02013R0151 — MT — 11.04.2019 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 151/2013

tad-19 ta’ Diċembru 2012

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-dejta

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 052 23.2.2013, p. 33)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1800 tad-29 ta' Ġunju 2017

  L 259

14

7.10.2017

►M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/361 tat-13 ta' Diċembru 2018

  L 81

69

22.3.2019




▼B

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 151/2013

tad-19 ta’ Diċembru 2012

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-dejta

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Pubblikazzjoni ta’ dejta aggregata

1.  Ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom jippubblikaw id-dejta prevista fl-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, inklużi mill-inqas:

(a) tqassim tal-pożizzjonijiet miftuħa aggregati għal kull klassi ta’ dervivattivi kif ġej:

(i) komoditajiet;

(ii) kreditu;

(iii) kambju tal-munita;

(iv) ekwità;

(v) rata tal-imgħax;

(vi) oħrajn.

(b) tqassim ta’ volumi ta’ tranżazzjonijiet aggregati għal kull klassi ta’ derivattivi kif ġej:

(i) komoditajiet;

(ii) kreditu;

(iii) kambju tal-munita;

(iv) ekwità;

(v) rata tal-imgħax;

(vi) oħrajn.

(c) tqassim ta’ valuri ta’ tranżazzjonijiet aggregati għal kull klassi ta’ derivattivi kif ġej:

(i) komoditajiet;

(ii) kreditu;

(iii) kambju tal-munita;

(iv) ekwità;

(v) rata tal-imgħax;

(vi) oħrajn.

2.  Id-dejta tiġi ppubblikata fuq websajt jew portal onlajn li jkunu faċilment aċċessibbli mill-pubbliku u tiġi aġġornata għall-inqas darba fil-ġimgħa.

▼M2

Artikolu 2

Aċċess għad-dettalji tad-derivattivi skont ir-responsabbiltajiet u l-mandat ta' kull awtorità kkonċernata

1.  Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jiżgura li d-dettalji tad-data tat-tranżazzjonijiet dwar derivattivi aċċessibbli għal kull entità elenkata fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 skont il-paragrafi 3 sa 17 jinkludu d-data li ġejja:

(a) ir-rapporti tad-derivattivi rrappurtati b'konformità mat-Tabelli 1 u 2 tal-Anness tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 148/2013 ( 1 ), inkluż l-aktar stati riċenti tat-tranżazzjonijiet ta' derivattivi li jkunu għadhom ma mmaturawx jew li jkun ma jkunux is-suġġett ta' rapporti bit-tipi ta' azzjoni “Żball”, “Terminazzjoni bikrija”, “Kompressjoni” u “Komponent tal-pożizzjoni” kif imsemmija fil-Kaxxa 93 tat-Tabella 2 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) Nru 148/2013;

(b) id-dettalji rilevanti ta' rapporti tad-derivattivi rrifjutati mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, inkluż kwalunkwe rapporti tad-derivattivi rrifjutati matul il-jum tax-xogħol ta' qabel u r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom;

(c) l-istatus tar-rikonċiljazzjoni tad-derivattivi rrappurtati kollha li fir-rigward tagħhom ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun wettaq proċess ta' rikonċiljazzjoni skont l-Artikolu 19 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 150/2013.

2.  Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-entitajiet li għandhom diversi responsabbiltajiet jew mandati skont l-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 b'mekkaniżmu uniku ta' aċċess għad-dettalji kollha tad-derivattivi koperti minn dawk ir-responsabbiltajiet u l-mandati.

3.  Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-ESMA b'aċċess għad-data kollha tat-tranżazzjonijiet dwar id-derivattivi biex teżerċita l-kompetenzi superviżorji tagħha skont ir-responsabbiltajiet u l-mandati tagħha.

4.  Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) bl-aċċess għad-data kollha tat-tranżazzjonijiet dwar id-derivattivi.

5.  Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-Awtorità għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) bl-aċċess għad-data kollha tat-tranżazzjonijiet dwar id-derivattivi fejn is-sottostanti tkun l-enerġija.

