02013R0141 — MT — 17.02.2014 — 001.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 141/2013 tad-19 ta’ Frar 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti (EHIS) (ĠU L 047 20.2.2013, p. 20) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 68/2014 tas-27 ta’ Jannar 2014 |
L 23 |
9 |
28.1.2014 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 141/2013
tad-19 ta’ Frar 2013
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti (EHIS)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
L-istatistika Ewropea msejsa fuq l-Istħarriġ Ewropew ta’ Intervisti dwar is-Saħħa (EHIS) għandha tikkonċerna l-istat tas-saħħa, il-kura tas-saħħa u d-determinanti tas-saħħa kif ukoll karatteristiċi soċjodemografiċi tal-popolazzjoni minn 15-il sena ’l fuq.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“unità domestika” tfisser persuna li tgħix waħidha jew grupp ta’ nies li jgħixu flimkien fl-istess abitazzjoni privata u li jaqsmu l-ispejjeż, kif ukoll jikkontribwixxu fil-forniment tal-essenzjali għall-għixien; din id-definizzjoni ma tkoprix l-unitajiet domestiċi kollettivi bħal sptarijiet, djar tal-kura jew residenzjali, ħabsijiet, kwartieri militari, istituzzjonijiet reliġjużi, pensjonijiet jew ħostels;
“residenza abitwali” tfisser il-post li fih persuna normalment tqattal-perjodu tal-mistrieħ tagħha ta’ kuljum, irrispettivament minn assenzi temporanji għal finijiet ta’ rikreazzjoni, vakanzi, żjarat lill-ħbieb u lill-qraba, negozju, kura medika jew pellegrinaġġi reliġjużi; jew, jekk tali dejta ma tkunx disponibbli, il-post tar-residenza legali jew reġistrata.
Il-persuni li ġejjin biss għandhom jiġu kkunsidrati bħala residenti abitwali taż-żona ġeografika kkonċernata:
dawk li ilhom jgħixu fil-post tar-residenza abitwali tagħhom għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 12-il xahar qabel id-data ta’ referenza; jew
dawk li jkunu waslu fil-post tar-residenza abitwali tagħhom fit-12-il xahar qabel id-data ta’ referenza bil-ħsieb li joqogħdu hemm mill-inqas għal sena.
Meta ċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (a) jew (b) ma jistgħux jiġu stabbiliti, “ir-residenza abitwali” għandha tfisser il-post ta’ residenza legali jew reġistrata;
“mikrodejta” tfisser osservazzjonijiet jew miżuri mhux aggregati ta’ karatteristiċi ta’ unitajiet individwali;
“metadejta” tfisser dejta li tiddefinixxi jew tiddeskrivi dejta oħra kif ukoll proċessi statistiċi tan-negozju.
Artikolu 3
Id-dejta meħtieġa
1. Kull Stat Membru għandu jipprovdi l-mikrodejta stipulata fl-Anness I lill-Kummissjoni (Eurostat).
2. Il-mikrodejta għandha tkun ibbażata fuq kampjuni rappreżentattivi nazzjonali tal-probabbiltà.
3. Bil-għan li jinkiseb livell għoli ta’ armonizzazzjoni fir-riżultati tal-istħarriġ li sar madwar il-pajjiżi, il-Kummissjoni (Eurostat), b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tipproponi rakkomandazzjonijiet u linji gwida metodoloġiċi u prattiċi għall-kampjunar u għall-implimentazzjoni tal-istħarriġ fil-forma ta’ “Manwal tal-Istħarriġ tal-Unjoni Ewropea ta’ Intervisti dwar is-Saħħa” li jinkludi kwestjonarju mudell.
4. Id-daqs tal-kampjun effettiv minimu, ikkalkulat fuq is-suppożizzjoni ta’ kampjunar każwali sempliċi, huwa stipulat fl-Anness II. Il-fatturi tal-ippeżar għandhom jiġu kkalkulati b’tali mod li jqisu l-probabbiltà tal-unitajiet tal-għażla, tan-nuqqas ta’ risposta u, skont kif ikun xieraq, tal-aġġustament tal-kampjun ma’ dejta esterna marbuta mad-distribuzzjoni tal-persuni fil-popolazzjoni fil-mira.
5. Huma esklużi dawk il-partijiet żgħar tat-territorju nazzjonali li jammontaw għal mhux aktar minn 2 % tal-popolazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri u t-territorji nazzjonali rispettivi elenkati fl-Anness III.
Artikolu 4
Is-sena ta’ referenza u l-popolazzjoni
1. Is-sena ta’ referenza għandha tkun 2013, 2014 jew 2015
2. Il-popolazzjoni ta’ referenza għandha tkun individwi li għandhom minn 15-il sena ’l fuq li jgħixu f’unitajiet domestiċi privati li jinsabu fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat fil-ħin tal-ġbir tad-data.
3. Il-ġbir tad-dejta għandu jkun mifrux fuq mill-inqas tliet xhur inkluż mill-inqas xahar tal-ħarifa (Settembru-Diċembru).
Artikolu 5
Il-metadejta ta’ referenza
1. Il-metadejta ta’ referenza relatata mal-kwalità għandha tiġi pprovduta skont l-istandard tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat) u li dwaru hemm qbil mal-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu din il-metadejta lill-Kummissjoni (Eurostat) mhux aktar tard minn xahrejn wara t-trażmissjoni tal-mikrodejta.
Artikolu 6
Id-dispożizzjoni tal-mikrodejta u l-metadejta ta’ referenza lill-Kummissjoni (Eurostat)
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu mikrodejta li tkun iffinalizzata, ikkonvalidata u ppeżata u metadejta ta’ referenza relatata mal-kwalità meħtieġa minn dan ir-Regolament skont standard ta’ skambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Il-mikrodejta u l-metadejta ta’ referenza relatata mal-kwalità għandha tiġi pprovduta bl-użu tas-servizzi ta’ Punt ta’ Kuntatt Waħdieni.
