02013L0036 — MT — 28.06.2021 — 007.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►M6  ID-DIRETTIVA 2013/36/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Ġunju 2013

dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE ◄

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 176 27.6.2013, p. 338)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA 2014/17/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta’ Frar 2014

  L 60

34

28.2.2014

 M2

DIRETTIVA 2014/59/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Mejju 2014

  L 173

190

12.6.2014

►M3

DIRETTIVA (UE) 2015/2366 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Novembru 2015

  L 337

35

23.12.2015

 M4

DIRETTIVA (UE) 2018/843 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2018

  L 156

43

19.6.2018

►M5

DIRETTIVA (UE) 2019/878 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta' Mejju 2019

  L 150

253

7.6.2019

►M6

DIRETTIVA (UE) 2019/2034 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta' Novembru 2019

  L 314

64

5.12.2019

►M7

DIRETTIVA (UE) 2021/338 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Frar 2021

  L 68

14

26.2.2021


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 208, 2.8.2013, p.  73 (2013/36/UE)

►C2

Rettifika, ĠU L 020, 25.1.2017, p.  1 (2013/36/UE)

►C3

Rettifika, ĠU L 203, 26.6.2020, p.  95 (2013/36/UE)

►C4

Rettifika, ĠU L 212, 3.7.2020, p.  20 (2019/878)




▼B

▼M6

ID-DIRETTIVA 2013/36/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Ġunju 2013

dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE

▼B

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

▼M6

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar:

(a) 

l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu;

(b) 

is-setgħat u l-għodod superviżorji għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-awtoritajiet kompetenti;

(c) 

is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-awtoritajiet kompetenti b'mod li jkun konsistenti mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d) 

ir-rekwiżiti ta' pubblikazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.

▼B

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  
Din id-Direttiva għandha tapplika fir-rigward ta' istituzzjonijiet.

▼M6 —————

▼B

4.  
L-Artikolu 34 u l-Kapitolu 3 tat-Titolu VII għandhom japplikaw għall-kumpanniji azzjonarji finanzjarji, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta u l-kumpanniji azzjonarji b'attività mħallta li jkollhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom fl-Unjoni;

▼M5

5.  

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal dan li ġej:

▼M6 —————

▼M5

(2) 

il-banek ċentrali;

(3) 

l-istituzzjonijiet giro tal-uffiċċji postali;

(4) 

fid-Danimarka, l-“Eksport Kredit Fonden”, l-“Eksport Kredit Fonden A/S”, id-“Danmarks Skibskredit A/S” u l-“KommuneKredit”;

(5) 

fil-Ġermanja, l-impriżi “Kreditanstalt für Wiederaufbau”, “Landwirtschaftliche Rentenbank”, “Bremer Aufbau-Bank GmbH”, “Hamburgische Investitions- und Förderbank”, “Investitionsbank Berlin”, “Investitionsbank des Landes Brandenburg”, “Investitionsbank Schleswig-Holstein”, “Investitions- und Förderbank Niedersachsen – NBank”, “Investitions- und Strukturbank Rheinland-Pfalz”, “Landeskreditbank Baden-Württemberg – Förderbank”, “LfA Förderbank Bayern”, “NRW.BANK”, “Saarländische Investitionskreditbank AG”, “Sächsische Aufbaubank – Förderbank”, “Thüringer Aufbaubank” li huma rikonoxxuti taħt il-“Wohnungsgemeinnützigkeitsgesetz” bħala korpi tal-politika tas-settur tal-abitazzjoni tal-Istat u mhumiex prinċipalment parteċipanti fi transazzjonijiet bankarji, u impriżi rikonoxxuti taħt dik il-liġi bħala impriżi tas-settur tal-abitazzjoni mingħajr skop ta' qligħ;

(6) 

fl-Estonja, l-“hoiu-laenuühistud”, bħala impriżi kooperattivi li huma rikonoxxuti taħt il-“hoiu-laenuühistu seadus”;

(7) 

fl-Irlanda, l-iStrategic Banking Corporation of Ireland, l-unjonijiet tal-kreditu u soċjetajiet ta' għajnuna reċiproka;

(8) 

fil-Greċja, il-“Ταμείο Παρακαταθηκών και Δανείων” (Tamio Parakatathikon kai Danion);

(9) 

fi Spanja, l-“Instituto de Crédito Oficial”;

(10) 

fi Franza, il-“Caisse des dépôts et consignations”;

(11) 

fil-Kroazja, il-“kreditne unije” u l-“Hrvatska banka za obnovu i razvitak3”;

(12) 

fl-Italja, il-“Cassa depositi e prestiti”;

(13) 

fil-Latvja, il-“krājaizdevu sabiedrības”, impriżi li huma rikonoxxuti taħt il-“krājaizdevu sabiedrību likums” bħala impriżi kooperattivi li joffru servizzi finanzjarji lill-membri tagħhom biss;

(14) 

fil-Litwanja, il-“kredito unijos” minbarra “centrinės kredito unijos”;

(15) 

fl-Ungerija, il-“MFB Magyar Fejlesztési Bank Zártkörűen Működő Részvénytársaság” u l-“Magyar Export-Import Bank Zártkörűen Működő Részvénytársaság”;

(16) 

f'Malta, “The Malta Development Bank”;

(17) 

fin-Netherlands, in-“Nederlandse Investeringsbank voor Ontwikkelingslanden NV”, l-“NV Noordelijke Ontwikkelingsmaatschappij”, l-“NV Limburgs Instituut voor Ontwikkeling en Financiering”, l-“Ontwikkelingsmaatschappij Oost-Nederland NV” u kredietunies;

(18) 

l-Awstrija, l-impriżi rikonoxxuti bħala assoċjazzjonijiet tal-akkomodazzjoni fl-interess pubbliku u l-“Österreichische Kontrollbank AG”;

(19) 

fil-Polonja, il-“Spółdzielcze Kasy Oszczędnościowo — Kredytowe” u l-“Bank Gospodarstwa Krajowego”;

(20) 

fil-Portugall, il-“Caixas Económicas” li kienu jeżistu fl-1 ta' Jannar 1986 bl-eċċezzjoni ta' dawk inkorporati bħala kumpanniji b'responsabbiltà limitata u tal-“Caixa Económica Montepio Geral”;

(21) 

fis-Slovenja, is-“SID-Slovenska izvozna in razvojna banka, d.d. Ljubljana”;

(22) 

fil-Finlandja, it-“Teollisen yhteistyön rahasto Oy/Fonden för industriellt samarbete AB”, u l-“Finnvera Oyj/Finnvera Abp”;

(23) 

fl-Iżvezja, il-“Svenska Skeppshypotekskassan”;

(24) 

fir-Renju Unit, in-National Savings and Investments (NS&I), is-CDC Group plc, l-Agricultural Mortgage Corporation Ltd, il-Crown Agents for overseas governments and administrations, il-credit unions u l-municipal banks.

▼M6

6.  
L-entitajiet imsemmija fil-punti (3) sa (24) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu ttrattati bħala istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-Artikolu 34 u l-Kapitolu 3 tat-Titolu VII.

▼B

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.  

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(2) 

“ditta ta' investiment” tfisser ditta ta' investiment kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(3) 

“istituzzjoni” tfisser istituzzjoni kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M6 —————

▼B

(5) 

“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definita fil-punt (5) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(6) 

“impriża tar-riassigurazzjoni” tfisser impriża tar-riassigurazzjoni kif definita fil-punt (6) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(7) 

'korp ta' ġestjoni' tfisser korp jew korpi ta' istituzzjoni, li jkunu maħturin skont il-liġi nazzjonali, li jingħataw is-setgħa li jistabbilixxu l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-istituzzjoni, u li jissorveljaw u jimmonitorjaw t-teħid ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, u jinkludu l-persuni li effettivament imexxu n-negozju tal-istituzzjoni;

(8) 

'korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu' tfisser il-korp ta' ġestjoni li jaġixxi fir-rwol tiegħu ta' sorveljanza u monitoraġġ tat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni;

(9) 

“amministrazzjoni għolja” tfisser dawk il-persuni fiżiċi li jeżerċitaw funzjonijiet eżekuttivi fi ħdan istituzzjoni u li jkunu responsabbli, u jagħtu kont lill-korp ta' ġestjoni, għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-istituzzjoni;

(10) 

'riskju sistemiku' tfisser riskju ta’ disturbi fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal li jkun hemm konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u għall-ekonomija reali;

(11) 

'riskju involut fl-użu tal-mudelli' tfisser it-telf potenzjali li tista' ġġarrab istituzzjoni, bħala konsegwenza ta' deċiżjonijiet li jistgħu jkunu prinċipalment ibbażati fuq ir-riżultati tal-mudelli interni, minħabba żbaji fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni jew l-użu ta' dawn il-mudelli;

(12) 

“oriġinatur” tfisser oriġinatur kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(13) 

“sponser” tfisser sponser kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(14) 

“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(15) 

“sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja kif definita fil-punt (16) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(16) 

“fergħa” tfisser fergħa kif definita fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(17) 

“impriża ta’ servizzi anċillari” tfisser impriża ta’ servizzi anċillari kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(18) 

'kumpannija tal-ġestjoni ta' assi' tfisser kumpannija tal-ġestjoni ta' assi kif definita fil-punt (19) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(19) 

“kumpannija azzjonarja finanzjarja” tfisser istituzzjoni azzjonarja finanzjarja kif definita fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(20) 

“kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta” tfisser istituzzjoni azzjonarja finanzjarja mħallta kif definita fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(21) 

“kumpannija azzjonarja ta’ attività mħallta” tfisser kumpannija azzjonarja ta’ attività mħallta kif definita fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(22) 

“istituzzjoni finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(23) 

“entità tas-settur finanzjarju” tfisser entità tas-settur finanzjarju kif definita fil-punt (27) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(24) 

“istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru” tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru kif definita fil-punt (28) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(25) 

“istituzzjoni prinċipali tal-UE” tfisser istituzzjoni prinċipali tal-UE kif definita fil-punt (29) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(26) 

“kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru kif definita fil-punt (30) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(27) 

“kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE kif definita fil-punt (31) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(28) 

“kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru kif definita fil-punt (32) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(29) 

“kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE kif definita fil-punt (33) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(30) 

'istituzzjoni sistemikament importanti' tfisser istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew istituzzjoni li l-falliment jew il-funzjonament ħażin tagħha jista' jwassal għal riskju sistemiku;

(31) 

“kontroparti ċentrali” tfisser kontroparti ċentrali kif definita fil-punt (34) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(32) 

“parteċipazzjoni” tfisser parteċipazzjoni kif definita fil-punt (35) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(33) 

“holding kwalifikattiva” tfisser holding kwalifikattiva kif definita fil-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(34) 

“kontroll” tfisser kontroll kif definit fil-punt (37) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(35) 

“rabtiet mill-qrib” tfisser rabtiet mill-qrib kif definiti fil-punt (38) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(36) 

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definita fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(37) 

“superviżur konsolidanti” tfisser superviżur konsolidanti kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(38) 

“awtorizzazzjoni” tfisser awtorizzazzjoni kif definita fil-punt (42) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(39) 

“Stat Membru domiċiljari” tfisser Stat Membru domiċiljari kif definit fil-punt (43) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(40) 

“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru ospitanti kif definit fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(41) 

“banek ċentrali tas-SEBĊ” tfisser banek ċentrali tas-SEBĊ kif definiti fil-punt (45) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(42) 

“banek ċentrali”' tfisser banek ċentrali kif definiti fil-punt (46) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(43) 

“sitwazzjoni konsolidata” tfisser sitwazzjoni konsolidata kif definita fil-punt (47) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(44) 

“bażi konsolidata” tfisser bażi konsolidata kif definita fil-punt (48) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(45) 

“bażi subkonsolidata” tfisser bażi subkonsolidata kif definita fil-punt (49) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(46) 

“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju kif definit fil-punt (50) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(47) 

“fondi proprji” tfisser fondi proprji kif definiti fil-punt (118) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(48) 

“riskju operattiv” tfisser riskju operattiv kif definit fil-punt (52) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(49) 

“mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu” tfisser mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu kif definit fil-punt (57) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(50) 

“titolizzazzjoni” tfisser titolizzazzjoni kif definita fil-punt (61) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(51) 

“pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni” tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni kif definita fil-punt (62) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(52) 

'entità ta’ għan speċjali ta’ titolizzazzjoni' tfisser entità ta’ għan speċjali ta’ titolizzazzjoni kif definita fil-punt (66) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(53) 

“benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji” tfisser benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji kif definiti fil-punt (73) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(54) 

“portafoll tan-negozjar” tfisser portafoll tan-negozjar kif definit fil-punt (86) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(55) 

“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (92) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(56) 

“lieva finanzjarja” tfisser lieva finanzjarja kif definita fil-punt (93) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(57) 

“riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva” tfisser riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva kif definit fil-punt (94) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(58) 

“istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu” tfisser istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu kif definita fil-punt (98) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(59) 

'approċċi interni' tfisser l-approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjonijiet interni li huwa msemmi fl-Artikolu 143(1), l-approċċ ibbażat fuq il-mudelli interni li huwa msemmi fl-Artikolu 221, l-approċċ ibbażat fuq l-istimi proprji li huwa msemmi fl-Artikolu 225, l-approċċi bbażati fuq qies avanzat li huma msemmija fl-Artikolu 312(2), il-metodu għall-mudelli interni li huwa msemmi fl-Artikoli 283 u 363, u l-approċċ ibbażat fuq il-valutazzjoni interna li huwa msemmi fl-259(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M5

(60) 

“awtorità ta' riżoluzzjoni” tfisser awtorità ta' riżoluzzjon kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(61) 

“istituzzjoni globali sistemikament importanti” jew “G-SII” tfisser G-SII kif definita fil-punt (133) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(62) 

“istituzzjoni globali sistemikament importanti mhux tal-UE” jew “G-SII mhux tal-UE” tfisser G-SII mhux tal-UE kif definita fil-punt (134) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(63) 

“grupp” tfisser grupp kif definit fil-punt (138) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(64) 

“grupp ta' pajjiż terz” tfisser grupp li l-impriża prinċipali tiegħu tkun stabbilita f'pajjiż terz;

(65) 

“politika ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi” tfisser politika ta' rimunerazzjoni bbażata fuq ħlas ugwali għal ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali.

▼B

2.  
Fejn din id-Direttiva tirreferi għall-korp amministrattiv u, skont il-liġi nazzjonali, il-funzjonijiet ta' ġestjoni u superviżorji tal-korp ta' ġestjoni ikunu assenjati lil korpi differenti jew membri differenti fi ħdan korp wieħed, l-Istat Membru għandu jidentifika l-korpi jew il-membri tal-korp ta' ġestjoni responsabbli f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor minn din id-Direttiva.

▼M5

3.  

Sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti jew is-setgħat superviżorja stipulati f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 japplikaw fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata skont din id-Direttiva u dan ir-Regolament, it-termini “istituzzjoni”, “istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru”, “istituzzjoni prinċipali tal-UE” u “impriża omm” għandhom jinkludu ukoll:

(a) 

kumpanniji azzjonarji finanzjarji u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta li ngħataw approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a ta' din id-Direttiva;

(b) 

istituzzjonijiet nominati kkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru fejn il-kumpannija prinċipali rilevanti ma tkunx soġġetta għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a(4) ta' din id-Direttiva; u

(c) 

kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jew istituzzjonijiet nominati skont il-punt (d) tal-Artikolu 21a(6) ta' din id-Direttiva.

▼B



TITOLU II

AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 4

In-nomina u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.  
L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet previsti f’din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ABE dwarhom, filwaqt li jindikaw kwalunkwe tqassim tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet, u meta applikabbli, ta' kumpaniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, sabiex jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti miżuri adatti biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa sabiex jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjonijiet u, fejn applikabbli, ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 u biex jinvestigaw ksur possibbli ta' dawk ir-rekwiżiti.
4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-ħila esperta, ir-riżorsi, il-kapaċità operazzjonali, is-setgħat kollha u l-indipendenza meħtieġa sabiex iwettqu l-funzjonijiet relatati mas-superviżjoni prudenzjali, l-investigazzjoni u l-penali stabbiliti f’din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.
5.  
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari tagħhom bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tal-konformità tagħhom mar-regoli adottati skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern u l-proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi tal-istituzzjonijiet jippermettu l-verifika tal-konformità tagħhom ma' tali regoli f'kull waqt.
6.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jirreġistraw it-transazzjonijiet tagħhom kollha u jiddokumentaw is-sistemi u l-proċessi, li jkunu soġġetti għal din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'tali mod li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jikkontrollaw il-konformità ma’ din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'kull waqt.
7.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-funzjonijiet ta' superviżjoni skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kwalunkwe funzjoni oħra tal-awtoritajiet kompetenti jkunu separati u indipendenti mill-funzjonijiet relatati mar-riżoluzzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ABE dwarhom, filwaqt li jindikaw kwalunkwe separazzjoni tad-dmirijiet.

▼M5

8.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn awtoritajiet għajr l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa ta' riżoluzzjoni, dawk l-awtoritajiet l-oħra jikkooperaw mill-qrib u jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tat-tħejjija ta' pjanijiet tar-riżoluzzjoni u f'kull waqt ieħor fejn tali kooperazzjoni u konsultazzjoni jkunu meħtieġa minn din id-Direttiva, mid-Direttiva 2014/59/UE jew mir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

▼M6

Artikolu 5

Koordinazzjoni fi ħdan l-Istati Membri

L-Istati Membri li jkollhom aktar minn awtorità kompetenti waħda għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tal-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jorganizzaw il-koordinazzjoni bejn tali awtoritajiet.

▼B

Artikolu 6

Kooperazzjoni mas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji

Fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-konverġenza fir-rigward tal-għodod superviżorji u l-prattiki superviżorji fl-applikazzjoni tal-liġi, ir-regolamenti u r-rekwiżiti amministrattivi adottati skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 Għal dak il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) 

l-awtoritajiet kompetenti, bħala partijiet għas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), jikkooperaw b'fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari huma u jiżguraw iċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni adatta u affidabbli bejniethom u partijiet oħrajn għas-SESF, f'konformità mal-prinċipju ta' kooperazzjoni stipulata fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(b) 

l-awtoritajiet kompetenti jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-ABE u, kif adatt, fil-kulleġġi tas-superviżuri;

(c) 

l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-ABE f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u li jwieġbu għall-avviżi u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-BERS skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010;

(d) 

l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mill-qrib mal-BERS;

(e) 

il-mandati nazzjonali kkonferiti lill-awtoritajiet kompetenti ma jimpedixxux it-twettiq ta' dmirijiethom bħala membri tal-ABE, fejn xieraq tal-BERS jew skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 7

Id-dimensjoni tal-Unjoni tas-superviżjoni

L-awtoritajiet kompetenti f'kull wieħed mill-Istati Membri għandhom, fl-eżerċizzju tad-dmirijiet ġenerali tagħhom, jikkunsidraw debitament l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħra kkonċernati u, b’mod partikolari, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien rilevanti.



TITOLU III

REKWIŻITI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-ATTIVITÀ TAL-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU



KAPITOLU 1

Rekwiżiti ġenerali għall-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Artikolu 8

Awtorizzazzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jiksbu awtorizzazzjoni qabel ma jibdew bl-attivitajiet tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 sa 14, huma għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti għal din l-awtorizzazzjoni u jinnotifikaw lill-ABE.
2.  

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

▼M5

(a) 

l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, inkluż il-programm tal-operazzjonijiet, l-organizzazzjoni strutturali u l-arranġamenti ta' governanza previsti fl-Artikolu 10;

(b) 

ir-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u l-membri b'parteċipazzjonijiet kwalifikanti, jew, fejn ma jkun hemm ebda parteċipazzjoni kwalifikanti, għall-akbar 20 azzjonist jew membru, skont l-Artikolu 14; u

▼B

(c) 

l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 14.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

3.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi dwar formoli, mudelli u proċeduri standard għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

4.  
L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015.

▼M5

5.  
L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti biex tiġi speċifikata metodoloġija ta' valutazzjoni komuni għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet f'konformità ma' din id-Direttiva.

▼M6

Artikolu 8a

Rekwiżiti speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li diġà kisbu awtorizzazzjoni skont it-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE biex jippreżentaw applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8, sa mhux aktar tard mill-jum li fih iseħħ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-medja tal-assi totali fix-xahar, ikkalkulata fuq perijodu ta' 12-il xahar konsekuttiv, tkun ugwali għal jew taqbeż it-EUR 30 biljun; jew

(b) 

il-medja tal-assi totali fix-xahar ikkalkulata fuq perijodu ta' 12-il xahar konsekuttiv tkun anqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assi konsolidati tal-intrapriżi kollha fil-grupp li individwalment ikollhom assi totali ta' anqas minn EUR 30 biljun u li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun, it-tnejn li huma ikkalkulati bħala medja fuq perijodu ta' tnax-il xahar konsekuttiv.

2.  
L-intrapriżi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jkomplu jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sakemm jiksbu l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu ta' dan l-Artikolu.
3.  
B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-intrapriżi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1)) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li fi tat-24 ta' Diċembru 2019 iwettqu attivitajiet bħala ditti tal-investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva sa tat-27 ta' Diċembru 2020.
4.  
Meta l-awtorità kompetenti, wara li tirċievi l-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 95a tad-Direttiva 2014/65/UE, tiddetermina li impriża tkun ser tiġi awtorizzata bħala istituzzjoni ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva, din għandha tinnotifika lill-impriża u lill-awtorità kompetenti kif definit fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u għandha tikseb il-proċedura ta' awtorizzazzjoni mid-data ta' dik in-notifika.
5.  
F'każijiet ta' awtorizzazzjoni mill-ġdid, l-awtorità kompetenti awtorizzanti għandha tiżgura li l-proċess huwa ssimplifikat kemm jista' jkun u li jittieħed kont tal-informazzjoni mill-awtorizzazzjonijiet eżistenti.
6.  

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-impriża lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, inkluż il-programm tal-operazzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 10;

(b) 

il-metodoloġija għall-kalkolu tal-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 1.

Is-setgħa hi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa tat-26 ta' Diċembru 2020.

▼B

Artikolu 9

Projbizzjoni kontra persuni jew impriżi li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu milli jwettqu n-negozju ta' ġbir ta' depożiti jew fondi rimborżabbli oħrajn mill-pubbliku

1.  
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu li persuni jew impriżi li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu jwettqu n-negozju ta' ġbir ta' depożiti jew fondi rimborżabbli oħrajn mill-pubbliku.
2.  
L-ewwel paragrafu m'għandux japplika għal ġbir ta’ depożiti jew fondi oħrajn rimborżabbli oħrajn minn Stat Membru, minn awtoritajiet reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru, minn korpi internazzjonali pubbliċi li tagħhom ikun membru Stat Membru wieħed jew aktar, jew għal każijiet koperti espressament mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, dment li dawk l-attivitajiet ma jkunux soġġetti għal regolamenti u kontrolli maħsuba biex jipproteġu lid-depożitanti u l-investituri.

▼M5

3.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bil-liġijiet nazzjonali li espliċitament jippermettu lill-impriżi ħlief l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jwettqu n-negozju tat-teħid ta' depożiti u fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku.
4.  
Skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri ma jistgħux jeżentaw lill-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

▼M5

Artikolu 10

Programm tal-operazzjonijiet, organizzazzjoni strutturali u arranġamenti ta' governanza

1.  
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni jkunu akkumpanjati minn programm tal-operazzjonijiet li jistabbilixxi t-tipi ta' negozju previsti u l-organizzazzjoni strutturali tal-istituzzjoni ta' kreditu, inkluż indikazzjoni tal-impriżi prinċipali, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta fil-grupp. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu wkoll l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni li għandha tiġi akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 74(1).
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni li tinbeda l-attività ta' istituzzjoni ta' kreditu sakemm ma jkunux issodisfati li l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 74(1) jippermettu ġestjoni tar-riskju soda u effettiva minn dik l-istituzzjoni.

▼B

Artikolu 11

Ħtiġijiet ekonomiċi

L-Istati Membri m'għandhomx jeħtieġu li l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tkun eżaminata f'termini ta' ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.

Artikolu 12

Kapital inizjali

1.  
Mingħajr preġudizzju għal kondizzjonijiet ġenerali oħrajn stipulati mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni biex tinbeda l-attività ta' istituzzjoni ta' kreditu, fejn istituzzjoni ta’ kreditu ma jkollhiex fondi proprji separati jew fejn l-kapital inizjali tagħha jkun ta’ inqas minn EUR 5 miljuni.
2.  
Il-kapital inizjali għandu jinkludi wieħed jew iżjed mill-elementi imsemmija fl-Artikolu 26(1)(a) sa (e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
3.  
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jissodisfawx ir-rekwiżit li jkollhom fondi proprji separati u li kienu eżistenti fil-15 ta’ Diċembru 1979 jistgħu jibqgħu jwettqu n-negozju tagħhom. Huma jistgħu jeżentaw lil tali istituzzjonijiet ta’ kreditu milli jikkonformaw mar-rekwiżit li jinsab fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1).
4.  

L-Istati Membri jistgħu, jagħtu awtorizzazzjoni lil kategoriji partikolari tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li l-kapital inizjali tagħhom ikun inqas minn dak speċifikat fil-paragrafu 1, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-kapital inizjali m'huwiex inqas minn EUR 1 miljun;

(b) 

l-Istati Membri kkonċernati jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bir-raġunijiet tagħhom għall-eżerċizzju ta' dik l-opzjoni.

Artikolu 13

Tmexxija effettiva tan-negozju u l-post tal-uffiċċju prinċipali

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biex tinbeda l-attività ta' istituzzjoni ta' kreditu biss meta jkun hemm mill-inqas żewġ persuni li effettivament imexxu n-negozju tal-istituzzjoni ta' kreditu.

Huma m'għandhomx jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni jekk il-membri tal-korp ta' ġestjoni ma jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 91(1).

2.  

Kull Stat Membru għandu jeħtieġ li:

(a) 

istituzzjoni ta’ kreditu li tkun persuna ġuridika u li, skont il-liġi nazzjonali tagħha, ikollha uffiċċju rreġistrat għandu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru fejn ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha;

(b) 

istituzzjoni ta’ kreditu minbarra dik imsemmija fil-punt (a) jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Istat Membru li jkun ta l-awtorizzazzjoni tiegħu u li fih effettivament twettaq in-negozju tagħha.

