall-istituzzjoni ta’ kreditu.
L-istituzzjoni għandha timmultiplika dik id-differenza fil-prezz bil-fattur adatt fil-kolonna tal-lemin tat-Tabella 1 segwenti sabiex tikkalkula r-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għar-riskju tas-saldu.
Tabella 1
Numru ta’ jiem ta' xogħol wara d-data dovuta tas-saldu |
(%) |
5 — 15 |
8 |
16 — 30 |
50 |
31 — 45 |
75 |
46 jew aktar |
100 |
Artikolu 379
Konsenji b'xejn (Free deliveries)
Istituzzjoni għandha tkun meħtieġa żżomm fondi proprji, kif stabbilit fit-Tabella 2, meta jseħħ dan li ġej:
tkun ħallset għal titoli, muniti barranin jew prodotti qabel ma tkun irċeviethom jew tkun ikkonsenjat titoli, muniti barranin jew prodotti qabel ma tkun irċeviet il-ħlas għalihom;
fil-każ ta’ transazzjonijiet transkonfinali, ikunu għaddew ġurnata jew aktar minn meta tkun għamlet dak il-pagament jew il-konsenja.
Tabella 2
Trattament kapitali għal konsenji b’xejn
Kolonna 1 |
Kolonna 2 |
Kolonna 3 |
Kolonna 4 |
Tip ta’ Transazzjoni |
Sal-ewwel pagament kuntrattwali jew komponent tal-konsenja |
Mill-ewwel pagament kuntrattwali jew komponent tal-konsenja sa erbat ijiem wara t-tieni pagament kuntrattwali jew komponent tal-konsenja |
Minn 5 ijiem ta’ xogħol wara t-tieni pagament kuntrattwali jew komponent tal-konsenja sa ma tispiċċa t-transazzjoni |
Konsenja bla ħlas |
L-ebda allokazzjoni ta' kapital |
Trattata bħala skopertura |
Trattata bħala skopertura għar-riskju ppeżata b'1 250 % |
Jekk l-ammont ta' skopertura pożittiva li jirriżulta minn transazzjonijiet ta’ konsenja bla ħlas ma jkunx materjali, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw piż ta’ riskju ta’ 100 % fuq dawn l-iskoperturi, għajr meta jkun meħtieġ piż ta’ riskju ta’ 1 250 %skont il-Kolonna 4 tat-Tabella 2 fil-paragrafu 1.
Artikolu 380
Rinunzja
Meta jseħħ falliment fis-sistema kollha, f'sistema ta' saldu, f'sistema ta’ kklerjar jew f'CCP, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati kif stabbilit fl-Artikoli 378 u 379 sakemm is-sitwazzjoni tiġi rranġata. F’dan il-każ, il-falliment ta’ kontroparti sabiex tissalda transazzjoni ma għandux jitqies bħala inadempjenza għall-finijiet tar-riskju tal-kreditu.
TITOLU VI
REKWIŻITI TA’ FONDI PROPRJI GĦAR-RISKJU TA’ AĠĠUSTAMENT TAL-VALUTAZZJONI TAL-KREDITU
Artikolu 381
Tifsira tal-Aġġustament tal-Valutazzjoni tal-Kreditu
Għall-fini ta' dan it-Titolu u tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II, 'Aġġustament tal-Valutazzjoni tal-Kreditu' jew 'CVA' tfisser aġġustament għall-valutazzjoni tas-suq medju tal-portafoll tat-transazzjonijiet ma' kontroparti. Dak l-aġġustament jirrifletti l-valur tas-suq attwali tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti għall-istituzzjoni, iżda ma jirriflettix il-valur tas-suq attwali tar-riskju tal-kreditu tal-istituzzjoni għall-kontroparti.
Artikolu 382
Ambitu
It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA:
transazzjonijiet ma' kontropartijiet mhux finanzjarji kif definiti fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jew ma' kontropartijiet mhux finanzjarji stabbiliti f'pajjiż terz, fejn dawk it-transazzjonijiet ma jeċċedux il-livell limitu tal-ikklerjar kif speċifikat fl-Artikolu 10(3) u (4) ta' dak ir-Regolament;
transazzjonijiet intragrupp kif previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, dment li l-Istati Membri ma jadottawx liġi nazzjonali li jirrikjedu s-separazzjoni strutturali fi ħdan grupp bankarju, li f'dak il-każ l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżiġu li dawk it-transazzjonijiet intragrupp bejn l-entitajiet separati strutturalment jiġu inklużi fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji;
transazzjonijiet ma' kontropartijiet imsemmijin fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 648/2012 u soġġetti għad-dispożizzjonijiet transizzjonali stipulati fl-Artikolu 89(1) ta’ dak ir-Regolament sa meta dawk id-dispożizzjonijiet transizzjonali ma jibqgħux japplikaw;
transazzjonijiet ma' kontropartijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u transazzjonijiet ma' kontropartijiet li għalihom l-Artikolu 114(4) u l-Artikolu 115(2) ta' dan ir-Regolament jispeċifika piż tar-riskju ta' 0 % għall-iskoperturi għal dawk il-kontropartijiet.
L-eżenzjoni mit-tariffa għar-riskju ta' CVA għal dawk it-transazzjonijiet imsemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu li jsiru matul il-perijodu transizzjonali stabbilit fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandha tapplika għat-tul tal-kuntratt ta' dik it-transazzjoni.
Fir-rigward tal-punt (a), fejn istituzzjoni ma tibqax tkun eżentata minħabba li taqbeż il-limitu massimu tal-eżenzjoni jew minħabba bidla fil-limitu massimu tal-eżenzjoni, il-kuntratti pendenti għandhom jibqgħu eżentati sad-data tal-maturità tagħhom.
L-ABE f'kooperazzjoni mal-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati l-proċeduri għall-esklużjoni tat-transazzjonijiet ma' kontropartijiet mhux finanzjarji stabbiliti f'pajjiż terz mir-rekwiżit ta' fondi proprji għat-tariffa għar-riskju ta' CVA.
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji fi żmien sitt xhur mid-data tal-analiżi msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 383
Metodu avvanzat
Istituzzjoni għandha tuża l-mudell intern tagħha biex tiddetermina r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku assoċjat mal-pożizzjonijiet tad-dejn kummerċjat u għandha tapplika intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 % u perijodu ta' holding ekwivalenti għal għaxart ijiem. Il-mudell intern għandu jintuża b’tali mod li jissimula l-bidliet fil-firxiet tal-kreditu tal-kontropartijiet, iżda ma jimmudellax is-sensittività ta’ CVA għall-bidliet f’fatturi oħra tas-suq, inklużi l-bidliet fil-valur tal-assi ta’ referenza, il-prodott, il-munita jew ir-rata tal-imgħax ta’ derivat.
Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA għal kull kontroparti għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:
fejn:
ti |
= |
il-ħin tar-rivalutazzjoni nru i, jibda minn t0=0; |
tT |
= |
l-itwal maturità kuntrattwali fost is-settijiet ta' netting mal-kontroparti; |
si |
= |
hija l-firxa ta' kreditu tal-kontroparti fil-mument ti, użata sabiex jiġi kkalkulat is-CVA tal-kontroparti. Fejn tkun disponibbli l-firxa ta' swap ta' inadempjenza tal-kreditu tal-kontroparti, l-istituzzjoni għandha tuża dik il-firxa. Fejn ma tkunx disponibbli tali firxa ta' swap ta' inadempjenza tal-kreditu, l-istituzzjoni għandha tuża l-firxa ta' approssimazzjoni indiretta li tkun xierqa wara li tikkunsidra l-klassifikazzjoni, l-industrija u r-reġjun tal-kontroparti; |
LGDMKT |
= |
l-LGD tal-kontroparti li għandu jkun ibbażat fuq il-firxa ta’ strument tas-suq tal-kontroparti jekk ikun disponibbli strument tal-kontroparti. Meta ma jkunx disponibbli strument tal-kontroparti, dan għandu jkun ibbażat fuq il-firxa ta' approssimazzjoni indiretta li tkun xierqa wara li jitqiesu l-klassifikazzjoni, l-industrija u r-reġjun tal-kontroparti. |
L-ewwel fattur fis-somma jirrappreżenta approssimazzjoni tal-probabbiltà marġinali implikata tas-suq li sseħħ inadempjenza bejn il-ħinijiet ti-1 u ti;
EEi |
= |
l-iskopertura mistennija għall-kontroparti f'ħin tar-rivalutazzjoni ti, fejn jiżdiedu l-iskoperturi ta' settijiet ta’ netting differenti għal tali kontroparti, u fejn l-itwal maturità ta’ kull sett ta’ netting tingħata permezz tal-itwal maturità kuntrattwali fis-sett ta’ netting; Istituzzjoni għandha tapplika t-trattament stipulat fil-paragrafu 3 fil-każ ta’ negozjar b'marġni, jekk l-istituzzjoni tuża l-kalkolu tal-EPE msemmi fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 285(1) għan-negozjar b'marġni; |
Di |
= |
il-fattur ta’ skont mingħajr riskju ta' inadempjenza fil-ħin ti, fejn D0 =1. |
Meta tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA għal kontroparti, istituzzjoni għandha tibbaża l-inputs kollha fil-mudell intern tagħha għar-riskju speċifiku tal-istrumenti tad-dejn fuq il-formuli li ġejjin (liema tkun xierqa):
meta l-mudell ikun ibbażat fuq l-ipprezzar mill-ġdid komplet, il-formula fil-paragrafu 1 għandha tintuża direttament;
meta l-mudell ikun ibbażat fuq sensittivitajiet ta’ firxiet tal-kreditu għall-tenuri speċifiċi, l-istituzzjoni għandha tibbaża kull sensittività għall-firxa tal-kreditu ('CS01 Regolatorja') fuq il-formula li ġejja:
Fit-taqsima tal-ħin finali i=T, il-formula korrispondenti hija
meta l-mudell juża s-sensittivitajiet għall-firxa tal-kreditu għal xifts paralleli fil-firxiet tal-kreditu, istituzzjoni għandha tuża l-formula li ġejja:
meta l-mudell juża sensittivitajiet tat-tieni ordni għal xifts fil-firxiet tal-kreditu (gamma mifruxa), il-gammas għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-formula fil-paragrafu 1.
Istituzzjoni li tuża l-kalkolu tal-EPE għad-derivati OTC kollateralizzati msemmija fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 285(1) għandha, meta tiddetermina r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA skont il-paragrafu 1, tagħmel dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:
tissoponi profil EE kostanti;
tissettja l-EE daqs l-iskopertura effettiva mistennija kif ikkalkulat skont l-Artikolu 285(1)(b) għal maturità daqs jew ikbar minn dawn li ġejjin:
nofs l-itwal maturità fis-sett ta’ netting;
il-maturità nozzjonali medja ppeżata ta’ kull transazzjoni fis-sett ta' netting.
Għall-finijiet ta' kalkolu skont is-subparagrafu preċedenti u fejn il-mudell IMM ma jipproduċix profil mistenni ta' skopertura, l-istituzzjoni għandha tagħmel dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:
tissoponi profil EE kostanti;
tissettja l-EE daqs il-valur ta' skopertura kif ikkalkulat skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3, it-Taqsima 4 jew it-Taqsima 5 tat-Titolu II, il-Kapitolu 6, jew l-IMM għal maturità daqs l-akbar minn:
nofs l-itwal maturità fis-sett ta’ netting;
il-maturità nozzjonali medja ppeżata ta’ kull transazzjoni fis-sett ta' netting.
Istituzzjoni għandha tiddetermina r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA skont l-Artikolu 364(1), l-Artikoli 365 u 367 bħala s-somma tal-Valur fir-Riskju taħt stress u mhux taħt stress, li għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:
għall-Valur fir-Riskju mhux taħt stress, għandhom jintużaw il-kalibrazzjonijiet attwali tal-parametru għall-iskopertura mistennija kif stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 292(2);
għall-Valur fir-Riskju taħt stress, għandhom jintużaw il-profili EE tal-futures tal-kontroparti billi tintuża kalibrazzjoni taħt stress kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 292(2). Il-perijodu ta’ stress għall-parametri tal-firxa tal-kreditu għandu jkun l-aktar perijodu ta’ stress gravi ta’ sena li jinsab fil-perijodu ta’ stress ta’ tliet snin użat għall-parametri tal-iskopertura.
il-fattur ta' multiplikazzjoni bi tliet darbiet użat fil-kalkolu ta' rekwiżiti ta' fondi proprji bbażati fuq Valur fir-Riskju u Valur fir-Riskju taħt stress skont l-Artikolu 364(1) ser japplika għal dawn il-kalkoli. L-ABE għandha timmonitorja għall-konsistenza kwalunkwe diskrezzjoni superviżorja użata biex tapplika fattur ta' multiplikazzjoni ogħla mill-fattur ta' multiplikazzjoni bi tliet darbiet għall-inputs Valur fir-Riskju u Valur fir-Riskju taħt stress għal tariffa għar-riskju ta' CVA. L-awtoritajiet kompetenti li japplikaw fattur ta' multiplikazzjoni ogħla minn tliet darbiet għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni bil-miktub lill-ABE;
il-kalkolu għandu jsir fuq bażi ta' kull xahar minn tal-inqas u l-EE li tintuża għandha tkun ikkalkulata fuq l-istess frekwenza. Jekk tintuża frekwenza inqas minn dik ta' jum, għall-iskop tal-kalkolu speċifikat fil-punti (a)(ii) u (b)(ii) tal-Artikolu 364(1) l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-medja fuq tliet xhur.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika f'aktar dettall:
kif għandha tiġi determinata firxa ta' approssimazzjoni mill-mudell intern approvat ta' istituzzjoni għar-riskju speċifiku ta' istrumenti tad-dejn biex jiġu identifikati si u LGDMKT imsemmijin fil-paragrafu 1;
l-għadd u d-daqs tal-portafolli li jissodisfaw il-kriterju ta’ għadd limitat ta’ portafolli iżgħar imsemmija fil-paragrafu 4.
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.
Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 384
Metodu Standardizzat
Istituzzjoni li ma tikkalkulax ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA għall-kontropartijiet tagħha skont l-Artikolu 383 għandha tikkalkula rekwiżiti ta’ fondi proprji ta’ portafoll għar-riskju ta’ CVA għal kull kontroparti skont il-formula li ġejja, billi tikkunsidra l-koperturi ta’ CVA li huma eliġibbli skont l-Artikolu 386:
fejn:
h |
= |
il-perijodu ta’ riskju ta’ sena (f’unitajiet ta’ sena); h = 1; |
wi |
= |
il-piż applikabbli għall-kontroparti "i". Il-kontroparti "i" għandha tkun stabbilia għal wieħed mis-sitt piżijiet wi abbażi ta' valutazzjoni esterna tal-kreditu minn ECAI nominata, kif jidher fit-Tabella 1. Għal kontroparti li għaliha valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata mhix disponibbli:
(a)
istituzzjoni li tuża l-approċċ fit-Titolu II, il-Kapitolu 3 għandha tassoċja l-klassifikazzjoni interna tal-kontroparti ma' waħda mill-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu;
(b)
istituzzjoni li tuża l-approċċ fit-Titolu II, il-Kapitolu 2 għandha tassenja wi=1.0 % lil din il-kontroparti. Madankollu, jekk istituzzjoni tuża l-Artikolu 128 biex tippeża r-riskju għall-iskoperturi tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti għal din il-kontroparti, għandu jiġi assenjat wi=3.0 %; |
|
= |
il-valur totali ta' skopertura għar-riskju tal-kreditu ta' kontroparti 'i' (magħduda għas-settijiet ta' netting) inkluż l-effett ta' kollateral f'konformità mal-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II kif applikabbli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għal dik il-kontroparti. Fil-każ ta' istituzzjoni li ma tużax il-metodu stabbilit fit-Taqsima 6 tat-Titolu II, il-Kapitolu 6, l-iskopertura għandha titnaqqas billi jiġi applikat il-fattur li ġej:
|
Bi |
= |
il-kunċettwali ta’ koperturi ta' swaps ta' inadempjenza tal-kreditu b'isem wieħed mixtrija (magħduda jekk ikun hemm aktar minn pożizzjoni waħda) li jirreferi għall-kontroparti "i" u użat sabiex jiġi kopert ir-riskju ta’ CVA. Dak l-ammont nozzjonali għandu jiġi skontat billi jiġi applikat il-fattur li ġej:
|
Bind |
= |
huwa l-kunċettwali sħiħ ta' swap jew swaps ta’ inadempjenzi ta’ kreditu tal-indiċi ta’ protezzjoni mixtrija użata biex jiġi kopert ir-riskju ta’ CVA. Dak l-ammont kunċettwali għandu jiġi skontat billi jiġu applikati l-fatturi li ġejjin:
|
wind |
= |
huwa l-piż applikabbli għall-koperturi tal-indiċi. Istituzzjoni għandha tiddetermina Wind billi tikkalkula l-medja ppeżata ta' wi li jkunu applikabbli għall-kostitwenti individwali tal-indiċi; |
Mi |
= |
il-maturità effettiva tat-transazzjonijiet mal-kontroparti i. Għal istituzzjoni li tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 6 tat-Titolu II, il-Kapitolu 6, Mi għandha tiġi kkalkulata skont l-Artikolu 162(2)(g). Madankollu, għal dak il-fini, Mi m'għandhiex tkun limitata għal ħames snin iżda għall-itwal maturità kuntrattwali li jifdal fis-sett tan-netting. Għal istituzzjoni li ma tużax il-metodu stabbilit fit-Taqsima 6 tat-Titolu II, il-Kapitolu 6, Mi hija l-maturità nozzjonali medja ppeżata kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 162(2). Madankollu, għal dak il-fini, Mi m'għandhiex tkun limitata għal ħames snin iżda għall-itwal maturità kuntrattwali li jifdal fis-sett tan-netting. |
|
= |
il-maturità tal-istrument tal-kopertura Bi nozzjonali (il-kwantitajiet Mi hedge Bi għandhom jiġu magħduda jekk dawn ikunu diversi pożizzjonijiet); |
Mind |
= |
il-maturità tal-kopertura tal-indiċi. Fil-każ ta’ aktar minn pożizzjoni waħda ta’ kopertura tal-indiċi, Mind hija l-maturità ppeżata b'mod nozzjonali. |
Meta l-kontroparti tkun inkluża f’indiċi li fuqu jkun ibbażat is-swap ta' inadempjenza tal-kreditu użat għall-hedging tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, l-istituzzjoni tista’ tnaqqas l-ammont nozzjonali attribwibbli għal dik il-kontroparti skont il-piż tal-entità referenzjarja mill-ammont nozzjonali ta’ CDS tal-indiċi u tittrattah bħala hedge b’isem uniku (Bi) tal-kontroparti individwali b’maturità bbażata fuq il-maturità tal-indiċi.
Tabella 1
Skala tal-kwalità tal-kreditu |
Piż wi |
1 |
0,7 % |
2 |
0,8 % |
3 |
1,0 % |
4 |
2,0 % |
5 |
3,0 % |
6 |
10,0 % |
Artikolu 385
Alternattiva għall-użu ta' metodi CVA għall-kalkolu ta' rekwiżiti ta' fondi proprji
Bħala alternattiva għall-Artikolu 384, għal strumenti msemmija fl-Artikolu 382 u soġġett għall-kunsens minn qabel mill-awtorità kompetenti, istituzzjonijiet li jużaw il-Metodu tal-Iskopertura Oriġinali kif stabbilit fl-Artikolu 282 jistgħu japplikaw fattur ta' multiplikazzjoni ta' 10 għall-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju li jirriżultaw għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għal dawk l-iskoperturi minflok jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju CVA.
Artikolu 386
Koperturi eliġibbli
Il-koperturi għandhom ikunu 'koperturi eliġibbli' għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA skont l-Artikoli 383 u 384 biss meta jintużaw bil-għan li jimmitigaw ir-riskju ta’ CVA u jiġu mmaniġjati bħala tali, u jkunu wieħed minn dawn li ġejjin:
swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu b'isem wieħed jew strumenti ekwivalenti ta’ hedging oħra li jirreferu direttament għall-kontroparti;
swaps ta' inadempjenza tal-kreditu tal-indiċi, bil-kondizzjoni li l-bażi bejn kwalunkwe firxa individwali ta' kontroparti u l-firxiet ta' koperturi tal-iswap ta' inadempjenza tal-kreditu tal-indiċi tkun riflessa, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, fil-valur fir-riskju u fil-valur fir-riskju taħt stress.
►C2 Ir-rekwiżit fil-punt (b) li l-bażi bejn kwalunkwe firxa individwali ta' kontroparti u l-firxiet ta' koperturi tal-firxiet tal-iswaps ta' inadempjenza tal-kreditu tal-indiċi tkun riflessa fil-valur fir-riskju u fil-valur fir-riskju taħt stress għandu japplika wkoll ◄ f’każijiet fejn jintuża valur preżenti għall-firxa ta' kontroparti.
Għall-kontropartijiet kollha li għalihom jintuża valur preżenti, l-istituzzjoni għandha tuża serje ta’ ħinijiet bażi raġonevoli minn grupp rappreżentattiv ta’ ismijiet simili li għalihom tkun disponibbli firxa.
Jekk il-bażi bejn kwalunkwe firxa individwali ta’ kontroparti u l-firxiet tal-koperturi tal-iswaps ta’ inadempjenza tal-kreditu tal-indiċi ma tkunx riflessa b’mod sodisfaċenti għall-awtorità kompetenti, ►C2 l-istituzzjoni, f'dak il-każ, għandha tirrifletti biss 50 % tal-ammont nozzjonali tal-koperturi tal-indiċi fil-valur fir-riskju u fil-valur fir-riskju taħt stress. ◄
Hedging eċċessiv tal-iskoperturi għal swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu b’isem wieħed skont il-metodu stabbilit f'Artikolu 383 mhix permessa.
PARTI ERBGĦA
L-ISKOPERTURI L-KBAR
Artikolu 387
Suġġett
L-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw u jikkontrollaw l-iskoperturi l-kbar tagħhom skont din il-Parti.
▼M9 —————
Artikolu 389
Definizzjoni
Għall-finijiet ta’ din il-Parti, ‘skoperturi’, tfisser kwalunkwe assi jew element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ imsemmija fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2, mingħajr ma jiġu applikati l-piżijiet ta’ riskju jew gradi ta’ riskju.
Artikolu 390
Kalkolu tal-valur ta' skopertura
Għal skoperturi fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet jistgħu:
ipaċu l-pożizzjonijiet twal u l-pożizzjonijiet qosra tagħhom fl-istess strumenti finanzjarji maħruġa minn klijent partikolari, bil-pożizzjoni netta f'kull strument differenti tiġi kalkulata f'konformità mal-metodi stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta;
ipaċu l-pożizzjonijiet twal u l-pożizzjonijiet qosra tagħhom fi strumenti finanzjarji differenti maħruġa minn klijent partikolari, iżda biss meta l-istrument finanzjarju li jsostni l-pożizzjoni qasira tkun subordinata għall-istrument finanzjarju li jsostni l-pożizzjoni twila jew fejn l-istrumenti sottostanti jkunu tal-istess superjorità.
Għall-finijiet tal-punti (a) u (b), jistgħu jiġu allokati strumenti finanzjarji f'buckets abbażi ta' gradi differenti ta' superjorità sabiex tiġi determinata s-superjorità relattiva tal-pożizzjonijiet.
Meta jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura għall-kuntratti msemmija fl-ewwel subparagrafu, fejn dawk il-kuntratti jkunu allokati fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu konformi wkoll mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 299.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet li għandhom permess jużaw il-metodi msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u t-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta jistgħu jużaw dawk il-metodi għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli.
L-iskoperturi ma għandhom jinkludu l-ebda minn dawn li ġejjin:
fil-każ ta' tranżazzjonijiet tal-kambju, skoperturi li jsiru matul il-perkors ordinarju ta' saldu matul il-jumejn ta' xogħol ta' wara l-pagament;
fil-każ ta' tranżazzjonijiet għall-iskopijiet ta' xiri jew bejgħ ta' titoli, skoperturi involuti fil-perkors ordinarju ta' saldu matul il-ħamest ijiem tax-xogħol wara l-pagament jew il-wasla tat-titoli, skont liema minnhom ikun l-iktar kmieni;
fil-każ tal-provvediment ta' trasmissjoni ta' flus fosthom l-eżekuzzjoni ta' servizzi ta' ħlas, l-ikklerjar u s-saldu fi kwalunkwe munita u kklerjar korrispondenti ta' strumenti bankarji jew finanzjarji, is-servizzi ta' saldu jew ta' kustodja lill-klijenti, riċevuti ttardjati fil-finanzjament u skoperturi oħra li jirriżultaw mill-attività tal-klijenti li ma jdumux iktar mill-ġurnata tax-xogħol li jkun imiss;
fil-każ tal-provvediment ta' trasmissjoni ta' flus li jinkludi l-eżekuzzjoni ta' servizzi ta' ħlas, l-ikklerjar u s-saldu fi kwalunkwe munita u servizzi bankarji korrispondenti, l-iskoperturi ta' dakinhar stess għall-istituzzjonijiet li jipprovdu dawk is-servizzi;
l-iskoperturi mnaqqsa mill-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew mill-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali f'konformità mal-Artikoli 36 u 56 jew kwalunkwe tnaqqis ieħor minn dawk il-elementi li jnaqqas il-proporzjon tas-solvenza.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
il-kundizzjonijiet u l-metodoloġiji li għandhom jintużaw sabiex tiġi determinata l-iskopertura ġenerali għal klijent jew grupp ta' klijenti konnessi għat-tipi ta' skoperturi msemmija fil-paragrafu 7;
il-kondizzjonijiet li bihom l-istruttura tat-transazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 ma jikkostitwixxux skopertura addizzjonali.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 391
Definizzjoni ta’ istituzzjoni għall-finijiet ta' skoperturi kbar
Għall-finijiet ta' kalkolu tal-valur tal-iskoperturi skont din il-Parti, it-terminu 'istituzzjoni' għandu jinkludi kwalunkwe impriża privata jew pubblika, inklużi l-fergħat tagħha, li, li kieku kienet stabbilita fl-Unjoni, tkun tissodisfa d-definizzjoni tat-terminu ‘istituzzjoni’ u li tkun ġiet awtorizzata f’pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji prudenzjali li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.
Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, u soġġett għall-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjonijiet dwar jekk pajjiż terz japplikax rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali li tal-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.
Artikolu 392
Definizzjoni ta' skopertura kbira
L-iskopertura ta' istituzzjoni għal klijent jew grupp ta' klijenti konnessi għandha tiġi kkunsidrata bħala skopertura kbira meta l-valur tal-iskopertura jkun ugwali għal jew jaqbeż l-10 % tal-kapital ta' Grad 1 tagħha.
Artikolu 393
Kapaċità li tidentifika u tamministra skoperturi kbar
Istituzzjoni għandu jkollha proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi validi u mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern sabiex tkun tista' tidentifika, tiġġestixxi, timmonitorja, tirrapporta u tirreġistra l-iskoperturi kbar kollha u l-bidliet sussegwenti fihom, skont dan ir-Regolament.
Artikolu 394
Rekwiżiti ta' rappurtar
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw din l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom għal kull skopertura kbira li jżommu, inkluż skoperturi kbar eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1):
l-identità tal-klijent jew tal-grupp ta' klijenti konnessi li għalihom l-istituzzjoni għandha skopertura kbira;
il-valur tal-iskopertura qabel ma jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, meta applikabbli;
fejn tintuża, it-tip ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata jew mhux finanzjata;
il-valur tal-iskopertura, wara li jitqies l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kalkulat għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), fejn applikabbli.
L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta għandhom jirrapportaw l-akbar 20 skopertura tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fuq bażi konsolidata, bl-esklużjoni tal-iskoperturi eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1).
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw ukoll skoperturi ta' valur akbar minn jew ugwali għal EUR 300 miljun iżda inqas minn 10 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fuq bażi konsolidata.
Flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom b'rabta mal-akbar 10 skoperturi tagħhom lill-istituzzjonijiet fuq bażi konsolidata, kif ukoll l-akbar 10 skoperturi tagħhom lill-entitajiet bankarji paralleli li jwettqu attivitajiet bankarji barra mill-qafas regolat fuq bażi konsolidata, inkluż l-iskoperturi kbar eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1):
l-identità tal-klijent jew tal-grupp ta' klijenti konnessi li għalihom istituzzjoni għandha skopertura kbira;
il-valur tal-iskopertura qabel ma jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, meta applikabbli;
fejn tintuża, it-tip ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata jew mhux finanzjata;
il-valur tal-iskopertura wara li jitqies l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kalkulat għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), fejn applikabbli.
Fl-iżvilupp ta' dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ABE għandha tqis l-iżviluppi internazzjonali u l-istandards maqbula internazzjonalment dwar sistema bankarja parallela u għandha tqis jekk:
ir-relazzjoni ma' entità individwali jew grupp ta' entitajiet jista' jkollha riskji għas-solvenza jew il-pożizzjoni ta' likwidità tal-istituzzjoni;
l-entitajiet li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' solvenza jew ta' likwidità simili għal dawk imposti minn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE għandhom ikunu totalment jew parzjalment esklużi mill-obbligu li jkunu rappurtati msemmi fil-paragrafu 2 dwar entitajiet bankarji paralleli.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 395
Limiti tal-iskoperturi kbar
Fejn l-ammont ta' EUR 150 miljun ikun ogħla minn 25 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni, il-valur tal-iskopertura, wara li jkun ġie kunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu f'konformità mal-Artikoli 399 sa 403 ta' dan ir-Regolament, ma għandux jaqbeż limitu raġonevoli f'termini tal-kapital ta' Grad 1 ta' dik l-istituzzjoni. Dak il-limitu għandu jiġi determinat mill-istituzzjoni f'konformità mal-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2013/36/UE sabiex jiġi indirizzat u kontrollat ir-riskju ta' konċentrazzjoni. Dak il-limitu ma għandux jaqbeż il-100 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu limitu iżgħar minn EUR 150 miljun, f'liema każ għandhom jinfurmaw b'dan lill-ABE u lill-Kummissjoni.
Permess ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, G-SII ma għandhiex iġġarrab skopertura għal G-SII jew G-SII mhux tal-UE oħra, li l-valur tagħha, wara li jiġi kunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikoli 399 sa 403, jaqbeż il-15 % tal-kapital ta' Grad 1 tagħha. G-SII għandha tikkonforma ma' dan il-limitu mhux iktar tard minn 12-il xahar mid-data meta ġiet identifikata bħala G-SII. Fejn il-G-SII għandha skopertura għal istituzzjoni jew grupp ieħor li huma identifikati bħala G-SII jew bħala G-SII mhux tal-UE, hija għandha tikkonforma ma' tali limitu mhux aktar tard minn 12-il xahar mid-data li fiha l-istituzzjoni jew il-grupp l-ieħor kienu ġew identifikati bħala G-SII jew bħala G-SII mhux tal-UE.
Fl-iżvilupp ta' dawk il-linji gwida, l-ABE għandha tikkunsidra jekk l-introduzzjoni ta' limiti addizzjonali jkollhiex impatt materjali għad-detriment tal-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni, fuq il-proviżjoni tal-kreditu għall-ekonomija reali jew fuq l-istabbiltà u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji.
Sal-31 ta’ Diċembru 2015 il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza u l-impatt tal-impożizzjoni ta' limiti fuq skoperturi għall-entitajiet ta' sistema bankarja "parallela"li jwettqu attivitajiet bankarji barra minn qafas regolat, b'kont meħud tal-iżviluppi tal-Unjoni u internazzjonali fil-qasam tas-sistema bankarja "parallela" u l-iskoperturi kbar kif ukoll tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikoli 399 sa 403. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien, jekk adatt, ma' proposta leġislattiva dwar il-limiti tal-iskoperturi għall-entitajiet ta' sistema bankarja "parallela" li jwettqu attivitajiet bankarji barra minn qafas regolat.
Il-limiti stipulati f'dan l-Artikolu jistgħu jinqabżu għall-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-iskopertura fil-portafoll mhux tan-negozjar għall-klijent jew il-grupp ta' klijenti konnessi inkwistjoni ma taqbiżx il-limitu stabbilit fil-paragrafu 1, fejn dan il-limitu jiġi kalkulat b'referenza għall-kapital ta' Grad 1, sabiex l-eċċess jirriżulta kollu kemm hu fil-portafoll tan-negozjar;
l-istituzzjoni tilħaq rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali fuq il-parti tal-iskopertura f'eċċess tal-limitu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li jiġi kalkulat f'konformità mal-Artikoli 397 u 398;
meta jkunu għaddew għaxart ijiem jew inqas minn meta jkun seħħ l-eċċess imsemmi fil-punt (b), l-iskopertura fil-portafoll tan-negozjar għall-klijent jew grupp ta' klijenti konnessi inkwistjoni ma taqbiżx il-500 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni;
kwalunkwe eċċess li jippersisti għal iktar minn għaxart ijiem ma jaqbiżx, b'mod aggregat, is-600 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni.
Kull darba li jinqabeż il-limitu, l-istituzzjoni għandha tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien l-ammont tal-eċċess u l-isem tal-klijent ikkonċernat u, fejn applikabbli, l-isem tal-grupp ta' klijenti konnessi konċernati.
Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 400 (1)(f) fejn l-Istati Membri jadottaw liġijiet nazzjonali li jitolbu li jittieħdu miżuri strutturali fi grupp bankarju, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet tal-grupp bankarju li għandhom depożiti li huma koperti minn Skema ta' Garanzija tad-Depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti ( 23 ) jew skema ta' garanzija tad-depożiti ekwivalenti f'pajjiż terz ►C1 biex japplikaw limitu fuq skoperturi kbar taħt 25 % iżda mhux anqas minn 15 % bejn it-28 ta' Ġunju 2013 u t-30 ta’ Ġunju 2015, ◄ u minn 10 % mill-1 ta’ Lulju 2015 fuq bażi subkonsolidata skont l-Artikolu 11(5) għal skoperturi intragrupp fejn dawn l-iskoperturi jikkonsistu minn skoperturi għal entità li ma tagħmilx parti mill-istess sottogrupp fir-rigward tal-miżuri strutturali.
Għall-iskop ta' dan il-paragrafu, għandhom jiġu sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet:
l-entitajiet kollha li jagħmlu parti mill-istess sottogrupp fir-rigward tal-miżuri strutturali jitqiesu bħala klijent jew grupp wieħed ta' klijenti konnessi;
l-awtoritajiet kompetenti japplikaw limitu uniformi għall-iskoperturi msemmija fl-ewwel subparagrafu.
L-applikazzjoni ta' dan l-approċċ għandu jkun mingħajr preġudizzju għas-superviżjoni effettiva fuq bażi kkonsolidata u ma għandhiex tinkludi effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fi Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni inġenerali jew tifforma jew toħloq ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern.
Qabel l-adozzjoni tal-miżuri strutturali speċifiċi kif imsemmi fil-paragrafu 6 dwar l-iskoperturi kbar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u l-ABE mill-inqas xahrejn qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni biex jiġu adottati l-miżuri strutturali, u jippreżentaw evidenza kwantitattiva jew kwalitattiva rilevanti ta' dan kollu li ġej:
l-ambitu tal-attivitajiet li huma soġġetti għall-miżuri strutturali;
spjegazzjoni ta' għalfejn tali miżuri abbozzati jitqiesu bħala adatti, effettivi u proporzjonati biex jiġu protetti d-depożituri;
valutazzjoni tal-impatt pożittiv jew negattiv probabbli tal-miżuri fuq is-suq intern abbażi tal-informazzjoni li hija disponibbli għall-Istat Membru.
Fi żmien xahar mill-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 7, l-ABE għandha tipprovdi l-opinjoni tagħha dwar il-punti msemmija f’dak il-paragrafu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu wkoll jipprovdu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-punti msemmija f’dak il-paragrafu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat.
Filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ l-opinjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu u jekk ikun hemm evidenza soda u b'saħħitha li l-miżuri għandhom impatt negattiv fuq is-suq intern li jegħleb il-benefiċċji tal-istabbiltà finanzjarja, il-Kummissjoni għandha, fi żmien xahrejn mill-wasla tan-notifika, tirrifjuta l-miżuri nazzjonali proposti. Inkella, il-Kummissjoni għandha taċċetta l-miżuri nazzjonali proposti għal perijodu inizjali ta' sentejn u fejn adatt il-miżuri jistgħu jkunu soġġetti għal emenda.
Il-Kummissjoni għandha tirrifjuta il-miżuri nazzjonali proposti biss jekk din tqis li l-miżuri nazzjonali proposti jinvolvu effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha fi Stat Membri oħrajn jew fl-Unjoni inġenerali, u b'hekk jiffurmaw jew joħolqu ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern jew għall-moviment liberu tal-kapital f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE.
Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni tal-ABE u għandha tqis l-evidenza pprezentata f'konformità mal-paragrafu 7.
Qabel l-iskadenza tal-miżuri, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipproponu miżuri ġodda għall-estensjoni tal-perijodu ta' applikazzjoni għal perijodu addizzjonali ta' sentejn kull darba. F'dan il-każ, huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, il-Kunsill, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u l-ABE. L-approvazzjoni tal-miżuri l-ġodda għandha tkun soġġetta għall-proċess stipulat f'dan l-Artikolu. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 458.
Artikolu 396
Konformità mar-rekwiżiti tal-iskoperturi l-kbar
Fejn ikun applikabbli l-ammont ta' EUR 150 miljun imsemmi fl-Artikolu 395(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li jinqabeż il-limitu ta' 100 % f'termini tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni skont il-każ.
Meta, fil-każijiet eċċezzjonali msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, awtorità kompetenti tippermetti li istituzzjoni taqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 395(1) għal perijodu itwal minn tliet xhur, l-istituzzjoni għandha tippreżenta pjan għar-ritorn f'waqtu għall-konformità ma' dak il-limitu għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti u għandha twettaq dak il-pjan fil-perijodu maqbul mal-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-pjan u għandha tesiġi r-ritorn għall-konformità iktar rapidu jekk adatt.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ABE għandha toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tispeċifika kif l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw:
il-każijiet eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
iż-żmien meqjus adatt għar-ritorn għall-konformità;
il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat ir-ritorn f'waqtu għall-konformità tal-istituzzjoni.
Artikolu 397
Kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali għall-iskoperturi l-kbar fil-portafoll tan-negozjar
Sa minn 10-t ijiem wara li jkun seħħ l-eċċess, il-komponenti tal-eċċess, magħżula skont il-paragrafu 1, għandhom jiġu allokati għal-linja xierqa fil-Kolonna 1 tat-Tabella 1 f'ordni axxendenti tar-rekwiżiti ta' riskju speċifiku fil-Parti Tlieta, Titolu IV, Kapitolu 2 u/jew ir-rekwiżiti fl-Artikolu 299 u l-Parti Tlieta, Titolu V. Ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali għandu jkun ugwali għas-somma tar-rekwiżiti tar-riskju speċifiku fil-Parti Tlieta, Titolu IV, Kapitolu 2 u/jew ir-rekwiżiti tal-Artikolu 299 u l-Parti Tlieta, Titolu V fuq dawn il-komponenti, multiplikata bil-koeffiċjent korrispondenti fil-Kolonna 2 tat-Tabella 1.
Tabella 1
Kolonna 1: Eċċess ogħla mil-limiti (fuq il-bażi ta’ perċentwal tal-kapital eliġibbli) ►M8 kapital ta' Grad 1 ◄ |
Kolonna 2: Fatturi |
Sa 40 % |
200 % |
Minn 40 % sa 60 % |
300 % |
Minn 60 % sa 80 % |
400 % |
Minn 80 % sa 100 % |
500 % |
Minn 100 % sa 250 % |
600 % |
Fuq 250 % |
900 % |
Artikolu 398
Proċeduri sabiex l-istituzzjonijiet ma jitħallewx jevitaw tar-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali
L-istituzzjonijiet m'għandhomx jevitaw b'mod intenzjonali r-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 397 li kieku jkunu soġġetti għalihom, fuq skoperturi li jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 395(1) ladarba dawn l-iskoperturi jkunu nżammu għal aktar minn għaxart ijiem, permezz ta’ trasferiment temporanju tal-iskoperturi inkwistjoni lil kumpannija oħra, kemm jekk fi ħdan l-istess grupp kif ukoll jekk le, u/jew billi jitwettqu transazzjonijiet artifiċjali sabiex jagħlqu l-iskopertura matul il-perijodu ta’ għaxart (10) ijiem u joħolqu skopertura ġdida.
L-istituzzjonijiet għandhom iżommu sistemi li jiżguraw li kwalunkwe trasferiment li jkollu l-effett imsemmi fl-ewwel subparagrafu jiġi rrappurtat minnufih lill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 399
Tekniki eliġibbli ta’ mitigazzjoni tal-kreditu
Għall-finijiet tal-Artikoli 400 sa 403, it-terminu 'garanzija' għandu jinkludi derivati tal-kreditu rikonoxxuti taħt il-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta għajr in-noti marbuta ma' kreditu
Artikolu 400
Eżenzjonijiet
L-iskoperturi li ġejjin għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1):
elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, banek ċentrali jew entitajiet tas-settur pubbliku li, meta ma jkunux iggarantiti, jingħataw piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 2;
elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq organizzazzjonijiet internazzjonali jew banek multilaterali tal-iżvilupp li, meta ma jkunux iggarantiti, jingħataw piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;
elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet li jġorru l-garanziji espliċiti ta’ gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, organizzazzjonijiet internazzjonali, banek multilaterali tal-iżvilupp jew entitajiet mis-settur pubbliku, fejn il-pretensjonijiet skoperti fuq l-entità li tipprovdi l-garanzija jiġu assenjati piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;
skoperturi oħra attribwibbli lil, jew garantiti minn, gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, organizzazzjonijiet internazzjonali, banek multilaterali tal-iżvilupp jew entitajiet mis-settur pubbliku, fejn il-pretensjonijiet mhux iggarantiti fuq l-entità li għaliha tkun attribwibbli l-iskopertura jew li tkun garantita minnha tiġi assenjata piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;
elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri fejn dawk il-pretensjonijiet jingħataw piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 u skoperturi oħra għal jew garantiti minn dawn il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali, pretensjonijiet li fuqhom jingħata piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;
skoperturi għall-kontropartijiet imsemmija fl-Artikolu 113(6) jew (7) jekk jingħataw piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2. Skoperturi li ma jilħqux dawk il-kriterji, irrispettivament minn jekk ikunux eżentati mill-Artikolu 395(1) għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal parti terza;
elementi ta' assi u skoperturi oħra garantiti minn kollateral fil-forma ta’ depożiti ta’ flus mal-istituzzjoni mutwanti jew mal-istituzzjoni li tkun l-impriża prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni mutwanti;
elementi ta' assi u skoperturi oħra garantiti minn kollateral fil-forma ta’ ċertifikati ta’ depożiti maħruġa mill-istituzzjoni mutwanti jew minn istituzzjoni li tkun l-impriża prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni mutwanti u depożitati ma' waħda minnhom;
skoperturi li jirriżultaw minn faċilitajiet ta’ kreditu mhux miġbud li jkunu kklassifikati bħala elementi ta’ riskju baxx li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ fl-Anness I u bil-kondizzjoni li jkun intlaħaq ftehim mal-klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi li permezz tiegħu l-faċilità tista’ tinġibed biss jekk ikun ġie aċċertat li l-limitu applikabbli skont l-Artikolu 395(1) ma jkunx ser jinqabeż minħabba f’hekk;
skoperturi kummerċjali tal-membri tal-ikklerjar u kontribuzzjonijiet għall-fond ta' inadempjenza għal kontropartijiet ċentrali kwalifikati;
skoperturi għal skemi ta’ garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE li jirriżultaw mill-iffinanzjar ta’ dawk l-iskemi, jekk l-istituzzjonijiet membri tal-iskema jkollhom obbligu legali jew kuntrattwali sabiex jiffinanzjaw l-iskema;
l-iskoperturi kummerċjali tal-klijenti msemmija fl-Artikolu 305(2) jew (3);
holdings ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni, jew tas-sussidjarji tagħhom li huma stess mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, ta' strumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE li nħarġu minn kwalunkwe waħda minn dawn l-entitajiet li ġejjin:
fir-rigward ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni, entitajiet oħra li jappartjenu għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni;
fir-rigward ta' sussidjarji ta' entità ta' riżoluzzjoni li huma stess mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, is-sussidjarji rilevanti tas-sussidjarja li jappartjenu għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni;
skoperturi li jirriżultaw minn impenn ta' valur minimu li jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha stipulati fl-Artikolu 132c(3).
Flus riċevuti taħt nota marbuta ma' kreditu maħruġa mill-istituzzjoni u self u depożiti ta’ kontroparti lil jew mal-istituzzjoni li jkunu soġġetti għal ftehim ta’ netting fil-karta tal-bilanċ rikonoxxut skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4 għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-punt (g).
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu kompletament jew parzjalment jeżentaw l-iskoperturi li ġejjin:
bonds koperti li jaqgħu taħt it-termini tal-Artikolu129(1), (3) u (6);
elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri fejn dawk il-pretensjonijiet jingħataw piż ta’ riskju ta’ 20 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 u skoperturi oħra għal jew garantiti minn dawn il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali, pretensjonijiet li fuqhom jingħata piż ta’ riskju ta’ 20 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;
skoperturi mġarrba minn istituzzjoni, inkluż permezz ta' parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta' holdings, għall-impriża prinċipali tagħha, għal sussidjarji oħra ta' dik l-impriża prinċipali jew għas-sussidjarji tagħha stess u holdings kwalifikanti, sakemm dawk l-impriżi ma jkunux koperti mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata li għaliha tkun soġġetta l-istituzzjoni stess, f'konformità ma' dan ir-Regolament, id-Direttiva 2002/87/KE jew mal-istandards ekwivalenti fis-seħħ f'pajjiż terz; l-iskoperturi li ma jissodisfawx dawn il-kriterji, kemm jekk ikunu kif ukoll jekk ma jkunux eżentati mill-Artikolu 395(1) ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal parti terza;
elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra, inklużi l-holdings jew tipi oħra ta’ holdings, għal istituzzjonijiet reġjonali jew ċentrali ta’ kreditu li tkun assoċjata magħhom l-istituzzjoni ta’ kreditu f’netwerk skont id-dispożizzjonijiet ġuridiċi jew statutorji u li jkunu responsabbli, skont dawk id-dispożizzjonijiet, għall-operazzjonijiet ta’ kklerjar ta’ flus fi ħdan in-netwerk;
elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra għal istituzzjonijiet ta’ kreditu mġarrba minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, li minnhom waħda topera fuq bażi mhux kompetittiva, u li tipprovdi jew tiggarantixxi għoti ta' self skont programmi leġislattivi jew l-istatuti tagħha, biex tippromwovi oqsma speċifiċi tal-ekonomija taħt xi forma ta’ superviżjoni governattiva u restrizzjonijiet fuq l-użu tas-self, bil-kondizzjoni li l-iskoperturi rispettivi joriġinaw minn tali self li jkun mgħoddi lill-benefiċjarji permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew mill-garanziji fuq dan is-self;
elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra għall-istituzzjonijiet, bil-kondizzjoni li dawk l-iskoperturi ma jikkostitwixxux il-fondi proprji ta' dawn l-istituzzjonijiet, u ma jdumux aktar mill-jum tax-xogħol ta’ wara u ma jkunux denominati f’munita kummerċjali ewlenija;
elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq banek ċentrali fil-forma ta’ riservi minimi meħtieġa miżmuma minn dawk il-banek ċentrali li jkunu denominati fil-muniti nazzjonali tagħhom;
elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali fil-forma ta’ rekwiżiti statutorji ta’ likwidità miżmuma f’titoli tal-gvern li huma denominati u ffinanzjati fil-muniti nazzjonali bil-kondizzjoni li, fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti, il-valutazzjoni tal-kreditu ta’ dawk il-gvernijiet ċentrali assenjati minn ECAI nominata tkun grad ta’ investiment;
50 % tad-dokumenti ta' kreditu b'riskju medju/baxx li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ u tal-faċilitajiet ta’ kreditu mhux miġbud b'riskju medju/baxx li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ imsemmija fl-Anness I u soġġett għall-qbil tal-awtoritajiet kompetenti, 80 % tal-garanziji barra mill-garanziji fuq self li għandhom bażi ġuridika jew regolatorja u jingħataw għall-membri tagħhom bi skemi ta’ garanzija reċiproka li għandhom status ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu;
il-garanziji legalment meħtieġa li jintużaw meta self b'ipoteka ffinanzjat permezz tal-ħruġ ta' bonds ta’ ipoteki jitħallas lill-mutwatarju tal-ipoteka qabel ir-reġistrazzjoni finali tal-ipoteka fir-reġistru tal-artijiet, bil-kondizzjoni li l-garanzija ma tintużax biex tnaqqas ir-riskju fil-kalkolu tal-ammonti tal-iskopetura peżati għar-riskju;
skoperturi fil-forma ta' kollateral jew garanzija għal self residenzjali, ipprovduti minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli msemmi fl-Artikolu 201 li jikkwalifika għal klassifikazzjoni tal-kreditu li huwa tal-anqas aktar baxx minn dawn li ġejjin:
it-tieni skala tal-kwalità kreditizja;
l-iskala tal-kwalità tal-kreditu li tikkorrispondi mal-klassifikazzjoni ta' munita barranija tal-gvern ċentrali tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-kwartieri ġenerali tal-fornitur tal-protezzjoni;
skoperturi fil-forma ta' garanzija għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali, pprovduti minn aġenzija tal-kreditu għall-esportazzjoni li tikkwalifika għall-klassifikazzjoni ta' kreditu li tkun mill-inqas aktar baxxa minn dawn li ġejjin:
it-tieni skala tal-kwalità kreditizja;
l-iskala tal-kwalità tal-kreditu li tikkorrispondi mal-klassifikazzjoni ta' munita barranija tal-gvern ċentrali tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-kwartieri ġenerali tal-aġenzija tal-kreditu għall-esportazzjoni.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu biss jagħmlu użu tal-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 2 meta jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
in-natura speċifika tal-iskopertura, il-kontroparti jew ir-relazzjoni bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti telimina jew tnaqqas ir-riskju ta' skopertura; u
kwalunkwe riskju ta' konċentrament li jifdal jista' jiġi indirizzat b'mezzi oħrajn ugwalment effettivi bħall-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi previsti fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2013/36/UE.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar jekk għandhomx il-ħsieb jużaw xi waħda mill-eżenzjonijiet previsti fil-paragrafu 2 f'konformità mal-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu u jipprovdu lill-ABE bir-raġunijiet li jissostanzjaw l-użu ta' dawk l-eżenzjonijiet.
Artikolu 401
Kalkolu tal-effett tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu
B'deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet li għandhom permess jużaw il-metodi msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u t-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, jistgħu jużaw dawk il-metodi għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli
It-testijiet perjodiċi tal-istress imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jindirizzaw ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fil-kondizzjonijiet tas-suq li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv l-adegwatezza tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet u riskji li jirriżultaw mir-realizzazzjoni ta' kollateral f'sitwazzjonijiet ta' stress.
It-testijiet tal-istress imwettqa għandhom ikunu adegwati u adatti għall-valutazzjoni ta' dawk ir-riskji.
L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu dan li ġej fl-istrateġiji tagħhom biex jindirizzaw ir-riskju ta' konċentrazzjoni:
politiki u proċeduri sabiex jindirizzaw riskji li jirriżultaw minn diskrepanzi fil-maturità bejn l-iskoperturi u kwalunkwe protezzjoni tal-kreditu fuq dawn l-iskoperturi;
politiki u proċeduri relatati mar-riskju tal-konċentrazzjoni li jirriżulta mill-applikazzjoni tat-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskji ta' kreditu, b'mod partikolari minn skoperturi kbar għall-kreditu indirett, pereżempju, l-iskoperturi għal emittent uniku ta' titoli meħuda bħala kollateral.
Artikolu 402
Skoperturi li jirriżultaw minn self b'ipoteka
Għall-kalkolu talvaluri tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395, l-istituzzjonijiet, għajr meta dan ikun ipprojbit mill-liġi nazzjonali applikabbli, jistgħu jnaqqsu l-valur ta' skopertura jew kwalunkwe parti ta' skopertura li hija totalment iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali skont l-Artikolu 125(1) bl-ammont mirhun tal-valur tas-suq jew tas-self b'ipoteka tal-proprjetà immobbli kkonċernata, iżda b'mhux iktar minn 50 % tal-valur tas-suq jew 60 % tal-valur tas-self b'ipoteka f'dawk l-Istati Membri li stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self b'ipoteka f'dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma jkunux stabbilixxew piż ta' riskju ogħla minn 35 % għal skoperturi jew partijiet minn skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 124(2);
l-iskopertura jew parti mill-iskopertura tkun totalment iggarantita bi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
ipoteka waħda jew aktar fuq proprjetà residenzjali; jew
proprjetà residenzjali fi tranżazzjoni ta' kiri li fiha s-sid iżomm is-sjieda sħiħa tal-proprjetà residenzjali u l-kerrej ikun għadu ma eżerċitax l-opzjoni tiegħu jew tagħha li jixtri jew tixtri;
ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 208 u l-Artikolu 229(1) jiġu ssodisfati.
Għall-kalkolu tal-valuri tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395, istituzzjoni tista', għajr meta dan ikun ipprojbit mill-liġi nazzjonali applikabbli, jistgħu jnaqqsu l-valur ta' skopertura jew kwalunkwe parti ta' skopertura li hija totalment iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali skont l-Artikolu 126(1) bl-ammont mirhun tal-valur tas-suq jew tas-self b'ipoteka tal-proprjetà immobbli kkonċernata, iżda b'mhux iktar minn 50 % tal-valur tas-suq jew 60 % tal-valur tas-self b'ipoteka f'dawk l-Istati Membri li stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self b'ipoteka f'dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma jkunux stabbilixxew piż ta' riskju ogħla minn 50 % għal skoperturi jew partijiet minn skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali skont l-Artikolu 124(2);
l-iskopertura tkun totalment iggarantita permezz ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
ipoteka waħda jew aktar fuq uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor; jew
uffiċċju jew bini kummerċjali ieħor wieħed jew aktar u l-iskoperturi relatati mat-transazzjonijiet ta' kiri ta' proprjetà;
ir-rekwiżiti fil-punt (a) tal-Artikolu 126(2) u fl-Artikolu 208 u l-Artikolu 229(1) jiġu ssodisfati;
il-proprjetà immobbli kummerċjali tkun kompletament mibnija.
Istituzzjoni tista' tittratta skopertura għal kontroparti li tirriżulta minn operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid li permezz tagħha l-istituzzjoni tkun xtrat mingħand il-kontroparti obbligazzjonijiet ipotekarji indipendenti nonaċċessorji fuq proprjetà immobbli ta' partijiet terzi, bħala numru ta' skoperturi individwali għal kull wieħed minn dawk il-partijiet terzi, dment li jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-kontroparti hija istituzzjoni jew ditta tal-investiment;
l-iskopertura tkun kompletament koperta minn drittijiet fuq il-proprjetà immobbli ta' dawk il-partijiet terzi li nxtraw mill-istituzzjoni u l-istituzzjoni tkun tista' teżerċita dawk id-drittijiet;
l-istituzzjoni tkun żgurat li r-rekwiżiti fl-Artikolu 208 u l-Artikolu 229(1) huma ssodisfatti;
l-istituzzjoni ssir benefiċjarja tal-pretensjonijiet li l-kontroparti jkollha kontra l-partijiet terzi f'każ ta' inadempjenza, insolvenza jew likwidazzjoni tal-kontroparti;
l-istituzzjoni tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 394 l-ammont totali ta' skoperturi għal kull istituzzjoni jew ditti tal-investiment oħra li huma trattati skont dan il-paragrafu.
Għal dawn il-finijiet, l-istituzzjoni għandha tassumi li għandha skopertura għal kull waħda minn dawk il-partijiet minflok għall-ammont korrispondenti tal-iskopertura għall-kontroparti. Il-bqija tal-iskopertura għall-kontroparti, jekk ikun hemm, għandha tkompli tiġi trattata bħala skopertura għall-kontroparti.
Artikolu 403
Approċċ ta' sostituzzjoni
Meta skopertura għal klijent tkun garantita minn parti terza, jew hija garantita minn kollateral maħruġ minn parti terza, istituzzjoni għandha:
tittratta l-parti tal-iskopertura li tkun garantita bħala skopertura lill-garanti minflok mill-klijent, sakemm l-iskopertura mhux garantita għall-garanti tkun assenjata piż ta' riskju li huwa ugwali għal jew inqas mill-piż ta' riskju tal-iskopertura mhux garantita għall-klijent skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;
tittratta l-parti tal-iskopertura kollateralizzata skont il-valur tas-suq ta' kollateral rikonoxxut bħala skopertura mill-parti terza minflok mill-klijent, sakemm l-iskopertura tkun garantita minn kollateral u sakemm li l-parti kollateralizzata tal-iskopertura tingħata piż ta' riskju li huwa ugwali għal jew inqas mill-piż ta' riskju ta' skopertura mhux garantita għall-klijent skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.
L-approċċ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jintuża minn istituzzjoni fejn ikun hemm diskrepanza bejn il-maturità tal-iskopertura u l-maturità tal-protezzjoni.
Għall-finijiet ta' din il-Parti, istituzzjoni tista' tuża kemm il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju u t-trattament stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'dawk il-każi biss fejn hija awtorizzata tuża kemm il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju u l-Metodu Ssimplifikat tal-Kollateral Finanzjarju għall-finijiet tal-Artikolu 92.