2. Il-mikrodejta għandha ssir disponibbli sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2015 jew disa’ xhur wara tmiem il-perjodu nazzjonali tal-ġbir tad-dejta f’każijiet fejn l-istħarriġ jitwettaq wara Diċembru 2014
Artikolu 7
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Il-mikrodejta li għandha tinbagħat lill-Kummissjoni (Eurostat)
IL-VARJABBLI TEKNIĊI TAL-ISTĦARRIĠ
Isem il-varjabbli |
Deskrizzjoni |
Kategoriji u kodiċijiet tar-risposti |
Filtru |
PID |
In-numru tal-identifikazzjoni tar-rispondent |
numru b’10 figuri – 1 nieqes |
Kulħadd |
HHID |
In-numru tal-identifikazzjoni tal-unità domestika |
numru b’10 figuri – 1 nieqes |
Kulħadd |
PRIMSTRAT |
L-istrati primarji kif użati fl-għażla tal-kampjun |
0001 – 9999 – 2 mhux applikabbli (l-ebda stratifikazzjoni) |
Kulħadd |
PSU |
Unitajiet primarji tal-kampjunar kif użati fl-għażla tal-kampjun |
0001 – 9999 – 2 mhux applikabbli (l-ebda kampjunar multistadju) |
Kulħadd |
WGT |
Piż finali individwali |
numru 5.3 – 1 nieqes |
Kulħadd |
PROXY |
Kien/et il-persuna magħżula li ġiet intervistata, jew kien xi ħadd ieħor?(kienet intervistata persuna li tidher f’isem xi ħadd) |
1 Il-persuna stess 2 Membru ieħor tal-unità domestika 3 Xi ħadd ieħor mhux fl-unità domestika – 1 nieqes |
Kulħadd |
REFYEAR |
Is-sena ta’ referenza tal-intervista |
4 figuri |
Kulħadd |
REFMONTH |
Ix-xahar ta’ referenza tal-intervista |
1 – 12 – 1 nieqes |
Kulħadd |
INTMETHOD |
Il-metodu użat għall-ġbir tad-dejta |
10 Verżjoni postali, mhux elettronika 11 Verżjoni postali, elettronika (e-Mail) 20 Wiċċ imb ‘wiċċ, verżjoni mhux elettronika 21 Wiċċ imb ‘wiċċ, verżjoni elettronika 30 Telefown, verżjoni mhux elettronika 31 Telefown, verżjoni elettronika 40 Użu tal-Internet 50 Ġbir b’modi differenti (pereżempju: kemm dak postali kif ukoll b’intervista biex tinġabar id-dejta |
Kulħadd |
INTLANG |
Il-lingwa użata fl-intervista, |
kodiċijiet bi 3 figuri (il-Lista Standard tal-Kodiċijiet tal-Eurostat) – 1 nieqes |
Kulħadd |
IL-VARJABBLI SOĊJALI EWLENIN
Isem il-varjabbli |
Id-deskrizzjoni |
Il-kategoriji u l-kodiċijiet tar-risposti |
Filtru |
SESS |
Is-sess tar-rispondent |
1 Maskil 2 Femminil – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
ETÀ |
L-età tar-rispondent skont is-snin magħluqa waqt l-intervista |
figura – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
PAJJIŻ |
Il-pajjiż ta’ residenza |
2 Figuri bbażati fuq in-NUTS, fl-aktar livell aggregat (livell 0 jew il-livell tal-pajjiż) – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
POST TAT-TWELID |
Il-pajjiż tat-twelid |
10 Mwieled/mwielda fil-post 21 Mwieled/mwielda fi Stat Membru ieħor tal-UE; 22 Mwieled/mwielda f’pajjiż mhux fl-UE, – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
ĊITTADIN |
Il-pajjiż taċ-ċittadinanza fil-ħin tal-ġbir tad-dejta |
10 Nazzjonal/għandu jew għandha ċ-ċittadinanza tal-pajjiż li qed jirrapporta 21 Mhux/mhix nazzjonal/ma għandux jew ma għandhiex iċ-ċittadinanza tal-pajjiż li qed jirrapporta iżda hu/hi nazzjonal ta’ Stat Membru ieħor tal-UE 22 Mhux/mhix nazzjonal/ma għandux jew ma għandhiex iċ-ċittadinanza tal-pajjiż li qed jirrapporta iżda għandu/għandha nazzjonalità ta’ pajjiż mhux fl-UE – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
REĠJUN |
Ir-reġjun ta’ residenza |
Kodiċjar skont in-NUTS fil-livell ta’ 2 figuri – 1 nieqes |
Kulħadd |
DEG_URB |
Il-grad ta’ urbanizzazzjoni |
1 Żona popolata ħafna 2 Żona popolata f’livell intermedju 3 Żona popolata ftit – 1 nieqes |
Kulħadd |
MARSTALEGAL |
L-istat ċivili legali |
1 Qatt ma kien/et miżżeweġ/miżżewġa u qatt ma kienet fi sħubija rreġistrata 2 Miżżewweġ/miżżewġa jew qiegħed/qiegħda fi sħubija rreġistrata 3 Armel/armla jew fi sħubija rreġistrata li spiċċat mal-mewt tas-sieħeb/sieħba (mhux miżżewweġ/miżżewġa mill-ġdid jew fi sħubija rreġistrata ġdida) 4 Iddivorzjat/a jew fi sħubija rreġistrata li ġiet xolta legalment (mhux miżżewweġ/miżżewġa mill-ġdid jew fi sħubija rreġistrata ġdida) – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
MARSTADEFACTO |
L-istat ċivili de facto |
1 Il-persuna tgħix f’unjoni konsenswali 2 Il-persuna ma tgħixx f’unjoni konsenswali – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
HATLEVEL |
L-ogħla livell ikkompletat ta’ edukazzjoni (kisba edukattiva) |
Ibbażat fuq il-klassifikazzjoni ISCED-2011 0 — żvilupp fit-tfulija minn kmieni, edukazzjoni qabel il-primarja 1 — Edukazzjoni primarja 2 — Edukazzjoni sekondarja baxxa 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja 4 — Edukazzjoni post-sekondarja izda mhux terzjarja 5 — Edukazzjoni terzjarja; ċiklu qasir 6 — Edukazzjoni terzjarja; livell ta’ Baċellerat jew ekwivalenti 7 — Edukazzjoni terzjarja; livell ta’ Master jew ekwivalenti 8 — Edukazzjoni terzjarja; Dottorat jew ekwivalenti – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
MAINSTAT |
L-istat awtodikjarat tax-xogħol |