Artikolu 14

Azzjonisti u membri

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni biex tinbeda l-attività ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu sakemm l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx infurmathom dwar l-identitajiet tal-azzjonisti tagħha jew il-membri, sew jekk diretti jew indiretti, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti u bl-ammonti ta’ dawk il-parteċipazzjonijiet azzjonarji jew, fejn ma jkunx hemm parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti, l-akbar 20 azzjonisti jew membri.

Biex jiġi ddeterminat jekk il-kriterji għal parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti jkunux ġew sodisfatti, għandhom jiġu kkunsidrati d-drittijiet tal-vot imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE ( 2 ), u l-kondizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tagħhom stipulati fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva.

L-Istati Membri m'għandhomx jikkunsidraw id-drittijiet tal-vot jew l-ishma li istituzzjonijiet jkollhom bħala riżultat tal-provvediment ta’ sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji jew tqegħid ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn irrevokabbli inkluż skont il-punt 6 tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, dment li dawk id-drittijiet ma jkunux eżerċitati jew użati mod ieħor għal intervent fil-ġestjoni tal-emittent, u mneħħija fi żmien sena mill-akkwist.

▼M5

2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni biex tinbeda l-attività ta' istituzzjoni ta' kreditu jekk, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-ġestjoni soda u prudenti ta' istituzzjoni ta' kreditu, ma jkunux issodisfati dwar l-idoneità tal-azzjonisti jew il-membri f'konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 23(1). Għandhom japplikaw l-Artikolu 23(2) u (3) u l-Artikolu 24.

▼B

3.  
Meta jkunu jeżistu rabtiet mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet ma jimpedixxux l-eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni biex tinbeda l-attività ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu meta l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li magħhom l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-infurzar ta’ dawk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi, jimpedixxu l-eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jipprovdulhom l-informazzjoni li jeħtieġu għas-sorveljanza tal-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu fuq bażi kontinwa.

Artikolu 15

Ċaħda ta' awtorizzazzjoni

Meta l-awtorità kompetenti tirrifjuta l-awtorizzazzjoni biex tinbeda l-attività ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu, din għandha tinnotifika lill-applikant dwar id-deċiżjoni u r-raġunijiet għaliha fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-applikazzjoni jew, fejn l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, fi żmien sitt xhur mir-riċezzjoni tal-informazzjoni kompleta meħtieġa għad-deċiżjoni.

Id-deċiżjoni għandha, f'kull każ, tittieħed fi żmien 12-il xahar mill-wasla tal-applikazzjoni.

Artikolu 16

Konsultazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn

1.  

L-awtorità kompetenti għandha, qabel tagħti l-awtorizzazzjoni lill-istituzzjoni ta’ kreditu, tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun:

(a) 

sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(b) 

sussidjarja tal-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(c) 

kkontrollata mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi, sew jekk fiżiċi jew ġuridiċi, bħal dawk li jikkontrollaw istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

2.  

L-awtorità kompetenti għandha, qabel ma tagħti l-awtorizzazzjoni lill-istituzzjoni ta’ kreditu, tikkonsulta l-awtorità kompetenti li hi responsabbli għas-superviżjoni ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew ditti tal-investiment fl-Istat Membru kkonċernat fejn l-istituzzjoni ta' kreditu tkun:

(a) 

sussidjarja ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ditta tal-investiment awtorizzata fl-Unjoni;

(b) 

sussidjarja ta’ impriża prinċipali ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ditta tal-investiment awtorizzata fl-Unjoni;

(c) 

ikkontrollata mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw impriża tal-assigurazzjoni jew ditta tal-investiment awtorizzata fl-Unjoni.

3.  
L-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom b’mod partikolari jikkonsultaw ma’ xulxin meta jivvalutaw l-idoneità tal-azzjonisti u r-reputazzjoni u l-esperjenza tal-membri tal-korp ta' ġestjoni involuti fil-ġestjoni ta’ entità oħra tal-istess grupp. Huma għandhom jiskambjaw kull informazzjoni li tirrigwarda l-idoneità tal-azzjonisti u r-reputazzjoni u l-esperjenza tal-membri tal-korp ta' ġestjoni li tkun ta’ rilevanza għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni kif ukoll għall-valutazzjoni kontinwa tal-konformità mal-kondizzjonijiet operattivi.

Artikolu 17

Fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fi Stat Membru ieħor

L-Istati Membri ospitanti m'għandhomx jeħtieġu l-awtorizzazzjoni jew kapital ta’ dotazzjoni għal fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fi Stati Membri oħra. L-istabbiliment u s-superviżjoni ta’ fergħat bħal dawn għandu jkollhom effett f'konformità mal-Artikoli 35, l-Artikolu 36(1), (2) u (3), l-Artikolu 37, l-Artikoli 40 sa 46, l-Artikolu 49 u l-Artikoli 74 u 75.

Artikolu 18

Irtirar tal-awtorizzazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni mogħtija biss fejn tali istituzzjoni ta’ kreditu:

(a) 

ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, tirrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni jew ma tkunx baqgħet twettaq in-negozju għal aktar minn sitt xhur, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx għamel dispożizzjoni dwar l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni f'tali każijiet;

▼M6

(aa) 

tuża l-awtorizzazzjoni tagħha b'mod esklużiv biex tkun involuta fl-attivitajiet imsemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għal perijodu ta' ħames snin konsekuttivi jkollha assi totali medji inqas mil-livelli limitu stabbiliti f'dak l-Artikolu;

▼B

(b) 

tkun kisbet l-awtorizzazzjoni permezz ta’ stqarrijiet foloz jew bi kwalunkwe mezz ieħor irregolari;

(c) 

ma tkunx għadha tissodisfa l-kondizzjonijiet li bihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;

▼M5

(d) 

ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fil-Parti Tlieta, Erbgħa jew Sitta, ħlief għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 92a u 92b, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew imposti taħt il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) jew l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva jew ma tibqax tkun affidabbli fit-twettiq tal-obbligi tagħha lejn il-kredituri tagħha, u, b'mod partikolari, ma tibqax tipprovdi garanzija għall-assi fdati lilha mid-depożitanti tagħha;

▼B

(e) 

taqa’ taħt xi wieħed mill-każijiet l-oħra fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi l-irtirar tal-awtorizzazzjoni; jew

(f) 

twettaq xi ksur imsemmi fl-Artikolu 67(1).

Artikolu 19

Ismijiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Għall-finijiet tat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu, independentement minn kwalunkwe dispożizzjoni fl-Istat Membru ospitanti rigward l-użu tal-kliem “bank”, “bank tat-tfaddil” jew ismijiet bankarji oħra, jużaw fit-territorju kollu tal-Unjoni l-istess isem li jużaw fl-Istat Membru fejn ikun jinstab l-uffiċċju prinċipali tagħhom. Fil-każ li jkun hemm periklu ta’ konfużjoni, l-Istat Membru ospitanti jista’, għall-finijiet ta’ kjarifika, jeħtieġ li l-isem ikun akkumpanjat minn ċerti dettalji ta’ spjegazzjoni.

Artikolu 20

Notifika tal-awtorizzazzjoni u rtirar tal-awtorizzazzjoni

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 8.

▼M6

2.  
L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha, u għandha taġġorna mill-inqas annwalment, lista tal-ismijiet tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha li ngħataw awtorizzazzjoni.

▼B

3.  
Is-superviżur konsolidanti għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u lill-ABE l-informazzjoni kollha rigward il-grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 109(2), b’mod partikolari rigward l-istruttura ġuridika u organizzattiva tal-grupp u l-governanza tiegħu.

▼M6

3a.  
Il-lista msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi l-ismijiet tal-impriżi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għandha tidentifika dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu bħala tali. Dik il-lista għandha tiddeskrivi wkoll kwalunkwe bidla meta mqabbla mal-verżjoni preċedenti tal-lista.

▼B

4.  
Il-lista msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tinkludi l-ismijiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jkollhomx il-kapital speċifikat fl-Artikolu 12(1) u għandha tidentifika dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’dak is-sens.
5.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar kull irtirar ta’ awtorizzazzjoni flimkiem mar-raġunijiet għal tali rtirar.

Artikolu 21

Eżenzjonijiet għal istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali

1.  
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonċedu eżenzjoni mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 10 u 12 u fl-Artikolu 13(1) ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta' istituzzjoni ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fih.

L-Istati Membri jistgħu jżommu u jagħmlu użu mil-liġi nazzjonali eżistenti dwar l-applikazzjoni ta' tali eżenzjoni dment li din ma tkunx f'kunflitt ma' din id-Direttiva u mar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.  
Fejn l-awtoritajiet kompetenti jagħtu l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Artikoli 17, 33, 34 u 35, l-Artikolu 36(1) sa (3) u l-Artikoli 39 sa 46, it-Taqsima II tal-Kapitolu 2 tat-Titolu VII u l-Kapitolu 4 tat-Titolu VII għandhom japplikaw għat-totalità kif kostitwit mill-korp ċentrali flimkien mal-istituzzjonijiet affiljati tiegħu.

▼M5

Artikolu 21a

Approvazzjoni ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta

1.  
Kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali fi Stat Membru, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE għandhom jitolbu l-approvazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu. Kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta oħrajn għandhom jitolbu l-approvazzjoni skont dan l-Artikolu meta jkunu meħtieġa jikkonformaw ma' din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi subkonsolidata.
2.  

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta msemmija fih għandhom jagħtu lis-superviżur konsolidanti u, fejn ikun differenti, lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti, l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-organizzazzjoni strutturali tal-grupp li tkun parti minnha l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, b'indikazzjoni ċara tas-sussidjarji tagħha u, fejn applikabbli, l-impriżi prinċipali, u l-post u t-tip ta' attività li titwettaq minn kull waħda mill-entitajiet fil-grupp;

(b) 

informazzjoni dwar in-nominazzjoni ta' tal-anqas żewġ persuni li effettivament imexxu l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta u l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 121 dwar il-kwalifiki tad-diretturi;

(c) 

informazzjoni dwar il-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14 dwar l-azzjonisti u l-membri, fejn il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jkollha istituzzjoni ta' kreditu bħala s-sussidjarja tagħha;

(d) 

l-organizzazzjoni interna u d-distribuzzjoni tal-kompiti fil-grupp;

(e) 

kwalunkwe informazzjoni oħra li tista' tkun neċessarja biex jitwettqu l-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

Fejn l-approvazzjoni ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta sseħħ fl-istess ħin tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 22, l-awtorità kompetenti għall-finijiet ta' dak l-Artikolu għandha tikkoordina, kif adatt, mas-superviżur konsolidanti u, fejn ikun differenti, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membri fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta. ►C4  F’dak il-każ, il-perijodu ta’ valutazzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) għandu jkun sospiż għal perijodu li jaqbeż l-20 jum tax-xogħol sakemm titlesta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu. ◄

3.  

Tista' tingħata approvazzjoni lil kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta skont dan l-Artikolu biss fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-arranġamenti interni u d-distribuzzjoni ta' kompiti fil-grupp ikunu adegwati għall-finijiet ta' konformità mar-rekwiżiti imposti minn din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata u, b'mod partikolari, ikunu effettivi:

(i) 

fil-koordinazzjoni tas-sussidjarji kollha tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta inkluż, fejn meħtieġ, permezz ta' distribuzzjoni adegwata tal-kompiti fost l-istituzzjonijiet sussidjarji;

(ii) 

fil-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-konflitti fil-grupp; u

(iii) 

fl-infurzar tal-politiki tal-grupp kollu stabbiliti mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fil-grupp kollu;

(b) 

l-organizzazzjoni strutturali tal-grupp li minnu tagħmel parti kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta ma tostakolax jew tipprevjeni b'mod ieħor is-superviżjoni effettiva ta' istituzzjonijiet sussidjarji jew ta' istituzzjonijiet prinċipali rigward l-obbligi individwali, konsolidati u, fejn adatt, subkonsolidati li għalihom ikunu soġġetti. Il-valutazzjoni ta' dak il-kriterju għandha tieħu kont, b'mod partikolari:

(i) 

tal-pożizzjoni tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta fi grupp b'ħafna saff;

(ii) 

l-istruttura azzjonarja; u

(iii) 

ir-rwol tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta fi ħdan il-grupp;

(c) 

ikun hemm konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14 u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 121.

4.  

L-approvazzjoni tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta skont dan l-Artikolu m'għandhiex tkun meħtieġa fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-attività prinċipali tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja tkun li takkwista holdings fis-sussidjarji jew, fil-każ ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, l-attività prinċipali tagħha rigward l-istituzzjonijiet jew l-istituzzjonijiet finanzjarji tkun li takkwista holdings fis-sussidjarji;

(b) 

il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta ma tkunx nominata bħala entità ta' riżoluzzjoni f'xi wieħed mill-gruppi ta' riżoluzzjoni tal-grupp f'konformità mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni determinata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti skont id-Direttiva 2014/59/UE;

(c) 

istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja tinħatar bħala responsabbli biex tiżgura l-konformità tal-grupp mar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi konsolidata u tingħata l-mezzi u l-awtorità legali neċessarji kollha biex twettaq dawk l-obbligi b'mod effikaċi;

(d) 

il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta ma tkunx involuta fit-teħid ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, operazzjonali jew finanzjarji li jaffettwaw lill-grupp jew lis-sussidjarji tagħha li jkunu istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji;

(e) 

ma jkunx hemm xi impediment għas-superviżjoni effikaċi tal-grupp fuq bażi konsolidata.

Il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta eżentati mill-approvazzjoni skont dan il-paragrafu m'għandhomx ikunu esklużi mill-perimetru tal-konsolidazzjoni kif stabbilit f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5.  
Is-superviżur konsolidanti għandu jissorvelja l-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew, fejn applikabbli, il-paragrafu 4 fuq bażi kontinwa. Il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta għandhom jipprovdu lis-superviżur konsolidanti l-informazzjoni li jeħtieġu biex tiġi sorveljata fuq bażi kontinwa l-organizzazzjoni strutturali tal-grupp u l-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew, fejn applikabbli, il-paragrafu 4. Is-superviżur konsolidanti għandu jikkondividi dik l-informazzjoni mal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.
6.  
Fejn is-superviżur konsolidanti jkun stabbilixxa li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ma jkunux issodisfati jew ma baqgħux ikunu ssodisfati, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandha tkun soġġetta għal miżuri superviżorji adatti biex jiġu żgurati jew jerġa' jkun hemm, skont il-każ, il-kontinwità u l-integrità ta' superviżjoni konsolidata u tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata. Fil-każ ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, il-miżuri superviżorji għandhom, b'mod partikolari, iqisu l-effetti fuq il-konglomerat finanzjarju.

Il-miżuri superviżorji msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinkludu:

(a) 

is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma tal-istituzzjonijiet sussidjarji miżmuma mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta;

(b) 

il-ħruġ ta' inġunzjonijiet jew penali kontra l-kumpannija azzjonarja finanzjarja, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew il-membri tal-korp ta' ġestjoni u l-maniġers, soġġett għall-Artikoli 65 sa 72;

(c) 

l-għoti ta' struzzjonijiet jew direzzjonijiet lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta biex tittrasferixxi lill-azzjonisti tagħha l-parteċipazzjonijiet fl-istituzzjonijiet sussidjarji tagħha;

(d) 

fuq bażi temporanja ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew istituzzjoni oħra fil-grupp bħala responsabbli għall-konformità mar-rekwiżiti stipulati f' f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata;

(e) 

ir-restrizzjoni jew il-projbizzjoni ta' distribuzzjonijiet jew pagamenti tal-imgħax lill-azzjonisti;

(f) 

il-ħtieġa li l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jċedu jew inaqqsu holdings f'istituzzjonijiet jew entitajiet oħra tas-settur finanzjarju;

(g) 

il-ħtieġa li l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jippreżentaw pjan dwar ir-ritorn, mingħajr dewmien, lejn il-konformità.

7.  
Fejn is-superviżur konsolidanti jkun stabbilixxa li ma jibqgħux issodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandha tfittex approvazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu.
8.  
Għall-finijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni u l-eżenzjoni mill-approvazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4, rispettivament, u l-miżuri superviżorji msemmija fil-paragrafi 6 u 7, fejn is-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, iż-żewġ awtoritajiet għandhom jaħdmu flimkien f'konsultazzjoni sħiħa. Is-superviżur konsolidanti għandu jħejji valutazzjoni dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3, 4, 6 u 7, kif applikabbli, u għandu jibgħat dik il-valutazzjoni lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta. Iż-żewġ awtoritajiet għandhom jagħmlu dak kollu possibbli fil-limiti tas-setgħat tagħhom biex jilħqu deċiżjoni konġunta fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla ta' dik il-valutazzjoni.

Id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi debitament dokumentata u motivata. Is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika d-deċiżjoni konġunta lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, is-superviżur konsolidanti jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandu joqgħod lura milli jieħu deċiżjoni u għandu jirreferi l-kwistjoni lill-ABE f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment lill-ABE. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jadottaw deċiżjoni konġunta f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta' xahrejn jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

9.  
Fil-każ ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, fejn is-superviżur konsolidanti jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta tkun differenti mill-koordinatur determinat f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/87/KE, il-qbil tal-koordinatur għandu jkun meħtieġ għall-finijiet tad-deċiżjonijiet jew id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafi 3, 4, 6 u 7 ta' dan l-Artikolu, kif applikabbli. Fejn ikun meħtieġ il-qbil tal-koordinatur, in-nuqqas ta' qbil għandu jiġi riferut lill-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti, jiġifieri, l-ABE jew l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), li għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment. Kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont dan il-paragrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi skont id-Direttiva 2002/87/KE jew 2009/138/KE.
10.  
Fejn tiġi rifjutata approvazzjoni ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta skont dan l-Artikolu, is-superviżur konsolidanti għandu javża lill-applikant bid-deċiżjoni u r-raġunijiet għaliha fi żmien erba' xhur mill-wasla tal-applikazzjoni, jew fejn l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, fi żmien erba' xhur mill-wasla tal-informazzjoni sħiħa meħtieġa għad-deċiżjoni.

F'kull każ, deċiżjoni għal għoti jew rifjut ta' approvazzjoni għandha, madankollu, tittieħed fi żmien sitt xhur mill-wasla ta' din l-applikazzjoni. Rifjut jista' jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fl-paragrafu 6.

Artikolu 21b

Impriża prinċipali intermedja tal-UE

1.  
Żewġ istituzzjonijiet jew aktar fl-Unjoni, li jkunu parti mill-istess grupp minn pajjiż terz, għandu jkollhom impriża prinċipali intermedja unika tal-UE stabbilita fl-Unjoni.
2.  

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li jkollhom żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE fejn huma jiddeterminaw li l-istabbiliment ta' impriża prinċipali intermedja unika tal-UE ikun:

(a) 

inkompatibbli ma' rekwiżit obbligatorju għas-separazzjoni tal-attivitajiet imposti mir-regoli jew l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn l-impriża prinċipali aħħarija tal-grupp minn pajjiż terz ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha; jew

(b) 

jagħmel ir-riżolvibbiltà anqas effiċjenti milli fil-każ ta' żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE skont valutazzjoni mwettqa mill-awtorità ta' riżoluzzjoni kompetenti tal-impriża prinċipali intermedja tal-UE.

3.  
Impriża prinċipali intermedja tal-UE għandha tkun istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 8, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tkun ingħatat l-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, fejn l-ebda waħda mill-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma tkun istituzzjoni ta' kreditu jew fejn it-tieni impriża prinċipali intermedja tal-UE trid tiġi stabbilita b'rabta ma' attivitajiet ta' investiment biex tikkonforma ma' rekwiżit obbligatorju kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-impriża prinċipali intermedja tal-UE jew it-tieni impriża prinċipali intermedja tal-UE, tista' tkun ditta tal-investiment awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/65/UE li huwa soġġett għad-Direttiva 2014/59/UE.

4.  
Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw fejn il-valur totali tal-assi fl-Unjoni tal-grupp minn pajjiż terz ikun anqas minn EUR 40 biljun.

▼M6

5.  

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

(a) 

il-valur totali tal-assi fl-Unjoni tal-grupp ta' pajjiż terz għandu jkun it-total ta' dan li ġej:

(i) 

il-valur totali tal-assi ta' kull istituzzjoni fl-Unjoni tal-grupp ta' pajjiż terz, kif jirriżulta mill-karta tal-bilanċ konsolidata tagħha jew kif jirriżulta mill-karti tal-bilanċ individwali tagħhom, fejn il-karta tal-bilanċ ta' istituzzjoni ma tkunx konsolidata; u

(ii) 

il-valur totali tal-assi ta' kull fergħa tal-grupp ta' pajjiż terz awtorizzat fl-Unjoni f'konformità ma' din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) jew id-Direttiva 2014/65/UE;

(b) 

it-terminu “istituzzjoni” għandu jinkludi wkoll ditti tal-investiment.

▼M5

6.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' kull grupp minn pajjiż terz li jopera fil-ġurisdizzjoni tagħhom lill-ABE:

(a) 

l-ismijiet u l-valur totali tal-assi tal-istituzzjonijiet sorveljati li jappartjenu għal grupp minn pajjiż terz;

(b) 

l-ismijiet u l-valur totali tal-assi li jikkorrispondu għall-fergħat awtorizzati f'dak l-Istat Membru f'konformità ma' din id-Direttiva, mad-Direttiva 2014/65/UE jew mar-Regolament (UE) Nru 600/2014, u t-tipi ta' attivitajiet li jkunu awtorizzati jwettqu;

(c) 

l-isem u t-tip kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' kwalunkwe impriża prinċipali intermedja tal-UE stabbilita f'dak l-Istat Membru u l-isem tal-grupp minn pajjiż terz li tagħmel parti minnu.

7.  
L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-gruppi minn pajjiż terz kollha li joperaw fl-Unjoni u l-impriża jew l-impriżi prinċipali intermedji tal-UE tagħhom, fejn applikabbli.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kull istituzzjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li tkun parti minn grupp minn pajjiż terz tissodisfa waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

għandha impriża prinċipali intermedja tal-UE;

(b) 

hija impriża prinċipali intermedja tal-UE;

(c) 

tkun l-unika istituzzjoni fl-Unjoni tal-grupp minn pajjiż terz; jew

(d) 

tkun parti minn grupp minn pajjiż terz b' valur totali ta' assi fl-Unjoni ta' anqas minn EUR 40 biljun.

▼C4

8.  
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, il-gruppi minn pajjiżi terzi li joperaw permezz ta’ aktar minn istituzzjoni waħda fl-Unjoni u b’valur totali tal-assi fl-Unjoni ugwali għal jew aktar minn EUR 40 biljun fis-27 ta’ Ġunju 2019 għandu jkollhom impriża prinċipali intermedja tal-UE jew, jekk japplika l-paragrafu 2, żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE sat-30 ta' Diċembru 2023.

▼M5

9.  

Sat-30 ta' Diċembru 2026 il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-ABE, tirrieżamina r-rekwiżiti imposti fuq l-istituzzjonijiet minn dan l-Artikolu u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport, tal-anqas, għandu jqis:

(a) 

jekk ir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu humiex operabbli, meħtieġa u proporzjonati u jekk ikunux aktar adatti miżuri oħra;

(b) 

jekk ir-rekwiżiti imposti fuq l-istituzzjonijiet minn dan l-Artikolu għandhomx jiġu riveduti biex jirriflettu l-aħjar prassi internazzjonali.

10.  

Sat-28 ta' Ġunju 2021, l-ABE għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar it-trattament tal-fergħat ta' pajjiżi terzi skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri. Dak ir-rapport, tal-anqas, għandu jqis:

(a) 

jekk u sa liema punt il-prattiki superviżorji skont il-liġi nazzjonali għall-fergħat ta' pajjiżi terzi humiex differenti bejn l-Istati Membri;

(b) 

jekk trattament differenti tal-fergħat ta' pajjiżi terzi skont il-liġi nazzjonali jistax jirriżulta f'arbitraġġ regolatorju;

(c) 

jekk armonizzazzjoni ulterjuri tar-reġimi nazzjonali għall-fergħat ta' pajjiżi terzi tkunx neċessarja u adatta, speċjalment fir-rigward ta' fergħat sinifikanti ta' pajjiżi terzi.

Il-Kummissjoni għandha, jekk adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ibbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-ABE.

▼B



KAPITOLU 2

Parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu

Artikolu 22

Notifika u valutazzjoni ta’ akkwiżizzjonijiet proposti

1.  
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull persuna fiżika jew ġuridika jew tali persuni li jaġixxu b'mod konġunt (l-"akkwirent propost"), li ħadu deċiżjoni jew li jixtru, b’mod dirett jew indirett, parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu jew li jkomplu jżidu, b’mod dirett jew indirett, tali parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu li, bħala riżultat tagħha, il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b’mod li l-istituzzjoni ta’ kreditu ssir sussidjarja tagħha (l-"akkwist propost"), l-ewwel jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha jkunu qegħdin jippruvaw jakkwistaw jew iżidu l-parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti bil-miktub qabel l-akkwist, filwaqt li jindikaw id-daqs tal-parteċipazzjoni azzjonarja maħsuba u l-informazzjoni rilevanti, kif speċifikata skont l-Artikolu 23(4). L-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa li japplikaw il-livell limitu ta’ 30 % meta, f’konformità mal-Artikolu 9(3)(a) tad-Direttiva 2004/109/KE, huma japplikaw il-limitu ta’ terz.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu l-wasla ta' notifika skont il-paragrafu 1 jew ta' informazzjoni skont il-paragrafu 3 minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn ta' ħidma wara l-wasla bil-miktub lill-akkwirenti propost.

L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom mhux aktar minn 60 jum ta' ħidma mid-data tal-konferma tal-wasla bil-miktub tan-notifika u d-dokumenti kollha meħtieġa mill-Istat Membru li għandhom jinhemżu man-notifika fuq il-bażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 23(4) (l-"perijodu ta' valutazzjoni"), sabiex iwettqu l-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 23(1) (l-"valutazzjoni").

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-akkwirent propost dwar id-data tal-iskadenza tal-perijodu ta' valutazzjoni fil-waqt tal-konferma tal-wasla.

3.  
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, matul il-perijodu ta' valutazzjoni, jekk meħtieġ, u mhux aktar tard minn nhar il-50 jum ta' ħidma tal-perijodu ta' valutazzjoni, jitolbu informazzjoni ulterjuri li tkun meħtieġa biex tiġi kkompletata l-valutazzjoni. Din it-talba għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Għall-perijodu bejn id-data tat-talba għall-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u meta tasal it-tweġiba għaliha mill-akkwirent propost, il-perijodu ta’ valutazzjoni għandu jiġi sospiż. Is-sospensjoni m'għandhiex teċċedi 20 jum ta' ħidma. Kwalunkwe talba ulterjuri mill-awtoritajiet kompetenti għall-ikkompletar jew il-kjarifika tal-informazzjoni għandha tkun fid-diskrezzjoni tagħha iżda ma għandhiex tirriżulta f’sospensjoni tal-perijodu ta' valutazzjoni.