Fejn istituzzjoni tapplika l-punt (a) tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni:
fejn il-garanzija tkun denominata f'munita differenti minn dik li fiha tkun denominata l-iskopertura, għandha tikkalkula l-ammont tal-iskopertura li hija meqjusa bħala koperta skont id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament tad-diskrepanza fil-munita għal protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu stipulat fil-Parti Tlieta;
għandha tittratta kwalunkwe diskrepanza bejn il-maturità tal-iskopertura u l-maturità tal-protezzjoni skont id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament tan-nuqqas ta' diskrepanza stipulat fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;
tista' tirrikonoxxi kopertura parzjali f'konformità mat-trattament stabbilit fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, istituzzjoni tista' tissostitwixxi l-ammont fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu, sakemm il-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (c), (d) u (e) ta' dan il-paragrafu huma ssodisfati:
l-ammont totali tal-iskopertura tal-istituzzjoni għal emittent tal-kollateral minħabba ftehimiet ta' riakkwist bejn tliet partijiet iffaċilitati minn aġent ta' tliet partijiet;
l-ammont totali tal-limiti li l-istituzzjoni tkun tat struzzjonijiet lill-aġent ta' tliet partijiet imsemmi fil-punt (a) sabiex japplika għat-titoli maħruġa mill-emittent tal-kollateral imsemmi f'dak il-punt;
l-istituzzjoni tkun ivverifikat li l-aġent ta' tliet partijiet għandu fis-seħħ salvagwardji xierqa sabiex jipprevjeni l-ksur tal-limiti msemmija fil-punt (b);
l-awtorità kompetenti ma tkunx esprimiet lill-istituzzjoni ebda tħassib materjali;
is-somma tal-ammont tal-limitu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu u kwalunkwe skopertura oħra tal-istituzzjoni għall-emittent tal-kollateral ma taqbiżx il-limitu stipulat fl-Artikolu 395(1).
L-ABE għandha tippubblika dawk il-linji gwida sal-31 ta' Diċembru 2019.
▼M5 —————
PARTI SITTA
LIKWIDITÀ
TITOLU I
DEFINIZZJONIJIET U REKWIŻITI TAL-LIKWIDITÀ
Artikolu 411
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din il-Parti, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:
‘klijent finanzjarju’ tfisser klijent, inkluż klijent finanzjarju li jappartjeni għall-grupp ta' kumpanniji mhux finanzjarji, li jwettaq attività waħda jew iktar minn dawk elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE bħala n-negozju ewlieni tiegħu, jew li huwa waħda minn dawn li ġejjin:
istituzzjoni ta' kreditu;
ditta tal-investiment;
entità bi skop speċjali ta' titolizzazzjoni (“SSPE”);
impriża ta' investiment kollettiv (“CIU”);
skema ta' investiment limitat;
impriża tal-assigurazzjoni;
impriża tar-riassigurazzjoni;
kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta;
istituzzjoni finanzjarja;
arranġament għal skemi tal-pensjonijiet kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
“depożitu fil-livell ta' konsumatur” tfisser obbligazzjoni lejn persuna fiżika jew 'SME, fejn l-SME tkun tikkwalifika għall-klassi ta' skopertura fil-livell ta' konsumatur taħt l-approċċi standardizzati jew IRB għar-riskju tal-kreditu, jew obbligazzjoni lejn kumpannija li hija eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 153(4), u fejn id-depożiti aggregati minn dik l-SME jew kumpannija fuq il-bażi ta' grupp ma jkunux jaqbżu l-EUR 1 miljun;
“kumpanija ta' investiment personali” jew “PIC” tfisser impriża jew fond li is-sid jew is-sid benefiċjarju tagħhom ikun persuna fiżika jew grupp ta' persuni fiżiċi li jiġu minn xulxin mill-qrib, li ma jwettaqx kwalunkwe attività kummerċjali, industrijali jew professjonali u li kien stabbilit bl-għan uniku ta' ġestjoni tal-ġid tas-sid jew is-sidien, inkluż attivitajiet anċillari bħal segregazzjoni tal-assi tas-sidien mill-assi korporattivi, faċilitazzjoni tat-trażmissjoni tal-assi f'familja jew il-prevenzjoni ta' qsim fl-assi wara l-mewt ta' membru tal-familja, sakemm dawk l-attivitajiet anċillari ikunu marbutin mal-għan prinċipali tal-ġestjoni tal-ġid tas-sidien;
“sensar għad-depożiti” tfisser persuna fiżika jew impriża li tqiegħed id-depożiti minn partijiet terzi, inkluż depożiti fil-livell ta’ konsumatur u depożiti ta’ kumpanniji iżda bl-esklużjoni tad-depożiti minn klijenti finanzjarji, ma’ istituzzjonijiet tal-kreditu bi skambju għal ħlas;
“assi mhux aggravati” tfisser assi li mhumiex soġġetti għal xi restrizzjoni legali, kuntrattwali, regolatorja jew xi restrizzjoni oħra li tipprevjeni lill-istituzzjoni milli tillikwida, tbigħ, tittrasferixxi, tassenja jew, b'mod ġenerali, teħles minn dawk l-assi permezz ta' bejgħ dirett jew ftehim ta' riakkwist;
“sovrakollateralizzazzjoni mhux obbligatorja” tfisser kwalunkwe ammont ta' assi li l-istituzzjoni mhijiex obbligata torbot mal-ħruġ ta' bond kopert bis-saħħa ta' rekwiżiti legali jew regolatorji, impenji kuntrattwali jew għal raġunijiet ta' dixxiplina tas-suq, inkluż b'mod partikolari fejn l-assi jiġu pprovduti f'eċċess tar-rekwiżit ta' sovrakollateralizzazzjoni minimu legali, statutorju jew regolatorju applikabbli għall-bonds koperti skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru jew pajjiż terz;
“rekwiżit ta' kopertura tal-assi” tfisser il-proporzjon tal-assi meta mqabblin mar-responsabbiltajiet kif determinat f'konformità mal-liġi nazzjonali ta' Stat Membru jew pajjiż terz għall-finijiet ta' titjib tal-kreditu b'rabta mal-bonds koperti;
“self ta' marġini” tfisser self kollateralizzat estiż lill-klijenti biex jieħdu pożizzjonijiet tan-negozjar ingranati;
“kuntratti tad-derivattivi” tfisser il-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u d-derivattivi tal-kreditu;
“stress” tfisser deterjorament f'daqqa jew gravi fil-pożizzjoni ta' solvenza jew ta' likwidità ta' istituzzjoni minħabba bidliet fil-kondizzjonijiet tas-suq jew fatturi idjosinkratiċi li b'riżultat tagħhom ikun hemm riskju sinifikanti li l-istituzzjoni ma tibqax kapaċi twettaq l-impenji tagħha meta jkunu dovuti fit-30 jum li jkun imiss;
‘assi ta' livell 1’ tfisser assi ta' likwidità u kwalità tal-kreditu għoljin ħafna kif inhu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 416(1);
‘assi ta' livell 2’ tfisser assi ta' likwidità u kwalità ta' kreditu għoljin ħafna kif inhu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 416(1) ta' dan ir-Regolament; l-assijiet ta' livell 2 jinqasmu ulterjorment f'assi tal-livell 2A u 2B kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
‘marġini ta' likwidità’ tfisser l-ammont ta' assi ta' livell 1 u ta' livell 2 li istituzzjoni jkollha f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
‘fluss ta' ħruġ nett tal-likwidità’ tfisser l-ammont li jirriżulta mit-tnaqqis tal-flussi ta' dħul tal-likwidità ta' istituzzjoni mill-flussi ta' ħruġ tal-likwidità tagħha;
‘munita tar-rappurtar’ tfisser il-munita tal-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju prinċipali tal-istituzzjoni;
‘fatturament’ tfisser ftehim kuntrattwali bejn negozju (l-‘assenjatur’) u entità finanzjarja (il-‘fattur’) fejn l-assenjatur jassenja jew ibigħ ir-riċevibbli tiegħu lill-fattur fi skambju għall-fattur biex jipprovdi lill-assenjatur b'wieħed jew aktar mis-servizzi li ġejjin fir-rigward tar-riċevibbli assenjati:
avvanz ta' perċentwal tal-ammont tar-riċevibbli assenjati, ġeneralment fuq terminu qasir, mhux impenjat u mingħajr riportament awtomatiku;
ġestjoni tar-riċevibbli, ġbir tar-riċevibbli u protezzjoni ta' kreditu, fejn, b'mod ġenerali, il-fattur jamministra r-reġistru tal-bejgħ tal-assenjatur u jiġbor ir-riċevibbli f'isem il-fattur;
għall-finijiet tat-Titolu IV, il-fatturament għandu jiġi ttrattat bħala finanzjament tal-kummerċ;
‘kreditu impenjat jew faċilità ta' likwidità’ tfisser faċilità ta' kreditu jew ta' likwidità li hija irrevokabbli jew kondizzjonalment revokabbli.
Artikolu 412
Rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità
Dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), fejn element jista' jingħadd f'iktar minn kategorija waħda ta' fluss ta' ħruġ, għandu jingħadd fil-kategorija ta' fluss ta' ħruġ li tipproduċi l-akbar fluss ta' ħruġ kuntrattwali għal dak l-element.
Artikolu 413
Rekwiżit ta' finanzjament stabbli
Artikolu 414
Konformità mar-rekwiżiti tal-likwidità
Istituzzjoni li ma tissodisfax, jew li ma tistenniex li ser tissodisfa, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 412 jew fl-Artikolu 413(1), inkluż matul żmien ta' stress, għandha tinforma mmedjatament lill-awtoritajiet kompetenti dwar dan u għandha tippreżenta lill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn pjan biex isseħħ mill-ġdid filwaqt il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 412 jew l-Artikolu 413(1), kif adatt. Sakemm tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità, l-istituzzjoni għandha kuljum tirrapporta l-elementi msemmija fit-Titolu III, fit-Titolu IV, fl-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 415(3) jew (3a) jew fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), kif adatt, mhux aktar tard minn tmiem il-ġurnata tax-xogħol, sakemm l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax frekwenza anqas tar-rappurtar u skadenza itwal tar-rappurtar. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu biss dawn l-awtorizzazzjonijiet fuq il-bażi tas-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjoni, filwaqt li jittieħed kont tal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw l-implimentazzjoni tat-tali pjan ta' stabbiliment mill-ġdid u jekk ikun meħtieġ għandhom jesiġu stabbiliment mill-ġdid tal-konformità iktar rapidu.
TITOLU II
RAPPURTAR TAL-LIKWIDITÀ
Artikolu 415
Obbligu ta’ rappurtar u l-format tar-rappurtar
Il-frekwenza tar-rappurtar għandha tkun mill-inqas darba fix-xahar għall-elementi msemmija fl-att delegat msemmi fl-Artikolu 460(1) u mill-inqas kull tliet xhur għall-elementi msemmija fit-Titoli III u IV.
Istituzzjoni għandha tirrapporta b'mod separat lill-awtoritajiet kompetenti, l-elementi msemmija fl-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fil-paragrafu 3 jew 3a ta' dan l-Artikolu, fit-Titolu III sa dak iż-żmien li l-obbligi tar-rappurtar u l-format tar-rappurtar għall-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett stabbilit fit-Titolu IV ikunu ġew speċifikati u introdotti fid-dritt tal-Unjoni, fit-Titolu IV u fl-att delegat msemmi fl-Artikolu 460(1), kif adatt, f'konformità ma' dan li ġej:
fejn l-elementi jkunu denominati f'munita għajr il-munita tar-rappurtar u l-istituzzjoni jkollha obbligazzjonijiet aggregati denominati f'tali munita li jammontaw għal jew jaqbżu l-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni jew tas-sottogrupp tal-likwidità waħdieni, bl-esklużjoni tal-fondi proprji u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ir-rappurtar għandu jsir fil-munita ta' denominazzjoni;
fejn l-elementi huma denominati fil-munita ta' Stat Membru ospitanti fejn l-istituzzjoni għandha fergħa sinifikanti kif imsemmi l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE u dak l-Istat Membru ospitanti juża munita oħra barra l-munita tar-rappurtar, ir-rappurtar għandu jsir fil-munita tal-Istat Membru li fih tinsab il-fergħa sinifikanti;
fejn l-elementi jkunu denominati fil-munita tar-rappurtar, u l-ammont aggregat ta' obbligazzjonijiet f'muniti għajr il-munita tar-rappurtar jammonta għal jew jaqbeż il-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni jew tas-sottogrupp ta' likwidità waħdieni, bl-esklużjoni tal-fondi proprji u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ir-rappurtar għandu jsir fil-munita tar-rappurtar.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika dawn li ġejjin:
formati uniformi u soluzzjonijiet tal-IT bi struzzjonijiet assoċjati għal frekwenzi u d-dati tar-referenza u ta' rimessa; il-formati tar- rappurtar u l-frekwenzi għandhom ikunu proporzjonali għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet differenti tal-istituzzjonijiet u għandhom jinkludu r-rappurtar meħtieġ skont il-paragrafi 1 u 2;
metriċi addizzjonali meħtieġa għall-monitoraġġ tal-likwidità, li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiksbu idea komprensiva tal-profil tar-riskju tal-likwidità ta' istituzzjoni, proporzjonali għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta' istituzzjoni.
L-ABE għandha tissottometti lill-Kummissjoni dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi għall-elementi speċifikati fil-punt (a) sat-28 ta' Lulju 2013 u għall-elementi speċifikati fil-punt (b) sal-1 ta' Jannar 2014.
Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummisjoni li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.
Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummisjoni li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Fuq talba, ►C2 l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom ◄ jipprovdu f'waqtu u b'mezz elettroniku r-rappurtar kollu sottomess mill-istituzzjoni skont il-formati uniformi ta' rappurtar imsemmija fil-paragrafu 3 lill-awtoritajiet li ġejjin:
l-awtoritajiet kompetenti u l-bank ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri ospitanti fejn hemm fergħat sinifikanti skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-istituzzjoni prinċipali jew istituzzjonijiet ikkontrollati mill-istess kumpannija holding finanzjarja prinċipali;
l-awtoritajiet kompetenti li għandhom sussidjarji awtorizzati tal-istituzzjoni prinċipali jew istituzzjonijiet ikkontrollati mill-istess kumpannija holding finanzjarja prinċipali u l-bank ċentrali tal-istess Stat Membru;
ABE;
BĊE.
Artikolu 416
Rappurtar dwar l-assi likwidi
L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw dawn li ġejjin bħala assi likwidi sakemm ma jkunux esklużi mill-paragrafu 2 u biss jekk l-assi likwidi jissodisfaw il-kondizzjonijiet fil-paragrafu 3:
flus u skoperturi għal banek ċentrali sakemm dawn l-iskoperturi jkunu jistgħu jinġibdu lura fi kwalunkwe żmien fi żminijiet ta’ stress. Fir-rigward tad-depożiti miżmuma mill-banek ċentrali, l-awtorità kompetenti u l-bank ċentrali għandhom jimmiraw biex jilħqu fehim komuni rigward il-limitu safejn dawn ir-riżervi minimi jistgħu jinġibdu fi żmien ta' stress;
assi trasferibbli oħrajn li huma ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin ħafna;
assi trasferibbli li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew li jkunu garantiti minn:
gvern ċentrali ta' Stat Membru, reġjun b’awtonomija fiskali li tippermetti l-impożizzjoni u l-ġbir tat-taxxi, jew ta' pajjiż terz fil-munita domestika tal-gvern ċentrali jew reġjonali, jekk l-istituzzjoni ġġarrab riskju ta' likwidità f'dak l-Istat Membru jew pajjiż terz li hija tkopri billi żżomm dawn l-assi likwidi;
banek ċentrali u entitajiet tas-settur pubbliku mhux tal-gvern ċentrali fil-munita domestika tal-bank ċentrali u l-entità tas-settur pubbliku;
il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Kummissjoni u banek multilaterali tal-iżvilupp;
il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja ul-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà;
assi trasferibbli li huma ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin.
faċilitajiet ta' kreditu ta' riżerva mogħtija minn banek ċentrali fi ħdan l-ambitu tal-politika monetarja sal-punt li dawn il-faċilitajiet ma jiġux kollateralizzati minn assi linkwidi u eskluża l-assistenza ta' likwidità ta' emergenza
jekk istituzzjoni ta' kreditu tkun tappartjeni lil netwerk skont id-dispożizzjonijiet legali jew statutorji, id-depożiti minimi legali jew statutorji mal-istituzzjoni ta' kreditu ċentrali jew finanzjament likwidu disponibbli kuntrattwalment jew statutorju ieħor mill-istituzzjoni ta' kreditu ċentrali jew istituzzjonijiet li huma membri tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 113 (7), jew eliġibbli għar-rinunzja prevista mill-Artikolu 10, sa fejn dan il-finanzjament ma jiġix kollateralizzat minn assi likwidi.
Sakemm tinħareġ speċifikazzjoni ta’ definizzjoni uniformi skont l-Artikolu 460 ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin u għoljin ħafna, l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw huma stess assi trasferibbli f’munita partikolari li jkunu ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin jew għoljin ħafna, rispettivament. Sakemm tinħareġ speċifikazzjoni ta’ definizzjoni uniformi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, wara li jikkunsidraw il-kriterji elenkati fl-Artikolu 509(3), (4) u (5) jipprovdu gwida ġenerali li l-istituzzjonijiet għandhom isegwu sabiex jidentifikaw l-assi ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin u għoljin ħafna. Fin-nuqqas ta’ tali gwida, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi għal dan il-għan, inklużi xi wħud mill-kriterji jew il-kriterji kollha elenkati fl-Artikolu 509(3), (4) u (5).
Dawn li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala assi likwidi:
assi li jinħarġu minn istituzzjoni ta’ kreditu sakemm ma jissodisfawx waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
huma bonds eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 129(4) jew (5) jew strumenti sostnuti minn assi jekk jintwera li huma tal-ogħla kwalità kreditizja kif stabbilit mill-ABE skont il-kriterji tal-Artikolu 509(3), (4) u (5)
huma bonds koperti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (EU) 2019/2162 għajr dawk imsemmija fil-punt (i) ta’ dan il-punt;
l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet stabbilita minn gvern ċentrali jew reġjonali ta’ Stat Membru u dak il-gvern ikollu obbligu li jipproteġi l-bażi ekonomika tal-istituzzjoni u li jżomm l-vijabbiltà tagħha tul ħajjitha; jew l-assi jkun garantit b'mod espliċitu minn dak il-gvern; jew mill-anqas 90 % tas-self mogħti mill-istituzzjoni jkun garantit direttament jew indirettament minn dak il-gvern u l-assi jkun użat b'mod predominanti sabiex jiġi ffinanzjat self promozzjonali mogħti fuq bażi mhux kompetittiva u mhux għall-profitt sabiex jippromwovi l-objettivi tal-politika pubblika ta' dak il-gvern;
assi li huma provduti bħala kollateral lill-istituzzjoni taħt transazzjonijiet repo b’lura u li jiffinanzjaw it-titoli u li huma miżmuma mill-istituzzjoni biss bħala mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu u li mhumiex legalment u kontrattwalment disponibbli għall-użu mill-istituzzjoni;
assi maħruġa minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
ditta ta' investiment;
impriża tal-assigurazzjoni;
kumpannija holding finanzjarja;
kumpannija holding finanzjarja mħallta;
kwalunkwe entità oħra li twettaq attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE bħala n-negozju ewlieni tagħha.
F'konformità mal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw dawk l-assi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin bħala assi likwidi:
l-assi jkunu mhux aggravati jew jinsabu disponibbli fi ħdan pools kollaterali biex jintużaw għall-kisba ta' fondi addizzjonali taħt linji ta' kreditu disponibbli għall-istituzzjoni li jkunu impenjati jew, fejn il-pool jitħaddem minn bank ċentrali, mhux impenjati iżda għad mhux finanzjati;
l-assi ma jinħarġux mill-istituzzjoni nnifisha, minn istituzzjonijiet prinċipali jew sussidjarji tagħha, jew minn sussidjarja oħra tal-istituzzjoni prinċipali tagħha jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali;
ikun hemm qbil ġenerali bejn il-parteċipanti tas-suq dwar il-prezz tal-assi li jkun jista' faċilment jiġi osservat fis-suq, jew il-prezz jista' jiġi determinat minn formula li tkun faċli biex tiġi kalkulata fuq il-bażi ta' inputs pubblikament disponibbli u li ma tkunx tiddependi fuq suppożizzjonijiet solidi, kif inhu tipikament il-każ għall-prodotti strutturati jew eżotiċi;
l-assi jkunu kwotati f'kambju rikonoxxut jew ikunu kummerċjabbli permezz ta' bejgħ dirett jew permezz ta' sempliċi ftehim ta' xiri mill-ġdid fi swieq ta' xiri mill-ġdid; dawk il-kriterji għandhom jiġu valutati b'mod separat għal kull suq.
Il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għall-assi msemmija fil-punti (a), (e) u (f) tal-paragrafu 1.
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, sakemm jiġi speċifikat ir-rekwiżit ta' likwidità vinkolanti skont l-Artikolu 460 u skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw dwar:
assi oħra mhux eliġibbli iżda kummerċjabbli tal-bank ċentrali bħal ekwitajiet u deheb abbażi ta' kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi xi wħud mill-kriterji elenkati fl-Artikolu 509(3), (4) u (5) jew kollha kemm huma;
assi oħra eliġibbli u kummerċjabbli tal-bank ċentrali bħal ma huma strumenti sostnuti minn assi tal-ogħla kwalità kreditizja kif stabbilit mill-ABE skont il-kriterji tal-Artikolu 509(3, (4) u (5);
assi oħra eliġibbli u iżda mhux kummerċjabbli tal-bank ċentrali bħal ma huma pretensjonijiet ta' kreditu kif stabbilit mill-ABE skont il-kriterji tal-Artikolu 509(3), (4) u (5).
L-użu jew l-użu potenzjali minn CIU ta' strumenti ta' derivati biex jiġu koperti r-riskji tal-investimenti permessi m'għandux iwaqqaf lil dik is-CIU milli tkun eliġibbli għat-trattament imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Fejn il-valur tal-ishma jew tal-unitajiet tas-CIU mhux ipprezzat regolarment skont il-valur fis-suq mill-partijiet terzi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 418(4) u l-awtorità kompetenti ma tkunx sodisfatta li istituzzjoni tkun żviluppat metodoloġiji u proċessi robusti għal tali valutazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 418(4), l-ishma jew l-unitajiet f'dik is-CIU ma għandhomx jiġu ttrattati bħala assi likwidi.
▼M8 —————
Artikolu 417
Rekwiżiti operattivi għall-holdings f'assi likwidi
L-istituzzjoni għandha tirrapporta biss bħala assi likwidi dawk il-holdings ta’ assi likwidi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
ikunu diversifikati kif xieraq. Id-diversifikazzjoni mhix meħtieġa f'termini ta' assi korrispondenti għall-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 416(1);
ikunu disponibbli minnufih b’mod legali u prattiku fi kwalunkwe ħin matul it-30 ġurnata li jmiss biex jiġu likwidati permezz bejgħ dirett jew permezz ta' ftehimsempliċi ta' xiri mill-ġdid fi swieq ta' xiri mill-ġdid approvat sabiex jintlaħqu l-obbligi li jkunu qed isiru dovuti. L-assi likwidi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 416(1) li jinżammu f'pajjiżi terzi fejn hemm restrizzjonijiet fuq it-trasferiment jew li jkunu denominati f’muniti mhux konvertibbli għandhom jitqiesu disponibbli biss sakemm jikkorrispondu għall-ħruġ fil-pajjiż terz jew fil-munita inkwistjoni, dment li l-istituzzjoni ma tkunx tista' turi lill-awtoritajiet kompetenti li hija tkun kopriet adegwatament ir-riskju tal-valuta li jirriżulta;
l-assi likwidi jkunu kkontrollati minn funzjoni tal-ġestjoni tal-likwidità;
parti mill-assi likwidi ħlief dawk imsemmijin fil-punti (a), (c), (e) u (f) tal-Artikolu 416(1), tkun perijodikament u mill-anqas darba fis-sena likwidata ◄ permezz ta’ bejgħ dirett jew permezz ta' ftehimiet sempliċi ta' xiri mill-ġdid f'suq ta' xiri mill-ġdid approvat għall-għanijiet li ġejjin:
sabiex jiġi ttestjat l-aċċess ta’ dawn l-assi għas-suq;
sabiex tiġi ttestjata l-effikaċja tal-proċessi tagħha għal-likwidazzjoni tal-assi;
sabiex jiġi ttestjat il-fatt ta' kemm jistgħu jintużaw l-assi;
sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ senjalar negattiv matul perijodu ta’ stress;
ir-riskji tal-prezzijiet assoċjati mal-assi jistgħu jiġu koperti iżda l-assi likwidi huma soġġetti għal arranġamenti interni xierqa li jiżguraw li jkunu disponibbli minnufih għat-teżor meta jkun meħtieġ u b'mod speċjali li huma ma jkunux ser jintużaw f’operazzjonijiet oħra li jkunu għaddejjin, fosthom:
jew strateġiji oħra ta’ negozjar;
biex jissaħħaħ il-kreditu fi transazzjonijiet strutturati;
jkopru l-ispejjeż operazzjonali.
id-denominazzjoni tal-assi likwidi tkun konsistenti mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-flussi ’l barra tal-likwidità wara t-tnaqqis tal-flussi ’il ġewwa.
Artikolu 418
Il-valutazzjoni tal-assi likwidi
L-ishma jew unitajiet fis-CIUs kif imsemmija fl-Artikolu 416(6) għandhom ikunu soġġetti għal telf impost, imqassam (looking through) fuq l-assi sottostanti kif ġej:
0 % għall-assi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 416(1);
5 % għall-assi msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 416(1);
20 % għall-assi msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 416(1).
L-approċċ "look-through" imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi applikat kif ġej:
fejn l-istituzzjoni tkun konxja tal-iskoperturi sottostanti ta’ CIU, hija tista’ tirreferi direttament għal dawk l-iskoperturi sottostanti sabiex tassenjahom għall-punt (a) sa (d) tal-Artikolu 416(1);
fejn l-istituzzjoni ma tkunx konxja tal-iskoperturi sottostanti ta’ CIU, għandu jiġi preżunt li s-CIU tinvesti, sal-massimu li huwa permess skont il-mandat tagħha, f’ordni dixxendenti fit-tipi tal-assi msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 416(1) sakemm jintlaħaq il-limitu massimu ta’ investiment totali.
L-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw metodoloġiji u proċessi sodi biex jikkalkulaw u jirrappurtaw il-valur tas-suq u l-haircuts għal ishma jew unitajiet f'CIUs. Biss fejn dawn jistgħu juru, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li l-materjalità tal-iskopertura ma tiġġustifikax l-iżvilupp tal-metodoloġiji tagħhom stess, l-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq il-partijiet terzi li ġejjin sabiex jikkalkulaw u jirrappurtaw it-telf impost għall-ishma jew l-unitajiet fis-CIUs, skont il-metodi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3:
l-istituzzjoni depożitorja tas-CIU bil-kondizzjoni li s-CIU tinvesti b'mod esklussiv f’titoli u tiddepożita t-titoli kollha ma’din l-istituzzjoni depożitarja;
għal CIUs oħra, il-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU, bil-kondizzjoni li l-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3)(a).
Il-korrettezza tal-kalkoli mill-istituzzjoni depożitorja jew mill-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU għandha tiġi kkonfermata minn awditur estern.
Artikolu 419
Muniti b’limitazzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta’ assi likwidi
Fejn il-ħtiġijiet ġustifikati għal assi likwidi fid-dawl tar-rekwiżit fl-Artikolu 412 jaqbżu d-disponibbiltà ta' dawk l-assi likwidi f'munita, għandha tapplika deroga waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:
permezz ta' deroga mill-punt (f) tal-Artikolu 417, id-denominazzjoni tal-assi likwidi tista' tkun inkonsistenti mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-ħruġ tal-likwidità wara t-tnaqqis tad-dħul;
għall-muniti ta' Stat Membru jew ta' pajjiżi terzi, l-assi likwidi meħtieġa jistgħu jiġu sostitwiti minn linji ta' kreditu mill-bank ċentrali ta' dak l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li jkunu impenjati kuntrattwalment u b'mod irrevokabbli għat-30 ġurnata li jmiss u li jkunu pprezzati b'mod ġust, indipendentement mill-ammont attwalment miġbud, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jagħmlu l-istess u sakemm dak l-Istat Membru jew il-pajjiż terz ikollu fis-seħħ rekwiżiti tar-rappurtar komparabbli;
meta jkun hemm defiċit ta' assi ta' livell 1, jistgħu jinżammu assi addizzjonali ta' livell 2A mill-istituzzjoni, soġġett għal haircuts ogħla, u jista' jiġi emendat kwalunkwe massimu applikabbli għal dawk l-assi f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1).
L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 420
Flussi 'l barra ta' likwidità
Sakemm jiġi speċifikat ir-rekwiżit ta' likwidità skont l-Artikolu 460, il-flussi 'l barra ta' likwidità li għandhom jiġu rapportati għandhom jinkludu:
l- ammont attwali pendenti għad-depożiti fil-livell ta' konsumatur kif stabbilit fl-Artikolu 421;
l- ammonti attwali pendenti ta’ obbligazzjonijiet oħra li jsiru dovuti, jistgħu jissejħu għall-ħlas mill-istituzzjonijiet emittenti jew mill-fornitur tal-finanzjament jew jinvolvu aspettattiva impliċita tal-fornitur tal-finanzjament li matul it-30 ġurnata li jmiss l-istituzzjoni tkun trid tħallas lura l-obbligazzjoni hekk kif stabbilit fl-Artikolu 422;
il-flussi ’l barra addizzjonali msemmi fl-Artikolu 423;
l- ammont massimu li jista’ jinġibed matul it-30 ġurnata li jmiss minn kreditu impenjat mhux miġbud u l-faċilitajiet tal-likwidità, kif stabbilit fl-Artikolu 424;
il-flussi ’l barra addizzjonali identifikati fil-valutazzjoni skont il-paragrafu 2.
Għal din il-valutazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw b’mod partikolari d-dannu materjali fir-reputazzjoni li jistgħu jirriżultaw mill- fatt li ma jkunux ingħata appoġġ ta' likwidità lil tali prodotti jew servizzi. Mill-anqas darba fis-sena, l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti dawk il-prodotti u s-servizzi li l-probabbiltà u l-volum potenzjal tagħhom ta’ rati ta’ flussi ‘l barra ta’ likwidità imsemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu materjali u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-flussi ’l barra li jridu jiġu assenjati. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw rata ta' flussi ’l barra ta' mhux aktar minn 5 % għall-prodotti marbutin mal-finanzjament tal-kummerċ barra mill-karta tal-bilanċ, kif imsemmi fl-Artikolu 429 u l-Anness I.
Mill-anqas darba fis-sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-ABE t-tipi ta’ prodotti jew servizzi li għalihom ikunu ddeterminaw il-flussi ’l barra abbażi tar-rapporti mill-istituzzjonijiet. F’dak ir-rapport huma għandhom jispjegaw ukoll il-metodoloġija applikata sabiex jiġu determinati l-flussi ’l barra.
Artikolu 421
Flussi 'l barra fuq depożiti fil-livell ta’ konsumatur
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw b'mod separat l-ammont ta’ depożiti fil-livell ta' konsumatur koperti minn Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE jew skema ekwivalenti ta’ garanzija tad-depożiti f’pajjiż terz, u jimmultiplikaw b'mill-inqas 5 % fejn id-depożitu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:
ikun parti minn relazzjoni stabbilita li tagħmel il-prelevament ferm improbabbli;
jinżamm f’kont ta’ transazzjoni, inklużi kontijiet li fihom jiġu kkreditati salarji b’mod regolari.
L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu ċerti kategoriji ta’ depożiti fil-livell ta' konsumatur li jkunu ċirkoskritti b’mod ċar mill-kalkolu tal-flussi ’l barra sakemm l-istituzzjoni tapplika dejjem b’mod rigoruż dan li ġej għall-kategorija kollha ta’ dawk id-depożiti, għajr f’ċirkustanzi ta’ diffikultà għad-depożitant li jkunu ġew ġustifikati b’mod individwali:
għal 30 ġurnata, id-depożitant ma jitħalliex jiġbed id-depożitu; jew
għal prelevamenti kmieni fi żmien 30 ġurnata, id-depożitant irid iħallas penali li tinkludi t-telf ta' imgħax bejn id-data tal-prelevament u d-data tal-maturità kuntrattwali biż-żieda ta' penali materjali li m'għandhiex għalfejn taqbeż l-imgħax dovut għaż-żmien li jkun għadda bejn id-data tad-depożitu u d-data tal-prelevament.
Artikolu 422
Ħruġ ta' flus fuq obbligazzjonijiet oħrajn
L-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn għoti ta' self garantit u t-transazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 192 b’:
0 % sal-valur tal-assi likwidi skont l-Artikolu 418 jekk ikunu kollateralizzati minn assi li jikkwalifikaw bħala assi likwidi skont l-Artikolu 416;
100 % iżjed mill-valur tal-assi likwidi skont l-Artikolu 418, jekk ikunu kollateralizzati b'assi li jikkwalifikaw bħala assi likwidi skont l-Artikolu 416;
100 % jekk ikunu kollateralizzati b'assi li ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi skont l-Artikolu 416, għajr għal transazzjonijiet koperti mill-punti (d) u (e) ta’ dan il-paragrafu;
25 % jekk ikunu kollateralizzati b'assi li ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi skont l-Artikolu 416 u l-mutwanti jkun il-gvern ċentrali, entità tas-settur pubbliku fl-Istat Membru fejn l-istituzzjoni ta' kreditu kienet awtorizzata jew fejn stabbilixxiet fergħa, jew bank multilaterali tal-iżvilupp. L-entitajiet tas-settur privat li jirċievu dak it-trattament għandhom ikunu limitati għal dawk li għandhom piż ta’ riskju ta' 20 % jew anqas skont il-Kapitolu 2, Titolu II tal-Parti Tlieta;
0 % jekk il-mutwanti jkun gvern ċentrali.
L-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn depożiti li jridu jinżammu:
mid-depożitant sabiex jinkisbu servizzi ta’ kklerjar, kustodja jew ta’ mmaniġjar tal-flus jew komparabbli oħra mill-istituzzjoni;
fil-kuntest ta’ qsim ta' kompiti komuni fi skema ta’ protezzjoni istituzzjonali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(7) jew bħala depożitu minimu legali jew statutorju minn entità oħra li tkun Membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali;
mid-depożitant fil-kuntest ta' relazzjoni operattiva stabbilita għajr dik imsemmija fil-punt (a);
mid-depożitant sabiex jinkisbu servizzi ta' kklerjar tal-flus u ta' istituzzjonijiet ta' kreditu ċentrali u fejn l-istituzzjoni ta' kreditu tappartjeni lil netwerk skont dispożizzjonijiet legali jew statutorji;
b’5 % fil-każ tal-punt (a) sa fejn ikunu koperti minn Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE jew skema ekwivalenti ta’ garanzija tad-depożiti f’pajjiż terz u b’25 % f’każijiet oħra.
Depożiti minn istituzzjonijiet ta' kreditu magħmula ma' istituzzjonijiet ta' kreditu ċentrali li huma meqjusin bħala assi likwidi skont l-Artikolu 416(1)(f) għandhom jiġu mmultiplikati b'rata ta' 100 % tal-flussi 'l barra.
Sa meta tiġi stabbilita definizzjoni uniformi ta' relazzjoni operattiva stabbilita kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu huma stess il-kriterji sabiex jidentifikaw relazzjoni operattiva stabbilita skont liema jkollhom il-provi li l-klijent ma jistax jiġbed l-ammonti legalment dovuti fuq perijodu ta' 30 ġurnata mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonament operattiv tagħha u għandhom jirrappurtaw dawk il-kriterji lill-awtoritajiet kompetenti. Fin-nuqqas ta' definizzjoni uniformi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu gwida ġenerali li l-istituzzjonijiet għandhom isegwu sabiex jidentifikaw id-depożiti miżmuma mid-depożitant fil-kuntest ta' relazzjoni operattiva stabbilita.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-permess sabiex jiġi applikat perċentwal iżgħar ta' fluss 'il barra għall-l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 skont il-każ, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-kontroparti tkun kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni, jew ditta tal-investiment prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni, jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew ditta tal-investiment prinċipali;
il-kontroparti hija marbuta mal-istituzzjoni permezz ta' relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE;
istituzzjoni li taqa' fi ħdan l-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(7); jew
l-istituzzjoni ċentrali jew membru f'netwerk f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 400(2);
ikun hemm raġunijiet għalfejn wieħed jistenna fluss 'l barra iktar baxx fuq it-30 ġurnata li jmiss anki f'xenarju kombinat ta' stress idjosinkratiku u fis-suq kollu;
b'deroga mill-Artikolu 425 il-kontroparti tapplika fluss 'il ġewwa simetriku korrispondenti u iktar konservattiv;
l-istituzzjoni u l-kontroparti jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru.
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2015.
Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 423
Flussi 'l barra Addizzjonali
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li bihom il-kunċett tal-materjalità jista' jiġi applikat u li jispeċifikaw il-metodi għall-kalkolu tal-fluss 'il barra addizzjonali.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2014.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-istituzzjoni għandha żżid fluss ’il barra addizzjonali li jikkorrispondi għall-:
kollateral eċċessiv miżmum mill-istituzzjoni li jista' jissejjaħ kuntrattwalment fi kwalunkwe waqt mill-kontroparti;
kollateral li huwa dovut li għandu jintradd lill-kontroparti;
kollateral li jikkorrispondi għall-assi li jikkwalifikaw bħala assi likwidi għall-finijiet tal-Artikolu 416 li jistgħu jiġu sostitwiti għal assi li jikkorrispondu għal assi li ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi għall-finijiet tal-Artikolu 416 mingħajr il-kunsens tal-istituzzjoni.
Artikolu 424
Flussi 'l barra minn faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ likwidità
L-ammont massimu li jista’ jinġibed minn faċilitajiet ta’ kreditu impenjati mhux miġbuda u faċilitajiet ta’ likwidità impenjati mhux miġbuda matul it-30 ġurnata li jmiss għandu jiġi multiplikat b’10 % meta dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
ma jikkwalifikawx għall-klassi ta' skopertura fil-livell ta' konsumatur skont l-approċċ Standardizzat jew IRB għar-riskju tal-kreditu;
ikunu pprovduti lill-klijenti li mhumiex klijenti finanzjarji;
ma jkunux ingħataw sabiex jiġi sostitwit il-finanzjament tal-klijent f'sitwazzjonijiet fejn ma jistax jikseb ir-rekwiżiti ta' finanzjament tiegħu fis-swieq finanzjarji.
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-ammont massimu li jista’ jinġibed minn faċilitajiet ta’ kreditu impenjati mhux miġbuda u faċilitajiet ta’ likwidità impenjati mhux miġbuda matul it-30 ġurnata li jmiss. Dan japplika b'mod partikolari għal dawn li ġejjin:
faċilitajiet ta’ likwidità li l-istituzzjoni tat lill-SSPEs għajr dawk imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3;
arranġamenti li bihom l-istituzzjoni tkun meħtieġa tixtri jew tisswapja assi minn SSPE;
faċilitajiet estiżi għall-istituzzjonijiet tal-kreditu;
faċilitajiet estiżi għall-istituzzjonijiet finanzjarji u ditti ta' investiment.
Artikolu 425
Flussi 'l ġewwa
L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw il-flussi ’l ġewwa tal-likwidità tagħhom. Il-flussi ’l ġewwa tal-likwidità għandhom ikunu limitati għal massimu ta’ 75 % tal-flussi ’l barra tal-likwidità. L-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw flussi ’l ġewwa tal-likwidità minn depożiti li jkunu saru ma’ istituzzjonijiet oħra li jikkwalifikaw għat-trattamenti stabbiliti fl-Artikolu 113(6) jew (7) ta’ dan ir-Regolament minn dak il-limitu massimu.
L-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw flussi ’l ġewwa tal-likwidità minn flejjes dovuti minn mutwatarji jew investituri ta’ bonds fejn dawk il-flussi ’l ġewwa jkunu relatati ma’ self ipotekarju ffinanzjat minn bonds eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 129(4), (5) jew (6) ta’ dan ir-Regolament jew minn bonds koperti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (EU) 2019/2162 minn dak il-limitu massimu. L-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw flussi ’l ġewwa minn self promozzjonali li l-istituzzjonijiet ikunu għaddew. Soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali, l-istituzzjoni tista’ teżenta parzjalment jew kompletament flussi ’l ġewwa fejn il-fornitur tal-likwidità jkun istituzzjoni prinċipali jew istituzzjoni sussidjarja tal-istituzzjoni, jew ditta prinċipali jew sussidjarja ta’ investiment tal-istituzzjoni, jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew tal-istess ditta prinċipali ta’ investiment, jew ikun relatatat mal-istituzzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE.
Il-flussi ’il ġewwa tal-likwidità għandhom jitkejlu fuq it-30 ġurnata li jmiss. Għandhom jiġu inklużi biss il-flussi ’il ġewwa kuntrattwali minn skoperturi li ma jkunux wara d-data tal-għeluq u li l-istituzzjoni ma jkollhiex raġuni għalfejn tistenna minnhom nuqqas ta’ prestazzjoni matul il-perijodu ta’ 30 ġurnata. Il-flussi ’il ġewwa ta' likwidità għandhom jiġu rapportati b'mod sħiħ bil-flussi ’il ġewwa li ġejjin jkunu rapportati separatament:
flejjes dovuti minn klijenti li mhumiex klijenti finanzjarji għall-finijiet tal-pagament tal-ammont kapitali għandhom jitnaqqsu b’50 % tal-valur tagħhom jew bl-impenji kuntrattwali lil dawk il-klijenti sabiex jiġi estiż il-finanzjament, liema minnhom ikun l-ogħla. Dan ma japplikax għal flejjes dovuti minn self garantit u transazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 192 li jkunu kollateralizzati minn assi likwidi skont l-Artikolu 416 kif imsemmi fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, l-istituzzjonijiet li jkunu rċevew impenn imsemmi fl-Artikolu 424(6) sabiex ikunu jistgħu jagħtu self promozzjonali lil riċevitur finali jistgħu jirrikonoxxu fluss ’il ġewwa sal-limitu ta' fluss ’il barra li huma japplikaw għall-impenn korrispondenti biex jagħtu dak is-self promozzjonali;
flejjes dovuti minn transazzjonijiet li jiffinanzjaw in-negozju msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 162(3) b'maturità reżidwa sa 30 ġurnata, għandhom jiġu kkunsidrati totalment bħala flussi ’il ġewwa;
is-self b'data ta' skadenza kuntrattwali indefinita jiġi kunsidrat bi fluss ta' dħul ta' 20 %, diment li l-kuntratt jippermetti lill-istituzzjoni biex tirtira minn u titlob pagament fi żmien 30 ġurnata;
flejjes dovuti minn self garantit u transazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 192 jekk ikunu kollateralizzati minn assi likwidi kif imsemmi fl-Artikolu 416(1), ma għandhomx jiġu kkunsidrati sal-valur nett tat-telf impost tal-assi likwidi u għandhom jiġu kkunsidrati b'mod sħiħ għall-flejjes dovuti li jifdal;
flejjes dovuti li l-istituzzjoni li għandha tagħti dawn il-flejjes tittrattahom skont l-Artikolu 422(3) u (4), għandhom jiġu mmultiplikati bi fluss simettriku ’l ġewwa korrispondenti;
flejjes dovuti minn pożizzjonijiet fi strumenti ta' ekwità ta' indiċi prinċipali dment li l-assi likwidi ma jingħaddux darbtejn;
kwalunkwe faċilità ta' kreditu jew ta' likwidità mhux miġbuda u kwalunkwe impenn ieħor riċevut m'għandux jiġi kkunsidrat.
B'deroga mill-punt (g) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess sabiex jiġi applikat, fluss ’il ġewwa ogħla fuq skont il-bażi għal faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ likwidità meta jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikun hemm raġunijiet biex wieħed jistenna fluss ’il ġewwa ogħla anki taħt suq ikkombinat u stress idjosinkratiku tal-fornitur;
il-kontroparti tkun istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew marbut mal-istituzzjoni permezz ta’ relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE jew membru tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) ta' dan ir-Regolament jew l-istituzzjoni ċentrali jew membru ta' netwerk li hu soġġett għar-rinunzja msemmija fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament;
fluss ’il barra korrispondenti simetriku jew iktar konservattiv ikun applikat mill-kontroparti b'deroga mill-Artikolu 422, 423 u 424;
l-istituzzjoni u l-kontroparti huma stabbiliti fl-istess Stat Membru.
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2015.
Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 426
Aġġornament tar-rekwiżiti futuri dwar il-likwidità
Wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' att iddelegat biex jispeċifika r-rekwiżit dwar il-likwidità skont l-Artikolu 460, l-ABE tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 421(1), l-Artikolu 422, bl-eċċezzjoni tal-paragrafi 8, 9 u 10 ta’ dak l-Artikolu, u l-Artikolu 424 biex jittieħed kont tal-istandards maqbula internazzjonalment.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
TITOLU III
RAPPURTAR DWAR FINANZJAMENT STABBLI
Artikolu 427
Elementi li jipprovdu finanzjament stabbli
L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti, f'konformità mar-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 415(1) u l-formats uniformi ta' rappurtar imsemmija fl-Artikolu 415(3), l-elementi li ġejjin u l-komponenti tagħhom sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni tad-disponibbiltà ta’ finanzjament stabbli:
il-fondi proprji li ġejjin, wara li jiġi applikat it-tnaqqi,s fejn adatt:
strumenti ta' kapital ta' Grad 1;
strumenti ta' kapital ta' Grad 2;
ishma privileġġati u strumenti ta' kapital oħrajn li jaqbżu l-ammont awtorizzat mill-Grad 2 li għandhom maturità effettiva ta' sena jew aktar;
l-obbligazzjonijiet li ġejjin mhux inklużi fil-punt (a):
depożiti fil-livell ta' konsumatur li jikkwalifikaw għat-trattament stipulat fl-Artikolu 421(1);
depożiti fil-livell ta' konsumatur li jikkwalifikaw għat-trattament stipulat fl-Artikolu 421(2)
depożiti li jikkwalifikaw għat-trattament stipulat fl-Artikolu 422 (3) u (4);
mid-depożiti msemmija fil-punt (iii), dawk li huma soġġetti għal skema ta' garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE ►C2 jew skema ta' garanzija tad-depożiti ekwivalenti f'garanziji tad-depożiti ta' pajjiż terz fit-termini tal-Artikolu 421(1); ◄
mid-depożiti msemmija fil-punt (iii), dawk li jaqgħu taħt il-punt (b) fl-Artikolu 422(3);
mid-depożiti msemmija fil-punt (iii), dawk li jaqgħu taħt il-punt (d) fl-Artikolu 422(3);
ammonti depożitati li ma jaqgħux taħt il-punt (i), (ii) jew (iii) jekk ma jkunux depożitati minn klijenti finanzjarji;
il-finanzjament kollu miksub minn klijenti finanzjarji;
b’mod separat għall-ammonti li jaqgħu taħt il-punti (vii) u (viii) rispettivament, finanzjament minn għoti ta' self garantit u transazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 192:
obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn titoli maħruġa li jikkwalifikaw għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) ta’ dan ir-Regolament jew minn bonds koperti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2019/2162;
l-obbligazzjonijiet l-oħra li ġejjin li jirriżultaw minn titoli maħruġa li ma jaqgħux taħt punt (a):
kwalunkwe obbligazzjoni oħra.
Fejn applikabbli, l-elementi kollha għandhom jiġu ppreżentati fil-ħames taqsimiet li ġejjin skont liema jkunu l-aktar viċin id-data tal-maturità tagħhom u l-iktar data kmieni li fiha jistgħu jissejħu kuntrattwalment:
fi żmien tliet xhur;
bejn tliet xhur u sitt xhur;
bejn sitt xhur u disa’ xhur;
bejn disa’ xhur u 12-il xahar;
wara 12-il xahar.
Artikolu 428
Elementi li jeħtieġu finanzjament stabbli
Sakemm ma jkunux imnaqqsin mill-fondi proprji, l-elementi li ġejjin għandhom jiġu rrappurtati lill-awtoritajiet kompetenti b’mod separat sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-ħtiġijiet għal finanzjament stabbli:
l-assi li jikkwalifikaw bħala assi likwidi skont l-Artikolu 416, maqsuma skont it-tip ta’ ass;
it-titoli u l-istrumenti tas-suq tal-flus li ġejjin li mhux inklużi fil-punt (a):
assi li jikkwalifikaw għall-klassi ta' kreditu 1 skont l-Artikolu 122;
assi li jikkwalifikaw għall-klassi ta' kreditu 2 skont l-Artikolu 122;
assi oħrajn;
titoli ta' ekwità ta’ entitajiet li mhumiex finanzjarji elenkati fuq indiċi ewlieni f’borża rikonoxxuta;
titoli ta' ekwità oħra;
deheb;
metall prezzjuż ieħor;
self mhux rinovabbli u riċevibbli, u separatament dawk is-self mhux rinnovabbli u riċevibbli li għalihom il-mutwatarji huma:
persuni fiżiċi għajr proprjetarji kummerċjali uniċi u soċjetajiet;
SMEs li jikkwalifikaw għall-klassi ta' skopertura fil-livell ta' konsumatur taħt l-approċċi Standardizzati jew IRB għar-riskju tal-kreditu jew lejn kumpannija li hija eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 153(4) u fejn id-depożitu aggregat magħmul minn dak il-klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi jkun ta' inqas minn EUR 1 miljun;
sovrani, banek ċentrali u entitajiet tas-settur pubbliku;
klijenti mhux imsemmija fil-punti (i) u (ii) għajr konsumaturi finanzjarji;
klijenti mhux imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) li huma konsumaturi finanzjarji, u b'mod separat dawk li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu u konsumaturi finanzjarji oħrajn;
self mhux rinnovabbli u riċevibbli msemmijin fil-punt(g), u b’mod separat dawk li huma:
ikkollateralizzati bi proprjetà immobbli kummerċjali (CRE);
ikkollateralizzati bi proprjetà residenzjali (RRE);
finanzjati b’finanzjament simetriku(pass-through) permezz ta’ bonds eliġibbli għat-trattament kif stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) ta’ dan ir-Regolament jew permezz ta’ bonds koperti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2019/2162;
riċevibbli ta' derivati;
assi oħra;
faċilitajiet ta’ kreditu kommessi mhux miġbuda li jikkwalifikaw bħala ‘riskju medju’ jew ‘riskju medju/baxx’ taħt l-Anness I.
TITOLU IV
IL-PROPORZJON TA' FINANZJAMENT STABBLI NETT
KAPITOLU 1
Il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett
Artikolu 428a
Applikazzjoni fuq bażi konsolidata
Meta l-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett stipulat f'dan it-Titolu japplika fuq bażi konsolidata f'konformità mal-Artikolu 11(4), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
l-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ ta' sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz li jkunu soġġetti għal fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġa skont ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stipulat fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jkunu ogħla minn dawk speċifikati fil-Kapitolu 4 għandhom ikunu soġġetti għal konsolidazzjoni f'konformità mal-fatturi ogħla speċifikati fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz;
l-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji f'impriża sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz li jkunu soġġetti għal fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli skont ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stipulat fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jkunu aktar baxxi minn dawk speċifikati fil-Kapitolu 3 għandhom ikunu soġġetti għall-konsolidazzjoni f'konformità mal-fatturi aktar baxxi speċifikati fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz;
l-assi ta' pajjiżi terzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) u li jkunu miżmumin minn impriża sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz ma jkunux rikonoxxuti bħala assi likwidi għal finijiet għal konsolidazzjoni meta dawn ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità.
▼M9 —————
Artikolu 428b
Il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett
Ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stabbilit fl-Artikolu 413(1) għandu jkun ugwali għall-proporzjon tal-finanzjament stabbli disponibbli ta' istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 3 għall-finanzjament stabbli meħtieġ tal-istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 4, u għandu jiġi espress bħala perċentwali. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħhom f'konformità mal-formula li ġejja:
Fid-determinazzjoni tal-livell ta' kwalunkwe restrizzjoni fuq spariġġi bejn il-muniti li tista' tiġi applikata f'konformità ma' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw tal-inqas:
jekk l-istituzzjoni għandhiex il-kapaċità tittrasferixxi l-finanzjament stabbli disponibbli minn munita waħda għal oħra u bejn ġurisdizzjonijiet u entitajiet legali fi ħdan il-grupp tagħha u l-abbiltà li taqleb il-muniti u tikseb fondi fis-swieq tal-kambju barrani matul il-perijodu ta' sena tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett;
l-impatt ta' movimenti ħżiena fir-rata tal-kambju fuq pożizzjonijiet ta' spariġġ eżistenti u fuq l-effettività ta' kwalunkwe hedges ta' skambju ta' valuti barranin li hemm fis-seħħ.
Kull restrizzjoni fuq l-ispariġġi bejn il-muniti, imposta f'konformità ma' dan l-Artikolu, għandha tikkostitwixxi rekwiżit ta' likwidità speċifiku kif msemmi fl-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE.
KAPITOLU 2
Regoli ġenerali għall-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett
Artikolu 428c
Kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett
Sakemm fejn speċifikat mod ieħor f'dan it-Titolu, fejn element jista' jiġi allokat lil iktar minn kategorija waħda ta' finanzjament stabbli meħtieġ, għandu jiġi allokat lill-kategorija ta' finanzjament stabbli meħtieġ li tipproduċi l-akbar finanzjament stabbli kuntrattwali meħtieġ għal dak l-element.
Artikolu 428d
Kuntratti tad-derivattivi
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, bl-approvazzjoni tal-bank ċentrali rilevanti, li jneħħu l-impatt tal-kuntratti derivattivi fuq il-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett, inkluż permezz tad-determinazzjoni ta' fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ u ta' provvedimenti u telf, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
dawk il-kuntratti għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur;
il-kontroparti hija l-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;
il-kuntratti tad-derivattivi jservu l-politika monetarja tal-BĊE jew tal-bank ċentrali ta' Stat Membru.
Meta sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz tibbenefika mir-rinunzja msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett, dik ir-rinunzja mit-tneħħija msemmija fl-ewwel subparagrafu, dik ir-rinunzja kif speċifikata fil-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz għandha titqies għall-finijiet ta' konsolidazzjoni.
Artikolu 428e
Netting tat-tranżazzjonijiet tas-self garantit u tat-tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali
Assi u obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli ma' kontroparti unika għandhom jiġu kalkulati fuq bażi netta, dment li dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tan-netting stipulat fl-Artikolu 429b(4).
Artikolu 428f
Assi u obbligazzjonijiet interdipendenti
Soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni tista' titratta assi u obbligazzjoni bħala interdipendenti, dment li jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-istituzzjoni taġixxi biss bħala unità pass-through biex twassal il-finanzjament mill-obbligazzjoni fl-assi interdipendenti korrispondenti;
l-assi u l-obbligazzjonijiet interdipendenti individwali jkunu identifikabbli b'mod ċar u jkollhom l-istess ammont prinċipali;
l-assi u l-obbligazzjoni interdipendenti għandhom maturitajiet sostanzjalment simetriċi, b'dewmien massimu ta' 20 ġurnata bejn il-maturità tal-assi u l-maturità tal-obbligazzjoni;
l-obbligazzjoni interdipendenti tkun ġiet mitluba skont impenn legali, regolatorju jew kuntrattwali u ma tintużax biex tiffinanzja assi oħra;
il-flussi ta' ħlas prinċipali mill-assi ma jintużawx għal finijiet oħra għajr il-ħlas lura tal-obbligazzjoni interdipendenti;
il-kontropartijiet għal kull par ta' assi u obbligazzjonijiet interdipendenti mhumiex l-istess.
Assi u obbligazzjonijiet għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u jitqiesu bħala interdipendenti fejn huma marbuta direttament mal-prodotti jew is-servizzi li ġejjin:
tfaddil regolat ċentralizzat, dment li l-istituzzjonijiet ikunu legalment meħtieġa jittrasferixxu d-depożiti regolati għal fond ċentralizzat li huwa stabbilit u kontrollat mill-gvern ċentrali ta' Stat Membru u li jipprovdi self biex jippromwovi l-objettivi ta' interess pubbliku, u dment li t-trasferiment ta' depożiti għall-fond ċentralizzat isseħħ tal-inqas fuq bażi ta' kull xahar;
self promozzjonali u faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità li jissodisfaw il-kriterji sttipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għal istituzzjonijiet li jaġixxu ta' intermedjarji sempliċi li ma jsofru l-ebda riskju ta' finanzjament;
bonds koperti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikunu bonds imsemmija fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE jew jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) ta' dan ir-Regolament;
is-self sottostanti jkun finanzjat b'mod kompletament mill-bonds koperti li kienu maħruġa jew il-bonds koperti jkollhom skattaturi tal-maturità estendibbli mhux diskrezzjonarji ta' sena waħda jew aktar sat-terminu tas-self sottostanti fil-każ ta' nuqqas ta' rifinanzjament fid-data tal-maturità tal-bond kopert;
attivitajiet tal-ikklerjar tal-klijenti tad-derivattivi, dment li l-istituzzjoni ma tipprovdix garanziji tal-prestazzjoni tas-CCP lill-klijenti tagħha u, b'riżultat, ma ssofri l-ebda riskju ta' finanzjament.
Artikolu 428g
Depożiti fi skemi ta' protezzjoni istituzzjonali u netwerks kooperattivi
Meta istituzzjoni tappartjeni għal skema ta' protezzjoni istituzzjonali tat-tip imsemmi fl-Artikolu 113(7), għal netwerk li jkun eliġibbli għar-rinunzja prevista fl-Artikolu 10, jew għal netwerk kooperattiv fi Stat Membru, id-depożiti ta' domanda li l-istituzzjoni żżomm mal-istituzzjoni ċentrali u li l-istituzzjoni depożitanti tqis bħala assi likwidi skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal dawn li ġejjin:
l-istituzzjoni depożitanti għandha tapplika l-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ adatt skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4, skont it-trattament ta' dawk id-depożiti ta' domanda bħala assi ta' livell 1, livell 2A jew livell 2B f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) u skont il-haircut rilevanti applikat lil dawk id-depożiti ta' domanda għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità;
l-istituzzjoni ċentrali li tirċievi d-depożitu għandha tapplika l-fattur ta' finanzjament stabbli simetriku korrispondenti disponibbli.