10 Il-persuna għandha impjieg jew professjoni, inkluż xogħol mhux bi ħlas għal xi negozju jew azjenda tal-familja, inkluż apprendistat jew taħriġ bi ħlas, eċċ. 20 Qiegħda; 31 Student żgħir, student, taħriġ avvanzat, esperjenza ta’ xogħol bla ħlas 32 Rtirata jew irtirat kmieni jew refgħet minn negozju 33 Diżabbli b’mod permanenti; 34 F’servizz komunitarju jew militari obbligatorju; 35 Twettaq xogħol tad-dar; 36 Persuna inattiva oħra – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
FT_PT |
Xogħol full-time jew part-time |
1 full-time 2 part-time – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
MAINSTAT = 10 |
JOBSTAT |
L-istat fl-impjieg |
10 Iimpjegat indipendenti 21 Impjegat b’xogħol permanenti jew kuntratt ta’ xogħol għal żmien illimitat 22 Impjegat b’kuntratt ta’ xogħol temporanju/għal żmien limitat – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
MAINSTAT = 10 |
JOBISCO |
L-okkupazzjoni fix-xogħol |
ISCO-08 ikkodifikat fil-livell ta’ 2 figuri – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
MAINSTAT = 10 |
LOCNACE |
Is-settur ekonomiku fl-impjieg |
It-taqsimiet tan-NACE Rev. 2 – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
MAINSTAT = 10 |
HHNBPERS |
L-għadd ta’ persuni li jgħixu fl-unità domestika, inkluż ir-rispondent; |
0 – 98 – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
HHNBPERS_0_4 |
L-għadd ta’ persuni ta’ 4 snin jew iżgħar |
0 – 98 – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
HHNBPERS_5_13 |
L-għadd ta’ persuni minn 5 snin sa 13-il sena |
0 – 98 – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
HHNBPERS_14_15 |
L-għadd ta’ persuni minn 14 sa 15-il sena |
0 – 98 – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
HHNBPERS_16_24 |
L-għadd ta’ persuni minn 16 sa 24 sena |
0 – 98 – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
HHNBPERS_25_64 |
L-għadd ta’ persuni minn 25 sa 64 sena |
0 – 98 – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
HHNBPERS_65plus |
L-għadd ta’ persuni minn 65 sena ’l fuq |
0 – 98 – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
HHTYPE |
It-tip ta’ unità domestika |
10 Unità domestika b’persuna waħda 21 Ġenitur waħdu b’wild/ulied taħt il-25 sena 22 Koppja mingħajr ulied taħt il-25 sena 23 Koppja b’wild/ulied taħt il-25 sena 24 Koppja jew ġenitur waħdu b’wild/ulied taħt il-25 sena u persuni oħra li jgħixu fl-unità domestika 25 Tip ieħor ta’ unità domestika – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
HH_ACT |
L-għadd ta’ persuni bejn is-16 u l-64 sena fl-unità domestika li huma impjegati |
0 – 98 – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
HH_INACT |
L-għadd ta’ persuni bejn is-16 u l-64 sena fl-unità domestika li huma qiegħda jew huma ekonomikament inattivi |
0 – 98 – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
HHINCOME |
Dħul nett ekwivalizzat ta’ kull xahar tal-unità domestika |
1 Taħt l-ewwel kwintil 2 Bejn l-ewwel u t-t-tieni kwintil 3 Bejn it-tieni u t-tielet kwintil 4 Bejn it-tielet u r-raba’ kwintil 5 Bejn ir-raba’ u l-ħames kwintil – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
IL-VARJABBLI TAS-SAĦĦA
Isem il-varjabbli |
Id-deskrizzjoni |
Il-kategoriji u l-kodiċijiet tar-risposti |
Filtru |
L-istat tas-saħħa – il-Modulu Minimu tas-Saħħa Ewropea |
|||
HS1 |
Is-saħħa inġenerali kif awtoperċepita: kif tipperċepixxi s-saħħa tiegħek inġenerali |
1 Tajba ħafna 2 Tajba 3 Mhux ħażina 4 Ħażina 5 Ħażina ħafna – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
HS2 |
Problema tas-saħħa li ilha: Tbati minn xi marda jew problema tas-saħħa għal mill-inqas sitt xhur |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
HS3 |
Limitazzjoni f’attivitajiet ġenerali: Limitazzjoni f’attivitajiet li n-nies jagħmlu normalment minħabba problemi tas-saħħa għal mill-inqas l-aħħar sitt xhur |
1 Limitata wisq 2 Limitata iżda mhux wisq 3 Mhux limitata bl-ebda mod – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
Mard u kundizzjonijiet kroniċi |
|||
CD1a |
Ażma f’dawn l-aħħar 12-il xahar (inkluża l-ażma allerġika) |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
CD1b |
Bronkite kronika, mard pulmonari ostruttiv kroniku, jew enfisema f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
CD1c |
Infart kardijaku (attakk tal-qalb) f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
CD1d |
Mard koronarju tal-qalb jew anġina pectoris f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
CD1e |
Pressjoni għolja tad-demm f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
CD1f |
Puplesija (emorraġija ċerebrali, trombosi ċerebrali) f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
CD1g |
Artrożi (eskluża l-artrite) f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
CD1h |
Uġigħ/problema fil-parti t’isfel tad-dahar jew xi difett kroniku ieħor fid-dahar f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
CD1i |
Uġigħ/problema fl-għonq jew xi difett kroniku ieħor fl-għonq f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
CD1j |
Dijabete f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
CD1k |
Allerġija, bħall-hay fever (rinite), infjammazjoni fl-għajnejn, dermatite, allerġija għall-ikel jew oħrajn (eskluża l-ażma allerġika) f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
CD1l |
Ċirrożi tal-fwied f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
CD1m |