4.  
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu s-sospensjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 sa 30 jum ta' ħidma jekk l-akkwirent propost ikun jinsab jew irregolat f'pajjiż terz jew huwa persuna fiżika jew ġuridika ►C2  mhux soġġetta għas-superviżjoni skont din id-Direttiva jew skont id-Direttiva 2009/65/KE, 2009/138/KE jew 2004/39/KE. ◄
5.  
Jekk l-awtoritajiet kompetentijiddeċiedu li jopponu l-akkwist propost, huma għandhom, fi żmien jumejn ta' ħidma wara li titlesta l-valutazzjoni, u filwaqt li ma jaqbżux il-perijodu ta' valutazzjoni, jinfurmaw lill-akkwirent propost bil-miktub u jipprovdu r-raġunijiet. Bla preġudizzju għad-dritt nazzjonali, dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tista' titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq talba tal-akkwirent propost. Dan m'għandux jimpedixxi lil Stat Membru milli jippermetti lill-awtorità kompetenti li tippubblika tali informazzjoni jekk ma ssirx talba mill-akkwirent propost.
6.  
Jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jopponux bil-miktub għall-akkwist propost fi żmien il-perijodu ta’ valutazzjoni bil-miktub, dan għandu jitqies bħala approvat.
7.  
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu perijodu massimu għall-konklużjoni tal-akkwist propost u jestenduh fejn adatt.
8.  
L-Istati Membri ma għandhomx jimponu rekwiżiti għan-notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jew l-approvazzjoni tagħhom ta’ akkwisti diretti jew indiretti ta’ drittijiet ta’ vot jew kapital li jkunu aktar stetti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.
9.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex tistabbilixxi proċeduri, formoli u mudelli komuni għall-proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 24.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015.

Tiġi kkonferita s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 23

Kriterji ta’ valutazzjoni

1.  

Fil-valutazzjoni tan-notifika prevista fl-Artikolu 22(1) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, sabiex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha jkun qiegħed jiġi propost l-akkwist, u filwaqt li titqies l-influwenza eventwali eżerċitata mill-akkwirent propost fuq dik l-istituzzjoni ta’ kreditu, jivvalutaw l-ideoneità tal-akkwirent propost u s-sodizza finanzjarja tal-akkwist propost skont il-kriterji li ġejjin:

(a) 

ir-reputazzjoni tal-akkwirent propost;

▼M5

(b) 

ir-reputazzjoni, l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza, kif stabbiliti fl-Artikolu 91(1), ta' kwalunkwe membru tal-korp ta' ġestjoni li ser imexxi n-negozju tal-istituzzjoni ta' kreditu bħala riżultat tal-akkwiżizzjoni proposta;

▼B

(c) 

is-sodizza finanzjarja tal-akkwirent propost, b’mod partikolari fir-rigward tat-tip ta’ negozju li jsir u li jkun previst fl-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha jkun qiegħed jiġi propost l-akkwist;

(d) 

jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu tkunx tista' tikkonforma u tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali bbażati fuq din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, u fejn applikabbli, liġi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari, id-Direttivi 2002/87/KE u 2009/110/KE, inkluż, jekk il-grupp li tkun ser issir parti minnu jkollux struttura li tippermetti l-eżerċizzju ta' superviżjoni effikaċi, l-iskambju effikaċi ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti u d-determinazzjoni tal-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti;

(e) 

jekk ikunx hemm motivazzjonijiet raġonevoli għal suspett li, b’rabta mal-akkwist propost, ikun qiegħed jitwettaq jew ġie mwettaq ħasil ta’ flus jew finanzjament ta’ terroristi fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu ( 5 ), jew li l-akkwist propost seta’ jżid ir-riskju ta’ dan.

2.  
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jopponu l-akkwist propost biss jekk ikun hemm motivazzjonijiet raġonevoli għal dan abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew jekk l-informazzjoni pprovduta mill-akkwirent propost ma tkunx kompluta.
3.  
L-Istati Membri m'għandhom jimponu l-ebda kondizzjoni minn qabel fir-rigward tal-livell tal-parteċipazzjoni azzjonarja li għandha tiġi akkwistata u lanqas m'għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jeżaminaw l-akkwist propost f'termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.
4.  
L-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista li tispeċifika l-informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex issir il-valutazzjoni u li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fil-mument tan-notifika msemmija fl-Artikolu 22(1). L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun proporzjonata u adattata għan-natura tal-akkwirent propost u l-akkwist propost. L-Istati Membri m'għandhomx jeħtieġu informazzjoni li ma tkunx rilevanti għal valutazzjoni prudenzjali.
5.  
Minkejja l-Artikolu 22(2), (3) u (4), żewġ proposti jew aktar ta’ akkwist ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti jew biex dawn jiżdiedu fl-istess istituzzjoni ta’ kreditu jkunu ġew innotifikati lill-awtorità kompetenti, din tal-aħħar għandha titratta lill-akkwirenti proposti b'mod nondiskriminatorju.

Artikolu 24

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.  

L-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jikkonsultaw bis-sħiħ ma’ xulxin meta jkunu qegħdin iwettqu l-valutazzjoni jekk l-akkwirent propost ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

istituzzjoni ta’ kreditu, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment, jew kumpannija ta' ġestjoni fis-sens tal-Artikolu 2(1)(b), tad-Direttiva 2009/65/KE ("kumpannija ta' ġestjoni tal-UCITS") awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur li ma jkunx dak li fih tkun proposta l-akkwist;

(b) 

il-kumpannija prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpannija ta' ġestjoni tal-UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur differenti minn dak li fih ikun propost l-akkwist;

(c) 

persuna fiżika jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni ta’ kreditu, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpannija ta' ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur differenti minn dak li fih ikun propost l-akkwist.

2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni li tkun essenzjali jew rilevanti għall-valutazzjoni. F’dak ir-rigward, fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni kollha rilevanti u għandhom jikkomunikaw fuq inizjattiva tagħhom stess kull informazzjoni essenzjali. Deċiżjoni mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat lill-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha jkun propost l-akkwist, għandha tindika kwalunkwe fehma jew riżerva espressa mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-akkwirent propost.

Artikolu 25

Notifika fil-każ ta’ ċessjoni

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu l-ewwel tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bil-miktub qabel iċ-ċessjoni, filwaqt li tindika d-daqs tal-parteċipazzjoni azzjonarja kkonċernata. Tali persuna għandha wkoll tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti jekk hija tkunx ħadet deċiżjoni li tnaqqas il-parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti tagħha b’mod li l-proporzjoni tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jaqa’ taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b’mod li l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax aktar sussidjarja tagħha. L-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa li japplikaw il-livell limitu ta’ 30 % meta, f’konformità mal-Artikolu 9(3)(a) tad-Direttiva 2004/109/KE, huma japplikaw il-limitu ta’ terz.

Artikolu 26

Obbligi ta’ informazzjoni u penali

1.  
Malli jsiru jafu bi kwalunkwe akkwist jew ċessjoni ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji fil-kapital tagħhom li huma kaġun ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji li jeċċedu jew jaqgħu taħt xi wieħed mil-livelli limitu imsemmija fl-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 25, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti b’dawk l-akkwisti jew iċ-ċessjonijiet.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jistgħu jagħmlu negozju f'suq regolat għandhom, mill-inqas darba fis-sena, jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-ismijiet tal-azzjonisti u l-membri li għandhom parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti fil-pussess tagħhomu d-daqs ta’ tali parteċipazzjonijiet azzjonarji kif murija, pereżempju, bl-informazzjoni li tkun waslet fil-laqgħat ġenerali annwali tal-azzjonisti u l-membri jew bħala riżultat ta’ konformità mar-regolamenti rigward il-kumpanniji li jistgħu jagħmlu negozju f'suq regolat.

2.  
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, meta l-influwenza eżerċitata mill-persuni msemmija fl-Artikolu 22(1) aktarx li tkun topera għad-detriment tal-ġestjoni prudenti u soda tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex iwaqqfu dik is-sitwazzjoni. Miżuri bħal dawn jistgħu jikkonsistu f’inġunzjonijiet, penali, soġġetti għall-Artikoli 65 sa 72, kontra membri tal-korp ta' ġestjoni u l-amministraturi jew is-sospenzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma mill-azzjonisti jew mill-membri tal-istituzzjoni ta’ kreditu inkwistjoni.

Miżuri simili għandhom japplikaw għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu l-informazzjoni bil-quddiem, kif stipulat fl-Artikolu 22(1) u soġġetti għall-Artikoli 65 sa 72.

Jekk il-parteċipazzjoni azzjonarja tkun ġiet akkwistata minkejja l-oppożizzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom, indipendentement minn kwalunkwe penali oħra li għandha tiġi adottata, jipprevedu jew l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot korrispondenti, jew in-nullità tal-voti mitfugħa, jew il-possibbiltà li dawn ikunu annullati.

Artikolu 27

Kriterji għall-parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti

Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kriterji għal parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti msemmija fl-Artikoli 22, 25 u 26 ikunux sodisfatti, għandhom jiġu kkunsidrati d-drittijiet tal-vot imsemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11 tad-Direttiva 2004/109/KE, u l-kondizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tagħhom stipulati fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva.

Biex jiġi ddeterminat jekk il-kriterji għal parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 26 ikunux issodisfati, l-Istati Membri m'għandhomx jikkunsidraw id-drittijiet tal-vot jew l-ishma li istituzzjonijiet jista’ jkollhom b'riżultat tal-provvediment ta’ sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji jew tqegħid ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod inkluż taħt il-punt 6 tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, sakemmdawk id-drittijiet ma jkunux eżerċitati jew użati mod ieħor għal intervent fil-ġestjoni tal-emittent u huma mneħħija fi żmien sena mill-akkwiżizzjoni.

▼M6 —————

▼B



TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-LIBERTÀ TA' STABBILIMENT U L-LIBERTÀ TA' FORNIMENT TA' SERVIZZI



KAPITOLU 1

Prinċipji Ġenerali

Artikolu 33

Istituzzjonijiet ta’ kreditu

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-attivitajiet elenkati fl-Anness I jkunu jistgħu jitwettqu fit-territorji tagħhom, skont l-Artikolu 35, l-Artikolu 36(1), (2) u (3), l-Artikolu 39(1) u (2) u l-Artikoli 40 sa 46 jew bl-istabbiliment ta’ fergħa jew bil-forniment ta' servizzi, minn kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata u ssorveljata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, dment li dawk l-attivitajiet ikunu koperti bl-awtorizzazzjoni.

Artikolu 34

Istituzzjonijiet finanzjarji

1.  

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-attivitajiet elenkati fl-Anness I jkunu jistgħu jitwettqu fit-territorji tagħhom, skont l-Artikolu 35, l-Artikolu 36(1), (2) u (3), l-Artikolu 39(1) u (2) u l-Artikoli 40 sa 46, jew bl-istabbiliment ta’ fergħa jew bil-forniment ta' servizzi, minn xi istituzzjoni finanzjarja minn Stat Membru ieħor, sew jekk sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew sussidjarja taħt sjieda konġunta ta’ żewġ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew aktar, li l-Memorandum u l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħhom jippermettu t-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet u li jissodisfaw kull waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:

(a) 

l-impriża jew impriżi prinċipali huma awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istat Membru li bid-dritt tiegħu tkun irregolata l-istituzzjoni finanzjarja;

(b) 

l-attivitajiet inkwistjoni fil-fatt jitwettqu fit-territorju tal-istess Stat Membru;

(c) 

l-impriża jew impriżi prinċipali għandhom 90 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tal-istituzzjoni finanzjarja;

(d) 

l-impriża jew impriżi prinċipali jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti rigward il-ġestjoni prudenti tal-istituzzjoni finanzjarja u ikunu ddikjaraw, bil-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari rilevanti, li huma in solidum u individwalment jiggarantixxu l-impenji li tkun ħadet l-istituzzjoni finanzjarja;

(e) 

l-istituzzjoni finanzjarja hija effettivament inkluża, b'mod partikolari għall-attivitajiet inkwistjoni, fis-superviżjoni kkonsolidata tal-impriża prinċipali, jew ta’ kull waħda mill-impriżi prinċipali, skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu VII ta’ din id-Direttiva u il-Kapitolu 2 tat-Titolu II, Parti Wieħed, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, b'mod partikolari għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-fondi proprji stipulati fl-Artikolu 92 ta’ dak ir-Regolament għal kontroll ta’ skoperturi kbar previsti fil-Parti Erbgħa ta’ dak ir-Regolament u għall-finijiet tal-limitazzjoni tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji previsti fl-Artikoli 89 u 90 ta’ dak ir-Regolament.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkontrollaw il-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu u għandhom jipprovdu lill-istituzzjoni finanzjarja b’ċertifikat ta’ konformità li għandu jagħmel parti min-notifika msemmija fl-Artikoli 35 u 39.

2.  
Jekk l-istituzzjoni finanzjarja msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma tibqax tissodisfa xi waħda mill-kondizzjonijiet imposti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u l-attivitajiet imwettqa minn dik l-istituzzjoni finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti għandhom isiru soġġetti għal-liġi tal-Istat Membru ospitanti.
3.  
Għaldaqstant, il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għal sussidjarji ta’ istituzzjoni finanzjarja kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.



KAPITOLU 2

Id-dritt tal-istabbiliment tal-istituzzjoniijiet ta’ kreditu

Artikolu 35

Ir-rekwiżit tan-notifika u l-interazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.  
L-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun tixtieq li tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħha.
2.  

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull istituzzjoni ta’ kreditu li tkun tixtieq tistabbilixxi fergħa fi Stat Membru ieħor tipprovdi l-informazzjoni kollha li ġejja meta tagħmel in-notifika msemmija fil-paragrafu 1:

(a) 

l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun qed tippjana li tistabbilixxi fergħa;

(b) 

programm tal-attivitajiet li jistipula, fost l-oħrajn, it-tipi ta’ negozju previsti u l-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa;

(c) 

l-indirizz tal-Istat Membru ospitanti li minn fejn ikunu jistgħu jinkisbu d-dokumenti;

(d) 

l-ismijiet ta’ dawk li ser ikunu responsabbli għall-ġestjoni tal-fergħa.

3.  
Dment li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari ma jkollhomx raġuni biex jiddubitaw mill-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu, b'kont meħud tal-attivitajiet previsti, huma għandhom, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, huma għandhom jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u għandhom jinfurmaw b’dan lill-istituzzjoni ta’ kreditu.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom ukoll jikkomunikaw l-ammont u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji u s-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-istituzzjoni ta’ kreditu.

B’deroga mit-tieni subparagrafu, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 34, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw l-ammont u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji tal-istituzzjoni finanzjarja u l-ammonti totali tal-iskopertura għar-risjku ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 92(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun l-impriża prinċipali tagħha.

4.  
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jirrifjutaw li jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, huma għandhom jagħtu r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom lill-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni kollha.

Dak ir-rifjut jew in-nuqqas ta’ tweġiba għandu jkun soġġett għad-dritt ta’ rikors quddiem il-qrati tal-Istat Membru domiċiljari.

5.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għal tali notifika.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.  
L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 5 u 6 lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 36

Bidu tal-attivitajiet

1.  
Qabel ma l-fergħa tal-istituzzjoni ta’ kreditu tibda bl-attivitajiet tagħha, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom, fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 35, iħejju għas-superviżjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu skont il-Kapitolu 4 u jekk meħtieġ, jindikaw il-kondizzjonijiet li bihom, fl-interess tal-ġid komuni, dawk l-attivitajiet għandhom jitwettqu fl-Istat Membru ospitanti.
2.  
Mal-wasla tal-komunikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, jew fil-każ li jiskadi l-perijodu previst fil-paragrafu 1 meta ma tasal l-ebda komunikazzjoni minn dan tal-aħħar, il-fergħa tkun tista’ tiġi stabbilita u tkun tista’ tibda bl-attivitajiet tagħha.
3.  
Fil-każ ta’ xi bidla fi kwalunkwe informazzjoni kkomunikata skont il-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 35(2), l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tavża bil-miktub dwar il-bidla kkonċernata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u dak ospitanti, mill-inqas xahar qabel ma ssir il-bidla sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni biex tiġi stabbilita fergħa fi Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 35 u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jieħdu deċiżjoni li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-bidla skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
4.  
Għandu jkun preżunt li l-fergħat li jkunu bdew bl-attivitajiet tagħhom, skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri ospitanti tagħhom, qabel l-1 ta’ Jannar 1993, kienu soġġetti għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 35 u fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawn għandhom ikunu rregolati, mill-1 ta’ Jannar 1993, mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u mill-Artikoli 33 u 52 u mill-Kapitolu 4.
5.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għal tali notifika.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.  
L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 5 u 6 lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 37

Informazzjoni rigward ir-rifjut

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ABE dwar in-numru u t-tip ta’ każijiet fejn kien hemm rifjut skont l-Artikolu 35 u l-Artikolu 36(3).

Artikolu 38

Aggregazzjoni ta’ fergħat

Kwalunkwe numru ta’ postijiet ta’ negozju stabbiliti fl-istess Stat Membru minn istituzzjoni ta’ kreditu b’uffiċċju prinċipali fi Stat Membru ieħor għandhom jitqiesu bħala fergħa waħda.



KAPITOLU 3

Eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi

Artikolu 39

Proċedura ta’ notifika

1.  
Kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu li tkun tixtieq teżerċita l-libertà ta' forniment ta' servizzi bit-twettiq tal-attivitajiet tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba, għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, bl-attivitajiet fil-lista tal-Anness I li tkun biħsiebha twettaq.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom, fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika prevista fil-paragrafu 1, jibagħtu dik in-notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
3.  
Dan l-Artikolu m'għandux jaffettwa d-drittijiet miksuba mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li kienu jipprovdu s-servizzi qabel l-1 ta’ Jannar 1993.
4.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għal tali notifika.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.  
L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 4 u 5 lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.



KAPITOLU 4

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti

Artikolu 40

Rekwiżiti ta' rappurtar

L-awtoritijajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li jkollhom fergħat fit-territorji tagħhom, jirrapportaw perjodikament dwar l-attivitajiet tagħhom f’dawk l-Istati Membri ospitanti.

Dawn ir-rapporti għandhom jintalbu biss għal finijiet ta’ informazzjoni jew ta' statistika, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51(1), jew għal finijiet superviżorji f'konformità ma' dan il-Kapitolu. Huma għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1).

L-awtoritijajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti jistgħu b’mod partikolari jeħtieġu informazzjoni mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu imsemmija fl-ewwel subparagrafu sabiex dawk l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw jekk fergħa tkunx sinifikanti skont l-Artikolu 51(1).

Artikolu 41

Miżuri meħudin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari fir-rigward tal-attivitajiet imwettqin fl-Istat Membru ospitanti

1.  

Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, abbażi tal-informazzjoni rċevuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari skont l-Artikolu 50, jaċċertaw li istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha fergħa jew tipprovdi servizzi fit-territorju tiegħu tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fl-Istat Membru ospitanti, dawn għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari:

(a) 

l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew mar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

hemm riskju materjali li l-istituzzjoni ta’ kreditu mhijiex ser tikkonforma mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew mar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom, mingħajr dewmien, jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tirrimedja in-nuqqas ta' konformità jew tieħu miżuri sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ nuqqas ta' konformità. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw dawk il-miżuri mill-lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti mingħajr dewmien.

2.  
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jikkunsidraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru domiċiljari ma jkunux issodisfaw l-obbligi tagħhom jew ma jkunux ser jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, huma jistgħu jirriferu l-kwistjoni lill-ABE u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Fejn l-ABE taġixxi skont dak l-Artikolu, hija għandha tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament fi żmien 24 siegħa. L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu qbil fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 42

Raġunijiet u komunikazzjoni

Kwalunkwe miżura li tittieħed skont l-Artikolu 41(1) jew l-Artikolu 43 jew 44 li tinvolvi penali jew restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tal-libertà ta' forniment ta' servizzi jew tal-libertà ta' stabbiliment għandha tkun motivata kif xieraq u kkomunikata lill-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata.

Artikolu 43

Miżuri prekawzjonarji

1.  
Qabel ma jsegwu l-proċedura stipulata fl-Artikolu 41, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, f’sitwazzjonijiet ta' emerġenza, sakemm jittieħdu l-miżuri mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jew il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/24/KE, jieħdu kwalunkwe miżura prekawzjonarja meħtieġa biex jipproteġu kontra l-instabbiltà finanzjarja li thedded serjament tali interessi kollettivi tad-depożitanti, l-investituri u l-klijenti tal-Istati Membru ospitanti.
2.  
Kull miżura ta' prekawzjoni taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati għall-fini tagħhom, biex jipproteġu kontra instabbiltà finanzjarja li thedded serjament l-interessi kollettivi ta' depożitanti, investituri u klijenti fl-Istat Membru ospitanti. Tali miżuri ta' prekawzjoni jistgħu jinkludu s-sospensjoni tal-ħlas. Dawn m'għandhomx jirriżultaw fi preferenza għall-kredituri tal-istituzzjoni ta’ kreditu fl-Istat Membru ospitanti fuq kredituri fi Stati Membri oħrajn.
3.  
Kwalunkwe miżura ta' prekawzjoni taħt il-paragrafu 1 m'għandux jibqa' jkollha effett meta l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji tal-Istat Membru domiċiljari jieħdu miżuri skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/24/KE.
4.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom itemmu l-miżuri ta' prekawzjoni meta huma jikkunsidraw li dawk il-miżuri m'għandhomx japplikaw skont l-Artikolu 41, dment li ma jibqax ikollhom effett f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
5.  
Il-Kummissjoni, l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati għandhom ikunu informati bil-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1 ta' prekawzjoni mingħajr dewmien bla bżonn.

Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jew ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor affettwat joġġezzjonaw għall-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, huma jistgħu jirriferu l-kwistjoni lill-ABE u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Fejn l-ABE taġixxi skont dak l-Artikolu, hija għandha tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament fi żmien 24 siegħa. L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu qbil fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 44

Setgħat tal-Istati Membri ospitanti

L-Istati Membri ospitanti jistgħu, irrispettivament mill-Artikoli 40 u 41, jeżerċitaw is-setgħat ikkonferiti lilhom skont din id-Direttiva biex jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu jew jippenalizzaw il-ksur imwettaq fit-territorji tagħhom tar-regoli li jkunu adottaw skont din id-Direttiva jew fl-interess tal-ġid komuni. Dan għandu jinkludi l-possibbiltà li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu kisru r-regoli ma jitħallewx jibdew transazzjonijiet oħra fit-territorji tagħhom.

Artikolu 45

Miżuri wara l-irtirar tal-awtorizzazzjoni

Fil-każ tal-irtirar tal-awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti mingħajr dewmien. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata ma titħallhiex tibda transazzjonijiet oħra fit-territorju tiegħu u biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi tad-depożitanti.

Artikolu 46

Reklamar

Dan il-Kapitolu m'għandux jipprevjeni lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu b'uffiċċji prinċipali fi Stati Membri oħra milli jirreklamaw is-servizzi tagħhom bil-mezzi ta’ komunikazzjoni kollha disponibbli fl-Istat Membru ospitanti, soġġett għal kwalunkwe regola dwar l-għamla u l-kontenut ta’ tali reklamar adottata fl-interess tal-ġid komuni.



TITOLU VI

RELAZZJONIJIET MA' PAJJIŻI TERZI

Artikolu 47

Notifika b'rabta mal-fergħat ta’ pajjiż terz u l-kondizzjonijiet ta’ aċċess għall-istituzzjonijiet ta' kreditu b' tali fergħat

1.  
L-Istati Membri m'għandhomx japplikaw, għal fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’pajjiż terz, meta jibdew jew iwettqu n-negozju tagħhom, dispożizzjonijiet li jirriżultaw fi trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lil fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fl-Unjoni.

▼M5

1a.  

Stat Membru għandu jeħtieġ li l-fergħat tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz biex jirrappurtaw mill-inqas darba fis-sena lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-assi totali li jikkorrispondu għall-attivitajiet tal-fergħa awtorizzati f'dak l-Istat Membru;

(b) 

informazzjoni dwar l-assi likwidi disponibbli għall-fergħa, b'mod partikolari d-disponibbiltà tal-assi likwidi f'muniti tal-Istati Membri;

(c) 

il-fondi proprji għad-dispożizzjoni tal-fergħa;

(d) 

l-arranġamenti għall-protezzjoni tad-depożiti disponibbli għad-depożituri fil-fergħa;

(e) 

l-arranġamenti għall-ġestjoni tar-riskju;

(f) 

l-arranġamenti għall-governanza, inkluż it-titolari ta' funzjonijiet ewlenin għall-attivitajiet tal-fergħa;

(g) 

il-pjanijiet ta' rkupru li jkopru l-fergħa; u

(h) 

kwalunkwe informazzjoni oħra li titqies neċessarja mill-awtorità kompetenti li tippermetti monitoraġġ komprensiv tal-attivitajiet tal-fergħa.

▼M5

2.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar dawn li ġejjin:

(a) 

l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-fergħat mogħtija lill-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz u kwalunkwe bidla sussegwenti għal tali awtorizzazzjonijiet;

(b) 

l-assi u l-obbligazzjonijiet totali tal-fergħat awtorizzati tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz, kif irrapportati b'mod perjodiku;

(c) 

l-isem tal-grupp minn pajjiż terz li tappartjeni għalih fergħa awtorizzata.

L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-fergħat kollha f'pajjiż terz awtorizzati biex joperaw fl-Unjoni, li tindika l-Istat Membru fejn huma awtorizzati joperaw.

▼M5

2a.  
L-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw il-fergħat tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz u l-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjonijiet li jagħmlu parti mill-istess grupp minn pajjiż terz għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-attivitajiet kollha ta' dak il-grupp minn pajjiż terz fl-Unjoni jkunu soġġetti għal superviżjoni komprensiva, biex tiġi prevenuta ċ-ċirkomvenzjoni tar-rekwiżiti applikabbli għall-gruppi minn pajjiż terz skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u biex jiġi prevenut kwalunkwe impatt detrimentali fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni.

L-ABE għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, inkluż meta tivverifika jekk intlaħaqx il-limitu massimu msemmi fl-Artikolu 21b(4).