Artikolu 428h
Trattament preferenzjali fi ħdan grupp jew fi ħdan skema ta' protezzjoni istituzzjonali
B'deroga mill-Kapitoli 3 u 4, fejn ma japplikax l-Artikolu 428g, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lill-istituzzjonijiet fuq bażi ta' każ b'każ sabiex japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli disponibbli ogħla jew fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar baxx għall-assi, l-obbligazzjonijiet u l-faċilitajiet impenjati ta' kreditu jew ta' likwidità, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-kontroparti tkun waħda minn dawn li ġejjin:
l-impriża prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni;
sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali;
impriża li hija relatata mal-istituzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE;
membru tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) ta' dan ir-Regolament bħala l-istituzzjoni;
il-korp ċentrali jew istituzzjoni ta' kreditu affiljata ta' netwerk jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 ta' dan r-Regolament;
jeżistu raġunijiet biex wieħed jistenna li l-obbligazzjoni jew il-faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità riċevuta mill-istituzzjoni tikkostitwixxi sors ta' finanzjament iktar stabbli, jew li l-assi jew il-faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità mogħtija mill-istituzzjoni tkun tirrikjedi finanzjament inqas stabbli fuq perijodu ta' sena tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett mill-istess obbligazzjoni, assi jew faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità riċevuti jew mogħtija minn kontropartijiet oħra;
il-kontroparti tapplika fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li jkun ugwali għal jew ogħla mill-fattur ogħla ta' finanzjament stabbli disponibbli jew japplika fattur ta' finanzjament stabbli disponibbli li jkun ugwali għal jew anqas mill-fattur aktar baxx ta' finanzjament stabbli meħtieġ;
l-istituzzjoni u l-kontroparti jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru.
Meta l-istituzzjoni u l-kontroparti jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-kondizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 1, dment li, minbarra l-kriterji stipulati fil-paragrafu 1, ikunu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:
jeżistu ftehimiet u impenji legalment vinkolanti bejn entitajiet ta' grupp rigward l-obbligazzjoni, l-assi jew il-faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità;
il-fornitur tal-finanzjament jippreżenta profil tar-riskju tal-finanzjament baxx;
il-profil tar-riskju tal-finanzjament tar-riċevitur tal-finanzjament ikun ittieħed kont tiegħu b'mod adegwat fil-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-fornitur tal-finanzjament.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw ma' xulxin f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 20(1) biex jiddeterminaw jekk humiex sodisfatti l-kriterji addizzjonali stipulati f'dan il-paragrafu.
KAPITOLU 3
Finanzjament stabbli disponibbli
Taqsima 1
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 428i
Kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli
Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli għandu jiġi kalkulat billi jiġi multiplikat il-valur ta' kontabbiltà ta' diversi kategoriji jew tipi ta' obbligazzjonijiet u fondi proprji bil-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2. L-ammont totali ta' finanzjament stabbli disponibbli għandu jkun is-somma tal-ammonti ponderati ta' obbligazzjonijiet u fondi proprji.
Bonds u titoli ta' dejn oħra li jinħarġu mill-istituzzjoni, mibjugħa b'mod esklussiv fis-suq tal-konsumatur, u miżmuma f'kont fil-livell ta' konsumatur, jistgħu jkunu ttrattati bħala li jappartjenu għall-kategorija adatta ta' depożiti fil-livell tal-konsumatur. Il-limitazzjonijiet għandhom ikunu fis-seħħ, b'tali mod li dawk l-istrumenti ma jistgħux jinxtraw u jinżammu minn partijiet oħra għajr klijenti fil-livell tal-konsumaturi.
Artikolu 428j
Maturità residwa ta' obbligazzjoni jew ta' fondi proprji
Taqsima 2
Fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli
Artikolu 428k
Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
Sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428l sa 428o, l-obbligazzjonijiet kollha mingħajr maturità dikjarata, inkluż pożizzjonijiet qosra u pożizzjonijiet b'maturità miftuħa, għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli, bl-eċċezzjoni ta' dawn li ġejjin:
obbligazzjonijiet ta' taxxa differita, li għandhom jiġu ttrattati f'konformità mal-eqreb data possibbli li fiha jistgħu jiġu realizzati tali obbligazzjonijiet;
interessi minoritarji, li għandhom jiġu ttrattati f'konformità mat-terminu tal-istrument.
Obbligazzjonijiet ta' taxxa differita u interessi minoritarji kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal wieħed mill-fatturi li ġejjin:
0 %, meta l-maturità residwa effettiva tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jew interess minoritarju jkun inqas minn sitt xhur;
50 %, meta l-maturità residwa effettiva tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jew interess minoritarju jkun ta' minimu ta' sitt xhur iżda inqas minn sena;
100 %, meta l-maturità residwa effettiva tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jew interess minoritarju tkun sena jew iktar.
L-obbligazzjonijiet jew l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 0 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:
l-ammonti pagabbli skont id-data tan-negozju li jirriżultaw minn xiri ta' strumenti finanzjarji, ta' muniti barranin u ta' komoditajiet, li jkunu mistennija li jiġu saldati fiċ-ċiklu jew perijodu ta' saldu standard li huwa komuni għall-borża rilevanti jew it-tip ta' tranżazzjonijiet, jew li naqsu milli jiġu saldati, iżda xorta għadhom mistennija li jiġu saldati;
obbligazzjonijiet li jkunu kategorizzati bħala interdipendenti ma' assi f'konformità mal-Artikolu 428f;
obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ipprovduti minn:
il-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;
il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;
klijenti finanzjarji;
kwalunkwe obbligazzjonijiet u elementi tal-kapital oħra mhux imsemmija fl-Artikoli 428l sa 428o.
Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:
marġni ta' varjazzjoni riċevut minn istituzzjonijiet mill-kontropartijiet tagħhom għandu jitnaqqas mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust pożittiv fejn il-kollateral riċevut bħala marġni ta' varjazzjoni jikkwalifika bħala assi ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikati f'dak l-att delegat, u fejn l-istituzzjonijiet jkunu intitolati legalment u funzjonalment kapaċi li jużawhom mill-ġdid dak il-kollateral;
il-marġnijiet ta' varjazzjoni kollha depożitati minn istituzzjonijiet mal-kontropartijiet tagħhom għandhom jitnaqqsu mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust negattiv.
Artikolu 428l
Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
L-obbligazzjonijiet jew l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 50 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:
depożiti riċevuti li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operazzjonali stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sena pprovduti minn:
il-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;
gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;
entitajiet tas-settur pubbliku fi Stat Membru jew f'pajjiż terz;
banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-Artikolu 117(2) u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;
klijenti korporattivi nonfinanzjarji;
għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpanniji ta' investiment personali u klijenti li jkunu sensara tad-depożiti sa fejn dawk l-obbligazzjonijiet ma jaqgħux taħt il-punt (a) ta' dan il-paragrafu;
obbligazzjonijiet b'maturità kuntrattwali residwa ta' minimu ta' sitt xhur izda inqas minn sena li huma pprovduti minn:
il-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;
il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;
klijenti finanzjarji;
kwalunkwe obbligazzjoni u element jew strument tal-kapital oħra b’maturità residwa ta’ minimu ta’ sitt xhur iżda inqas minn sena mhux imsemmija fl-Artikoli 428m, 428n u 428o.
Artikolu 428m
Fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
Id-depożiti ta' domanda fil-livell ta' konsumatur, id-depożiti fil-livell ta' konsumatur b' perijodu ta' notifika fiss ta' inqas minn sena u d-depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sena li jissodisfaw il-kriterji rilevanti għal depożiti oħra fil-livell tal-konsumatur stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli.
Artikolu 428n
Fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
Id-depożiti ta' domanda fil-livell ta' konsumatur, id-depożiti fil-livell ta' konsumatur b' perijodu ta' notifika fiss ta' inqas minn sena u d-depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sena li jissodisfaw il-kriterji rilevanti għal depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli.
Artikolu 428o
Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
L-obbligazzjonijiet u l-elementi u l-istrumenti kapitali li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:
l-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni qabel l-aġġustamenti meħtieġa skont l-Artikoli 32 sa 35, it-tnaqqis skont l-Artikolu 36 u l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u l-alternattivi stabbiliti fl-Artikoli 48, 49 u 79;
l-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali tal-istituzzjoni qabel it-tnaqqis tal-elementi msemmija fl-Artikolu 56 u qabel jiġi applikat għalihom l-Artikolu 79, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;
l-elementi ta' Grad 2 tal-istituzzjoni qabel it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 66 u qabel jiġi applikat l-Artikolu 79, li għandhom maturità residwa ta' sena jew iktar, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;
kwalunkwe strument kapitali ieħor tal-istituzzjoni b'maturità residwa ta' sena jew iktar, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;
kull self u obbligazzjoni oħra garantiti u mhux garantiti b'maturità residwa ta' sena jew iktar, inkluż id-depożiti ta' żmien fiss, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428k sa 428n.
KAPITOLU 4
Finanzjament stabbli meħtieġ
Taqsima 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 428p
Kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu ssellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, għandhom ikunu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2 fejn dawk l-assi mhumiex kontabilizzati fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni iżda l-istituzzjoni ma jkollhiex is-sjieda benefiċjarja tal-assi.
Assi li jkun fadlilhom inqas minn sitt xhur fil-perijodu ta' aggravar, għandhom ikunu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2 għall-istess assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati.
L-assi li ġejjin ma għandhomx jitqiesu li jkunu aggravati:
assi inklużi f'pool li jkunu disponibbli għall-użu immedjat bħala kollateral biex jinkiseb finanzjament addizzjonali taħt linji ta' kreditu li huma disponibbli għall-istituzzjoni li jkunu impenjati jew, fejn il-pool titħaddem minn bank ċentrali, dawk mhux impenjati iżda għad mhux finanzjati; dawk l-assi għandhom jinkludu l-assi mqiegħda minn istituzzjoni ta' kreditu mal-istituzzjoni ċentrali f'netwerk kooperattiv jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali; l-istituzzjonijiet għandhom jassumu li l-assi fil-pool ikunu aggravati f'ordni ta' likwidità li tiżdied abbażi tal-klassifikazzjoni tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), billi jibdew mill-assi li mhumiex eliġibbli għar-riżerva ta' likwidità;
assi li l-istituzzjoni tkun irċeviet bħala kollateral għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu f'self garantit, finanzjament garantit jew tranżazzjonijiet ta' skambju ta' kollateral u li l-istituzzjoni tista' tiddisponi minnhom;
assi marbuta bħala kollateralizzazzjoni eċċessiva mhux obbligatorja għall-ħruġ ta' bond kopert.
F'każ ta' operazzjonijiet mhux standard u temporanji mwettqa mill-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz sabiex jissodisfa l-mandat tiegħu f'perijodu ta' stress finanzjarju fis-suq kollu jew f'ċirkostanzi makroekonomiċi eċċezzjonali, l-assi li ġejjin jistgħu jirċievu fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas:
b'deroga mill-punt (f) tal-Artikolu 428ad u mill-punt (a) tal-Artikolu 428ah(1), assi aggravati għall-finijiet tal-operazzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu;
b'deroga mill-punti (d)(i) u (d)(ii) tal-Artikolu 428ad, minn punt (b) tal-Artikolu 428af u minn punt (c) tal-Artikolu 428ag, flejjes li jirriżultaw mill-operazzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw, bi qbil mal-bank ċentrali li jkun il-kontroparti għat-tranżazzjoni, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat għall-assi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Għall-assi aggravati kif imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat ma għandux ikun aktar baxx mill-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li japplika taħt it-Taqsima 2 għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati.
Meta japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas f'konformità mat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw mill-qrib l-impatt ta' dak il-fattur imnaqqas fuq il-pożizzjonijiet ta' finanzjament stabbli tal-istituzzjonijiet u għandhom jieħdu l-miżuri superviżorji adatti fejn meħtieġ.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw it-tipi ta' skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li għalihom ikunu determinaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ lill-ABE mill-inqas darba fis-sena. F'dak ir-rapport għandhom jinkludu spjegazzjoni tal-metodoloġija applikata biex tiddetermina dawk il-fatturi.
Artikolu 428q
Maturità residwa ta' assi
Taqsima 2
Fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Artikolu 428r
Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala assi likwidi ta' kwalità għolja ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni ta' bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikat f'dak l-att delegat, u indipendentement minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali kif stabbilit f'dak l-att delegat;
ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li huma eliġibbli għal haircut ta' 0 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżervi ta' likwidità, kif stabbilit f'dak l-att delegat;
ir-riżervi kollha miżmuma mill-istituzzjoni fil-BĊE jew fil-bank ċentrali ta' Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz, inkluż riżervi meħtieġa u riżervi eċċessivi;
it-talbiet kollha fuq il-BĊE, il-bank ċentrali ta' Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur;
l-ammonti riċevibbli skont id-data tan-negozju li jirriżultaw mill-bejgħ ta' strumenti finanzjarji, valuti barranin jew komoditajiet li jkunu mistennija jiġu saldati fiċ-ċiklu jew perijodu ta' saldu standard li huwa komuni għall-borża rilevanti jew għat-tip ta' tranżazzjoni, jew li naqsu milli jiġu saldati iżda xorta għadhom mistennija li jiġu saldati;
assi li jkunu kategorizzati bħala interdipendenti ma' obbligazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 428f;
flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli ma' klijenti finanzjarji, fejn dawk it-tranżazzjonijiet għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur, fejn dawk il-flejjes dovuti huma kollateralizzati minn assi li jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), minbarra l-bonds koperti ta' kwalità estremament għolja speċifikati fih, u fejn l-istituzzjoni tkun legalment intitolata u operazzjonalment kapaċi terġa' tuża dawk l-assi għad-durata tat-tranżazzjoni.
L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-flejjes dovuti msemmija fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi netta fejn japplika l-Artikolu 428e.
Għal sussidjarji li jkollhom l-uffiċċju prinċipali f'pajjiż terz, fejn ir-riżervi meħtieġa tal-bank ċentrali jkunu soġġetti għal fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla taħt ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stipulat fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz, dak il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla għandu jitqies għall-finijiet ta' konsolidazzjoni.
Artikolu 428s
Fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li huma eliġibbli għal haircut ta' 5 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat;
flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli ma' klijenti finanzjarji, fejn dawk it-tranżazzjonijiet għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur, għajr dawk imsemmijin fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1);
il-porzjon mhux prelevat ta' faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità impenjati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ imsemmija fl-Anness I b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur.
L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-flejjes dovuti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi netta fejn japplika l-Artikolu 428e.
Artikolu 428t
Fattur ta' 7 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala bonds koperti ta' kwalità estremament għolja ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal 7 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
Artikolu 428u
Fattur ta' 7,5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ kif imsemmija fl-Anness I b'maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 7,5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ.
Artikolu 428v
Fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet ma' klijenti finanzjarji li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur għajr dawk imsemmijin fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 428s(1);
prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur;
prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ kif imsemmijin fl-Anness I b'maturità residwa ta' sena jew iktar.
Artikolu 428w
Fattur ta' 12 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 12 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 12 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
Artikolu 428x
Fattur ta' 15 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala assi ta' livell 2A skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal 15 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
Artikolu 428y
Fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 20 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
Artikolu 428z
Fattur ta' 25 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Titolizzazzjonijiet ta' livell 2B mhux aggravati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal 25 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
Artikolu 428aa
Fattur ta' 30 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 30 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
bonds koperti mhux aggravati ta' kwalità għolja ħafna skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk dawn jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat;
ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 30 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
Artikolu 428ab
Fattur ta' 35 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 35 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
titolizzazzjonijiet mhux aggravati ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat;
ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 35 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk dawn jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
Artikolu 428ac
Fattur ta' 40 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 40 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 40 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
Artikolu 428ad
Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
assi mhux aggravati li jkunu eliġibbli bħala assi ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), minbarra titolizzazzjonijiet ta' livell 2B u bonds koperti ta' kwalità għolja skont dak l-att delegat, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stabbilit dak l-att delegat;
depożiti miżmuma mill-istituzzjoni f'istituzzjoni finanzjarja oħra li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operazzjonali kif stipulat fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sena ma':
il-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;
gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali fi Stat Membru jew f'pajjiż terz;
entitajiet tas-settur pubbliku ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;
banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-Artikolu 117(2) u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;
korporazzjonijiet mhux finanzjarji, klijenti fil-livell tal-konsumaturi u SMEs;
għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpanniji ta' investiment personali u klijenti li jkunu sensara tad-depożiti sa fejn dawk l-assi ma jaqgħux taħt il-punt (b) ta' dan il-paragrafu;
flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet b'maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena ma':
il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;
il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;
klijenti finanzjarji;
prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ b'maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena;
assi aggravati għal maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena, ħlief fejn dawk l-assi jkunu assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikoli 428ae sa 428ah jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-fattur ta' finanzjament iktar għoli għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati;
kwalunkwe assi oħra b'maturità residwa ta' inqas minn sena, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428r sa 428ac.
Artikolu 428ae
Fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 55 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
Artikolu 428af
Fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
self mhux aggravat iggarantit minn ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew self residenzjali mhux aggravat totalment garantit minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 129(1) b'maturità residwa ta' sena jew iktar, sakemm dawk is-self ikun assenjat ponderazzjoni tar-riskju ta' 35 % jew inqas f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tat-Tielet Parti;
self mhux aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar, minbarra self lil klijenti finanzjarji u self imsemmi fl-Artikoli 428r sa 428ad, sakemm dak is-self ikun assenjat ponderazzjoni tar-riskju ta' 35 % jew inqas f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.
Artikolu 428ag
Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
kwalunkwe assi u element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, inkluż flus kontanti, depożitati bħala marġni inizjali għal kuntratti ta' derivattivi, sakemm dawk l-assi ma jiġux assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikolu 428ah jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati;
kwalunkwe assi u element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, inkluż flus kontanti, depożitati bħala kontribuzzjoni fil-fond inadempjenti ta' CCP, sakemm dawk ma jiġux assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikolu 428ah jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-ogħla fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat lill-assi mhux aggravat;
self mhux aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar, minbarra self lil klijenti finanzjarji u self imsemmi fl-Artikoli 428r sa 428af, li ma jkunx sar dovut għal iktar minn 90 ġurnata u li jkunu assenjati ponderazzjoni tar-riskju ta' iktar minn 35 % f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;
prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ, b'maturità residwa ta' sena jew iktar;
titoli mhux aggravati b'maturità residwa ta' sena jew iktar li mhumiex inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178 u li mhumiex eliġibbli bħala assi likwidi skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
ekwitajiet mhux aggravati nnegozjati f'kambju li mhumiex eliġibbli bħala assi ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
komoditajiet fiżiċi nnegozjati, inkluż deheb iżda esklużi derivattivi ta' komoditajiet;
assi aggravati għal maturità residwa ta' sena jew aktar fi grupp ta' kopertura finanzjat minn bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE jew bonds koperti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà għat-trattament kif stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 428ah
Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, kwalunkwe assi aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar;
kwalunkwe assi li mhuwiex dak imsemmi fl-Artikoli 428r sa 428ag, inkluż self lil klijenti finanzjarji li jkollhom maturità kuntrattwali residwa ta' sena jew iktar, skoperturi improduttivi, oġġetti mnaqqsa minn fondi proprji, assi fissi, ekwitajiet negozjati mhux ta' kambju, interess ritenut, assi ta' assigurazzjoni, titoli inadempjenti.
Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:
marġni ta' varjazzjoni riċevut minn istituzzjonijiet mill-kontropartijiet tagħhom għandu jitnaqqas mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust pożittiv fejn il-kollateral riċevut bħala marġni ta' varjazzjoni jikkwalifika bħala assi ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikati f'dak l-att delegat, u fejn l-istituzzjonijiet jkunu intitolati legalment u funzjonalment kapaċi li jużawhom mill-ġdid dak il-kollateral;
il-marġnijiet kollha ta' varjazzjoni depożitati minn istituzzjonijiet mal-kontropartijiet tagħhom għandhom jitnaqqsu mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust negattiv.
KAPITOLU 5
Deroga għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi
Artikolu 428ai
Deroga għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi
B'deroga mill-Kapitoli 3 u 4, istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi jistgħu jagħżlu, bil-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti tagħhom, li jikkalkulaw il-proporzjon bejn il-finanzjament stabbli disponibbli ta' istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 6, u l-finanzjament stabbli meħtieġ tal-istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 7, espress bħala perċentwal.
Awtorità kompetenti tista' titlob istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa biex tikkonforma mar-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett abbażi tal-finanzjament stabbli disponibbli ta' istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 3 u l-finanzjament stabbli meħtieġ kif imsemmi fil-Kapitolu 4 fejn tqis li l-metodoloġija ssimplifikata mhijiex adegwata biex taqbad ir-riskji ta' finanzjament ta' dik l-istituzzjoni.
KAPITOLU 6
Finanzjament stabbli disponibbli għall-kalkolu ssimplifikat tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett
Taqsima 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 428aj
Kalkolu ssimplifikat tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli
Artikolu 428ak
Maturità residwa ta' obbligazzjoni jew fondi proprji
Taqsima 2
Fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli
Artikolu 428al
Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'din it-Taqsima, l-obbligazzjonijiet kollha mingħajr maturità dikjarata, inkluż pożizzjonijiet qosra u pożizzjonijiet b'maturità miftuħa, għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli, bl-eċċezzjoni ta' dawn li ġejjin:
obbligazzjonijiet ta' taxxa differita, li għandhom jiġu ttrattati f'konformità mal-eqreb data possibbli li fiha jistgħu jiġu realizzati tali obbligazzjonijiet;
interessi minoritarji, li għandhom jiġu ttrattati f'konformità mat-terminu tal-istrument ikkonċernat.
Obbligazzjonijiet ta' taxxa differita u interessi minoritarji kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal wieħed mill-fatturi li ġejjin:
0 %, meta l-maturità residwa effettiva tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jew interess minoritarju tkun inqas minn sena;
100 %, meta l-maturità residwa effettiva tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jew interess minoritarju tkun sena jew iktar.
L-obbligazzjonijiet, u l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 0 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:
l-ammonti pagabbli skont id-data tan-negozju li jirriżultaw minn xiri ta' strumenti finanzjarji, ta' valuti barranin u ta' komoditajiet, li jkunu mistennija li jiġu saldati fiċ-ċiklu jew perijodu ta' saldu standard li huwa komuni għall-borża rilevanti jew it-tip ta' tranżazzjoni, jew li naqsu milli jiġu saldati iżda xorta waħda għadhom mistennija li jiġu saldati;
obbligazzjonijiet li jkunu kategorizzati bħala interdipendenti ma' assi f'konformità mal-Artikolu 428f;
obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sena pprovduti minn:
il-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;
il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;
klijenti finanzjarji;
kwalunkwe obbligazzjoni u element jew strument tal-kapital ieħor mhux imsemmi f'dan l-Artikolu jew l-Artikoli 428am sa 428ap.
Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:
marġni ta' varjazzjoni riċevut minn istituzzjonijiet mill-kontropartijiet tagħhom għandu jitnaqqas mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust pożittiv fejn il-kollateral riċevut bħala marġni ta' varjazzjoni jikkwalifika bħala assi ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikati f'dak l-att delegat, u fejn l-istituzzjonijiet jkunu intitolati legalment u funzjonalment kapaċi li jużawhom mill-ġdid dak il-kollateral;
il-marġnijiet kollha ta' varjazzjoni depożitati minn istituzzjonijiet mal-kontropartijiet tagħhom għandhom jitnaqqsu mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust negattiv.
Artikolu 428am
Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
L-obbligazzjonijiet, u l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 50 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:
depożiti riċevuti li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operazzjonali stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
obbligazzjonijiet u elementi jew strumenti tal-kapital b’maturità residwa ta’ inqas minn sena pprovduti minn:
il-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;
gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali fi Stat Membru jew f'pajjiż terz;
entitajiet tas-settur pubbliku ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;
banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-Artikolu 117(2) u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;
klijenti korporattivi nonfinanzjarji;
għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpanniji ta' investiment personali u klijenti li jkunu sensara tad-depożiti, bl-eċċezzjoni tad-depożiti riċevuti, li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operazzjonali kif stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1).
Artikolu 428an
Fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
Id-depożiti ta' domanda fil-livell ta' konsumatur, id-depożiti fil-livell ta' konsumatur b' perijodu ta' notifika fiss ta' inqas minn sena u d-depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sena li jissodisfaw il-kriterji rilevanti għal depożiti oħrajn fil-livell tal-konsumatur stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli.
Artikolu 428ao
Fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
Id-depożiti ta' domanda fil-livell ta' konsumatur, id-depożiti fil-livell ta' konsumatur b' perijodu ta' notifika fiss ta' inqas minn sena u d-depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sena li jissodisfaw il-kriterji rilevanti għal depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli.
Artikolu 428ap
Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
L-obbligazzjonijiet u l-elementi u l-istrumenti kapitali li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:
l-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni qabel l-aġġustamenti meħtieġa skont l-Artikoli 32 sa 35, it-tnaqqis skont l-Artikolu 36 u l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u l-alternattivi stabbiliti fl-Artikoli 48, 49 u 79;
l-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali tal-istituzzjoni qabel it-tnaqqis tal-elementi msemmija fl-Artikolu 56 u qabel jiġi applikat għalihom l-Artikolu 79, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;
l-elementi ta' Grad 2 tal-istituzzjoni qabel it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 66 u qabel jiġi applikat l-Artikolu 79, li għandhom maturità residwa ta' sena jew iktar, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;
kwalunkwe strument kapitali ieħor tal-istituzzjoni b'maturità residwa ta' sena jew iktar, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;
kull self u obbligazzjoni oħra garantiti u mhux garantiti b'maturità residwa ta' sena jew iktar, inkluż id-depożiti ta' żmien fiss, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428al sa 428ao.
KAPITOLU 7
Finanzjament stabbli meħtieġ għall-kalkolu ssemplifikat tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett
Taqsima 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 428aq
Kalkolu ssemplifikat tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu ssellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, li ma jkunux kontabilizzati fil-karta tal-bilanċ tagħhom iżda li fuqhom għandhom sjieda benefiċjarja għandhom jiġu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati skont it-Taqsima 2.
Assi li jkun fadlilhom inqas minn sitt xhur fil-perijodu ta' aggravar, għandhom ikunu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2 għall-istess assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati.
L-assi li ġejjin ma għandhomx jitqiesu li jkunu aggravati:
assi inklużi fi grupp li jkunu disponibbli għall-użu immedjat bħala kollateral biex jinkiseb finanzjament addizzjonali taħt linji ta' kreditu li jkunu impenjati jew, fejn il-grupp jitħaddem minn bank ċentrali, dawk mhux impenjati iżda għad mhux finanzjati disponibbli għall-istituzzjoni, inkluż assi mqiegħda minn istituzzjoni ta' kreditu mal-istituzzjoni ċentrali f'netwerk kooperattiv jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali;;
assi li l-istituzzjoni tkun irċeviet bħala kollateral għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu f'self garantit, finanzjament garantit jew tranżazzjonijiet ta' skambju ta' kollateral u li l-istituzzjoni tista' tiddisponi minnhom;
assi marbuta bħala kollateralizzazzjoni eċċessiva mhux obbligatorja għall-ħruġ ta' bond kopert.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jassumu li l-assi fil-grupp ikunu aggravati f'ordni ta' likwidità li tiżdied abbażi tal-klassifikazzjoni tal-likwidità stipulata fl-att delegat stipulat fl-Artikolu 460(1), li tibda mill-assi li mhumiex eliġibbli għar-riżerva ta' likwidità.
Fil-każ ta' operazzjonijiet temporanji mhux standard imwettqa mill-BĊE jew mill-bank ċentrali ta' Stat Membru jew mill-bank ċentrali ta' pajjiż terz sabiex iwettaq il-mandat tiegħu f'perijodu ta' stress finanzjarju fis-suq kollu jew ta' ċirkostanzi makroekonomiċi eċċezzjonali, l-assi li ġejjin jistgħu jirċievu fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas:
b'deroga mill-Artikolu 428aw u mill-punt (a) tal-Artikolu 428az(1), assi aggravati għall-operazzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu;
b'deroga mill-Artikolu 428aw u mill-punt (b) tal-Artikolu 428ay, flejjes li jirriżultaw mill-operazzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw, bi qbil mal-bank ċentrali li jkun il-kontroparti għat-tranżazzjoni, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat għall-assi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Għall-assi aggravati msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat ma għandux ikun aktar baxx mill-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li japplika skont it-Taqsima 2 għal dawk l-assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati.
Meta japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas f'konformità mat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw mill-qrib l-impatt ta' dak il-fattur imnaqqas fuq il-pożizzjonijiet ta' finanzjament stabbli tal-istituzzjonijiet u jieħdu l-miżuri superviżorji adatti fejn meħtieġ.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-ABE t-tipi ta' skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li għalihom ikunu determinaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ mill-inqas darba fis-sena. F'dak ir-rapport għandhom jinkludu spjegazzjoni tal-metodoloġija applikata biex tiddetermina dawk il-fatturi.
Artikolu 428ar
Maturità residwa ta' assi
Taqsima 2
Fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Artikolu 428as
Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala assi likwidi ta' kwalità għolja ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni ta' bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikati f'dak l-att delegat, indipendentement minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali stipulati f'dak l-att delegat;
ir-riżervi kollha miżmuma mill-istituzzjoni fil-BĊE jew fil-bank ċentrali ta' Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz, inkluż riżervi meħtieġa u riżervi eċċessivi;
it-talbiet kollha fuq il-BĊE, il-bank ċentrali ta' Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur;
assi li jkunu kategorizzati bħala interdipendenti ma' obbligazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 428f.
Għal sussidjarji li jkollhom l-uffiċċju prinċipali f'pajjiż terz, fejn ir-riżervi meħtieġa tal-bank ċentrali jkunu soġġetti għal fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla taħt ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stipulat fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz, dak il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla għandu jitqies għall-finijiet ta' konsolidazzjoni.
Artikolu 428at
Fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Artikolu 428au
Fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna ta' Livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat;
prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ kif imsemmija fl-Anness I.
Artikolu 428av
Fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala assi tal-Livell 2A skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), u ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs skont dak l-att delegat għandhom ikunu suġġetti għal fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
Artikolu 428aw
Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
self iggarantit u mhux iggarantit b'maturità residwa ta' inqas minn sena u dment li jkunu aggravati inqas minn sena;
kwalunkwe assi oħra b'maturità residwa ta' inqas minn sena, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428as sa 428av;
assi aggravati għal maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda ta' inqas minn sena, ħlief fejn dawk l-assi jkunu assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla skont l-Artikoli 428ax, 428ay u 428az jekk kienu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-fattur ta' finanzjament meħtieġ ogħla li jkun japplika għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati.
Artikolu 428ax
Fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Assi li huma eliġibbli bħala assi tal-livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), u ishma jew unitajiet f'CIUs skont dak l-att delegat għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat, dment li jkunu aggravati inqas minn sena.
Artikolu 428ay
Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
kwalunkwe assi u element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, inkluż flus kontanti, li ddaħħlu bħala marġni inizjali għal kuntratti ta' derivattivi jew depożitati bħala kontribuzzjoni għall-fond ta' inadempjenza ta' CCP, sakemm dawk l-assi ma jiġux assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikolu 428az jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-fattur ta' finanzjament iktar għoli għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati;
self mhux aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar, eskluż self lil klijenti finanzjarji, li ma jkunx sar dovut għal iktar minn 90 jum;
prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ, b'maturità residwa ta' sena jew iktar;
titoli mhux aggravati b'maturità residwa ta' sena jew iktar li mhumiex inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178 u li mhumiex eliġibbli bħala assi likwidi skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
ekwitajiet mhux aggravati nnegozjati f'kambju li mhumiex eliġibbli bħala assi ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
komoditajiet fiżiċi nnegozjati, inkluż deheb iżda esklużi derivattivi ta' komoditajiet.
Artikolu 428az
Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
kwalunkwe assi aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar;
kwalunkwe assi li mhuwiex dak imsemmi fl-Artikoli 428as sa 428ay, inkluż self lil klijenti finanzjarji li jkollhom maturità kuntrattwali residwa ta' sena jew iktar, skoperturi improduttivi, elementi mnaqqsa mill-fondi proprji, assi fissi, ekwitajiet negozjati mhux ta' kambju, interess ritenut, assi ta' assigurazzjoni, titoli inadempjenti.
Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:
marġni ta' varjazzjoni riċevut minn istituzzjonijiet mill-kontropartijiet tagħhom għandu jitnaqqas mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust pożittiv fejn il-kollateral riċevut bħala marġni ta' varjazzjoni jikkwalifika bħala assi ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikati f'dak l-att delegat, u fejn l-istituzzjonijiet jkunu intitolati legalment u funzjonalment kapaċi li jużawhom mill-ġdid dak il-kollateral;
il-marġnijiet kollha ta' varjazzjoni li ddaħħlu minn istituzzjonijiet mal-kontropartijiet tagħhom għandhom jitnaqqsu mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust negattiv.
PARTI SEBGĦA
LIEVA FINANZJARJA
Artikolu 429
Kalkolu tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta' lieva finanzjarja fid-data ta' referenza tar-rappurtar.
Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-miżura tal-iskopertura totali għandha tkun is-somma tal-valuri tal-iskopertura ta':
assi, eskluż il-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II, id-derivattivi tal-kreditu u l-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 429e, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429b(1);
kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u derivattivi tal-kreditu, inkluż dawk il-kuntratti u derivattivi ta' kreditu li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ikkalkulati f'konformità mal-Artikoli 429c u 429d;
żidiet għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429e;
elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, bl-esklużjoni tal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II, derivattivi tal-kreditu, tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 429d u 429g, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429f;
xiri jew bejgħ fi żmien regolari u li jistennew saldu, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429g.
L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw tranżazzjonijiet ta' saldu twil f'konformità mal-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu, kif applikabbli.
L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valuri tal-iskopertura msemmija fil-punti (a) u (d) tal-ewwel subparagrafu bl-ammont korrispondenti ta' aġġustamenti ġenerali fir-riskju ta' kreditu għal elementi li jidhru u dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, rispettivament, soġġett għal limitu ta' 0 fejn l-aġġustamenti fir-riskju ta' kreditu jkunu naqqsu l-kapital ta' Grad 1.
B'deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 4, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ skont il-punt (d) tal-paragrafu 4 li huwa ttrattat bħala derivattiv skont il-qafas ta’ kontabbiltà applikabbli għandu jkun soġġett għat-trattament stipulat fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu;
meta klijent ta' istituzzjoni li jaġixxi bħala membru tal-ikklerjar jidħol direttament fi tranżazzjoni ta' derivattiva ma' CCP u l-istituzzjoni tiggarantixxi l-prestazzjoni tal-iskoperturi tan-negozju tal-klijent tagħha lis-CCP li jirriżultaw minn dik it-tranżazzjoni, l-istituzzjoni għandha tikkalkola l-iskopertura tagħha li tirriżulta mill-garanzija f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 4, bħallikieku dik l-istituzzjoni daħlet direttament fit-tranżazzjoni mal-klijent, inkluż fir-rigward tar-riċeviment jew il-provvista tal-marġni ta' varjazzjoni ta' flus kontanti.
It-trattament stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal istituzzjoni li taġixxi bħala klijent ta' livell għoli li jiggarantixxi l-prestazzjoni tal-iskoperturi tan-negozju tal-klijent tagħha.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw entità affiljata bħala klijent biss meta dik l-entità tkun barra mill-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja fil-livell li fih ir-rekwiżit stipulat fil-punt (d) tal-Artikolu 92(3) ikun applikat.
Sakemm ma jkunx espressament previst mod ieħor f'din il-Parti, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżura tal-iskopertura totali skont il-prinċipji li ġejjin:
kollateral fiżiku jew finanzjarju, garanziji jew mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu mixtrija ma għandhomx jintużaw biex inaqqsu l-miżura tal-iskopertura totali;
l-assi ma għandhomx jiġu nnettjati mal-obbligazzjonijiet.
B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 7, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valur tal-iskopertura ta' self ta' prefinanzjament jew self intermedju bil-bilanċ pożittiv fuq il-kont tat-tfaddil tad-debitur li lilu ngħata s-self u jinkludu biss l-ammont li jirriżulta fil-miżura tal-iskopertura totali, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-għoti tas-self huwa kondizzjonali fuq il-ftuħ tal-kont tat-tfaddil mal-istituzzjoni li tagħti s-self u kemm is-self kif ukoll l-kont tat-tfaddil huma rregolati mill-istess liġi settorjali;
il-bilanċ fuq il-kont tat-tfaddil ma jistax jiġi prelevat, parzjalment jew kollu kemm hu, mid-debitur għall-perijodu ta' żmien kollu tas-self;
l-istituzzjoni tista' tuża inkondizzjonalment u irrevokabbilment il-bilanċ fuq il-kont tat-tfaddil biex tiġi saldata kwalunkwe pretensjoni skont il-ftehim ta' self f'każijiet irregolati mil-liġi settorjali msemmija fil-punt (a), inkluż in-nuqqas ta' ħlas mid-debitur jew l-insolvenza tiegħu.
“Self ta' prefinanzjament” jew “self intermedju” jfissru self li jingħata lil min jissellef għal perijodu limitat ta' żmien sabiex jitnaqqsu l-lakuni fil-finanzjament tal-mutwatarju sakemm jingħata s-self finali f'konformità mal-kriterji stabbiliti fil-liġi settorjali li tirregola dawn it-tranżazzjonijiet.
Artikolu 429a
Skoperturi esklużi mill-miżura tal-iskopertura totali
B'deroga mill- Artikolu 429(4), istituzzjoni tista' teskludi kwalunkwe skopertura li ġejja mill-miżura tal-iskopertura totali tagħha:
l-ammonti mnaqqsa mill-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 36(1);
l-assi mnaqqsa fil-kalkolu tal-miżura kapitali msemmija fl-Artikolu 429(3);
l-iskoperturi li jkunu assenjati ponderazzjoni tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikolu 113(6) jew (7);
meta l-istituzzjoni tkun istituzzjoni ta’ kreditu għall-iżvilupp pubbliku, l-iskoperturi li jirriżultaw minn assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet tas-settur pubbliku fir-rigward ta’ investimenti, u self promozzjonali;
meta l-istituzzjoni ma tkunx istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku, il-partijiet ta' skoperturi li jirriżultaw mit-trasferiment ta' self promozzjonali lil istituzzjonijiet ta' kreditu oħra;
il-partijiet garantiti ta' skoperturi li jirriżultaw minn krediti għall-esportazzjoni li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-garanzija hija pprovduta minn fornitur eliġibbli ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata f'konformità mal-Artikoli 201 u 202, inkluż minn aġenziji tal-kreditu għall-esportazzjoni jew minn gvernijiet ċentrali;
ponderazzjoni tar-riskju ta' 0 % tapplika għall-parti garantita tal-iskopertura f'konformità mal-Artikolu 114(2) jew (4) jew l-Artikolu 116(4);
meta l-istituzzjoni tkun membru tal-ikklerjar ta' QCCP, l-iskoperturi tan-negozju ta' dik l-istituzzjoni, dment li dawn ikunu kklerjati ma' dik il-QCCP u jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt (c) tal-Artikolu 306(1);
meta l-istituzzjoni tkun klijent ta' livell ogħla fi ħdan struttura ta' klijenti f'diversi livelli, l-iskoperturi tan-negozju lill-membru tal-ikklerjar jew lil entità li sservi bħala klijent ta' livell ogħla għal dik l-istituzzjoni, dment li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 305(2) jiġu ssodisfati u dment li l-istituzzjoni ma tkunx obbligata tirrimborża lill-klijent tagħha għal kwalunkwe telf imġarrab fil-każ ta' inadempjenza tal-membru tal-ikklerjar jew tal-QCCP;
assi fiduċjarji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikunu rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni minn prinċipji ta' kontabbiltà nazzjonali ġeneralment aċċettati, f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 86/635/KEE;
jissodisfaw il-kriterji għan-nuqqas ta' rikonoxximent stipulati fl-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 9, kif applikati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;
jissodisfaw il-kriterji għan-nuqqas ta' konsolidazzjoni stipulati fl-IFRS 10, kif applikati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, fejn applikabbli;
skoperturi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikunu skoperturi għal entità tas-settur pubbliku;
ikunu trattati f'konformità mal-Artikolu 116(4);
jirriżultaw minn depożiti li l-istituzzjoni tkun legalment obbligata tittrasferixxi lill-entità tas-settur pubbliku msemmija fil-punt (i) għall-fini tal-finanzjament ta' investimenti ta' interess ġenerali;
il-kollateral eċċessiv depożitat ma' aġenti tripartitiċi li ma jkunx issellef;
meta skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, istituzzjoni tirrikonoxxi l-marġni ta' varjazzjoni mħallas fi flus kontanti lill-kontroparti tagħha bħala assi riċevibbli, l-assi riċevibbli, dment li jkunu ġew issodisfati l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 429c(3);
l-iskoperturi titolizzati minn titolizzazzjonijiet tradizzjonali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għat-trasferiment ta' riskju sinifikanti stipulati fl-Artikolu 244(2);
l-iskoperturi li ġejjin għall-bank ċentrali tal-istituzzjoni, soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 5 u 6:
muniti u karti tal-flus li jikkostitwixxu munita legali fil-ġurisdizzjoni tal-bank ċentrali;
assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq il-bank ċentrali, inkluż riżervi miżmuma fil-bank ċentrali;
fejn l-istituzzjoni tkun awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 16 u l-punt (a) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, l-iskoperturi tal-istituzzjoni dovuti għal servizzi anċillari tat-tip bankarju elenkati fil-punt (a) tat-Taqsima C tal-Anness għal dak ir-Regolament li huma direttament relatati mas-servizzi ewlenin jew anċillari elenkati fit-Taqsimiet A u B ta' dak l-Anness;
fejn l-istituzzjoni tkun nominata f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, l-iskoperturi tal-istituzzjoni dovuti għal servizzi anċillari tat-tip bankarju elenkati fil-punt (a) tat-Taqsima C tal-Anness għal dak ir-Regolament li huma direttament relatati mas-servizzi ewlenin jew anċillari ta' depożitorju ċentrali tat-titoli, awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament, elenkati fit-Taqsimiet A u B ta' dak l-Anness.
Għall-finijiet tal-punt (m) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu kwalunkwe skopertura miżmuma fil-miżura tal-iskopertura totali.
Għall-finijiet tal-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1, 'istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku' tfisser istituzzjoni ta' kreditu li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
tkun ġiet stabbilita mill-gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali ta' Stat Membru;
l-attività tagħha tkun limitata għall-avvanz ta' objettivi speċifiċi ta' politika pubblika finanzjarja, soċjali jew ekonomika f'konformità mal-liġijiet u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw dik l-istituzzjoni, inkluż artikoli ta' assoċjazzjoni, fuq bażi mhux kompetittiva;
il-mira tagħha mhijiex li timmassimizza l-profitt jew is-sehem tas-suq;
soġġett għal regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, il-gvern ċentrali, il-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali għandhom obbligu li jipproteġu l-vijabbiltà tal-istituzzjoni ta' kreditu jew jiggarantixxu direttament jew indirettament mill-inqas 90 % tar-rekwiżiti tal-fondi proprji, ir-rekwiżiti ta' finanzjament jew is-self promozzjonali mogħti tal-istituzzjoni ta' kreditu;
ma tiħux depożiti koperti kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE jew fil-liġi nazzjonali li timplimenta dik id-Direttiva li jistgħu jkunu klassifikati bħala depożiti ta' perijodu fiss jew ta' tfaddil minn konsumaturi kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 ).
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-objettivi ta' politika pubblika jistgħu jinkludu l-għoti ta' finanzjament għal finijiet promozzjonali jew ta' żvilupp lil setturi ekonomiċi jew żoni ġeografiċi speċifiċi tal-Istat Membru rilevanti.
Għall-finijiet tal-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u l-obbligi tal-Istati Membri skont dan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq talba ta' istituzzjoni, jittrattaw unità indipendenti u awtonoma mil-lat organizzattiv, strutturali u finanzjarju ta' dik l-istituzzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku, dment li l-unità tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha elenkati fl-ewwel subparagrafu u li tali trattament ma jaffettwax l-effettività tas-superviżjoni ta' dik l-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u l-ABE bi kwalunkwe deċiżjoni li tittratta, għall-finijiet ta' dan is-subparagrafu, unità ta' istituzzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku. L-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina ta' kull sena tali deċiżjoni.
L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu l-iskoperturi elenkati fil-punt (n) tal-paragrafu 1 fejn ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tkun iddeterminat, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali rilevanti, u ddikjarat pubblikament li jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-esklużjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' politiki monetarji;
l-eżenzjoni tingħata għal perijodu ta' żmien limitat mhux itwal minn sen;
l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tkun iddeterminat, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali rilevanti, id-data meta ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jitqiesu li bdew u ddikjarat pubblikament dik id-data; dik id-data għandha tiġi ffissata fit-tmiem ta’ trimestru.
L-iskoperturi li għandhom jiġu esklużi skont il-punt (n) tal-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
huma denominati fl-istess munita bħad-depożiti meħuda mill-istituzzjoni;
il-maturità medja tagħhom ma taqbiżx b'mod sinifikanti l-maturità medja tad-depożiti meħuda mill-istituzzjoni.
B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1), fejn istituzzjoni teskludi l-iskoperturi msemmija fil-punt (n) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tissodisfa fi kwalunkwe ħin ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja aġġustat li ġej għat-tul ta' żmien tal-esklużjoni:
fejn:
aLR |
= |
proporzjon ta' lieva finanzjarja aġġustat; |
EMLR |
= |
il-miżura tal-iskopertura totali tal-istituzzjoni kif kalkulata f’konformità mal-Artikolu 429(4), inklużi l-iskoperturi esklużi f’konformità mal-punt (n) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fid-data msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu; u |
CB |
= |
il-valur totali medju ta’ kuljum tal-iskoperturi tal-istituzzjoni għall-bank ċentrali tiegħu, ikkalkulat tul il-perijodu sħiħ ta’ żamma ta’ riservi tal-bank ċentrali immedjatament qabel id-data msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 5, li huma eliġibbli li jiġu esklużi skont il-punt (n) tal-paragrafu 1. |
Artikolu 429b
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura tal-assi
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-assi, eskluż il-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II, id-derivattivi tal-kreditu u l-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 429e f'konformità mal-prinċipji li ġejjin:
il-valur tal-iskopertura tal-assi tfisser valur tal-iskopertura kif imsemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 111(1);
tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli ma għandhomx jiġu nnettjati.
Arranġament ta' pooling ta' flus offrut minn istituzzjoni ma jiksirx il-kondizzjoni stipulata fil-punt (b) tal-Artikolu 429(7) biss meta l-arranġament jissodisfa ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjoni li toffri l-arranġament ta' pooling ta' flus tittrasferixxi l-bilanċi ta' kreditu u ta' debitu ta' diversi kontijiet individwali ta' entitajiet ta' grupp inklużi fl-arranġament (''kontijiet oriġinali'') f'kont uniku separat u b'hekk tistabbilixxi l-bilanċi tal-kontijiet oriġinali għal żero;
l-istituzzjoni twettaq l-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu ta' kuljum.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu u tal-paragrafu 3, arranġament ta' pooling ta' flus tfisser arranġament fejn il-bilanċi ta' kreditu jew ta' debitu ta' diversi kontijiet individwali jiġu kombinati għall-finijiet tal-ġestjoni tal-flus jew tal-likwidità.
B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, arranġament ta' pooling ta' flus li ma jissodisfax il-kondizzjoni stipulata fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu, iżda li jissodisfa l-kondizzjoni stipulata fil-punt (a) ta' dak il-paragrafu, ma jiksirx il-kondizzjoni stipulata fil-punt (b) tal-Artikolu 429(7), dment li l-arranġament jissodisfa l-kondizzjonijiet addizzjonali kollha li ġejjin:
l-istituzzjoni għandha dritt legalment infurzabbli għal tpaċija tal-bilanċi tal-kontijiet oriġinali permezz tat-trasferiment f'kont wieħed fi kwalunkwe mument;
ma jkun hemm l-ebda diskrepanza fil-maturità bejn il-bilanċi tal-kontijiet oriġinali;
l-istituzzjoni timponi jew tħallas imgħax fuq il-bażi tal-bilanċ kombinat tal-kontijiet oriġinali;
l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tikkunsidra li l-frekwenza li biha l-bilanċi tal-kontijiet oriġinali kollha huma trasferiti hija adegwata għall-għan li jiġi inkluż biss il-bilanċ kombinat tal-arranġament ta' pooling ta' flus fil-miżura tal-iskopertura totali.
B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura tal-flus riċevibbli u l-flus pagabbli taħt tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli mal-istess kontroparti fuq bażi netta biss meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
it-tranżazzjonijiet ikollhom l-istess data tas-saldu finali espliċita;
id-dritt li l-ammont dovut lill-kontroparti jiġi paċut bl-ammont dovut mill-kontroparti jkun legalment infurzabbli fil-perkors normali tan-negozju u f'każ ta' inadempjenza, insolvenza u falliment;
il-kontropartijiet ikollhom l-intenzjoni li jissaldaw fuq bażi netta, jew li jissaldaw fl-istess ħin, jew it-tranżazzjonijiet ikunu soġġetti għal mekkaniżmu ta' saldu li jirriżulta fl-ekwivalenti funzjonali ta' saldu nett.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 4, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu li mekkaniżmu ta' saldu jirriżulta fl-ekwivalenti funzjonali ta' saldu nett biss jekk, fid-data tas-saldu, ir-riżultat nett tal-flussi ta' flus kontanti tat-tranżazzjonijiet taħt dak il-mekkaniżmu jkun ugwali għall-ammont nett uniku taħt saldu nett u jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
it-tranżazzjonijiet jiġu saldati permezz tal-istess sistema ta' saldu jew sistemi ta' saldu li jużaw infrastruttura ta' saldu komuni;
l-arranġamenti ta' saldu jiġu appoġġati minn flus kontanti jew faċilitajiet ta' kreditu ta' dakinhar stess maħsuba biex jiżguraw li s-saldu tat-tranżazzjonijiet iseħħ sa tmiem il-ġurnata tan-negozju;
ebda kwistjoni li tirriżulta mill-komponenti tat-titoli tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli ma tfixkel it-tlestija tas-saldu nett tal-flus kontanti riċevibbli u pagabbli.
Il-kondizzjoni stipulata fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tiġi ssodisfata biss meta l-falliment ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli fil-mekkaniżmu ta' saldu jista' jdewwem is-saldu tal-komponent tal-flus kontanti korrispondenti biss jew jista' joħloq obbligu għall-mekkaniżmu ta' saldu, appoġġat minn faċilità ta' kreditu assoċjata.
Meta jkun hemm falliment tal-komponent tat-titoli ta' tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli fil-mekkaniżmu ta' saldu fi tmiem il-perijodu għas-saldu fil-mekkaniżmu ta' saldu, l-istituzzjonijiet għandhom jaqsmu din it-tranżazzjoni u l-komponent tal-flus kontanti korrispondenti mis-sett tan-netting u jittrattawhom fuq bażi grossa.
Artikolu 429c
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi
Meta jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura, l-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu kont tal-effetti ta' kuntratti għan-novazzjoni u arranġamenti oħra ta' netting f'konformità mal-Artikolu 295. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jieħdu kont ta' netting bejn prodotti differenti, iżda jistgħu jinnettjaw fil-kategorija tal-prodott kif imsemmi fil-punt (25)(c) tal-Artikolu 272 u d-derivattivi tal-kreditu fejn ikunu soġġetti għal ftehim ta' netting kuntrattwali bejn prodotti differenti kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 295.
L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-miżura tal-iskopertura totali opzjonijiet mibjugħa anki meta l-valur tal-iskopertura tagħhom jista' jiġi stabbilit għal żero f'konformità mat-trattament stabbilit fl-Artikolu 274(5).
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ispiża ta' sostituzzjoni ta' kuntratti tad-derivattivi f'konformità mal-Artikolu 275 jistgħu jirrikonoxxu biss kollateral riċevut fi flus kontanti mingħand il-kontropartijiet tagħhom bħala l-marġni ta' varjazzjoni msemmi fl-Artikolu 275, meta l-qafas ta' kontabbiltà applikabbli ma jkunx diġà rrikonoxxa l-marġni ta' varjazzjoni bħala tnaqqis tal-valur tal-iskopertura u meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
għal negozjar mhux ikklerjat permezz ta' QCCP, il-flus kontanti riċevuti mill-kontroparti riċevitriċi mhumiex segregati;
il-marġni ta' varjazzjoni jiġi kalkulat u skambjat mill-inqas kuljum fuq il-bażi ta' valwazzjoni skont is-suq ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi;
il-marġni ta' varjazzjoni riċevut ikun f'munita speċifikata fil-kuntratt tad-derivattivi, fil-ftehim ta' netting ewlieni li jirregolah, fl-anness ta' appoġġ għall-ftehim ta' netting ewlieni kwalifikanti jew kif definit minn kwalunkwe ftehim ta' netting ma' QCCP;
il-marġni ta' varjazzjoni riċevut ikun l-ammont sħiħ li jkun meħtieġ biex ineħħi l-iskopertura ta' valwazzjoni skont is-suq tal-kuntratt tad-derivattivi soġġett għal-livell limitu u l-ammonti ta' trasferiment minimi li jkunu applikabbli għall-kontroparti;
il-kuntratt tad-derivattivi u l-marġni ta' varjazzjoni bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti għal dak il-kuntratt ikunu koperti minn ftehim ta' netting uniku li l-istituzzjoni tista' tittratta bħala li jnaqqas ir-riskju f'konformità mal-Artikolu 295.
Meta istituzzjoni tipprovdi kollateral fi flus kontanti lil kontroparti u dak il-kollateral jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni għandha tikkunsidra dak il-kollateral bħala l-marġni ta' varjazzjoni ddepożitat mal-kontroparti u għandha tinkludih fil-kalkolu tal-ispiża ta' sostituzzjoni.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni għandha tiġi kunsidrata li ssodisfat il-kondizzjoni stipulata fih meta l-marġni ta' varjazzjoni jiġi skambjat fl-għodwa tal-jum ta' negozjar wara l-jum ta' negozjar li fih ġie stipulat il-kuntratt tad-derivattivi, dment li l-iskambju jkun ibbażat fuq il-valur tal-kuntratt fi tmiem il-jum ta' negozjar li fih ġie stipulat il-kuntratt.
Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, meta tinqala' tilwima dwar il-marġni, l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l-ammont ta' kollateral mhux kontestat li jkun ġie skambjat.
Meta l-istituzzjonijiet japplikaw wieħed mill-metodi msemmija fl-ewwel subparagrafu, ma għandhomx inaqqsu l-miżura tal-iskopertura totali bl-ammont tal-marġni li jkunu rċevew.
Artikolu 429d
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritti
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritti billi jaġġustaw l-ammont nozzjonali ta' dawk id-derivattivi biex jirrifletti l-iskopertura reali tal-kuntratti li għandhom effett ta' lieva finanzjarja jew b'mod ieħor imsaħħa bl-istruttura tat-tranżazzjoni.
L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu b'mod sħiħ jew parzjalment il-valur tal-iskopertura kkalkolat f'konformità mal-paragrafu 2 bl-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu mixtrija, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-maturità li jifdal tad-derivattiv ta' kreditu mixtri tkun ugwali jew ikbar mill-maturità li jifdal tad-derivattiv ta' kreditu sottoskritt;
id-derivattiv ta' kreditu mixtri jkun soġġett mod ieħor għall-istess termini materjali bħal dawk fid-derivattiv tal-kreditu sottoskritt korrispondenti jew aktar konservattivi minnhom;
id-derivattiv tal-kreditu mixtri ma nxtarax minn kontroparti li tesponi lill-istituzzjoni għal riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Ħażina, kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 291(1);
meta l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattiv ta' kreditu sottoskritt jitnaqqas bi kwalunkwe bidla negattiva fil-valur ġust inkorporat fil-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni, l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattiv ta' kreditu mixtri jitnaqqas bi kwalunkwe bidla pożittiva fil-valur ġust li tkun ġiet inkorporata fil-kapital ta' Grad 1;
id-derivattiv ta' kreditu mixtri ma jkunx inkluż fi tranżazzjoni li tkun ġiet ikklerjata mill-istituzzjoni f'isem klijent jew li tkun ġiet ikklerjata mill-istituzzjoni fir-rwol tagħha bħala klijent ta' livell ogħla fi struttura tal-klijenti b'ħafna livelli u li għalih l-ammont nozzjonali effettiv referenzjat mid-derivattiv ta' kreditu sottoskritt korrispondenti jkun eskluż mill-miżura tal-iskopertura totali f'konformità mal-punt (g) jew (h) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 429a(1), kif applikabbli.
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali f'konformità mal-Artikolu 429c(1), l-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu mis-sett tan-netting il-porzjon ta' derivattiv ta' kreditu sottoskritt li ma jkunx paċut f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li għalih l-ammont nozzjonali effettiv ikun inkluż fil-miżura tal-iskopertura totali.
Artikolu 429e
Suppliment tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għal tranżazzjonijiet ma' kontroparti li ma jkunux soġġetti għal ftehim prinċipali ta' netting li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 206 fuq il-bażi skont it-tranżazzjoni f'konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
|
= |
is-suppliment; |
i |
= |
l-indiċi li jindika t-tranżazzjoni; |
Ei |
= |
il-valur ġust tat-titoli jew il-flus kontanti mislufa lill-kontroparti taħt it-tranżazzjoni i; u |
Ci |
= |
il-valur ġust tat-titoli jew tal-flus kontanti riċevuti mill-kontroparti taħt it-tranżazzjoni i. |
L-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu
ekwivalenti għal żero fejn Ei jkun il-flus kontanti mislufa lil kontroparti u l-flus kontanti assoċjati riċevibbli ma jkunux eliġibbli għat-trattament tan-netting stipulat fl-Artikolu 429b(4).