Inkontinenza tal-awrina, problemi fil-kontroll tal-bużżieqa tal-awrina f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
CD1n |
Problemi tal-kliewi f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
CD1o |
Dipressjoni f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
Inċidenti u korrimenti |
|||
AC1a |
L-okkorrenza ta’ inċident tat-traffiku f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
AC1b |
L-okkorrenza ta’ inċident fid-dar f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
AC1c |
L-okkorrenza ta’ inċident fil-ħin liberu f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
AC2 |
L-intervent ta’ kura medika l-aktar serju għall-inċident l-aktar serju f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Dħul fi sptar jew kwalunkwe faċilità oħra tas-saħħa 2 Tabib jew infermiera 3 Ma kien meħtieġ l-ebda intervent – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk AC1a = 1 jew AC1b = 1 jew AC1c = 1 |
Assenza mix-xogħol (minħabba problemi tas-saħħa) |
|||
AW1 |
Assenti mix-xogħol minħabba problemi tas-saħħa personali f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk MAINSTAT = 10 |
AW2 |
L-għadd ta’ jiem ta’ assenza mix-xogħol minħabba problemi tas-saħħa personali f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
L-għadd ta’ jiem – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk AW1 = 1 |
Limitazzjonijiet funzjonali sensorjali u fiżiċi |
|||
PL1 |
Tilbes nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt |
1 Iva 2 Le 3 Għami/għamja jew ma jista’ jara xejn – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
PL2 |
Diffikultà biex tara, anki meta jintlibes nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt |
1 L-ebda diffikultà 2 Xi diffikultà 3 Diffikultà kbira 4 Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
Jekk PL1 = 1 jew 2 |
PL3 |
Tuża apparat għas-smigħ |
1 Iva 2 Le 3 Trux/a ħafna – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
PL4 |
Diffikultà biex tisma’ dak li jingħad f’konverżazzjoni ma’ persuna waħda oħra f’kamra kwieta anki meta jintuża apparat għas-smigħ |
1 L-ebda diffikultà 2 Xi diffikultà 3 Diffikultà kbira 4 Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
Jekk PL3 = 1 jew 2 |
PL5 |
Diffikultà biex tisma’ dak li jingħad f’konverżazzjoni ma’ persuna waħda oħra f’kamra aktar storbjuża anki meta jintuża apparat għas-smigħ |
1 L-ebda diffikultà 2 Xi diffikultà 3 Diffikultà kbira 4 Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
Jekk PL3 = 1 jew 2 u PL4 = 1 jew 2 jew 3 |
PL6 |
Diffikultà biex timxi nofs kilometru fil-wità mingħajr l-użu ta’ kwalunkwe għajnuna |
1 L-ebda diffikultà 2 Xi diffikultà 3 Diffikultà kbira 4 Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
PL7 |
Diffikultà biex titla/tinżel 12-il tarġa |
1 L-ebda diffikultà 2 Xi diffikultà 3 Diffikultà kbira 4 Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
Attivitajiet ta’ kura personali |
|||
PC1a |
Diffikultà biex tiekol |
1 L-ebda diffikultà 2 Xi diffikultà 3 Diffikultà kbira 4 Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk ETÀ >= 65 |
PC1b |
Diffikultà tidħol/tpoġġi u tqum mis-sodda jew mis-siġġu |
1 L-ebda diffikultà 2 Xi diffikultà 3 Diffikultà kbira 4 Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk ETÀ >= 65 |
PC1c |
Diffikultà biex tilbes u tinża |
1 L-ebda diffikultà 2 Xi diffikultà 3 Diffikultà kbira 4 Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk ETÀ >= 65 |
PC1d |
Diffikultà biex tuża t-tojlit |
1 L-ebda diffikultà 2 Xi diffikultà 3 Diffikultà kbira 4 Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk ETÀ >= 65 |
PC1e |
Diffikultà biex tieħu banju jew doċċa |
1 L-ebda diffikultà 2 Xi diffikultà 3 Diffikultà kbira 4 Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk ETÀ >= 65 |
PC2 |
Normalment tirċievi għajnuna f’attività waħda jew aktar biex tieħu ħsieb tiegħek innifsek, tiekol, tidħol/tpoġġi u tqum mis-sodda jew mis-siġġu, tilbes u tinża, tuża t-tojlit, tieħu banju jew doċċa |
1 Iva, f’mill-inqas attività waħda 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk (ETÀ >= 65) u {PC1a ≠ 1 jew PC1b ≠ 1 jew PC1c ≠ 1 jew PC1d ≠ 1 jew PC1e ≠ 1} |
PC3 |
Jeħtieġ li tirċievi għajnuna jew aktar għajnuna f’attività waħda jew aktar biex tieħu ħsieb tiegħek innifsek: tiekol, tidħol/tpoġġi u tqum mis-sodda jew mis-siġġu, tilbes u tinża, tuża t-tojlit, tieħu banju jew doċċa |
1 Iva, f’mill-inqas attività waħda 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk (ETÀ >= 65) u {PC1a ≠ 1 jew PC1b ≠ 1 jew PC1c ≠ 1 jew PC1d ≠ 1 jew PC1e ≠ 1} |
Attivitajiet domestiċi |
|||
HA1a |
Diffikultà tipprepara l-ikel |
1 L-ebda diffikultà 2 Xi diffikultà 3 Diffikultà kbira 4 Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi 5 Mhux applikabbli (qatt ma pprova jew ma għandux għalfejn jagħmel dan) – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) - 2 mhux applikabbli |
jekk ETÀ >= 65 |
HA1b |
Diffikultà tuża t-telefown |
1 L-ebda diffikultà 2 Xi diffikultà 3 Diffikultà kbira 4 Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi 5 Mhux applikabbli (qatt ma pprova/ppruvat jew mhemmx bżonn) – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk ETÀ >= 65 |