▼B

3.  
L-Unjoni tista', permezz ta’ ftehimiet konklużi ma' pajjiż terz wieħed jew aktar, tiftiehem li tapplika d-dispożizzjonijiet li jagħtu lil fergħat ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’pajjiż terz trattament ugwali fit-territorju kollu tal-Unjoni.

Artikolu 48

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi dwar is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata

1.  

Il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposti lill-Kunsill, jew fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, għan-negozjar ta’ ftehimiet ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar rigward il-mezzi tal-eżerċizzju ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata fuq dawn li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li l-impriżi prinċipali tagħhom ikollhom l-uffiċċju prinċipali f’pajjiż terz;

(b) 

l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinsabu f’pajjiżi terzi li l-impriżi prinċipali tagħhom, sew jekk ikunu istituzzjonijiet, kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, ikollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fl-Unjoni.

2.  

Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom l-għan, b'mod partikolari, li jiżguraw li:

(a) 

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni, fuq il-bażi tas-sitwazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tagħhom, tal-istituzzjonijiet, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta li jkunu jinsabu fl-Unjoni li jkollhom bħala sussidjarji istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu jinsabu f'pajjiż terz, jew li jkollhom partiċipazzjoni fihom;

(b) 

l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni tal-impriżi prinċipali li l-uffiċċji prinċipali tagħhom ikunu jinsabu fit-territorji tagħhom u li jkollhom bħala sussidjarji istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu jinsabu f’wieħed mill-Istati Membri jew aktar jew li jkollhom parteċipazzjoni azzjonarja fihom; u

(c) 

l-ABE tkun tista’ tikseb mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri informazzjoni li jkunu rċevew mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

3.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 218 TFUE, il-Kummissjoni għandha, bl-assistenza tal-Kumitat tal-Banek Ewropej, teżamina l-eżitu tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 u s-sitwazzjoni li tirriżulta.
4.  
L-ABE għandha tassisti lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.



TITOLU VII

SUPERVIŻJONI PRUDENZJALI



KAPITOLU 1

Prinċipji tas-superviżjoni prudenzjali



Taqsima I

Kompetenza u dmirijiet tal-Istati Membriu tal-oriġini u ta’ dawk ospitanti

Artikolu 49

Kompetenza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u ospitanti

1.  
Is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjoni, inkluża dik tal-attivitajiet imwettqa minnha skont l-Artikoli 33 u 34, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, mingħajr preġudizzju għal dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jagħtu r-responsabbiltà lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
2.  
Il-paragrafu 1 m'għandux jipprevjeni s-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata.
3.  
Il-miżuri meħuda mill-Istat Membru ospitanti m'għandhomx jipprovdu trattament diskriminatorju jew restrittiv fuq il-fatt li istituzzjoni tkun awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 50

Kollaborazzjoni rigward is-superviżjoni

1.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkollaboraw mill-qrib sabiex issir superviżjoni tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet li joperaw, b'mod partikolari permezz ta’ fergħa, fi Stat Membru wieħed jew aktar differenti minn dak li fih ikun jinstab l-uffiċċju prinċipali tagħhom. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-ġestjoni u s-sjieda ta’ tali istituzzjonijiet ta’ kreditu li x'aktarx tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom u l-eżaminar tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħhom, u l-informazzjoni kollha li x'aktarx tiffaċilita l-monitoraġġ ta’ istituzzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-likwidità, is-solvenza, il-garanziji ta’ depożitu, il-limitazzjoni ta’ skoperturi kbar, fatturi oħra li jistgħu jinfluwenzaw ir-riskju sistemiku kkawżat mill-istituzzjoni, il-proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jipprovdu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti kwalunkwe informazzjoni u sejbiet li jirrigwardaw is-superviżjoni tal-likwidità skont il-Parti Sitta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Kapitolu 3 tat-Titolu VII ta’ din id-Direttiva tal-attivitajiet imwettqa mill-istituzzjoni permezz tal-fergħat tagħha, dment li din l-informazzjoni u dawn is-sejbiet ikunu rilevanti għall-protezzjoni tad-depożitanti jew l-investituri fl-Istat Membru ospitanti.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti kollha fejn ikun hemm stress ta’ likwidità jew fejn ikun raġonevolment mistenni li dan iseħħ. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll dettalji dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ rkupru u dwar kwalunkwe miżura prudenzjali ta' superviżjoni meħuda f’dak il-kuntest.
4.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw u jispjegaw fuq talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti kif l-informazzjoni u s-sejbiet ipprovduti minn dawn tal-aħħar ikunu ġew ikkunsidrati. Meta, b'segwitu għal komunikazzjoni ta’ informazzjoni u sejbiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jsostnu li ma ttieħdet l-ebda miżura xierqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, wara li jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini u lill-ABE, jistgħu jieħdu l-miżuri adatti biex jipprevjenu aktar ksur sabiex jiġu protetti l-interessi tad-depożitanti, l-investituri u oħrajn li lilhom jiġu pprovduti servizzi jew biex tiġi protetta l-istabbilità tas-sistema finanzjarja.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari ma jaqblux mal-miżuri li jkollhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, huma jistgħu jirriferu l-kwistjoni lill-ABE u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Fejn l-ABE taġixxi f'konformità ma' dak l-Artikolu, hija għandha tieħu kwalunkwe deċiżjoni fi żmien xahar.

5.  
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirriferu lill-ABE, is-sitwazzjonijiet fejn talba għall-kollaborazzjoni, b’mod partikolari għall-iskambju ta’ informazzjoni, tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni fuqha fi żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, l-ABE tista’, f’dawk is-sitwazzjonijiet, taġixxi skont is-setgħat ikkonferiti lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu qbil dwar l-iskambju ta' informazzjoni skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.
6.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għar-rekwiżiti ta’ skambju ta’ informazzjoni li x'aktarx li jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-istituzzjonijiet.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

8.  
L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 6 u 7 lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 51

Fergħat sinifikanti

▼M6

1.  
L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti jistgħu jitolbu lis-superviżur li jikkonsolida, meta jkun japplika l-Artikolu 112(1), jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, biex fergħa ta' istituzzjoni ta' kreditu titqies bħala sinifikanti.

▼B

Dik it-talba għandha tipprovdi r-raġunijiet li għalihom il-fergħa għandha titqies sinifikanti b’attenzjoni partikolari għal dan li ġej:

(a) 

jekk is-sehem tas-suq tal-fergħa f’termini ta’ depożiti jaqbiżx it-2 % fl-Istat Membru ospitanti;

(b) 

l-impatt probabbli ta’ sospensjoni jew għeluq tal-attivitajiet tal-istituzzjoni fuq il-likwidità sistemika u s-sistemi ta’ pagament, ta' kumpens u ta' saldu fl-Istat Membru ospitanti;

(c) 

id-daqs u l-importanza tal-fergħa f’termini tal-għadd ta’ klijenti fil-kuntest tas-sistema bankarja jew finanzjarja tal-Istat Membru ospitanti.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membri tal-oriġini u tal-Istat Membri ospitanti, u fejn japplika l-Artikolu 112(1), Is-superviżur konsolidanti għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar in-nomina ta’ fergħa bħala sinifikanti.

Jekk ma tittiħidx deċiżjoni konġunta fi żmien xahrejn minn meta tasal it-talba taħt l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom stess fi żmien perijodu ulterjuri ta’ xahrejn dwar jekk il-fergħa tkunx sinifikanti. Fit-teħid tad-deċiżjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkunsidraw kwalunkwe fehma u riżerva tas-superviżur konsolidanti jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari.

Id-deċiżjonijiet imsemmija fit-tielet u r-raba' subparagrafi għandhom ikunu stabbiliti f’dokument li jkun fih raġunijiet kompluti, għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u għandu jkun rikonoxxut bħala determinanti u applikat mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati.

In-nomina ta’ fergħa bħala sinifikanti m'għandhiex taffettwa d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva.

2.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti fejn tkun stabbilita fergħa sinifikanti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 117(1)(c) u (d) u jwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 112(1)(c) f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

Jekk awtorità kompetenti ta’ Stat Membru domiċiljari ssir taf b’xi sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1), din għandha twissi lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 58(4) u l-Artikolu 59(1) mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskji ta’ istituzzjonijiet b’tali fergħat imsemmija fl-Artikolu 97 u, fejn applikabbli, l-Artikolu 113(2). Dawn għandhom jikkomunikaw ukoll d-deċiżjonijiet skont l-Artikoli 104 u 105 sa fejn dawk il-valutazzjonijiet u d-deċiżjonijiet ikunu rilevanti għal dawk il-fergħat.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti dwar il-passi operattivi meħtieġa mill-Artikolu 86(11), meta dan ikun rilevanti għar-riskji ta'likwidità fil-munita tal-Istat Membru ospitanti.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari ma jkunux ikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, jew meta, wara tali konsultazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jsostnu li l-passi operazzjonali rikjesti mill-Artikolu 86(11) ma jkunux adegwati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jirriferu l-kwistjoni lill-ABE u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

3.  
Fejn l-Artikolu 116 ma jkunx japplika, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu qegħdin jissorveljaw l-istituzzjoni b’fergħat sinifikanti fi Stati Membri oħrajn għandhom jistabbilixxu u jippresjedu kulleġġ ta’ superviżuri sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u skont l-Artikolu 50. L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġ għandhom ikunu bbażati fuq arranġamenti bil-miktub li għandhom jiġu ddeterminati, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tiddeċiedi dwar liema awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu sehem fil-laqgħat jew l-attivitajiet tal-kulleġġ.

Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkunsidra r-rilevanza tal-attività superviżorja li għandha tkun ippjanata jew ikkoordinata għal dawk l-awtoritajiet, b’mod partikolari l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati msemmija fl-Artikolu 7 u l-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha żżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, bil-quddiem, dwar l-organizzazzjoni ta’ tali laqgħat, il-kwistjonijiet ewlenin li jkunu ser jiġu diskussi u l-attivitajiet li jkunu ser jiġu kkunsidrati. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha wkoll iżżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, mingħajr dewmien, dwar l-azzjonijiet meħuda f’dawk il-laqgħat jew il-miżuri mwettqa.

4.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kondizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri.

Il-Kummissjoni tiġi ddelagata s-setgħa li tadotta dawn l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex jiġi ddeterminat il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta dawn l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.  
L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 4 u 5 lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 52

Kontroll u ispezzjoni fuq il-post ta’ fergħat stabbiliti fi Stat Membru ieħor

1.  
L-Istati Membri ospitanti għandhom jipprovdu li, meta istituzzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor twettaq l-attivitajiet tagħha permezz ta’ xi fergħa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jistgħu, wara li jkunu informaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, iwettqu huma stess jew permezz tal-medjazzjoni ta’ persuni li jinnominaw għal dak il-għan, kontrolli fuq il-post tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 50 u ispezzjoni ta' tali fergħat.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jistgħu wkoll, għall-finijiet tal-ispezzjoni tal-fergħat, jirrikorru għal xi waħda mill-proċeduri l-oħrajn stipulati fl-Artikolu 118.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu, każ b’każ, kontrolli u ispezzjonijiet fuq il-post tal-attivitajiet imwettqa mill-fergħat tal-istituzzjonijiet fit-territorju tagħhom u jeħtieġu informazzjoni minn fergħa dwar l-attivitajiet tagħha u għal finijiet ta’ superviżjoni, fejn huma jqisu li jkunu rilevanti għal raġunijiet ta' stabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti. Qabel ma jsiru dawn il-kontrolli u ispezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari. Wara dawn il-kontrolli u ispezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari l-informazzjoni miksuba u s-sejbiet li jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tal-istituzzjoni jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jieħdu kont dovut ta' dik l-informazzjoni u dawk is-sejbiet fid-determinazzjoni tal-programm tal-eżami superviżorju tagħhom imsemmi fl-Artikolu 99, filwaqt li jikkunsidraw ukoll l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti.
4.  
Il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post tal-fergħat għandhom jitwettqu f'konformità mal-liġi tal-Istat Membru fejn isiru l-kontroll jew l-ispezzjoni.



Taqsima II

Skambju ta’ informazzjoni u segretezza professjonali

Artikolu 53

Segretezza professjonali

1.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li jkunu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, u l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jintrabtu bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

Informazzjoni kunfidenzjali li tali persuni, awdituri jew esperti jirċievu matul it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom tista' tiġi żvelata biss f’forma sommarja jew aggregata, hekk li l-istituzzjonijiet ta' kreditu individwali ma jistgħux ikunu identifikati, bla preġudizzju għall-każijiet koperti bid-dritt kriminali.

Madankollu, meta istituzzjoni ta' kreditu tkun ġiet iddikjarata falluta jew tkun soġġetta għal stralċ b’mod obbligatorju, l-informazzjoni kunfidenzjali li ma tkunx tikkonċerna lill-partijiet terzi involuti f'tentattivi ta' salvataġġ ta' din l-istituzzjoni ta' kreditu tista’ tiġi żvelata fi proċedimenti ċivili jew kummerċjali.

▼M6

2.  
Il-paragrafu 1 m'għandux iwaqqaf lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni ma' xulxin jew jittrażmettu l-informazzjoni lill-BERS, lill-ABE, jew lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (“ESMA”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) f'konformità ma' din id-Direttiva, mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, mar-Regolament (UE) 2019/2033. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, mal-Artikoli 31, 35 u 36 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u mal-Artikoli 31 u 36 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, mad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) u ma' direttivi oħra applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-paragrafu 1.

▼B

3.  
Il-paragrafu 1 m'għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jippubblikaw l-eżitu tal-ittestjar għal stress imwettaq skont l-Artikolu 100 ta’ din id-Direttiva jew l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew milli jittrasmettu l-eżitu tal-ittestjar għal stress lill-ABE għall-fini tal-pubblikazzjoni mill-ABE tar-riżultati tal-ittestjar għal stress fl-Unjoni kollha.

Artikolu 54

Użu ta’ informazzjoni kunfidenzjali

L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont l-Artikolu 53 għandhom jużawha biss fit-twettiq ta’ dmirijiethom u biss għal kwalunkwe waħda mill-finijiet li ġejjin:

(a) 

biex jiċċekkjaw li l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jkunu sodisfatti u biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ, fuq bażi mhux ikkonsolidata jew ikkonsolidata, tat-twettiq ta’ tali attività, speċjalment fir-rigward tal-monitoraġġ tal-likwidità, is-solvenza, l-iskoperturi kbar u l-proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern;

(b) 

biex jimponu penali;

(c) 

f’appell kontra deċiżjoni tal-awtorità kompetenti inkluż proċeduri fil-qrati skont l-Artikolu 72;

(d) 

fi proċeduri fil-qrati mibdija skont dispożizzjonijiet speċjali, previsti fid-dritt tal-Unjoni, adottati fil-qasam tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.

▼M1

Artikolu 54a

Artikoli 53 u 54 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-poteri ta’ investigazzjoni mogħtija lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 226 TFUE.

▼B

Artikolu 55

Ftehimiet ta’ kooperazzjoni

L-Istati Membri u l-ABE, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni, li jipprevedu skambji ta’ informazzjoni, mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi jew mal-awtoritajiet jew il-korpi ta’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 56 u l-Artikolu 57(1) ta’ din id-Direttiva biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanzija ta' konformità ma' rekwiżiti ta’ segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1) ta’ din id-Direttiva. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti ta' superviżjoni minn dawk l-awtoritajiet jew il-korpi.

Meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din għandhiex tiġi żvelata biss bil-qbil espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet ikunu qablu magħhom.

Artikolu 56

Skambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet

L-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 54 m'għandhomx jipprekludu l-iskambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru, bejn awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti jew bejn awtoritajiet kompetenti u dawn li ġejjin, fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom:

(a) 

l-awtoritajiet li jkunu fdati bid-dmir pubbliku li jissorveljaw entitajiet oħrajn tas-settur finanzjarju u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;

(b) 

l-awtoritajiet jew il-korpi inkarigati bir-responsabbiltà taż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu tar-regoli makroprudenzjali;

(c) 

korpi ta' riorganizzazzjoni jew awtoritajiet li għandhom l-għan li jipproteġu l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja;

(d) 

skemi ta' protezzjoni kuntrattwali jew istituzzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e) 

il-korpi involuti fl-istralċ u l-falliment tal-istituzzjonijiet u fi proċeduri oħra simili;

(f) 

il-persuni responsabbli għat-twettiq ta’ verifiki statutorji tal-kontijijiet ta’ istituzzjonijiet, impriżi tal-assigurazzjoni u istituzzjonijiet finanzjarji;

▼M5

(g) 

awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-entitajiet marbutin b'obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) għall-konformità ma' dik id-Direttiva, u ma' unitajiet tal-intelligence finanzjarja;

▼M5

(h) 

l-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi responsabbli għall-applikazzjoni tar-regoli dwar is-separazzjoni strutturali fi ħdan grupp bankarju.

▼B

L-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 54 m'għandhomx jipprekludu l-iżvelar lil korpi li jamministraw skemi ta’ garanzija tad-depożiti u skemi ta' kumpens għall-investitur ta’ informazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom.

L-informazzjoni riċevuta għandha f'kull każ tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1).

Artikolu 57

Skambju ta’ informazzjoni ma’ korpi sorveljanti

▼M5

1.  

Minkejja l-Artikoli 53, 54 u 55, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jista' jseħħ skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza:

▼B

(a) 

Il-korpi involuti fl-istralċ u fil-falliment ta' istituzzjonijiet u fi proċeduri oħra simili;

(b) 

tal-iskemi ta' protezzjoni kuntrattwali jew istituzzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

persuni inkarigati li jwettqu verifiki statutorji tal-kontijiet tal-istituzzjonijiet, l-impriżi tal-assigurazzjoni u l-istituzzjonijiet finanzjarji.

2.  

Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li tal-inqas li jiġu sodisfatti ta’ dawn il-kondizzjonijiet:

(a) 

li l-informazzjoni tiġi skambjata għall-fini tat-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1;

(b) 

li l-informazzjoni li tasal tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1);

(c) 

li, fejn l-informazzjoni tkun toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx żvelata mingħajr il-qbil espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li dawk l-awtoritajiet ikunu qablu magħhom.

3.  
Minkejja l-Artikoli 53, 54 u 55, l-Istati Membri jistgħu, bil-għan li tissaħħaħ l-istabbiltà, u l-integrità tas-sistema finanzjarja, jawtorizzaw l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli bil-liġi għall-kxif u l-investigazzjoni ta' ksur tal-liġi dwar il-kumpanniji.

F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li tal-inqas għandhom jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

li l-informazzjoni tiġi skambjata bil-għan li jitkixfu u jiġu investigati l-'ksur tal-liġi dwar il-kumpanniji;

(b) 

li l-informazzjoni li tasal tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1).;

(c) 

li, fejn l-informazzjoni tkun toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx żvelata mingħajr il-qbil espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li dawk l-awtoritajiet ikunu qablu magħhom.

4.  
Fejn, l-awtoritajiet jew il-korpi msemmija f’paragrafu 1 jwettqu l-kompitu tagħhom ta’ kxif jew investigazzjoni bl-għajnuna, fid-dawl tal-kompetenza speċifika tagħhom, ta’ persuni nominati għal dak il-fini u li ma jkunux impjegati fis-settur pubbliku, Stat Membru jista' jestendi l-possibbiltà ta’ skambju ta’ informazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 għal tali persuni bil-kondizzjonijiet speċifikati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.
5.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-ABE l-ismijiet tal-awtoritajiet jew il-korpi li jkunu jistgħu jirċievu l-informazzjoni skont dan l-Artikolu.
6.  
Sabiex ikun implimentat il-paragrafu 4, l-awtoritajiet jew il-korpi li jissemmew fil-paragrafu 3 għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni, l-ismijiet u r-reponsabbiltajiet preċiżi tal-persuni li lilhom tkun se tintbagħat.

Artikolu 58

Trasmissjoni ta’ informazzjoni dwar aspetti monetarji ta' protezzjoni tad-depożiti, sistemiċi u ta’ pagament

1.  

Dan il-Kapitolu m'għandux jipprevjeni lil, awtorità kompetenti milli tittrasmetti informazzjoni lil dawn li ġejjin għall-finijiet tal-kompiti rispettivi tagħhom:

(a) 

il-banek ċentrali tas-SEBĊ u korpi oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji meta l-informazzjoni tkun rilevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti statutorji rispettivi tagħhom, inkluż it-twettiq tal-politika monetarja u l-forniment ta' likwidità relatata, is-sorveljanza tas-sistemi tal-pagament, is-sistemi ta' kumpens u saldu, u s-salvagwardja tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja;

(b) 

skemi ta' protezzjoni kuntrattwali jew istituzzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

fejn adatt, awtoritajiet pubbliċi oħrajn responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagament;

(d) 

il-BERS, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) ("EIOPA"), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) u l-AETS, meta dik l-informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti statutorji tagħhom skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex ineħħu l-ostakoli li jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli jittrasmettu informazzjoni skont l-ewwel subparagrafu.

2.  
Dan il-Kapitolu m'għandux jipprevjeni lil dawk l-awtoritajiet jew il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti dik l-informazzjoni li jistgħu jeħtieġu l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 54.
3.  
L-informazzjoni li tasal skont il-paragrafi 1 u 2 għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1).
4.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, f’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1), l-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw, mingħajr dewmien, l-informazzjoni lill-banek ċentrali tas-SEBĊ meta dik l-informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti statutorji tagħhom, inkluż it-twettiq tal-politika monetarja u l-forniment ta' likwidità relatat, is-sorveljanza tal-pagamenti, is-sistemi ta' kumpens u saldu, u s-salvagwardja tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u lill-BERS meta tali informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti statutorji tiegħu.

▼M5

Artikolu 58a

Trasmissjoni ta' informazzjoni lill-korpi internazzjonali

1.  

Minkejja l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 54, awtoritajiet kompetenti jistgħu, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, jittrażmettu jew jikkondividu ċerta informazzjoni ma' dawn li ġejjin:

(a) 

il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji għall-finijiet ta' valutazzjonijiet tal-Programm ta' Valutazzjoni tas-Settur Finanzjarju;

(b) 

il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, għall-finijiet tal-istudji tal-impatt kwantitattiv;

(c) 

il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja, għall-finijiet tal-funzjoni ta' sorveljanza tiegħu.

2.  

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkondividu informazzjoni kunfidenzjali biss wara rikjesta espliċita mill-korp rilevanti, fejn jiġu sodisfatti mill-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ir-rikjesta tkun debitament ġustifikata fid-dawl tal-kompiti speċifiċi li jitwettqu mill-korp rikjedenti f'konformità mal-mandat statutorju tiegħu;

(b) 

ir-rikjesta tkun preċiża biżżejjed fir-rigward tan-natura, l-ambitu u l-format tal-informazzjoni meħtieġa, u l-mezz tal-iżvelar jew it-trasmissjoni tagħha;

(c) 

l-informazzjoni mitluba tkun strettament neċessarja għat-twettiq tal-kompiti speċifiċi tal-korp rikjedenti u ma tmurx lil hinn mill-kompiti statutorji mogħtija lill-korp rikjedenti;

(d) 

l-informazzjoni tkun trasmessa jew żvelata esklużivament lill-persuni direttament involuti fit-twettiq tal-kompitu speċifiku;

(e) 

il-persuni li jkollhom aċċess għall-informazzjoni jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali tal-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artiklu 53(1).

3.  
Fejn ir-rikjesta ssir minn xi waħda mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu biss jittrasmettu informazzjoni aggregata jew anonimizzata u jistgħu biss jikkondividu informazzjoni oħra fil-bini tal-awtorità kompetenti.
4.  
Sa fejn dak l-iżvelar ta' informazzjoni jinvolvi l-ipproċessar ta' data personali, kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-korp rikjedenti għandu jkun f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ).

▼B

Artikolu 59

Trasmissjoni ta’ informazzjoni lil entitajiet oħrajn

1.  
Minkejja l-Artikoli 53(1) u l-Artikolu 54, l-Istati Membri jistgħu, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni lil dipartimenti oħra tal-amministrazzjonijiet tal-gvern ċentrali tagħhom li jkunu responsabbli għal-liġi dwar is-superviżjoni ta' istituzzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji u impriżi tal-assigurazzjoni u lill-ispetturi li jaġixxu f’isem dawk id-dipartimenti.

Madankollu, dan l-iżvelar jista' jsir biss meta jkun meħtieġ u għal raġunijiet ta’ superviżjoni prudenzjali u prevenzjoni u riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet li jkunu qegħdin ifallu. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-persuni li jkollhom aċċess għall-informazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali tal-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1).

F’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1), l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jiżvelaw informazzjoni li tkun rilevanti għad-dipartimenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fl-Istati Membri kollha kkonċernati.

2.  

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni relatata mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet lill-kumitati ta' inkjesta parlamentari fl-Istat Membru tagħhom, il-qrati tal-awdituri fl-Istat Membru tagħhom jew entitajiet oħrajn inkarigati mill-inkjesti fl-Istat Membru tagħhom, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

li l-entitajiet ikollhom mandat preċiż iddefinit mil-liġi nazzjonali sabiex jinvestigaw jew jeżaminaw bir-reqqa l-azzjonijiet tal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet jew għal-liġijiet dwar tali superviżjoni;

(b) 

li l-informazzjoni tkun strettament meħtieġa biex jintlaħaq il-mandat imsemmi fil-punt (a);

(c) 

li l-persuni b'aċċess għall-informazzjoni jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali skont il-liġi nazzjonali għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artiklu 53(1);

(d) 

li, fejn l-informazzjoni tkun toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx żvelata mingħajr il-qbil espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u biss għall-finijiet li dawk l-awtoritajiet ikunu qablu magħhom.

Sa fejn l-iżvelar tal-informazzjoni relatata mas-superviżjoni prudenzjali tkun tinvolvi l-ipproċessar tad-data personali, kwalunkwe proċessar mill-entitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkonformaw mal-liġijiet nazzjonali applikabbli li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 60

Żvelar ta' informazzjoni miksuba permezz ta’ kontrolli u ispezzjonijiet fuq il-post

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tasal skont l-Artikolu 52(4), l-Artikolu 53(2) u l-Artikolu 56 u l-informazzjoni miksuba permezz ta' kontroll jew ispezzjoni fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 52(1) u (2) m'għandhiex tiġi żvelata skont l-Artikolu 59 ħlief bil-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun twettqet tali kontroll jew ispezzjoni fuq il-post.