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għal tranżazzjonijiet ma' kontroparti li jkunu soġġetti għal ftehim prinċipali ta' netting li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 206 fuq il-bażi skont il-ftehim f'konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
|
= |
is-suppliment; |
i |
= |
l-indiċi li jindika l-arranġament tan-netting; |
Ei |
= |
il-valur ġust tat-titoli jew tal-flus kontanti mislufa lill-kontroparti għat-tranżazzjonijiet li huma soġġetti għall-ftehim prinċipali ta' netting i; u |
Ci |
= |
il-valur ġust tat-titoli jew tal-flus kontanti riċevuti mill-kontroparti li huma soġġetti għall-ftehim prinċipali ta' netting i. |
Meta istituzzjoni taġixxi bħala aġent bejn żewġ partijiet fi tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli, inkluż tranżazzjoni li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin għall-kalkolu tal-miżura tal-iskopertura totali tal-istituzzjoni:
meta l-istituzzjoni tipprovdi indennizz jew garanzija għal waħda mill-partijiet fit-tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli, u l-indennizz jew il-garanzija tkun limitata għal kwalunkwe differenza bejn il-valur tat-titolu jew tal-flus kontanti li tkun sellfet il-parti u l-valur tal-kollateral li jkun ipprovda l-mutwatarju, l-istituzzjoni għandha tinkludi biss is-suppliment ikkalkolat f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3, kif applikabbli, fil-miżura tal-iskopertura totali;
meta l-istituzzjoni ma tipprovdix indennizz jew garanzija lil xi waħda mill-partijiet involuti, it-tranżazzjoni ma għandhiex tiġi inkluża fil-miżura tal-iskopertura totali;
meta l-istituzzjoni tkun ekonomikament esposta għat-titolu sottostanti jew il-flus kontanti fit-tranżazzjoni għal ammont ikbar mill-iskopertura koperta mis-suppliment, hija għandha tinkludi wkoll fil-miżura tal-iskopertura totali l-ammont sħiħ tat-titolu jew tal-flus kontanti li tkun esposta għalihom;
meta l-istituzzjoni li taġixxi bħala aġent tipprovdi indennizz jew garanzija għaż-żewġ partijiet involuti fi tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli, l-istituzzjoni għandha tikkalkola l-miżura tal-iskopertura totali tagħha f'konformità mal-punti (a) (b) u (c) b'mod separat għal kull parti involuta fit-tranżazzjoni.
Artikolu 429f
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ
Fejn impenn jirreferi għall-estensjoni ta' impenn ieħor, għandu japplika l-Artikolu 166(9).
Artikolu 429g
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' xiri u bejgħ fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu
L-istituzzjonijiet jistgħu jpaċu l-valur nominali sħiħ tal-impenji li għandhom jitħallsu relatati max-xiri fi żmien regolari mal-valur nominali sħiħ tal-flus kontanti riċevibbli relatati mal-bejgħ fi żmien regolari li jistenna saldu biss meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
kemm ix-xiri kif ukoll il-bejgħ fi żmien regolari jkunu saldati fuq il-bażi ta' kunsenja kontra ħlas;
l-assi finanzjarji mixtrija u mibjugħa li huma assoċjati ma' flus kontanti pagabbli u riċevibbli huma b'valur ġust mgħoddi bħala profitt u telf u inklużi fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni.
PARTI SEBGĦA A
REKWIŻITI TA' RAPPURTAR
Artikolu 430
Rappurtar dwar ir-rekwiżiti prudenzjali u informazzjoni finanzjarja
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar:
rekwiżiti ta' fondi proprji, inkluż il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, kif stipulat fl-Artikolu 92 u l-Parti Sebgħa;
ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 92a u 92b għal istituzzjonijiet li huma soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti;
skoperturi kbar kif stipulat fl-Artikolu 394;
rekwiżiti ta' likwidità kif stipulat fl-Artikolu 415;
id-data aggregata għal kull suq ta' proprjetà immobbli nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 430a(1);
ir-rekwiżiti u l-gwida stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE li jikkwalifikaw għal rappurtar standardizzat, ħlief għal kwalunkwe rekwiżit addizzjonali ta' rappurtar skont il-punt (j) tal-Artikolu 104(1) ta' dik id-Direttiva;
il-livell tal-aggravar tal-assi, inkluż diżaggregazzjoni skont it-tip ta' aggravar tal-assi, bħal ftehimiet ta' riakkwist, self ta' titoli, skoperturi titolizzati jew self.
L-istituzzjonijiet eżentati f'konformità mal-Artikolu 6(5) ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta' rappurtar dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi individwali.
Minbarra r-rappurtar dwar ir-rekwiżiti prudenzjali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw informazzjoni finanzjarja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom meta jkunu waħda minn dawn li ġejjin:
istituzzjoni li tkun soġġetta għall-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;
istituzzjoni tal-kreditu li tħejji l-kontijiet ikkonsolidati tagħha f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà skont il-punt (b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.
Kwalunkwe rekwiżit ta' rappurtar ġdid indikat f'tali standards tekniċi ta' implimentazzjoni ma għandux ikun applikabbli qabel sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw liema komponenti tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandhom jiġu rrapportati bl-użu tal-valuri fi tmiem il-ġurnata jew fi tmiem ix-xahar. Għal dan il-għan, l-ABE għandha tieħu kont taż-żewġ punti li ġejjin:
kemm komponent ikun suxxettibbli għal tnaqqis temporanju sinifikanti fil-volumi ta' tranżazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw f'nuqqas ta' rappreżentanza tar-riskju tal-lieva finanzjarja eċċessiva fid-data ta' referenza tar-rappurtar;
żviluppi u sejbiet fil-livell internazzjonali.
L-ebda rekwiżit ta' rappurtar ġdid ma għandu jkun applikabbli qabel sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
L-ABE għandha tissottometti lill-Kummissjoni l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu sat-28 ta' Ġunju 2021, ħlief fir-rigward ta' dawn li ġejjin:
il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, li għandu jiġi ppreżentat sat-28 ta' Ġunju 2020;
l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 92a u 92b, li għandhom jiġu ppreżentati sat-28 ta' Ġunju 2020.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-ABE għandha tivvaluta l-ispejjeż u l-benefiċċji tar-rekwiżiti tar-rappurtar stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 ( 25 ) f'konformità ma' dan il-paragrafu u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Din il-valutazzjoni għandha titwettaq b'mod partikolari fir-rigward ta' istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi. Għal dawk l-għanijiet, ir-rapport għandu:
jikklassifika l-istituzzjonijiet f'kategoriji abbażi tad-daqs, il-kumplessità u n-natura tagħhom u l-livell ta' riskju tal-attivitajiet tagħhom;
ikejjel l-ispejjeż ta' rappurtar imġarrba minn kull kategorija ta' istituzzjonijiet matul il-perijodu rilevanti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' rappurtar stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014, b'kont meħud tal-prinċipji li ġejjin:
l-ispejjeż ta' rappurtar għandhom jitkejlu bħala l-proporzjon tal-ispejjeż ta' rappurtar relattivi għall-ispejjeż totali tal-istituzzjoni matul il-perijodu rilevanti;
l-ispejjeż ta' rappurtar għandhom jinkludu l-infiq kollu relatat mal-implimentazzjoni u l-operazzjoni fuq bażi kontinwa tas-sistemi tar-rappurtar, inkluż l-infiq fuq il-persunal, sistemi tal-IT, servizzi legali, ta' kontabbiltà, ta' awditjar u ta' konsulenza;
il-perijodu rilevanti għandu jirreferi għal kull perijodu annwali li matulu l-istituzzjonijiet ġarrbu spejjeż ta' rappurtar biex iħejju għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tar-rappurtar stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 u biex ikomplu jħaddmu s-sistemi ta' rappurtar fuq bażi kontinwa;
jivvaluta jekk l-ispejjeż ta' rappurtar imġarrba minn kull kategorija ta' istituzzjonijiet kinux proporzjonati fir-rigward tal-benefiċċji mogħtija mir-rekwiżiti ta' rappurtar għall-finijiet tas-superviżjoni prudenzjali;
jivvaluta l-effetti ta' tnaqqis ta' rekwiżit ta' rappurtar fuq l-ispejjeż u l-effettività tas-superviżjoni; u
jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jitnaqqsu r-rekwiżiti ta' rappurtar, tal-inqas għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, li għal dan il-għan l-ABE għandha jkollha fil-mira tnaqqis mistenni tal-ispiża medja ta' mill-inqas 10 % iżda idealment 20 % ta' tnaqqis fl-ispejjeż. L-ABE għandha, b'mod partikolari, tivvaluta jekk:
ir-rekwiżiti ta' rappurtar imsemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1 jistgħux jitneħħew għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi fejn l-aggravar tal-assi kien taħt ċertu limitu;
il-frekwenza tar-rappurtar meħtieġa f'konformità mal-punti (a), (c), u (g) tal-paragrafu 1 tistax titnaqqas għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi.
L-ABE għandha takkumpanja dak ir-rapport bl-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE dwar jekk l-istituzzjonijiet, għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 3 u 4, għandhomx jirrapportaw dwar l-informazzjoni finanzjarja fuq bażi konsolidata f'konformità mal-paragrafu 3, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-istituzzjonijiet rilevanti mhumiex diġà qegħdin jirrapportaw fuq bażi konsolidata;
l-istituzzjonijiet rilevanti huma soġġetti għal qafas ta' kontabbiltà f'konformità mad-Direttiva 86/635/KEE;
ir-rappurtar finanzjarju huwa meqjus neċessarju biex tiġi pprovduta stampa komprensiva tal-profil ta' riskju tal-attivitajiet ta' dawk l-istituzzjonijiet u tar-riskji sistemiċi li jippreżentaw għas-settur finanzjarju jew l-ekonomija reali kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formati u l-mudelli li l-istituzzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jużaw għall-finijiet stipulati fih.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet nominati għandhom jużaw l-iskambju tad-data kull fejn ikun possibbli biex jitnaqqsu r-rekwiżiti ta' rappurtar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta' informazzjoni u s-segretezza professjonali kif stabbiliti fit-Taqsima II tal-Kapitolu I tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom japplikaw.
Artikolu 430a
Obbligi ta' rappurtar speċifiċi
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fuq bażi annwali d-data aggregata li ġejja għal kull suq ta' proprjetà immobbli nazzjonali li huma esposti għalih:
telf li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà residenzjali bħala kollateral, sal-ammont l-aktar baxx ta' dak mirhun u 80 % tal-valur tas-suq jew 80 % tal-valur tas-self ipotekarju, dment li ma jiġix deċiż mod ieħor skont l-Artikolu 124(2);
telf kumplessiv li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà residenzjali bħala kollateral, sal-parti tal-iskopertura ttrattata bħala totalment iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 124(1);
il-valur ta' skopertura tal-iskoperturi pendenti kollha li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà residenzjali bħala kollateral limitat għall-parti ttrattata bħala totalment iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 124(1);
telf li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà immobbli residenzjali bħala kollateral, sal-ammont l-aktar baxx ta' dak mirhun u 50 % tal-valur tas-suq jew 60 % tal-valur tas-self ipotekarju dment li ma jiġix deċiż b'mod ieħor skont l-Artikolu 124(2);
telf kumplessiv li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà immobbli kummerċjali bħala kollateral, sal-parti tal-iskopertura ttrattata bħala totalment iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali f'konformità mal-Artikolu 124(1);
il-valur ta' skopertura tal-iskoperturi pendenti kollha li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà immobbli residenzjali bħala kollateral limitat għall-parti ttrattata bħala kompletament iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali f'konformità mal-Artikolu 124(1).
Artikolu 430b
Rekwiżiti ta' rappurtar speċifiċi għar-riskji tas-suq
L-ebda rekwiżit ta' rappurtar ġdid stipulat f'tali standards tekniċi ta' implimentazzjoni ma għandu jkun applikabbli qabel sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2020.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 430c
Rapport dwar il-fattibilità fir-rigward tas-sistema integrata ta' rappurtar
Meta tabbozza r-rapport dwar il-fattibilità, l-ABE għandha tinvolvi lil awtoritajiet kompetenti, kif ukoll lil awtoritajiet li huma responsabbli għall-iskemi ta' garanzija tad-depożiti, ir-riżoluzzjoni u b'mod partikolari s-SEBĊ. Ir-rapport għandu jqis il-ħidma preċedenti tas-SEBĊ fir-rigward tal-ġabriet tad-data integrata għandu jkun ibbażat fuq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji globali li jinkludi bħala minimu:
ħarsa ġenerali lejn il-kwantità u l-ambitu tad-data attwali miġbura mill-awtoritajiet kompetenti fil-ġurisdizzjoni tagħhom kif ukoll l-oriġini u l-granularità tagħha;
l-istabbiliment ta' dizzjunarju standard tad-data li għandha tinġabar, sabiex tiżdied il-konverġenza tar-rekwiżiti tar-rappurtar fir-rigward tal-obbligi regolari tar-rappurtar, u li jiġu evitati talbiet mhux meħtieġa;
l-istabbiliment ta' kumitat konġunt, li jinkludi bħala minimu l-ABE u s-SEBĊ, għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistema integrata ta' rappurtar;
il-fattibbiltà u t-tfassil possibbli ta' punt tal-ġbir tad-data ċentrali għas-sistema integrata ta' rappurtar, inkluż ir-rekwiżiti biex jiżguraw konfidenzjalità stretta tad-data miġbura, awtentikazzjoni b'saħħitha u ġestjoni tad-drittijiet ta' aċċess għas-sistema u ċ-ċibersigurtà, li:
fih repożitorju tad-data ċentrali bid-data statistika, id-data ta' riżoluzzjoni u d-data prudenzjali kollha fil-granularità u l-frekwenza meħtieġa għall-istituzzjoni partikolari u li jkun aġġornat f'intervalli meħtieġa;
iservi ta' punt ta' kuntatt għall-awtoritajiet kompetenti fejn jirċievu, jipproċessaw u jiġbru t-talbiet kollha tad-data, fejn it-talbiet jitqabblu ma' data ta' rappurtar miġbura eżistenti u jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti aċċess rapidu għall-informazzjoni mitluba;
jipprovdi appoġġ addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti għat-trasmissjoni ta' talbiet tad-data lill-istituzzjonijiet u li jdaħħal id-data mitluba fir-repożitorju tad-data ċentrali;
jaqdi rwol ta' koordinazzjoni għall-iskambju tal-informazzjoni u d-data bejn l-awtoritajiet kompetenti; u
iqis l-aħjar prattiki u proċessi tal-awtoritajiet kompetenti u jittrasferihom f'sistema standardizzata.
PARTI TMIENJA
DIVULGAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET
TITOLU I
PRINĊIPJI ĠENERALI
Artikolu 431
Rekwiżiti u politiki ta' divulgazzjoni
L-informazzjoni li għandha tiġi divulgata f'konformità ma' din il-Parti għandha tkun soġġetta għall-istess livell ta' verifika interna bħal dak applikabbli għar-rapport maniġerjali inkluż fir-rapport finanzjarju tal-istituzzjoni.
L-istituzzjonijiet għandu jkollhom ukoll politiki fis-seħħ biex jivverifikaw li d-divulgazzjonijiet tagħhom jikkomunikaw il-profil tar-riskju tagħhom b'mod komprensiv lil parteċipanti tas-suq. Meta l-istituzzjonijiet isibu li d-divulgazzjonijiet meħtieġa skont din il-Parti ma jikkomunikawx il-profil tar-riskju b'mod komprensiv lil parteċipanti tas-suq, għandhom jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni flimkien mal-informazzjoni meħtieġa li tkun divulgata taħt din il-Parti. Madankollu,, l-istituzzjonijiet għandhom jenħtieġu jiddivulgaw biss informazzjoni li tkun sinifikattiva u mhux riżervata jew kunfidenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 432.
Artikolu 432
Informazzjoni mhux sinifikattiva, proprjetarja jew kunfidenzjali
L-informazzjoni fid-divulgazzjonijiet għandha titqies bħala materjali meta l-ommissjoni jew ir-rappurtar skorrett tagħha jista' jibdel jew jinfluwenza l-valutazzjoni jew id-deċiżjoni ta' utent ta' dik l-informazzjoni li jiddependi fuqha bl-għan li jieħu deċiżjonijiet ekonomiċi.
L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar kif l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-materjalità b'rabta mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tat-Titoli II u III.
L-informazzjoni għandha titqies bħala proprjetarja għall-istituzzjonijiet meta d-divulgazzjoni pubblikament tagħha timmina l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom. L-informazzjoni proprjetarja tista' tinkludi informazzjoni dwar prodotti jew sistemi li tnaqqas il-valur tal-investimenti ta' istituzzjonijiet imsemmijin fiha, jekk tiġi kondiviża mal-kompetituri.
L-informazzjoni għandha titqies bħala kunfidenzjali meta l-istituzzjonijiet ikunu obbligati minn klijenti jew relazzjonijiet ta' kontropartijiet oħra li jżommu kunfidenzjali dik l-informazzjoni.
L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar kif l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-proprjetarjetà u l-kunfidenzjalità b'rabta mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tat-Titoli II u III.
Artikolu 433
Frekwenza u portata tad-divulgazzjonijiet
L-istituzzjonijiet għandhom jippubblikaw id-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt it-Titoli II u III bil-mod stipulat fl-Artikoli 433a, 443b u 433c.
Id-divulgazzjonijiet annwali għandhom jiġu pubblikati fl-istess data bħad-data li fiha l-istituzzjonijiet jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom jew kemm jista' jkun malajr warajha.
Id-divulgazzjonijiet semiannwali u trimestrali għandhom jiġu pubblikati fl-istess data bħad-data li fiha l-istituzzjonijiet jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom għall-perijodu korrispondenti fejn applikabbli jew kemm jista' jkun malajr warajha.
Kwalunkwe dewmien bejn id-data ta' pubblikazzjoni tad-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt din il-Parti u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji rilevanti għandu jkun raġonevoli u, fi kwalunkwe każ, ma għandux jaqbeż il-limitu ta' żmien stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 106 tad-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 433a
Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet kbar
Istituzzjonijiet kbar għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni deskritta hawn taħt bil-frekwenza li ġejja:
l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt din il-Parti fuq bażi annwali;
fuq bażi semiannwali l-informazzjoni msemmija fi:
il-punt (a) tal-Artikolu 437;
punt (e) tal-Artikolu 438;
il-punti (e) sa (l) tal-Artikolu 439;
Artikolu 440;
il-punti (c), (e), (f) u (g) tal-Artikolu 442;
punt (e) tal-Artikolu 444;
Artikolu 445;
il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 448(1);
il-punti (j) sa (l) tal-Artikolu 449;
il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 451(1);
l-Artikolu 451a(3);
il-punt (g) tal-Artikolu 452;
il-punti (f) sa (j) tal-Artikolu 453;
il-punti (d), (e) u (g) tal-Artikolu 455;
fuq bażi trimestrali l-informazzjoni msemmija fi:
il-punti (d), u (h) tal-Artikolu 438;
il-metrika ewlenija msemmija fl-Artikolu 447;
l-Artikolu 451a(2).
B'deroga mill-paragrafu 1, istituzzjonijiet kbar ħlief G-SIIs li jkunu istituzzjonijiet mhux elenkati għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni deskritta hawn taħt bil-frekwenza li ġejja:
l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt din il-Parti fuq bażi annwali;
il-metrika ewlenija msemmija fl-Artikolu 447 fuq bażi semiannwali.
Artikolu 433b
Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi
Istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni deskritta hawn taħt bil-frekwenza li ġejja:
fuq bażi annwali l-informazzjoni msemmija fi:
il-punti (a), (e) u (f) tal-Artikolu 435(1);
il-punt (d) tal-Artikolu 438;
il-punti (a) sa (d), (h), (i), (j) tal-Artikolu 450(1);
fuq bażi semiannwali il-metrika ewlenija msemmija fl-Artikolu 447.
Artikolu 433c
Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet oħra
Istituzzjonijiet li ma jkunux soġġetti għall-Artikolu 433a jew 433b għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni deskritta hawn taħt bil-frekwenza li ġejja:
l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt din il-Parti fuq bażi annwali;
il-metrika ewlenija msemmija fl-Artikolu 447 fuq bażi semiannwali.
B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, istituzzjonijiet oħra li jkunu istituzzjonijiet mhux elenkati għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fuq bażi annwali:
il-punti (a), (e) u (f) tal-Artikolu 435(1);
il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 435(2);
il-punt (a) tal-Artikolu 437;
il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 438;
il-metrika ewlenija msemmija fl-Artikolu 447;
il-punti (a) sa (d), (h) sa (k) tal-Artikolu 450(1).
Artikolu 434
Mezzi ta' divulgazzjonijiet
Artikolu 434a
Formati ta' divulgazzjoni uniformi
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw formati ta' divulgazzjoni uniformi, u struzzjonijiet assoċjati li f'konformità magħhom għandhom isiru d-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt it-Titoli II u III.
Dawk il-formati ta' divulgazzjoni uniformi għandhom jikkomunikaw informazzjoni komprensiva u komparabbli biżżejjed għall-utenti ta' dik l-informazzjoni biex jivvalutaw il-profili tar-riskju tal-istituzzjonijiet u l-grad ta' konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet Wieħed sa Sebgħa. Biex jiffaċilitaw il-komparabbiltà tal-informazzjoni, l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandu jkollhom l-għan li jżommu l-konsistenza tal-formati ta' divulgazzjoni ma' standards internazzjonali dwar id-divulgazzjonijiet.
Il-formati ta' divulgazzjoni uniformi għandhom ikunu tabulari fejn adatt.
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
TITOLU II
KRITERJI TEKNIĊI DWAR TRASPARENZA U DIVULGAZZJONI
Artikolu 435
Divulgazzjoni ta' objettivi u politiki tal-ġestjoni tar-riskju
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-objettivi u l-politiki ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom għal kull kategorija separata ta' riskju, inkluż ir-riskji msemmijin f'dan it-Titolu. Dawk id-divulgazzjonijiet għandhom jinkludu:
l-istrateġiji u l-proċessi għall-ġestjoni ta' dawk il-kategoriji ta' riskji;
l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju rilevanti inkluż l-informazzjoni fuq il-bażi tal-awtorità tagħha, is-setgħat u r-responsabbiltà tagħha f'konformità mad-dokumenti ta' inkorporazzjoni u regolazzjoni tal-istituzzjoni;
il-portata u n-natura tas-sistemi tar-rappurtar u kejl tar-riskji;
il-politiki għall-hedging u l-mitigazzjoni tar-riskju, u l-istrateġiji u l-proċessi għall-monitoraġġ tal-effettività kontinwa tal-hedges u l-mitiganti;
dikjarazzjoni approvata mill-korp maniġerjali dwar l-adegwatezza ta' arranġamenti tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni rilevanti li tiggarantixxi li s-sistemi ta' ġestjoni tar-riskju fis-seħħ ikunu adegwati fir-rigward tal-profil u l-istrateġija tal-istituzzjoni;
dikjarazzjoni tar-riskju konċiża approvata mill-korp maniġerjali li fil-qosor tiddeskrivi l-profil ġenerali tar-riskju tal-istituzzjoni rilevanti assoċjat mal-istrateġija tan-negozju; dik id-dikjarazzjoni għandha tinkludi:
il-proporzjonijiet u ċ-ċifri ewlenin li jipprovdu lill-partijiet ikkonċernati esterni idea komprensiva tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni, inkluż kif il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni jinteraġixxi mat-tolleranza tar-riskju stabbilita mill-korp maniġerjali;
informazzjoni dwar tranżazzjonijiet intragrupp u tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati li jista' jkollhom impatt materjali tal-profil tar-riskju tal-grupp konsolidat.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' arranġamenti dwar il-governanza:
in-numru ta' direttorati miżmuma minn membri tal-korp maniġerjali;
il-politika ta' reklutaġġ għall-għażla ta' membri tal-korp maniġerjali u l-għarfien, il-ħiliet u l-għarfien espert proprju tagħhom;
il-politika dwar id-diversità fir-rigward tal-għażla ta' membri tal-korp maniġerjali, l-objettivi tagħha u kwalunkwe mira rilevanti stipulata f'dik il-politika, u kemm ikunu nkisbu dawk l-objettivi u l-miri;
jekk l-istituzzjoni stabbilixxietx jew le kumitat separat tar-riskju u kemm-il darba ltaqa' l-kumitat tar-riskju;
id-deskrizzjoni tal-fluss ta' informazzjoni dwar ir-riskju għall-korp maniġerjali.
Artikolu 436
Divulgazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ġej:
isem l-istituzzjoni li għaliha japplika dan ir-Regolament;
rikonċiljazzjoni bejn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati mħejjija f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati mħejjija f'konformità mar-rekwiżiti dwar il-konsolidazzjoni regolatorja skont it-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed; dik ir-rikonċiljazzjoni għandha tiddeskrivi d-differenzi bejn l-ambitu tal-kontabbiltà u dak regolatorju tal-konsolidazzjoni u l-entitajiet legali inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja meta jkun differenti mill-ambitu tal-konsolidazzjoni tal-kontabbiltà; il-qafas tal-entitajiet legali inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja għandu jiddeskrivi l-metodu ta' konsolidazzjoni regolatorja meta jkun differenti mill-metodu ta' konsolidazzjoni tal-kontabbiltà, jekk dawk l-entitajiet ikunux konsolidati bis-sħiħ jew b'mod proporzjonali u jekk il-holdings f'dawk l-entitajiet legali jitnaqqsux mill-fondi proprji;
diżaggregazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati mħejjija f'konformità mar-rekwiżiti dwar il-konsolidazzjoni regolatorja skont it-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed, diżaggregati skont it-tip ta' riskji kif imsemmi taħt din il-Parti;
rikonċiljazzjoni li tidentifika s-sorsi ewlenin ta' differenzi bejn l-ammonti ta' valur riportat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji skont l-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja kif definit fit-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed, u l-ammont ta' skopertura użat għal finijiet regolatorji; dik ir-rikonċiljazzjoni għandha tiġi supplimentata minn informazzjoni kwalitattiva dwar dawk is-sorsi ewlenin ta' differenzi;
għal skoperturi mill-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar li jkunu aġġustati f'konformità mal-Artikolu 34 u l-Artikolu 105, diżaggregazzjoni tal-ammonti tal-elementi kostitwenti ta' aġġustament prudenti tal-valwazzjoni tal-istituzzjoni, skont it-tip ta' riskji, u t-total ta' elementi kostitwenti b'mod separat għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar;
kwalunkwe impediment sinifikattiv, prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront ta' fondi proprji jew ta' ripagament tal-obbligazzjonijiet bejn l-impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha;
l-ammont aggregat li skontu l-fondi proprji attwali jkunu inqas minn dak meħtieġ fis-sussidjarji kollha mhux inklużi fil-konsolidazzjoni, u l-isem jew l-ismijiet ta' dawk is-sussidjarji;
fejn applikabbli, iċ-ċirkostanzi li fihom isir użu mid-deroga msemmija fl-Artikolu 7 jew il-metodu ta' konsolidazzjoni individwali stabbilit fl-Artikolu 9.
Artikolu 437
Divulgazzjoni ta' fondi proprji
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-fondi proprji tagħhom:
rikonċiljazzjoni tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, l-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali, l-elementi ta' Grad 2 u l-filtri u t-tnaqqis applikati għall-fondi proprji tal-istituzzjoni skont l-Artikoli 32 sa 36, 56, 66 u 79 mal-karta tal-bilanċ fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tal-istituzzjoni;
deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u dawk ta' Grad 1 Addizzjonali u l-istrumenti ta' Grad 2 maħruġa mill-istituzzjoni;
it-termini u l-kondizzjonijiet sħaħ tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, dawk ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 kollha;
divulgazzjoni separata tan-natura u l-ammonti ta' dawn li ġejjin:
kull filtru prudenzjali applikat skont l-Artikoli 32 sa 35;
elementi mnaqqsa skont l-Artikoli 36, 56 u 66;
elementi mhux imnaqqsa skont l-Artikoli 47, 48, 56, 66 u 79;
deskrizzjoni tar-restrizzjonijiet kollha applikati għall-kalkolu ta' fondi proprji f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-istrumenti, il-filtri prudenzjali u t-tnaqqis li japplikaw għalihom dawk ir-restrizzjonijiet;
spjegazzjoni dettaljata tal-bażi li fuqha jiġu kalkulati proporzjonijiet kapitali fejn dawk il-proporzjonijiet kapitali jiġu kalkulati billi jintużaw elementi ta' fondi proprji determinati fuq bażi ħlief il-bażi stabbilita f'dan ir-Regolament.
Artikolu 437a
Divulgazzjoni ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Artikolu 92a jew 92b għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-fondi proprji jew l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom:
il-kompożizzjoni tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom, il-maturità tagħhom u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom;
il-klassifikazzjoni tal-obbligazzjonijiet eliġibbli fil-ġerarkija tal-kredituri;
l-ammont totali ta' kull ħruġ ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli msemmi fl-Artikolu 72b u l-ammont ta' dak il-ħruġ li jiġi inkluż fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli fi ħdan il-limiti speċifikati fl-Artikolu 72b(3) u (4);
l-ammont totali ta' obbligazzjonijiet esklużi msemmi fl-Artikolu 72a(2).
Artikolu 438
Divulgazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji u l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-Artikolu 92 ta' dan ir-Regolament u mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 73 u l-punt(a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE:
sommarju tal-approċċ tagħhom għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern tagħhom għall-appoġġ ta' attivitajiet attwali u futuri;
l-ammont tar-rekwiżiti tal-fondi proprji addizzjonali bbażat fuq il-proċess ta' rieżami superviżorju kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE u l-kompożizzjoni tiegħu f'termini ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 addizzjonali u ta' Grad 2;
fuq talba mill-awtorità kompetenti rilevanti, ir-riżultat tal-proċess ta' valutazzjoni interna dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-istituzzjoni;
l-ammont totali tal-iskopertura ponderata għar-riskju u r-rekwiżit korrispondenti tal-fondi proprji totali determinat f'konformità mal-Artikolu 92, li għandhom jiġu diżaggregati skont il-kategoriji ta' riskju differenti stipulati fil-Parti Tlieta u, fejn applikabbli, spjegazzjoni tal-effett fuq il-kalkolu ta' ammonti ta' fondi proprji u ta' skoperturi ponderati għar-riskju li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' limiti kapitali u minn li ma jitnaqqsux elementi mill-fondi proprji;
l-iskoperturi li jidhru fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, l-ammonti ta' skopertura ponderata u t-telf mistenni assoċjat għal kull kategorija ta' self speċjalizzat imsemmija fit-Tabella 1 tal-Artikolu 153(5) u l-iskoperturi li jidhru fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju għall-kategoriji ta' skoperturi ta' ekwità stipulati fl-Artikolu 155(2);
il-valur tal-iskopertura u l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju tal-istrumenti ta' fondi proprji miżmuma fi kwalunkwe impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpannija holding ta' assigurazzjoni li l-istituzzjonijiet ma jnaqqsux mill-fondi proprji tagħhom f'konformità mal-Artikolu 49 meta jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' kapital tagħhom fuq bażi individwali, subkonsolidata u konsolidata;
ir-rekwiżit supplimentari ta' fondi proprji u l-proporzjon ta' adegwatezza tal-kapital tal-konglomerat finanzjarju kalkulati f'konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/87/KE u l-Anness I ta' dik id-Direttiva fejn jiġi applikat il-metodu 1 jew 2 stipulat f'dak l-Anness;
il-varjazzjonijiet fl-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju tal-perijodu tad-divulgazzjoni attwali meta mqabbel mal-perijodu tad-divulgazzjoni immedjatament preċedenti li jirriżultaw mill-użu ta' mudelli interni, inkluż deskrizzjoni tal-motivaturi ewlenin li jispjegaw dawk il-varjazzjonijiet.
Artikolu 439
Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu ta' kontroparti
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-iskopertura tagħhom għal riskju ta' kreditu tal-kontroparti kif imsemmi fil-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta:
deskrizzjoni tal-metodoloġija użata biex tassenja limiti interni tal-kapital u l-kreditu għall-iskoperturi ta' kreditu tal-kontroparti, inkluż il-metodi biex jassenjaw dawk il-limiti lil skoperturi għal kontropartijiet ċentrali;
deskrizzjoni ta' politiki relatati ma' garanziji u mitiganti oħra tar-riskju ta' kreditu, bħall-politiki għall-iżgurar ta' kollateral u l-istabbiliment ta' riservi tal-kreditu;
deskrizzjoni ta' politiki fir-rigward ta' Riskju Ġenerali ta' Korrelazzjoni Ħażina u Riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Ħażina kif definiti fl-Artikolu 291;
l-ammont ta' kollateral li l-istituzzjoni jkollha tipprovdi jekk il-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħha titbaxxa;
l-ammont ta' kollateral segregat u mhux segregat riċevut u depożitat għal kull tip ta' kollateral, diżaggregat ulterjorment bejn kollateral użat għal derivattivi u tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli;
għal tranżazzjonijiet ta' derivattivi, il-valuri ta' skopertura qabel u wara l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kif determinat skont il-metodi stipulati fit-Taqsimiet 3 sa 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, skont liema metodu jkun applikabbli, u l-ammonti ta' skopertura tar-riskju assoċjat diżaggregat skont il-metodu applikabbli;
għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, il-valuri ta' skopertura qabel u wara l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kif determinat skont il-metodi stipulati fil-Kapitoli 4 u 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, skont liema metodu jintuża, u l-ammonti ta' skopertura tar-riskju assoċjat diżaggregati skont il-metodu applikabbli;
il-valuri ta' skopertura wara l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu u l-iskoperturi tar-riskju assoċjat għall-imposta kapitali tal-aġġustament ta' valutazzjoni tal-kreditu b'mod separat għal kull metodu kif stipulat fit-Titolu VI tal-Parti Tlieta;
il-valur ta' skopertura għal kontropartijiet ċentrali u l-iskoperturi tar-riskju assoċjat fl-ambitu tat-Taqsima 9 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, b'mod separat għall-kontropartijiet ċentrali kwalifikanti u mhux kwalifikanti, u diżaggregati skont it-tipi ta' skoperturi;
l-ammonti nozzjonali u l-valur ġust ta' tranżazzjonijiet ta' derivattivi tal-kreditu; It-tranżazzjonijiet ta' derivattivi tal-kreditu għandhom jiġu diżaggregati skont it-tip ta' prodott; fi ħdan kull tip ta' prodott, it-tranżazzjonijiet ta' derivattivi tal-kreditu għandhom jiġu diżaggregati ulterjorment skont il-protezzjoni ta' kreditu mixtrija u l-protezzjoni ta' kreditu mibjugħa;
l-istima tal-alpha meta l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess tal-awtoritajiet kompetenti biex tuża l-istima tal-alpha tagħha stess f'konformità mal-Artikolu 284(9);
b'mod separat, l-iskoperturi inklużi fil-punt (e) tal-Artikolu 444 u l-punt (g) tal-Artikolu 452;
għall-istituzzjonijiet li jużaw il-metodi stipulati fit-Taqsimiet 4 sa 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, id-daqs tan-negozju tad-derivattivi tagħhom li jidher fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ kif kalkulat skont l-Artikolu 273a(1) u (2), kif applikabbli.
Fejn il-bank ċentrali ta' Stat Membru jipprovdi l-assistenza ta' likwidità fil-forma ta' tranżazzjonijiet ta' swap kollaterali, l-awtorità kompetenti tista' teżenta l-istituzzjonijiet mir-rekwiżit fil-punti (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu meta dik l-awtorità' kompetenti tqis li d-divulgazzjoni tal-informazzjoni msemmija fihom tista' tikxef li ġiet ipprovduta assistenza ta' likwidità ta' emerġenza. Għal dawk il-finijiet, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi livelli limiti adatti u kriterji objettivi.
Artikolu 440
Divulgazzjoni ta' buffers kapitali kontroċikliċi
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-rekwiżit għal buffer kapitali kontroċikliku kif imsemmi fil-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE:
id-distribuzzjoni ġeografika tal-ammonti ta' skopertura u l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi tal-kreditu tagħha użati bħala bażi għall-kalkolu tal-buffer kapitali kontroċikliku tagħhom;
l-ammont tal-buffer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni tagħhom.
Artikolu 441
Divulgazzjoni tal-indikaturi ta' importanza sistemika globali
Il-G-SIIs għandhom jiddivulgaw, fuq bażi annwali, il-valuri tal-indikaturi użati biex jiddeterminaw il-punteġġ tagħhom f'konformità mal-metodoloġija ta' identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 442
Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu u riskju ta' dilwizzjoni
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-iskoperturi tagħhom għar-riskju ta' kreditu u r-riskju ta' dilwizzjoni:
il-kamp ta' applikazzjoni u d-definizzjonijiet li jużaw għal finijiet ta' kontabbiltà ta' ''wara d-data tal-għeluq'' u ''danneġġati'' u d-differenzi, jekk ikun hemm, bejn id-definizzjonijiet ta' ''wara d-data tal-għeluq'' u ''awtomatiċi'' għal finijiet ta' kontabbiltà u regolatorji;
deskrizzjoni tal-approċċi u l-metodi adottati għad-determinazzjoni ta' aġġustamenti fir-riskju ta' kreditu speċifiku u ġenerali;
informazzjoni dwar l-ammont u l-kwalità ta' skoperturi produttivi, improduttivi u mrażżna għal self, titolizzazzjonijiet tad-dejn u skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, inkluż l-indeboliment akkumulat relatat tagħhom, id-dispożizzjonijiet u l-bidliet negattivi fil-valur ġust minħabba r-riskju tal-kreditu u l-ammonti ta' kollateral u garanziji finanzjarji riċevuti;
analiżi tal-età tal-kontabbiltà ta' skoperturi wara d-data ta' għeluq;
l-ammonti gross riportati ta' skoperturi kemm inadempjenti kif ukoll mhux inadempjenti, l-aġġustamenti speċifiċi u ġenerali akkumulati tar-riskju tal-kreditu, it-tħassir akkumulat magħmul kontra dawk l-iskoperturi u l-ammonti netti riportati u d-distribuzzjoni tagħhom skont iż-żona ġeografika u t-tip ta' industrija u għal self, titolizzazzjonijiet tad-dejn u skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ;
kwalunkwe bidla fl-ammont gross ta' skoperturi inadempjenti li jidher fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, inkluż, bħala minimu, informazzjoni dwar il-ftuħ u l-għeluq ta' bilanċi ta' dawk l-iskoperturi, l-ammont gross ta' kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi mreġġa' lura għal status ta' mhux inadempjenti jew soġġetti għal tħassir;
id-diżaggregazzjoni ta' self u titoli tad-dejn skont il-maturità residwa.
Artikolu 443
Divulgazzjoni ta' assi aggravati u ta' assi mhux aggravati
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar l-assi aggravati u ta' assi mhux aggravati tagħhom. Għal dawk il-finijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-ammont riportat għal kull klassi ta' skopertura diżaggregat skont il-kwalità tal-assi u l-ammont totali tal-ammont riportat li jkun aggravat u mhux aggravat. Id-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar assi aggravati u mhux aggravati ma għandhiex tiżvela assistenza ta' likwidità ta' emerġenza pprovduta minn banek ċentrali.
Artikolu 444
Divulgazzjoni tal-użu tal-approċċ standardizzat
L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja għal kull waħda mill-klassijiet ta' skopertura stipulati fl-Artikolu 112:
l-ismijiet tal-ECAIs u l-ECAs nominati u r-raġunijiet għal kwalunkwe bidla f'dawk in-nominazzjonijiet tul il-perijodu tad-divulgazzjoni;
il-klassijiet ta' skopertura li għalihom tintuża kull ECAI jew ECA;
deskrizzjoni tal-proċess użat biex jittrasferixxi lill-emittent u joħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq elementi mhux inklużi fil-portafoll tan-negozjar;
l-assoċjazzjoni tal-klassifikazzjoni esterna ta' kull ECAI jew ECA nominata bil-ponderazzjonijiet tar-riskju li jikkorrispondu għall-klassi tal-mertu tal-kreditu kif stipulat fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, filwaqt li jittieħed kont li mhuwiex neċessarju li tiġi divulgata dik l-informazzjoni meta l-istituzzjonijiet jikkonformaw mal-assoċjazzjoni standard pubblikata mill-ABE;
il-valuri ta' skopertura wara l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat ma' kull klassi tal-mertu tal-kreditu kif stipulat fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, skont il-klassijiet ta' skopertura, kif ukoll il-valuri ta' skopertura mnaqqsa mill-fondi proprji.
Artikolu 445
Divulgazzjoni ta' skoperturi għar-riskju tas-suq
L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom f'konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 92(3) għandhom jiddivulgaw dawk ir-rekwiżiti b'mod separat għal kull riskju msemmi f'dawk il-punti. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku tar-rata tal-imgħax tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni għandhom jiġu divulgati b'mod separat.
Artikolu 446
Divulgazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju operazzjonali
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-ġestjoni tar-riskju operazzjonali tagħhom:
l-approċċi għall-valutazzjoni ta' rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali li tikkwalifika għalihom l-istituzzjoni;
meta l-istituzzjoni tagħmel użu minnha, deskrizzjoni tal-metodoloġija stipulata fl-Artikolu 312(2), li għandha tinkludi diskussjoni tal-fatturi interni u esterni rilevanti li qed jiġu kunsidrati fl-approċċ avvanzat ta' kejl tal-istituzzjoni;
fil-każ ta' użu parzjali, il-portata u l-kopertura tal-metodoloġiji differenti użati.
Artikolu 447
Divulgazzjoni tal-metrika ewlenija
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-metrika ewlenija li ġejja f'format tabulari:
il-kompożizzjoni tal-fondi proprji tagħhom u r-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom kif kalkulat f'konformità mal-Artikolu 92;
l-ammont totali ta' skopertura għar-riskju kif kalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3);
fejn applikabbli, l-ammont u l-kompożizzjoni ta' fondi proprji addizzjonali li l-istituzzjonijiet jenħtieġu li jżommu f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
ir-rekwiżit għal buffer kombinat tagħhom li l-istituzzjonijiet jenħtieġu li jżommu f'konformità mal-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE;
il-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħhom u l-kejl tal-iskopertura totali kif kalkulat f'konformità mal-Artikolu 429;
l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom kif kalkulat f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1):
il-medja jew il-medji, kif applikabbli, tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom ibbażati fuq l-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12 il-xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
il-medja jew il-medji, kif applikabbli, ta' assi likwidi totali, wara l-applikazzjoni tal-haircuts rilevanti, inklużi fir-riżerva ta' likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), ibbażati fuq l-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12 il-xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
il-medji tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità, tal-flussi ta' dħul u l-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tagħhom kif ikkalkulati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), abbażi tal-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12 il-xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tar-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett tagħhom kif kalkulat f'konformità mat-Titolu IV tal-Parti Sitta:
il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett fl-aħħar ta' kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
il-finanzjament stabbli disponibbli fl-aħħar ta' kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
il-finanzjament stabbli meħtieġ fl-aħħar ta' kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
il-proporzjonijiet tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom u l-komponenti, in-numeratur u d-denominatur tagħhom, kif kalkulati f'konformità mal-Artikoli 92a u 92b u diżaggregati fil-livell ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni fejn applikabbli.
Artikolu 448
Divulgazzjoni tal-iskoperturi għar-riskju tar-rata tal-imgħax fuq pożizzjonijiet mhux miżmuma fil-portafoll tan-negozjar
Mit-28 ta' Ġunju 2021, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva li ġejja dwar ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati ta' imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll l-introjtu mill-imgħax nett tal-attivitajiet fil-portafoll mhux kummerċjali tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 84 u l-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE:
il-bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità kalkulati skont is-sitt xenarji ta' xokk superviżorji msemmijin fl-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE għall-perijodi ta' divulgazzjoni attwali u preċedenti;
il-bidliet fl-introjtu mill-imgħax nett kalkulati skont iż-żewġ xenarji ta' xokk superviżorji msemmijin fl-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE għall-perijodi ta' divulgazzjoni attwali u preċedenti;
deskrizzjoni ta' suppożizzjonijiet ta' mudellar u parametriċi ewlenin, ħlief dawk imsemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 98(5a) tad-Direttiva 2013/36/UE użati biex jikkalkulaw bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità u fl-introjtu mill-imgħax nett meħtieġ skont il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu;
spjegazzjoni tas-sinifikat tal-miżuri ta' riskju divulgati skont il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu u ta' kwalunkwe varjazzjoni sinifikanti ta' dawk il-miżuri ta' riskju mid-data ta' referenza tad-divulgazzjoni preċedenti;
id-deskrizzjoni ta' kif l-istituzzjonijiet jiddefinixxu, ikejlu, jimmitigaw u jikkontrollaw ir-riskju tar-rata tal-imgħax tal-attivitajiet tagħhom fil-portafoll mhux tan-negozjar għall-finijiet tar-rieżami tal-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 84 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż:
deskrizzjoni tal-miżuri tar-riskju speċifiku li l-istituzzjonijiet jużaw biex jevalwaw bidliet fil-valur ekonomiku tagħhom tal-ekwità u fl-introjtu mill-imgħax nett tagħhom;
deskrizzjoni tas-suppożizzjonijiet ta' mudellar u parametriċi ewlenin użati fis-sistemi ta' kejl interni tal-istituzzjonijiet li jkunu differenti mis-suppożizzjonijiet ta' mudellar u parametriċi komuni msemmijin fl-Artikolu 98(5a) tad-Direttiva 2013/36/UE għall-finijiet tal-kalkolu ta' bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità u fl-introjtu mill-imgħax nett, inkluż ir-raġunament wara dawk id-differenzi;
deskrizzjoni tax-xenarji ta' xokk tar-rata ta' imgħax li l-istituzzjonijiet jużaw biex jistmaw ir-riskju tar-rata tal-imgħax;
ir-rikonoxximent tal-effett ta' hedges kontra dawk ir-riskji ta' rata tal-imgħax, inkluż hedges interni li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 106(3);
deskrizzjoni ġenerali ta' kemm-il darba sseħħ l-evalwazzjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax;
id-deskrizzjoni tal-istrateġiji ġenerali għall-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju għal dawk ir-riskji;
il-maturità medja ta' pprezzar mill-ġdid u l-ogħla waħda assenjati għal depożiti mingħajr maturità.
Artikolu 449
Divulgazzjoni tal-iskoperturi għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni
L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju f'konformità mal-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità mal-Artikolu 337 jew 338 għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja b'mod separat għall-attivitajiet tal-portafoll tan-negozjar u l-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom:
deskrizzjoni tal-attivitajiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni tagħhom, inkluż l-objettivi tagħhom ta' ġestjoni tar-riskju u ta' investiment b'konnessjoni ma' dawk l-attivitajiet, ir-rwol tagħhom fit-tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni, jekk jużawx it-titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata (STS) kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 242, u sa fejn huma jużaw tranżazzjonijiet tat-titolizzazzjoni biex jittrasferixxu r-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi titolizzati lil partijiet terzi, fejn applikabbli, b'deskrizzjoni separata tal-politika tagħhom dwar trasferiment tar-riskju tat-titolizzazzjoni sintetika;
it-tip ta' riskji li jkunu esposti għalihom fl-attivitajiet tagħhom ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni skont il-livell ta' anzjanità tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni rilevanti filwaqt li jipprovdu distinzjoni bejn pożizzjonijiet STS u dawk non-STS u:
r-riskju ritenut fi tranżazzjonijiet awtooriġinati;
ir-riskju mġarrab fir-rigward ta' tranżazzjonijiet oriġinati minn partijiet terzi;
l-approċċi tagħhom għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju li japplikaw għall-attivitajiet ta' titolizzazzjoni tagħhom, inkluż it-tipi ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li għalihom japplika kull approċċ u b'distinzjoni bejn pożizzjonijiet STS u dawk non-STS;
lista ta' SSPEs li jaqgħu fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin, b'deskrizzjoni tat-tipi tagħhom ta' skoperturi għal dawk l-SSPEs, inkluż kuntratti tad-derivattivi:
SSPEs li jakkwistaw skoperturi oriġinati mill-istituzzjonijiet;
SSPEs sponsorjati mill-istituzzjonijiet;
SSPEs jew entitajiet legali oħra li għalihom l-istituzzjonijiet jipprovdu servizzi relatati mat-titolizzazzjoni, bħal servizzi ta' konsulenza, ta' manutenzjoni tal-assi jew ta' ġestjoni;
SSPEs inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' konsolidazzjoni regolatorja tal-istituzzjonijiet;
lista ta' kwalunkwe entità legali li fir-rigward tagħha l-istituzzjonijiet ikunu ddivulgaw li pprovdew appoġġ f'konformità mal-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;
lista ta' entitajiet legali affiljati mal-istituzzjonijiet u li jinvestu f'titolizzazzjonijiet oriġinati mill-istituzzjonijiet jew f'pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni maħruġa minn SSPEs sponsorjati mill-istituzzjonijiet;
sommarju tal-politiki ta' kontabbiltà tagħhom għall-attività ta' titolizzazzjoni, inkluż fejn rilevanti distinzjoni bejn pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni;
l-ismijiet tal-ECAIs użati għat-titolizzazzjonijiet u t-tipi ta' skopertura li għalihom tintuża kull aġenzija;
fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-Approċċ ta' Valutazzjoni Interna kif stipulat fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, inkluż l-istruttura tal-proċess ta' valutazzjoni interna u r-relazzjoni bejn il-valutazzjoni interna u l-klassifikazzjonijiet esterni tal-ECAI rilevanti divulgata f'konformità mal-punt (h), il-mekkaniżmi ta' kontroll għall-proċess ta' valutazzjoni interna inkluż diskussjoni tal-indipendenza, ir-responsabbiltà, u l-analiżi tal-proċess ta' valutazzjoni interna, it-tipi ta' skoperturi li għalihom jiġi applikat il-proċess ta' valutazzjoni interna u l-fatturi ta' stress użati biex jiddeterminaw il-livelli ta' titjib tal-kreditu;
b'mod separat għall-portafoll tan-negozjar u l-portafoll mhux tan-negozjar, l-ammont riportat ta' skoperturi titolizzati, inkluż informazzjoni dwar jekk l-istituzzjonijiet ikunux ittrasferixxew riskju tal-kreditu sinifikanti f'konformità mal-Artikoli 244 u 245, li għalih l-istituzzjonijiet jaġixxu bħala oriġinatur, sponsor jew investitur, b'mod separat għal titolizzazzjonijiet tradizzjonali u sintetiċi, u għal tranżazzjonijiet STS u non-STS u diżaggregati skont it-tip ta' skoperturi titolizzati;
għall-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar, l-informazzjoni li ġejja:
l-ammont aggregat ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni fejn l-istituzzjonijiet jaġixxu bħala oriġinatur jew sponsor u l-assi ponderati għar-riskju assoċjat u r-rekwiżiti ta' kapital minn approċċi regolatorji, inkluż skoperturi mnaqqsa minn fondi proprji jew ponderati għar-riskju fil-livell ta' 1 250 %, diżaggregat bejn titolizzazzjonijiet tradizzjonali u sintetiċi u bejn skoperturi ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni, b'mod separat għall-pożizzjonijiet STS u non-STS, u diżaggregat ulterjorment f'numru sinifikanti ta' faxex ta' rekwiżiti ta' ponderazzjoni għar-riskju jew ta' kapital, u minn approċċ użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' kapital;
l-ammont aggregat ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni meta l-istituzzjonijiet jaġixxu ta' investitur u l-assi ponderati għar-riskju assoċjat u r-rekwiżiti ta' kapital minn approċċi regolatorji, inkluż skoperturi mnaqqsa minn fondi proprji jew ponderati għar-riskju fil-livell ta' 1 250 %, diżaggregat bejn titolizzazzjonijiet tradizzjonali u sintetiċi, pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni, u pożizzjonijiet STS u non-STS, u diżaggregat ulterjorment f'numru sinifikanti ta' faxex ta' rekwiżiti ta' ponderazzjoni għar-riskju jew ta' kapital, u minn approċċ użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' kapital;
għal skoperturi titolizzati mill-istituzzjoni, l-ammont ta' skoperturi inadempjenti u l-ammont ta' aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu li saru mill-istituzzjoni matul il-perijodu attwali, diżaggregat skont it-tip ta' skopertura.
Artikolu 449a
Divulgazzjoni ta' riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza (riskji ESG)
Mit-28 ta' Ġunju 2022, istituzzjonijiet kbar li jkunu ħarġu titoli ammessi għan-negozjar f'suq regolat ta' kwalunkwe Stat Membru, kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar riskji ESG, inkluż riskji fiżiċi u riskji ta' transizzjoni, kif definiti fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 98(8) tad-Direttiva 2013/36/UE.
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tiġi divulgata fuq bażi annwali għall-ewwel sena u darbtejn fis-sena minn hemm ‘il quddiem.
Artikolu 450
Divulgazzjoni tal-politika ta' remunerazzjoni
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-politika u l-prattiki tagħhom ta' remunerazzjoni għal dawk il-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet:
informazzjoni dwar il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet użat biex jiddetermina l-politika ta' remunerazzjoni, kif ukoll in-numru ta' laqgħat li saru mill-korp ewlieni li jissorvelja r-remunerazzjoni matul is-sena finanzjarja, inkluż, fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-kompożizzjoni u l-mandat ta' kumitat tar-remunerazzjoni, il-konsulent estern li s-servizzi tiegħu ntużaw għad-determinazzjoni tal-politika ta' remunerazzjoni u r-rwol tal-partijiet ikkonċernati rilevanti;
informazzjoni dwar ir-rabta bejn il-paga tal-persunal u l-prestazzjoni tagħhom;
l-iktar karatteristiċi importanti tat-tfassil tas-sistema ta' remunerazzjoni, inkluż informazzjoni dwar il-kriterji użati għall-kejl tal-prestazzjoni u l-aġġustament tar-riskju, il-politika ta' differiment u l-kriterji ta' vestiment;
il-proporzjonijiet bejn remunerazzjoni fissa u varjabbli stabbiliti f'konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
informazzjoni dwar il-kriterji ta' prestazzjoni li fuqhom ikun ibbażat l-intitolament għal ishma, opzjonijiet jew komponenti varjabbli ta' remunerazzjoni;
il-parametri ewlenin u r-raġuni għal kwalunkwe skema ta' komponent varjabbli u kwalunkwe benefiċċju ieħor mhux fi flus kontanti;
informazzjoni kwantitattiva aggregata dwar ir-remunerazzjoni, diżaggregata skont il-qasam ta' negozju;
informazzjoni kwantitattiva aggregata dwar ir-remunerazzjoni, diżaggregata skont il-maniġment superjuri u l-membri tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet, li tindika dan li ġej:
l-ammonti ta' remunerazzjoni mogħtija għas-sena finanzjarja, maqsuma f'remunerazzjoni fissa inkluż deskrizzjoni tal-komponenti fissi, u remunerazzjoni varjabbli, u n-numru ta' benefiċjarji;
l-ammonti u l-forom ta' remunerazzjoni varjabbli mogħtija, maqsuma fi flus kontanti, ishma, strumenti relatati mal-ishma u tipi oħra b'mod separat għall-parti mħallsa bil-quddiem u l-parti diferita;
l-ammonti ta' remunerazzjoni differita mogħtija għal perijodi ta' prestazzjoni preċedenti, maqsuma fl-ammont dovut li jiġi vestit fis-sena finanzjarja u l-ammont dovut li jiġi vestit fi snin sussegwenti;
l-ammont ta' remunerazzjoni diferita dovuta li tiġi vestita fis-sena finanzjarja li titħallas matul is-sena finanzjarja, u li titnaqqas permezz ta' aġġustamenti tal-prestazzjoni;
l-għotjiet varjabbli garantiti ta' remunerazzjoni matul is-sena finanzjarja, u n-numru ta' benefiċjarji ta' dawk l-għotjiet;
il-ħlasijiet ta' terminazzjoni mogħtija f'perijodi preċedenti, li jkunu tħallsu matul is-sena finanzjarja;
l-ammonti ta' ħlasijiet tat-terminazzjoni mogħtija matul is-sena finanzjarja, maqsuma f'dawk imħallsa bil-quddiem u dawk diferiti, in-numru ta' benefiċjarji ta' dawk il-ħlasijiet u l-ogħla ħlas li jkun ingħata lil persuna waħda;
in-numru ta' individwi li ngħataw remunerazzjoni ta' EUR 1 miljun jew iktar f'sena finanzjarja, bir-remunerazzjoni ta' bejn EUR 1 miljun u EUR 5 miljuni diżaggregata f'faxex ta' ħlas ta' EUR 500 000 u bir-remunerazzjoni ta' EUR 5 miljun u iktar diżaggregata f'faxex ta' ħlas ta' EUR 1 miljun;
fuq talba mill-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti rilevanti, ir-remunerazzjoni totali għal kull membru tal-korp maniġerjali jew il-maniġment superjuri;
informazzjoni dwar jekk l-istituzzjoni tibbenefikax minn deroga stabbilita fl-Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2013/36/UE.
Għall-finijiet tal-punt (k) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet li jibbenefikaw mit-tali deroga għandhom jindikaw jekk jibbenefikawx minn dik id-deroga abbażi tal-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2013/36/UE. Huma għandhom jindikaw ukoll għal liema mill-prinċipji tar-remunerazzjoni japplikaw id-deroga/i, in-numru ta' membri tal-persunal li jibbenefikaw mid-deroga/i u r-remunerazzjoni totali tagħhom, maqsuma f'remunerazzjoni fissa u varjabbli.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu b'mod li jkun adatt għad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 ).
Artikolu 451
Divulgazzjoni tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja
L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Parti Sebgħa għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħhom kif kalkulat f'konformità mal-Artikolu 429 u l-ġestjoni tagħhom tar-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiv:
il-proporzjon ta' lieva finanzjarja u l-mod kif l-istituzzjonijiet japplikaw l-Artikolu 499(2);
diżaggregazzjoni tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikolu 429(4), kif ukoll rikonċiljazzjoni tal-miżura tal-iskopertura totali bl-informazzjoni rilevanti divulgata f'dikjarazzjonijiet finanzjarji pubblikati;
fejn applikabbli, l-ammont ta' skoperturi kkalkulati skont l-Artikoli 429(8), u 429a(1) u l-proporzjon ta' lieva finanzjarja aġġustat ikkalkolat skont l-Artikolu 429a(7);
deskrizzjoni tal-proċessi użati għall-ġestjoni tar-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiv;
deskrizzjoni tal-fatturi li kellhom impatt fuq il-proporzjon ta' lieva finanzjarja matul il-perijodu li jirreferi għalih il-proporzjon ta' lieva finanzjarja divulgat.