HA1c |
Diffikultà biex tagħmel ix-xiri |
1 L-ebda diffikultà 2 Xi diffikultà 3 Diffikultà kbira 4 Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi 5 Mhux applikabbli (qatt ma pprova/ppruvat jew mhemmx bżonn) – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk ETÀ >= 65 |
HA1d |
Diffikultà biex tieħu l-mediċini |
1 L-ebda diffikultà 2 Xi diffikultà 3 Diffikultà kbira 4 Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi 5 Mhux applikabbli (qatt ma pprova/ppruvat jew mhemmx bżonn) – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk ETÀ >= 65 |
HA1e |
Diffikultà biex tagħmel xogħol tad-dar ħafif |
1 L-ebda diffikultà 2 Xi diffikultà 3 Diffikultà kbira 4 Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi 5 Mhux applikabbli (qatt ma pprova/ppruvat jew mhemmx bżonn) – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk ETÀ >= 65 |
HA1f |
Diffikultà biex okkażjonalment tagħmel xogħol tad-dar iebes |
1 L-ebda diffikultà 2 Xi diffikultà 3 Diffikultà kbira 4 Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi 5 Mhux applikabbli (qatt ma pprova/ppruvat jew mhemmx bżonn) – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk ETÀ >= 65 |
HA1g |
Diffikultà biex tieħu ħsieb il-finanzi u l-kompiti amministrattivi ta’ kuljum |
1 L-ebda diffikultà 2 Xi diffikultà 3 Diffikultà kbira 4 Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi 5 Mhux applikabbli (qatt ma pprova/ppruvat jew mhemmx bżonn) – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk ETÀ >= 65 |
HA2 |
Normalment tirċievi għajnuna f’attività domestika waħda jew aktar: tipprepara l-ikel, tuża t-telefown, tixtri, timmaniġġja l-mediċini, tagħmel xogħol tad-dar ħafif jew okkażjonalment iebes, tieħu ħsieb il-finanzi u l-kompiti amministrattivi ta’ kuljum |
1 Iva, f’mill-inqas attività waħda 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk (ETÀ >= 65) u {HA1a ≠ 1 jew HA1b ≠ 1 jew HA1c ≠ 1 jew HA1d ≠ 1 jew HA1e ≠ 1 jew HA1f ≠ 1 jew HA1 g ≠ 1} |
HA3 |
Teħtieġ għajnuna jew aktar għajnuna f’attività domestika waħda jew aktar: tipprepara l-ikel, tuża t-telefown, tixtri, timmaniġġja l-mediċini, tagħmel xogħol tad-dar ħafif jew okkażjonalment iebes, tieħu ħsieb il-finanzi u l-kompiti amministrattivi ta’ kuljum |
1 Iva, f’mill-inqas attività waħda 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk (ETÀ >= 65) u {HA1a ≠ 1 jew HA1b ≠ 1 jew HA1c ≠ 1 jew HA1d ≠ 1 jew HA1e ≠ 1 jew HA1f ≠ 1jew HA1 g ≠ 1} |
Uġigħ |
|||
PN1 |
L-intensità tal-uġigħ fiżiku matul l-aħħar 4 ġimgħat |
1 Xejn 2 Ħafif ħafna 3 Ħafif 4 Moderat 5 Qawwi 6 Qawwi ħafna – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
PN2 |
Kemm dak l-uġigħ interferixxa fix-xogħol normali f’dawn l-aħħar 4 ġimgħat (kemm ix-xogħol barra mid-dar kif ukoll ix-xogħol tad-dar) |
1 Xejn 2 Daqsxejn 3 Moderatament 4 Ftit mhux ħażin. 5 Estremament – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
Is-saħħa mentali: |
|||
MH1a |
Kemm kellek nuqqas ta’ interess jew gost fl-affarijiet li għamilt matul l-aħħar ġimagħtejn |
1 Xejn 2 Diversi jiem 3 Aktar minn nofs il-jiem 4 Kważi kuljum – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
MH1b |
Kemm ħassejtek imdejjaq, dipress jew bla tama matul l-aħħar ġimagħtejn |
1 Xejn 2 Diversi jiem 3 Aktar minn nofs il-jiem 4 Kważi kuljum – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
MH1c |
Kemm sibtha diffiċli torqod jew tibqa’ rieqed, jew kemm kont qed torqod iżżejjed, matul l-aħħar ġimagħtejn |
1 Xejn 2 Diversi jiem 3 Aktar minn nofs il-jiem 4 Kważi kuljum – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
MH1d |
Kemm ħassejtek għajjien/a jew li għandek ftit enerġija tul l-aħħar ġimagħtejn |
1 Xejn 2 Diversi jiem 3 Aktar minn nofs il-jiem 4 Kważi kuljum – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
MH1e |
Kemm ħassejtek bla ġuħ jew kilt iżżejjed matul l-aħħar ġimagħtejn |
1 Xejn 2 Diversi jiem 3 Aktar minn nofs il-jiem 4 Kważi kuljum – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
MH1f |
Kemm ħassejtek ħażin/a dwarek innifsek, ħassejtek falliment matul l-aħħar ġimagħtejn |
1 Xejn 2 Diversi jiem 3 Aktar minn nofs il-jiem 4 Kważi kuljum – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
MH1g |
Kemm ma stajtx tikkonċentra fuq xi ħaġa, bħal taqra l-gazzetta jew tara t-televiżjoni, matul l-aħħar ġimagħtejn |
1 Xejn 2 Diversi jiem 3 Aktar minn nofs il-jiem 4 Kważi kuljum – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
MH1h |
Kemm tant iċċaqlaqt jew tkellimt bil-mod li nies oħra setgħu jinnutaw jew kemm tant kont bla kwiet, matul l-aħħar ġimagħtejn |
1 Xejn 2 Diversi jiem 3 Aktar minn nofs il-jiem 4 Kważi kuljum – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
Kura tas-saħħa |
|||
Użu ta’ kura għall-pazjenti li qegħdin l-isptar jew day care |
|||
HO1 |
Dħalt l-isptar bħala pazjent f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
HO2 |
L-għadd ta’ ljieli li qattajt bħala pazjent l-isptar f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
Numru 1 – 99 – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk HO1 = 1 |