6.  Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lil awtorità li tagħmel is-superviżjoni taċ-ċentri tan-negozjar b'aċċess għad-data kollha tat-tranżazzjonijiet dwar derivattivi eżegwiti f'dawk iċ-ċentri tan-negozjar.

7.  Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lil awtorità superviżorja maħtura skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE aċċess għad-data kollha tat-tranżazzjonijiet dwar derivattivi fejn is-sottostanti ikun titolu maħruġ minn kumpanija li tissodisfa waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-kumpanija tkun ammessa għall-kummerċ f'suq regolat stabbilit fl-Istat Membru ta' dik l-awtorità u l-offerti ta' akkwiżizzjoni fuq it-titoli ta' din il-kumpannija jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet u l-mandati superviżorji ta' dik l-awtorità;

(b) il-kumpanija jkollha l-uffiċċju reġistrat jew l-uffiċċju prinċipali fl-Istat Membru ta' dik l-awtorità u l-offerti ta' akkwiżizzjoni fuq it-titoli ta' din il-kumpanija jkunu jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet u l-mandati superviżorji ta' dik l-awtorità;

(c) il-kumpanija tkun offerent kif definit fl-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 2004/25/KE għall-kumpaniji msemmija fil-punti (a) u (b) u l-korrispettiv li toffri jkun jinkludi titoli;

8.  Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-awtorità msemmija fl-Artikolu 81(3)(j) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 bl-aċċess għad-data kollha tat-tranżazzjonijiet dwar derivattivi għas-swieq, kuntratti, sottostanti, parametri referenzjarji u kontrapartijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet u mandati superviżorji ta' dik l-awtorità.

9.  Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lil membru tas-SEBĊ li l-munita tal-Istat Membru tiegħu hija l-euro b'aċċess:

(a) għad-data kollha tat-tranżazzjonijiet dwar derivattivi fejn l-entità referenzjarja tad-derivattiv tkun stabbilita fl-Istat Membru ta' dak il-membru tas-SEBĊ jew fi Stat Membru li jkollu l-euro bħala l-munita tiegħu u jkun jaqa' fl-ambitu tal-membru skont ir-responsabbiltajiet u l-mandati superviżorji ta' dak il-membru, jew fejn l-obbligu referenzjarju jkun id-dejn sovran tal-Istat Membru ta' dak il-membru tas-SEBĊ jew ta' Stat Membru li jkollu l-euro bħala l-munita tiegħu;

(b) għad-data dwar il-pożizzjoni għal kuntratti tad-derivattivi f'euro.

10.  Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lil awtorità elenkata fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li timmonitorja r-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja u li l-munita tal-Istat Membru tagħha hija l-euro, b'aċċess għad-data kollha tat-tranżazzjonijiet dwar derivattivi konklużi f'ċentri tan-negozjar, jew mis-CCPs u l-kontropartijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet u l-mandati ta' dik l-awtorità meta tkun qiegħda twettaq monitoraġġ tar-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja fiż-żona tal-euro.

11.  Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lil membru tas-SEBĊ li l-munita tal-Istat Membru tiegħu hija l-euro b'aċċess:

(a) għad-data kollha tat-tranżazzjonijiet dwar derivattivi fejn l-entità ta' referenza tad-derivattiv tkun stabbilita fl-Istat Membru ta' dak il-membru tas-SEBĊ u tkun taqa' fl-ambitu tal-membru skont ir-responsabbiltajiet u l-mandati superviżorji ta' dak il-membru, jew fejn l-obbligu referenzjarju jkun id-dejn sovran tal-Istat Membru ta' dak il-membru tas-SEBĊ;

(b) għad-data dwar il-pożizzjoni fil-munita maħruġa minn dak il-membru tas-SEBĊ.

12.  Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lil awtorità elenkata fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li timmonitorja r-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja u li l-munita tal-Istat Membru tagħha mhux il-euro, b'aċċess għad-data kollha tal-tranżazzjonijiet dwar derivattivi konklużi f'ċentri tan-negozjar jew minn CCPs u kontropartijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet u l-mandati ta' dik l-awtorità meta tkun qiegħda twettaq monitoraġġ tar-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja fi Stat Membru li l-munita tiegħu ma tkunx l-euro.