Artikolu 451a
Divulgazzjoni ta' rekwiżiti ta' likwidità
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom kif kalkulat f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1):
il-medja jew il-medji, kif applikabbli, tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom ibbażati fuq l-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12-il xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
il-medja jew il-medji, kif applikabbli, ta' assi likwidi totali, wara l-applikazzjoni tal-haircuts rilevanti, inkluż fir-riżerva ta' likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12-il xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti, u deskrizzjoni tal-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità;
il-medji tal-flussi ta' ħruġ u ta' dħul tal-likwidità u l-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tagħhom kif kalkulati f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12-il xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti u d-deskrizzjoni tal-kompożizzjoni tagħhom.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħhom kif kalkulat f'konformità mat-Titolu IV tal-Parti Sitta:
iċ-ċifri tal-aħħar tat-trimestru tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħhom kalkulati f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Parti Sitta għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
deskrizzjoni ġenerali tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli kalkulat f'konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu IV tal-Parti Sitta;
deskrizzjoni ġenerali tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ kalkulat f'konformità mal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV tal-Parti Sitta.
TITOLU III
REKWIŻITI TA' KWALIFIKA GĦALL-UŻU TA' STRUMENTI JEW METODOLOĠIJI PARTIKOLARI
Artikolu 452
Divulgazzjoni tal-użu tal-Approċċ IRB għar-riskju tal-kreditu
L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ IRB għar-riskju ta' kreditu għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:
il-permess tal-awtorità kompetenti għall-approċċ jew it-transizzjoni approvata;
għal kull klassi ta' skopertura msemmija fl-Artikolu 147, il-perċentwal tal-valur tal-iskopertura totali ta' kull klassi ta' skopertura soġġett għall-Approċċ Standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta jew għall-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif ukoll il-parti ta' kull klassi ta' skopertura soġġett għal pjan ta' implimentazzjoni; meta l-istituzzjonijiet ikunu rċevew permess biex jużaw LGDs proprji u fatturi ta' konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju, għandhom jiddivulgaw b'mod separat il-perċentwal tal-valur tal-iskopertura totali ta' kull klassi ta' skopertura soġġett għal dak il-permess;
il-mekkaniżmi ta' kontroll għas-sistemi ta' klassifikazzjoni fl-istadji differenti ta' żvilupp, kontrolli u bidliet ta' mudellar, li għandhom jinkludu informazzjoni dwar:
ir-relazzjoni bejn il-funzjoni ta' maniġġar tar-riskju u l-funzjoni ta' awditu intern;
l-analiżi tas-sistemi ta' klassifikazzjoni;
il-proċedura biex tiżgura l-indipendenza tal-funzjoni inkarigata mill-analiżi tal-mudelli mill-funzjonijiet responsabbli għall-iżvilupp tal-mudelli;
il-proċedura biex tiżgura r-responsabbiltà tal-funzjonijiet inkarigati biex jiżviluppaw u janalizzaw il-mudelli;
ir-rwol tal-funzjonijiet involuti fl-iżvilupp, l-approvazzjoni u l-bidliet sussegwenti tal-mudelli ta' riskju tal-kreditu;
il-portata u l-kontenut ewlieni tar-rappurtar relatat mal-mudelli ta' riskju tal-kreditu;
deskrizzjoni tal-proċess ta' klassifikazzjoni interna skont il-klassi ta' skopertura, inkluż in-numru ta' mudelli ewlenin użati fir-rigward ta' kull portafoll u diskussjoni qasira tad-differenzi ewlenin bejn il-mudelli fl-istess portafoll, li tkopri:
id-definizzjonijiet, il-metodi u d-data għall-istima u l-validazzjoni ta' PD, li għandhom jinkludu informazzjoni dwar kif jiġu stmati PDs għal portafolli b'riskju baxx ta' inadempjenza, jekk ikunx hemm livelli minimi regolatorji u l-ixprunaturi għal differenzi osservati bejn PD u rati ta' inadempjenza reali mill-inqas għall-aħħar tliet perijodi;
fejn applikabbli, id-definizzjonijiet, il-metodi u d-data għall-istima u l-validazzjoni ta' LGD, bħall-metodi biex jikkalkulaw LGD ta' tnaqqis fir-ritmu tal-ekonomija, kif jiġu stmati LGDs għal portafoll b'riskju baxx ta' inadempjenza u l-ħin li jgħaddi bejn l-avveniment ta' inadempjenza u l-għeluq tal-iskopertura;
fejn applikabbli, id-definizzjonijiet, il-metodi u d-data għall-istima u l-validazzjoni ta' fatturi ta' konverżjoni, inkluż suppożizzjonijiet użati fid-derivazzjoni ta' dawk il-varjabbli;
kif applikabbli, l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' kull klassi ta' skopertura msemmija fl-Artikolu 147:
l-iskopertura gross tagħhom li tidher fil-karta tal-bilanċ;
il-valuri ta' skopertura li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom qabel il-fattur ta' konverżjoni rilevanti;
l-iskopertura tagħhom wara l-applikazzjoni tal-fattur ta' konverżjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu rilevanti;
kwalunkwe mudell, parametru jew input rilevanti għall-fehim tal-ponderazzjoni tar-riskju u l-ammonti ta' riskju ta' skopertura li jirriżultaw divulgati f'numru suffiċjenti ta' gradi ta' obbligant (inkluż inadempjenza) biex tippermetti differenzjazzjoni sinifikanti ta' riskju tal-kreditu;
b'mod separat għal dawk il-klassijiet ta' skopertura li fir-rigward tagħhom l-istituzzjonijiet ikunu rċevew permess li jużaw LGDs proprji u fatturi ta' konverżjoni għall-kalkolu ta' ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju, u għal skoperturi li għalihom l-istituzzjonijiet ma jużawx tali stimi, il-valuri msemmijin fil-punt (i), sa (iv) soġġett għal dak il-permess;
l-istimi tal-istituzzjonijiet ta' PDs kontra r-rata ta' inadempjenza attwali għal kull klassi ta' skopertura tul perijodu itwal, b'divulgazzjoni separata tal-medda ta' PD, l-ekwivalenti ta' klassifikazzjoni esterna, il-medja ponderata u dik aritmetika ta' PD, in-numru ta' obbliganti fi tmiem is-sena preċedenti u tas-sena taħt analiżi, in-numru ta' obbliganti inadempjenti inkluż l-obbliganti inadempjenti ġodda, u r-rata storika, medja, annwali ta' inadempjenza.
Għall-finijiet tal-punt (b) ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-valur ta' skopertura kif definit fl-Artikolu 166.
Artikolu 453
Divulgazzjoni tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu
L-istituzzjonijiet li jużaw tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:
il-karatteristiċi prinċipali tal-politiki u l-proċessi prinċipali għan-netting li jidher fil-karta tal-bilanċ u dak li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ u indikazzjoni li turi sa fejn l-istituzzjonijiet jagħmlu użu min-netting tal-karta tal-bilanċ;
il-karatteristiċi prinċipali tal-politiki u l-proċessi għall-evalwazzjoni u l-maniġġar ta' kollateral eliġibbli;
deskrizzjoni tat-tipi ewlenin ta' kollateral meħuda mill-istituzzjoni biex jimmitigaw ir-riskju tal-kreditu;
għal garanziji u derivattivi tal-kreditu użati bħala protezzjoni tal-kreditu, it-tipi ewlenin ta' garantur u kontroparti tad-derivattivi tal-kreditu u l-affidabbiltà tal-kreditu tagħhom użati għall-finijiet ta' tnaqqis tar-rekwiżiti ta' kapital, eskluż dawk użati bħala parti minn strutturi ta' titolizzazzjoni sintetika;
informazzjoni dwar konċentrazzjonijiet tar-riskju tas-suq jew ta' kreditu fil-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu meħuda;
għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat jew l-Approċċ IRB, il-valur tal-iskopertura totali mhux kopert mill-ebda protezzjoni ta' kreditu eliġibbli u l-valur tal-iskopertura totali kopert mill-protezzjoni ta' kreditu eliġibbli wara l-applikazzjoni ta' aġġustamenti tal-volatilità; id-divulgazzjoni stipulata f'dan il-punt għandha ssir b'mod separat mis-self u t-titolizzazzjoni tad-dejn u tinkludi diżaggregazzjoni tal-iskoperturi inadempjenti;
il-fattur ta' konverżjoni korrispondenti u l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat mal-iskopertura u l-inċidenza ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu bl-effett ta' sostituzzjoni u mingħajru;
għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat, il-valur ta' skopertura li jidher u dak li ma jidhirx fil-karti tal-bilanċ skont il-klassi ta' skopertura qabel u wara l-applikazzjoni ta' fatturi ta' konverżjoni u kwalunkwe mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat;
għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat, l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju u l-proporzjon bejn dak l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju u l-valur ta' skopertura wara l-applikazzjoni tal-fattur tal-konverżjoni korrispondenti u l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat mal-iskopertura; id-divulgazzjoni stipulata f'dan il-punt għandha ssir b'mod separat għal kull klassi ta' skopertura;
għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju taħt l-Approċċ IRB, l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju qabel u wara r-rikonoxximent tal-impatt ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu ta' derivattivi tal-kreditu; meta l-istituzzjonijiet ikunu rċevew permess biex jużaw l-LGDs proprji u l-fatturi ta' konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju, għandhom jagħmlu d-divulgazzjoni stipulata f'dan il-punt b'mod separat għall-klassijiet ta' skopertura soġġett għal dik il-permess.
Artikolu 454
Divulgazzjoni tal-użu tal-Approċċi Avvanzati ta' Kejl għar-riskju operazzjonali
L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċi Avvanzati ta' Kejl stipulati fl-Artikoli 321 sa 324 għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju operazzjonali għandhom jiddivulgaw deskrizzjoni tal-użu tagħhom ta' assigurazzjoni u ta' mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju għall-fini ta' mitigazzjoni ta' dak ir-riskju.
Artikolu 455
Użu tal-mudelli interni tar-riskju tas-suq
L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' kapital tagħhom skont l-Artikolu 363 għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:
għal kull subportafoll kopert:
il-karatteristiċi tal-mudelli użati;
fejn applikabbli, għall-mudelli interni għar-riskju inkrimentali ta' inadempjenza u ta' migrazzjoni u għan-negozjar ta' korrelazzjoni, il-metodoloġiji użati u r-riskji kkalkulati permezz tal-użu ta' mudell intern inkluż deskrizzjoni tal-approċċ użat mill-istituzzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-perijodi ta' likwidità, il-metodoloġiji użati sabiex tinkiseb valutazzjoni tal-kapital li hija konsistenti mal-istandard ta' solidità meħtieġ u l-approċċi użati fil-validazzjoni tal-mudell;
deskrizzjoni tal-ittestjar għal stress applikat għas-subportafoll;
deskrizzjoni tal-approċċi użati għall-ittestjar b'lura u l-validazzjoni tal-preċiżjoni u l-konsistenza tal-mudelli interni u l-proċessi ta' mudellar;
l-ambitu tal-permess mill-awtorità kompetenti;
deskrizzjoni tal-firxa u l-metodoloġiji għall-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 104 u 105;
l-ogħla, l-inqas u l-valur medju ta' dawn li ġejjin:
il-kalkoli ta' kuljum tal-valur fir-riskju tul il-perijodu tar-rappurtar u fi tmiem il-perijodu tar-rappurtar;
il-kalkoli tal-valur fir-riskju taħt stress tul il-perijodu tar-rappurtar u fi tmiem il-perijodu tar-rappurtar;
in-numri ta' riskju għar-riskju ta' inadempjenza inkrimentali u ta' migrazzjoni u għar-riskju speċifiku tal-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni fuq il-perijodu ta' rappurtar u fi tmiem il-perijodu tar-rappurtar;
l-elementi tar-rekwiżit għall-fondi proprji kif speċifikati fl-Artikolu 364;
il-perijodu ta' likwidità medja ponderata għal kull subportafoll kopert mill-mudelli interni għar-riskju inkrimentali ta' inadempjenza u ta' migrazzjoni u għan-negozjar ta' korrelazzjoni;
tqabbil tal-kalkoli tal-valur fir-riskju fi tmiem il-ġurnata ta' kull ġurnata mal-bidliet ta' ġurnata waħda fil-valur tal-portafoll sa tmiem il-jum ta' xogħol sussegwenti flimkien ma' analiżi ta' kull qbiż importanti fil-valur matul il-perijodu ta' rappurtar.
PARTI DISGĦA
ATTI DDELEGATI U ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI
Artikolu 456
Atti ddelegati
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 462, dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
jiġu ċċarati d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 5, 142, 153, 192, 242, 272, 300, 381 u 411 sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament;
jiġu ċċarati d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 5, 142, 153, 192, 242, 272, 300, 381 u 411sabiex jitqiesu, fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;
emenda fil-lista tal-klassijiet ta’ skopertura fl-Artikoli 112 u 147 sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;
l-ammont speċifikat fil-punt (c) tal-Artikolu 123, l-Artikolu 147(5)(a), l-Artikolu 153(4) u l-Artikolu 162(4), sabiex jitqiesu l-effetti tal-inflazzjoni;
il-lista u klassifikazzjoni tal-punti barra l-karta tal-bilanċ fl-Annessi I u II, sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;
▼M9 —————
emendar tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji kif stipulat fl-Artikoli 301 sa 311 ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli 50a sa 50d tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 biex jittieħed kont ta’ żviluppi jew emendi għall-istandards internazzjonali għall-iskoperturi għal kontroparti ċentrali;
kjarifika tat-termini msemmija fir-rinunzji li jinsabu fl-Artikolu 400;
emendar tal-kalkolu kapitali u l-kalkolu tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja msemmija fl-Artikolu 429(2) sabiex jiġi kkoreġut kwalunkwe nuqqas misjub fuq il-bażi ta’ rappurtar imsemmi fl-Artikolu 430(1) qabel ma l-proporzjon ta’ lieva finanzjarja jkun irid jiġi ppubblikat mill-istituzzjonijiet kif stabbilit fl-Artikolu 451(1)(a);
l-emendi għar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti fit-Titoli II u III tal-Parti Tmienja biex jittieħed kont ta' żviluppi jew emendi tal-istandards internazzjonali dwar id-divulgazzjoni.
L-ABE għandha tissorvelja r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta’ aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu u sal-1 ta’ Jannar 2015 għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jivvaluta:
it-trattament tar-riskju ta’ CVA bħala tariffa indipendenti minflok komponent intergrat tal-qafas tar-riskju tas-suq;
il-kamp ta' applikazzjoni tat-tariffa tar-riskju ta’ CVA inkluża l-eżenzjoni fl- Artikolu 482;
koperturi eliġibbli;
il-kalkolu ta’ rekwiżiti ta' kapital tar-riskju ta’ CVA.
Abbażi ta' dak ir-rapport u fejn is-sejbiet huma b'tali mod li jkun meħtieġ li l-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa tadotta att iddelegat skont l-Artikolu 462 biex temenda l-Artikolu 381, l-Artikolu 382(1) sa (3) u l-Artikoli 383 sa 386 li jikkonċernaw dawk l-elementi.
Artikolu 457
Aġġustamenti u korrezzjonijiet tekniċi
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 462, sabiex tagħmel aġġustamenti u korrezzjonijiet tekniċi tal-elementi li mhumiex essenzjali fid-dispożizzjonijiet li ġejjin sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-prodotti jew l-attivitajiet finanzjarji ġodda, sabiex tagħmel aġġustamenti b’kont meħud tal-iżviluppi wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament f’atti leġislattivi oħra tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji u l-kontabbiltà inklużi l-istandards tal-kontabbiltà bbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002:
ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kreditu stabbiliti fl-Artikoli 111 sa 134, u fl-Artikoli 143 sa 191;
l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikoli 193 sa 241;
ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għal titolizzazzjoni stipulati fl-Artikoli 242 sa 270a;
ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji ta’ kreditu tal-kontroparti skont l-Artikoli 272 sa 311;
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operattiv stabbiliti fl-Artikoli 315 sa 324;
ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq stabbiliti fl-Artikoli 325 sa 377;
ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-saldu stabbiliti fl-Artikoli 378 u 379;
ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu stabbiliti fl-Artikoli 383, 384 u 386;
Il-Parti Tnejn u l-Artikolu 430 biss bħala riżultat tal-iżviluppi fl-istandards tal-kontabbiltà jew ir-rekwiżiti li jqisu l-atti leġislattivi tal-Unjoni.
Artikolu 458
Riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat fil-livell ta' Stat Membru
In-notifika għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin u tinkludi, fejn adatt, evidenza kwantitattiva jew kwalitattiva rilevanti dwar:
il-bidliet fl-intensità ta' riskju makroprudenzjali jew sistemiku;
ir-raġunijiet għalfejn tali bidliet jistgħu joħolqu theddida għall-istabbiltà finanzjarja fil-livell nazzjonali jew għall-ekonomija reali;
spjegazzjoni dwar għaliex l-awtorità tqis li l-għodod makroprudenzjali stipulati fl-Artikoli 124 u 164 ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli 133 u 136 tad-Direttiva 2013/36/UE jkunu inqas adatti u effettivi biex jittrattaw dawk ir-riskji milli l-abbozz ta' miżuri nazzjonali msemmija fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu;
l-abbozz ta' miżuri nazzjonali għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament, jew subsett ta' dawk l-istituzzjonijiet, maħsuba għall-mitigazzjoni tal-bidliet fl-intensità ta' riskju u dwar:
il-livell ta' fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 92;
ir-rekwiżiti għal skoperturi kbar stabbiliti fl-Artikolu 392 u l-Artikoli 395 sa 403;
rekwiżiti ta' likwidità stabbiliti fil-Parti Sitta;
ponderazzjonijiet tar-riskju għall-individwar ta' bżieżaq spekulattivi ta' assi fis-settur tal-proprjetà residenzjali u tal-proprjetà immobbli kummerċjali;
ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika stabbiliti fil-Parti Tmienja;
il-livell tal-buffer ta' konservazzjoni tal-kapital stabbilit fl-Artikolu 129 tad-Direttiva 2013/36/UE; jew
skoperturi fi ħdan is-settur finanzjarju;
spjegazzjoni dwar għalfejn l-abbozz ta' miżuri jitqiesu mill-awtorità nominata f'konformità mal-paragrafu 1 li jkunu adatti, effettivi u proporzjonati biex jindirizzaw is-sitwazzjoni; u
valutazzjoni tal-impatt pożittiv jew negattiv probabbli tal-abbozz ta' miżuri dwar is-suq intern ibbażata fuq informazzjoni li tkun disponibbli għall-Istat Membru konċernat.
Il-BERS u l-ABE għandhom, fi żmien xahar minn meta jirċievu n-notifika msemmija fil-paragrafu 2, jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) ta' dak il-paragrafu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru konċernat.
Filwaqt li jittieħed l-akbar kont possibbli tal-opinjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu u jekk ikun hemm evidenza robusta, qawwija u dettaljata li l-miżura jkollha impatt negattiv fuq is-suq intern li tegħleb il-benefiċċji tal-istabbiltà finanzjarja li jirriżultaw fi tnaqqis tar-riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat, il-Kummissjoni tista', fi żmien xahar, tipproponi lill-Kunsill att ta' implimentazzjoni li jirrifjuta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali.
Fin-nuqqas ta' proposta tal-Kummissjoni f'dak il-perijodu ta' xahar, l-Istat Membru konċernat jista' b'mod immedjat jadotta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali għal perijodu ta' mhux aktar minn sentejn jew sal-waqt meta ir-riskju makroprudenzjali jew sistemiku ma jibqax jeżisti jekk dan iseħħ qabel.
Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-proposta tal-Kummissjoni fi żmien xahar wara l-wasla tal-proposta u jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għar-rifjut jew le tal-abbozz ta' miżuri nazzjonali.
Il-Kunsill għandu jirrifjuta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali biss jekk jikkunsidra li waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin ma jintlaħqux:
il-bidliet fl-intensità ta' riskju makroprudenzjali jew sistemiku jkunu ta' tali natura li jkunu ta' riskju għall-istabbiltà finanzjarja fil-livell nazzjonali;
l-għodod makroprudenzjali stipulati f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE huma inqas adatti jew effettivi mill-abbozz ta' miżuri nazzjonali biex jittrattaw ir-riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat;
l-abbozz ta' miżuri nazzjonali ma jinvolvix effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha fi Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni kollha, li b'hekk jifforma jew joħloq ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern; u
il-kwistjoni tikkonċerna biss Stat Membru wieħed.
Il-valutazzjoni tal-Kunsill għandha tieħu kont tal-opinjoni tal-BERS u l-ABE u għandha tkun ibbażata fuq l-evidenza ppreżentata f'konformità mal-paragrafu 2 mill-awtorità nominata f'konformità mal-paragrafu 1.
Fin-nuqqas ta' att ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li jirrifjuta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali fi żmien xahar minn meta jirċievu l-proposta mill-Kummissjoni, l-Istat Membru konċernat jista' jadotta l-miżuri u japplikahom għal perijodu ta' mhux aktar minn sentejn jew sal-waqt meta ir-riskju makroprudenzjali jew sistemiku ma jibqax jeżisti jekk dan iseħħ qabel.
Artikolu 459
Rekwiżiti prudenzjali
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 462, sabiex timponi, għal perijodu ta’ sena, rekwiżiti prudenzjali aktar stretti għal skoperturi fejn dan huwa neċessarju sabiex jiġu indirizzati l-bidliet fl-intensità tar-riskji mikroprudenzjali u makroprudenzjali li jirriżultaw minn żviluppi fis-suq fl-Unjoni jew barra l-Unjoni li jaffettwaw lill-Istati Membri kollha, u fejn l-istrumenti ta' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw dawn ir-riskji, b'mod partikolari fuq ir-rakkomandazzjoni jew l-opinjoni tal-BERS jew l-ABE, dwar:
il-livell ta' fondi proprji stabbilit fl-Artikolu 92;
ir-rekwiżiti għal skoperturi kbar stabbiliti fl-Artikolu 392 u l-Artikoli 395 sa 403;
ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika stabbiliti fl-Artikoli 431 sa 455.
Mill-inqas darba fis-sena, il-Kummissjoni megħjuna mill-BERS, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar żviluppi tas-suq li potenzjalment jitolbu l-użu ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 460
Likwidità
B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-likwidità dettaljati għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(3), l-Artikoli 411 sa 416, 419, 422, 425, 428a, 428f, 428g, 428j sa 428n, 428p, 428r, 428s, 428w, 428ae, 428ag, 428ah, 428ak u 451a ta' dan ir-Regolament.
Ir-rekwiżit ta' kopertura għal-likwidità msemmi fl-Artikolu 412 għandu jiġi introdott f'konformità mal-introduzzjoni gradwali li ġejja:
60 % tar-rekwiżit ta' kopertura għal-likwidità fl-2015;
70 % mill-1 ta’ Jannar 2016;
80 % mill-1 ta’ Jannar 2017;
100 % mill-1 ta’ Jannar 2018.
Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tar-rapporti msemmijin fl-Artikolu 509(1), (2) u (3) u l-istandards internazzjonali żviluppati mill-fora internazzjonali kif ukoll l-ispeċifiċatijiet tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att iddelegat imsemmi fil-paragrafu 1 sat-30 ta’ Ġunju 2014. Dan għandu jidħol fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2014, iżda ma għandux japplika qabel l-1 ta’ Jannar 2015.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu sat-28 ta' Ġunju 2024.
Artikolu 461
Reviżjoni tal-introduzzjoni gradwali tar-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità
Fir-rapport tagħha, l-ABE għandha tivvaluta b'mod partikolari introduzzjoni diferita tal-istandard mimimu vinkolanti ta' 100 %, sal-1 ta’ Jannar 2019. Ir-rapport għandu jieħu kont tar-rapporti annwali msemmijin fl-Artikolu 509(1), id-data dwar is-suq rilevanti u r-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti kollha.
Għall-għanijiet ta' valutazzjoni tal-ħtieġa ta' diferiment il-Kummissjoni għandha tieħ kont tar-rapport u l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
Att iddelegat adottat f'konformità ma' dan l-Artikolu m'għandux japplika qabel l-1 ta’ Jannar 2018 u għandu jidħol fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2017.
Artikolu 461a
Approċċ standardizzat alternattiv għar-riskju tas-suq
Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ rappurtar previsti fl-Artikolu 430b(1), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 462, biex temenda dan ir-Regolament billi twettaq aġġustamenti tekniċi fl-Artikoli 325e, 325g sa 325j, 325p, 325q, 325ae, 325ai, 325ak, 325am, 325ap sa 325at, 325av, 325ax, u tispeċifika l-ponderazzjoni tar-riskju tal-bucket 11 tat-Tabella 4 fl-Artikolu 325ah u l-ponderazzjonijiet tar-riskju ta' bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu f'pajjiżi terzi f'konformità mal-Artikolu 325ah, u l-korrelazzjoni ta' bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu f'pajjiżi terzi f'konformità mal-Artikolu 325aj tal-approċċ standardizzat alternattiv stipulat fil-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, waqt li tqis l-iżviluppi fl-istandards regolatorji internazzjonali.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019.
Artikolu 462
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 463
Oġġezzjonijiet għall-istandards tekniċi regolatorji
Fejn il-Kummissjoni tadotta standard tekniku regolatorju skont dan ir-Regolament li jkun l-istess bħall-abbozz ta' standard tekniku regolatorju ppreżentat mill-ABE, il-perijodu li matulu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal dak l-istandard tekniku regolatorju għandu jkun xahar mid-data ta' notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perijodu għandu jiġi estiz b'xahar. Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, il-perijodu li matulu l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal dak l-istandard tekniku regolatorju jista', fejn adatt, jiġi estiż b'xahar ieħor.
Artikolu 464
Kumitat Bankarju Ewropew
PARTI GĦAXRA
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI, RAPPORTI, ANALIŻI U EMENDI
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI
KAPITOLU 1
Rekwiżiti ta' fondi proprji, qligħ mhux realizzat u telf imkejjel b'valur u tnaqqis ġust
Artikolu 465
Rekwiżiti ta' fondi proprji
Permezz ta’ deroga mill-punti (a) u (b) tal-Artikolu 92(1) għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji li ġejjin matul il-perijodu mill 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014:
proporzjon ta’ kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ livell li jaqa’ fil-medda ta’ 4 % sa 4,5 %;
proporzjon ta’ kapital ta' Grad 1 ta’ livell li jaqa’ fil-medda ta’ 5,5 % sa 6 %.
Artikolu 466
L-ewwel darba li jiġu applikati l-Istandards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju
B'deroga mill-Artikolu 24(2), l-awtoritajiet kompetent għandhom jagħtu lill-istituzzjonijiet li huma meħtieġa jwettqu l-valutazzjoni tal-assi u elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u d-determinazzjoni tal-fondi proprji f'konformità mal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà kif japplikaw skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 għall-ewwel darba fi żmien 24 xahar għall-implimentazzjoni tal-proċessi interni u r-rekwiżiti tekniċi meħtieġa.
▼M11 —————
Artikolu 468
Trattament temporanju ta’ qligħ u telf mhux realizzati mkejla b’valur ġust permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19
B’deroga mill-Artikolu 35, matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2022 (il-“perijodu tat-trattament temporanju”), l-istituzzjonijiet jistgħu jneħħu mill-kalkolu tal-entrati tagħhom ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni l-ammont A, determinat skont il-formula li ġejja:
fejn:
a |
= |
l-ammont ta’ qligħ u telf mhux realizzati akkumulati mill-31 ta’ Diċembru 2019 li tqiesu bħala “bidliet fil-valur ġust ta’ strumenti ta’ dejn imkejla b’valur ġust permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor” fil-karta tal-bilanċ, li jikkorrispondu għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali msemmija fl-Artikolu 115(2) ta’ dan ir-Regolament u għal entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 116(4) ta’ dan ir-Regolament, esklużi dawk l-assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (“Anness dwar l-IFRS 9”); u |
f |
= |
il-fattur applikabbli għal kull sena ta’ rappurtar tal-perijodu tat-trattament temporanju f’konformità mal-paragrafu 2. |
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi “f” li ġejjin biex jikkalkulaw l-ammont A msemmi fil-paragrafu 1:
1 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020;
0,7 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021;
0,4 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022.
Fejn istituzzjoni tneħħi ammont ta’ telf mhux realizzat mill-entrati tagħha tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tikkalkula mill-ġdid ir-rekwiżiti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE li huma kalkulati bl-użu ta’ kwalunkwe waħda mill-entrati li ġejjin:
l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jitnaqqas mill-elementi tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 36(1) jew ponderat skont ir-riskju f’konformità mal-Artikolu 48(4);
l-ammont tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu.
Meta jiġi kkalkulat mill-ġdid ir-rekwiżit rilevanti, l-istituzzjoni ma għandhiex tqis l-effetti li l-provvedimenti għat-telf ta’ kreditu mistenni relatati ma’ skoperturi għal gvernijiet ċentrali, għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali msemmija fl-Artikolu 115(2) ta’ dan ir-Regolament u għal entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 116(4) ta’ dan ir-Regolament, għajr dawk l-assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness fir-rigward tal-IFRS 9, ikollhom fuq dawk l-entrati.
Artikolu 469
Tnaqqis mill-elementi tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 36(1), matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, għandu japplika dan li ġej:
l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 il-perċentwal applikabbli speċifikat fl-Artikolu 478 tal-ammonti meħtieġa sabiex jitnaqqsu skont il-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 36(1), għajr l-assi tat-taxxa differita li jistrieħu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji;
l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 472 għall-ammonti reżidwi ta’ elementi li jeħtiġilhom jitnaqqsu skont il-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 36(1), għajr l-assi ta’ taxxa differita li jistrieħu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji;
l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 il-perċentwal applikabbli speċifikat fl-Artikolu 478 tal-ammont totali li jeħtieġlu jitnaqqas skont il-punti (c) u (i) tal-Artikolu 36(1) wara li jiġi applikat l-Artikolu 470;
l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 472(5) jew (11), kif applikabbli, għall-ammont reżidwu totali tal-elementi meħtieġa sabiex jitnaqqsu skont il-punti (c) u (i) tal-Artikolu 36(1) wara li jiġi applikat l-Artikolu 470.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-porzjon tal-ammont reżidwu totali msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1, li huwa soġġett għall-Artikolu 472(5), billi jinqasam l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
l-ammont tal-assi tat-taxxa differita li huma dipendenti fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 470(2);
is-somma tal-ammonti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 470(2).
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-porzjon tal-ammont reżidwu totali msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1 li huwa soġġett għall-Artikolu 472(11) billi jinqasam l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
l-ammont ta’ holdings diretti jew indiretti fl-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 470(2);
is-somma tal-ammonti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 470(2).
Artikolu 469a
Deroga mit-tnaqqis minn entrati ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni għal skoperturi improduttivi
B'deroga mill-punt (m) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet ma għandhomx inaqqsu mill-entrati ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni l-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti għal skoperturi improduttivi fejn l-iskopertura tkun oriġinat qabel is-26 ta' April 2019.
Fejn it-termini u l-kondizzjonijiet ta' skopertura li oriġinat qabel is-26 ta' April 2019 jiġu modifikati mill-istituzzjoni b'mod li jżid l-iskopertura tal-istituzzjoni lid-debitur, l-iskopertura għandha titqies li tkun ġiet oriġinata fid-data meta tapplika l-modifika u ma għandhiex tibqa' tiġi soġġetta għad-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 470
Eżenzjoni mit-tnaqqis mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 48(1), matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet ma għandhomx inaqqsu l-elementi elenkati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu li meta jkunu aggregati jiġu daqs jew inqas minn 15 % tal-elementi rilevanti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni:
assi tat-taxxa diferiti li jiddependu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji u li meta jkunu aggregati jkunu daqs jew inqas minn 10 % tal-element rilevanti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;
fejn istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju, il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni fl-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ dik l-entità li meta jkunu aggregati jiġu daqs jew inqas minn 10 % tal-elementi rilevanti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.
Artikolu 471
Eżenzjoni mit-Tnaqqis ta' Holdings ta' Ekwità f'Kumpanniji ta' Assigurazzjoni mill-Elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1
B'deroga mill-Artikolu 49(1), matul il-perijodu mill-31 ta' Diċembru 2018 sal-31 ta' Diċembru 2024, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li ma jnaqqsux holdings ta' ekwità f'impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni u kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (e) tal-Artikolu 49(1);
l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti bil-livell ta' kontroll tar-riskju u l-proċeduri tal-analiżi finanzjarja adottati speċifikament mill-istituzzjoni sabiex tissorvelja l-investiment fl-impriża jew kumpannija holding;
il-holdings ta' ekwità tal-istituzzjoni fl-impriża tal-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpannija holding tal-assigurazzjoni ma jkunux aktar minn 15 % tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità ta' assigurazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2012 u matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2024;
l-ammont ta' holding ta' ekwità li ma jitnaqqasx ma jkunx aktar mill-ammont miżmum fl-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 fl-impriża tal-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2012.
Artikolu 472
Elementi mhux imnaqqsa mill-Ekwità Komuni ta' Grad 1
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu ta’ telf tas-sena finanzjarja attwali msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 36(1):
telf li huwa materjali jiġi mnaqqas mill-elementi tal-Grad 1;
telf li mhuwiex materjali ma jiġix imnaqqas.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu ta’ holdings fl-istrumenti proprji ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 imsemmija fl-Artikolu 36(1)(f):
l-ammont ta’ holdings diretti jitnaqqas mill-elementi ta' Grad 1;
l-ammont ta’ holdings indiretti u sintetiċi, inklużi l-istrumenti proprji ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li l-istituzzjoni tista’ tkun obbligata tixtri minħabba obbligu kuntrattwali kontinġenti jew eżistenti, ma jitnaqqasx u huwa soġġett għal piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu ta’ holdings tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entità tas-settur finanzjarju fejn l-istituzzjoni għandha holdingst transversali reċiproċi ma’ dik l-entità msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 36(1):
fejn istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifkanti f’dik l-entità tas-settur finanzjarju, l-ammont tal-holding tagħha fl-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ dik l-entità huwa ttrattat bħala wieħed li jaqa’ taħt il-punt (h) tal-Artikolu 36(1);
fejn istituzzjoni għandha investiment sinifikanti f’dik l-entità tas-settur finanzjarju, l-ammont ta’ holdings tagħha fl-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ dik l-entità huwa ttrattat bħala wieħed li jaqa’ taħt il-punt (i) tal-Artikolu 36(1).
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammonti reżidwi tal-elementi msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 36(1):
l-ammonti meħtieġa jitnaqqsu li jirrelataw mal-holdings diretti jitnaqqsu nofs mill-elementi ta' Grad 1 u nofs mill-elementi ta' Grad 2;
l-ammonti li jirrelataw mal-holdings indiretti u sintetiċi mhumiex imnaqqsa u huma soġġetti għal piżjiet tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammonti reżidwi tal-elementi msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 36(1):
l-ammonti meħtieġa jitnaqqsu li jirrelataw mal-holdings diretti jitnaqqsu nofs mill-elementi ta' Grad 1 u nofs mill-elementi ta' Grad 2;
l-ammonti li jirrelataw mal-holdings indiretti u sintetiċi ma jitnaqqsux u huma soġġetti għal piżijiet tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.
Artikolu 473
Introduzzjoni tal-emendi għall-IAS 19
L-ammont applikabbli għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas mit-total derivat skont punt (a) is-somma derivata skont il-punt (b):
l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-assi tal-fondi jew pjanijiet ta' pensjonijiet b’benefiċċju definit tagħhom, kif applikabbli f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 ( 28 ) kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1205/2011 ( 29 ). L-istituzzjonijiet imbagħad għandhom inaqqsu mill-valuri ta' dawn l-assi l-valuri tal-obbligi taħt l-istess fondi jew pjanijiet determinati skont l-istess regoli ta' kontabbiltà;
l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valuri tal-assi tal-fondi jew pjanijiet ta' pensjonijiet b’benefiċċju definit tagħhom, kif applikabbli, skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1126/2008. L-istituzzjonijiet imbagħad għandhom inaqqsu mill-valuri ta' dawk l-assi, il-valuri tal-obbligazzjonijiet taħt l-istess fondi jew pjanijiet determinati skont l-istess regoli ta' kontabbiltà.
Għandhom japplikaw il-fatturi li ġejjin:
1 fil-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014;
0,8 fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015;
0,6 fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016;
0,4 fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017;
0,2 fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018.
Artikolu 473a
Introduzzjoni tal-IFRS 9
B’deroga mill-Artikolu 50 u sa tmiem il-perijodi tranżitorji stabbiliti fil-paragrafu 6 u 6a ta’ dan l-Artikolu, is-segwenti jistgħu jinkludu fil-kapital tagħhom tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni l-ammont ikkalkolat f’konformità ma’ dan il-paragrafu:
l-istituzzjonijiet li jħejju l-kontijiet tagħhom f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;
l-istituzzjonijiet li, skont l-Artikolu 24(2) ta’ dan ir-Regolament, iwettqu l-valutazzjoni tal-assi u l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali u d-determinazzjoni tal-fondi proprji f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;
l-istituzzjonijiet li jwettqu l-valutazzjoni tal-assi u l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali f’konformità mal-istandards tal-kontabbiltà skont id-Direttiva 86/635/KEE u li jużaw mudell tat-telf ta’ kreditu mistenni li huwa l-istess bħal dak li jintuża fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.
L-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’ dan li ġej:
għal skoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-ammont (ABSA) ikkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
A2,SA |
= |
l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 2; |
A4,SA |
= |
l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 4 abbażi tal-ammonti kkalkulati f’konformità mal-paragrafu 3; |
|
= |
is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2020; |
|
= |
is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2018 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard; |
f1 |
= |
il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6; |
f2 |
= |
il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6a; |
t1 |
= |
iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A2,SA; |
t2 |
= |
iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A4,SA; |
t3 |
= |
iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont; |
għal skoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-ammont (ABIRB) ikkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
A2,IRB |
= |
l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 2 li huwa aġġustat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 5; |
A4,IRB |
= |
l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 4 fuq il-bażi tal-ammonti kkalkulati f’konformità mal-paragrafu 3 li huma aġġustati f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-paragrafu 5; |
|
= |
is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament, fl-1 ta’ Jannar 2020. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta’ għal żero; |
|
= |
is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2018 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta’ għal żero; |
f1 |
= |
il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6; |
f2 |
= |
il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6a; |
t1 |
= |
iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A2,IRB; |
t2 |
= |
żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A4,IRB; |
t3 |
= |
iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont. |
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti A2,SA u A2,IRB imsemmija, rispettivament, fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 bħala l-ikbar ammont mill-ammonti fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu separament għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta:
żero;
l-ammont ikkalkulat skont il-punt (i) imnaqqas bl-ammont ikkalkulat skont il-punt (ii):
is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-IFRS 9 kif stipulat fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (“l-Anness dwar l-IFRS 9”)u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9 mill-1 ta’ Jannar 2018 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9;
l-ammont totali ta’ telf minn indeboliment fuq assi finanzjarji klassifikati bħala selfiet u riċevibbli, investimenti miżmuma sal-maturità u assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ, kif definit fil-paragrafu 9 tal-IAS 39, għajr strumenti ta’ ekwità u unitajiet jew ishma f’intrapriżi għal investiment kollettiv, iddeterminat f’konformità mal-paragrafi 63, 64, 65, 67, 68 u 70 tal-IAS 39 kif stipulat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 mill-31 ta’ Diċembru 2017 jew il-jum ta’ qabel id-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont li bih l-ammont imsemmi fil-punt (a) jaqbeż l-ammont imsemmi fil-punt (b) separatament għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta:
is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fid-data ta’ rapportar u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9;
is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9 u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2020 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard.
Għall-iskoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, meta l-ammont speċifikat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 3, wara l-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 5, jaqbeż l-ammont għal dawn l-iskoperturi kif speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 3, wara l-applikazzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 5, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu A4,IRB bħala ugwali għad-differenza bejn dawk l-ammonti, inkella dawn għandhom jistabbilixxu A4,IRB għal żero.
Għall-iskoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-paragrafi 2 sa 4 kif ġej:
għall-kalkolu ta’ A2,IRB l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu kull wieħed mill-ammonti kkalkulati f’konformità mal-punti (b) (i) u (ii) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu bis-somma tal-ammonti ta’ telf mistennija kkalkolati skont l-Artikolu 158(5), (6) u (10) mill-31 ta’ Diċembru 2017 jew il-jum ta’ qabel id-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9. Fejn għall-ammont imsemmi fil-punt (b)(i) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu l-kalkolu jirriżulta f’numru negattiv, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta’ dak l-ammont għal żero. Fejn għall-ammont imsemmi fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu l-kalkolu jirriżulta f’numru negattiv, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta’ dak l-ammont għal żero;
l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu bis-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament fid-data ta’ rapportar. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għal żero;
l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu bis-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2020 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament fl-1 ta’ Jannar 2020 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur tal-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għal żero.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi li ġejjin f1 biex jikkalkulaw l-ammonti ABSA u ABIRB imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 rispettivament:
0,7 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020;
0,5 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021;
0,25 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022;
0 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2024.
L-istituzzjonijiet li s-sena finanzjarja tagħhom tibda wara l-1 ta’ Jannar 2020 iżda qabel l-1 ta’ Jannar 2021 għandhom jaġġustaw id-dati fil-punti minn (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu sabiex dawn jikkorrispondu għas-sena finanzjarja tagħhom, għandhom jirrapportaw id-dati aġġustati lill-awtorità kompetenti tagħhom u għandhom jiżvelawhom pubblikament.
L-istituzzjonijiet li jibdew japplikaw standards tal-kontabbiltà kif imsemmi fil-paragrafu 1 fl-1 ta’ Jannar 2021 jew wara din id-data, għandhom japplikaw il-fatturi rilevanti f’konformità mal-punti minn (b) sa (d) tal-ewwel subparagrafu b’bidu mill-fattur li jikkorrispondi għas-sena tal-ewwel applikazzjoni ta’ dawk l-istandards tal-kontabbiltà.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi li ġejjin f2 biex jikkalkulaw l-ammonti ABSA u ABIRB imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 rispettivament:
1 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020;
1 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021;
0,75 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022;
0,5 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023;
0,25 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024.
L-istituzzjonijiet li s-sena finanzjarja tagħhom tibda wara l-1 ta’ Jannar 2020 iżda qabel l-1 ta’ Jannar 2021 għandhom jaġġustaw id-dati fil-punti minn (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu sabiex dawn jikkorrispondu għas-sena finanzjarja tagħhom, għandhom jirrapportaw id-dati aġġustati lill-awtorità kompetenti tagħhom u għandhom jiddivulgawhom pubblikament.
L-istituzzjonijiet li jibdew japplikaw standards tal-kontabbiltà kif imsemmi fil-paragrafu 1 fl-1 ta’ Jannar 2021 jew wara din id-data, għandhom japplikaw il-fatturi rilevanti f’konformità mal-punti minn (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu b’bidu mill-fattur li jikkorrispondi għas-sena tal-ewwel applikazzjoni ta’ dawk l-istandards tal-kontabbiltà.
Fejn istituzzjoni tinkludi fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha ammont f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, din għandha tikkalkula mill-ġdid ir-rekwiżiti kollha stipulati f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE li jużaw xi waħda minn dawn l-entrati li ġejjin billi ma tiħux kont tal-effetti li l-provvedimenti għat-telf ta’ kreditu mistenni, li inkludiet fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha, ikollhom fuq dawn l-entrati:
l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jitnaqqas mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 36(1) jew ponderat skont ir-riskju f’konformità mal-Artikolu 48(4);
il-valur tal-iskopertura kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 111(1) fejn l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu li bihom għandu jitnaqqas il-valur tal-iskopertura għandhom jiġu multiplikati bil-fattur ta’ skalar (sf) li ġej:
fejn:
ABSA = l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1;
RASA = l-ammont totali tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu;
l-ammont ta’ entrati tal-Grad 2 ikkalkulat f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 62.
L-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu darba biss jekk jużawx il-kalkolu stipulat fil-punt (b) tal-paragrafu 7 jew il-kalkolu stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw id-deċiżjoni tagħhom.
Istituzzjoni li tkun iddeċidiet li tapplika l-arranġamenti tranżizzjonali stipulati f’dan l-Artikolu tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax il-paragrafu 4, f’liema każ għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha sal-1 ta’ Frar 2018. F’tali każ, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi A4,SA, A4,IRB, , , t2 u t3 imsemmija fil-paragrafu 1 għal żero. Fejn istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, hija tista’ tbiddel id-deċiżjoni tagħha matul il-perijodu tranżizzjonali. L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw pubblikament kwalunkwe deċiżjoni meħuda f’konformità ma’ dan is-subparagrafu
Istituzzjoni li tkun iddeċidiet li tapplika l-arranġamenti tranżizzjonali stipulati f’dan l-Artikolu tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax il-paragrafu 2, f’liema każ għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien. F’tali każ, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi A2,SA, A2,IRB u t1 imsemmija fil-paragrafu 1 għal żero. Istituzzjoni tista’ tirrevoka d-deċiżjoni tagħha matul il-perijodu tranżizzjonali sakemm tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA tal-inqas kull sena dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu mill-istituzzjonijiet taħt is-superviżjoni tagħhom.
Artikolu 474
Tnaqqis minn elementi ta’ Grad 1 Addizzjonali
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 56, matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, għandu japplika dan li ġej:
l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu mill-elementi Addizzjonali tal-Grad 1 l-perċentwal applikabbli speċifikat fl-Artikolu 478 tal-ammonti meħtieġa jitnaqqsu skont l-Artikolu 56;
l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 475 għall-ammonti reżidwi tal-elementi meħtieġa jitnaqqsu skont l-Artikolu 56.
Artikolu 475
Elementi mhux imnaqqsa mill-elementi Addizzjonali tal-Grad 1
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 56:
holdings diretti fi strumenti proprji Addizjonali tal-Grad 1 jitnaqqsu mill-elementi tal-Grad 1 skont il-valur fil-kontijiet;
holdings indiretti u sintetiċi ta’ strumenti proprji Addizzjonali tal-Grad 1, inklużi strumenti proprji Addizzjonali tal-Grad 1 li istituzzjoni tista’ tkun obbligata li tixtri minħabba obbligu kuntrattwali kontinġenti jew eżistenti, ma jitnaqqsux u huma ppeżati skont ir-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u soġġetti għar-rekwiżiti tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 56:
fejn istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju li magħha għandha holdings transversi reċiproċi, l-ammont ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi tagħha ta’ dawk l-istrumenti Addizzjonali tal-Grad 1 ta’ dik l-entità huwa ttrattat bħala wieħed li jaqa’ taħt il-punt (c) tal-Artikolu 56;
fejn l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju li magħha għandha holdings transversali reċiproċi, l-ammont ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi tagħha ta’ dawk l-istrumenti Addizzjonali tal-Grad 1 ta’ dik l-entità huwa ttrattat bħala wieħed li jaqa’ taħt il-punt (d) tal-Artikolu 56.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 56:
l-ammont relatat mal-holdings diretti meħtieġa sabiex jitnaqqsu skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 56 jitnaqqsu nofs mill-elementi tal-Grad 1 u nofs mill-elementi tal-Grad 2;
l-ammont relatat mal-holdings indiretti u sintetiċi meħtieġa sabiex jitnaqqsu skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 56 ma għandhomx jitnaqqsu u għandhom ikunu soġġetti għal piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 or 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għar-rekwiżiti tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.
Artikolu 476
Tnaqqis minn elementi ta’ Grad 2
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 66, matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, għandu japplika dan li ġej:
l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu mill-elementi tal-Grad 2 il-perċentwal applikabbli speċifikat fl-Artikolu 478 tal-ammonti meħtieġa jitnaqqsu skont l-Artikolu 66;
l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 477 għall-ammonti reżidwi meħtieġa jitnaqqsu skont l-Artikolu 66.
Artikolu 477
Tnaqqis minn elementi ta’ Grad 2
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 66:
holdings diretti tal-istrumenti proprji tal-Grad 2 jitnaqqsu skont il-valur fil-kontijiet mill-elementi tal-Grad 2;
holdings indiretti u sintetiċi fl-istrumenti proprji tal-Grad 2, inklużi dawk l-istrumenti proprji tal-Grad 2 li l-istituzzjoni tista’ tkun obbligata tixtri minħabba obbligu kuntrattwali eżistenti jew kontinġenti, ma jitnaqqsux u huma ppeżati skont ir-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u soġġetti għar-rekwiżiti tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 66:
fejn istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti fl-entità tas-settur finanzjarju li magħha jkollha holdings transversali reċiproċi, l-ammont ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi tagħha tal-istrumenti tal-Grad 2 tal-entità huwa ttrattat bħala wieħed li jaqa’ taħt il-punt (c) tal-Artikolu 66;
fejn l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju li magħha jkollha holdings transversali reċiproċi, l-ammont ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti tal-Grad 2 ta’ dik l-entità tas-settur finanzjarju huwa ttrattat bħala wieħed li jaqa’ taħt il-punt (d) tal-Artikolu 66.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 66:
l-ammont relatat mal-holdings diretti li huwa meħtieġ jitnaqqas skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 66 jitnaqqas nofs mill-elementi tal-Grad 1 u nofs mill-elementi tal-Grad 2;
l-ammont relatat mal-holdings indiretti u sintetiċi li huwa meħtieġ jitnaqqas skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 66 ma għandux jitnaqqas u huwa soġġett għal piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.
Artikolu 478
Perċentwali applikabbli għat-tnaqqis minn elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, Addizzjonali ta' Grad 1 u Grad 2
Il-perċentwal applikabbli għall-finijiet tal-Artikolu 468(4), il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 469, il-punt (a) tal-Artikolu 474 u l-punt (a) tal-Artikolu 476 għandhom jaqgħu fil-meded li ġejjin:
20 % sa 100 % għall-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014;
40 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015;
60 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016;
80 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, għall-elementi imsemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 36(1) li kienu jeżistu qabel l-1 ta' Jannar 2014, il-perċentwal applikabbli għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 469(1) għadu jaqa' fil-meded li ġejjin:
0 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014;
10 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015;
20 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016;
30 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017;
40 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018;
50 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019;
60 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta' Diċembru 2020;
70 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2021;
80 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta' Diċembru 2022;
90 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta' Diċembru 2023.
L-awtoritajiet kompetenti għandhomjiddeterminaw u jippubblikaw perċentwal applikabbli fil-meded speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 għal kull tnaqqis li ġej:
it-tnaqqis individwali meħtieġ skont il-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 36(1), għajr l-assi tat-taxxa differita li jistrieħu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji;
l-ammont aggregat tal-assi tat-taxxa differita li jistrieħu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji u l-elementi msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 36(1) li għandu jitnaqqas skont l-Artikolu 48;
kull tnaqqis li għandu jsir skont il-punti (b) sa (d) tal-Artikolu 56;
kull tnaqqis li għandu jsir skont il-punti (b) sa (d) tal-Artikolu 66.
Artikolu 479
Rikonoxximent fil-kapital konsolidat tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u elementi li ma jikkwalifikawx bħala interessi minoritarji
Permezz ta’ deroga mit-Titolu II tal-Parti Tnejn, matul il-perijodu 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, ir-rikonoxximent fil-fondi proprji konsolidati tal-elementi li jkunu jikkwalifikaw bħala riżervi konsolidati skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-Artikolu 65 tad-Direttiva 2006/48/KE li ma jikkwalifikawx bħala kapital konsolidat ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 għal kwalunkwe mir-raġunijiet li ġejjin għandu jiġi ddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu:
l-istrument ma jikkwalifikax bħala strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, u konsegwentement, id-dħul relatat miżmum u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma ma jikkwalifikawx bħala elementi konsolidati ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;
l-elementi ma jikkwalifikawx bħala riżultat tal-Artikolu 81(2);
l-elementi ma jikkwalifikawx għax sussidjarja mhijiex istituzzjoni jew entità li hija soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u din id-Direttiva 2013/36/UE minħabba l-liġi nazzjonali applikabbli;
l-elementi ma jikkwalifikawx għax is-sussidjarja mhijiex inkluża bis-sħiħ fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.
Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-perċentwali applikabbli għandhom jaqgħu fil-meded li ġejjin:
0 % sa 80 % għall-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014;
0 % sa 60 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015;
0 % sa 40 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016;
0 % sa 20 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 u sal-31 ta’ Diċembru 2017.
Artikolu 480
Rikonoxximent fil-fondi proprji konsolidati ta’ interessi minoritarji u l-kwalifikazzjoni ta’ kapital Addizzjonali tal-Grad 1 u l-Grad 2
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-fattur applikabbli għandu jaqa’ fil-meded li ġejjin:
0,2 sa 1 fil-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014;
0,4 sa 1 fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015;
0,6 sa 1 fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016; u
0,8 sa 1 fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017.
Artikolu 481
Filtri u tnaqqis addizzjonali
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-perċentwal applikabbli għandu jaqa’ fil-meded li ġejjin:
0 % sa 80 % għall-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014;
0 % sa 60 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015;
0 % sa 40 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016;
0 % sa 20 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 482
Kamp ta' applikazzjoni għat-transazzjonijiet ta' derivati mal-fondi tal-pensjonijiet
Fir-rigward ta' dawk it-transazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u applikat flimkien mal-arranġament tal-iskemi tal-pensjoni kif definit fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, l-istituzzjonijiet m'għandhomx jikkalkulaw ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għar-riskju ta' CVA kif previst fl-Artikolu 382(4)(c) ta’ dan ir-Regolament
KAPITOLU 2
Anterjorità tal-istrumenti kapitali
Artikolu 483
Anterjorità tal-istrumenti ta’ għajnuna mill-Istat
Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 26 sa 29, 51, 52, 62 u 63 matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, dan l-Artikolu japplika għall-istrumenti kapitali fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istrumenti nħarġu qabel 1 ta’ Jannar 2014;
l-istrumenti nħarġu fil-kuntest ta' miżuri ta' rikapitalizzazzjoni skont ir-regoli ta' għajnuna mill-Istat. Dment li parti mill-istrumenti jkunu sottoskritti privatament, huma jridu jinħarġu qabel it-30 ta’ Ġunju 2012 u flimkien ma' dawk il-partijiet li huma sottoskritti mill-Istat Membru;
l-istrumenti ġew ikkunsidrati kompatibbli mas-suq intern mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 107 tat-TFUE.
Fejn l-istrumenti jkunu sottoskritti kemm mill-Istat Membru kif ukoll minn investituri privati u jkun hemm tifdija parzjali tal-istrumenti sottoskritti mill-Istat Membru, sehem korrispondenti tal-parti tal-istrumenti sottoskritta privatament għandha tingħata anterjorità skont l-Artikolu 484. Meta l-istrumenti kollha sottoskritti mill-Istat Membru jkunu ġew mifdija, l-istrumenti sottoskritti minn investituri privati li jkun fadal għandhom jingħataw anterjorità skont l-Artikolu 484.
L-istrumenti li kkwalifikaw skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (a) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 minkejja dawn it-tnejn li ġejjin:
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament ma jkunux intlaħqu;
l-istrumenti nħarġu minn impriża msemmija fl-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament u ma ntlaħqux il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 28 ta' dan ir-Regolament, jew fejn applikabbli, l-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament.
L-istrumenti li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 skont l-ewwel subparagrafu ma jistgħux jikkwalifikaw bħala strumenti Ta' Grad 1 Addizzjonali jew strumenti ta' Grad 2 skont il-paragrafi 5 jew 7.
L-istrumenti li jikkwalifikaw bħala strumenti Ta' Grad 1 Addizzjonali skont l-ewwel subparagrafu ma jistgħux jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 jew strumenti ta' Grad 2 skont il-paragrafi 3 jew 7.
L-istrumenti li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 2 skont l-ewwel subparagrafu ma jistgħux jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 jew strumenti Ta' Grad 1 Addizzjonali skont il-paragrafi 3 jew 5.
Artikolu 484
Eliġibbiltà għall-anterjorità ta’ elementi li kkwalifikaw bħala fondi proprji skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għad-Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 485
Eliġibbilità għall-inklużjoni f'Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta' kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati ma' elementi li kkwalifikaw bħala fondi proprji taħt miżuri nazzjonali ta' traspożizzjoni għad-Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 486
Limiti għall-anterjorità ta’ elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2
L-ammont ta’ elementi msemmija fl-Artikolu 484(3) li għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 huwa limitat għall-perċentwal applikabbli tas-somma tal-ammonti speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu:
l-ammont nominali ta’ kapital imsemmi fl-Artikolu 484(3) li kienu nħarġu sal-31 ta’ Diċembru 2012;
il-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati mal-elementi msemmija fil-punt (a).
L-ammont ta’ elementi msemmija fl-Artikolu 484(4) li għandhom jikkwalifikaw bħala elementi Ta' Grad 1 Addizzjonali huwa limitat għall-perċentwal applikabbli multiplikat bir-riżultat tat-tnaqqis mis-somma tal-ammonti speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu tas-somma tal-ammonti speċifikati fil-punti (c) sa (f) ta' dan il-paragrafu:
l-ammont nominali tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 484(4), li jkunu għadhom maħruġin fil-31 ta’ Diċembru 2012;
il-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (a);
l-ammont ta’ strumenti msemmija fl-Artikolu 484(4) li fil-31 ta’ Diċembru 2012 jkunu qabżu l-limiti speċifikati fil-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (a) tal-Artikolu 66(1) u l-Artikolu 66(1a) tad-Direttiva 2006/48/KE;
il-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (c);
l-ammont nominali tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 484(4) li kienu nħarġu sal-31 ta’ Diċembru 2012 iżda li ma jikkwalifikawx bħala strumenti Ta' Grad 1 Addizzjonali skont l-Artikolu 489(4);
il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (e).