Artikolu 61

Żvelar ta' informazzjoni rigward servizzi ta’ kklerjar u saldu

1.  
Dan il-Kapitolu m'għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru milli jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 53, 54 u 55 lil kamra tal-kumpens jew korp ieħor simili rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali biex tipprovdi servizzi ta’ kumpens u saldu għal xi wieħed mis-swieq nazzjonali tagħhom jekk huma jqisu li jkun meħtieġ li jikkomunikaw l-informazzjoni sabiex jiżguraw il-funzjonament xieraq ta’ dawk il-korpi rigward l-inadempjenzi jew l-inadempjenzi potenzjali mill-parteċipanti tas-suq. L-informazzjoni għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1).
2.  
L-Istati Membri għandhom, madankollu, jiżguraw li informazzjoni li tasal skont l-Artikolu 53(2) m'għandhiex tiġi żvelata fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr il-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha.

Artikolu 62

Ipproċessar ta’ data personali

L-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandu jitwettaq f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE u, fejn rilevanti, mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.



Taqsima III

Dmir tal-persuni responsabbli għall-kontroll legali tal-kontijiet annwali u kkonsolidati

Artikolu 63

Dmir tal-persuni responsabbli għall-kontroll legali tal-kontijiet annwali u kkonsolidati

1.  

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kwalunkwe persuna awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati ( 12 ) u li twettaq f'istituzzjoni l-kompiti deskritti fl-Artikolu 51 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju tal-1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji ( 13 ), fl-Artikolu 37 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati ( 14 ) jew fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE, jew kwalunkwe kompitu statutorju ieħor, għandu jkollha tal-inqas id-dmir li tirrapporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw lil dik l-istituzzjoni, li dik il-persuna tkun saret konxja tagħhom filwaqt li tkun qiegħda twettaq dak il-kompitu, li jista':

(a) 

jikkonstitwixxi ksur materjali tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li speċifikament jirregolaw l-eżerċizzju tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet;

(b) 

jaffettwa il-funzjonament kontinwu tal-istituzzjoni;

(c) 

iwassal għaċ-ċaħda ta’ ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew għall-espressjoni ta’ riżervi.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu tal-inqas li persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollha wkoll id-dmir li tirrapporta kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li dik il-persuna ssir konxja tagħhom waqt it-twettiq tal-kompitu tagħha kif deskritt fl-ewwel subparagrafu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ kontroll mal-istituzzjoni li fiha tkun qiegħda twettaq dak il-kompitu.

▼M5

L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu s-sostituzzjoni ta' persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu jekk dik il-persuna taġixxi bi ksur tal-obbligi tagħha skont l-ewwel subparagrafu.

▼B

2.  
Dan l-iżvelar in bona fede lill-awtoritajiet kompetenti, minn persuni awtorizzati fit-tifsira tad-Direttiva 2006/43/KE, ta' kwalunkwe fatt jew deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 m'għandux jikkostitwixxi ksur ta’ xi restrizzjoni dwar l-iżvelar tal-informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva u m'għandux jinvolvi lil tali persuni fi kwalunkwe responsabbiltà. Tali żvelar għandu jsir simultanjament lill-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjoni sakemm ma jkunx hemm raġunijiet konvinċenti biex dan ma jsirx.



Taqsima IV

Setgħat superviżorji, setgħat ta' impożizzjoni ta' penali u dritt ta’ appell

Artikolu 64

Setgħat superviżorji u setgħat ta' impożizzjoni ta' penali

▼M5

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat superviżorji kollha biex jintervjenu fl-attività tal-istituzzjonijiet, tal-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew tal-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta li huma neċessarji għall-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom, inkluż b'mod partikolari d-dritt li jirtiraw awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 18, is-setgħat imsemmija fl-Artikoli 18, 102, 104 u 105, u s-setgħat li jittieħdu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 21a(6).

▼B

2.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat superviżorji tagħhom u setgħat tagħhom ta' impożizzjoni ta' penali, f'konformità ma' din id-Direttiva u mad-dritt nazzjonali, bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) 

direttament;

(b) 

f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn;

(c) 

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b'delega lil tali awtoritajiet;

(d) 

b'applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

▼M5

3.  
Id-deċiżjonijiet meħuda minn awtoritajiet kompetenti fl-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u s-setgħat li jimponu penali tagħhom għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati.

▼B

Artikolu 65

Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1.  
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 64 u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu penali kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra fir-rigward ta' ksur ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva utar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal penali amministrattivi għal ksur li hu soġġett għad-dritt kriminali nazzjonalihuma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt kriminali. Il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1japplikaw għall-istituzzjonijiet, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta fil-każ ta’ ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikunu jistgħu jiġu applikati penali soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali, għall-membri tal-korp ta' ġestjoni, u għal persuni fiżiċi oħrajn li skont il-liġi nazzjonali jkunu responsabbli għall-ksur.
3.  

L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom disponibbli l-ġbir ta' informazzjoni u s-setgħat investigattivi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet rilevanti oħra stipulati f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 dawk is-setgħat għandhom jinkludu:

(a) 

is-setgħa li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ġejjin ikunu meħtieġa jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja biex jitwettqu l-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti, inkluża informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti u f’formati speċifikati għall-finijiet superviżorji u ta' statistika relatati:

(i) 

istituzzjonijiet stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti;

(ii) 

kumpanniji azzjonarji finanzjarji stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti;

(iii) 

kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta stabbiliti fl-Istat Membru parteċipanti;

(iv) 

kumpanniji azzjonarji b'attività mħallta stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(v) 

persuni li jappartjenu għall-entitajiet imsemmijin fil-punti(i) sa (iv);

(vi) 

partijiet terzi li l-entitajiet msemmija fil-punti(i) sa (iv) ikunu esternalizzawlhom funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali;

(b) 

is-setgħa li jitwettqu l-investigazzjonijiet neċessarji kollha ta' kwalunkwe persuna msemmija fil-punti (a)(i) sa (vi) stabbilita jew li tinsab fl-Istat Membru kkonċernat fejn meħtieġ biex twettaq il-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż:

(i) 

id-dritt li jesiġi l-preżentazzjoni ta' dokumenti;

(ii) 

li jiġu eżaminati l-kotba u r-reġistri tal-persuni msemmija fl-punti(a)(i) sa (vi)) u jsiru kopji jew jittieħdu estratti mit-tali kotba u reġistri;

(iii) 

jinkisbu spjegazzjonijiet bil-miktub jew bil-fomm minn kwalunkwe persuna msemmija fil-punti (i) sa (vi)) jew ir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom; u

(iv) 

tiġi intervistata kwalunkwe persuna oħra li tagħti l-kunsens tagħha li tiġi intervistata għall-iskop li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta' investigazzjoni;

(c) 

is-setgħa, soġġetta għal kondizzjonijiet oħra stipulati fid-dritt tal-Unjoni, li jitwettqu l-ispezzjonijiet neċessarji kollha fuq il-post fil-bini tan-negozju tal-persuni ġuridiċi msemmija fil-punti (a)(i) sa (vi) u kwalunkwe impriża oħra inkluża fis-superviżjoni kkonsolidata meta awtorità kompetenti tkun is-superviżur konsolidanti, soġġett għal notifika minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati soġġett għal applikazzjoni għat-twettiq fejn rikjest mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 66

Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għal ksur ta' rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni u rekwiżiti għall-akkwiżizzjoni ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jipprevedu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra, tal-inqas fir-rigward ta':

(a) 

it-twettiq tan-negozju ta' ġbir ta' depożiti jew fondi rimborżabbli oħra mill-pubbliku mingħajr ma tkun istituzzjoni ta’ kreditu, bi ksur tal-Artikolu 9;

▼M6

(aa) 

it-twettiq ta' mill-inqas waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-issodisfar tal-livell limitu indikat f'dak l-Artikolu mingħajr l-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu;

▼B

(b) 

il-bidu ta’ attivitajiet bħala istituzzjoni ta’ kreditu mingħajr ma tinkiseb awtorizzazzjoni, bi ksur tal-Artikolu 9;

(c) 

l-akkwist, dirett jew indirett, ta’ parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f'istituzzjoni ta’ kreditu jew iż-żieda ulterjuri, diretta jew indiretta, ta' tali parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f'istituzzjoni ta’ kreditu li b'riżultat ta’ dan il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż il-limiti msemmijin fl-Artikolu 22(1) jew b’mod li l-istituzzjoni ta’ kreditu ssir sussidjarja tagħha, mingħajr ma jiġu nnotifikati bil-miktub l-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha jkunu qegħdin jippruvaw jiksbu jew iżidu l-parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti, matul il-perijodu ta' valutazzjoni, jew kontra l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, bi ksur tal- Artikolu 22(1);

(d) 

iċ-ċessjoni, diretta jew indiretta, ta’ parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f'istituzzjoni ta’ kreditu jew it-tnaqqis fil-parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti biex b'hekk il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jaqa' taħt il-limiti msemmijin fl-Artikolu 25 jew b’mod li l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax sussidjarja, mingħajr ma jiġu nnotifikati bil-miktub l-awtoritajiet kompetenti;

▼M5

(e) 

in-nuqqas ta' applikazzjoni għal approvazzjoni bi ksur tal-Artikolu 21a jew kwalunkwe ksur ieħor tar-rekwiżiti stabbiliti f'dak l-Artikolu.

▼B

2.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li jkunu jistgħu jiġu applikati jinkludu tal-inqas dawn li ġejjin:

(a) 

dikjarazzjoni pubblika li tidentifika l-persuna fiżika, l-istituzzjoni, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta responsabbli u n-natura tal-ksur;

(b) 

ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u ma terġax tirrepeti dik l-imġiba;

(c) 

fil-każ ta’ persuna ġuridika, penali amministrattivi pekunarji sa mhux aktar minn 10 % tal-valur tal-bejgħ nett annwali totali inkluż l-introjtu gross li jikkonsisti minn imgħax riċevibbli u introjtu simili, introjtu mill-ishma u titoli oħrajn b'rendita fissa jew varjabbli, u kummissjonijiet jew tariffi riċevibbli f'konformità mal-Artikolu 316 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-impriża fis-sena kummerċjali preċedenti;

(d) 

fil-każ ta’ persuna fiżika, penali amministrattivi pekunarji sa mhux aktar minn EUR 5 000 000 , jew fl-Istati Membri li l-munita tiegħu mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi 17 ta’ Lulju 2013;

(e) 

penali amministrattivi pekunarji sa mhux aktar mid-doppju tal-ammont tal-benefiċċju derivat mill-ksur fejn dan il-benefiċċju jkun jista' jiġi ddeterminat;

(f) 

sospensjoni tad-drittijiet tal-vot mill-azzjonist jew l-azzjonisti miżmuma responsabbli għall-ksur imsemmi f’paragrafu 1.

Fejn l-impriża msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tkun sussidjarja ta’ impriża prinċipali, id-dħul gross rilevanti għandu jkun id-dħul gross li jirriżulta mill-kontijiet ikkonsolidati tal-impriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti;

Artikolu 67

Dispożizzjonijiet oħrajn

1.  

Dan l-Artikolu għandu japplika tal-inqas fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni tkun kisbet awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezz irregolari ieħor;

(b) 

l-istituzzjoni, li meta ssir konxja ta' kwalunkwe akkwist jew ċessjoni ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji fil-kapital tagħhom li huma l-kawża ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji li jeċċedu jew jaqgħu taħt wieħed mil-livelli limitu msemmija fl-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 25, ma tkunx infurmat lill-awtoritajiet kompetenti b’dawk l-akkwisti jew iċ-ċessjonijiet bi ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(1);

(c) 

l-istituzzjoni elenkata f'suq regolat kif imsemmi fil-lista li għandha tiġi ppubblikata mill-AETS f'konformità mal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/39/KE ma tkunx informat, mill-inqas darba fis-sena, lill-awtoritajiet kompetenti bl-ismijiet tal-azzjonisti u l-membri li jipposjedu parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti u d-daqs ta’ tali parteċipazzjonijiet bi ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(1) ta' din id-Direttiva;

(d) 

l-istituzzjoni ma jkollhiex fis-seħħ l-arranġamenti ta’ governanza meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 74;

(e) 

l-istituzzjoni ma tkunx irrappurtat informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta dwar il-konformità mal-obbligu li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ fondi proprji stipulati fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 lill-awtoritajiet kompetenti bi ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 99(1) ta’ dak ir-Regolament;

(f) 

l-istituzzjoni ma tkunx irrappurtat jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tad-data msemmija fl-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(g) 

istituzzjoni ma tkunx irrappurtat informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta dwar skopertura kbira lill-awtoritajiet kompetenti bi ksur tal-Artikolu 394(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(h) 

l-istituzzjoni ma tkunx irrappurtat informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta dwar il-likwidità lill-awtoritajiet kompetenti bi ksur tal-Artikolu 415(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(i) 

istituzzjoni tonqos li tirrapporta informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta dwar il-proporzjon tal-lieva finanzjarja lill-awtoritajiet kompetenti bi ksur tal-Artikolu 430(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(j) 

istituzzjoni tonqos b'mod ripetut jew persistenti, li żżomm assi likwidi bi ksur tal-Artikolu 412 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(k) 

l-istituzzjoni ġġarrab skopertura akbar mil-limiti stipulati fl-Artikolu 395 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(l) 

l-istituzzjoni li tkun esposta għar-risku tal-kreditu ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni mingħajr ma tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 405 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(m) 

istituzzjoni ma tkunx żvelat l-informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta bi ksur tal-Artikolu 431(1), (2) u (3) jew l-Artikolu 451(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(n) 

istituzzjoni tagħmel pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji tal-istituzzjoni bi ksur tal-Artikolu 141 ta' din id-Direttiva ►C2  jew f'każijiet fejn l-Artikolu 28, 52 jew 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprojbixxi tali pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji; ◄

(o) 

istituzzjoni tinsab responsabbli għal ksur serju ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2005/60/KE;

(p) 

istituzzjoni tippermetti lil persuna waħda jew aktar li ma jikkonformawx mal-Artikolu 91 li jsiru membri jew jibqgħu bħala membri tal-korp ta' ġestjoni;

▼M5

(q) 

istituzzjoni prinċipali, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tonqos milli tieħu xi azzjoni li tista' tkun meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa, Sitta jew Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew imposti skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) jew l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata.

▼B

2.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li jkunu jistgħu jiġu applikati jinkludu tal-inqas dawn li ġejjin:

(a) 

dikjarazzjoni pubblika li tidentifika l-persuna fiżika, l-istituzzjoni, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta responsabbli u n-natura tal-ksur;

(b) 

ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u li ma tirrepetix dik l-imġiba;

(c) 

fil-każ ta' istituzzjoni, l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 18;

(d) 

soġġett għall-Artikolu 65(2), projbizzjoni temporanja kontra xi membru tal-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjoni jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li titqies responsabbli, milli jeżerċita funzjonijiet fl-istitizzjonijiet;

(e) 

fil-każ ta’ persuna ġuridika, penali amministrattivi pekunarji sa 10 % tal-valur tal-bejgħ nett annwali totali inkluż l-introjtu gross li jikkonsisti minn imgħax riċevibbli u introjtu simili, introjtu mill-ishma u titoli oħrajn b'rendita fissa jew varjabbli, u kummissjonijiet jew tariffi riċevibbli f'konformità mal-Artikolu 316 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-impriża fis-sena kummerċjali preċedenti.

(f) 

fil-każ ta’ persuna ġuridika, penali amministrattivi pekunarji sa mhux aktar minn EUR 5 000 000 , jew fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi 17 ta’ Lulju 2013;

(g) 

penali amministrattivi pekunarji sa mhux aktar mid-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikun jistgħu jiġu ddeterminati.

Fejn impriża msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tkun sussidjarja ta’ impriża prinċipali, l-introjtu gross rilevanti għandu jkun l-introjtu gross li jirriżulta mill-kontijiet ikkonsolidati tal-impriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti.

Artikolu 68

Pubblikazzjoni tal-penali amministrattivi

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippublikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom tal-inqas kwalunkwe sanzjoni amministrattiva li ma tistax tiġi appellata u li tkun imposta għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 inkluż informazzjoni rigward it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li fuqha hija imposta s-sanzjoni, mingħajr dewmien mhux dovut wara li dik il-persuna tiġi informata b'dawk il-penali.

Meta l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta' penali li jistgħu jiġu appellati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jippubblikaw ukoll fuq is-sit web uffiċjali tagħhom, informazzjoni dwar l-istatus tal-appell u l-eżitu tiegħu.

2.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-penali fuq bażi anonima, b'mod konformi mad-dritt nazzjonali, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

meta is-sanzjoni tiġi imposta fuq persuna fiżika u, wara valutazzjoni a priori obbligatorja, jinstab li l-pubblikazzjoni tad-data personali tkun sproporzjonata;

(b) 

meta l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun għadha għaddejja;

(c) 

meta l-pubblikazzjoni tikkawża, sa fejn dan ikun jista' jiġi determinat, dannu sproporzjonat lill-istituzzjonijiet jew lill-persuni fiżiċi involuti.

Alternattivament, fejn iċ-ċirkostanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu x'aktarx jieqfu fi perijodu ta' żmien raġonevoli, il-pubblikazzjoni skont il-paragrafu 1 tista' tiġi posposta għal tali perijodu ta' żmiem.

3.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafi 1 jew 2 tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal mhux inqas minn ħames snin. Id-data personali għandha tinżamm fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti biss għall-perijodu li meħtieġ, f'konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
4.  
Sa 18 ta’ Lulju 2015 l-ABE għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-pubblikazzjoni ta' penali mill-Istati Membri fuq bażi anonima kif previst skont paragrafu 2 u, b'mod partikolari fejn kien hemm diverġenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri f'dan ir-rigward. Barra minn hekk, l-ABE għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe diverġenza sinifikanti fit-tul taż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-penali skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 69

kambju ta' informazzjoni dwar penali u żamma ta' bażi ta' data ċentrali mill-ABE

1.  
Soġġett għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali msemmija l-Artikolu 53(1), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE bil-penali amministrattivi kollha, inklużi l-projbizzjonijiet permanenti kollha, imposti skont l-Artikoli 65, 66 u 67 u dwar l-istatus tal-appelli u l-eżiti tagħhom. L-ABE għandha żżomm bażi ta' data ċentrali ta' penali amministrattivi komunikati lilha unikamenti għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dik il-bażi ta' data għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti biss u għandha tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.
2.  
Fejn awtorità kompetenti tagħti valutazzjoni rigward reputazzjoni tajba għall-finijiet tal-Artikolu 13(1), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 91(1) u l-Artikolu 121, hija għandha tikkonsulta l-bażi ta' data tal-ABE dwar il-penali amministrattivi. Fil-każ ta' tibdil fl-istatus jew ta' appell li ikollu suċċess, l-ABE għandha tħassar jew taġġorna l-entrati rilevanti fil-bażi ta' data fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkontrollaw, f'konformità mad-dritt nazzjonali, l-eżistenza ta' kundanna rilevanti fir-rekord kriminali tal-persuna kkonċernata. Għal dawk il-finijiet, l-informazzjoni għandha tiġi skambjata f'konformità mad-Deċiżjoni 2009/316/ĠAI u d-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI kif implimentati fil-liġi nazzjonali.
4.  
L-ABE għandha żżomm sitweb b'links għall-pubblikazzjoni tal-penali amministrattivi ta' kull awtorità kompetenti skont l-Artikolu 68 u għandha turi l-perijodu ta' żmien ta' kemm idumu ppubblikati l-penali amministrattivi ta' kull Stat Membru.

Artikolu 70

Applikazzjoni effettiva tal-penali u l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ sanzjonar mill-awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip ta' penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra u l-livell ta’ penali amminstrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn adatt:

(a) 

il-gravità u kemm idum iseħħ il-ksur;

(b) 

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;

(c) 

is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, kif indikat, pereżempju, mill-valur tal-bejgħ totali ta' persuna ġuridika jew l-introjtu annwali ta' persuna fiżika;

(d) 

l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(e) 

it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sa fejn dan ikun jista’ jiġi ddeterminat;

(f) 

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti;

(g) 

il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;

(h) 

kwalunkwe konsegwenza sistemika potenzjali tal-ksur.

Artikolu 71

Rapportar ta’ ksur

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabilixxu mekkaniżmi effikaċi u affidabbli sabiex jinkoraġġixxu r-rapportar ta’ ksur potenzjali jew attwali tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 lill-awtoritajiet kompetenti.
2.  

Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:

(a) 

proċeduri speċifiċi għar-riċezzjoni ta’ rapporti dwar ksur u s-segwitu tagħhom;

(b) 

protezzjoni adatta għall-impjegati tal-istituzzjonijiet li jirrappurtaw ksur imwettaq fl-istituzzjoni kontra ritaljazzjoni, diskriminazzjoni jew tipi oħrajn ta' trattament inġust bħala minimu;

(c) 

protezzjoni tad-data personali li tirrigwarda kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna fiżika li allegatement hija responsabbli għall-ksur, skont id-Direttiva 95/46/KE;

(d) 

regoli ċari li jiżguraw li l-kunfidenzjalità tiġi ggarantita fil-każijiet kollha fir-rigward tal-persuna li tirrapporta l-ksur imwettaq fl-istituzzjoni, sakemm l-iżvelar tagħha ma jkunx meħtieġ mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet ulterjuri jew proċedimenti ġudizzjarji sussegwenti.

3.  
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ proċeduri xierqa għall-impjegati tagħhom sabiex jirrapportaw ksur internament b’mezz speċifiku, indipendenti u awtonomu.

Tali mezz jista' wkoll jiġi pprovdut permezz ta' arranġamenti previsti għall-imsieħba soċjali. Għandha tapplika l-istess protezzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 2.

Artikolu 72

Dritt ta’ appell

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet u l-miżuri meħuda skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu soġġetti għal dritt ta' appell. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li n-nuqqas ta' teħid ta' deċiżjoni, fi żmien sitt xhur mill-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni li jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, huwa soġġett għal dritt ta' appell.



KAPITOLU 2

Proċessi ta' Reviżjoni



Taqsima I

Proċess ta’ valutazzjoni dwar l-adegwatezza tal-kapital intern

Artikolu 73

Kapital Intern

L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ strateġiji u proċessi sodi, effikaċi u komprensivi biex jivvalutaw u jżommu fuq bażi kontinwa l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital intern li huma jqisu bħala xieraq biex ikopru n-natura u l-livell tar-riskji li huma esposti għalihom jew li jistgħu jkunu esposti għalihom.

Dawk l-istrateġiji u l-proċessi għandhom ikunu soġġetti għar-rieżami intern regolari biex ikun żgurat li jibqgħu komprensivi u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni kkonċernata.



Taqsima II

Arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi tal-istituzzjonijiet



Sottotaqsima 1

Prinċipji ġenerali

▼M5

Artikolu 74

Governanza interna u pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni

1.  
L-istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti ta' governanza robusti, li jinkludu struttura organizzattiva ċara b'linji ta' responsabbiltà ddefiniti tajjeb, trasparenti u konsistenti, proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar tar-riskji li huma jew li jistgħu jkunu esposti għalihom, mekkaniżmi ta' kontroll intern adegwati, inkluż proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi tajba, u politiki u prattiki ta' rimunerazzjoni li jkunu konsistenti ma' ġestjoni tar-riskji soda u effettivi u jippromwovuha.

Jenħtieġ li l-politiki u l-prattiki dwar ir-rimunerazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu jkunu newtrali fir-rigward tas-sessi.

2.  
L-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu komprensivi u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fil-mudell tan-negozju u l-attivitajiet tal-istituzzjoni. Għandu jittieħed kont tal-kriterji tekniċi stabbiliti fl-Artikoli 76 sa 95.
3.  
Jenħtieġ li l-ABE toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'kont meħud tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar il-politiki ta' rimunerazzjoni għall-istituzzjonijiet.

Fi żmien sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni tal-linji gwida msemmija fit-tieni subparagrafu u abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti, l-ABE għandha toħroġ rapport dwar l-applikazzjoni ta' politiki ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi mill-istituzzjonijiet.

▼B

Artikolu 75

Sorveljanza tal-politiki tar-rimunerazzjoni

▼M5

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l-informazzjoni żvelata f'konformità mal-kriterji għall-iżvelar stabbiliti fil-punti (g), (h), (i) u (k) tal-Artikolu 450(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll l-informazzjoni mogħtija mill-istituzzjonijiet dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u għandhom jużaw dik l-informazzjoni biex jagħmlu valutazzjoni komparattiva tax-xejriet u l-prattiki ta' rimunerazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-ABE.

▼B

2.  
L-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar politiki sodi ta’ rimunerazzjoni li jikkonformaw mal-prinċipji stipulati fl-Artikoli 92 sa 95. Il-linji gwida għandhom iqisu l-prinċipji dwar politiki sodi ta’ rimunerazzjoni stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE tat-30 ta’ April 2009 dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji ( 15 ).

L-AETS għandha tikkoopera mill-qrib mal-ABE għall-iżvilupp ta' linji gwida dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni għall-kategoriji tal-persunal involut fil-forniment ta' servizzi u attivitajiet ta’ investiment fit-tifsira tal-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE.

L-ABE għandha tuża l-informazzjoni li tirċievi mingħand l-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-paragrafu 1 biex tagħmel analiżi komparattiva tax-xejriet u l-prattiki tar-rimunerazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

3.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru informazzjoni dwar l-għadd ta’ persuni fiżiċi f’kull istituzzjoni li jirċievu rimunerazzjoni ta’ EUR 1 miljun jew aktar kull sena finanzjarja, li jaqilgħu mill-inqas EUR 1 miljun, inkluż ir-responsabbiltajiet tagħhom tal-impjiegi, il-qasam tan-negozju involut u l-elementi ewlenin tas-salarju, il-bonus, l-għotja fuq terminu twil u l-kontribuzzjoni tal-pensjoni. Dik l-informazzjoni għandha tintbagħat lill-ABE, li għandha tippubblikaha fuq bażi aggregata skont l-Istat Membru domiċiljari f’format komuni ta’ rapportar. L-ABE tista’ wkoll telabora linji gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu u tiżgura l-konsistenza tal-informazzjoni miġbura.