13.  Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-BĊE, fit-twettiq tal-kompiti tiegħu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, b'aċċess għad-data kollha tat-tranżazzjonijiet dwar derivattivi konklużi minn kwalunkwe kontroparti li, fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku, tkun suġġetta għas-superviżjoni tal-BĊE skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( 2 ).

14.  Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti elenkata fil-punti (o) u (p) tal-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 bl-aċċess għad-data kollha tat-tranżazzjonijiet dwar derivattivi konklużi mill-kontrapartijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet u l-mandati superviżorji ta' dik l-awtorità.

15.  Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti elenkata fil-punt (m) tal-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 bl-aċċess għad-data kollha tat-tranżazzjonijiet dwar derivattivi konklużi mill-kontrapartijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet u l-mandati ta' dik l-awtorità.

16.  Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-SRB b'aċċess għad-data kollha tat-tranżazzjonijiet dwar derivattivi konklużi minn xi kontropartijiet jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014.

17.  Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lil awtorità ta' superviżjoni ta' kontraparti ċentrali (CCP), u lil membru rilevanti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) li jissorvelja s-CCP, bl-aċċess għad-data kollha tat-tranżazzjonijiet dwar derivattivi kklerjati minn dak is-CCP.

▼B

Artikolu 3

Awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi

1.  Fir-rigward ta’ awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz li jkun daħal fi ftehim internazzjonali mal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi aċċess għad-dejta, filwaqt li jitqiesu l-mandat u r-responsabbiltajiet tal-awtorità f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim internazzjonali rilevanti.

2.  Fir-rigward ta’ awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz li jkun daħlal f’arranġament ta’ kooperazzjoni mal-AETS kif imsemmi fl-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi aċċess għad-dejta, filwaqt li jitqiesu l-mandat u r-responsabbiltajiet tal-awtorità f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ kooperazzjoni rilevanti.

Artikolu 4

Standards operazzjonali għall-aggregazzjoni u t-tqabbil tad-dejta

▼M1

1.  Ir-Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 aċċess dirett u immedjat, inkluż fejn teżisti d-delegazzjoni taħt l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, għad-dettalji ta' kuntratti ta' derivattivi f'konformità mal-Artikoli 2 u 3 ta' dan ir-Regolament.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu juża format XML u mudell żviluppat f'konformità mal-metodoloġija tal-ISO 20022. Ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jista', addizzjonalment, wara ftehim mal-entità kkonċernata, jipprovdi aċċess għal detalji tal-kuntratti tad-derivattivi f'format ieħor li jkun sar qbil reċiproku dwaru.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 5

Standards operazzjonali għal aċċess għad-dejta

1.  Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jirreġistra informazzjoni dwar l-aċċess għad-dejta mogħtija lill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

(a) l-ambitu tad-dejta aċċessata;

(b) referenza għad-dispożizzjonijiet legali li jagħtu aċċess għal tali dejta skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u dan ir-Regolament.

▼M1

3.  Ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jistabbilixxi u jmantni l-arranġamenti tekniċi meħtieġa biex jiffaċilita lill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jikkonettjaw bl-użu ta' interfaċċa sikura minn magna għal magna sabiex jissottometti talbiet tad-dejta u jirċievi d-dejta.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu juża l-Protokoll tat-Trasferiment tal-Fajls SSH. Ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu juża messaġġi XML standardizzati żviluppati f'konformità mal-metodoloġija tal-ISO 20022 biex jikkomunika permezz ta' dik l-interfaċċa. Ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jista', addizzjonalment, wara ftehim mal-entità kkonċernata, jistabbilixxi konnessjoni bl-użu ta' protokoll ieħor li sar qbil reċiproku dwaru.

4.  F'konformità mal-Artikoli 2 u 3 ta' dan ir-Regolament, ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 b'aċċess għall-informazzjoni li ġejja:

a) ir-rapporti kollha dwar kuntratti tad-derivattivi;

b) l-aħħar stati ta' tranżazzjonijiet ta' kuntratti tad-derivattivi li ma mmaturawx jew li ma kinux soġġetti għal rapport b'tip ta' Azzjoni “E”, “C”, “P” jew “Z” kif imsemmi fil-parti 93 tat-Tabella 2 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012 ( 3 ).