L-ammont ta’ elementi msemmija fl-Artikolu 484(5) li għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 huwa limitat għall-perċentwal applikabbli tar-riżultat ta’ tnaqqis mis-somma tal-ammonti speċifikati fil-punti (a) sa (d) ta' dan il-paragrafu tas-somma tal-ammonti speċifikati fil-punti (e) sa (h) ta' dan il-paragrafu:
l-ammont nominali tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 484(5) li jkunu għadhom maħruġin fil-31 ta’ Diċembru 2012;
il-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (a);
l-ammont nominali ta' kapital subordinat ta' self li jkun baqa' maħruġ fil-31 ta' Diċembru 2012, imnaqqas bl-ammont ◄ meħtieġ skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (c) tal-Artikolu 64(3) tad-Direttiva 2006/48/KE;
l-ammont nominali tal-elementi msemmija fl-Artikolu 484(5), għajr l-istrumenti u l-kapital subordinat ta’ self imsemmija fil-punti (a) u (c) ta’ dan il-paragrafu, li nħarġu qabel il-31 ta’ Diċembru 2012;
l-ammont nominali tal-istrumenti u l-elementi msemmija fl-Artikolu 484(5) li nħarġu qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 li qabżu l-limiti speċifikati fil-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (a) tal-Artikolu 66(1) tad-Direttiva 2006/48/KE;
il-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (e);
l-ammont nominali tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 484(5) li nħarġu qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 li ma jikkwalifikawx bħala elementi ta' Grad 2 skont l-Artikolu 490(4);
il-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (g).
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-perċentwali applikabbli msemmija fil-paragrafi 2 sa 4 għandhom jaqgħu fil-meded li ġejjin:
60 % sa 80 % matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014;
40 % sa 70 % matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015.
20 % sa 60 % matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016;
0 % sa 50 % matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017;<0
0 % sa 40 % matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018;
0 % sa 30 % matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019;
0 % sa 20 % matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2020;
0 % sa 10 % matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021;
Artikolu 487
Elementi esklużi mill-anterjorità fl-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 jew dawk ta' Grad 1 Addizzjonali f’elementi oħra ta’ fondi proprji
B’deroga mill-Artikoli 51, 52, 62 u 63, matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw l-elementi li ġejjin bħala elementi msemmija fl-Artikolu 484(5), sakemm l-inklużjoni tagħhom ma taqbiżx il-limitu tal-perċentwal applikabbli msemmi fl-Artikolu 486(4):
il-kapital, u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati, imsemmija fl-Artikolu 484(3) li huma esklużi mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 għax jaqbżu l-perċentwal applikabbli speċifikat fl-Artikolu 486(2);
l-istrumenti, u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati, imsemmija fl-Artikolu 484(4) li jaqbżu l-perċentwal applikabbli msemmi fl-Artikolu 486(3).
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 488
Amortizzazzjoni tal-elementi tal-anterjorità bħala elementi ta' Grad 2
L-elementi msemmija fl-Artikolu 484(5) li jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 imsemmija fl-Artikolu 484(5) jew l-Artikolu 486(4) għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 64.
Artikolu 489
Strumenti ibridi b’sejħa u inċentiva ta’ fidi
L-istrumenti għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti Ta' Grad 1 Addizzjonali jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi qabel l-1 ta’ Jannar 2013 biss;
l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa;
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52 jintlaħqu mill-1 ta’ Jannar 2013.
L-istrumenti għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti Ta' Grad 1 Addizzjonali bir-rikonoxximent tagħhom imnaqqas skont l-Artikolu 484(4) sad-data tal-maturità effettiva tagħhom u wara dik id-data għandhom jikkwalifikaw bħala elementi Ta' Grad 1 Addizzjonali mingħajr limitu sakemm:
l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara biss;
l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-elementi;
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52 jintlaħqu mid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti.
L-istrumenti ma għandhomx jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali u ma għandhomx ikunu soġġetti għall-Artikolu 484(4), minn 1 ta’ Jannar 2014 fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi bejn il-31 ta’ Diċembru 2011 u l-1 ta’ Jannar 2013;
l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti;
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52 ma ntlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti.
L-istrumenti għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali bir-rikonoxximent tagħhom imnaqqas skont l-Artikolu 484(4) sad-data tal-maturità effettiva tagħhom, u ma għandhomx jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali wara dik id-data, fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara biss;
l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti;
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52 ma ntlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti.
L-istrumenti għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali skont l-Artikolu 484(4) fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi qabel jew fil-31 ta’ Diċembru 2011 biss;
l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti;
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52 ma ntlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti.
Artikolu 490
Elementi ta' Grad 2 b’inċentiv ta’ fidi
L-elementi għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 2 sakemm:
l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi qabel l-1 ta’ Jannar 2013 biss;
l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa;
mill-1 ta’ Jannar 2013 jintlaħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63.
L-elementi għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 skont l-Artikolu 484(5) sad-data tal-maturità effettiva tagħhom, u wara dik id-data għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 mingħajr limitu, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara biss;
l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-elementi;
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 jintlaħqu mid-data tal-maturità effettiva tal-elementi.
L-elementi ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 mill-1 ta' Jannar 2014 fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi bejn il-31 ta’ Diċembru 2011 u l-1 ta’ Jannar 2013 biss;
l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-elementi;
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ma jintlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-elementi.
L-elementi għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 bir-rikonoxximent tagħhom imnaqqas skont l-Artikolu 484(5) sad-data tal-maturità effettiva tagħhom, u ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 wara dik id-data, meta:
l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara biss;
l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tagħhom;
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ma jintlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-elementi.
L-elementi għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 skont l-Artikolu 484(5) meta:
l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi qabel jew fil-31 ta’ Diċembru 2011 biss;
l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-elementi;
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ma jintlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-elementi.
Artikolu 491
Maturità effettiva
Għall-finijiet tal-Artikoli 489 u 490, il-maturità effettiva għandha tiġi ddeterminata kif ġej:
għall-elementi msemmija fil-paragrafi 3 u 5 ta’ dawk l-Artikoli, hija d-data tal-ewwel sejħa b’inċentiv ta’ fidi li sseħħ fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara;
għall-elementi msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dawk Artikoli, hija d-data tal-ewwel sejħa b’inċentiv ta’ fidi li sseħħ bejn il-31 ta’ Diċembru 2011 u l-1 ta’ Jannar 2013;
għall-elementi msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dawk l-Artikoli, hija d-data tal-ewwel sejħa b’inċentiv ta’ fidi qabel il-31 ta’ Diċembru 2011.
KAPITOLU 3
Dispożizzjonijiet transizzjonali għal żvelar ta' fondi proprji
Artikolu 492
Divulgazzjoni tal-fondi proprji
Matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni addizzjonali li ġejja dwar il-fondi proprji tagħhom:
in-natura u l-effett fuq il-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, il-kapital ta' Grad 1 Addizzjonali, il-kapital ta' Grad 2 u l-fondi proprji tal-filtri u t-tnaqqis individwali applikati skont l-Artikoli 467 sa 470, 474, 476 u 479;
l-ammonti ta’ interessi minoritarji u l-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali u l-Grad 2, u d-dħul miżmum u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati, maħruġa mis-sussidjarji li huma inklużi fil-kapital konsolidat ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, fil-kapital ta' Grad 1 Addizzjonali, fil-kapital ta' Grad 2 u fil-fondi proprji skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1;
l-effett fuq il-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, fuq il-kapital Ta' Grad 1 Addizzjonali, fuq il-kapital ta' Grad 2 u fuq il-fondi proprji tal-filtri u t-tnaqqis individwali applikati skont l-Artikolu 481;
in-natura u l-ammont tal-elementi li jikkwalifikaw bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, elementi ta' Grad 1 u elementi ta' Grad 2 minħabba l-applikazzjoni tad-derogi speċifikati fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
KAPITOLU 4
Skoperturi kbar, rekwiżiti ta' fondi proprji, lieva u l-minimi ta' Basel I
Artikolu 493
Dispożizzjonijiet tranżitorji għal skoperturi kbar
▼M9 —————
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 400 (2) u (3), ►C1 l-Istati Membri jistgħu, għal perijodu transizzjonali sad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe att legali wara l-analiżi f’konformità mal-Artikolu 507, iżda mhux wara l-31 ta' Diċembru 2028 jeżentaw kompletament jew parzjalment l-iskoperturi li ġejjin ◄ mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1):
bonds koperti li jaqgħu taħt l-Artikolu 129(1), (3) u (6);
elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri fejn dawk il-pretensjonijiet jingħataw piż ta’ riskju ta’ 20 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 u skoperturi oħra għal jew garantiti minn dawn il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali, pretensjonijiet li fuqhom jingħata piż ta’ riskju ta’ 20 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;
skoperturi, inkluż parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta' holdings, imġarrba minn istituzzjoni għall-impriża prinċipali tagħha, għal sussidjarji oħra ta' dik l-impriża prinċipali jew għas-sussidjarji tagħha stess u holdings kwalifikanti, sakemm dawk l-impriżi ma jkunux koperti mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata li għaliha tkun soġġetta l-istituzzjoni stess, f'konformità ma' dan ir-Regolament, id-Direttiva 2002/87/KE jew mal-istandards ekwivalenti fis-seħħ f'pajjiż terz.; skoperturi li ma jissodisfawx dawk il-kriterji, kemm jekk ikunu eżentati kif ukoll jekk ma jkunux eżentati mill-Artikolu 395(1) ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal parti terza;
elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra, inklużi l-parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta’ holdings, għal istituzzjonijiet reġjonali jew ċentrali ta’ kreditu fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu tappartjeni lil ’netwerk skont id-dispożizzjonijiet ġuridiċi jew statutorji u li jkunu responsabbli, skont dawn id-dispożizzjonijiet, għall-operazzjonijiet ta’ kklerjar ta’ flus fi ħdan in-netwerk;
elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra għal istituzzjonijiet ta’ kreditu mġarrba minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, li minnhom waħda topera fuq bażi mhux kompetittiva u li tipprovdi jew tiggarantixxi għoti ta' self skont programmi leġislattivi jew l-istatuti tagħha, biex tippromwovi oqsma speċifiċi tal-ekonomija taħt xi forma ta’ sorveljanza governattiva u restrizzjonijiet fuq l-użu tas-self, bil-kondizzjoni li l-iskoperturi rispettivi joriġinaw minn tali self li jkun mgħoddi lill-benefiċjarji permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew mill-garanziji fuq dan is-self;
elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq istituzzjonijiet, u espożizzjonijiet oħra għal istituzzjonijiet, dejjem jekk dawk l-espożizzjonijiet ma jikkostitwixxux il-fondi proprji ta’ istituzzjonijiet bħal dawn u ma jdumux aktar mill-jum tax-xogħol ta’ wara u li mhumiex denominati f’munita kummerċjali ewlenija;
elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq banek ċentrali fil-forma ta’ riżervi minimi meħtieġa miżmuma minn dawk il-banek ċentrali li jkunu denominati fil-muniti nazzjonali tagħhom;
elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali fil-forma ta’ rekwiżiti statutorji ta’ likwidità miżmuma f’titoli tal-gvern li huma denominati u ffinanzjati fil-muniti nazzjonali bil-kondizzjoni li, fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti, il-valutazzjoni tal-kreditu ta’ dawk il-gvernijiet ċentrali assenjati minn ECAI nominata tkun grad ta’ investiment;
50 % tad-dokumenti ta' kreditu b'riskju medju/baxx li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ u tal-faċilitajiet ta’ kreditu mhux miġbud b'riskju medju/baxx li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ imsemmija fl-Anness I u soġġett għall-qbil tal-awtoritajiet kompetenti, 80 % tal-garanziji barra mill-garanziji fuq self li għandhom bażi ġuridika jew regolatorja u jingħataw għall-membri tagħhom bi skemi ta’ garanzija reċiproka li għandhom status ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu;
il-garanziji legalment meħtieġa li jintużaw meta self b'ipoteka ffinanzjat permezz tal-ħruġ ta' bonds ta’ ipoteki jitħallas lill-mutwatarju tal-ipoteka qabel ir-reġistrazzjoni finali tal-ipoteka fir-reġistru tal-artijiet, bil-kondizzjoni li l-garanzija ma tintużax biex tnaqqas ir-riskju fil-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju;
elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra għal boroż rikonoxxuti.
B’deroga mill-Artikolu 395(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-istituzzjonijiet iġarrbu kwalunkwe skopertura mill-iskoperturi previsti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, sal-limiti li ġejjin:
100 % tal-kapital ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2018;
75 % tal-kapital ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2019;
50 % tal-kapital ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020.
Il-limiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għall-valuri tal-iskopertura wara li jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu f’konformità mal-Artikoli 399 sa 403.
L-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 għandhom japplikaw għall-iskoperturi li ġejjin:
entrati ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, jew entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri;
entrati ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet iggarantiti espliċitament minn gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, jew entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri;
skoperturi oħra għal gvernijiet ċentrali, banek ċentrali jew entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri, jew iggarantiti minnhom;
entrati ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali tal-Istati Membri trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(2);
skoperturi oħra għal gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali tal-Istati Membri, jew iggarantiti minnhom trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(2).
Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, l-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għal entrati ta’ assi u skoperturi oħra għal entitajiet tas-settur pubbliku, jew iggarantiti minnhom, li jkunu ttrattati bħala skoperturi għal gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali f’konformità mal-Artikolu 116(4). Fejn l-entrati ta’ assi u skoperturi oħra għall-entitajiet tas-settur pubbliku, jew iggarantiti minnhom, ikunu ttrattati bħala skoperturi għal gvern reġjonali jew awtorità lokali f’konformità mal-Artikolu 116(4), l-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss fejn l-iskoperturi għal dak il-gvern reġjonali jew awtorità lokali jkunu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(2).
L-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss fejn skopertura msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-iskopertura tiġi allokata ponderazzjoni tar-riskju ta’ 0 % skont il-verżjoni tal-Artikolu 495(2) fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2017;
l-iskopertura tkun iġġarrbet fi jew wara t-12 ta’ Diċembru 2017.
Artikolu 494
Dispożizzjonijiet transizzjonali dwar ir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
B’deroga mill-Artikolu 92a, sa mis-27 ta’ Ġunju 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni li jkunu entitajiet G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:
proporzjon ibbażat fuq ir-riskju ta' 16 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura għar-riskju totali kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u (4);
proporzjon mhux ibbażat fuq ir-riskju ta' 6 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-kejl totali tal-iskopertura msemmi fl-Artikolu 429(4).
Artikolu 494a
Anterjorità ta' ħruġ permezz ta' entitajiet bi skop speċjali
B'deroga mill-Artikolu 52, l-istrumenti kapitali mhux maħruġa direttament minn istituzzjoni għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2021 biss meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 63, ħlief għall-kondizzjoni li teħtieġ li l-istrumenti jinħarġu direttament mill-istituzzjoni;
l-istrumenti jinħarġu permezz ta' entità fi ħdan il-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;
ir-rikavati jkunu immedjatament disponibbli għall-istituzzjoni mingħajr limitazzjoni u f'forma li tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati f'dan il-paragrafu.
B'deroga mill-Artikolu 63, strumenti kapitali mhux maħruġa direttament minn istituzzjoni għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 2 sal-31 ta' Diċembru 2021 biss meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 63(1), ħlief għall-kondizzjoni li teħtieġ li l-istrumenti jinħarġu direttament mill-istituzzjoni;
l-istrumenti jinħarġu permezz ta' entità fi ħdan il-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;
ir-rikavati jkunu immedjatament disponibbli għall-istituzzjoni mingħajr limitazzjoni u f'forma li tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati f'dan il-paragrafu.
Artikolu 494b
Anterjorità ta' strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
Artikolu 494c
Anterjorità tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri
B’deroga għall-Artikolu 270, istituzzjoni oriġinatriċi tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati skont ir-riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri f’konformità mal-Artikolu 260, 262 jew 264 meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
it-titolizzazzjoni tkun ingħatat qabel id-9 ta’ April 2021;
it-titolizzazzjoni tkun issodisfat, fit-8 ta’ April 2021.
Artikolu 495
Trattament ta' skoperturi għal ekwità skont l-Approċċ IRB
Il-pożizzjoni eżentata għandha titkejjel bħala n-numru ta’ ishma mill-31 ta’ Diċembru 2007 u kwalunkwe sehem addizzjonali li jirriżulta b’mod dirett mis-sjieda ta’ dawk il-holdings, jekk ma jżidux is-sehem proporzjonali tas-sjieda f’kumpannija f’portafoll.
Jekk akkwist iżid is-sehem proporzjonali ta’ sjieda f’holding speċifiku, il-parti tal-holding li tikkostitwixxi l-eċċess ma għandhiex tkun soġġetta għar-rinunzja. Lanqas l-eżenzjoni ma għandha tapplika għal holdings li oriġinarjament kienu soġġetti għall-eżenzjoni, iżda li nbiegħu u mbagħad inxtraw lura.
Skoperturi tal-ekwità soġġetti għal din id-dispożizzjoni għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' kapital kkalkolati skont l-Approċċ Standardizzat tal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bl-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu.
▼M11 —————
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
▼M10 —————
Artikolu 497
Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal CCPs
Meta CCP ta' pajjiż terz tapplika għal rikonoxximent f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw dik is-CCP bħala QCCP mid-data li fiha ppreżentat l-applikazzjoni tagħha għal rikonoxximent lill-ESMA u sa waħda mid-dati li ġejjin:
meta l-Kummissjoni tkun diġà adottat l-att ta' implimentazzjoni imsemmi fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-pajjiż terz li fih is-CCP tkun stabbilita u dak l-att ta' implimentazzjoni jkun daħal fis-seħħ, sentejn wara d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni;
meta l-Kummissjoni ma tkunx għadha adottat l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-pajjiż terz li fih is-CCP tkun stabbilita jew meta dak l-att ta' implimentazzjoni jkun għadu ma daħalx fis-seħħ, l-ewwel data li sseħħ mid-dati li ġejjin:
sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni;
għal CCPs li jippreżentaw l-applikazzjoni wara s-27 ta' Ġunju 2019, sentejn wara d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni;
għal dawk is-CCPs li jippreżentaw l-applikazzjoni qabel is-27 ta' Ġunju 2019, it-28 ta' Ġunju 2021.
Sal-iskadenza tad-data ta' skadenza msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta CCP imsemmija f'dak il-paragrafu ma jkollhiex fond ta' inadempjenza u ma jkollhiex fis-seħħ arranġament vinkolanti mal-membri ta' kklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu riċevut mill-membri ta' kklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati, l-istituzzjoni għandha tissostitwixxi l-formula għall-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji fl-Artikolu 308(2) ma' din li ġejja:
fejn:
|
= |
ir-rekwiżit ta' fondi proprji; |
KCCP |
= |
il-kapital ipotetiku tal-QCCP ikkomunikat lill-istituzzjoni mill-QCCP skont l-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
DFCCP |
= |
ir-riżorsi finanzjarji prefinanzjati tas-CCP ikkomunikati lill-istituzzjoni mis-CCP skont l-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
i |
= |
l-indiċi li jindika l-membru ta' kklerjar; |
IMi |
= |
il-marġni inizjali kollokat mas-CCP mill-membru ta' kklerjar i; u |
IM |
= |
l-ammont totali ta' marġni inizjali komunikat lill-istituzzjoni mis-CCP f'konformità mal-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
Artikolu 498
Eżenzjoni tal-operaturi tal-Prodotti
Sas-26 ta’ Ġunju 2021, id-dispożizzjonijiet fuq ir-rekwiżiti tal-fondi proprji kif stabbiliti f’dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal ditti tal-investiment li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b’mod esklussiv fil-forniment ta’ servizzi tal-investiment jew f’attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-punti (5), (6), (7), (9), (10) u (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE u li ma applikatx għalihom id-Direttiva 2004/39/KE fil-31 ta’ Diċembru 2006.
Artikolu 499
Lieva finanzjarja
Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 429 u 430, matul il-perijodu bejn 1 Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw u jirrapportaw il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja billi jużaw dawn it-tnejn li ġejjin bħala l-kalkolu tal-kapital:
Kapital ta’ Grad 1;
Kapital ta’ Grad 1, soġġett għad-derogi stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 ta’ dan it-Titolu.
▼M8 —————
Artikolu 500
Aġġustament għal disponimenti fuq skala kbira
B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 181(1), istituzzjoni tista' taġġusta l-istimi tagħha tal-LGD billi tpaċi parzjalment jew għalkollox l-effett ta' disponimenti fuq skala kbira ta' skoperturi inadempjenti fuq LGDs realizzati sad-differenza bejn il-medja tal-istimi tal-LGD għal skoperturi inadempjenti komparabbli li jkunu għadhom ma ġewx likwidati b'mod finali u l-medja tal-LGDs realizzati inkluż abbażi tat-telf realizzat minħabba d-disponimenti fuq skala kbira, hekk kif jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-istituzzjoni tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti bi pjan li jipprovdi l-iskala, il-kompożizzjoni u d-dati tad-disponimenti tal-iskoperturi inadempjenti;
id-dati tad-disponimenti ta' skoperturi inadempjenti huma wara t-23 ta' Novembru 2016 iżda mhux aktar tard mit-28 ta' Ġunju 2022;
l-ammont kumulattiv tal-iskoperturi inadempjenti disposti minn wara d-data tal-ewwel disponiment f’konformità mal-pjan imsemmi fil-punt (a) jkun qabeż 20 % tal-ammont pendenti tal-iskoperturi inadempjenti kollha mid-data tal-ewwel disponiment imsemmija fil-punti (a) u (b).
L-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jsir biss sat-28 ta' Ġunju 2022 u l-effetti tiegħu jistgħu jdumu sakemm l-iskoperturi korrispondenti jkunu inklużi fl-istimi tal-LGD tal-istituzzjoni stess.
Artikolu 500a
Trattament temporanju ta’ dejn pubbliku maħruġ fil-munita ta’ Stat Membru ieħor
B’deroga mill-Artikolu 114(2), sal-31 ta’ Diċembru 2024, għal skoperturi għall-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali tal-Istati Membri, fejn dawk l-iskoperturi jkunu denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta’ Stat Membru ieħor, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:
sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskoperturi għandu jkun 0 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawk l-iskoperturi skont l-Artikolu 114(2);
fl-2023, il-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskoperturi għandu jkun 20 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawk l-iskoperturi skont l-Artikolu 114(2);
fl-2024, il-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskoperturi għandu jkun 50 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawk l-iskoperturi skont l-Artikolu 114(2).
B’deroga mill-Artikoli 395(1) u 493(4), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet iġarrbu skoperturi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sal-limiti li ġejjin:
100 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2023;
75 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tal-2024;
50 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tal-2025.
Il-limiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw għall-valuri tal-iskoperturi wara li jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu f’konformità mal-Artikoli 399 sa 403.
Artikolu 500b
Esklużjoni temporanja ta’ ċerti skoperturi għal banek ċentrali mill-miżura ta’ skopertura totali fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19
B’deroga mill-Artikolu 429(4), sas-27 ta’ Ġunju 2021, istituzzjoni tista’ teskludi mill-miżura ta’ skopertura totali tagħha l-iskoperturi li ġejjin għall-bank ċentrali tal-istituzzjoni, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu:
muniti u karti tal-flus li jikkostitwixxu munita legali fil-ġurisdizzjoni tal-bank ċentrali;
assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq il-bank ċentrali, inkluż riżervi miżmuma fil-bank ċentrali.
L-ammont eskluż mill-istituzzjoni ma għandux jaqbeż l-ammont medju ta’ kuljum tal-iskoperturi elenkati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu matul l-aktar perijodu reċenti ta’ żamma tar-riżerva sħiħa tal-bank ċentrali tal-istituzzjoni.
Istituzzjoni tista’ teskludi l-iskoperturi elenkati fil-paragrafu 1 fejn l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tkun iddeterminat, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali rilevanti, u ddikjarat pubblikament li jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-esklużjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ politiki monetarji.
L-iskoperturi li għandhom jiġu esklużi skont il-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
ikunu denominati fl-istess munita bħad-depożiti meħuda mill-istituzzjoni;
il-maturità medja tagħhom ma taqbiżx b’mod sinifikanti l-maturità medja tad-depożiti meħuda mill-istituzzjoni.
Istituzzjoni li teskludi l-iskoperturi għall-bank ċentrali tagħha mill-miżura totali tal-iskopertura tagħha f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tiżvela wkoll il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja li kien ikollha li kieku ma teskludix dawk l-iskoperturi.
Artikolu 500c
L-esklużjoni ta’ qabżiet fil-valur mill-kalkolu tal-addend li jirriżulta mill-ittestjar retrospettiv fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19
B’deroga mill-Artikolu 366(3), f’ċirkostanzi eċċezzjonali u f’każijiet individwali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet jeskludu l-qabżiet fil-valur evidenzjati mill-ittestjar retrospettiv tal-istituzzjoni fuq bidliet ipotetiċi jew reali mill-kalkolu tal-addend stabbilit fl-Artikolu 366(3), dment li dawk il-qabżiet fil-valur ma jirriżultawx minn nuqqasijiet fil-mudell intern u dment li jkunu seħħew bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2021.
Artikolu 500d
Kalkolu temporanju tal-valur tal-iskopertura ta’ xiri u bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19
L-istituzzjonijiet li, f’konformità mal-qafas ta’ kontabbiltà applikabbli, japplikaw kontabbiltà skont id-data tas-saldu għal xiri u bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu għandhom jinkludu fil-miżura tal-iskopertura totali l-valur nominali sħiħ tal-impenji li għandhom jitħallsu relatati ma’ xiri mħallas fi żmien regolari.
L-istituzzjonijiet jistgħu jpaċu l-valur nominali sħiħ tal-impenji li għandhom jitħallsu relatati max-xiri mħallas fi żmien regolari mal-valur nominali sħiħ tal-flus kontanti riċevibbli relatati mal-bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkun qed jistenna saldu biss meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
kemm ix-xiri kif ukoll il-bejgħ imħallas fi żmien regolari jkunu ġew saldati fuq il-bażi ta’ kunsenja kontra ħlas;
l-assi finanzjarji mixtrija u mibjugħa li huma assoċjati ma’ flus kontanti pagabbli u riċevibbli jitkejlu b’valur ġust permezz tal-profitt jew it-telf u jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni.
Artikolu 501
Aġġustament ta' skoperturi ponderati għar-riskju li mhumiex inadempjenti ta' SMEs
L-istituzzjonijiet għandhom jaġġustaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju għal skoperturi mhux inadempjenti għal SME (RWEA), li jiġu kalkulati f'konformità mal-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli, f'konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
RWEA* |
= |
ir-RWEA aġġustata b'fattur ta' appoġġ ta' SME; u |
E* hija waħda mis-segwenti: |
= |
(a)
l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni, is-sussidjarji tagħha, l-impriżi prinċipali tagħha u sussidjarji oħra ta’ dawk l-impriżi prinċipali, inkluż kwalunkwe skopertura inadempjenti, iżda bl-esklużjoni ta’ pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti ggarantiti fuq kollateral ta’ proprjetà, mill-SME jew il-grupp ta’ klijenti konnessi tal-SME;
(b)
fejn l-ammont totali msemmi fil-punt (a) huwa ugwali għal 0, l-ammont tal-pretensjonijiet jew tal-pretensjonijiet kontinġenti kontra l-SME jew il-grupp ta’ klijenti konnessi tal-SME li huma ggarantiti fuq kollateral ta’ proprjetà residenzjali u li huma esklużi mill-kalkolu tal-ammont totali msemmi f’dak il-punt. |
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:
l-iskopertura għal SME għandha tiġi inkluża jew fil-livell tal-konsumatur inkella f'dawk korporattivi jew iggarantiti minn ipoteki fuq klassijiet ta' proprjetà immobbli;
SME hija definita f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE ( 31 ); fost il-kriterji elenkati fl-Artikolu 2 tal-Anness għal dik ir-Rakkomandazzjoni il-fatturat annwali biss għandu jittieħed kont tiegħu;
l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jiddeterminaw b'mod korrett E* u jiksbu l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punt (b).
Artikolu 501a
Aġġustament għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju tal-kreditu għall-iskoperturi għal entitajiet li joperaw jew jiffinanzjaw strutturi jew faċilitajiet fiżiċi, sistemi u netwerks li jipprovdu jew jappoġġaw servizzi pubbliċi essenzjali
Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju tal-kreditu kalkulat f'konformità mat-Titolu II, Parti III għandhom jiġu multiplikati b'fattur ta' 0,75, dment li l-iskopertura tkun konformi mal-kriterji kollha li ġejjin:
l-iskopertura tiġi inkluża jew fil-klassi ta' skopertura korporattiva inkella fil-klassi ta' skoperturi ta' self speċjalizzat, bl-esklużjoni ta' skoperturi inadempjenti;
l-iskopertura hija għal entità li nħolqot speċifikament biex tiffinanzja jew topera strutturi jew faċilitajiet fiżiċi, sistemi u netwerks li jipprovdu jew jappoġġaw servizzi pubbliċi essenzjali;
is-sors tar-ripagament tal-obbligu hu rappreżentat b'mhux inqas minn żewġ terzi tal-ammont tiegħu mid-dħul ġenerat mill-assi li qed jiġu finanzjati, pjuttost milli l-kapaċità indipendenti ta' impriża kummerċjali usa', jew minn sussidji, għotjiet jew finanzjament ipprovduti minn waħda jew aktar mill-entitajiet elenkati fil-punti (b)(i) u (b)(ii) tal-paragrafu 2;
l-obbligant jista' jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu anki taħt kondizzjonijiet stressjati b'mod sever li jkunu rilevanti għar-riskju tal-proġett;
il-flussi ta' flus li l-obbligant jiġġenera jkunu prevedibbli u jkopru r-ripagamenti ta' self futuri kollha matul il-perijodu tas-self;
ir-riskju ta' finanzjament mill-ġdid tal-iskopertura jkun baxx jew mitigat b'mod adegwat, b'kont meħud ta' kwalunkwe sussidju, għotja jew finanzjament ipprovdut minn waħda jew aktar mill-entitajiet elenkati fil-punti (b)(i) u (b)(ii) tal-paragrafu 2;
l-arranġamenti kuntrattwali jipprovdu lis-selliefa grad għoli ta' protezzjoni inkluż dawn li ġejjin:
meta d-dħul tal-obbligant ma jkunx finanzjat permezz ta' pagamenti minn numru kbir ta' utenti, l-arranġamenti kuntrattwali għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li effettivament jipproteġu lis-selliefa kontra telf li jirriżulta mit-tmiem tal-proġett mill-parti li taqbel li tixtri l-prodotti jew is-servizzi provduti mill-obbligant;
l-obbligant ikollu fondi ta' riserva suffiċjenti finanzjati bis-sħiħ bil-flus jew arranġamenti finanzjarji oħra ma' garanti bi klassifikazzjoni għolja biex ikopri l-finanzjament ta' kontinġenza u r-rekwiżiti ta' kapital operatorju tul il-ħajja tal-assi imsemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu;
is-selliefa jkollhom livell sostanzjali ta' kontroll fuq l-assi u d-dħul ġenerat mill-obbligant;
is-selliefa jkollhom il-benefiċċju ta' sigurtà sa fejn permess mil-liġi applikabbli f'assi u kuntratti kritiċi għan-negozju tal-infrastruttura jew ikollhom mekkaniżmi alternattivi stabbiliti biex jiżguraw il-pożizzjoni tagħhom;
l-ekwità tintwiegħed lis-selliefa sabiex ikunu jistgħu jieħdu kontroll tal-entità mal-inadempjenza;
ikun ristrett l-użu ta' flussi ta' flus operatorji netti wara pagamenti obbligatorji mill-proġett għal finijiet ħlief obbligi għall-ħlas tad-dejn;
ikun hemm restrizzjonijiet kuntrattwali fuq il-kapaċità tal-obbligant biex iwettaq attivitajiet li jistgħu jkunu ta' detriment għas-selliefa, inkluż ir-restrizzjoni li dejn ġdid ma jistax jinħareġ mingħajr il-kunsens ta' fornituri tas-self eżistenti;
l-obbligu jkun privileġġat fir-rigward tal-pretensjonijiet l-oħra kollha ħlief pretensjonijiet statutorji u pretensjonijiet minn kontropartijiet derivattivi;
meta l-obbligant ikun fil-fażi ta' kostruzzjoni, il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti mill-investitur tal-ekwità, jew meta jkun hemm iktar minn investitur wieħed tal-ekwità, il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti minn grupp ta' investituri tal-ekwità kollu kemm hu:
l-investituri tal-ekwità jkollhom storja ta' sorveljanza b'suċċess ta' proġetti infrastrutturali, is-saħħa finanzjarja u l-għarfien espert rilevanti;
l-investituri tal-ekwità jkollhom riskju baxx ta' inadempjenza, jew ikun hemm riskju baxx ta' telf materjali għall-obbligant bħala riżultat tal-inadempjenza tagħhom;
ikun hemm mekkaniżmi adegwati fis-seħħ biex jallinjaw l-interess tal-investituri tal-ekwità mal-interessi tas-selliefa;
l-obbligant ikollu salvagwardji adegwati biex jiżguraw tlestija tal-proġett skont l-ispeċifikazzjoni, il-baġit jew id-data tat-tlestija miftiehma; inkluż garanziji b'saħħithom ta' tlestija jew l-involviment ta' kostruttur ta' esperjenza u dispożizzjonijiet adegwati fil-kuntratt għal danni likwidati;
meta r-riskji operatorji jkunu materjali, ikunu ġestiti tajjeb;
l-obbligant juża teknoloġija u disinn ittestjati;
ikunu nkisbu l-permessi u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa kollha;
l-obbligant juża derivattivi biss għal finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju;
l-obbligant ikun wettaq valutazzjoni dwar jekk l-assi li qed jiġu ffinanzjati jikkontribwixxux għall-objettivi ambjentali li ġejjin:
il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;
l-adattament għat-tibdil fil-klima;
l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar;
it-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart;
il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis;
il-protezzjoni tal-ekosistemi b'saħħithom.
Għall-finijiet ta' punt (e) tal-paragrafu 1, il-flussi ta' flus ġenerati ma għandhomx jitqiesu bħala prevedibbli sakemm parti sostanzjali tad-dħul ma tissodisfax il-kondizzjonijiet li ġejjin:
jiġi sodisfatt wieħed mill-kriterji li ġejjin:
id-dħul ikun ibbażat fuq id-disponibbiltà;
id-dħul ikun soġġett għal regolament tar-rata tar-redditu;
id-dħul ikun soġġett għal kuntratt take-or-pay;
il-livell ta' produzzjoni jew tal-użu u l-prezz għandhom b'mod indipendenti jissodisfaw wieħed mill-kriterji li ġejjin:
meta d-dħul tal-obbligant ma jkunx finanzjat permezz ta' pagamenti minn numru kbir ta' utenti, il-parti li taqbel li tixtri l-prodotti jew is-servizzi pprovduti mill-obbligant għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:
bank ċentrali, gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, dment li dawn jiġu assenjati ponderazzjoni tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikoli 114 u 115 jew jiġu assenjati klassifikazzjoni ECAI bi klassi tal-mertu tal-kreditu ta' mill-inqas 3;
entità tas-settur pubbliku, dment li tkun assenjata lilha ponderazzjoni tar-riskju ta' 20 % jew inqas f'konformità mal-Artikolu 116 jew tkun assenjata lilha klassifikazzjoni ECAI bi klassi tal-mertu tal-kreditu ta' mill-inqas 3;
bank multilaterali tal-iżvilupp imsemmi fl-Artikolu 117(2);
organizzazzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;
entità korporattiva li ġiet assenjata klassifikazzjoni ECAI bi klassi tal-mertu tal-kreditu ta' mill-inqas 3;
entità li tkun sostitwibbli mingħajr bidla sinifikanti fil-livell u fid-dewmien tad-dħul.
Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-ABE għandha tirrapporta dwar dan li ġej lill-Kummissjoni:
analiżi tal-evoluzzjoni tax-xejriet u l-kondizzjonijiet fis-swieq għal self tal-infrastruttura u l-finanzjament ta' proġetti tul il-perijodu msemmi fil-paragrafu 4;
analiżi tal-element ta' riskju effettiv tal-entitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 tul ċiklu ekonomiku sħiħ;
il-konsistenza tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti f'dan ir-Regolament bl-eżiti tal-analiżi taħt il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.
Artikolu 501b
Deroga mir-rekwiżiti tar-rappurtar
B'deroga mill-Artikolu 430, matul il-perijodu bejn id-data ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament u d-data tal-ewwel rimessa tar-rapporti speċifikati fl-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu, awtorità kompetenti tista' tirrinunzja mir-rekwiżit tar-rappurtar ta' informazzjoni fil-format speċifikat fil-mudelli li jinsabu fl-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 430(7) meta dawk il-mudelli ma jkunux ġew aġġornati biex jirriflettu d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
TITOLU II
RAPPORTI U ANALIŻI
Artikolu 501c
It-trattament prudenzjali ta' skoperturi relatati ma' objettivi ambjentali u/jew soċjali
L-EBA, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha, abbażi tad-data disponibbli u s-sejbiet tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament Sostenibbli, tivvaluta jekk ikunx ġustifikat trattament prudenzjali dedikat tal-iskoperturi relatati ma’ assi, inklużi titolizzazzjonijiet, jew attivitajiet assoċjati b’mod sustanzjali ma’ objettivi ambjentali u/jew soċjali. B’mod partikolari, l-EBA għandha tivvaluta:
metodoloġiji għall-valutazzjoni tar-riskju effettiv ta' skoperturi relatati ma' assi u attivitajiet assoċjati sostanzjalment ma' objettivi ambjentali u/jew soċjali imqabbel mar-riskju ta' skoperturi oħra;
l-iżvilupp ta' kriterji adatti għall-valutazzjoni ta' riskji fiżiċi u riskji ta' transizzjoni, inkluż ir-riskji relatati mad-deprezzament ta' assi minħabba bidliet regolatorji;
l-effetti potenzjali ta' trattament prudenzjali dedikat ta' skoperturi relatati ma' assi u attivitajiet assoċjati sostanzjalment ma' objettivi ambjentali u/jew soċjali fuq l-istabbiltà finanzjarja u s-self bankarju fl-Unjoni.
L-ABE għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2025.
Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tissottometti, jekk ikun xieraq, proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 502
Ċikliċità tar-rekwiżiti tal-kapital
Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-ABE, mal-BERS u mal-Istati Membri, u billi tikkunsidra l-opinjoni tal-BĊE, għandha tissorvelja b’mod perijodiku jekk dan ir-Regolament sħiħ, flimkien mad-Direttiva 2013/36/UE għandux effetti sinifikanti fuq iċ-ċiklu ekonomiku u, fid-dawl ta’ dak l-eżami, għandha tikkunsidra jekk humiex ġustifikati xi miżuri ta’ rimedju. Sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-ABE għandha tirrapporta għand il-Kummissjoni jekk il-metodoloġiji tal-istituzzjonijiet skont l-Approċċ IRB għandhomx jikkonverġu bil-għan li jinkisbu rekwiżiti tal-kapital aktar komparabbli filwaqt li tiġi mitigata l-proċikliċità u kif dan jista’ jseħħ.
Ibbażata fuq dik l-analiżi u billi tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-BĊE, kull sentejn il-Kummissjoni għandha tħejji rapport u tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa. Kontribuzzjonijiet minn partijiet ta’ teħid ta’ kreditu u dawk ta’ self ta’ kreditu għandhom jiġu rikonoxxuti b’mod adegwat meta jitfassal ir-rapport.
Sal-31 ta’ Diċembru 2014 il-Kummissjoni għandha tanalizza u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 33(1)(c) u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġislattiva jekk xieraq.
Fir-rigward tat-tħassir potenzjali tal-Artikolu 33(1)(c) u l-applikazzjoni potenzjali tiegħu fil-livell tal-Unjoni, l-analiżi għandha b'mod partikolari tiżgura li jkunu fis-seħħ salvagwardji suffiċjenti biex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kollha.
Artikolu 503
Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti
Ir-rapport u l-proposti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkunsidraw:
il-punt sa fejn ir-rekwiżiti regolatorji attwali dwar kapital applikabbli għal bonds koperti jiddifferenzjaw b'mod adegwat bejn varjazzjonijiet fil-kwalità ta' kreditu ta' bonds koperti u l-kollateral li l-bonds koperti jistgħu jiġi garantiti fuq il-bażi tagħhom, inkluż il-miżura tal-varjazzjonijiet fost l-Istati Membri;
it-trasparenza tas-suq tal-bonds koperti u l-punt sa fejn din tiffaċilita analiżi interna komprensiva minn investituri rigward ir-riskju ta' kreditu ta' bonds koperti u l-kollateral li jiggarantihom u s-segregazzjoni tal-assi fil-każ tal-insolvenza tal-emittent, inklużi l-effetti ta' mitigazzjoni tal-qafas legali nazzjonali strett sottostanti f'konformità mal-Artikolu 129 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE dwar il-kwalità ġenerali tal-kreditu ta' bond kopert u l-implikazzjonijiet tagħha fuq il-livell ta' trasparenza meħtieġ mill-investituri; u
il-punt sa fejn il-ħruġ minn istituzzjoni tal-kreditu ta' bonds koperti taffettwa r-riskju ta' kreditu li għalih kredituri oħrajn tal-istituzzjoni emittenti jkunu skoperti.
Artikolu 504
Strumenti kapitali sottoskritti mill-awtoritajiet pubbliċi f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2016, wara li tikkonsulta lill-ABE, tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposti xierqa, jekk it-trattament stabbilit fl-Artikolu 31 jeħtiġx jiġi emendat jew imneħħi.
Artikolu 504a
Holdings ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
Sat-28 ta' Ġunju 2022 l-ABE għandha tagħti rapport lill-Kummissjoni dwar l-ammonti u d-distribuzzjoni tal-holdings ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli fost l-istituzzjonijiet identifikati bħala G-SIIs jew O-SIIs u dwar l-impedimenti potenzjali għar-riżoluzzjoni u r-riskju ta' kontaġju fir-rigward ta' dawk il-holdings.
Abbażi tar-rapport mill-ABE, il-Kummissjoni għandha, sat-28 ta' Ġunju 2023, tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-trattament adatt ta' tali holdings, akkumpanjat minn proposta leġislattiva, fejn ikun adatt.
Artikolu 505
Analiżi tal-finanzjament fuq perijodu twil
Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa, dwar l-adegwatezza tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu żgurati livelli adegwati ta’ finanzjament għall-forom kollha ta’ finanzjament fit-tul għall-ekonomija, inklużi proġetti ta’ infrastruttura kritika fl-Unjoni fil-qasam tat-trasport, l-enerġija u l-komunikazzjoni.
Artikolu 506
Riskju tal-kreditu – definizzjoni ta’ inadempjenza
L-ABE għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2017, tagħti rapport lill-Kummissjoni dwar kif is-sostituzzjoni ta’ 90 jum b’180 jum ta' arretrati, kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 178(1), għandha impatt fuq l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u kemm hi xierqa l-applikazzjoni kontinwa ta’ dik id-dispożizzjoni wara l-31 ta’ Diċembru 2019.
Abbażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda dan ir-Regolament.
Artikolu 506a
CIUs b’portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani taż-żona tal-euro
F’kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS u l-EBA, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport sal-31 ta’ Diċembru 2021 li fih għandha tivvaluta jekk humiex meħtieġa bidliet fil-qafas regolatorju biex jiġi promoss is-suq, u x-xiri mill-banek, tal-iskoperturi fil-forma ta’ unitajiet jew ishma f’CIUs b’portafoll sottostanti li jikkonsisti esklussivament f’bonds sovrani tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, meta l-piż relattiv tal-bonds sovrani ta’ kull Stat Membru fil-portafoll totali tas-CIU jkun ugwali għall-piż relattiv tal-kontribuzzjoni kapitali ta’ kull Stat Membru lill-BĊE.
Artikolu 506b
Titolizzazzjonijiet tal-NPE
Artikolu 507
Skoperturi kbar
L-ABE għandha timmonitorja l-użu tal-eżenzjonijiet stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 390(6), il-punti (f) sa (m) tal-Artikolu 400(1), il-punt (a) u l-punti (c) sa (g), (i), (j) u (k) tal-Artikolu 400(2) u sat-28 ta' Ġunju 2021 tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li jivvaluta l-impatt kwantitattiv li jkollha t-tneħħija ta' dawk l-eżenzjonijiet jew l-istabbiliment ta' limitu fuq l-użu tagħhom. Dak ir-rapport għandu jivvaluta, b'mod partikolari, għal kull eżenzjoni prevista f'dawk l-Artikoli:
in-numru ta' skoperturi kbar eżenti f'kull Stat Membru;
in-numru ta' istituzzjonijiet li jagħmlu użu mill-eżenzjoni f'kull Stat Membru;
l-ammont aggregat ta' skoperturi eżentati f'kull Stat Membru.
Artikolu 508
Livell ta' applikazzjoni
▼M9 —————
Artikolu 509
Rekwiżiti ta' likwidità
Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jikkunsidra debitament is-swieq u l-iżviluppi regolatorji internazzjonali kif ukoll l-interazzjonijiet tar-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità ma' rekwiżiti prudenzjali oħra skont dan ir-Regolament bħall-proporzjonijiet tal-kapital ibbażati fuq ir-riskju stipulati fl-Artikolu 92 u l-proporzjoni ta' lieva finanzjarja.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tingħatalhom l-opportunità li jiddikjaraw l-opinjonijiet tagħhom dwar ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-ABE għandha tivvaluta dan li ġej b'mod partikolari:
il-forniment ta' mekkaniżmi li jillimitaw il-valur tal-flussi ’l ġewwa tal-likwidità, b'mod partikolari bl-għan li jiġi determinat limitu massimu adatt tal-flussi ’l ġewwa u l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tiegħu, b'kont meħud tal-mudelli kumemrċjali differenti inkluż finanzjament pass through, factoring, leasing, bonds koperti, ipoteki, ħruġ ta' bonds koperti, u l-miżura safejn dak il-limitu massimu għandu jiġi emendat jew jitneħħa sabiex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet tal-finanzjament speċjalizzat;
il-kalibrazzjoni tal-flussi 'l ġewwa u 'l barra msemmija fil-Parti Sitta, Titolu II, b'mod partikolari taħt l-Artikolu 422(7) u l-Artikolu 425(2);
il-forniment ta' mekkaniżmi li jillimitaw il-kopertura tar-rekwiżiti ta' likwidità b'ċerti kategoriji ta' assi likwidi, b'mod partikolari l-valutazzjoni tal-preċentwal minimu adatt għall-assi likwidi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 416(1) meta mqabbla mat-total tal-assi likwidi, l-ittestajar ta' limitu ta' 60 % u l-konsiderazzjoni tal-iżviluppi regolatorji internazzjonali. Assi dovuti jew eżerċitabbli fi żmien 30 ġurnata tal-kalendarju ma għandhomx jingħaddu għas-60 % sakemm l-assi ma jkunux inkisbu taħt kollateral li jikkwalifika wkoll taħt il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 416(1);
l-forniment ta’ rati speċifiċi ta’ flussi ' barra aktar baxxi u/jew flussi 'l ġewwa ogħla għall-flussi intragrupp li jispeċifika taħt liema kondizzjonijiet tali rati speċifiċi ta’ flussi ’l ġewwa jew ’il barra jkunu ġustifikati mill-perspettiva prudenzjali u li jistabbilixxi deskrizzjoni ta' metodoloġija ta' livell għoli li tuża kriterji u parametri oġġettivi sabiex jiġu determinati livelli speċifiċi ta' flussi ’l ġewwa jew ’il barra bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti meta ma jkunux stabbiliti fl-istess Stat Membru.
il-kalibrazzjoni tar-rati għall-ġbid ta' self applikabbli għall-faċilitajiet impenjati ta' kreditu u likwidità mhux miġbudin li jaqgħu taħt l-Artikolu 424(3) u (5). B'mod partikolari, l-ABE għandha tittestja rata għall-ġbid ta' self ta' 100 %;
id-definizzjoni ta' depożitu fil-livell tal-konsumatur fil-punt (2) tal-Artikolu 411, b'mod partikolari l-adegwatezza li jiġi introdott limitu rigward depożiti ta' persuni fiżiċi;
il-ħtieġa li tiġi introdotta kategorija ġdida ta' depożitu fil-livell tal-konsumatur bi flussi 'l barra aktar baxxi fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi ta' tali depożiti li jistgħu jiġġustifikaw rata ta' flussi 'l barra aktar baxxa u b'kont meħud ta’ żviluppi internazzjonali;
derogi mir-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tal-assi likwidi li l-istituzzjonijiet ser ikunu meħtieġa jżommu, fejn f'munita partikolari l-ħtiġijiet kollettivi ġustifikati tal-istituzzjonijiet għal assi likwidi jkunu qed jaqbżu d-disponibbiltà ta' dawk l-assi likwidi u kondizzjonijiet li tali derogi għandhom ikunu soġġetti għalihom;
id-definizzjoni ta' prodotti finanzjarji konformi max-Shari’ah bħala alternattiva għal assi li jikkwalifikaw bħala assi likwidi għall-finijiet tal-Artikolu 416, għall-użu fil-banek li huma konformi max-Shari’ah;
id-definizzjoni ta' ċirkostanzi ta' stress, inkluż prinċipji għall-użu tal-istokk tal-assi likwidi u r-reazzjonijiet ta' superviżjoni neċessarji li skonthom ikunu l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jużaw l-assi likwidi tagħhom biex jissodisfaw il-flussi ’l barra tal-likwidità u kif għandha tiġi indirzzata n-nuqqas ta' konformità;
id-definizzjoni ta' relazzjoni operattiva stabbilita għall-klijenti mhux finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 422(3)(c).
il-kalibrazzjoni tar-rata ta' flussi 'l barra applikabbli għal servizzi bankarji u ta’ prime brokering korrispondenti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 422(4);
mekkaniżmi għall-anterjorità ta' bonds garantiti mill-gvern maħruġin lil istituzzjonijiet tal-kreditu bħala parti mill-miżuri ta' sostenn tal-Gvern bl-approvazzjoni tal-Unjoni dwar għajnuna mill-istat, bħall-bonds maħruġin mill-Aġenzija Nazzjonali ta' Ġestjoni tal-Assi (NAMA) fl-Irlanda u mill-Kumpannija Spanjola ta' Ġestjoni tal-Assi fi Spanja, imfasslin biex jeliminaw l-assi problematiċi mill-karti tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet tal-kreditu, bħala assi ta' likwidità u kwalità kreditizzja estremament għolja tal-inqas sa Diċembru 2023.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tingħatalhom l-opportunità li jiddikjaraw l-opinjonijiet tagħhom dwar dak ir-rapport.
Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jikkunsidra wkoll:
kategoriji oħra ta' assi, b'mod partikolari titoli ggarantiti minn self fuq djar residenzjali (RMBS) ta' likwidità u kwalità kreditizzja għolja;
kategoriji oħra ta' titoli jew self eliġibbli tal-banek ċentrali, pereżempju bonds tal-gvern lokali u karta kummerċjali; u
assi oħra li mhumiex eliġibbli għall-bank ċentrali iżda kummerċjabbli, pereżempju ekwitajiet ikkwotati f'borża rikonoxxuta, deheb, strumenti ta' ekwità marbutin mal-indiċijiet prinċipali, bonds iggarantiti, bonds koperti, bonds ta' kumpanniji u fondi bbażati fuq dawk l-assi.
B’mod partikolari, l-ABE għandha tittestja l-adegwatezza tal-kriterji li ġejjin u l-livelli xierqa ta’ tali definizzjonijiet:
il-volum ta' negozjar minimu tal-assi;
il-volum pendenti minimu tal-assi;
l-ipprezzar trasparenti u l-informazzjoni ta’ wara n-negozjar;
il-livelli ta’ kwalità tal-kreditu msemmija fil-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 2;
ir-rekord ippruvat tal-istabbiltà tal-prezz;
il-volum medju nnegozjat u d-daqs medju tan-negozjar;
il-firxa massima bejn it-talba u l-offerta;
iż-żmien li fadal għall-maturità;
il-proporzjon ta’ dħul minimu.
Sal-31 ta’ Jannar 2014, l-ABE għandha barra minn hekk tirrapporta dwar dan li ġej:
id-definizzjonijiet uniformi ta' likwidità u kwalità kreditizzja għolja u estremament għolja;
l-konsegwenzi possibbli mhux previsti tad-definizzjoni ta' assi likwidi fuq il-kondotta tal-operazzjoni tal-politika monetarja u l-miżura safejn:
lista ta' assi likwidi li ma għandhiex konnessjoni mal-lista ta' assi eliġibbli tal-bank ċentrali tista' tinċentiva istituzzjonijiet biex jissottomettu assi eliġibbli li ma jkunux inklużi fid-definizzjoni ta' assi likwidi f'operazzjonijiet ta' ffinanzjar mill-ġdid;
regolamentazzjoni tal-likwidità tista' tneħħi l-inċentiv ta' istituzzjonijiet li jsellfu jew jissellfu fis-suq tal-flus mhux garantit u jekk dan jistax iwassal biex jinħolqu dubji dwar l-objettivi tal-implimentazzjoni tal-politika monetarja EONIA;
l-introduzzjoni tar-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità jista' jagħmilha aktar diffiċli għall-banek ċentrali li jiżguraw stabbiltà tal-prezzijiet bl-użu tal-istrumenti u l-qafas tal-politika monetarja attwali;
ir-rekwiżiti operattivi għall-holdings ta' assi likwidi, kif imsemmi fil-punti (b) sa (f) tal-Artikolu 417, konformement mal-iżviluppi regolatorji internazzjonali.
Artikolu 510
Rekwiżiti ta’ Finanzjament Stabbli Nett
Sal-31 ta’ Diċembru 2015, l-ABE għandha wkoll tirrapporta lill-Kummissjoni, abbażi tal-elementi li għandhom jiġu rappurtati skont il-Parti Sitta, Titolu III u skont il-formati ta' rappurtar uniformi msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 415(3) u wara li tikkonsulta mal-BERS, dwar il-metodoloġiji għad-determinazzjoni tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli għal u meħtieġ minn istituzzjonijiet u dwar definizzjonijiet uniformi adatti għall-kalkolu ta' tali rekwiżit ta’ finanzjament stabbli nett, li jeżamina b'mod partikolari dan li ġej:
il-kategoriji u l-ippeżar applikati għas-sorsi ta' finanzjament stabbli fl-Artikolu 427(1);
il-kategoriji u l-ippeżar applikati għad-determinazzjoni tar-rekwiżit għal finanzjament stabbli fl-Artikolu 428(1);
il-metodoloġiji għandhom jipprovdu inċentivi u diżinċentivi kif adatt li jinkoraġġixxu finanzjament aktar stabbli fuq termini itwal ta' żmien ta' assi, attivitajiet kummerċjali, investimenti u finanzjament ta' istituzzjonijiet;
il-ħtieġa li jiġu żviluppati metodoloġiji differenti għal tipi ta' istituzzjonijiet differenti.
L-ABE għandha timmonitorja l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ li jkopri r-riskju ta' finanzjament marbut mal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u ta' derivattivi ta' kreditu matul l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli, b'mod partikolari r-riskju ta' finanzjament futur għal dawk il-kuntratti tad-derivattivi stipulati fl-Artikoli 428s(2) u 428at(2), u tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-opportunità li jiġi adottat fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla jew miżura iktar sensittiva għar-riskju sat-28 ta' Ġunju 2024. Dak ir-rapport għandu mill-inqas jivvaluta:
l-opportunità li ssir distinzjoni bejn kuntratti tad-derivattivi marġinati u mhux marġinati;
l-opportunità li jitneħħa, jiżdied jew jiġi sostitwit ir-rekwiżit stipulat fl-Artikoli 428s(2) u fl-Artikolu 428at(2);
l-opportunità li jinbidel b'mod aktar ġenerali t-trattament ta' kuntratti tad-derivattivi fil-kalkolu tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli, kif stipulat fl-Artikolu 428d, l-Artikoli 428k(4) u 428s(2), il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428ag, l-Artikoli 428ah(2), 428al(4) u 428at(2), il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428ay u l-Artikolu 428az(2), biex ikopri aħjar ir-riskju ta' finanzjament marbut ma' dawk il-kuntratti fuq l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli;
l-impatt tal-bidliet proposti fuq l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għall-kuntratti tad-derivattivi tal-istituzzjonijiet.
L-ABE għandha timmonitorja l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ biex ikopri r-riskju ta' finanzjament marbut ma' tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, inkluż lil assi riċevuti jew mogħtija f'dawk it-tranżazzjonijiet, u ma' tranżazzjonijiet mhux garantiti b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji u tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza ta' dak it-trattament sat-28 ta' Ġunju 2023. Dak ir-rapport għandu mill-inqas jivvaluta:
l-opportunità li jiġu applikati fatturi ta' finanzjament stabbli ogħla jew iktar baxxi għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli ma' klijenti finanzjarji u għal tranżazzjonijiet mhux garantiti b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji biex jittieħed kont aħjar tar-riskju ta' finanzjament tagħhom matul l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli u tal-effetti possibbli ta' kontaġju bejn klijenti finanzjarji;
l-opportunità li jiġi applikat it-trattament stipulat fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1) għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli kollateralizzati ma' tipi oħra ta' assi;
l-opportunità li jiġu applikati fatturi ta' finanzjament stabbli għal elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ użati fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli bħala alternattiva għat-trattament stipulat fl-Artikolu 428p(5);
l-adegwatezza tat-trattament asimetriku bejn obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ipprovduti minn klijenti finanzjarji li jkunu soġġetti għal fattur ta' finanzjament stabbli disponibbli ta' 0 % f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 428k(3) u l-assi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji li jkunu soġġetti għal fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ta' 0 %, 5 % jew 10 % f'konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 428r(1), il-punt (c) tal-Artikolu 428s(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 428v;
l-impatt tal-introduzzjoni ta' fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla jew iktar baxxi għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, b'mod partikolari b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji, fuq il-likwidità tas-suq ta' assi riċevuti bħala kollateral f'dawk it-tranżazzjonijiet, b'mod partikolari ta' bonds sovrani u korporattivi;
l-impatt tal-bidliet proposti fuq l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għat-tranżazzjonijiet ta' dawk l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji meta jiġu riċevuti bonds sovrani bħala kollateral f'dawk it-tranżazzjonijiet.