HO3 |
Dħalt l-isptar għal jum wieħed mingħajr ma rqadt hemm f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
HO4 |
L-għadd ta’ drabi li dħalt l-isptar għal jum wieħed mingħajr ma rqadt hemm f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
Numru 1 – 300 – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk HO3 = 1 |
Użu ta’ kura ambulatorja u fid-dar |
|||
AM1 |
L-aħħar darba li mort għal vista għand dentist jew ortodontista (għalik stess) |
1 Anqas minn 6 xhur ilu 2 Bejn 6 xhur u 12-il xahar ilu 3 12-il xahar ilu jew aktar 4 Qatt – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
AM2 |
L-aħħar darba li kkonsultajt tabib ġenerali jew it-tabib tal-familja (għaik stess) |
1 Anqas minn 12 il-xahar ilu 2 12-il xahar ilu jew aktar 3 Qatt – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
AM3 |
L-għadd ta’ konsultazzjonijiet ma’ tabib ġenerali jew mat-tabib tal-familja matul l-aħħar erba’ ġimgħat (għalik stess) |
Numru 0 – 99 – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
Jekk AM2 = 1 |
AM4 |
L-aħħar darba li kellek vistà għand speċjalista jew kirurgu mediku (għalik stess) |
1 Anqas minn 12 il-xahar ilu 2 12-il xahar ilu jew aktar 3 Qatt – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
AM5 |
L-għadd ta’ konsultazzjonijiet ma’ tabib jew kirurgu speċjalista matul l-aħħar erba’ġimgħat (għalik stess) |
Numru 0 – 99 – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
Jekk AM4 = 1 |
AM6a |
Konsultazzjoni ma’ fiżjoterapista jew kinesiterapista f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
AM6b |
Konsultazzjoni ma’ psikologu jew psikoterapista f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
AM7 |
Użu ta’ kwalunkwe servizz tal-kura fil-komunità għal ħtiġijiet personali matul l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
L-użu tal-mediċina |
|||
MD1 |
Użu ta’ kwalunkwe mediċini preskritti mit-tabib matul l-aħħar ġimagħtejn (eskluża l-kontraċezzjoni) |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
MD2 |
Użu ta’ kwalunkwe mediċini, mediċini veġetali jew vitamini mhux preskritti mit-tabib matul l-aħħar ġimagħtejn |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
Servizzi preventivi |
|||
PA1 |
L-aħħar darba li tlaqqamt kontra l-influwenza |
Xahar/sena (XXSSSS) Qatt jew ilu ħafna (0) – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
PA2 |
L-aħħar darba li xi professjonista tas-saħħa ċċekkjalek il-pressjoni tad-demm |
1 Fl-aħħar 12-il xahar 2 Bejn sena u inqas minn 3snin ilu 3 Bejn 3 snin u inqas minn 5 snin ilu 4 Aktar minn 5 snin ilu 5 Qatt – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
PA3 |
L-aħħar darba li xi professjonista tas-saħħa ċċekkjalek il-kolesterol fid-demm |
1 Fl-aħħar 12-il xahar 2 Bejn sena u inqas minn 3 snin ilu 3 Bejn 3 snin u inqas minn 5 snin ilu 4 Aktar minn 5 snin ilu 5 Qatt – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
PA4 |
L-aħħar darba li xi professjonista tas-saħħa ċċekkjalek iz-zokkor fid-demm |
1 Fl-aħħar 12-il xahar 2 Bejn sena u inqas minn 3 snin ilu 3 Bejn 3 snin u inqas minn 5 snin ilu 4 Aktar minn 5 snin ilu 5 Qatt – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
PA5 |
L-aħħar darba li sarlek test tad-demm fl-ippurgar |
1 Fl-aħħar 12-il xahar 2 Minn sena sa inqas minn sentejn ilu 3 Minn sentejn sa inqas minn 3 snin ilu 4 Aktar minn 3 snin ilu 5 Qatt – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
PA6 |
L-aħħar darba li saritlek kolonoskopija |
1 Fl-aħħar 12-il xahar 2 Minn sena sa inqas minn 5 snin ilu 3 Minn 5 snin sa inqas minn 10 snin ilu 4 Aktar minn 10 snin ilu 5 Qatt – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
PA7 |
L-aħħar darba li saritlek mammografija (X-ray tas-sider tal-mara) |
1 Fl-aħħar 12-il xahar 2 Minn sena sa inqas minn sentejn ilu 3 Minn sentejn sa inqas minn 3 snin ilu 4 Aktar minn 3 snin ilu 5 Qatt – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
Jekk SESS = 2 |
PA8 |
L-aħħar darba li sarlek smear test tal-għonq tal-utru |
1 Fl-aħħar 12-il xahar 2 Minn sena sa inqas minn sentejn ilu 3 Minn sentejn sa inqas minn 3 snin ilu 4 Aktar minn 3 snin ilu 5 Qatt – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
Jekk SESS = 2 |
Ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa mhux sodisfatti |
|||
UN1a |
Ħtieġa tal-kura tas-saħħa li ma ġiex sodisfatt f’dawn l-aħħar 12-il xahar minħabba lista/i ta’ stennija twila/twal |
1 Iva 2 Le 3 Ma kinitx meħtieġa kura tas-saħħa – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
UN1b |
Ħtieġa tal-kura tas-saħħa li ma ġiex sodisfatt f’dawn l-aħħar 12-il xahar kaġun tad-distanza jew minħabba problemi ta’ trasport |
1 Iva 2 Le 3 Ma kinitx meħtieġa kura tas-saħħa – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
UN2a |
Ma stajtx taffordja eżami jew trattament mediku f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le 3 Ma kienx hemm bżonn – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
UN2b |
Ma stajtx taffordja eżami jew trattament dentali f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le 3 Ma kienx hemm bżonn – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