Subtaqsima 2

Kriterji tekniċi rigward l-organizzazzjoni u t-trattament tar-riskji

Artikolu 76

Trattament tar-riskji

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta' ġestjoni, japprova u jirrieżamina perjodikament l-istrateġiji u l-politiki għat-teħid, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-mitigazzjoni tar-riskji li l-istituzzjoni tkun jew tista’ tkun esposta għalihom, inklużi dawk ikkawżati mill-ambjent makroekonomiku li tkun topera fih fir-rigward tal-istatus taċ-ċiklu ekonomiku.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta' ġestjoni jiddedika ħin biżżejjed għall-konsiderazzjoni tal-kwistjonijiet ta' riskju. Il-korp ta' ġestjoni għandu jkun attivament involut fil-ġestjoni tar-riskji materjali kollha indirizzati f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll fil-valutazzjoni tal-assi, tal-użu ta' klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu u ta' mudelli interni relatati ma' dawk ir-riskji. L-istituzzjoni għandha tistabbilixxi linji ta' rappurtar lill-korp ta' ġestjoni li jkopru r-riskji materjali u l-politiki dwar il-ġestjoni tar-riskji kollha u l-bidliet relatati magħhom.
3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet li huma sinifikanti f'termini tad-daqs tagħhom, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom jistabbilixxu kumitat tar-riskji magħmul minn membri tal-korp ta' ġestjoni li ma jaqdu l-ebda funzjoni eżekuttiva fl-istituzzjoni kkonċernata. Il-membri tal-kumitat tar-riskji għandu jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-ħila esperta xierqa biex jifhmu u jikkontrollaw bis-sħiħ l-istrateġija rigward ir-riskji u l-attitudni tal-istituzzjoni fir-rigward tar-riskji.

Il-kumitat tar-riskji għandu jagħti pariri lill-korp ta' ġestjoni dwar l-attitudni u l-istrateġija ġenerali attwali u futura tal-istituzzjoni fir-rigward tar-riskji u jassisti lill-korp ta' ġestjoni fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija mill-amministrazzjoni għolja. Il-korp ta' ġestjoni għandu jżomm ir-responsabbiltà ġenerali għar-riskji.

Il-kumitat tar-riskji għandu jeżamina jekk il-prezzijiet kollha tal-passivi u l-assi offerti lill-klijenti jiħdux kont bis-sħiħ tal-mudell kummerċjali tal-istituzzjoni u l-istrateġija relatata mar-riskju. Meta l-prezzijiet ma jirriflettux b'mod adatt ir-riskji f'konformità mal-mudell kummerċjali u l-istrateġija relatata mar-riskju, il-kumitat tar-riskju għandu jippreżenta pjan ta' rimedju lill-korp ta' ġestjoni.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li istituzzjoni, li mhijiex meqjusa sinifikanti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, tgħaqqad il-kumitat tar-riskju mal-kumitat tal-verifika kif imsemmi fl-Artikolu 41 tad-Direttiva 2006/43/KE. Il-membri tal-kumitat ikkombinat għandu jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-ħila esperta meħtieġa għall-kumitat tar-riskju u għall-kumitat tal-verifika.

4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu u, fejn jkun ġie stabbilit kumitat tar-riskji jkun ġie stabbilit, il-kumitat tar-riskji jkollhom aċċess adatt għall-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-istituzzjoni fir-rigward tar-riskji u, jekk meħtieġ u adatt, għall-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskji u għal pariri minn esperti esterni.

Il-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu u, fejn ikun ġie stabbilit il-kumitat tar-riskji għandu jiddetermina n-natura, l-ammont, il-format, u l-frekwenza tal-informazzjoni dwar ir-riskju li huma jkollhom jirċievu. Bil-għan li jassisti fl-istabbiliment ta' politiki u prattiki sodi ta' rimunerazzjoni, il-kumitat tar-riskju għandu, mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-kumitat ta' rimunerazzjoni, jeżamina jekk l-inċentivi pprovduti mis-sistema ta' rimunerazzjoni jikkunsidrawx ir-riskju, il-kapital, il-likwidità u l-probabbiltà u ż-żmien meta jsir il-qligħ.

5.  
L-Istati Membri għandhom, f'konformità mar-rekwiżit ta' proporzjonalità stipulat fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kummisjoni 2006/73/KE ( 16 ), jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom funzjoni ta' ġestjoni tar-riskji indipendenti mill-funzjonijiet operazzjonali u li jkollhom awtorità, statura, riżorsi u aċċess suffiċjenti għall-korp ta' ġestjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskji tiżgura li r-riskji materjali kollha jiġu identifikati, mkejla, u rrapportati b'mod adatt. Huma għandhom jiżguraw li l-funzjoni ta' ġestjoni tar-riskji tkun involuta attivament fl-elaborazzjoni tal-istrateġija tal-istituzzjoni fir-rigward tar-riskji u fid-deċiżjonijiet materjali kollha tal-ġestjoni tar-riskji u li tkun tista’ tagħti perspettiva kompluta tal-firxa sħiħa tar-riskji tal-istituzzjoni.

Meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju tkun tista’ tirrapporta direttament lill-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu meta jkun meħtieġ, indipendentement mill-amministrazzjoni superjuri, u tista' tindika preokkupazzjonijiet u twissi lil dak il-korp, fejn dan ikun adatt, fejn żviluppi speċifiċi tar-riskju li jaffettwaw jew li jistgħu jaffettwaw lill-istituzzjoni, bla preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu u/jew ta' ġestjoni skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/ 2013.

Il-kap tal-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju għandu jkun amministratur eżekuttiv superjuri indipendenti b’responsabbiltà distinta għall-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju. Meta n-natura, l-iskala u kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni ma jkunux jiġġustifikaw li jkun hemm persuna nominata speċjalment għal dan, persuna superjuri oħra fi ħdan l-istess istituzzjoni tista’ twettaq dik il-funzjoni, dment li ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess.

Il-kap tal-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskji m'għandux jitneħħa mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu u għandu jkun jista’ jkollu aċċess dirett għall-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu fejn meħtieġ.

▼M6 —————

▼B

Artikolu 77

Approċċi Interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkoraġġixxu lill-istituzzjonijiet li huma sinifikanti f'termini ta' daqs, organizzazzjoni interna u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitjiet tagħhom biex jiżviluppaw kapaċità interna ta' valutazzjoni tar-riskji tal-kreditu u jżidu l-użu tal-approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjonijiet interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tal-kreditu meta l-iskoperturi tagħhom ikunu materjali f’termini assoluti u meta, fl-istess ħin, huma jkollhom numru kbir ta’ kontropartijiet materjali. Dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-konformità mal-kriterji stipulati fil-Parti Tlieta, Titolu I, Kapitolu 3, Taqsima 1 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, jissorveljaw li dawn ma jiddipendux unikament jew b'mod mekkaniku fuq il-klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-entità jew l-istrument finanzjarju.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkoraġġixxu l-istituzzjonijiet, b'kont meħud tad-daqs, l-organizzazzjoni interna tagħhom u tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, biex jiżviluppaw kapaċità interna speċifika ta' valutazzjoni tar-riskji u jżidu l-użu tal-mudelli interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku tal-istrumenti tad-dejn fil-portafoll tan-negozjar, flimkien mal-mudelli interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza u migrazzjoni fejn l-iskoperturi tagħhom għar- riskju speċifiku jkunu materjali f’termini assoluti u fejn ikollhom numru kbir ta’ pożizzjonijiet materjali fi strumenti tad-dejn ta’ emittenti differenti.

Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għas-sodisfar tal-kriterji stipulati fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 5, it-Taqsimiet 1 sa 5, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddefinixxi aktar il-kunċett ta’ 'skoperturi għal riskju speċifiku li jkunu materjali f’termini assoluti' msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 u l-limiti għal numri kbar ta’ kontropartijiet u pożizzjonijiet materjali fi strumenti ta’ dejn ta’ emittenti differenti.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tiġi mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 78

Valutazzjoni komparattiva għas-superviżjoni ta’ approċċi interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet awtorizzati li jużaw approċċi interni għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ppeżati skont ir-riskju jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji bl-eċċezzjoni tar-riskju operazzjonali jirrappurtaw ir-riżultati tal-kalkoli tal-approċċi interni tagħhom għall-iskoperturi tagħhom jew il-pożizzjonijiet li huma inklużi fil-portafolli ta' referenza. L-istituzzjonijiet għandhom jippreżentaw ir-riżulati tal-kalkoli tagħhom flimkien ma' spjegazzjoni tal-metodoloġiji użati biex jipproduċuhom lill-awtoritajiet kompetenti bi frekwenza adatta, u ta' mill-inqas darba f'sena.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jippreżentaw ir-riżultati tal-kalkoli msemmija fil-paragrafu 1 f'konformità mal-mudell żviluppat mill-ABE skont il-paragrafu 8 lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ABE. Meta l-awtoritajiet kompetenti jagħżlu li jiżviluppaw portafolli speċifiċi, huma għandhom jagħmlu dan b'konsultazzjoni mal-ABE u jiżguraw li l-istituzzjonijiet jirrappurtaw ir-riżultati tal-kalkoli separatament mir-riżultati tal-kalkoli għal portafolli tal-ABE.
3.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-istituzzjonijiet f'konformità mal-paragrafu 1, jissorveljaw il-firxa ta' ammonti ta' skopertura ppeżati skont ir-riskju jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji, kif applikabbli, bl-eċċezzjoni tar-riskju operazzjonali, għall-iskoperturi jew it-transazzjonijiet fil-portafoll ta' referenza li jirriżulta mill-approċċi interni ta' dawk l-istituzzjonijiet. Tal-inqas darba f'sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu valutazzjoni tal-kwalità ta' dawk l-approċċi filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a) 

dawk l-approċċi li juru differenzi sinifikanti fir-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-istess skopertura;

(b) 

approċċi fejn hemm diversità partikolarment għolja jew baxxa, u wkoll fejn hemm sottovalutazzjoni sinifikanti u sistematika tar-rekwiżiti ta' fondi proprji.

L-ABE għandha tipproduċi rapport li jassistu lill-awtoritajiet kompetenti fil-valutazzjoni tal-kwalità tal-approċċi interni abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

4.  
Fejn istituzzjonijiet partikolari juru diverġenza sinifikanti mill-maġġoranza tal-pari tagħhom jew fejn ma tantx ikun hemm karatteristiċi komuni fl-approċċi, li jwassal għal diversità wiesgħa ta' riżultati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinvestigaw ir-raġunijiet għal dan u, jekk ikun jista' jiġi identifikat biċ-ċar li l-approċċ ta' istituzzjoni partikolari jwassal għal sottovalutazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji li ma tistax tiġi attribwita għad-differenzi fir-riskji sottostanti tal-iskoperturi jew il-pożizzjonijiet, huma għandhom jieħdu azzjoni korrettiva.
5.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-adegwatezza tal-azzjonijiet korrettivi kif imsemmija fil-paragrafu 4 jikkonformaw mal-prinċipju li tali azzjonijiet għandhom iżommu l-objettivi ta' approċċ intern, u għalhekk:

(a) 

ma jwasslux għall-istandardizzazzjoni jew għall-metodi preferiti;

(b) 

ma joħolqux inċentivi ħżiena; jew

(c) 

ma jikkawżawx sitwazzjoni fejn kulħadd jagħmel l-istess ħaġa.

6.  
L-ABE tista' toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fejn tqis li jkunu meħtieġa abbażi tal-informazzjoni u l-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu sabiex jitjiebu l-prattiki superviżorji jew il-prattiki tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-approċċ interni.
7.  

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

il-proċeduri għall-kondiviżjoni tal-valutazzjonijiet magħmula f'konformità mal-paragrafu 3 bejn l-awtoritajiet kompetenti u mal-ABE;

(b) 

l-istandards għall-valutazzjoni magħmula mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 3.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

8.  

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

il-mudell, id-definizzjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għar-rappurtar imsemmi fil-paragrafu 2;

(b) 

il-portafoll jew portafolli ta' referenza msemmija fil-paragrafu 1.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

9.  
Sal-1 ta' April 2015 u wara li tkun ikkonsultat lill-ABE, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tal-valutazzjoni komparattiva tal-mudelli interni inkluż il-kamp ta' applikazzjoni tal-mudell. Fejn xieraq, ir-rapport għandu jiġi segwit minn proposta leġislattiva.

Artikolu 79

Il-kreditu u r-riskju tal-kontraparti

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li:

(a) 

l-għoti tal-kreditu jkun ibbażat fuq kriterji sodi u ddefiniti sewwa u li l-proċess għall-approvazzjoni, l-emendar, it-tiġdid u r-rifinanzjament tal-krediti jkun stabbilit b’mod ċar;

(b) 

l-istituzzjonijiet ikollhom metodoloġiji interni li permezz tagħhom ikunu jistgħu jivvalutaw ir-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi għad-debituri individwali, it-titoli jew il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni u r-riskju tal-kreditu fil-livell tal-portafoll. B’mod partikolari, il-metodoloġiji interni m'għandhomx jistrieħu unikament jew mekkanikalment fuq il-klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu. Meta r-rekwiżiti ta' fondi proprji jkunu bbażati fuq klassifikazzjoni minn Istituzzjoni Esterna tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAI) jew ibbażati fuq il-fatt li skopertura ma tkunx ikklassifikata, dan m'għandux jeżenta lill-istituzzjonijiet milli jqisu b'mod addizzjonali l-informazzjoni rilevanti oħra għall-valutazzjoni tal-allokazzjoni interna tal-kapital tagħhom;

(c) 

l-amministrazzjoni u l-monitoraġġ kontinwi tal-portafolli u l-iskoperturi riskjużi varji tal-istituzzjonijiet, inkluż għall-identifikazzjoni u l-ġestjoni ta’ krediti problematiċi u biex ikun hemm aġġustamenti u dispożizzjonijiet ta' valur u adegwati, ikunu mħaddma permezz ta’ sistemi effikaċi.

(d) 

id-diversifikazzjoni tal-portafolli tal-kreditu tkun adegwata fl-ambitu tas-swieq fil-mira u l-istrateġija tal-kreditu kumplessiva tal-istituzzjoni.

Artikolu 80

Riskju residwu

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-riskju li t-tekniki rrikonoxxuti tal-mitigazzjoni tar-riskji tal-kreditu użati mill-istituzzjonijiet jirrizultaw inqas effikaċi milli kien mistenni jkun indirizzat u kkontrollat inkluż permezz ta’ politiki u proċeduri bil-miktub.

Artikolu 81

Riskju ta’ konċentrazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-riskju ta’ konċentrazzjoni li joriġina minn skoperturi għal kull kontroparti, inklużi kontropartijiet ċentrali, gruppi ta’ kontropartijiet konnessi, u kontropartijiet fl-istess settur ekonomiku, reġjun ġeografiku jew mill-istess attività jew prodott bażiku, l-applikazzjoni tat-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskji tal-kreditu, u inkluż b’mod partikolari r-riskji assoċjati ma’ skoperturi indiretti kbar ta’ kreditu bħal emittent ta’ kollateral waħdieni, ikun indirizzat u kkontrollat inkluż permezz ta’ politiki u proċeduri bil-miktub.

Artikolu 82

Riskju ta’ titolizzazzjoni

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-riskji li joriġinaw minn transazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li fir-rigward tagħhom l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkunu investitur, oriġinatur jew sponsor, inklużi riskji ta' reputazzjoni bħal dawk li joriġinaw fir-rigward ta’ strutturi jew prodotti kumplessi, jiġu evalwati u indirizzati permezz ta’ politiki u proċeduri adatti, biex ikun żgurat li s-sustanza ekonomika tat-transazzjoni tkun riflessa bis-sħiħ fil-valutazzjoni tar-riskju u d-deċiżjonijiet tal-amministrazzjoni.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-pjanijiet tal-likwidità biex ikunu indirizzati l-implikazzjonijiet tal-amortizzazzjoni kemm dik skedata kif ukoll dik bikrija jkunu jeżistu fl-istituzzjonijiet li jkunu l-oriġinaturi ta’ transazzjonijiet ċirkolanti ta’ titolizzazzjoni li jinvolvu dispożizzjonijiet għal amortizzazzjoni bikrija.

Artikolu 83

Riskju tas-suq

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-politiki u l-proċessi għall-identifikazzjoni, il-kalkolu u l-ġestjoni tas-sorsi materjali kollha u l-effetti tar-riskji tas-suq ikunu implimentati.
2.  
Fejn il-pożizzjoni bin-nieqes ikollha skadenza qabel il-pożizzjoni twila, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ukoll jieħdu miżuri kontra r-riskju ta’ nuqqas ta’ likwidità.
3.  
Il-kapital intern għandu jkun adegwat għar-riskji tas-suq materjali li ma jkunux soġġetti għal rekwiżit ta’ fondi proprji.

L-istituzzjonijiet li huma u jikkalkolaw ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għal riskju tal-pożizzjoni f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikunu kkalkolaw il-valur nett tal-pożizzjonijiet tagħhom f’wieħed jew aktar mill-ekwitajiet li jikkostitwixxu indiċi tal-borża kontra pożizzjoni waħda jew aktar fil-futuri tal-indiċi tal-borża jew prodotti oħra tal-indiċi tal-borża, għandu jkollhom kapital intern adegwat biex ikopru r-riskju bażiku ta’ telf ikkawżat mill-valur tal-futures jew ta' prodotti oħra li ma jiċċaqalqux totalment skont dak tal-ekwitajiet kostitwenti tagħha. L-istituzzjonijiet għandhom ukoll ikollhom tali kapital intern adegwat fejn ikollhom pożizzjonijiet opposti fil-futures tal-indiċi tal-borża li ma jkunux identiċi jew fir-rigward tal-maturità tagħhom jew rigward il-kompożizzjoni tagħhom jew fir-rigward tat-tnejn.

Fl-użu tat-trattament fl-Artikolu 345 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkollhom kapital intern suffiċjenti kontra r-riskju ta’ telf li jkun jeżisti bejn iż-żmien tal-impenn inizjali u l-ewwel jum ta' ħidma segwenti.

▼M5

Artikolu 84

Riskji ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżultaw minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw sistemi interni, jużaw il-metodoloġija standardizzata jew il-metodoloġija standardizzata simplifikata biex jidentifikaw, jevalwaw, jimmaniġġjaw u jimmitigaw ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll id-dħul mill-imgħax nett tal-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta' istituzzjoni.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw sistemi sabiex jivvalutaw u jissorveljaw ir-riskji li jirriżultaw minn tibdiliet potenzjali fil-firxiet tal-kreditu li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll id-dħul mill-imgħax nett tal-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta' istituzzjoni.
3.  
Awtorità kompetenti tista' tirrikjedi li istituzzjoni tuża l-metodoloġija standardizzata msemmija fil-paragrafu 1 fejn ma jkunux sodisfaċenti s-sistemi interni implimentati minn dik l-istituzzjoni għall-fini tal-evalwazzjoni tar-riskji msemmija f'dak il-paragrafu.
4.  
Awtorità kompetenti tista' tirrikjedi li istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa kif definita fil-punt (145) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tuża l-metodoloġija standardizzata fejn tqis li l-metodoloġija standardizzata simplifikata ma tkunx adegwata biex tkopri riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet ta' portafoll bankarju ta' dik l-istituzzjoni.
5.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, metodoloġija standardizzata li l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw għall-fini tal-evalwazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, inkluż metodoloġija standardizzata simplifikata għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi kif definiti fil-punt (145) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li tkun tal-anqas konservattiva daqs il-metodoloġija standardizzata.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.  

L-ABE għandha toħroġ linji gwida sabiex tispeċifika l-kriterji:

(a) 

għall-evalwazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 mis-sistema interna ta' istituzzjoni;

(b) 

għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 mill-istituzzjonijiet;

(c) 

għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tar-riskji msemmija fil-paragrafu 2 mill-istituzzjonijiet;

(d) 

għad-determinazzjoni ta' liema waħda mis-sistemi interni implimentati mill-istituzzjonijiet għall-finijiet tal-paragrafu 1 mhijiex sodisfaċenti kif imsemmi fil-paragrafu 3.

L-ABE għandha toħroġ dawk il-linji gwida sat-28 ta' Ġunju 2020.

▼B

Artikolu 85

Riskju operazzjonali

▼M5

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw politiki u proċessi għall-evalwazzjoni u l-ġestjoni tal-iskoperturi għar-riskju operattiv, inkluż ir-riskju involut fl-użu tal-mudelli u riskji li jirriżultaw mill-esternalizzazzjoni, u biex jiġu koperti avvenimenti severi ħafna mhux frekwenti. L-istituzzjonijiet għandhom jartikolaw dak li jikkostitwixxi riskju operattiv għall-finijiet ta' dawk il-politiki u l-proċeduri.

▼B

2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ pjanijiet ta’ kontinġenza u kontinwità tan-negozju biex tiġi żgurata l-kapaċità ta' istituzzjoni li topera fuq bażi kontinwa u tillimita t-telf fil-każ ta’ interruzzjoni serja għan-negozju.

Artikolu 86

Riskju tal-likwidità

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom strateġiji, politiki, proċessi u sistemi għall-identifikazzjoni, il-kalkolu, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tar-riskju ta' likwidità fuq sett ta' perjodi ta’ żmien adatti, inklużi fl-istess ġurnata, sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet iżommu livelli xierqa ta’ riżervi ta' likwidità. Dawk l-istrateġiji, il-politiki, il-proċessi u s-sistemi għandhom jitfasslu skont il-linji tan-negozju, il-muniti, il-fergħat u l-entitajiet ġuridiċi u għandhom jinkludu mekkaniżmi adegwati ta’ allokazzjoni tal-ispejjeż, il-benefiċċji u r-riskji tal-likwidità.
2.  
L-istrateġiji, il-politiki, il-proċessi u s-sistemi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati għall-kumplessità, il-profil ta' riskju, l-ambitu tal-operat tal-istituzzjonijiet u t-tolleranza għar-riskju stabbiliti mill-korp ta' ġestjoni u jirriflettu l-importanza tal-istituzzjoni f’kull Stat Membru li fih tkun twettaq in-negozju. L-istituzzjonijiet għandhom jikkomunikaw it-tolleranza għar-riskju lil-linji tan-negozju rilevanti kollha.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet, meta jitqiesu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, għandhom profili relatati mar-riskju ta' likwidità li huma konsistenti, u mhux iktar minn, dawk meħtieġa għal sistema li taħdem sew u robusta.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw l-iżviluppi fir-rigward tal-profili relatati mar-riskju ta' likwidità, pereżempju d-disinn tal-prodott u l-volumi tiegħu, il-ġestjoni tar-riskju, il-politiki relatati mal-finanzjament u l-konċentrazzjonijiet tal-finanzjament.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu azzjoni effettiva fejn l-iżviluppi msemmija fit-tieni subparagrafu jistgħu jwasslu għall-instabbiltà ta' istituzzjoni individwali jew instabbiltà sistemika.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar kwalunkwe azzjoni mwettqa skont it-tielet subparagrafu.

L-ABE għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet fejn xieraq f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

4.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jiżviluppaw metodoloġiji għall-identifikazzjoni, il-kalkolu, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-pożizzjonijiet ta’ finanzjament. Dawk il-metodoloġiji għandhom jinkludu l-likwidità materjali attwali u pproġettati fi, u li jitnisslu minn, assi, obbligazzjonijiet, entrati barra mill-karta tal-bilanċ inklużi obbligazzjonijiet kontinġenti u l-impatt potenzjali ta’ riskju għar-reputazzjoni.
5.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jiddistingwu bejn assi mirhuna u assi ħielsa minn irbit li jkunu disponibbli f'kull ħin, b'mod partikolari f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-istituzzjonijiet iqisu l-entità ġuridika li fiha jkunu jinsabu l-assi, il-pajjiż fejn l-assi jkunu rreġistrati legalment jew f’reġistru jew inkella f’kont, u l-eliġibbiltà tagħhom u għandhom jissorveljaw kif l-assi jistgħu jiġu mmobilizzati mingħajr dewmien.
6.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iqisu wkoll il-limitazzjonijiet legali, regolatorji u operattivi eżistenti għat-trasferimenti potenzjali tal-likwidità u tal-assi ħielsa minn irbit fost l-entitajiet fiż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ’il barra minnha.
7.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iqisu l-għodod differenti għall-mitigazzjoni tar-riskji ta' likwidità, inkluża sistema ta’ limiti u riżervi ta' likwidità sabiex ikunu b'saħħithom biżżejjed għal sensiela ta’ avvenimenti ta’ stress differenti u struttura ta’ finanzjament adegwatement diversifikata u aċċess għal sorsi ta’ finanzjament. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu rieżaminati regolarment.
8.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iqisu xenarji alternattivi ta’ pożizzjonijiet ta' likwidità u tal-mitiganti tar-riskji u jirrieżaminaw is-suppożizzjonijiet sottostanti għad-deċiżjonijiet rigward il-pożizzjoni ta’ finanzjament mill-inqas kull sena. Għal dawk il-finijiet, ix-xenarji alternattivi għandhom jindirizzaw, b'mod partikolari, l-entrati li ma jidhrux u obbligazzjonijiet kontinġenti oħrajn, inklużi dawk tal-Entitajiet bi Skop Speċjali fir-rigward tat-Titolizzazzjoni (SSPEs) jew entitajiet oħrajn bi skopijiet speċjali, kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni taġixxi ta’ sponsor jew tipprovdi appoġġ ta’ likwidità materjali.
9.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iqisu l-impatt potenzjali ta’ xenarji alternattivi li jkunu speċifiċi għall-istituzzjoni, mifruxin mas-suq kollu u kkombinati. Għandhom jitqiesu perijodi ta’ żmien differenti u kondizzjonijiet ta’ stress ta’ gradi varjanti.
10.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jaġġustaw l-istrateġiji, il-politiki interni u l-limitazzjonijiet fuq ir-riskju ta' likwidità tagħhom u jiżviluppaw pjanijiet ta’ kontinġenza effikaċi, filwaqt li jqisu l-eżitu tax-xenarji alternattivi msemmija fil-paragrafu 8.

▼M6

11.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ pjanijiet ta' rkupru tal-likwidità li jistabbilixxu strateġiji adegwati u miżuri ta' implimentazzjoni adatta biex jindirizzaw il-possibbiltà ta' nuqqas ta' likwidità, inkluż fir-rigward ta' fergħat stabbiliti f'xi Stat Membru ieħor. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawk il-pjanijiet jiġu ttestjati mill-istituzzjonijiet mill-inqas kull sena, jiġu aġġornati abbażi tal-eżitu tax-xenarji alternattivi stipulati fil-paragrafu 8, u jiġu rrapportati lill-maniġment superjuri u approvati minnha, sabiex il-politiki u l-proċessi interni jkunu jistgħu jiġu aġġustati kif meħtieġ. L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-passi operattivi meħtieġa minn qabel biex jiżguraw li l-pjanijiet ta' rkupru tal-likwidità jkunu jistgħu jiġu implimentati minnufih. Dawk il-passi operazzjonali għandhom jinkludu l-pussess ta' kollateral disponibbli b'mod immedjat għal finanzjament mill-bank ċentrali. Dan jinkludi l-pussess ta' kollateral fil-munita ta' Stat Membru ieħor, fejn meħtieġ, jew il-munita ta' pajjiż terz li għalih l-istituzzjoni jkollha skopertura, u meta jkun meħtieġ b'mod operazzjonali fit-territorju ta' Stat Membru ospitanti jew ta' pajjiż terz li t-tali istituzzjoni ta' kreditu tkun skoperta għall-munita tiegħu.'