◄
L-ABE għandha tagħmel monitoraġġ fuq l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ biex ikopri r-riskju tal-finanzjament marbut mal-holdings tal-istituzzjonijiet ta' titoli biex jiħħeġġjaw kuntratti tad-derivattivi. L-ABE għandha toħroġ rapport dwar jekk hux adatt it-trattament sat-28 ta' Ġunju 2023. Dak ir-rapport għandu mill-inqas jivvaluta:
l-impatt possibbli tat-trattament fuq il-kapaċità tal-investituri li jiksbu skopertura għal assi u l-impatt tat-trattament fuq il-provvista ta' kreditu fl-unjoni tas-swieq kapitali;
l-opportunità li jiġu applikati rekwiżiti aġġustati għal finanzjament stabbli għal titoli miżmuma biex jiħħeġġjaw derivattivi li huma ffinanzjati minn marġni inizjali, kemm totalment kif ukoll parzjalment;
l-opportunità li jiġu applikati rekwiżiti aġġustati għal finanzjament stabbli għal titoli miżmuma biex jiħħeġġjaw derivattivi li mhumiex ffinanzjati minn marġni inizjali.
Artikolu 511
Lieva finanzjarja
Il-Kummissjoni għandha sal-31 ta' Diċembru 2020 tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk:
ikunx adatt li tiġi introdotta żieda fil-proporzjon ta' lieva finanzjarja għal O-SIIs; u
id-definizzjoni u l-kalkolu tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikolu 429(4), inkluż it-trattament ta' riżervi tal-bank ċentrali, ikunux adatti.
Artikolu 512
Skoperturi għal riskju ta’ kreditu trasferit
Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tirrapporta għand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-effettività tad-dispożizzjonijiet tal-Parti Ħamsa fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq internazzjonali.
Artikolu 513
Regoli makroprudenzjali
Sat-30 ta' Ġunju 2022, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni tal-BERS u l-ABE, tanalizza jekk ir-regoli makroprudenzjali f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE humiex suffiċjenti biex jittaffew ir-riskji sistemiċi fis-setturi, ir-reġjuni u l-Istati Membri inkluż il-valutazzjoni ta':
jekk l-għodod makroprudenzjali attwali f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE humiex effettivi, effiċjenti u trasparenti;
jekk il-kopertura u l-gradi possibbli ta' koinċidenza bejn l-għodod makroprudenzjali differenti biex jiġu mmirati riskji simili f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE humiex adegwati u, jekk adatt, tipproponi regoli makroprudenzjali ġodda;
kif l-istandards internazzjonalment maqbula għal istituzzjonijiet sistemiċi jinteraġixxu mad-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE u, jekk adatt, tipproponi regoli ġodda filwaqt li tieħu kont ta' dawk l-istandards internazzjonalment maqbula;
jekk għandhomx jiżdiedu tipi oħra ta' strumenti, bħal strumenti bbażati fuq min jissellef, mal-għodod makroprudenzjali previsti f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE biex jikkomplementaw strumenti bbażati fuq il-kapital u biex jippermettu l-użu armonizzat tal-istrumenti fis-suq intern; b'kunsiderazzjoni ta' jekk hemmx prerekwiżit ta' definizzjonijiet armonizzati ta' dawk l-istrumenti u tar-rappurtar tad-data rispettiva fil-livell tal-Unjoni għall-introduzzjoni ta' strumenti bħal dawn;
jekk ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 92(1a), għandux jiġi estiż għal istituzzjonijiet sistemikament importanti li mhumiex G-SIIs, jekk il-kalibrazzjoni tiegħu għandhiex tkun differenti mill-kalibrazzjoni għall-G-SIIs, u jekk il-kalibrazzjoni tiegħu għandhiex tkun skont il-livell ta' importanza sistemika tal-istituzzjoni;
jekk ir-reċiproċità volontarja attwali tal-miżuri makroprudenzjali għandhiex tinbidel għal reċiproċità obbligatorja u jekk il-qafas attwali tal-BERS għar-reċiproċità volontarja hux bażi adatta għal dan;
kif l-awtoritajiet makroprudenzjali rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali jistgħu jingħataw mandat b'għodod biex jindirizzaw riskji sistemiċi emerġenti ġodda li jirriżultaw minn skoperturi tal-istituzzjonijiet ta' kreditu għas-settur mhux bankarju, b'mod partikolari minn swieq tad-derivattivi u ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, is-settur tal-ġestjoni tal-assi u s-settur tal-assigurazzjoni.
Artikolu 514
Metodu għall-kalkolu tal-valur ta' skopertura ta' tranżazzjonijiet derivattivi
Artikolu 515
Monitoraġġ u evalwazzjoni
Artikolu 516
Finanzjament fit-tul
Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-impatt ta' dan ir-Regolament dwar l-inkoraġġiment ta' investimenti fit-tkabbir fit-tul li jippromwovu l-infrastruttura sal-31 ta’ Diċembru 2015.
Artikolu 517
Definizzjoni tal-kapital eliġibbli
Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tanalizza u tirrapporta dwar l-adegwatezza tad-definizzjoni tal-kapital eliġibbli applikata għall-finijiet tat-Titolu III tal-Parti Tnejn u l-Parti Erbgħa u għandha tissottometti dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta leġislattiva.
Artikolu 518
Analiżi tal-istrumenti tal-kapital li jistgħu jiġu sottoskritti jew jiġu kkonvertiti fil-punt ta' non-vijabbiltà
Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tanalizza u tirrapporta dwar jekk dan ir-Regolament għandux ikun fih rekwiżit li strumenti tal-kapital tal-Grad 1 jew Grad 2 Addizzjonali għandhom jiġu sottoskritti fil-każ li jiġi determinat li istituzzjoni m'għadhiex vijabbli. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġislattiva, fejn adatt.
Artikolu 518a
Analiżi tad-dispożizzjonijiet ta' inadempjenza indiretta
Sat-28 ta' Ġunju 2022, il-Kummissjoni għandha tanalizza u tivvaluta jekk ikunx adatt rekwiżit li obbligazzjonijiet eliġibbli jkunu jistgħu jiġu rikapitalizzati internament mingħajr ma jiġu skattati klawżoli ta' inadempjenza indiretta f'kuntratti oħra, bil-ħsieb li kemm jista' jkun tissaħħaħ l-effettività tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna u jiġi valutat jekk għandhiex tkun inkluża dispożizzjoni ta' ebda inadempjenza indiretta li tirreferi għal obbligazzjonijiet eliġibbli fit-termini jew il-kuntratti li jirregolaw obbligazzjonijiet oħra. Fejn adatt, dik l-analiżi u l-valutazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn proposta leġislattiva.
Artikolu 518b
Rapport dwar qabżiet fil-valur u s-setgħat superviżorji biex jiġu limitati d-distribuzzjonijiet
Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jekk ċirkostanzi eċċezzjonali li jikkawżaw disturb ekonomiku serju fil-funzjonament regolat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jiġġustifikawx li:
matul tali perijodi, l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jeskludu mill-mudelli interni tar-riskju tas-suq tal-istituzzjonijiet il-qabżiet fil-valur li ma jirriżultawx minn nuqqasijiet f’dawk il-mudelli;
matul tali perijodi, jingħataw setgħat vinkolanti addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti biex jimponu restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet mill-istituzzjonijiet.
Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra miżuri ulterjuri, jekk xieraq.
Article 519
Tnaqqis tal-assi tal-fondi tal-pensjonijiet b’benefiċċji definiti mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1
Sat-30 ta’ Ġunju 2014, l-ABE għandha tħejji rapport dwar jekk l-ISA 19 rivedut, flimkien mat-tnaqqis tal-assi netti tal-pensjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 36(1)(e) u bidliet fil-passivi netti tal-pensjonijiet iwasslux għal volatilità indebita tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet.
B'kont meħud tar-rapport tal-ABE, il-Kummissjoni għandha tħejji sal-31 ta’ Diċembru 2014, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kwistjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, flimkien ma' proposta leġislattiva, jekk xieraq, għall-introdizzjoni ta' trattament li jaġġusta l-assi u l-passivi netti tal-fondi tal-pensjonijiet b’benefiċċji definiti għall-kalkolu tal-fondi proprji.
Artikolu 519a
Rapportar u rieżami
Sa l-1 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta fid-dawl tal-iżviluppi fis-swieq tat-titolizzazzjoni, inkluż minn perspettiva makroprudenzjali u ekonomika. Dak ir-rapport għandu, jekk ikun adatt, ikun akkumpanjat minn proposta leġislattiva u għandu, b’mod partikolari, jivvaluta l-punti li ġejjin:
l-impatt tal-ġerarkija tal-metodi stabbiliti fl-Artikolu 254 u tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kif stabbilit fl-Artikoli 258 sa 266 dwar l-attività tal-ħruġ u l-investiment minn istituzzjonijiet fis-swieq tat-titolizzazzjoni fl-Unjoni;
l-effetti fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u l-Istati Membri, b’fokus partikolari fuq spekulazzjoni potenzjali fuq is-suq tal-proprjetà immobbli u interkonnettività akbar bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji;
liema miżuri jkunu meħtieġa biex jitnaqqas u jingħeleb kwalunkwe effett negattiv ta’ titolizzazzjonijiet fuq l-istabbiltà finanzjarja filwaqt li jinżamm l-effett pożittiv tagħha fuq il-finanzjament, inkluż l-introduzzjoni possibbli ta’ limitu massimu fuq l-iskopertura għat-titolizzazzjonijiet; u
l-effetti fuq il-kapaċità tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu mezz ta’ finanzjament sostenibbli u stabbli għall-ekonomija reali, b’attenzjoni partikolari għall-SMEs; u
il-mod kif il-kriterji tas-sostenibbiltà ambjentali jistgħu jiġu integrati fil-qafas tat-titolizzazzjoni, inkluż għall-iskoperturi għal titolizzazzjonijiet NPE.
Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll l-iżviluppi regolatorji f’fora internazzjonali, b’mod partikolari dawk marbutin mal-istandards internazzjonali dwar it-titolizzazzjoni.
Artikolu 519b
Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq
TITOLU IIa
IMPLEMENTAZZJONI TAR-REGOLI
Artikolu 519c
Għodda ta' konformità
L-għodda msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas tippermetti lil kull istituzzjoni:
tidentifika malajr id-dispożizzjonijiet rilevanti biex tikkonforma magħhom fir-rigward tad-daqs u l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni;
issegwi l-bidliet li saru fl-atti leġislattivi u fid-dispożizzjonijiet, il-linji gwida u l-mudelli ta' implimentazzjoni relatati.
TITOLU III
EMENDI
Artikolu 520
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 648/2012
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:
Il-Kapitolu li ġej jiġi miżjud fit-Titolu IV:
"KAPITOLU 4
Kalkoli u rappurtar għall-finijiet tar-Regolament (EU) No 575/2013
Artikolu 50a
Kalkolu tal-KCCP
CCP għandha tikkalkula l-kapital ipotetiku (KCCP) kif ġej:
fejn:
EBRMi |
= |
il-valur tal-iskopertura qabel il-mitigazzjoni tar-riskju li huwa daqs il-valur tal-iskopertura tas-CCP għall-membru tal-ikklerjar i li jirriżulta mill-kuntratti u t-transazzjonijiet kollha ma' dak il-membru tal-ikklerjar, ikkalkulat mingħajr ma jiġi kkunsidrat il-kollateral depożitat minn dak il-membru tal-ikklerjar; |
IMi |
= |
il-marġini inizjali depożitat mas-CCP mill-membru tal-ikklerjar i; |
DFi |
= |
il-kontribuzzjoni prefinanzjata tal-membru tal-ikklerjar i; |
RW |
= |
piż tar-riskju ta’ 20 %; |
proporzjon tal-kapital |
= |
8 %. |
Il-valuri kollha fil-formula fl-ewwel subparagrafu jirreferu għall-valutazzjoni fi tmiem tal-jum preċedenti ta' dak li fih il-marġni mitlub fuq il-marġni finali ta' tali jum jiġi skambjat.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex jiġi speċifikat dan li ġej għall-fini tal-paragrafu 3:
il-frekwenza u d-dati tal-kalkolu speċifikat fil-paragrafu 2;
is-sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità kompetenti ta' istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tista’ tirrikjedi kalkoli u rappurtar aktar frekwenti minn dawk imsemmija fil-punt (a).
L-EBA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 50b
Regoli ġenerali għall-kalkolu tal-KCCP
Għall-finijiet tal-kalkolu stipulat fl-Artikolu 50a(2), għandhom japplikaw dawn li ġejjin:
CCP għandha tikkalkula l-valur tal-iskoperturi li għandha lejn il-membri tal-ikklerjar tagħha kif ġej:
għal skoperturi li jirriżultaw minn kuntratti u transazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 301(1) (a) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 hija għandha tikkalkulhom f'konformità mal-metodu ta' ppeżar skont il-valur fis-suq stipulat fl-Artikolu 274 tiegħu;
għal skoperturi li jirriżultaw minn kuntratti u transazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 301 (1)(b), (c) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandha tikkalkulahom skont il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju speċifikat fl-Artikolu 223 ta' dak ir-Regolament b'aġġustamenti superviżorji għall-volatilità, speċifikat fl-Artikoli 223 u 224 ta' dak ir-Regolament. L-eċċezzjoni stipulata fil-punt (a) tal-Artikolu 285(3) ma għandhiex tapplika;
għal skoperturi li jirriżultaw minn transazzjonijiet li mhumiex elenkati fl-Aritkolu 301(1) tar-Regolament (EU) No 575/2013 u li jinvolvi riskju tas-saldu biss għandha tikkalkulahom skont il-Parti Tlieta, Titolu V ta' dak ir-Regolament;
għal istituzzjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (EU) No 575/2013 is-settijiet ta' netting huma l-istess bħal dak definiti fil-Parti Tlieta, Titolu II ta' dak ir-Regolament;
fil-kalkolu tal-valuri msemmijin fil-punt (a), is-CCP għandha tnaqqas mill-iskoperturi tagħha l-kollateral depożitat mill-membri tal-ikklerjar tagħha, imnaqqas kif xieraq mill-aġġustamenti superviżorji għall-volatilità b’konformità mal-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju speċifikat fl-Artikolu 224 tar-Regolament (EU) No 575/2013;
fejn CCP għandha skoperturi għal CCP waħda jew aktar, għandha tittratta tali skoperturi daqs li kieku kienu skoperturi għall-membri tal-ikklerjar u tinkludi kull marġni jew kontribuzzjoni prefinanzjata rċevuta minn għand dawk is-CCPs fil-kalkolu tal-KCCP;
fejn CCP għandha arranġament kuntrattwali vinkolanti mal-membri tal-ikklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizzjali kollu jew parti minnu mill-membri tal-ikklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati, is-CCP għandha tikkunsidra dak il-marġni inizjali bħala kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-finijiet tal-kalkolu fil-paragrafu 1 u mhux bħala marġni inizjali;
fl-applikazzjoni tal-Metodu skont il-valwazzjoni fis-suq kif imsemmi fl-Artikolu 274 tar-Regolament (EU) No 575/2013, CCP għandha tissostittwixxi l-formula fil-punt (c)(ii) tal-Artikolu 298(1) ta' dak ir-Regolament b'dan li ġej:
fejn in-numeratur tal-NGR jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 274(1) ta' dak ir-Regolament u eżatt qabel ma jiġu effettivament skambjati l-marġni ta' varjazzjoni fit-tmiem tal-perijodu tas-saldu, u d-denominatur ikun l-ispiża grossa tas-sostituzzjoni
fejn CCP ma tistax tikkalkula l-valur tal-NGR kif stipulat fil-punt (c)(ii) tal-Artikolu 298(1) tar-Regolament (EU) No 575/2013, għandha:
tinnotifika lil dawk li huma l-istituzzjonijiet fost il-membri ta’ kklerjar tagħha u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar in-naqqas ta' kapaċità tagħha li tikkalkula l-NGR u r-raġunijiet għax ma tistax twettaq il-kalkolu;
għal perijodu ta' tliet xhur, tista' tuża valur tal-NGR ta' 0,3 biex tagħmel il-kalkolu tal-PCE red speċifikat fil-punt (h) ta' dan l-Artikolu;
fejn, fi tmiem il-perijodu speċifikat fil-punt (ii) tal-punt (i), is-CCP tibqa’ ma tistax tikkalkula l-valur tal-NGR, għandha tagħmel dan li ġej:
tieqaf tikkalkula l- KCCP;
tinnotifika lil dawk li huma l-istituzzjonijiet fost il-membri ta’ kklerjar tagħha u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li waqfet tikkalkula l- KCCP;
kif stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 280(1) ta' dak ir-Regolament;
fejn CCP ikollha aktar minn fond ta' inadempjenza wieħed, għandha twettaq il-kalkolu stipulat fl-Artikolu 50a(2) għal kull fond ta' inadempjenza separatament.
Artikolu 50c
Rappurtar tal-informazzjoni
Għall-finijiet tal-Artikolu 308 tar-Regolament (EU) No 575/2013, CCP għandha tirrapporta l-informazzjoni li ġejja lil dawk li huma l-istituzzjonijiet fost il-membri ta’ kklerjar tagħha u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom:
il-kapital ipotetiku (KCCP);
is-somma tal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati (DFCM);
l-ammont tar-riżorsi finanzjarji prefinanzjati li hija obbligata li tuża – bil-liġi jew minħabba ftehim kuntrattwali mal-membri tal-ikklerjar tagħha – sabiex tkopri t-telf tagħha wara l-inadempjenza ta’ membru jew membri tal-ikklerjar tagħha qabel ma tuża l-kontribuzzjonijiet tal-fond ta' garanzija f'każ ta' inadempjenza tal-membri tal-ikklerjar li jifdal (DFCCP);
in-numru totali ta’ membri tal-ikklerjar tagħha (N);
il-fattur ta' konċentrazzjoni (β), kif stipulat fl-Artikolu 50d.
Fejn is-CCP ikollha aktar minn fond ta' inadempjenza wieħed, għandha tirrapporta l-informazzjoni fl-ewwel subparagrafu għal kull fond ta' inadempjenza separatament.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika dan li ġej:
il-mudell uniformi għall-finijiet tar-rappurtar speċifikat fil-paragrafu 1;
il-frekwenza u d-dati tar-rappurtar speċifikati fil-paragrafu 2;
is-sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità kompetenti ta' istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tista’ tirrikjedi rappurtar aktar frekwenti minn dawk imsemmija fil-punt (b).
L-EBA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 50d
Kalkolu tal-elementi speċifiċi li għandhom jiġu rappurtati mis-CCP
Għall-finijiet tal-Artikolu 50c, għandu japplika dan li ġej:
fejn ir-regoli ta' CCP jipprevedu li hija tuża parti mir-riżorsi finanzjarji tagħha jew ir-riżorsi finanzjarja tagħha kollha u b'mod parallel mal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tal-membri tal-ikklerjar tagħha b'mod li jagħmel dawk ir-riżorsi ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati ta' membru tal-ikklerjar f'termini ta' kif huma jassorbu t-telf imġarrab mis-CCP fil-każ ta' inadempjenza jew insolvenza ta' wieħed jew aktar mill-membri tal-ikklerjar tagħha, is-CCP għandha żżid l-ammont korrispondenti ta' dawk ir-riżorsi mad-DFCM;
mal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati (DF) kif ġej:
.
CCP għandha tikkalkula l-fattur ta’ konċentrazzjoni (β) skont il-formula li ġejja:
fejn:
PCEred,i |
= |
iċ-ċifra mnaqqsa għall-iskopertura għall-kreditu futura potenzjali għall-kuntratti u t-transazzjonijiet kollha ta’ CCP mal-membru tal-ikklerjar i; |
PCEred,1 |
= |
iċ-ċifra mnaqqsa għall-iskopertura ta’ kreditu futura potenzjali għall-kuntratti u t-transazzjonijiet kollha ta’ CCP mal- membru tal-ikklerjar li jkollu l-akbar valur ta' PCEred ; |
PCEred,2 |
= |
iċ-ċifra mnaqqsa għall-iskopertura ta’ kreditu futura potenzjali għall-kuntratti u t-transazzjonijiet kollha ta’ CCP ma’ membru tal-ikklerjar li jkollu t-tieni l-akbar valur ta' PCEred . |
fl-Artikolu 11(5), il-punt (b) jitħassar:
fl-Artikolu 89 għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
Sa 15-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-aħħar wieħed mill-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-Artikoli 16, 26, 29, 34, 41, 42, 44, 45, 47 u 49, jew sakemm tittieħed deċiżjoni taħt l-Artikolu 25 dwar ir-rikonoxximent tas-CCP, skont liema tiġi l-ewwel, dik is-CCP għandha tapplika t-trattament speċifikat fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
Sal-limiti ta' żmien stipulati fil-ewwel żewġ subparagrafi ta' dan il-paragrafu, u soġġetta għar-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu, fejn CCP la għandha fond ta' inadempjenza u lanqas m'għandha fis-seħħ arranġament vinkolanti mal-membri ta' kklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu rċevut mill-membri ta' kklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati, l-informazzjoni li hija għandha tirrapporta skont l-Artikolu 50c(1) għandha tinkludi l-ammont totali tal-marġni inizjali li tkun irċeviet mill-membri ta' kklerjar tagħha.
Il-limiti ta' żmien imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu jistgħu jiġu estiżi b'sitt xhur skont l-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni adottat skont l-Artikolu 497(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”
PARTI ĦDAX
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Article 521
Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika minn 1 ta’ Jannar 2014, bl-eċċezzjoni ta':
L-Artikolu 8(3), l-Artikolu 21 u l-Artikolu 451(1), li għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2015;
L-Artikolu 413(1), li għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2016;
id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jeħtieġu li l-ESAs jippreżentaw lill-Kummissjoni abbozzi ta' standards tekniċi u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti ddelegati jew atti ta' implimentazzjoni, li għandhom japplikaw mit-28 ta' Ġunju 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Klassifikazzjoni ta’ elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ
1. riskju sħiħ:
garanziji li għandhom il-karattru ta’ sostituti ta’ kreditu (eż. garanziji għall-pagament kif dovut ta' faċilitajiet ta' kreditu);
derivati tal-kreditu;
aċċettazzjonijiet;
approvazzjonijiet fuq kambjali li ma jkollhomx l-isem ta’ istituzzjoni oħra jew ditta tal-investiment;
transazzjonijiet b’rikors (eż. factoring, faċilitajiet ta' invoice discounting);
ittri ta’ kreditu irrevokabli pendenti li jkollhom il-karattru ta’ sostituti ta’ kreditu;
assi mixtrija taħt ftehimiet diretti ta’ xiri forward;
depożiti forward;
il-porzjon mhux imħallas tal-ishma u t-titoli mħallsa parzjalment;
ftehimiet ta’ bejgħ u xiri mill-ġdid ta’ assi kif imsemmi fl-Artikolu 12(3) u (5) tad- Direttiva 86/635/KEE;
elementi oħra li huma wkoll ikollhom riskju totali.
2. Riskju medju:
elementi ta' finanzjament tan-negozju li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, jiġifieri dokumenti ta’ krediti maħruġa jew ikkonfermati (ara wkoll ‘Riskju medju/baxx’);
elementi oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ:
garanziji marittimi, bonds doganali u fiskali;
faċilitajiet ta’ kreditu mhux miġbud (ftehimiet ta’ self, xiri ta’ titoli, forniment ta’ garanziji jew faċilitajiet ta’ aċċettazzjoni) b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena;
faċilitajiet ta’ ħruġ ta’ noti (Note issuance facilities - NIFs) u faċilitajiet ta’ sottoskrizzjoni ċirkolanti (revolving underwriting facilities - RUFs);
elementi oħra li wkoll ikollhom riskju medju u kif ikkomunikati lill-ABE.
3. Riskju medju/baxx:
elementi ta' finanzjament tan-negozju li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ:
dokumenti ta’ krediti li fihom konsenji sottostanti jaġixxu bħala kollateral u transazzjonijiet oħra awtolikwidanti;
garanziji (inkluż bonds b'garanzija għall-appalti u għall-prestazzjoni u garanziji assoċjati ta' pagamenti bil-quddiem u retenzjoni) u garanziji li ma għandhomx il-karattru ta' sostituti tal-kreditu;
ittri ta’ kreditu irrevokabli pendenti li jkollhom il-karattru ta’ sostituti ta’ kreditu;
elementi oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ:
faċilitajiet ta’ kreditu mhux miġbud li jinvolvu ftehimiet ta’ għoti ta' self, xiri ta’ titoli, forniment ta’ garanziji jew faċilitajiet ta’ aċċettazzjoni b’maturità oriġinali li tasal sa u tinkludi sena li ma jistgħux jiġu kkanċellati bla kondizzjoni fi kwalunkwe mument mingħajr notifika jew li ma jipprovdux b’mod effettiv għal kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju;
elementi oħra li jkollhom riskju medju/baxx u kif ikkomunikat lill-ABE.
4. Riskju baxx:
faċilitajiet ta’ kreditu mhux miġbud li jinvolvu ftehimiet ta’ għoti ta' self, xiri ta’ titoli, forniment ta’ garanziji jew faċilitajiet ta’ aċċettazzjoni li jistgħu jiġu kkanċellati bla kondizzjoni fi kwalunkwe mument mingħajr notifika, jew li effettivament jipprovdu għal kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju. Linji ta’ kreditu fil-livell ta' konsumatur jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kanċellabbli mingħajr kondizzjoni jekk it-termini jippermettu lill-istituzzjoni tikkanċellahom sal-massimu permess skont il-leġislazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumaturi u leġislazzjoni relatata;
faċilitajiet ta’ kreditu mhux miġbud għal garanziji rigward appalti u prestazzjoni li jistgħu jiġu kkanċellati mingħajr kondizzjoni fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż, jew li effettivament jipprovdu għall-kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament tal-kwalità tal-kreditu tad-debitur; u
elementi oħra li wkoll għandhom riskju baxx u kif ikkomunikati lill-ABE.
ANNESS II
Tipi ta’ derivati
1. Kuntratti tar-rata tal-imgħax:
swaps tar-rati tal-imgħax f’munita waħda;
basis-swaps;
ftehim ta’ rati bil-quddiem;
futures tar-rati tal-imgħax;
opzjonijiet tar-rati tal-imgħax;
kuntratti oħrajn ta' natura simili.
2. Kuntratti tal-kambju u kuntratti li jikkonċernaw id-deheb:
swaps bejn muniti differenti tar-rati tal-imgħax;
kuntratti forward tal-kambju;
futures ta’ muniti;
opzjonijiet ta' munita;
kuntratti oħrajn ta' natura simili;
kuntratti ta' simili għal (a) sa (e) li jikkonċernaw id-deheb.
3. Kuntratti simili għal dawk fil-punti 1(a) sa (e) u 2(a) sa (d) ta' dan l-Anness li jikkonċernaw elementi ta' referenza jew indiċi oħrajn. Bħala minimu, dan jinkludi l-istrumenti kollha speċifikati fil-punti (4) sa (7), (9), (10) u (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE mhux inklużi fil-punt 1 jew 2 ta' dan l-Anness.
ANNESS III
Elementi soġġetti għal rappurtar supplimentari ta’ assi likwidi
1. Flus.
2. Skoperturi tal-bank ċentrali, sakemm dawn l-iskoperturi jkunu jistgħu jinġibdu fi żminijiet ta’ stress.
3. Titoli trasferibbli li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew inkella pretensjonijiet iggarantiti minn sovrani, banek ċentrali, entitajiet tas-settur pubbliku li mhumiex tal-gvern ċentrali, reġjuni b'awtonomija fiskali li jimponu u jiġbru taxxi u awtoritajiet lokali, il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, il-Fond Monetarju Internazzjonali, l-Unjoni Ewropea, il-European Financial Stability Facility, the European Stability Mechanism jew banek ta’ żvilupp multilaterali u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
huma assenjati piż ta’ riskju ta’ 0 % skont il-Kapitolu 2, Titolu II tal-PartiTlieta;
mhumiex obbligazzjoni fuq istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew fuq waħda mill-entitajiet affiljati tagħha.
4. Titoli trasferibbli għajr dawk imsemmija fil-punt 3 li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew inkella garantiti minn sovrani jew banek ċentrali maħruġa f’muniti nazzjonali mis-sovran jew mill-bank ċentrali fil-munita u l-pajjiż li fih jittieħed ir-riskju ta’ likwidità jew jinħareġ f’muniti barranin, safejn il-holding ta’ tali dejn jilħaq il-ħtiġijiet ta’ likwidità tal-operazzjonijiet tal-bank f’dak il-pajjiż terz.
5. Titoli trasferibbli li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew pretensjonijiet garantiti minn sovrani, banek ċentrali, entitajiet tas-settur pubbliku li mhumiex tal-gvern ċentrali, reġjuni b'awtonomija fiskali li jimponu u jiġbru taxxi u awtoritajiet lokali, jew banek ta’ żvilupp multilaterali u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin.
huma assenjati piż ta’ riskju ta’ 20 % skont il-Kapitolu 2, Titolu II tal-PartiTlieta;
mhumiex obbligazzjoni fuq istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew fuq waħda mill-entitajiet affiljati tagħha.
6. Sigurtajiet trasferibbli għajr dawk imsemmija fil-punti 3, 4 u 5 li jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta’ 20 % jew aħjar skont il-Kapitolu 2, Titolu II, Parti Tlieta jew li huma klassifikati internament bħala li jkollhom kwalità ta’ kreditu ekwivalenti, u li jilħqu kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
ma jirrappreżentawx pretensjoni fuq SSPE, istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet affiljati tagħha;
huma bonds eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 129(4) jew (5);
huma bonds koperti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (EU) 2019/… għajr dawk imsemmija fil-punt (b) ta’ dan il-punt.
7. Sigurtajiet trasferibbli minbarra dawk imsemmija fil-punti 3 sa 6 li jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta' 50 % jew aħjar skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta jew li huma klassifikati internament bi kwalità ta’ kreditu ekwivalenti, u ma jirrappreżentawx pretensjoni fuq SSPE, istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet affiljati tagħhom;
8. Sigurtajiet trasferibbli minbarra dawk imsemmija fil-punti 3 sa 7 li huma kollateralizzati bħala assi li jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta’ 35 % jew aħjar skont il-Kapitolu 2, Titolu II, Parti Tlieta jew li huma klassifikati internament bħala li jkollhom kwalità ta’ kreditu ekwivalenti, u li huma garantiti għalkollox b'ipoteki fuq proprjetà residenzjali skont l-Artikolu 125.
9. Faċilitajiet ta' kreditu ta' riżerva mogħtija minn banek ċentrali fl-ambitu tal-politika monetarja sal-punt li dawn il-faċilitajiet ma jiġux kollateralizzati minn assi likwidi u eskluża l-assistenza ta' likwidità ta' emergenza
10. Depożiti minimi legali jew statutorji mal-istituzzjoni ta' kreditu ċentrali u finanzjament likwidu disponibbli kuntrattwalment jew statutorju ieħor mill-istituzzjoni ta' kreditu ċentrali jew istituzzjonijiet li huma membri tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 113(7), jew eliġibbli għar-rinunzja prevista fl-Artikolu 10, sa fejn dan il-finanzjament ma jiġix kollateralizzat minn assi likwidi, jekk l-istituzzjoni ta' kreditu tkun tappartjeni lil netwerk skont dispożizzjonijiet legali jew statutorji,
11. Azzjonijiet ta' ekwità komuni skambjati fuq borża u kklerjati ċentralment, li huma kostitwent ta' indiċi ta' borża ewlieni, denominati fil-munita domestika tal-Istat Membru u mhux maħruġin minn istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew kwalunkwe wieħed mill-affiljati tagħha.
12. Id-deheb ikkwotat fuq borża rikonoxxuta, miżmum fuq bażi ta' allokazzjoni.
L-elementi kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija fil-punti 1, 2 u 9 iridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
huma negozjati fi ftehimiet sempliċi ta’ xiri mill-ġdid jew fi swieq tal-flus ikkaratterizzati minn livell baxx ta’ konċentrazzjoni;
għandhom rekord ipprovat bħala sors affidabbli ta’ likwidità jew permezz ta’ ftehim ta’ xiri mill-ġdid jew permezz ta’ bejgħ anki matul kondizzjonijiet ta’ stress tas-suq;
ikunu ħielsa minn ipoteki.
ANNESS IV
Tabella ta' korrelazzjoni
Dan ir-Regolament |
Direttiva 2006/48/KE |
Direttiva 2006/49/KE |
Artikolu 1 |
|
|
Artikolu 2 |
|
|
Artikolu 3 |
|
|
Punt (1) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4 (1) |
|
Punt (2) tal-Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 3(1)b |
Punt (3) tal-Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 3(1)c |
Punt (4) tal-Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 3(1)p |
Punti (5)-(7) tal-Artikolu 4(1) |
|
|
Punt (8) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(18) |
|
Punti (9)-(12) tal-Artikolu 4(1) |
|
|
Punt (13) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(41) |
|
Punt (14) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(42) |
|
Punt (15) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(12) |
|
Punt (16) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(13) |
|
Punt (17) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(3) |
|
Punt (18) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(21) |
|
Punt (19) tal-Artikolu 4(1) |
|
|
Punt (20) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(19) |
|
Punt (21) tal-Artikolu 4(1) |
|
|
Punt (22) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(20) |
|
Punt (23) tal-Artikolu 4(1) |
|
|
Punt (24) tal-Artikolu 4(1) |
|
|
Punt (25) tal-Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 3(1)c |
Punt (26) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(5) |
|
Punt (27) tal-Artikolu 4(1) |
|
|
Punt (28) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(14) |
|
Punt (29) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(16) |
|
Punt (30) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(15) |
|
Punt (31) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(17) |
|
Punti (32)-(34) tal-Artikolu 4(1) |
|
|
Punt (35) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(10) |
|
Punt (36) tal-Artikolu 4(1) |
|
|
Punt (37) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(9) |
|
Punt (38) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(46) |
|
Punt (39) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(45) |
|
Punt (40) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(4) |
|
Punt (41) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(48) |
|
Punt (42) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(2) |
|
Punt (43) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(7) |
|
Punt (44) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(8) |
|
Punt (45) tal-Artikolu 4(1) |
|
|
Punt (46) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(23) |
|
Punti (47)-(49) tal-Artikolu 4(1) |
|
|
Punt (50) tal-Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 3(1)e |
Punt (51) tal-Artikolu 4(1) |
|
|
Punt (52) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(22) |
|
Punt (53) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(24) |
|
Punt (54) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(25) |
|
Punt (55) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(27) |
|
Punt (56) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(28) |
|
Punt (57) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(30) |
|
Punt (58) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(31) |
|
Punt (59) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(32) |
|
Punt (60) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(35) |
|
Punt (61) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(36) |
|
Punt (62) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(40) |
|
Punt (63) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(40a) |
|
Punt (64) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(40b) |
|
Punt (65) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(43) |
|
Punt (66) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(44) |
|
Punt (67) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(39) |
|
Punti (68)-(71) tal-Artikolu 4(1) |
|
|
Punt (72) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(47) |
|
Punt (73) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(49) |
|
Punti (74)-(81) tal-Artikolu 4(1) |
|
|
Punt (82) tal-Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 3(1)m |
Punt (83) tal-Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(33) |
|
Punti (84)-(91) tal-Artikolu 4(1) |
|
|
Punt (92) tal-Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 3(1)i |
Punti (93)-(117) tal-Artikolu 4(1) |
|
|
Punt (118) tal-Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 3(1)r |
Punti (119)-(128) tal-Artikolu 4(1) |
|
|
Artikolu 4(2) |
|
|
Artikolu 4(3) |
|
|
Artikolu 5 |
|
|
Artikolu 6(1) |
Artikolu 68(1) |
|
Artikolu 6(2) |
Artikolu 68(2) |
|
Artikolu 6(3) |
Artikolu 68(3) |
|
Artikolu 6(4) |
|
|
Artikolu 6(5) |
|
|
Artikolu 7(1) |
Artikolu 69(1) |
|
Artikolu 7(2) |
Artikolu 69(2) |
|
Artikolu 7(3) |
Artikolu 69(3) |
|
Artikolu 8(1) |
|
|
Artikolu 8(2) |
|
|
Artikolu 8(3) |
|
|
Artikolu 9(1) |
Artikolu 70(1) |
|
Artikolu 9(2) |
Artikolu 70(2) |
|
Artikolu 9(3) |
Artikolu 70(3) |
|
Artikolu 10(1) |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 10(2) |
|
|
Artikolu 11(1) |
Artikolu 71(1) |
|
Artikolu 11(2) |
Artikolu 71(2) |
|
Artikolu 11(3) |
|
|
Artikolu 11(4) |
Artikolu 3(2) |
|
Artikolu 11(5) |
|
|
Artikolu 12 |
|
|
Artikolu 13(1) |
Artikolu 72(1) |
|
Artikolu 13(2) |
Artikolu 72(2) |
|
Artikolu 13(3) |
Artikolu 72(3) |
|
Artikolu 13(4) |
|
|
Artikolu 14(1) |
Artikolu 73(3) |
|
Artikolu 14(2) |
|
|
Artikolu 14(3) |
|
|
Artikolu 15 |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 16 |
|
|
Artikolu 17(1) |
|
Artikolu 23 |
Artikolu 17(2) |
|
|
Artikolu 17(3) |
|
|
Artikolu 18(1)- |
Artikolu 133(1) subparagrafu 1 |
|
Artikolu 18(2) |
Artikolu 133(1) subparagrafu 2 |
|
Artikolu 18(3) |
Artikolu 133(1) subparagrafu 3 |
|
Artikolu 18(4) |
Artikolu 133(2) |
|
Artikolu 18(5) |
Artikolu 133(3) |
|
Artikolu 18(6) |
Artikolu 134(1) |
|
Artikolu 18(7) |
|
|
Artikolu 18(8) |
Artikolu 134(2) |
|
Artikolu 19(1) |
Artikolu 73(1) (b) |
|
Artikolu 19(2) |
Artikolu 73(1) |
|
Artikolu 19(3) |
Artikolu 73(1) subparagrafu 2 |
|
Artikolu 20(1) |
Artikolu 105(3) Artikolu 129(2) u Anness X, Parti 3, punti 30 u 31 |
|
Artikolu 20(2) |
Artikolu 129(2) subparagrafu 3 |
|
Artikolu 20(3) |
Artikolu 129(2) subparagrafu 4 |
|
Artikolu 20(4) |
Artikolu 129(2) subparagrafu 5 |
|
Artikolu 20(5) |
|
|
Artikolu 20(6) |
Artikolu 84(2) |
|
Artikolu 20(7) |
Artikolu 129(2) subparagrafu 6 |
|
Artikolu 20(8) |
Artikolu 129(2) subparagrafi 7 u 8 |
|
Artikolu 21(1) |
|
|
Artikolu 21(2) |
|
|
Artikolu 21(3) |
|
|
Artikolu 21(4) |
|
|
Artikolu 22 |
Artikolu 73(2) |
|
Artikolu 23 |
|
Artikolu 3(1) subparagrafu 2 |
Artikolu 24 |
Artikolu 74(1) |
|
Artikolu 25 |
|
|
Artikolu 26 (1) |
Artikolu 57(a) |
|
Artikolu 26 (1)(a) |
Artikolu 57(a) |
|
Artikolu 26 (1)(b) |
Artikolu 57(a) |
|
Artikolu 26 (1)(c) |
Artikolu 57(b) |
|
Artikolu 26 (1)(d) |
|
|
Artikolu 26 (1)(e) |
Artikolu 57(b) |
|
Artikolu 26 (1)(f) |
Artikolu 57(c) |
|
Artikolu 26 (1) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 61 subparagrafu 2 |
|
Artikolu 26 (2)(a) |
Artikolu 57 subparagrafu 2, 3 u 4 |
|
Artikolu 26 (2)(b) |
Artikolu 57 2, 3 u 4 |
|
Artikolu 26 (3) |
|
|
Artikolu 26 (4) |
|
|
Artikolu 27 |
|
|
Artikolu 28(1)(a) |
|
|
Artikolu 28(1)(b) |
57(a) |
|
Artikolu 28(1)(c) |
57(a) |
|
Artikolu 28(1)(d) |
|
|
Artikolu 28(1)(e) |
|
|
Artikolu 28(1)(f) |
|
|
Artikolu 28(1)(g) |
|
|
Artikolu 28(1)(h) |
|
|
Artikolu 28(1)(i) |
Artikolu 57(a) |
|
Artikolu 28(1)(j) |
Artikolu 57(a) |
|
Artikolu 28(1)(k) |
|
|
Artikolu 28(1)(l) |
|
|
Artikolu 28(1)(m) |
|
|
Artikolu 28(2) |
|
|
Artikolu 28(3) |
|
|
Artikolu 28(4) |
|
|
Artikolu 28(5) |
|
|
Artikolu 29 |
|
|
Artikolu 30 |
|
|
Artikolu 31 |
|
|
Artikolu 32(1)(a) |
|
|
Artikolu 32(1)(b) |
Artikolu 57 subparagrafu 4 |
|
Artikolu 32(2) |
|
|
Artikolu 33(1)(a) |
Artikolu 64(4) |
|
Artikolu 33(1)(b) |
Artikolu 64(4) |
|
Artikolu 33(1)(c) |
|
|
Artikolu 33(2) |
|
|
Artikolu 33(3)(a) |
|
|
Artikolu 33(3)(b) |
|
|
Artikolu 33(3)(c) |
|
|
Artikolu 33(3)(d) |
|
|
Artikolu 33(4) |
|
|
Artikolu 34 |
Artikolu 64(5) |
|
Artikolu 35 |
|
|
Artikolu 36(1)(a) |
Artikolu 57(k) |
|
Artikolu 36(1)(b) |
Artikolu 57(j) |
|
Artikolu 36(1)(c) |
|
|
Artikolu 36(1)(d) |
Artikolu 57(q) |
|
Artikolu 36(1)(e) |
|
|
Artikolu 36(1)(f) |
Artikolu 57(i) |
|
Artikolu 36(1)(g) |
|
|
Artikolu 36(1)(h) |
Artikolu 57(n) |
|
Artikolu 36(1)(i) |
Artikolu 57(m) |
|
Artikolu 36(1)(j) |
Artikolu 66(2) |
|
Artikolu 36(1)(k)(i) |
|
|
Artikolu 36(1)(k)(ii) |
Artikolu 57(r) |
|
Artikolu 36(1)(k)(iii) |
|
|
Artikolu 36(1)(k)(iv) |
|
|
Artikolu 36(1)(k)(v) |
|
|
Artikolu 36(1)(l) |
Artikolu 61 subparagrafu 2 |
|
Artikolu 36(2) |
|
|
Artikolu 36(3) |
|
|
Artikolu 37 |
|
|
Artikolu 38 |
|
|
Artikolu 39 |
|
|
Artikolu 40 |
|
|
Artikolu 41 |
|
|
Artikolu 42 |
|
|
Artikolu 43 |
|
|
Artikolu 44 |
|
|
Artikolu 45 |
|
|
Artikolu 46 |
|
|
Artikolu 47 |
|
|
Artikolu 48 |
|
|
Artikolu 49(1) |
Artikolu 59 |
|
Artikolu 49(2) |
Artikolu 60 |
|
Artikolu 49(3) |
|
|
Artikolu 49(4) |
|
|
Artikolu 49(5) |
|
|
Artikolu 49(6) |
|
|
Artikolu 50 |
Artikolu 66, Artikolu 57(ca), Artikolu 63a |
|
Artikolu 51 |
Artikolu 66, Artikolu 57(ca), Artikolu 63a |
|
Artikolu 52 |
Artikolu 63a |
|
Artikolu 53 |
|
|
Artikolu 54 |
|
|
Artikolu 55 |
|
|
Artikolu 56 |
|
|
Artikolu 57 |
|
|
Artikolu 58 |
|
|
Artikolu 59 |
|
|
Artikolu 60 |
|
|
Artikolu 61 |
Artikolu 66, Artikolu 57(ca), Artikolu 63a |
|
Artikolu 62(a) |
Artikolu 64(3) |
|
Artikolu 62(b) |
|
|
Artikolu 62(c) |
|
|
Artikolu 62(d) |
Artikolu 63(3) |
|
Artikolu 63 |
Artikolu 63(1), Artikolu 63(2), Artikolu 64(3) |
|
Artikolu 64 |
Artikolu 64 (3) (c) |
|
Artikolu 65 |
|
|
Artikolu 66 |
Artikolu 57, Artikolu 66(2) |
|
Artikolu 67 |
Artikolu 57, Artikolu 66(2) |
|
Artikolu 68 |
|
|
Artikolu 69 |
Artikolu 57, Artikolu 66(2) |
|
Artikolu 70 |
Artikolu 57, Artikolu 66(2) |
|
Artikolu 71 |
Artikolu 66, Artikolu 57(ca), Artikolu 63a |
|
Artikolu 72 |
Artikolu 57, Artikolu 66 |
|
Artikolu 73 |
|
|
Artikolu 74 |
|
|
Artikolu 75 |
|
|
Artikolu 76 |
|
|
Artikolu 77 |
Artikolu 63a(2) |
|
Artikolu 78(1) |
Artikolu 63a(2) |
|
Artikolu 78(2) |
|
|
Artikolu 78(3) |
|
|
Artikolu 78(4) |
Artikolu 63a(2) subparagrafu 4 |
|
Artikolu 78(5) |
|
|
Artikolu 79 |
Artikolu 58 |
|
Artikolu 80 |
|
|
Artikolu 81 |
Artikolu 65 |
|
Artikolu 82 |
Artikolu 65 |
|
Artikolu 83 |
|
|
Artikolu 84 |
Artikolu 65 |
|
Artikolu 85 |
Artikolu 65 |
|
Artikolu 86 |
Artikolu 65 |
|
Artikolu 87 |
Artikolu 65 |
|
Artikolu 88 |
Artikolu 65 |
|
Artikolu 89 |
Artikolu 120 |
|
Artikolu 90 |
Artikolu 122 |
|
Artikolu 91 |
Artikolu 121 |
|
Artikolu 92 |
Artikolu 66, Artikolu 75 |
|
Artikolu 93(1)-(4) |
Artikolu 10(1)-(4) |
|
Artikolu 93(5) |
|
|
Artikolu 94 |
|
Artikolu 18(2)-(4) |
Artikolu 95 |
|
|
Artikolu 96 |
|
|
Artikolu 97 |
|
|
Artikolu 98 |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 99(1) |
Artikolu 74(2) |
|
Artikolu 99(2) |
|
|
Artikolu 100 |
|
|
Artikolu 101(1) |
|
|
Artikolu 101(2) |
|
|
Artikolu 101(3) |
|
|
Artikolu 102(1) |
|
Artikolu 11(1) |
Artikolu 102(2) |
|
Artikolu 11(3) |
Artikolu 102(3) |
|
Artikolu 11(4) |
Artikolu 102(4) |
|
Anness VII, Parti C, punt 1 |
Artikolu 103 |
|
Anness VII, Parti A, punt 1 |
Artikolu 104(1) |
|
Anness VII, Parti D, punt 1 |
Artikolu 104(2) |
|
Anness VII, Parti D, punt 2 |
Artikolu 105(1) |
|
Artikolu 33(1) |
Artikolu 105(2)-(10) |
|
Anness VII, Parti B, punti 1-9 |
Artikolu 105(11)-(13) |
|
Anness VII, Parti B, punti 11-13 |
Artikolu 106 |
|
Anness VII, Parti C, punti 1-3 |
Artikolu 107 |
Artikolu 76, Artikolu 78(4) u Anness III, Parti 2, punt 6 |
|
Artikolu 108(1) |
Artikolu 91 |
|
Artikolu 108(2) |
|
|
Artikolu 109 |
Artikolu 94 |
|
Artikolu 110 |
|
|
Artikolu 111 |
Artikolu 78(1)-(3) |
|
Artikolu 112 |
Artikolu 79(1) |
|
Artikolu 113(1) |
Artikolu 80(1) |
|
Artikolu 113(2) |
Artikolu 80(2) |
|
Artikolu 113(3) |
Artikolu 80(4) |
|
Artikolu 113(4) |
Artikolu 80(5) |
|
Artikolu 113(5) |
Artikolu 80(6) |
|
Artikolu 113(6) |
Artikolu 80(7) |
|
Artikolu 113(7) |
Artikolu 80(8) |
|
Artikolu 114 |
Anness VI, Parti I, punti 1-5 |
|
Artikolu 115(1) (4) |
Anness VI, Parti I, punti 8-11 |
|
Artikolu 115(5) |
|
|
Artikolu 116(1) |
Anness VI, Parti I, punt 14 |
|
Artikolu 116(2) |
Anness VI, Parti I, punt 14 |
|
Artikolu 116(3) |
|
|
Artikolu 116(4) |
Anness VI, Parti I, punt 15 |
|
Artikolu 116(5) |
Anness VI, Parti I, punt 17 |
|
Artikolu 116(6) |
Anness VI, Parti I, punt 17 |
|
Artikolu 117(1) |
Anness VI, Parti I, punt 18 u 19 |
|
Artikolu 117(2) |
Anness VI, Parti I, punt 20 |
|
Artikolu 117(3) |
Anness VI, Parti I, punt 21 |
|
Artikolu 118 |
Anness VI, Parti I, punt 22 |
|
Artikolu 119(1) |
|
|
Artikolu 119(2) |
Anness VI, Parti I, punti 37 u 38 |
|
Artikolu 119(3) |
Anness VI, Parti I, punt 40 |
|
Artikolu 119(4) |
|
|
Artikolu 119(5) |
|
|
Artikolu 120(1) |
Anness VI, Parti I, punt 29 |
|
Artikolu 120(2) |
Anness VI, Parti I, punt 31 |
|
Artikolu 120(3) |
Anness VI, Parti I, punti 33-36 |
|
Artikolu 121(1) |
Anness VI, Parti I, punt 26 |
|
Artikolu 121(2) |
Anness VI, Parti I, punt 25 |
|
Artikolu 121(3) |
Anness VI, Parti I, punt 27 |
|
Artikolu 122 |
Anness VI, Parti I, punti 41 u 42 |
|
Artikolu 123 |
Artikolu 79(2), 79(3) u Anness VI, Parti I, punt 43 |
|
Artikolu 124(1) |
Anness VI, Parti I, punt 44 |
|
Artikolu 124(2) |
|
|
Artikolu 124(3) |
|
|
Artikolu 125(1)-(3) |
Anness VI, Parti I, punti 45-49 |
|
Artikolu 125(4) |
|
|