UN2c |
Ma stajtx taffordja mediċini preskritti f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le 3 Ma kienx hemm bżonn – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
UN2d |
Ma stajtx taffordja kura tas-saħħa mentali (minn psikologu jew psikjatra pereżempju) f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Iva 2 Le 3 Ma kienx hemm bżonn – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
Fatturi li jiddeterminaw is-saħħa |
|||
Il-piż u t-tul |
|||
BM1 |
It-tul mingħajr iż-żarbun |
Numru f’ċm – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
BM2 |
Il-piż mingħajr il-ħwejjeġ u ż-żarbun |
Numru f’kg – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
L-attività/eżerċizzju fiżika/u |
|||
PE1 |
Sforz fiżiku tad-dmirijiet tiegħek(inklużi attivitajiet ta’ xogħol imħallsa kif ukoll mhux imħallsa) |
1 L-aktar bil-qiegħda jew bil-wieqfa 2 L-aktar mixi jew kompiti ta’ sforz fiżiku moderat 3 L-aktar xogħol tqil jew fiżikament eżiġenti 4 Ma jitwettqu l-ebda dmirijiet – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
PE2 |
L-għadd ta’ ġranet f’ġimgħa tipika fejn timxi għal mill-inqas 10 minuti kontinwament biex tasal jew tmur x’imkien |
l-għadd ta’ ġranet 1 – 7 0 Jiena qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
PE3 |
Il-ħin li tqatta’ timxi biex tasal jew tmur x’imkien f’ġurnata tipika |
1 10 – 29 minuti/a kuljum 2 30 – 59 minuta kuljum 3 Bejn siegħa u inqas minn sagħtejn kuljum 4 Bejn sagħtejn u anqas minn 3 sigħat kuljum 5 3 sigħat jew aktar kuljum – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk PE2 ≠ 0 |
PE4 |
L-għadd ta’ ġranet f’ġimgħa tipika fejn tuża r-rota għal mill-inqas 10 minuti kontinwament biex tasal jew tmur x’imkien |
l-għadd ta’ ġranet 1 – 7 0 Jiena qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
PE5 |
Il-ħin li tqatta’ fuq ir-rota biex tasal jew tmur x’imkien f’ġurnata tipika |
1 10 – 29 minuti/a kuljum 2 30 – 59 minuta kuljum 3 Bejn siegħa u inqas minn sagħtejn kuljum 4 Bejn sagħtejn u anqas minn 3 sigħat kuljum 5 3 sigħat jew aktar kuljum – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk PE4 ≠ 0 |
PE6 |
L-għadd ta’ ġranet f’ġimgħa tipika meta tagħmel attivitajiet sportivi, tal-fitness jew attivitajiet fiżiċi rikreattivi (għall-gost) għal mill-inqas 10 minuti kontinwament li jikkawżaw mill-inqas żieda żgħira fir-rata tan-nifs jew tat-taħbit tal-qalb |
l-għadd ta’ ġranet 1 – 7 0 Jiena qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
PE7 |
Il-ħin li tqatta’ tagħmel attivitajiet sportivi, tal-fitness, jew attivitajiet fiżiċi rikreattivi (għall-gost) f’ġimgħa tipika |
SSMM (sigħat/minuti) – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk PE6 ≠ 0 |
PE8 |
L-għadd ta’ ġranet f’ġimgħa tipika fejn tagħmel attivitajiet li jsaħħu l-muskoli |
l-għadd ta’ ġranet 1 – 7 0 Jiena qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
Il-konsum ta’ frott u ħaxix |
|||
FV1 |
Kemm il-darba tiekol frott, eskluż meraq ta’ frott magħsur |
1 Darba jew aktar kuljum 2 bejn 4 u 6 darbiet fil-ġimgħa 3 bejn darba u 3 darbiet fil-ġimgħa 4 Inqas minn darba fil-ġimgħa 5 Qatt – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
FV2 |
L-għadd ta’ porzjonijiet ta’ frott kull ġurnata, eskluż meraq ta’ frott magħsur |
Numru 1 – 99 – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk FV1 = 1 |
FV3 |
Kemm il-darba tiekol ħaxix jew insalata, esklużi meraq ta’ frott magħsur u patata |
1 Darba jew aktar kuljum 2 bejn 4 u 6 darbiet fil-ġimgħa 3 bejn darba u 3 darbiet fil-ġimgħa 4 Inqas minn darba fil-ġimgħa 5 Qatt – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
FV4 |
L-għadd ta’ porzjonijiet ta’ ħxejjex jew insalata kull ġurnata, esklużi meraq ta’ frott magħsur u patata |
Numru 1 – 99 – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk FV3 = 1 |
It-tipjip |
|||
SK1 |
It-tip ta’ mġieba fir-rigward tat-tipjip |
1 Tpejjep kuljum 2 Tpejjep okkażjonalment 3 Ma tpejjipx – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
SK2 |
It-tip ta’ prodott tat-tabakk ikkunsmat |
1 Sigaretti (manifatturati u/jew mibruma bl-idejn) 2 Sigarri 3 Tabakk tal-pipa 4 Oħrajn – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk SK1 = 1 jew 2 |
SK3 |
L-għadd medju ta’ sigaretti kuljum |
Numru 1 – 99 – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk SK1 = 1 u SK2 = 1 |
SK4 |
Kemm il-darba tkun espost għad-duħħan tat-tabakk fuq ġewwa |
1 Qatt jew kważi qatt 2 Inqas minn 1 siegħa kuljum 3 Siegħa jew aktar kuljum – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
Il-konsum tal-alkoħol |
|||
AL1 |
Il-frekwenza tal-konsum ta’ xorb alkoħoliku ta’ kull tip (birra, inbid, ċidru, spirti, cocktails, pretaħlitiet, likwori, alkoħol magħmul id-dar…) f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
1 Kuljum jew kważi 2 5 – 6 ijiem fil-ġimgħa 3 3 – 4 ijiem fil-ġimgħa 4 Jum - jumejn fil-ġimgħa 5 Jumejn - 3 ijiem f’xahar 6 Darba fix-xahar 7 Anqas minn darba fix-xahar 8 Mhux f’dawn l-aħħar 12-il xahar, għaliex jien m’għadnix nixrob alkoħol 9 Qatt, jew ftit belgħat biss jew ippruvajt biss, f’ħajti kollha – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
