2013R0318 — MT — 19.01.2015 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 318/2013

tat-8 ta’ April 2013

li jadotta l-programm ta’ moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta’ kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 099, 9.4.2013, p.11)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1397/2014 tat-22 ta' Ottubru 2014

  L 370

42

30.12.2014




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 318/2013

tat-8 ta’ April 2013

li jadotta l-programm ta’ moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta’ kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 577/98, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-elementi tal-programm ta’ moduli ad hoc li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018.

(2)

L-istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattiva ewlenija tagħha “Żgħażagħ Attivi” jeħtieġu aktar informazzjoni dwar is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2011 dwar l-“Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ” ( 2 ) tħeġġeġ l-azzjoni f’livell Ewropew f’bosta oqsma ta’ prijorità relatati mal-kisba tal-ewwel impjieg.

(3)

Abbażi tal-Komunikazzjoni “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” ( 3 ), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2012 dwar “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi” ( 4 ), inkluża fil-Pakkett dwar l-Impjiegi, tħeġġeġ il-ħolqien tal-impjiegi speċifikament permezz tal-promozzjoni u l-appoġġ tal-impjiegi indipendenti.

(4)

L-Istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 ( 5 ) tinkludi miżuri għar-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja bħala strumenti għall-kisba ta’ indipendenza ekonomika ugwali kemm għan-nisa u kemm għall-irġiel.

(5)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Il-programm ta’ moduli ad hoc għall-istħarriġ permezz ta’ kampjun dwar il-forza tax-xogħol, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, kif stabbilit fl-Anness, huwa b’dan adottat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS

STĦARRIĠ DWAR IL-FORZA TAX-XOGĦOL

Programm fuq firxa ta' snin ta' moduli ad hoc.

1.    IŻ-ŻGĦAŻAGĦ FIS-SUQ TAX-XOGĦOL

Perjodu ta' referenza: 2016

Sottomoduli (oqsma li dwarhom għandha tiġi pprovduta informazzjoni aktar dettaljata):

Is-sottomodulu 1: Sfond edukattiv

Għan: li jiġu pprovduti aktar dettalji dwar l-isfond edukattiv taż-żgħażagħ, filwaqt li jiġu identifikati aspetti li x'aktarx jinfluwenzaw il-prospetti tagħhom fir-rigward tal-karriera.

Is-sottomodulu 2: It-tiftix għal impjieg

Għan: il-ġbir ta' informazzjoni dwar l-approċċ personali u individwali taż-żgħażagħ biex isibu impjieg, u dwar l-għajnuna li jingħataw biex isibu impjieg; l-evalwazzjoni tal-perċezzjonijiet personali taż-żgħażagħ dwar jekk il-livell ta' edukazzjoni tagħhom jissodisfax dak li xogħolhom jitlob minnhom.

2.    IMPJIEG INDIPENDENTI

Perjodu ta' referenza: 2017

Sottomoduli (oqsma li dwarhom għandha tiġi pprovduta informazzjoni aktar dettaljata):

Is-sottomodulu 1: Impjieg indipendenti, iżda dipendenti f'livell ekonomiku

Għan: li tiġi identifikata l-popolazzjoni ta' persuni b'impjieg indipendenti, iżda li huma wkoll dipendenti f'livell ekonomiku. Dan il-grupp għandu karatteristiki li huma komuni kemm mal-impjegati kif ukoll ma' dawk li jaħdmu għal rashom, u għaldaqstant għandu status professjonali ambivalenti.

Is-sottomodulu 2: Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni b'impjieg indipendenti

Għan: li jiġu analizzati l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni b'impjieg indipendenti u r-raġunijiet ewlenin tagħhom għaliex bdew jaħdmu għal rashom.

Is-sottomodulu 3: Il-persuni b'impjieg indipendenti u l-impjegati

Għan: li jsir tqabbil bejn l-attitudnijiet u l-prospetti tal-persuni b'impjieg indipendenti ma' dawk tal-impjegati, eż. il-livell ta' sodisfazzjon bl-impjieg.

3.    RIKONĊILJAZZJONI BEJN IX-XOGĦOL U L-ĦAJJA TAL-FAMILJA

Perjodu ta' referenza: 2018

Sottomoduli (oqsma li dwarhom għandha tiġi pprovduta aktar informazzjoni):

Is-sottomodulu 1: Responsabbiltajiet relatati mal-indukrar

Għan: li jiġi stabbilit sa liema punt id-disponibbiltà ta' servizzi xierqa għall-indukrar tat-tfal u ta' persuni dipendenti oħra tinfluwenza l-parteċipazzjoni tan-nies fil-forza tax-xogħol.

Is-sottomodulu 2: Il-flessibbiltà tal-arranġamenti tax-xogħol

Għan: li jiġi analizzat il-grad ta' flessibbiltà offrut fuq ix-xogħol, mill-perspettiva ta' rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol mal-ħajja tal-familja.

Is-sottomodulu 3: Waqfiet fil-karriera u liv tal-ġenituri.

Għan: li jiġu identifikati waqfiet fil-karriera biex wieħed jieħu ħsieb it-tfal jew persuni dipendenti oħra, b'mod partikolari l-liv tal-ġenituri, u li jiġi analizzat it-tul ta' dawn il-waqfiet fil-karriera.



( 1 ) ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3.

( 2 ) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ, adottata fl-20.12.2011 — COM(2011) 933 final.

( 3 ) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” — “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa, adottata fil-25.6.2008 — COM(2008) 394 final.

( 4 ) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni — “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi”, adottata fit-18.4.2012 — COM(2012) 173 final.

( 5 ) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015, adottata fil-21.9.2010 — COM(2010) 491.