5.  Ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jistabbilixxi u jmantni l-arranġamenti tekniċi biex jippermetti lill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistabbilixxu talbiet perjodiċi predefiniti biex jaċċessaw id-dettalji ta' kuntratti tad-derivattivi, kif iddeterminat fil-paragrafu 4, neċessarji għal dawk l-entitajiet biex jissodisfaw ir-reponsabbiltajiet u l-mandati tagħhom.

6.  Jekk jintalab, ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 b'aċċess għad-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi skont kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn it-taqsimiet li ġejjin kif imsemmi fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1247/2012:

a) kronogramma tar-rappurtar;

b) ID tal-Kontroparti li tirrapporta;

c) ID tal-kontroparti l-oħra;

d) settur korporattiv tal-kontroparti li tirrapporta;

e) natura tal-kontroparti li tirrapporta;

f) ID tas-sensar;

g) ID tal-entità li qed tissottometti r-rapport;

h) ID tal-benefiċjarju;

i) klassi tal-assi;

j) klassifikazzjoni tal-prodott;

k) identifikazzjoni tal-prodott;

l) identifikazzjoni tas-sottostanti;

m) ċentru tal-eżekuzzjoni;

n) kronogramma tal-eżekuzzjoni;

o) data tal-maturità;

p) data tat-terminazzjoni;

q) CCP; u

r) tip ta' azzjoni.

7.  Ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jistabbilixxi u jmantni l-kapaċità teknika li jipprovdi aċċess dirett u immedjat għal dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi meħtieġa għall-entitajiet elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 sabiex jissodisfaw il-mandati u r-responsabbiltajiet tagħhom. Dan l-aċċess għandu jiġi pprovdut kif ġej:

a) fejn entità elenkata fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 titlob aċċess għad-dettalji ta' kuntratti tad-derivattivi pendenti jew ta' kuntratti ta' derivattivi li mmaturaw jew li għalihom hemm rapporti bit-tipi ta' azzjoni “E”, “C”, “Z” or “P” kif imsemmi fil-parti 93 fit-Tabella 2 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1247/2012 li saru mhux aktar minn sena qabel id-data li fiha ġiet sottomessa t-talba, repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jissodisfa dik it-talba mhux aktar tard minn 12:00 ħin universali koordinat fl-ewwel jum kalendarju wara l-jum li fih ġiet sottomessa t-talba għal aċċess.

b) fejn entità elenkata fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 titlob aċċess għal dettaljit ta' kuntratti tad-derivattivi li mmaturaw jew li għalihom hemm rapporti bit-tipi ta' azzjoni “E”. “C”, “Z”, jew “P” kif imsemmi fil-parti 93 tat-Tabella 2 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1247/2012 li saru aktar minn sena qabel id-data li fiha ġiet sottomessa t-talba, repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jissodisfa dik it-talba mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara li tkun ġiet sottomessa t-talba għal aċċess.

c) fejn talba għal dejta ta' aċċess minn entità elenkata fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tirrigwarda kuntratti tad-derivattivi li jaqgħu taħt iż-żewġ punti (a) u (b), ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi d-dettalji ta' dawk il-kuntratti tad-derivattivi mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara li tkun ġiet sottomessa dik it-talba għal aċċess.

8.  Ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jikkonferma l-irċevuta u jivverifika l-korrettezza u l-kompletezza ta' kwalunkwe talba għal dejta tal-aċċess imressqa mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Huwa għandu jinnotifka lil dawn l-entitajiet dwar ir-riżultat tal-verifika mhux aktar tard minn sittin minuta wara s-sottomissjoni tat-talba.

9.  Ir-repożitorju tad-dejta għandu juża firma elettronika u protokolli ta' kriptaġġ tad-dejta biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità, l-integrità u l-protezzjoni tad-dejta li tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-entitajiet elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

▼B

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 148/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-data li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

( 3 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċnetrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzzjonijiet (ĠU L 352, 21.12.2012, p. 20) kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/105 (ĠU L 17, 21.1.2017, p. 17).