AL2 |
Il-frekwenza tal-konsum ta’ xorb alkoħoliku bejn it-Tnejn u l-Ħamis |
1 F’dawk l–4 ijiem kollha 2 Fi 3 ijiem minn dawk l–4 3 F’jumejn minn dawk l–4 4 F’jum minn dawk l–4 5 Fl-ebda jum minn dawk l–4 ijiem – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk AL1 = 1, 2, 3 jew 4 |
AL3 |
Il-medja tal-għadd ta’ drinks alkoħoliċi (standard) f’jum wieħed (mit-Tnejn sal-Ħamis) |
1 16-il drink jew aktar kuljum 2 10 – 15-il drink kuljum 3 6 – 9 drinks kuljum 4 4 – 5 drinks kuljum 5 3 drinks kuljum 6 Żewġ drinks kuljum 7 Drink wieħed kuljum 8 l-ebda drink – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
Jekk (AL1 = 1, 2, 3 jew 4) u (AL2 = 1, 2, 3 jew 4) |
AL4 |
Il-frekwenza tal-konsum ta’ xorb alkoħoliku bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd |
1 F’dawk it-3 ijiem kollha 2 F’jumejn minn dawk it-3 3 F’jum minn dawk it-3 4 Fl-ebda jum minn dawk it-3 ijiem – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk AL1 = 1, 2, 3 jew 4 |
AL5 |
Il-medja tal-għadd ta’ drinks alkoħoliċi (standard) f’jum wieħed (mill-Ġimgħa sal-Ħadd) |
1 16-il drink jew aktar kuljum 2 10 – 15-il drink kuljum 3 6 – 9 drinks kuljum 4 4 – 5 drinks kuljum 5 3 drinks kuljum 6 Żewġ drinks kuljum 7 Drink wieħed kuljum 8 L-ebda drink – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk (AL1 = 1, 2, 3 jew 4) u (AL4 = 1, 2 jew 3) |
AL6 |
Il-frekwenza ta’ drabi fejn xrobt ħafna alkoħol f’jum wieħed (ekwivalenti għal 60 g ta’ etanol pur jew aktar) matul l-aħħar 12-il xahar |
1 Kuljum jew kważi 2 5 – 6 ijiem fil-ġimgħa 3 3 – 4 ijiem fil-ġimgħa 4 Jum jew jumejn fil-ġimgħa 5 2 – 3 ijiem f’xahar 6 Darba fix-xahar 7 Anqas minn darba fix-xahar 8 Mhux f’dawn l-aħħar 12-il xahar 9 Qatt f’ħajti kollha – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk AL1 = 1, 2, 3, 4, 5, 6 jew 7 |
Appoġġ soċjali |
|||
SS1 |
Kemm hemm nies qrib tiegħi li nista’ nserraħ fuqhom f’każ ta’ problemi personali serji |
1 Xejn 2 1 jew 2 3 Bejn 3 u 5 4 6 jew aktar – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
SS2 |
Il-grad ta’ tħassib muri minn nies oħra rigward dak li l-persuna qed tagħmel |
1 Ħafna tħassib u interess 2 Xi tħassib u interess 3 Inċert 4 Ftit tħassib u interess 5 L-ebda tħassib u interess – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
SS3 |
Kemm huwa faċli li ssib għajnuna prattika mill-ġirien f’każ ta’ bżonn |
1 Faċli ħafna 2 Faċli 3 Possibbli 4 Diffiċli 5 Diffiċli ħafna – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
Il-forniment ta’ kura informali jew assistenza |
|||
IC1 |
Il-forniment ta’ kura jew għajnuna lil xi persuna jew aktar persuni li jbatu minn xi problema marbuta mal-età, kundizzjoni tas-saħħa jew infermità kronika, mill-inqas darba fil-ġimgħa (attivitajiet professjonali esklużi) |
1 Iva 2 Le – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) |
Kulħadd |
IC2 |
Ir-relazzjoni prevalenti tal-persuna(i) li tbati/jbatu minn kwalunkwe kundizzjoni jew infermità kronika jew minħabba l-età anzjana li qed tingħata kura jew għajnuna mill-inqas darba fil-ġimgħa mir-rispondent |
1 Membru(i) tal-familja tar-rispondent 2 Mhux membru(i) tal-familja tar-rispondent – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk IC1 = 1 |
IC3 |
L-għadd ta’ sigħat fil-ġimgħa li fihom ir-rispondent jipprovdi kura jew għajnuna lill-persuna(i) li jbati/u minn kwalunkwe kundizzjoni jew infermità kronika jew kaġun tal-età anzjana |
1 Inqas minn 10 sigħat fil-ġimgħa 2 Mill-inqas 10 sigħat iżda inqas minn 20 siegħa fil-ġimgħa 3 20 siegħa fil-ġimgħa jew aktar – 1 nieqes (ma nafx, rifjut) – 2 mhux applikabbli |
jekk IC1 = 1 |
ANNESS II
Id-daqs tal-kampjuni finali li jridu jinkisbu
|
Persuni minn 15-il sena ‘l fuq li jridu jiġu intervistati |
L-Istati Membri tal-UE |
|
Il-Belġju |
6 500 |
Il-Bulgarija |
5 920 |
Ir-Repubblika Ċeka |
6 510 |
Id-Danimarka |
5 350 |
Il-Ġermanja |
15 260 |
L-Estonja |
4 270 |
L-Irlanda |
5 057 |
Il-Greċja |
6 667 |
Spanja |
11 620 |
Franza |
13 110 |
Il-Kroazja |
5 000 |
L-Italja |
13 180 |
Ċipru |
4 095 |
Il-Latvja |
4 555 |
Il-Litwanja |
4 850 |
Il-Lussemburgu |
4 000 |
L-Ungerija |
6 410 |
Malta |
3 975 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
7 515 |
L-Awstrija |
6 050 |
Il-Polonja |
10 690 |
Il-Portugall |
6 515 |
Ir-Rumanija |
8 420 |
Is-Slovenja |
4 486 |
Is-Slovakkja |
5 370 |
Il-Finlandja |
5 330 |
L-Isvezja |
6 200 |
Ir-Renju Unit |
13 085 |
It-Total tal-Istati Membri tal-UE |
199 990 |
L-Isvizzera |
5 900 |
L-Islanda |
3 940 |
In-Norveġja |
5 170 |
It-Total li jinkludi l-Isvizzera, l-Islanda u n-Norveġja |
215 000 |
ANNESS III
It-territorji nazzjonali li huma esklużi mill-istħarriġ
Pajjiż |
Territorji nazzjonali |
Franza |
Id-dipartimenti u t-territorji Franċiżi mhux kontinentali |
Ċipru |
Iż-żona li mhix ikkontrollata mill-gvern |
il-Pajjiżi l-Baxxi |
Il-Gżejjer tal-Karibew (Bonaire, St. Eustatius u Saba), il-Gżejjer Frisian tal-Punent ħlief Texel |
l-Irlanda |
Il-gżejjer kollha ħlief Achill, Bull, Cruit, Gorumna, Inishnee, Lettermore, Lettermullan u Valentia |
ir-Renju Unit |
L-Iskozja mit-tramuntana tal-Kanal ta’ Caledonia, il-Gżejjer Scilly |