Artikolu 126(1) u (2) |
Anness VI, Parti I, punti 51-55 |
|
Artikolu 126(3) u (4) |
Anness VI, Parti I, punti 58 u 59 |
|
Artikolu 127(1) u (2) |
Anness VI, Parti I, punti 61 u 62 |
|
Artikolu 127(3) u (4) |
Anness VI, Parti I, punti 64 u 65 |
|
Artikolu 128(1) |
Anness VI, Parti I, punti 66 u 76 |
|
Artikolu 128(2) |
Anness VI, Parti I, punt 66 |
|
Artikolu 128(3) |
|
|
Artikolu 129(1) |
Anness VI, Parti I, punt 68, paragrafi 1 u 2 |
|
Artikolu 129(2) |
Anness VI, Parti I, punt 69 |
|
Artikolu 129(3) |
Anness VI, Parti I, punt 71 |
|
Artikolu 129(4) |
Anness VI, Parti I, punt 70 |
|
Artikolu 129(5) |
|
|
Artikolu 130 |
Anness VI, Parti I, punt 72 |
|
Artikolu 131 |
Anness VI, Parti I, punt 73 |
|
Artikolu 132(1) |
Anness VI, Parti I, punt 74 |
|
Artikolu 132(2) |
Anness VI, Parti I, punt 75 |
|
Artikolu 132(3) |
Anness VI, Parti I, punti 77 u 78 |
|
Artikolu 132(4) |
Anness VI, Parti I, punt 79 |
|
Artikolu 132(5) |
Anness VI, Parti I, punt 80 u punt 81 |
|
Artikolu 133(1) |
Anness VI, Parti I, punt 86 |
|
Artikolu 133(2) |
|
|
Artikolu 133(3) |
|
|
Artikolu 134(1)-(3) |
Anness VI, Parti I, punti 82-84 |
|
Artikolu 134(4)-(7) |
Anness VI, Parti I, punti 87-90 |
|
Artikolu 135 |
Artikolu 81(1), (2) u (4) |
|
Artikolu 136(1) |
Artikolu 82(1) |
|
Artikolu 136(2) |
Anness VI, Parti 2, punti 12-16 |
|
Artikolu 136(3) |
Artikolu 150(3) |
|
Artikolu 137(1) |
Anness VI, Parti I, punt 6 |
|
Artikolu 137(2) |
Anness VI, Parti I, punt 7 |
|
Artikolu 137(3) |
|
|
Artikolu 138 |
Anness VI, Parti III, punti 1-7 |
|
Artikolu 139 |
Anness VI, Parti III, punti 8-17 |
|
Artikolu 140(1) |
|
|
Artikolu 140(2) |
|
|
Artikolu 141 |
|
|
Artikolu 142(1) |
|
|
Artikolu 142(2) |
|
|
Artikolu 143(1) |
Artikolu 84 (1) u Anness VII, Parti 4, punt 1 |
|
Artikolu 143(1) |
Artikolu 84(2) |
|
Artikolu 143(1) |
Artikolu 84(3) |
|
Artikolu 143(1) |
Artikolu 84(4) |
|
Artikolu 143(1) |
|
|
Artikolu 144 |
|
|
Artikolu 145 |
|
|
Artikolu 146 |
|
|
Artikolu 147(1) |
Artikolu 86(9) |
|
Artikolu 147(2)-(9) |
Artikolu 86(1)-(8) |
|
Artikolu 148(1) |
Artikolu 85(1) |
|
Artikolu 148(2) |
Artikolu 85(2) |
|
Artikolu 148(3) |
|
|
Artikolu 148(4) |
Artikolu 85(3) |
|
Artikolu 148(5) |
|
|
Artikolu 148(1) |
|
|
Artikolu 149 |
Artikolu 85(4) u (5) |
|
Artikolu 150(1) |
Artikolu 89(1) |
|
Artikolu 150(2) |
Artikolu 89(2) |
|
Artikolu 150(3) |
|
|
Artikolu 150(4) |
|
|
Artikolu 151 |
Artikolu 87(1)-(10) |
|
Artikolu 152(1) u (2) |
Artikolu 87(11) |
|
Artikolu 152(3) u (4) |
Artikolu 87(12) |
|
Artikolu 152(5) |
|
|
Artikolu 153(1) |
Anness VII, Parti I, punt 3 |
|
Artikolu 153(2) |
|
|
Artikolu 153(3)-(8) |
Anness VII, Parti I, punti 4-9 |
|
Artikolu 153(9) |
|
|
Artikolu 154 |
Anness VII, Parti I, punti 10-16 |
|
Artikolu 155(1) |
Anness VII, Parti I, punti 17 u 18 |
|
Artikolu 155(2) |
Anness VII, Parti I, punti 19 sa 21 |
|
Artikolu 155(3) |
Anness VII, Parti I, punti 22 sa 24 |
|
Artikolu 155(4) |
Anness VII, Parti I, punti 25 sa 26 |
|
Artikolu 156 |
|
|
Artikolu 156 |
Anness VII, Parti I, punt 27 |
|
Artikolu 157(1) |
Anness VII, Parti I, punt 28 |
|
Artikolu 157(2)-(5) |
|
|
Artikolu 158(1) |
Artikolu 88(2) |
|
Artikolu 158(2) |
Artikolu 88(3) |
|
Artikolu 158(3) |
Artikolu 88(4) |
|
Artikolu 158(4) |
Artikolu 88(6) |
|
Artikolu 158(5) |
Anness VII, Parti I, punt 30 |
|
Artikolu 158(6) |
Anness VII, Parti I, punt 31 |
|
Artikolu 158(7) |
Anness VII, Parti I, punt 32 |
|
Artikolu 158(8) |
Anness VII, Parti I, punt 33 |
|
Artikolu 158(9) |
Anness VII, Parti I, punt 34 |
|
Artikolu 158(10) |
Anness VII, Parti I, punt 35 |
|
Artikolu 158(11) |
|
|
Artikolu 159 |
Anness VII, Parti I, punt 36 |
|
Artikolu 160(1) |
Anness VII, Parti II, punt 2 |
|
Artikolu 160(2) |
Anness VII, Parti II, punt 3 |
|
Artikolu 160(3) |
Anness VII, Parti II, punt 4 |
|
Artikolu 160(4) |
Anness VII, Parti II, punt 5 |
|
Artikolu 160(5) |
Anness VII, Parti II, punt 6 |
|
Artikolu 160 (6) |
Anness VII, Parti II, punt 7 |
|
Artikolu 160(7) |
Anness VII, Parti II, punt 7 |
|
Artikolu 161(1) |
Anness VII, Parti II, punt 8 |
|
Artikolu 161(2) |
Anness VII, Parti II, punt 9 |
|
Artikolu 161(3) |
Anness VII, Parti II, punt 10 |
|
Artikolu 161(4) |
Anness VII, Parti II, punt 11 |
|
Artikolu 162(1) |
Anness VII, Parti II, punt 12 |
|
Artikolu 162(2) |
Anness VII, Parti II, punt 13 |
|
Artikolu 162(3) |
Anness VII, Parti II, punt 14 |
|
Artikolu 162(4) |
Anness VII, Parti II, punt 15 |
|
Artikolu 162(5) |
Anness VII, Parti II, punt 16 |
|
Artikolu 163(1) |
Anness VII, Parti II, punt 17 |
|
Artikolu 163(2) |
Anness VII, Parti II, punt 18 |
|
Artikolu 163(3) |
Anness VII, Parti II, punt 19 |
|
Artikolu 163(4) |
Anness VII, Parti II, punt 20 |
|
Artikolu 164(1) |
Anness VII, Parti II, punt 21 |
|
Artikolu 164(2) |
Anness VII, Parti II, punt 22 |
|
Artikolu 164(3) |
Anness VII, Parti II, punt 23 |
|
Artikolu 164(4) |
|
|
Artikolu 165(1) |
Anness VII, Parti II, punt 24 |
|
Artikolu 165(2) |
Anness VII, Parti II, punt 25 u 26 |
|
Artikolu 165(3) |
Anness VII, Parti II, punt 27 |
|
Artikolu 166(1) |
Anness VII, Parti III, punt 1 |
|
Artikolu 166(2) |
Anness VII, Parti III, punt 2 |
|
Artikolu 166(3) |
Anness VII, Parti III, punt 3 |
|
Artikolu 166(4) |
Anness VII, Parti III, punt 4 |
|
Artikolu 166(5) |
Anness VII, Parti III, punt 5 |
|
Artikolu 166(6) |
Anness VII, Parti III, punt 6 |
|
Artikolu 166(7) |
Anness VII, Parti III, punt 7 |
|
Artikolu 166(8) |
Anness VII, Parti III, punt 9 |
|
Artikolu 166(9) |
Anness VII, Parti III, punt 10 |
|
Artikolu 166(10) |
Anness VII, Parti III, punt 11 |
|
Artikolu 167(1) |
Anness VII, Parti III, punt 12 |
|
Artikolu 167(2) |
|
|
Artikolu 168 |
Anness VII, Parti III, punt 13 |
|
Artikolu 169(1) |
Anness VII, Parti IV, punt 2 |
|
Artikolu 169(2) |
Anness VII, Parti IV, punt 3 |
|
Artikolu 169(3) |
Anness VII, Parti IV, punt 4 |
|
Artikolu 170(1) |
Anness VII, Parti IV, punt 5-11 |
|
Artikolu 170(2) |
Anness VII, Parti IV, punt 12 |
|
Artikolu 170(3) |
Anness VII, Parti IV, punti 13-15 |
|
Artikolu 170(4) |
Anness VII, Parti IV, punt 16 |
|
Artikolu 171(1) |
Anness VII, Parti IV, punt 17 |
|
Artikolu 171(2) |
Anness VII, Parti IV, punt 18 |
|
Artikolu 172(1) |
Anness VII, Parti IV, punt 19-23 |
|
Artikolu 172(2) |
Anness VII, Parti IV, punt 24 |
|
Artikolu 172(3) |
Anness VII, Parti IV, punt 25 |
|
Artikolu 173(1) |
Anness VII, Parti IV, points26-28 |
|
Artikolu 173(2) |
Anness VII, Parti IV, punt 29 |
|
Artikolu 173(3) |
|
|
Artikolu 174 |
Anness VII, Parti IV, punt 30 |
|
Artikolu 175(1) |
Anness VII, Parti IV, punt 31 |
|
Artikolu 175(2) |
Anness VII, Parti IV, punt 32 |
|
Artikolu 175(3) |
Anness VII, Parti IV, punt 33 |
|
Artikolu 175(4) |
Anness VII, Parti IV, punt 34 |
|
Artikolu 175(5) |
Anness VII, Parti IV, punt 35 |
|
Artikolu 176(1) |
Anness VII, Parti IV, punt 36 |
|
Artikolu 176(2) |
Anness VII, Parti IV, punt 37 1st subparagrafu |
|
Artikolu 176(3) |
Anness VII, Parti IV, punt 37 2nd subparagrafu |
|
Artikolu 176(4) |
Anness VII, Parti IV, punt 38 |
|
Artikolu 176(5) |
Anness VII, Parti IV, punt 39 |
|
Artikolu 177(1) |
Anness VII, Parti IV, punt 40 |
|
Artikolu 177(2) |
Anness VII, Parti IV, punt 41 |
|
Artikolu 177(3) |
Anness VII, Parti IV, punt 42 |
|
Artikolu 178(1) |
Anness VII, Parti IV, punt 44 |
|
Artikolu 178(2) |
Anness VII, Parti IV, punt 44 |
|
Artikolu 178(3) |
Anness VII, Parti IV, punt 45 |
|
Artikolu 178(4) |
Anness VII, Parti IV, punt 46 |
|
Artikolu 178(5) |
Anness VII, Parti IV, punt 47 |
|
Artikolu 178(6) |
|
|
Artikolu 178(7) |
|
|
Artikolu 179(1) |
Anness VII, Parti IV, punti 43 u 49-56 |
|
Artikolu 179(2) |
Anness VII, Parti IV, punt 57 |
|
Artikolu 180(1) |
Anness VII, Parti IV, punti 59-66 |
|
Artikolu 180(2) |
Anness VII, Parti IV, punti 67-72 |
|
Artikolu 180(3) |
|
|
Artikolu 181(1) |
Anness VII, Parti IV, punti 73-81 |
|
Artikolu 181(2) |
Anness VII, Parti IV, punt 82 |
|
Artikolu 181(3) |
|
|
Artikolu 182(1) |
Anness VII, Parti IV, punti 87-92 |
|
Artikolu 182(2) |
Anness VII, Parti IV, punt 93 |
|
Artikolu 182(3) |
Anness VII, Parti IV, punti 94 u 95 |
|
Artikolu 182(4) |
|
|
Artikolu 183(1) |
Anness VII, Parti IV, punti 98-100 |
|
Artikolu 183(2) |
Anness VII, Parti IV, punti 101 u 102 |
|
Artikolu 183(3) |
Anness VII, Parti IV, punt 103 u punt 104 |
|
Artikolu 183(4) |
Anness VII, Parti IV, punt 96 |
|
Artikolu 183(5) |
Anness VII, Parti IV, punt 97 |
|
Artikolu 183(6) |
|
|
Artikolu 184(1) |
|
|
Artikolu 184(2) |
Anness VII, Parti IV, punt 105 |
|
Artikolu 184(3) |
Anness VII, Parti IV, punt 106 |
|
Artikolu 184(4) |
Anness VII, Parti IV, punt 107 |
|
Artikolu 184(5) |
Anness VII, Parti IV, punt 108 |
|
Artikolu 184(6) |
Anness VII, Parti IV, punt 109 |
|
Artikolu 185 |
Anness VII, Parti IV, punti 110-114 |
|
Artikolu 186 |
Anness VII, Parti IV, punt 115 |
|
Artikolu 187 |
Anness VII, Parti IV, punt 116 |
|
Artikolu 188 |
Anness VII, Parti IV, punti 117-123 |
|
Artikolu 189(1) |
Anness VII, Parti IV, punt 124 |
|
Artikolu 189(2) |
Anness VII, Parti IV, punti 125 u 126 |
|
Artikolu 189(3) |
Anness VII, Parti IV, punt 127 |
|
Artikolu 190(1) |
Anness VII, Parti IV, punt 128 |
|
Artikolu 190(2) |
Anness VII, Parti IV, punt 129 |
|
Artikolu 190(3) (4) |
Anness VII, Parti IV, punt 130 |
|
Artikolu 191 |
Anness VII, Parti IV, punt 131 |
|
Artikolu 192 |
Artikolu 90 u Anness VIII, Parti 1, punt 2 |
|
Artikolu 193(1) |
Artikolu 93 (2) |
|
Artikolu 193(2) |
Artikolu 93 (3) |
|
Artikolu 193(3) |
Artikolu 93(1) u Anness VIII, Parti 3, punt 1 |
|
Artikolu 193(4) |
Anness VIII, Parti 3, punt 2 |
|
Artikolu 193(5) |
Anness VIII, Parti 5, punt 1 |
|
Artikolu 193(6) |
Anness VIII, Parti 5, punt 2 |
|
Artikolu 194(1) |
Artikolu 92(1) |
|
Artikolu 194(2) |
Artikolu 92(2) |
|
Artikolu 194(3) |
Artikolu 92(3) |
|
Artikolu 194(4) |
Artikolu 92(4) |
|
Artikolu 194(5) |
Artikolu 92(5) |
|
Artikolu 194(6) |
Artikolu 92(5) |
|
Artikolu 194(7) |
Artikolu 92(6) |
|
Artikolu 194(8) |
Anness VIII, Parti 2, punt 1 |
|
Artikolu 194(9) |
Anness VIII, Parti 2, punt 2 |
|
Artikolu 194(10) |
|
|
Artikolu 195 |
Anness VIII, Parti 1, punti 3 u 4 |
|
Artikolu 196 |
Anness VIII, Parti 1, punt 5 |
|
Artikolu 197(1) |
Anness VIII, Parti 1, punt 7 |
|
Artikolu 197(2) |
Anness VIII, Parti 1, punt 7 |
|
Artikolu 197(3) |
Anness VIII, Parti 1, punt 7 |
|
Artikolu 197(4) |
Anness VIII, Parti 1, punt 8 |
|
Artikolu 197(5) |
Anness VIII, Parti 1, punt 9 |
|
Artikolu 197(6) |
Anness VIII, Parti 1, punt 9 |
|
Artikolu 197(7) |
Anness VIII, Parti 1, punt 10 |
|
Artikolu 197(8) |
|
|
Artikolu 198(1) |
Anness VIII, Parti 1, punt 11 |
|
Artikolu 198(2) |
Anness VIII, Parti 1, punt 11 |
|
Artikolu 199(1) |
Anness VIII, Parti 1, punt 12 |
|
Artikolu 199(2) |
Anness VIII, Parti 1, punt 13 |
|
Artikolu 199(3) |
Anness VIII, Parti 1, punt 16 |
|
Artikolu 199(4) |
Anness VIII, Parti 1, punti 17 u 18 |
|
Artikolu 199(5) |
Anness VIII, Parti 1, punt 20 |
|
Artikolu 199(6) |
Anness VIII, Parti 1, punt 21 |
|
Artikolu 199(7) |
Anness VIII, Parti 1, punt 22 |
|
Artikolu 199(8) |
|
|
Artikolu 200 |
Anness VIII, Parti 1, punti 23 sa 25 |
|
Artikolu 201(1) |
Anness VIII, Parti 1, punti 26 u 28 |
|
Artikolu 201(2) |
Anness VIII, Parti 1, punt 27 |
|
Artikolu 202 |
Anness VIII, Parti 1, punt 29 |
|
Artikolu 203 |
|
|
Artikolu 204(1) |
Anness VIII, Parti 1, punt 30 u punt 31 |
|
Artikolu 204(2) |
Anness VIII, Parti 1, punt 32 |
|
Artikolu 205 |
Anness VIII, Parti 2, punt 3 |
|
Artikolu 206 |
Anness VIII, Parti 2, punti 4 sa 5 |
|
Artikolu 207(1) |
Anness VIII, Parti 2, punt 6 |
|
Artikolu 207(2) |
Anness VIII, Parti 2, punt 6(a) |
|
Artikolu 207(3) |
Anness VIII, Parti 2, punt 6(b) |
|
Artikolu 207(4) |
Anness VIII, Parti 2, punt 6(c) |
|
Artikolu 207(5) |
Anness VIII, Parti 2, punt 7 |
|
Artikolu 208(1) |
Anness VIII, Parti 2, punt 8 |
|
Artikolu 208(2) |
Anness VIII, Parti 2, punt 8(a) |
|
Artikolu 208(3) |
Anness VIII, Parti 2, punt 8(b) |
|
Artikolu 208(4) |
Anness VIII, Parti 2, punt 8(c ) |
|
Artikolu 208(5) |
Anness VIII, Parti 2, punt 8(d) |
|
Artikolu 209(1) |
Anness VIII, Parti 2, punt 9 |
|
Artikolu 209(2) |
Anness VIII, Parti 2, punt 9(a) |
|
Artikolu 209(3) |
Anness VIII, Parti 2, punt 9(b) |
|
Artikolu 210 |
Anness VIII, Parti 2, punt 10 |
|
Artikolu 211 |
Anness VIII, Parti 2, punt 11 |
|
Artikolu 212(1) |
Anness VIII, Parti 2, punt 12 |
|
Artikolu 212(2) |
Anness VIII, Parti 2, punt 13 |
|
Artikolu 213 (1) |
Anness VIII, Parti 2, punt 14 |
|
Artikolu 213(2) |
Anness VIII, Parti 2, punt 15 |
|
Artikolu 213(3) |
|
|
Artikolu 214(1) |
Anness VIII, Parti 2, punt 16(a) sa (c) |
|
Artikolu 214(2) |
Anness VIII, Parti 2, punt 16 |
|
Artikolu 214(3) |
Anness VIII, Parti 2, punt 17 |
|
Artikolu 215(1) |
Anness VIII, Parti 2, punt 18 |
|
Artikolu 215(2) |
Anness VIII, Parti 2, punt 19 |
|
Artikolu 216(1) |
Anness VIII, Parti 2, punt 20 |
|
Artikolu 216(2) |
Anness VIII, Parti 2, punt 21 |
|
Artikolu 217(1) |
Anness VIII, Parti 2, punt 22 |
|
Artikolu 217(2) |
Anness VIII, Parti 2, punt 22(c) |
|
Artikolu 217(3) |
Anness VIII, Parti 2, punt 22(c) |
|
Artikolu 218 |
Anness VIII, Parti 3, punt 3 |
|
Artikolu 219 |
Anness VIII, Parti 3, punt 4 |
|
Artikolu 220(1) |
Anness VIII, Parti 3, punt 5 |
|
Artikolu 220(2) |
Anness VIII, Parti 3, punti 6, 8 sa 10 |
|
Artikolu 220(3) |
Anness VIII, Parti 3, punt 11 |
|
Artikolu 220(4) |
Anness VIII, Parti 3, punti 22 u 23 |
|
Artikolu 220(5) |
Anness VIII, Parti III3, punt 9 |
|
Artikolu 221(1) |
Anness VIII, Parti 3, punt 12 |
|
Artikolu 221(2) |
Anness VIII, Parti 3, punt 12 |
|
Artikolu 221(3) |
Anness VIII, Parti 3, punti 13 sa 15 |
|
Artikolu 221(4) |
Anness VIII, Parti 3, punt 16 |
|
Artikolu 221(5) |
Anness VIII, Parti 3, punti 18 u 19 |
|
Artikolu 221(6) |
Anness VIII, Parti 3, punti 20 u 21 |
|
Artikolu 221(7) |
Anness VIII, Parti 3, punt17 |
|
Artikolu 221(8) |
Anness VIII, Parti 3, punti 22 u 23 |
|
Artikolu 221(9) |
|
|
Artikolu 222(1) |
Anness VIII, Parti 3, punt 24 |
|
Artikolu 222(2) |
Anness VIII, Parti 3, punt 25 |
|
Artikolu 222(3) |
Anness VIII, Parti 3, punt 26 |
|
Artikolu 222(4) |
Anness VIII, Parti 3, punt 27 |
|
Artikolu 222(5) |
Anness VIII, Parti 3, punt 28 |
|
Artikolu 222(6) |
Anness VIII, Parti 3, punt 29 |
|
Artikolu 222(7) |
Anness VIII, Parti 3, punti 28 u 29 |
|
Artikolu 223(1) |
Anness VIII, Parti 3, punti 30 sa 32 |
|
Artikolu 223(2) |
Anness VIII, Parti 3, punt 33 |
|
Artikolu 223(3) |
Anness VIII, Parti 3, punt 33 |
|
Artikolu 223(4) |
Anness VIII, Parti 3, punt 33 |
|
Artikolu 223(5) |
Anness VIII, Parti 3, punt 33 |
|
Artikolu 223(6) |
Anness VIII, Parti 3, punti 34 u 35 |
|
Artikolu 223(7) |
Anness VIII, Parti 3, punt 35 |
|
Artikolu 224(1) |
Anness VIII, Parti 3, punt 36 |
|
Artikolu 224(2) |
Anness VIII, Parti 3, punt 37 |
|
Artikolu 224(3) |
Anness VIII, Parti 3, punt 38 |
|
Artikolu 224(4) |
Anness VIII, Parti 3, punt 39 |
|
Artikolu 224(5) |
Anness VIII, Parti 3, punt 40 |
|
Artikolu 224(6) |
Anness VIII, Parti 3, punt 41 |
|
Artikolu 225(1) |
Anness VIII, Parti 3, punti 42 sa 46 |
|
Artikolu 225(2) |
Anness VIII, Parti 3, punti 47 sa 52 |
|
Artikolu 225(3) |
Anness VIII, Parti 3, punti 53 sa 56 |
|
Artikolu 226 |
Anness VIII, Parti 3, punt 57 |
|
Artikolu 227(1) |
Anness VIII, Parti 3, punt 58 |
|
Artikolu 227(2) |
Anness VIII, Parti 3, punt 58(a) sa (h) |
|
Artikolu 227(3) |
Anness VIII, Parti 3, punt 58(h) |
|
Artikolu 228(1) |
Anness VIII, Parti 3, punt 60 |
|
Artikolu 228(2) |
Anness VIII, Parti 3, punt 61 |
|
Artikolu 229(1) |
Anness VIII, Parti 3, punti 62 sa 65 |
|
Artikolu 229(2) |
Anness VIII, Parti 3, punt 66 |
|
Artikolu 229(3) |
Anness VIII, Parti 3, punti 63 u 67 |
|
Artikolu 230(1) |
Anness VIII, Parti 3, punti 68 sa 71 |
|
Artikolu 230(2) |
Anness VIII, Parti 3, punt 72 |
|
Artikolu 230(3) |
Anness VIII, Parti 3, punti 73 u 74 |
|
Artikolu 231(1) |
Anness VIII, Parti 3, punt 76 |
|
Artikolu 231(2) |
Anness VIII, Parti 3, punt 77 |
|
Artikolu 231(3) |
Anness VIII, Parti 3, punt 78 |
|
Artikolu 231(1) |
Anness VIII, Parti 3, punt 79 |
|
Artikolu 231(2) |
Anness VIII, Parti 3, punt 80 |
|
Artikolu 231(3) |
Anness VIII, Parti 3, punt 80a |
|
Artikolu 231(4) |
Anness VIII, Parti 3, punti 81 sa 82 |
|
Artikolu 232(1) |
Anness VIII, Parti 3, punt 83 |
|
Artikolu 232(2) |
Anness VIII, Parti 3, punt 83 |
|
Artikolu 232(3) |
Anness VIII, Parti 3, punt 84 |
|
Artikolu 232(4) |
Anness VIII, Parti 3, punt 85 |
|
Artikolu 234 |
Anness VIII, Parti 3, punt 86 |
|
Artikolu 235(1) |
Anness VIII, Parti 3, punt 87 |
|
Artikolu 235(2) |
Anness VIII, Parti 3, punt 88 |
|
Artikolu 235(3) |
Anness VIII, Parti 3, punt 89 |
|
Artikolu 236(1) |
Anness VIII, Parti 3, punt 90 |
|
Artikolu 236(2) |
Anness VIII, Parti 3, punt 91 |
|
Artikolu 236(3) |
Anness VIII, Parti III, punt 92 |
|
Artikolu 237(1) |
Anness VIII, Parti 4, punt 1 |
|
Artikolu 237(2) |
Anness VIII, Parti 4, punt 2 |
|
Artikolu 238(1) |
Anness VIII, Parti 4, punt 3 |
|
Artikolu 238(2) |
Anness VIII, Parti 4, punt 4 |
|
Artikolu 238(3) |
Anness VIII, Parti 4, punt 5 |
|
Artikolu 239(1) |
Anness VIII, Parti 4, punt 6 |
|
Artikolu 239(2) |
Anness VIII, Parti 4, punt 7 |
|
Artikolu 239(3) |
Anness VIII, Parti 4, punt 8 |
|
Artikolu 240 |
Anness VIII, Parti VI, punt 1 |
|
Artikolu 241 |
Anness VIII, Parti VI, punt 2 |
|
Artikolu 242(1) sa (9) |
Anness IX, Parti I, punt 1 |
|
Artikolu 242(10) |
Artikolu 4 punt 37 |
|
Artikolu 242(11) |
Artikolu 4 punt 38 |
|
Artikolu 242(12) |
|
|
Artikolu 242(13) |
|
|
Artikolu 242(14) |
|
|
Artikolu 242(15) |
|
|
Artikolu 243(1) |
Anness IX, Parti II, punt 1 |
|
Artikolu 243(2) |
Anness IX, Parti II, punt 1a |
|
Artikolu 243(3) |
Anness IX, Parti II, punt 1b |
|
Artikolu 243(4) |
Anness IX, Parti II, punt 1c |
|
Artikolu 243(5) |
Anness IX, Parti II, punt 1d |
|
Artikolu 243(6) |
|
|
Artikolu 244(1) |
Anness IX, Parti II, punt 2 |
|
Artikolu 244(2) |
Anness IX, Parti II, punt 2a |
|
Artikolu 244(3) |
Anness IX, Parti II, punt 2b |
|
Artikolu 244(4) |
Anness IX, Parti II, punt 2c |
|
Artikolu 244(5) |
Anness IX, Parti II, punt 2d |
|
Artikolu 244(6) |
|
|
Artikolu 245(1) |
Artikolu 95(1) |
|
Artikolu 245(2) |
Artikolu 95(2) |
|
Artikolu 245(3) |
Artikolu 96(2) |
|
Artikolu 245(4) |
Artikolu 96(4) |
|
Artikolu 245(5) |
|
|
Artikolu 245(6) |
|
|
Artikolu 246(1) |
Anness IX, Parti IV, punti 2 u 3 |
|
Artikolu 246(2) |
Anness IX, Parti IV, punt 5 |
|
Artikolu 246(3) |
Anness IX, Parti IV, punt 5 |
|
Artikolu 247(1) |
Artikolu 96(3), Anness IX, Parti IV, punt 60 |
|
Artikolu 247(2) |
Anness IX, Parti IV, punt 61 |
|
Artikolu 247(3) |
|
|
Artikolu 247(4) |
|
|
Artikolu 248(1) |
Artikolu 101(1) |
|
Artikolu 248(2) |
|
|
Artikolu 248(3) |
Artikolu 101(2) |
|
Artikolu 249 |
Anness IX, Parti II, punti 3 u 4 |
|
Artikolu 250 |
Anness IX, Parti II, punti 5-7 |
|
Artikolu 251 |
Anness IX, Parti IV, punt 6-7 |
|
Artikolu 252 |
Anness IX, Parti IV, punt 8 |
|
Artikolu 253(1) |
Anness IX, Parti IV, punt 9 |
|
Artikolu 253(2) |
Anness IX, Parti IV, punt 10 |
|
Artikolu 254 |
Anness IX, Parti IV, punt 11-12 |
|
Artikolu 255(1) |
Anness IX, Parti IV, punt 13 |
|
Artikolu 255(2) |
Anness IX, Parti IV, punt 15 |
|
Artikolu 256(1) |
Artikolu 100(1) |
|
Artikolu 256(2) |
Anness IX, Parti IV, punt 17-20 |
|
Artikolu 256(3) |
Anness IX, Parti IV, punt 21 |
|
Artikolu 256(4) |
Anness IX, Parti IV, punti 22-23 |
|
Artikolu 256(5) |
Anness IX, Parti IV, punt 24-25 |
|
Artikolu 256(6) |
Anness IX, Parti IV, punt 26-29 |
|
Artikolu 256(7) |
Anness IX, Parti IV, punt 30 |
|
Artikolu 256(8) |
Anness IX, Parti IV, punt 32 |
|
Artikolu 256(9) |
Anness IX, Parti IV, punt 33 |
|
Artikolu 257 |
Anness IX, Parti IV, punt 34 |
|
Artikolu 258 |
Anness IX, Parti IV, punt 35-36 |
|
Artikolu 259(1) |
Anness IX, Parti IV, punti 38-41 |
|
Artikolu 259(2) |
Anness IX, Parti IV, punt 42 |
|
Artikolu 259(3) |
Anness IX, Parti IV, punt 43 |
|
Artikolu 259(4) |
Anness IX, Parti IV, punt 44 |
|
Artikolu 259(5) |
|
|
Artikolu 260 |
Anness IX, Parti IV, punt 45 |
|
Artikolu 261(1) |
Anness IX, Parti IV, punt 46-47, 49 |
|
Artikolu 261(2) |
Anness IX, Parti IV, punt 51 |
|
Artikolu 262(1) |
Anness IX, Parti IV, punt 52, 53 |
|
Artikolu 262(2) |
Anness IX, Parti IV, punt 53 |
|
Artikolu 262(3) |
|
|
Artikolu 262(4) |
Anness IX, Parti IV, punt 54 |
|
Artikolu 263(1) |
Anness IX, Parti IV, punt 57 |
|
Artikolu 263(2) |
Anness IX, Parti IV, punt 58 |
|
Artikolu 263(3) |
Anness IX, Parti IV, punt 59 |
|
Artikolu 264(1) |
Anness IX, Parti IV, punt 62 |
|
Artikolu 264(2) |
Anness IX, Parti IV, points 63-65 |
|
Artikolu 264(3) |
Anness IX, Parti IV, punti 66 u 67 |
|
Artikolu 264(4) |
|
|
Artikolu 265(1) |
Anness IX, Parti IV, punt 68 |
|
Artikolu 265(2) |
Anness IX, Parti IV, punt 70 |
|
Artikolu 265(3) |
Anness IX, Parti IV, punt 71 |
|
Artikolu 266(1) |
Anness IX, Parti IV, punt 72 |
|
Artikolu 266(2) |
Anness IX, Parti IV, punt 73 |
|
Artikolu 266(3) |
Anness IX, Parti IV, punt 74-75 |
|
Artikolu 266(4) |
Anness IX, Parti IV, punt 76 |
|
Artikolu 267(1) |
Artikolu 97(1) |
|
Artikolu 267(3) |
Artikolu 97(3) |
|
Artikolu 268 |
Anness IX, Parti III, punt 1 |
|
Artikolu 269 |
Anness IX, Parti III, punt 2-7 |
|
Artikolu 270 |
Artikolu 98 (1) u Anness IX, Parti III, punti 8 u 9 |
|
Artikolu 271(1) |
Anness III, Parti II, punt 1 Anness VII, Parti III, punt 5 |
|
Artikolu 271(2) |
Anness VII, Parti III, punt 7 |
|
Artikolu 272(1) |
Anness III, Parti I, punt 1 |
|
Artikolu 272(2) |
Anness III, Parti I, punt 3 |
|
Artikolu 272(3) |
Anness III, Parti I, punt 4 |
|
Artikolu 272 (4) |
Anness III, Parti I, punt 5 |
|
Artikolu 272(5) |
Anness III, Parti I, punt 6 |
|
Artikolu 272(6) |
Anness III, Parti I, punt 7 |
|
Artikolu 272(7) |
Anness III, Parti I, punt 8 |
|
Artikolu 272(8) |
Anness III, Parti I, punt 9 |
|
Artikolu 272(9) |
Anness III, Parti I, punt 10 |
|
Artikolu 272(10) |
Anness III, Parti I, punt 11 |
|
Artikolu 272(11) |
Anness III, Parti I, punt 12 |
|
Artikolu 272(12) |
Anness III, Parti I, punt 13 |
|
Artikolu 272(13) |
Anness III, Parti I, punt 14 |
|
Artikolu 272(14) |
Anness III, Parti I, punt 15 |
|
Artikolu 272(15) |
Anness III, Parti I, punt 16 |
|
Artikolu 272(16) |
Anness III, Parti I, punt 17 |
|
Artikolu 272(17) |
Anness III, Parti I, punt 18 |
|
Artikolu 272(18) |
Anness III, Parti I, punt 19 |
|
Artikolu 272(19) |
Anness III, Parti I, punt 20 |
|
Artikolu 272(20) |
Anness III, Parti I, punt 21 |
|
Artikolu 272(21) |
Anness III, Parti I, punt 22 |
|
Artikolu 272(22) |
Anness III, Parti I, punt 23 |
|
Artikolu 272(23) |
Anness III, Parti I, punt 26 |
|
Artikolu 272(24) |
Anness III, Parti VII, punt a) |
|
Artikolu 272(25) |
Anness III, Parti VII, punt a) |
|
Artikolu 272(26) |
Anness III; Parti V, punt 2 |
|
Artikolu 273(1) |
Anness III, Parti II, punt 1 |
|
Artikolu 273(2) |
Anness III, Parti II, punt 2 |
|
Artikolu 273(3) |
Anness III, Parti II, punt 3 l-ewwel u t-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 273(4) |
Anness III, Parti II, punt 3 it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 273(5) |
Anness III, Parti II, punt 4 |
|
Artikolu 273(6) |
Anness III, Parti II, punt 5 |
|
Artikolu 273(7) |
Anness III, Parti II, punt 7 |
|
Artikolu 273(8) |
Anness III, Parti II, punt 8 |
|
Artikolu 274(1) |
Anness III, Parti III |
|
Artikolu 274(2) |
Anness III, Parti III |
|
Artikolu 274(3) |
Anness III, Parti III |
|
Artikolu 274(4) |
Anness III, Parti III |
|
Artikolu 275(1) |
Anness III, Parti IV |
|
Artikolu 275(2) |
Anness III, Parti IV |
|
Artikolu 276(1) |
Anness III, Parti V, punt 1 |
|
Artikolu 276(2) |
Anness III, Parti V, punt 1 |
|
Artikolu 276(3) |
Anness III, Parti V, punti 1-2 |
|
Artikolu 277(1) |
Anness III, Parti V, punt 3-4 |
|
Artikolu 277(2) |
Anness III, Parti V, punt 5 |
|
Artikolu 277(3) |
Anness III, Parti V, punt 6 |
|
Artikolu 277(4) |
Anness III, Parti V, punt 7 |
|
Artikolu 278(1) |
|
|
Artikolu 278(2) |
Anness III, Parti V, punt 8 |
|
Artikolu 278(3) |
Anness III, Parti V, punt 9 |
|
Artikolu 279 |
Anness III, Parti V, punt 10 |
|
Artikolu 280(1) |
Anness III, Parti V, punt 11 |
|
Artikolu 280(2) |
Anness III, Parti V, punt 12 |
|
Artikolu 281(1) |
|
|
Artikolu 281(2) |
Anness III, Parti V, punt 13 |
|
Artikolu 281(3) |
Anness III, Parti V, punt 14 |
|
Artikolu 282(1) |
|
|
Artikolu 282(2) |
Anness III, Parti V, punt 15 |
|
Artikolu 282(3) |
Anness III, Parti V, punt 16 |
|
Artikolu 282(4) |
Anness III, Parti V, punt 17 |
|
Artikolu 282(5) |
Anness III, Parti V, punt 18 |
|
Artikolu 282(6) |
Anness III, Parti V, punt 19 |
|
Artikolu 282(7) |
Anness III, Parti V, punt 20 |
|
Artikolu 282(8) |
Anness III, Parti V, punt 21 |
|
Artikolu 283(1) |
Anness III, Parti VI, punt 1 |
|
Artikolu 283(2) |
Anness III, Parti VI, punt 2 |
|
Artikolu 283(3) |
Anness III, Parti VI, punt 2 |
|
Artikolu 283(4) |
Anness III, Parti VI, punt 3 |
|
Artikolu 283(5) |
Anness III, Parti VI, punt 4 |
|
Artikolu 283(6) |
Anness III, Parti VI, punt 4 |
|
Artikolu 284(1) |
Anness III, Parti VI, punt 5 |
|
Artikolu 284(2) |
Anness III, Parti VI, punt 6 |
|
Artikolu 284(3) |
|
|
Artikolu 284(4) |
Anness III, Parti VI, punt 7 |
|
Artikolu 284(5) |
Anness III, Parti VI, punt 8 |
|
Artikolu 284(6) |
Anness III, Parti VI, punt 9 |
|
Artikolu 284(7) |
Anness III, Parti VI, punt 10 |
|
Artikolu 284(8) |
Anness III, Parti VI, punt 11 |
|
Artikolu 284(9) |
Anness III, Parti VI, punt 12 |
|
Artikolu 284(10) |
Anness III, Parti VI, punt 13 |
|
Artikolu 284(11) |
Anness III, Parti VI, punt 9 |
|
Artikolu 284(12) |
|
|
Artikolu 284(13) |
Anness III, Parti VI, punt 14 |
|
Artikolu 285(1) |
Anness III, Parti VI, punt 15 |
|
Artikolu 285(2)-(8) |
|
|
Artikolu 286(1) |
Anness III, Parti VI, punti 18 u 25 |
|
Artikolu 286(2) |
Anness III, Parti VI, punt 19 |
|
Artikolu 286(3) |
|
|
Artikolu 286(4) |
Anness III, Parti VI, punt 20 |
|
Artikolu 286(5) |
Anness III, Parti VI, punt 21 |
|
Artikolu 286(6) |
Anness III, Parti VI, punt 22 |
|
Artikolu 286(7) |
Anness III, Parti VI, punt 23 |
|
Artikolu 286(8) |
Anness III, Parti VI, punt 24 |
|
Artikolu 287(1) |
Anness III, Parti VI, punt 17 |
|
Artikolu 287(2) |
Anness III, Parti VI, punt 17 |
|
Artikolu 287(3) |
|
|
Artikolu 287(4) |
|
|
Artikolu 288 |
Anness III, Parti VI, punt 26 |
|
Artikolu 289(1) |
Anness III, Parti VI, punt 27 |
|
Artikolu 289(2) |
Anness III, Parti VI, punt 28 |
|
Artikolu 289(3) |
Anness III, Parti VI, punt 29 |
|
Artikolu 289(4) |
Anness III, Parti VI, punt 29 |
|
Artikolu 289(5) |
Anness III, Parti VI, punt 30 |
|
Artikolu 289(6) |
Anness III, Parti VI, punt 31 |
|
Artikolu 290(1) |
Anness III, Parti VI, punt 32 |
|
Artikolu 290(2) |
Anness III, Parti VI, punt 32 |
|
Artikolu 290(3)-(10) |
|
|
Artikolu 291(1) |
Anness I, Parti I, punti 27-28 |
|
Artikolu 291(2) |
Anness III, Parti VI, punt 34 |
|
Artikolu 291(3) |
|
|
Artikolu 291(4) |
Anness III, Parti VI, punt 35 |
|
Artikolu 291(5) |
|
|
Artikolu 291(6) |
|
|
Artikolu 292(1) |
Anness III, Parti VI, punt 36 |
|
Artikolu 292(2) |
Anness III, Parti VI, punt 37 |
|
Artikolu 292(3) |
|
|
Artikolu 292(4) |
|
|
Artikolu 292(5) |
|
|
Artikolu 292(6) |
Anness III, Parti VI, punt 38 |
|
Artikolu 292(7) |
Anness III, Parti VI, punt 39 |
|
Artikolu 292(8) |
Anness III, Parti VI, punt 40 |
|
Artikolu 292(9) |
Anness III, Parti VI, punt 41 |
|
Artikolu 292(10) |
|
|
Artikolu 293(1) |
Anness III, Parti VI, punt 42 |
|
Artikolu 293(2)-(6) |
|
|
Artikolu 294(1) |
Anness III, Parti VI, punt 42 |
|
Artikolu 294(2) |
|
|
Artikolu 294(3) |
Anness III, Parti VI, punt 42 |
|
Artikolu 295 |
Anness III, Parti VII, punt a) |
|
Artikolu 296(1) |
Anness III, Parti VII, punt b) |
|
Artikolu 296(2) |
Anness III, Parti VII, punt b) |
|
Artikolu 296(3) |
Anness III, Parti VII, punt b) |
|
Artikolu 297(1) |
Anness III, Parti VII, punt b) |
|
Artikolu 297(2) |
Anness III, Parti VII, punt b) |
|
Artikolu 297(3) |
Anness III, Parti VII, punt b) |
|
Artikolu 297(4) |
Anness III, Parti VII, punt b) |
|
Artikolu 298(1) |
Anness III, Parti VII, punt c) |
|
Artikolu 298(2) |
Anness III, Parti VII, punt c) |
|
Artikolu 298(3) |
Anness III, Parti VII, punt c) |
|
Artikolu 298(4) |
Anness III, Parti VII, punt c) |
|
Artikolu 299(1) |
|
Anness II, punt 7 |
Artikolu 299(2) |
|
Anness II, punti 7-11 |
Artikolu 300 |
|
|
Artikolu 301 |
Anness III, Parti 2, punt 6 |
|
Artikolu 302 |
|
|
Artikolu 303 |
|
|
Artikolu 304 |
|
|
Artikolu 305 |
|
|
Artikolu 306 |
|
|
Artikolu 307 |
|
|
Artikolu 308 |
|
|
Artikolu 309 |
|
|
Artikolu 310 |
|
|
Artikolu 311 |
|
|
Artikolu 312(1) |
Artikolu 104(3) u (6) u Anness X, Parti 2, punti 2, 5 u 8 |
|
Artikolu 312(2) |
Artikolu 105(1) u 105(2) u Anness X, Parti 3, punt 1 |
|
Artikolu 312(3) |
|
|
Artikolu 312(4) |
Artikolu 105(1) |
|
Artikolu 313(1) |
Artikolu 102(2) |
|
Artikolu 313(2) |
Artikolu 102(3) |
|
Artikolu 313(3) |
|
|
Artikolu 314(1) |
Artikolu 102(4) |
|
Artikolu 314(2) |
Anness X, Parti 4, punt 1 |
|
Artikolu 314(3) |
Anness X, Parti 4, punt 2 |
|
Artikolu 314(4) |
Anness X, Parti 4, punti 3 u 4 |
|
Artikolu 314(5) |
|
|
Artikolu 315(1) |
Artikolu 103 u Anness X, Parti 1, punti 1 sa 3 |
|
Artikolu 315(2) |
|
|
Artikolu 315(3) |
|
|
Artikolu 315(4) |
Anness X, Parti 1, punt 4 |
|
Artikolu 316(1) |
Anness X, Parti 1, punti 5 sa 8 |
|
Artikolu 316(2) |
Anness X, Parti 1, punt 9 |
|
Artikolu 316(3) |
|
|
Artikolu 317(1) |
Artikolu 104 (1) |
|
Artikolu 317(2) |
Artikolu 104(2) u (4) u Anness X, Parti 2, punt 1 |
|
Artikolu 317(3) |
Anness X, Parti 2, punt 1 |
|
Artikolu 317(4) |
Anness X, Parti 2, punt 2 |
|
Artikolu 318(1) |
Anness X, Parti 2, punt 4 |
|
Artikolu 318(2) |
Anness X, Parti 2, punt 4 |
|
Artikolu 318(3) |
|
|
Artikolu 319(1) |
Anness X, Parti 2, punti 6 sa 7 |
|
Artikolu 319(2) |
Anness X, Parti 2, punti 10 u 11 |
|
Artikolu 320 |
Anness X, Parti 2, punti 9 u 12 |
|
Artikolu 321 |
Anness X, Parti 3, punti 2 sa 7 |
|
Artikolu 322(1) |
|
|
Artikolu 322(2) |
Anness X, Parti 3, punti 8 sa 12 |
|
Artikolu 322(3) |
Anness X, Parti 3, punti 13 sa 18 |
|
Artikolu 322(4) |
Anness X, Parti 3, punt 19 |
|
Artikolu 322(5) |
Anness X, Parti 3, punt 20 |
|
Artikolu 322(6) |
Anness X, Parti 3, punti 21 sa 24 |
|
Artikolu 323(1) |
Anness X, Parti 3, punt 25 |
|
Artikolu 323(2) |
Anness X, Parti 3, punt 26 |
|
Artikolu 323(3) |
Anness X, Parti 3, punt 27 |
|
Artikolu 323(4) |
Anness X, Parti 3, punt 28 |
|
Artikolu 323(5) |
Anness X, Parti 3, punt 29 |
|
Artikolu 324 |
Anness X, Parti 5 |
|
Artikolu 325(1) |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 325(2) |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 325(3) |
|
|
Artikolu 326 |
|
|
Artikolu 327(1) |
|
Anness I punt 1 |
Artikolu 327(2) |
|
Anness I punt 2 |
Artikolu 327(3) |
|
Anness I punt 3 |
Artikolu 328(1) |
|
Anness I punt 4 |
Artikolu 328(2) |
|
|
Artikolu 329(1) |
|
Anness I punt 5 |
Artikolu 329(2) |
|
|
Artikolu 330 |
|
Anness I punt 7 |
Artikolu 331(1) |
|
Anness I punt 9 |
Artikolu 331(2) |
|
Anness I punt 10 |
Artikolu 332(1) |
|
Anness I punt 8 |
Artikolu 332(2) |
|
Anness I punt 8 |
Artikolu 333 |
|
Anness I punt 11 |
Artikolu 334 |
|
Anness I punt 13 |
Artikolu 335 |
|
Anness I punt 14 |
Artikolu 336(1) |
|
Anness I punt 14 |
Artikolu 336(2) |
|
Anness I punt 14 |
Artikolu 336(3) |
|
Anness I punt 14 |
Artikolu 336(4) |
|
Artikolu 19(1) |
Artikolu 337(1) |
|
Anness I punt 16a |
Artikolu 337(2) |
|
Anness I punt 16a |
Artikolu 337(3) |
|
Anness I punt 16a |
Artikolu 337(4) |
|
Anness I punt 16a |
Artikolu 337(4) |
|
Anness I punt 16a |
Artikolu 338(1) |
|
Anness I punt 14a |
Artikolu 338(2) |
|
Anness I punt 14b |
Artikolu 338(3) |
|
Anness I punt 14c |
Artikolu 338(4) |
|
Anness I punt 14a |
Artikolu 339(1) |
|
Anness I punt 17 |
Artikolu 339(2) |
|
Anness I punt 18 |
Artikolu 339(3) |
|
Anness I punt 19 |
Artikolu 339(4) |
|
Anness I punt 20 |
Artikolu 339(5) |
|
Anness I punt 21 |
Artikolu 339(6) |
|
Anness I punt 22 |
Artikolu 339(7) |
|
Anness I punt 23 |
Artikolu 339(8) |
|
Anness I punt 24 |
Artikolu 339(9) |
|
Anness I punt 25 |
Artikolu 340(1) |
|
Anness I punt 26 |
Artikolu 340(2) |
|
Anness I punt 27 |
Artikolu 340(3) |
|
Anness I punt 28 |
Artikolu 340(4) |
|
Anness I punt 29 |
Artikolu 340(5) |
|
Anness I punt 30 |
Artikolu 340(6) |
|
Anness I punt 31 |
Artikolu 340(7) |
|
Anness I punt 32 |
Artikolu 341(1) |
|
Anness I punt 33 |
Artikolu 341(2) |
|
Anness I punt 33 |
Artikolu 341(3) |
|
|
Artikolu 342 |
|
Anness I punt 34 |
Artikolu 343 |
|
Anness I punt 36 |
Artikolu 344(1) |
|
|
Artikolu 344(2) |
|
Anness I punt 37 |
Artikolu 344(3) |
|
Anness I punt 38 |
Artikolu 345(1) |
|
Anness I punt 41 |
Artikolu 345(2) |
|
Anness I punt 41 |
Artikolu 346(1) |
|
Anness I punt 42 |
Artikolu 346(2) |
|
|
Artikolu 346(3) |
|
Anness I punt 43 |
Artikolu 346(4) |
|
Anness I punt 44 |
Artikolu 346(5) |
|
Anness I punt 45 |
Artikolu 346(6) |
|
Anness I punt 46 |
Artikolu 347 |
|
Anness I punt 8 |
Artikolu 348(1) |
|
Anness I punti 48-49 |
Artikolu 348(2) |
|
Anness I punt 50 |
Artikolu 349 |
|
Anness I punt 51 |
Artikolu 350(1) |
|
Anness I punt 53 |
Artikolu 350(2) |
|
Anness I punt 54 |
Artikolu 350(3) |
|
Anness I punt 55 |
Artikolu 350(4) |
|
Anness I punt 56 |
Artikolu 351 |
|
Anness III punt 1 |
Artikolu 352(1) |
|
Anness III punt 2(1) |
Artikolu 352(2) |
|
Anness III punt 2(1) |
Artikolu 352(3) |
|
Anness III punt 2(1) |
Artikolu 352(4) |
|
Anness III punt 2(2) |
Artikolu 352(5) |
|
|
Artikolu 353(1) |
|
Anness III punt 2(1) |
Artikolu 353(2) |
|
Anness III punt 2(1) |
Artikolu 353(3) |
|
Anness III punt 2(1) |
Artikolu 354(1) |
|
Anness III punt 3(1) |
Artikolu 354(2) |
|
Anness III punt 3(2) |
Artikolu 354(3) |
|
Anness III punt 3(2) |
Artikolu 354(4) |
|
|
Artikolu 355 |
|
|
Artikolu 356 |
|
|
Artikolu 357(1) |
|
Anness IV punt 1 |
Artikolu 357(2) |
|
Anness IV punt 2 |
Artikolu 357(3) |
|
Anness IV punt 3 |
Artikolu 357(4) |
|
Anness IV punt 4 |
Artikolu 357(5) |
|
Anness IV punt 6 |
Artikolu 358(1) |
|
Anness IV punt 8 |
Artikolu 358(2) |
|
Anness IV punt 9 |
Artikolu 358(3) |
|
Anness IV punt 10 |
Artikolu 358(4) |
|
Anness IV punt 12 |
Artikolu 359(1) |
|
Anness IV punt 13 |
Artikolu 359(2) |
|
Anness IV punt 14 |
Artikolu 359(3) |
|
Anness IV punt 15 |
Artikolu 359(4) |
|
Anness IV punt 16 |
Artikolu 359(5) |
|
Anness IV punt 17 |
Artikolu 359(6) |
|
Anness IV punt 18 |
Artikolu 360(1) |
|
Anness IV punt 19 |
Artikolu 360(2) |
|
Anness IV punt 20 |
Artikolu 361 |
|
Anness IV punt 21 |
Artikolu 362 |
|
|
Artikolu 363(1) |
|
Anness V punt 1 |
Artikolu 363(2) |
|
|
Artikolu 363(3) |
|
|
Artikolu 364(1) |
|
Anness V punt 10b |
Artikolu 364(2) |
|
|
Artikolu 364(3) |
|
|
Artikolu 365(1) |
|
Anness V punt 10 |
Artikolu 365(2) |
|
Anness V punt 10a |
Artikolu 366(1) |
|
Anness V punt 7 |
Artikolu 366(2) |
|
Anness V punt 8 |
Artikolu 366(3) |
|
Anness V punt 9 |
Artikolu 366(4) |
|
Anness V punt 10 |
Artikolu 366(5) |
|
Anness V punt 8 |
Artikolu 367(1) |
|
Anness V punt 11 |
Artikolu 367(2) |
|
Anness V punt 12 |
Artikolu 367(3) |
|
Anness V punt 12 |
Artikolu 368(1) |
|
Anness V punt 2 |
Artikolu 368(2) |
|
Anness V punt 2 |
Artikolu 368(3) |
|
Anness V punt 5 |
Artikolu 368(4) |
|
|
Artikolu 369(1) |
|
Anness V punt 3 |
Artikolu 369(2) |
|
|
Artikolu 370(1) |
|
Anness V punt 5 |
Artikolu 371(1) |
|
Anness V punt 5 |
Artikolu 371(2) |
|
|
Artikolu 372 |
|
Anness V punt 5a |
Artikolu 373 |
|
Anness V punt 5b |
Artikolu 374(1) |
|
Anness V punt 5c |
Artikolu 374(2) |
|
Anness V punt 5d |
Artikolu 374(3) |
|
Anness V punt 5d |
Artikolu 374(4) |
|
Anness V punt 5d |
Artikolu 374(5) |
|
Anness V punt 5d |
Artikolu 374(6) |
|
Anness V punt 5d |
Artikolu 374(7) |
|
|
Artikolu 375(1) |
|
Anness V punt 5a |
Artikolu 375(2) |
|
Anness V punt 5e |
Artikolu 376(1) |
|
Anness V punt 5f |
Artikolu 376(2) |
|
Anness V punt 5g |
Artikolu 376(3) |
|
Anness V punt 5h |
Artikolu 376(4) |
|
Anness V punt 5h |
Artikolu 376(5) |
|
Anness V punt 5i |
Artikolu 376(6) |
|
Anness V punt 5 |
Artikolu 377 |
|
Anness V punt 5l |
Artikolu 378 |
|
Anness II punt 1 |
Artikolu 379(1) |
|
Anness II punt 2 |
Artikolu 379(2) |
|
Anness II punt 3 |
Artikolu 379(3) |
|
Anness II punt 2 |
Artikolu 380 |
|
Anness II punt 4 |
Artikolu 381 |
|
|
Artikolu 382 |
|
|
Artikolu 383 |
|
|
Artikolu 384 |
|
|
Artikolu 385 |
|
|
Artikolu 386 |
|
|
Artikolu 387 |
|
Artikolu 28(1) |
Artikolu 388 |
|
|
Artikolu 389 |
Artikolu 106 (1) subparagrafu 1 |
|
Artikolu 390(1) |
Artikolu 106(1) subparagrafu 2 |
|
Artikolu 390(2) |
|
|
Artikolu 390(3) |
|
Artikolu 29(1) |
Artikolu 390(4) |
|
Artikolu 30(1) |
Artikolu 390(5) |
|
Artikolu 29(2) |
Artikolu 390(6) |
Artikolu 106(2) subparagrafu 1 |
|
Artikolu 390(7) |
Artikolu 106(3) |
|
Artikolu 390(8) |
Artikolu 106(2) subparagrafi 2 u 3 |
|
Artikolu 391 |
Artikolu 107 |
|
Artikolu 392 |
Artikolu 108 |
|
Artikolu 393 |
Artikolu 109 |
|
Artikolu 394(1) |
Artikolu 110(1) |
|
Artikolu 394(2) |
Artikolu 110(1) |
|
Artikolu 394(3) u (4) |
Artikolu 110 (2) |
|
Artikolu 394(4) |
Artikolu 110 (2) |
|
Artikolu 395(1) |
Artikolu 111(1) |
|
Artikolu 395(2) |
|
|
Artikolu 395(3) |
Artikolu 111 (4) subparagrafu 1 |
|
Artikolu 395(4) |
|
Artikolu 30 (4) |
Artikolu 395(5) |
|
Artikolu 31 |
Artikolu 395(6) |
|
|
Artikolu 395(7) |
|
|
Artikolu 395(8) |
|
|
Artikolu 396(1) |
Artikolu 111 (4) subparagrafi 1 u 2 |
|
Artikolu 396 (2) |
|
|
Artikolu 397(1) |
|
Anness VI, punt 1 |
Artikolu 397(2) |
|
Anness VI, punt 2 |
Artikolu 397(3) |
|
Anness VI, punt 3 |
Artikolu 398 |
|
Artikolu 32(1) |
Artikolu 399(1) |
Artikolu 112(1) |
|
Artikolu 399(2) |
Artikolu 112(2) |
|
Artikolu 399(3) |
Artikolu 112(3) |
|
Artikolu 399(4) |
Artikolu 110 (3) |
|
Artikolu 400(1) |
Artikolu 113(3) |
|
Artikolu 400(2) |
Artikolu 113(4) |
|
Artikolu 400(3) |
|
|
Artikolu 401(1) |
Artikolu 114(1) |
|
Artikolu 401(2) |
Artikolu 114(2) |
|
Artikolu 401(3) |
Artikolu 114(3) |
|
Artikolu 402(1) |
Artikolu 115(1) |
|
Artikolu 402(2) |
Artikolu 115(2) |
|
Artikolu 402(3) |
|
|
Artikolu 403(1) |
Artikolu 117(1) |
|
Artikolu 403(2) |
Artikolu 117(2) |
|
Artikolu 404 |
Artikolu 122a(8) |
|
Artikolu 405(1) |
Artikolu 122a(1) |
|
Artikolu 405(2) |
Artikolu 122a(2) |
|
Artikolu 405(3) |
Artikolu 122a(3) sub-paragrafu 1 |
|
Artikolu 405(4) |
Artikolu 122a(3) sub-paragrafu 2 |
|
Artikolu 406(1) |
Artikolu 122a(4) u Artikolu 122a (5) subparagrafu 2 |
|
Artikolu 406(2) |
Artikolu 122a(5) subparagrafu 1 u Artikolu 122a(6) subparagrafu 1 |
|
Artikolu 407 |
Artikolu 122a(5) subparagrafu 3 |
|
Artikolu 408 |
Artikolu 122a(6) subparagrafi 1 u 2 |
|
Artikolu 409 |
Artikolu 122a(7) |
|
Artikolu 410 |
Artikolu 122a(10) |
|
Artikolu 411 |
|
|
Artikolu 412 |
|
|
Artikolu 413 |
|
|
Artikolu 414 |
|
|
Artikolu 415 |
|
|
Artikolu 416 |
|
|
Artikolu 417 |
|
|
Artikolu 418 |
|
|
Artikolu 419 |
|
|
Artikolu 420 |
|
|
Artikolu 421 |
|
|
Artikolu 422 |
|
|
Artikolu 423 |
|
|
Artikolu 424 |
|
|
Artikolu 425 |
|
|
Artikolu 426 |
|
|
Artikolu 427 |
|
|
Artikolu 428 |
|
|
Artikolu 429 |
|
|
Artikolu 430 |
|
|
Artikolu 431(1) |
Artikolu 145(1) |
|
Artikolu 431(2) |
Artikolu 145(2) |
|
Artikolu 431(3) |
Artikolu 145(3) |
|
Artikolu 431(4) |
Artikolu 145(4) |
|
Artikolu 432(1) |
Anness XII, Parti I, punt 1 u Artikolu 146(1) |
|
Artikolu 432(2) |
Artikolu 146(2) u Anness XII, Parti I, punti 2 u 3 |
|
Artikolu 432(3) |
Artikolu 146(3) |
|
Artikolu 433 |
Artikolu 147 u Anness XII, Parti I, punt 4 |
|
Artikolu 434(1) |
Artikolu 148 |
|
Artikolu 434(2) |
|
|
Artikolu 435(1) |
Anness XII, Parti II, punt 1 |
|
Artikolu 435(2) |
|
|
Artikolu 436 |
Anness XII, Parti II, punt 2 |
|
Artikolu 437 |
|
|
Artikolu 438 |
Anness XII, Parti II, punti 4, 8 |
|
Artikolu 439 |
Anness XII, Parti II, punt 5 |
|
Artikolu 440 |
|
|
Artikolu 441 |
|
|
Artikolu 442 |
Anness XII, Parti II, punt 6 |
|
Artikolu 443 |
|
|
Artikolu 444 |
Anness XII, Parti II, punt 7 |
|
Artikolu 445 |
Anness XII, Parti II, punt 9 |
|
Artikolu 446 |
Anness XII, Parti II, punt 11 |
|
Artikolu 447 |
Anness XII, Parti II, punt 12 |
|
Artikolu 448 |
Anness XII, Parti II, punt 13 |
|
Artikolu 449 |
Anness XII, Parti II, punt 14 |
|
Artikolu 450 |
Anness XII, Parti II, punt 15 |
|
Artikolu 451 |
|
|
Artikolu 452 |
Anness XII, Parti III, punt 1 |
|
Artikolu 453 |
Anness XII, Parti III, punt 2 |
|
Artikolu 454 |
Anness XII, Parti III, punt 3 |
|
Artikolu 455 |
|
|
Artikolu 456, subparagrafu 1 |
Artikolu 150(1) |
Artikolu 41 |
Artikolu 456, subparagrafu 2 |
|
|
Artikolu 457 |
|
|
Artikolu 458 |
|
|
Artikolu 459 |
|
|
Artikolu 460 |
|
|
Artikolu 461 |
|
|
Artikolu 462(1) |
Artikolu 151a |
|
Artikolu 462(2) |
Artikolu 151a |
|
Artikolu 462(3) |
Artikolu 151a |
|
Artikolu 462(4) |
|
|
Artikolu 462(5) |
|
|
Artikolu 463 |
|
|
Artikolu 464 |
|
|
Artikolu 465 |
|
|
Artikolu 466 |
|
|
Artikolu 467 |
|
|
Artikolu 468 |
|
|
Artikolu 469 |
|
|
Artikolu 470 |
|
|
Artikolu 471 |
|
|
Artikolu 472 |
|
|
Artikolu 473 |
|
|
Artikolu 474 |
|
|
Artikolu 475 |
|
|
Artikolu 476 |
|
|
Artikolu 477 |
|
|
Artikolu 478 |
|
|
Artikolu 479 |
|
|
Artikolu 480 |
|
|
Artikolu 481 |
|
|
Artikolu 482 |
|
|
Artikolu 483 |
|
|
Artikolu 484 |
|
|
Artikolu 485 |
|
|
Artikolu 486 |
|
|
Artikolu 487 |
|
|
Artikolu 488 |
|
|
Artikolu 489 |
|
|
Artikolu 490 |
|
|
Artikolu 491 |
|
|
Artikolu 492 |
|
|
Artikolu 493(1) |
|
|
Artikolu 493 (2) |
|
|
Artikolu 494 |
|
|
Artikolu 495 |
|
|
Artikolu 496 |
|
|
Artikolu 497 |
|
|
Artikolu 498 |
|
|
Artikolu 499 |
|
|
Artikolu 500 |
|
|
Artikolu 501 |
|
|
Artikolu 502 |
|
|
Artikolu 503 |
|
|
Artikolu 504 |
|
|
Artikolu 505 |
|
|
Artikolu 506 |
|
|
Artikolu 507 |
|
|
Artikolu 508 |
|
|
Artikolu 509 |
|
|
Artikolu 510 |
|
|
Artikolu 511 |
|
|
Artikolu 512 |
|
|
Artikolu 513 |
|
|
Artikolu 514 |
|
|
Artikolu 515 |
|
|
Artikolu 516 |
|
|
Artikolu 517 |
|
|
Artikolu 518 |
|
|
Artikolu 519 |
|
|
Artikolu 520 |
|
|
Artikolu 521 |
|
|
Anness I |
Anness II |
|
Anness II |
Anness IV |
|
Anness III |
|
|
( 1 ) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).
( 5 ) Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/EU, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).
( 6 ) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
( 7 ) ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.
( 8 ) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
( 9 ) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
( 10 ) Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35.).
( 11 ) Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
( 12 ) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.
( 13 ) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.
( 14 ) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
( 15 ) Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).
( 16 ) Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).
( 17 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.
( 18 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
( 19 ) Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).
( 20 ) Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' saldu f'sistemi ta' saldu ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).
( 21 ) ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.
►M10 ( 22 ) irettiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar il-ħruġ ta’ bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti u li temenda d-Direttivi 2009/65/KE u 2014/59/UE (ĠU L 328, 18.12.2019, p. 29). ◄
( 23 ) ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5.
( 24 ) Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).
( 25 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).
( 26 ) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
( 27 ) ĠU L 3, 7.1.2004, p. 36.
( 28 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).
( 29 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1205/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju (IFRS) 7 (ĠU L 305, 23.11.2011, p. 16).
( 30 ) Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).
( 31 ) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
( *1 ) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1."