▼B

Artikolu 87

Riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom politiki u proċessi fis-seħħ għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tar-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva. L-indikaturi tar-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva għandhom jinkludu l-proporzjon tal-lieva finanzjarja ddeterminat skont l-Artikolu 429 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-diskrepanzi bejn l-assi u l-obbligi.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jindirizzaw ir-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva bi prekawzjoni billi jqisu ż-żidiet potenzjali fir-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva kkawżat minn tnaqqis fil-fondi proprji tal-istituzzjoni minħabba telf mistenni jew realizzat, skont ir-regoli kontabbilistiċi applikabbli. Għal dak il-għan, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jifilħu għal firxa ta’ avvenimenti ta’ stress differenti fir-rigward tar-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva.



Sottotaqsima 3

Governanza

Artikolu 88

Arranġamenti ta’ governanza

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta' ġestjoni jiddefinixxi, jissorvelja u jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza li jiżguraw ġestjoni effikaċi u prudenti ta’ istituzzjoni, inkluża s-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-organizzazzjoni u l-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess.

Dawk l-arranġamenti għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

(a) 

il-korp ta' ġestjoni jrid ikollu r-responsabilità kumplessiva għall-istituzzjoni u japprova u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-objettivi strateġiċi, l-istrateġija tar-riskju u l-governanza interna tal-istituzzjoni;

(b) 

il-korp ta' ġestjoni jrid jiżgura l-integrità tas-sistemi tal-kontabbiltà u tar-rappurtar finanzjarju, inklużi kontrolli finanzjarji u operazzjonali u konformità mal-liġi u l-istandards rilevanti;

(c) 

il-korp ta' ġestjoni jrid jissorvelja l-proċess tal-iżvelar u l-komunikazzjoni;

(d) 

il-korp ta' ġestjoni jrid ikun responsabbli li jipprovdi sorveljanza effikaċi tal-amministrazzjoni għolja;

(e) 

il-president tal-korp ta' ġestjoni responsabbli fil-funzjoni superviżorja tiegħu għal istituzzjoni ma jridx fl-istess ħin jeżerċita l-funzjonijiet ta’ uffiċjal għoli superjuri fi ħdan l-istess istituzzjoni, dment li dan ma jkunx iġġustifikat mill-istituzzjoni u awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta' ġestjoni jissorvelja u jivvaluta perjodikament l-effikaċja tal-arranġamenti ta' governanza tal-istituzzjoni u jieħu passi adatti biex jindirizza kwalunkwe nuqqas.

▼M5

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data fuq is-self lil membri tal-korp ta' ġestjoni u l-partijiet relatati tagħhom tkun iddokumentata kif meħtieġ u tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, it-terminu “parti relatata” ifisser:

(a) 

konjugi, sieħeb reġistrat f'konformità mal-liġi nazzjonali, tifel jew tifla jew ġenitur ta' membru tal-korp ta' ġestjoni;

(b) 

entità kummerċjali, li fiha membru tal-korp ta' ġestjoni jew membru qrib tal-familja tiegħu jew tagħha kif imsemmi fil-punt (a) ikollu parteċipazzjoni kwalifikanti ta' 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot f'dik l-entità, jew li fiha dawk il-persuni jistgħu jeżerċitaw influwenza sinifikanti, jew li fiha dawk il-persuni jokkupaw pożizzjonijiet ta' maniġment superjuri jew ikunu membri tal-korp ta' ġestjoni.

▼B

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet li huma sinifikanti f'termini tad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom jistabbilixxu kumitat ta' nominazzjoni magħmul minn membri tal-korp ta' ġestjoni li ma jwettqu l-ebda funzjoni eżekuttiva fl-istituzzjoni kkonċernata.

Il-kumitat tan-nominazzjoni għandu:

(a) 

jidentifika u jirrakkomanda, għall-approvazzjoni tal-korp ta' ġestjoni jew għall-approvazzjoni tal-laqgħa ġenerali, kandidati sabiex jimtlew il-postijiet battala fil-korp ta' ġestjoni, jevalwa l-bilanċ tal-għarfien, il-ħiliet, id-diversità u l-esperjenza tal-korp ta' ġestjoni u jħejji deskrizzjoni tar-rwoli u l-kapaċitajiet għal ħatra partikolari, u jivvaluta l-impenn ta' ħin mistenni.

Barra minn hekk, il-kumitat tan-nominazzjoni għandu jiddeċiedi dwar mira għar-rappreżentazzjoni tal-ġeneru mhux rappreżentat biżżejjed fil-korp ta' ġestjoni u jħejji politika dwar kif jiżdied l-għadd tal-ġeneru mhux rappreżentat biżżejjed fil-korp ta' ġestjoni sabiex tintlaħaq dik il-mira. Il-mira, il-politika u l-implimentazzjoni tagħha għandhom jiġu ppubblikati f'konformità mal-Artikolu 435(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

huwa għandu jivvaluta perjodikament, u tal-inqas kull sena, l-istruttura, id-daqs, il-kompożizzjoni u l-prestazzjoni tal-korp ta' ġestjoni u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-korp ta' ġestjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe bidla;

(c) 

huwa għandu jevalwa perjodikament, u tal-inqas darba f'sena, l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza tal-membri individwali tal-korp ta' ġestjoni u tal-korp ta' ġestjoni kollettivament, u jirrapporta dan kollu lill-korp ta' ġestjoni;

(d) 

jirrieżamina perjodikament il-politika tal-korp ta' ġestjoni għall-għażla u n-nomina tal-amministrazzjoni għolja u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-korp ta' ġestjoni.

Fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, il-kumitat ta' nominazzjoni għandu, sa fejn ikun possibbli u fuq bażi kontinwa, jieħu kont tal-ħtieġa li jiġi żgurat li t-teħid ta' deċiżjonijiet mill-korp ta' ġestjoni ma jkun iddominat mill-ebda individwu jew grupp żgħir ta' individwi b'mod li jkun ta' ħsara għall-interessi tal-istituzzjoni inġenerali.

Il-kumitat tan-nominazzjoni għandu jkun jista’ juża kwalunkwe forma ta’ riżorsi li huwa jqis adatta, inklużi l-pariri esterni, u għandu jirċievi finanzjament adatt għal dan il-għan.

Fejn, skont il-liġi nazzjonali, il-korp ta' ġestjoni ma jkollu l-ebda kompetenza fil-proċess tal-għażla u n-nomina ta' kwalunkwe membru tiegħu, dan il-paragrafu m'għandux japplika.

Artikolu 89

Rappurtar Pajjiż b'Pajjiż

1.  

Mill-1 ta' Jannar 2015, l-Istati Membri għandhom jesiġu lil kull istituzzjoni biex kull sena tiżvela lill-pubbliku, waqt li tispeċifika skont l-Istat Membru u skont il-pajjiż terz li fih għandha stabbiliment, l-informazzjoni li ġejja fuq bażi konsolidata għas-sena finanzjarja:

(a) 

in-natura tal-isem/ismijiet tal-attivitajiet u l-post ġeografiku;

(b) 

il-valur tal-bejgħ;

(c) 

l-għadd ta' impjegati fuq bażi ekwivalenti għal full time;

(d) 

il-qligħ jew telf qabel it-taxxa;

(e) 

it-taxxa fuq il-qligħ jew it-telf;

(f) 

is-sussidji pubbliċi riċevuti.

2.  
Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet jiżvelaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) għall-ewwel darba fi 1 ta’ Lulju 2014.
3.  
Sa 1 ta’ Lulju 2014, l-istituzzjonijiet globali sistemikament importanti kollha awtorizzati fl-Unjoni għabhom jippreżentawlill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(d) sa (f)fuq bażi kunfidenzjali. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-ABE, lill-EIOPA u lill-AETS, kif opportun, għandha twettaq valutazzjoni ġenerali fir-rigward tal-konsegwenzi ekonomiċi negattivi potenzjali tal-iżvelar pubbliku ta' tali informazzjoni, inkluż l-impatt fuq il-kompetittività, l-investiment u d-disponibbiltà tal-kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2014.

Fejn ir-rapport tal-Kummissjoni jidentifika effetti negattivi sinifikanti, il-Kummissjoni għandha tqis li tagħmel proposta leġislattiva adatta għall-emendar tal-obbligi tal-iżvelar stipulati fil-paragrafu 1 u tista' konformement mal-punt (h) tal-Artikolu 145 tiddeċiedi li tiddifferixxi dawk l-obbligi. Il-Kummissjoni kull sena għandha tirrieżamina kull sena n-neċessità li testendi dan id-differiment.

4.  
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi vverifikata skont id-Direttiva 2006/43/KE u għandha tiġi ppubblikata, fejn possibbli, bħala anness għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew, fejn applikabbli, għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-istituzzjoni kkonċernata.
5.  
Sa fejn atti leġislattivi futuri tal-Unjoni għal obbligi ta' żvelar ikunu jeċċedu dawk stabbiliti f'dan l-Artikolu, dan l-Artikolu m'għandux jibqa' japplika u għandu jitħassar kif meħtieġ.

▼M5

6.  
Sal-1 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-ABE, l-EIOPA u l-ESMA, għandha tirrieżamina jekk l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1 għadhiex adegwata, filwaqt li tqis il-valutazzjonijiet tal-impatt, ftehimiet internazzjonali u żviluppi leġislattivi preċedenti fl-Unjoni, u jekk rekwiżiti ta' aktar informazzjoni rilevanti jistgħux jiġu miżjuda mal-paragrafu 1.

Sat-30 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-konsultazzjoni mal-ABE, mal-EIOPA u mal-ESMA, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu u, fejn adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼B

Artikolu 90

Żvelar pubbliku tal-prestazzjoni fuq l-assi

L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw fir-rapport annwali tagħhom fost l-indikaturi ewlenin il-prestazzjoni tagħhom fuq l-assi, ikkalkulata bħala l-qligħ nett tagħhom diviża bil-karta tal-bilanċ totali tagħhom.

Artikolu 91

Korp ta' ġestjoni

▼M5

1.  
L-istituzzjonijiet, kumpanniji azzjonarji finanzjarji u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, għandu jkollhom ir-responsabbiltà ewlenija li jiżguraw li l-membri tal-korp ta' ġestjoni huma dejjem ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom għarfien, ħiliet u esperjenza biżżejjed biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom. Il-membri tal-korp ta' ġestjoni għandhom, b'mod partikolari, jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8.

Fejn membri tal-korp ta' ġestjoni ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jneħħu tali membri mill-korp ta' ġestjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw b'mod partikolari jekk għadhomx jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu fejn ikollhom raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li qed jitwettqu, jew twettqu, jew kien hemm tentattiv li jitwettqu, il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, jew ikun hemm riskju miżjud ta' dan b'rabta ma' dik l-istituzzjoni.

▼B

2.  
Il-membri kollha tal-korp ta' ġestjoni għandhom jiddedikaw ħin biżżejjed għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom fl-istituzzjoni.
3.  

L-għadd ta’ karigi ta' direttur li jista' jkollu membru tal-korp ta' ġestjoni fl-istess waqt għandu jqis iċ-ċirkostanzi individwali u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni. Sakemm ma jirrappreżentawx l-Istat Membru, il-membri tal-korp ta' ġestjoni ta' istituzzjoni li tkun sinifikanti f'termini ta' daqs, organizzazzjoni interna u tan-natura, ambitu u kumplessità tal-attivitajiet tagħha, għandhom, mill-1 ta' Lulju 2014, ikollhom biss waħda, u mhux iżjed, mill-kombinazzjonijiet li ġejjin ta' karigi ta' direttur fl-istess ħin:

(a) 

kariga ta' direttur eżekuttiv wieħed b'żewġ karigi ta' direttur mhux eżekuttivi;

(b) 

erba' karigi ta' direttur mhux eżekuttivi.

4.  

Għall-finijiet tal-paragrafu 3, dawn li ġejjin jgħoddu bħala kariga ta' direttur wieħed:

(a) 

karigi ta' direttur eżekuttiv jew mhux eżekuttiv miżmuma fl-istess grupp;

(b) 

karigi ta' direttur eżekuttiv jew mhux eżekuttiv miżmuma fi:

(i) 

istituzzjonijiet li huma membri tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/ 2013; jew

(ii) 

impriżi (inklużi entitajiet mhux finanzjarji) li fihom l-istituzzjoni għandha parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti.

5.  
Il-karigi ta' direttur f'organizzazzjonijiet li ma jsegwux b'mod predominanti objettivi kummerċjali m'għandhomx jgħoddu għall-finijiet tal-paragrafu 3.
6.  
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw membri tal-korp ta' ġestjoni biex ikollhom kariga addizzjonali ta' direttur mhux eżekuttiv. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw b'mod regolari lill-ABE dwar tali awtorizzazzjonijiet.

▼M5

7.  
Il-korp ta' ġestjoni għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati biex ikun jista' jifhem l-attivitajiet tal-istituzzjoni, inklużi r-riskji ewlenin. Il-kompożizzjoni ġenerali tal-korp ta' ġestjoni għandha tirrifletti firxa adegwatament wiesgħa ta' esperjenzi.
8.  
Kull membru tal-korp ta' ġestjoni għandu jaġixxi b'onestà, integrità u indipendenza fil-ħsieb biex jivvaluta u jikkontesta b'mod effettiv id-deċiżjonijiet tal-maniġment superjuri fejn meħtieġ u biex jissorvelja u jwettaq monitoraġġ effettiv fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni. Li wieħed ikun membru ta' kumpanniji affiljati jew ta' entitajiet affiljati ma jikkostitwixxix fih innisfu ostaklu biex tittieħed azzjoni bl-indipendenza fil-ħsieb.

▼B

9.  
L-Istituzzjonijiet għandhom jiddedikaw riżorsi umani u finanzjarji adegwati għat-trawwim u t-taħriġ tal-membri tal-korp ta' ġestjoni.
10.  
L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet u l-kumitati ta' nominazzjoni rispettivi tagħhom jużaw persuni b'sett wiesa' ta' kwalitajiet u kompetenzi fir-reklutaġġ ta' membri għall-korp ta' ġestjoni u għal dak l-għan jistabbilixxu politika li tippromwovi d-diversità fi ħdan il-korp ta' ġestjoni.
11.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l-informazzjoni żvelata f'konformità mal-Artikolu 435(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għandhom jagħmlu użu minnha biex jivvalutaw b'mod komparattiv il-prattiki ta' diversità. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-ABE. L-ABE għandha tuża dik l-informazzjoni għall-valutazzjoni komparattiva tal-prattika ta' diversità fil-livell tal-Unjoni.
12.  

L-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar dan li ġej:

(a) 

il-kunċett ta’ impenn suffiċjenti tal-ħin iddedikat ta’ membru tal-korp ta' ġestjoni biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, b'rabta maċ-ċirkostanzi individwali u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet fl-istituzzjoni;

(b) 

il-kunċett ta' għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati tal-korp ta' ġestjoni kif imsemmi fil-paragrafu 7;

(c) 

il-kunċett ta' onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb ta' membru tal-korp ta' ġestjoni kif imsemmi fil-paragrafu 8;

(d) 

il-kunċett ta' riżorsi umani u finanzjarji adegwati ddedikati għat-trawwim u t-taħriġ tal-membri tal-korp ta' ġestjoni kif imsemmi fil-paragrafu 9;

(e) 

il-kunċett ta' diversità li għandha titqies fl-għażla tal-membri tal-korp ta' ġestjoni kif imsemmi fil-paragrafu 10;

▼M5

(f) 

l-applikazzjoni konsistenti tas-setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

▼B

L-ABE għandha toħroġ dawk il-linji gwida sal-31 ta’ Diċembru 2015.

13.  
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati fil-korp ta' ġestjoni kif previst mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 92

Politiki ta’ rimunerazzjoni

▼M5 —————

▼B

2.  

►M5  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jistabbilixxu u japplikaw il-politiki ta' rimunerazzjoni totali, inkluż is-salarji u l-benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji, għal kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, l-istituzzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin b'mod li jkun adatt għad-daqs tagħhom, għall-organizzazzjoni interna tagħhom, u għan-natura, għall-ambitu u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom: ◄

(a) 

il-politika ta’ rimunerazzjoni tkun konsistenti ma’ ġestjoni ta' riskji soda u effikaċi u tippromwoviha u ma tinkoraġġixxix it-teħid ta’ riskji li jaqbeż il-livell ta’ riskju tollerat tal-istituzzjoni;

▼M5

(aa) 

il-politika ta' rimunerazzjoni hija politika ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi;

▼B

(b) 

il-politika tar-rimunerazzjoni tkun konformi mal-istrateġija tan-negozju, l-objettivi, il-valuri u l-interessi fit-tul tal-istituzzjoni, u tinkorpora miżuri biex ikunu evitati kunflitti ta’ interess;

(c) 

il-korp ta' ġestjoni ta' istituzzjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu jadotta u perjodikament jirrieżamina l-prinċipji ġenerali tal-politika ta’ rimunerazzjoni u jkun responsabbli għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tagħha;

(d) 

l-implimentazzjoni tal-politika ta’ rimunerazzjoni tkun, tal-inqas kull sena, soġġetta għal rieżami intern ċentrali u indipendenti rigward il-konformità mal-politiki u l-proċeduri għar-rimunerazzjoni adottati mill-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu;

(e) 

il-persunal involut fil-funzjonijiet ta’ kontroll ikun indipendenti mill-unitajiet tan-negozju li jissorveljaw, ikollu awtorità xierqa, u jkun irrimunerat skont il-kisba tal-objettivi marbuta mal-funzjonijiet tiegħu, indipendentement mill-prestazzjoni tal-oqsma tan-negozju li jikkontrolla;

(f) 

ir-rimunerazzjoni tal-uffiċjali għolja fil-funzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskji u l-konformità tkun issorveljata direttament mill-kumitat għar-rimunerazzjoni msemmi fl-Artikolu 95 jew, jekk tali kumitat ma jkunx ġie stabbilit, mill-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu;

(g) 

il-politika ta' rimunerazzjoni, b'kont meħud tal-kriterji nazzjonali dwar l-iffissar tal-pagi, tagħmel distinzjoni ċara bejn kriterji għall-iffissar ta':

(i) 

rimunerazzjoni bażika fissa, li għandha tirrifletti primarjament l-esperjenza professjonali rilevanti u r-responsabilità fl-organizzazzjoni kif stipulat fid-deskrizzjoni tal-impjieg tal-impjegat bħala parti mit-termini tal-impjieg; u

(ii) 

rimunerazzjoni varjabbli li għandha tirrifletti prestazzjoni sostenibbli u aġġustata għar-riskju kif ukoll prestazzjoni ikbar minn dik mitluba biex wieħed jissodisfa d-deskrizzjoni tal-impjieg tal-impjegat bħala parti mit-termini tal-impjieg.

▼M5

3.  

Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni għandhom, tal-inqas, jinkludu:

(a) 

il-membri kollha tal-korp ta' ġestjoni u tal-maniġment superjuri;

(b) 

il-membri tal-persunal b'responsabbiltajiet maniġerjali fuq il-funzjonijiet ta' kontroll jew l-unitajiet tan-negozju materjali tal-istituzzjoni;

(c) 

membri tal-persunal intitolati għal rimunerazzjoni sinifikanti fis-sena finanzjarja preċedenti, dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

ir-rimunerazzjoni tal-membru tal-persunal tkun ugwali għal jew aktar minn EUR 500 000 u ugwali għal jew aktar mir-rimunerazzjoni medja mogħtija lill-membri tal-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjoni u l-maniġment superjuri msemmija fil-punt (a);

(ii) 

il-membru tal-persunal iwettaq l-attività professjonali fl-unità tan-negozju materjali u l-attività tkun tat-tip li għandha impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju rilevanti tal-unità tan-negozju.

▼B

Artikolu 93

Istituzzjonijiet li jibbenefikaw minn intervent tal-gvern

Fil-każ tal-istituzzjonijiet li jibbenefikaw minn intervent eċċezzjonali tal-gvern, il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw flimkien ma’ dawk stipulati fl-Artikolu 92(2):

(a) 

rimunerazzjoni varjabbli tkun strettament limitata bħala persentaġġ tad-dħul nett meta din ma tkunx konsistenti maż-żamma ta’ bażi kapitali soda u l-ħruġ f’waqtu mill-appoġġ tal-gvern;

(b) 

l-awtoritjajiet kompetenti rilevanti jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jirristrutturaw ir-rimunerazzjoni b’mod allinjat mal-ġestjoni tar-riskji sod u t-tkabbir fuq terminu twil, inkluż, meta jkun xieraq, l-istabbiliment ta’ limiti għar-rimunerazzjoni tal-membri tal-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjoni;

(c) 

l-ebda rimunerazzjoni varjabbli ma titħallas lill-membri tal-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjoni sakemm ma tkunx iġġustifikata.

Artikolu 94

Elementi varjabbli tar-rimunerazzjoni

1.  

Għall-elementi varjabbli tar-rimunerazzjoni, il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw flimkien ma’, u bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk stipulati fl-Artikolu 92(2):

(a) 

meta r-rimunerazzjoni tkun irrelatata mal-prestazzjoni, l-ammont totali tar-rimunerazzjoni jkun ibbażat fuq kombinazzjoni tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwu u tal-unità tan-negozju kkonċernata u tar-riżultati ġenerali tal-istituzzjoni u meta ssir il-valutazzjoni tal-prestazzjoni individwali, għandhom jitqiesu kriterji finanzjarji u mhux finanzjarji;

(b) 

il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tkun stabbilita f’qafas pluriennali sabiex ikun żgurat li l-proċess ta' evalwazzjoni jkun ibbażat fuq prestazzjoni aktar fit-tul u li l-ħlas reali tal-komponenti tar-rimunerazzjoni bbażati fuq il-prestazzjoni jkun mifrux fuq perijodu li jqis iċ-ċiklu ekonomiku sottostanti tal-istituzzjoni ta' kreditu u r-riskji tan-negozju tagħha;

(c) 

ir-rimunerazzjoni varjabbli totali ma tillimitax il-kapaċità tal-istituzzjoni li ssaħħaħ il-bażi kapitali tagħha;

(d) 

ir-rimunerazzjoni varjabbli ggarantita mhix konsistenti mal-ġestjoni tajba tar-riskju jew mal-prinċipju ta' ħlas għal prestazzjoni u m'għandhiex tkun parti mill-pjanijiet ta' rimunerazzjoni prospettivi;

(e) 

rimunerazzjoni varjabbli ggarantita tkun eċċezzjonali, isseħħ biss meta jiġi impjegat persunal ġdid u fejn l-istituzzjoni jkollha bażi ta' kapital tajba u b'saħħitha u tkun limitata għall-ewwel sena tal-impjieg;

(f) 

il-komponenti fissi u varjabbli tar-rimunerazzjoni totali huma bbilanċjati b'mod adatt u l-komponent fiss jirrapreżenta proporzjon għoli biżżejjed tar-rimunerazzjoni totali biex tkun tista’ titħaddem politika kompletament flessibbli, fuq komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni, inkluża l-possibbiltà li ma jitħallas l-ebda komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni;

(g) 

l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-proporzjonijiet xierqa bejn il-komponent fiss u l-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni totali, fejn għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(i) 

Il-komponent varjabbli m'għandux jaqbeż il-100 % tal-komponent fiss tar-rimunerazzjoni totali għal kull individwu. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwali massimu aktar baxx;

(ii) 

L-Istati Membri jistgħu jħallu lill-azzjonisti jew lis-sidien jew membri tal-istituzzjoni japprovaw livell massimu ogħla tal-proporzjon bejn il-komponent fiss u dak varjabbli tar-rimunerazzjoni sakemm il-livell ġenerali tal-komponent varjabbli ma jaqbiżx il-200 % tal-komponent fiss tar-rimunerazzjoni totali għal kull individwu. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwali massimu aktar baxx.

Kwalunkwe approvazzjoni ta' proporzjon ogħla skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, għandha titwettaq f'konformità mal-proċedura li ġejja:

— 
l-azzjonisti jew is-sidien jew il-membri tal-istituzzjoni għandhom jaġixxu fuq rakkomandazzjoni dettaljata mill-istituzzjoni, u jagħtu r-raġunijiet għal u l-ambitu ta' approvazzjoni mitluba, inkluż l-għadd ta' persunal affettwat, il-funzjonijiet tagħhom kif ukoll l-impatt mistenni fuq ir-rekwiżit biex tinżamm bażi ta' kapital soda;
— 
l-azzjonisti jew sidien jew membri tal-istituzzjoni għandhom jaġixxu b'maġġoranza ta' mill-inqas 66 % sakemm mill-inqas 50 % tal-ishma jew tad-drittijiet ta' sjieda ekwivalenti jkunu rappreżentati jew, jekk ma jsirx hekk, huma għandhom jaġixxu b'maġġoranza ta' 75 % tad-drittijiet tas-sjieda rappreżentati;
— 
l-istituzzjoni għandha tinnotifika lill-azzjonisti jew lis-sidien jew lill-membri tal-istituzzjoni, filwaqt li tagħti perijodu ta' notifika raġonevoli minn qabel, li ser tintalab approvazzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt;
— 
l-istituzzjoni, għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti dwar ir-rakkomandazzjoni lill-azzjonisti jew lis-sidien jew lill-membri tagħha, inkluż il-proporzjon massimu ogħla propost u r-raġunijiet għal dan, u għandha, tkun kapaċi turi lill-awtorità kompetenti li l-proporzjon ogħla propost jaqbel mal-obbligi tal-istituzzjoni skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 wara li kkunsidrat b'mod partikolari l-obbligi ta' fondi proprji tal-istituzzjoni;
— 
l-istituzzjoni għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtorità kompetenti dwar id-deċiżjonijiet meħuda mill-azzjonisti jew sidien membri tagħha, inkluż kwalunkwe proporzjon massimu ogħla skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l-informazzjoni li taslilhom biex jivvalutaw b'mod komparattiv il-prattiki tal-istituzzjonijiet f'dak ir-rigward. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu dik l-informazzjoni lill-ABE, li għandha tippubblikaha fuq bażi aggregata skont l-Istat Membru domiċiljari f’format ta’ rappurtar komuni. L-ABE tista’ wkoll tfassal linji gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dan l-inċiż u tiżgura l-konsistenza tal-informazzjoni miġbura.
— 
il-persunal li huwa kkonċernat direttament mil-livelli massimi ogħla ta' rimunerazzjoni varjabbli msemmija f'dan il-punt m'għandhiex, fejn applikabbli, tingħata permess teżerċita, direttament jew indirettament, kwalunkwe dritt tal-vot li huma jista' jkollhom bħala azzjonisti jew sidien jew membri tal-istituzzjoni.
(iii) 

L-Istati Membri jistgħu jħallu lill-istituzzjonijiet japplikaw ir-rata ta' skont imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-punt għal massimu ta' 25 % tar-rimunerazzjoni varjabbli totali sakemm titħallas fi strumenti li huma differiti għal perijodu ta' mhux inqas minn ħames snin. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwali massimu aktar baxx.

L-ABE għandha tħejji u tippubblika, sal-31 ta' Maruz 2014, linji gwida dwar ir-rata ta' skont nozzjonali applikabbli b'kont meħud tal-fatturi rilevanti kollha inkluż ir-rata tal-inflazzjoni u r-riskju, li jinkludi t-tul ta' differiment. Il-linji gwida tal-ABE dwar ir-rata ta' skont għandha tqis speċifikament kif tagħti inċentiv għall-użu ta' strumenti li huma differiti għal perijodu ta' mhux inqas minn ħames snin.

(h) 

il-pagamenti relatati mat-terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt jirriflettu l-prestazzjoni miksuba matul iż-żmien u ma jingħatawx falliment jew kondotta ħażina;

(i) 

pakketti ta' rimunerazzjoni relatati mal-kumpens jew l-akkwiżizzjoni minn kuntratti f'impjieg preċedenti għandu jallinja mal-interessi fit-tul tal-istituzzjoni inkluż retenzjoni, differiment, prestazzjoni u arranġamenti ta' restituzzjoni (claw back).

(j) 

il-kalkolu tal-prestazzjoni użat fil-kalkolu tal-komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni jew aggregazzjonijiet ta’ komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni jinkludi l-aġġustament għat-tipi kollha ta’ riskji attwali u futuri u jqis l-ispejjeż tal-kapital u l-likwidità meħtieġa;

(k) 

l-allokazzjoni tal-komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni fi ħdan l-istituzzjoni għandha tqis ukoll it-tipi kollha ta’ riskji attwali u futuri;

(l) 

porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ mill-inqas 50 %, ta’ kwalunkwe rimunerazzjoni varjabbli għandha tikkonsisti f’bilanċ ta' dan li ġej:

▼M5

(i) 

ishma jew, soġġetti għall-istruttura legali tal-istituzzjoni kkonċernata, interessi ta' sjieda ekwivalenti; jew strumenti marbuta mal-ishma jew, soġġett għall-istruttura legali tal-istituzzjoni kkonċernata, strumenti ekwivalenti mhux fi flus;

▼B

(ii) 

fejn ikun possibbli, strumenti oħra fis-sens tal-Artikolu 52 jew 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew strumenti oħra li jistgħu jiġu konvertiti kompletament għall-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jew jinkitbu, li f'kull każ jirriflettu adegwatament il-kwalità tal-kreditu tal-istituzzjoni bħala negozju avvjat u huma adatti biex jintużaw għall-finijiet ta' rimunerazzjoni varjabbli.

L-istrumenti msemmija f’dan il-punt għandhom ikunu soġġetti għal politika ta’ retenzjoni xierqa mfassla b'mod li l-inċentivi jkunu allinjati mal-interessi aktar fit-tul tal-istituzzjoni. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jpoġġu restrizzjonijiet fuq it-tipi u d-disinji ta’ dawk l-istrumenti jew jipprojbixxu ċerti strumenti, kif ikun xieraq. Dan il-punt għandu jkun applikat kemm għall-porzjon tal-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni differit skont il-punt (m) u l-porzjon tal-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni mhux differit;

▼M5

(m) 

porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ tal-anqas 40 % tal-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni jkun iddifferit matul perijodu ta' mhux inqas minn erba' sa ħames snin u jkun allinjat b'mod korrett man-natura tan-negozju, ir-riskji tiegħu u l-attivitajiet tal-membru tal-persunal ikkonċernat. Għal membri tal-korp ta' ġestjoni u l-maniġment superjuri ta' istituzzjonijiet li jkunu sinifikanti f'termini tad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura tagħhom, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, il-perijodu ta' deferenza jenħtieġ li ma jkunx inqas minn ħames snin.

Ir-rimunerazzjoni li għandha titħallas skont l-arranġamenti ta' differiment m'għandhiex tvesti aktar malajr minn waħda fuq bażi pro-rata. Fil-każ ta' komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni ta' ammont partikolarment għoli, tal-inqas 60 % tal-ammont għandu jiġi differit. It-tul tal-perjodu tad-differiment għandu jkun stabbilit f'konformità maċ-ċiklu ekonomiku, in-natura tan-negozju, ir-riskji tiegħu u l-attivitajiet tal-membru tal-persunal ikkonċernat;

▼B

(n) 

ir-rimunerazzjoni varjabbli, inkluż il-porzjon iddifferit, titħallas jew tvesti biss jekk tkun sostenibbli skont is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni fl-intier tagħha, u tkun iġġustifikata abbażi tal-prestazzjoni tal-istituzzjoni, l-unità tan-negozju u l-individwu kkonċernat.

Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ġenerali tal-liġijiet nazzjonali dwar il-kuntratti u dwar l-impjiegi, ir-rimunerazzjoni varjabbli totali għandha ġeneralment tiċċekken konsiderevolment meta sseħħ prestazzjoni finanzjarja mdgħajfa jew negattiva tal-istituzzjoni, b’kont meħud kemm tar-rimunerazzjoni attwali kif ukoll tat-tnaqqis fil-pagamenti ta’ ammonti li jkunu ddaħħlu preċedentement, inklużi minħabba arranġamenti ta’ malus jew clawback.

Sa 100 % tar-rimunerazzjoni varjabbli totali għandha tkun soġġetta għal arranġamenti ta' malus jew clawback. L-istituzzjonijiet għandhom jiffissaw kriterji speċifiċi għall-applikazzjoni tal-malus u l-clawback. Tali kriterji għandhom b'mod partikolari jkopru sitwazzjonijiet fejn il-membru tal-persunal:

(i) 

ipparteċipa fi jew kien responsabbli għal imġiba li rriżultat f'telf sinifikanti għall-istituzzjoni;

(ii) 

naqas li jissodisfa standards xierqa ta' idoneità u proprjetà;

(o) 

il-politika dwar il-pensjonijiet tkun konformi mal-istrateġija tan-negozju, l-objettivi, il-valuri u l-interessi fit-tul tal- istituzzjoni.

Jekk l-impjegat jitlaq mill-istituzzjoni qabel ma jirtira, il-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni għandhom jinżammu mill-istituzzjoni għal perijodu ta’ ħames snin fil-forma ta’ strumenti msemmija fil-punt (l). Fejn impjegat li jilħaq l-età tal-irtirar, il-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni għandhom jitħallsu lill-impjegat fil-forma ta’ strumenti msemmija fil-punt (l) soġġetti għal perijodu ta’ retenzjoni ta’ ħames snin;

(p) 

il-membri tal-persunal jkunu meħtieġa jimpenjaw ruħhom li ma jużawx strateġiji personali ta' kopertura jew assigurazzjoni relatata mar-rimunerazzjoni u mar-responsabbiltà biex jimminaw l-effetti tal-allinjament tar-riskju integrati fl-arranġamenti tar-rimunerazzjoni tagħhom;

(q) 

ir-rimunerazzjoni varjabbli ma titħallasx b'mezzi jew metodi li jiffaċilitaw in-nuqqas ta' konformità ma’ din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

▼M5

2.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (l)(ii) tal-paragrafu 1.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2014.

▼M7

Bil-għan li jiġi identifikat persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil ta’ riskju tal-istituzzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 92(3), ħlief fir-rigward ta’ persunal f’ditti tal-investiment, l-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-kriterji biex jiġi definit dan li ġej:

(a) 

responsabbiltà maniġerjali u funzjonijiet ta’ kontroll;

(b) 

unità operatorja materjali u impatt sinifikanti fuq il-profil ta’ riskju tal-unità operatorja rilevanti; u

(c) 

kategoriji oħrajn ta’ persunal li ma jissemmewx b’mod espliċitu fl-Artikolu 92(3) li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt fuq il-profil ta’ riskju tal-istituzzjoni li b’mod komparabbli huwa materjali daqs dak ta’ dawk il-kategoriji ta’ persunal imsemmija fih.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta’ Diċembru 2019.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li japplikaw għad-ditti tal-investiment, l-għoti tas-setgħa stabbilita fl-Artikolu 94(2) ta’ din id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ), għandha tkompli tapplika sas-26 ta’ Ġunju 2021.

▼M5

3.  

Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (l) u (m) u fit-tieni paragrafu tal-punt (o) ta' dak il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal:

(a) 

istituzzjoni li ma tkunx istituzzjoni kbira kif definita fil-punt (146) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li l-valur tal-assi tagħha jkun fil-medja u fuq bażi individwali f'konformità ma' din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 ugwali għal jew inqas minn EUR 5 biljun fuq il-perijodu ta' erba' snin immedjatament qabel is-sena finanzjarja attwali;

(b) 

membru tal-persunal li r-rimunerazzjoni varjabbli annwali tiegħu ma taqbiżx EUR 50 000 u ma tirrappreżentax aktar minn terz tar-rimunerazzjoni annwali totali tal- membru tal-persunal.

4.  

Permezz ta' deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 3, Stat Membru jista' jnaqqas jew iżid il-limitu massimu msemmi fih, dment li:

(a) 

l-istituzzjoni li b'rabta magħha l-Istat Membru jagħmel użu minn din id-dispożizzjoni ma tkunx istituzzjoni kbira kif definita fil-punt (146) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, meta l-limitu massimu jiġi miżjud:

(i) 

l-istituzzjoni tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punti (145)(c), (d) u (e) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(ii) 

il-limitu massimu ma jaqbiżx l-EUR 15-il biljun;

(b) 

huwa adatt li jiġi modifikat il-livell massimu f'konformità ma' dan il-paragrafu filwaqt li jittieħed kont tan-natura tal-istituzzjoni, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, l-organizzazzjoni interna tagħha jew, jekk applikabbli, il-karatteristiċi tal-grupp li għalih tappartjeni.

5.  
Permezz ta' deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 3, Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-membri tal-persunal intitolati għal rimunerazzjoni varjabbli annwali inqas mil-limitu massimu u s-sehem imsemmi f'dak il-punt ma għandhomx ikunu soġġetti għall-eżenzjoni li tinsab fih minħabba speċifiċitajiet tas-suq nazzjonali f'termini ta' prattiki tar-rimunerazzjoni jew minħabba n-natura tar-responsabbiltajiet u l-profil tax-xogħol ta' dawk il-membri tal-persunal.
6.  
Sat-28 ta' Ġunju 2023, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, għandha tirrevedi u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 3 sa 5 u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġislattiva, jekk adatt.
7.  
L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-paragrafi 3, 4 u 5 u li jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tagħhom.

▼B

Artikolu 95

Kumitat għar-Rimunerazzjoni

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet li jkunu sinifikanti fid-daqs u l-organizzazzjoni interna tagħhom u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom jistabbilixxu kumitat għar-rimunerazzjoni. Il-kumitat għar-rimunerazzjoni għandu jkun ikkostitwit b’tali mod li jkun jista’ jeżerċita ġudizzju kompetenti u indipendenti dwar il-politiki u l-prattiki tar-rimunerazzjoni u l-inċentivi maħluqa għall-ġestjoni tar-riskji, il-kapital u l-likwidità.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kumitat għar-rimunerazzjoni jkun responsabbli għat-tħejjija ta’ deċiżjonijiet rigward ir-rimunerazzjoni, inklużi dawk li jkollhom implikazzjonijiet għar-riskji u l-ġestjoni tar-riskji tal-istituzzjoni kkonċernata u li jridu jittieħdu mill-korp ta' ġestjoni. Il-President u l-membri tal-kumitat għar-rimunerazzjoni għandhom ikunu membri tal-korp ta' ġestjoni li ma jwettqu l-ebda funzjoni eżekuttiva fl-istituzzjoni kkonċernata. Jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi rappreżentanza tal-impjegati fil-korp ta' ġestjoni, il-kumitat għar-rimunerazzjoni għandu jinkludi rappreżentant wieħed jew aktar tal-impjegati. Meta jkun qed iħejji deċiżjonijiet bħal dawn, il-kumitat għar-rimunerazzjoni għandu jqis l-interessi fit-tul tal-azzjonisti, l-investituri u partijiet interessati oħra fl-istituzzjoni u l-interess pubbliku.

Artikolu 96

Sit elettroniku dwar il-governanza korporattiva u r-rimunerazzjoni

L-istituzzjonijiet li jkollhom sit web għandhom jispjegaw hemmhekk kif huma jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikoli 88 sa 95.



Taqsima III

Rieżami superviżorju u proċess ta’ evalwazzjoni

Artikolu 97

Rieżami superviżorju u evalwazzjoni

1.  

B'kont meħud tal-kriterji tekniċi stipulati fl-Artikolu 98, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jevalwaw:

(a) 

ir-riskji li l-istituzzjonijiet ikunu jew jistgħu jkunu esposti għalihom;

▼M5 —————

▼B

(c) 

ir-riskji skoperti mill-ittestjar għal stress b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta' istituzzjoni.

2.  
L-ambitu tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikopru r-rekwiżiti kollha ta’ din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
3.  
Abbażi tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet u l-fondi proprji u l-likwidità miżmuma minnhom jiżgurawx ġestjoni u kopertura tajbin tar-riskji tagħhom.
4.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-frekwenza u l-intensità tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tad-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni kkonċernata u jqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità. Ir-rieżami u l-evalwazzjoni għandhom ikunu aġġornati mill-inqas fuq bażi annwali għall-istituzzjonijiet koperti mill-programm ta' eżami superviżorju msemmi fl-Artikolu 99(2).

▼M5

Meta jwettqu rieżami u evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-prinċipju tal-proporzjonalità f'konformità mal-kriterji żvelati skont il-punt (c) tal-Artikolu 143(1).

4a.  
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jfasslu l-metodoloġiji apposta għall-applikazzjoni tar-rieżami u tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex iqisu istituzzjonijiet bi profil tar-riskju simili, bħalma huma mudelli tan-negozju jew il-pożizzjonijiet ġeografiċi ta' skoperturi simili. Tali metodoloġiji mfassla apposta jistgħu jinkludu punti ta' riferiment orjentati lejn ir-riskju u indikaturi kwantitattivi, għandhom jippermettu konsiderazzjoni dovuta tar-riskji speċifiċi li tista' tkun esposta għalihom kull istituzzjoni u ma għandhomx jaffettwaw in-natura tal-miżuri speċifiċi għall-istituzzjoni imposti f'konformità mal-Artikolu 104.

Fejn awtoritajiet kompetenti jużaw metodoloġiji mfassla apposta skont dan il-paragrafu, dawn għandhom jinnotifikaw lill-ABE. L-ABE għandha timmonitorja l-prattiki superviżorji u toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, waqt li tispeċifika kif profili tar-riskju simili għandhom jiġu evalwati għall-finijiet ta' dan il-paragrafu u biex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti u proporzjonata ta' metodoloġiji madwar l-Unjoni li jkunu mfassla għal istituzzjonijiet simili.

▼B

5.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn rieżami juri li istituzzjoni tista' toħloq riskju sistemiku skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 l-awtoritajiet kompetenti jinformaw lill-ABE mingħajr dewmien bir-riżultati tar-rieżami.

▼M5

6.  
Fejn rieżami, b'mod partikolari l-evalwazzjoni tal-arranġamenti ta' governanza, il-mudell tan-negozju, jew l-attivitajiet ta' istituzzjoni, jagħti lill-awtoritajiet kompetenti raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li, b'rabta ma' dik l-istituzzjoni, qed jitwettqu, jew twettqu, jew kien hemm tentattiv li jitwettqu, il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, jew ikun hemm riskju miżjud ta' dan, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament tinnotifika l-ABE u lill-awtorità jew il-korp li jissorvelja l-istituzzjoni f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 u li jkun kompetenti biex jiżgura l-konformità ma' dik id-Direttiva. Fil-każ ta' riskju miżjud potenzjali ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, l-awtorità kompetenti u l-awtorità jew il-korp li jissorvelja l-istituzzjoni f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 u li jkun kompetenti biex jiżgura l-konformità ma' dik id-Direttiva għandhom jikkomunikaw u jinnotifikaw il-valutazzjoni komuni tagħhom immedjatament lill-ABE. L-awtorità kompetenti għandha tieħu, kif adatt, miżuri f'konformità ma' din id-Direttiva.

▼B

Artikolu 98

Kriterji tekniċi għar-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji

1.  

Minbarra r-riskji tal-kreditu, tas-swieq u operattivi, ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 97 għandhom jinkludu tal-inqas:

(a) 

ir-riżultati tal-ittestjar għal stress mwettaq f'konformità mal-Artikolu 177 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mill-istituzzjonijiet li japplikaw approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni;

(b) 

l-iskopertura għar-riskju ta’ konċentrazzjoni u l-ġestjoni tiegħu mill-istituzzjonijiet, inklużi l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stipulati fil-Parti Erbgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 81 ta’ din id-Direttiva;

(c) 

is-sodezza, l-idoneità u l-mod tal-applikazzjoni tal-politiki u l-proċeduri implimentati mill-istituzzjonijiet għall-ġestjoni tar-riskju residwu assoċjat mal-użu ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu rikonoxxuti;

(d) 

il-grad sa fejn il-fondi proprji miżmuma minn istituzzjoni fir-rigward tal-assi li tkun iggarantixxiet b'assi eżistenti jkunu adegwati meta titqies is-sustanza ekonomika tat-transazzjoni, inkluż il-grad tat-trasferiment tar-riskju miksub;

(e) 

l-iskopertura għar-riskju tal-likwidità, il-kalkolu u l-ġestjoni tiegħu mill-istituzzjonijiet, inkluż l-iżvilupp ta’ analiżijiet ta’ xenarji alternattivi, l-ġestjoni tal-mitiganti tar-riskju (b’mod partikolari l-livell, il-kompożizzjoni u l-kwalità tar-riżervi ta' likwidità) u l-pjani ta’ kontinġenza effikaċi;

(f) 

l-impatt tal-effetti tad-diversifikazzjoni u kif tali effetti jiġu kkunsidrati fis-sistema tal-kalkolu tar-riskju;

(g) 

ir-riżultati tal-ittestjar għal stress mwettaq mill-istituzzjonijiet permezz ta’ mudell intern għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq skont il-Kapitolu 5 tal-Parti Tlieta, Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(h) 

iż-żona ġeografika tal-iskoperturi tal-istituzzjonijiet;

(i) 

il-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni.

▼M5 —————

▼B

2.  
Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu regolarment valutazzjoni komprensiva tal-ġestjoni kumplessiva tar-riskju tal-likwidità mill-istituzzjonijiet u jippromwovu l-iżvilupp ta’ metodoloġiji interni validi. Waqt li jwettqu dawn ir-rieżamijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ir-rwol tal-istituzzjonijiet fis-swieq finanzjarji. L-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru wieħed għandhom iqisu kif xieraq l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħra kollha kkonċernati.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw jekk istituzzjoni tkunx ipprovdiet appoġġ impliċitu għal titolizzazzjoni. Jekk istituzzjoni tinstab li pprovdiet appoġġ impliċitu f’aktar minn okkażjoni waħda, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa li jirriflettu aspettattiva akbar li tkun ser tipprovdi appoġġ fil-futur għall-assigurazzjoni tagħha b'assi eżistenti u b’hekk ma tiksibx trasferiment sinifikanti tar-riskju.
4.  
Għall-finijiet tad-determinazzjoni li trid issir skont l-Artikolu 97(3) ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk l-aġġustamenti tal-valutazzjoni magħmula għal pożizzjonijiet jew portafolli fil-protafoll ta’ negozjar, kif stabbilit fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jippermettux lill-istituzzjoni tbiegħ jew tkopri l-pożizzjonijiet tagħha fi żmien qasir mingħajr ma tagħmel telf materjali skont kondizzjonijiet normali tas-suq.

▼M5

5.  
Ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-iskopertura tal-istituzzjonijiet għar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar.

Is-setgħat superviżorji għandhom ikunu eżerċitati tal-anqas fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

fejn il-valur ekonomiku tal-ekwità tal-istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 84(1) jonqos b'aktar minn 15 % tal-kapital tal-Grad 1 tagħha bħala riżultat ta' bidla f'daqqa u mhux mistennija fir-rati tal-imgħax kif stabbilit f'xi wieħed mis-sitt xenarji superviżorji ta' xokk applikati għar-rati tal-imgħax;

(b) 

fejn id-dħul mill-imgħax nett tal-istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 84(1) jesperjenza tnaqqis kbir bħala riżultat ta' bidla f'daqqa u mhux mistennija fir-rati tal-imgħax kif stabbilit f'xi wieħed miż-żewġ xenarji superviżorji ta' xokk applikati għar-rati tal-imgħax.

Minkejja t-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx ikunu obbligati jeżerċitaw setgħat superviżorji fejn iqisu, abbażi tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu, li l-ġestjoni mill-istituzzjoni tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tkun adegwata u li l-istituzzjoni ma tkunx eċċessivament esposta għar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar.

Għall-fini ta' dan il-paragrafu, it-terminu “setgħat superviżorji” ifisser is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 104(1) jew is-setgħa li jiġu speċifikati preżunzjonijiet ta' mudellar u parametriċi, minbarra dawk identifikati mill-ABE skont il-punt (b) tal-paragrafu 5a ta' dan l-Artikolu, li l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkolu tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità skont l-Artikolu 84(1).

▼M5

5a.  

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex għall-finijiet tal-paragrafu 5 tispeċifika:

(a) 

is-sitt xenarji ta' xokk superviżorji kif imsemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 u ż-żewġ xenarji ta' xokk superviżorji kif imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 li għandhom jiġu applikati għar-rati tal-imgħax għal kull munita;

(b) 

fid-dawl ta' standards prudenzjali maqbula internazzjonalment, is-suppożizzjonijiet komuni ta' mudellar u parametriċi, eskluż suppożizzjonijiet ta' mġiba, li l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkoli tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità kif imsemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, li għandhom ikunu limitati għal:

(i) 

it-trattament tal-ekwità stess tal-istituzzjoni;

(ii) 

l-inklużjoni, il-kompożizzjoni u l-iskontar tal-flussi ta' flus sensittivi għar-rati tal-imgħax li jirriżultaw mill-assi, l-obbligazzjonijiet u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni, inkluż it-trattament tal-marġini kummerċjali u komponenti tal-firxa oħra;

(iii) 

l-użu ta' mudelli tal-karta tal-bilanċ dinamiċi jew statiċi u t-trattament li jirriżulta minn pożizzjonijiet ammortizzati u dawk li jimmaturaw.

(c) 

fid-dawl ta' standards prudenzjali internazzjonalment maqbula, is-suppożizzjonijiet komuni ta' mudellar u parametriċi, eskluż suppożizzjonijiet ta' mġiba, li l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkoli tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità kif imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 li għandhom ikunu limitati għal:

(i) 

L-inklużjoni u l-kompożizzjoni tal-flussi ta' flus sensittivi għar-rati tal-imgħax li jirriżultaw mill-assi, l-obbligazzjonijiet u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni, inkluż it-trattament tal-marġini kummerċjali u komponenti tal-firxa oħra;

(ii) 

l-użu ta' mudelli tal-karta tal-bilanċ dinamiċi u/jew statiċi u t-trattament li jirriżulta minn pożizzjonijiet ammortizzati u dawk li jimmaturaw;

(iii) 

il-perijodu li matulu għandu jitkejjel l-introjtu nett futur mill-imgħax;

(d) 

dak li jikkostitwixxi tnaqqis kbir kif imsemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Qiegħda tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissuplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

▼B

6.  
Ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għar-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva kif rifless mill-indikaturi tal-lieva finanzjarja eċċessiva, inkluż il-proporzjon tal-lieva finanzjarja iddeterminat skont l-Artikolu 429 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta jiddeterminaw l-adegwatezza tal-proporzjon tal-lieva finanzjarja tal-istituzzjonijiet u tal-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet għall-ġestjoni tar-riskji ta’ lieva finanzjarja eċċessiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-mudell tan-negozju ta’ dawk l-istituzzjonijiet.
7.  
Ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-arranġamenti ta' governanza tal-istituzzjonijiet, il-kultura u l-valuri korporattivi tagħhom u l-kapaċità tal-membri tal-korp ta' ġestjoni li jwettqu dmirijiethom. Fit-twettiq ta’ dan ir-rieżami u tal-evalwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mill-inqas, ikollhom aċċess għall-aġendi u d-dokumenti akkumpanjanti tal-laqgħat tal-korp ta' ġestjoni u l-kumitati tiegħu, u r-riżultati tal-evalwazzjoni interna jew esterna rigward il-prestazzjoni tal-korp ta' ġestjoni.

▼M5

8.  
L-ABE għandha tivvaluta l-inklużjoni potenzjali fir-rieżami u evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tar-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza (riskji tal-ESG).

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-valutazzjoni tal-ABE għandu jkun fiha tal-inqas dan li ġej:

(a) 

l-iżvilupp ta' definizzjoni uniformi ta' riskji tal-ESG, inkluż riskji fiżiċi u riskji ta' transizzjoni; dawn tal-aħħar għandhom jinkludu r-riskji relatati mad-deprezzament minħabba bidliet regolatorji;

(b) 

l-iżvilupp ta' kriterji kwalitattivi u kwantitattivi adatti għall-valutazzjoni tal-impatt ta' riskji tal-ESG fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjonijiet fit-terminu qasir, medju u twil; tali kriterji għandhom tinkludu proċessi ta' ttestjar għal stress u analiżijiet ta' xenarji biex jiġi valutat l-impatt ta' riskji tal-ESG skont xenarji b'severitajiet differenti;

(c) 

l-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji li għandhom jiġu implimentati mill-istituzzjonijiet biex jiġu identifikati, valutati u ġestiti r-riskji tal-ESG;

(d) 

il-metodi u l-għodod ta' analiżi biex jivvalutaw l-impatt ta' riskji tal-ESG fuq is-self u l-attivitajiet ta' intermedjazzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet.

L-ABE għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Ġunju 2021.

Abbażi tal-eżiti tar-rapport tagħha, l-ABE tista', jekk adatt, toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, rigward l-inklużjoni uniformi tar-riskji tal-ESG fil-proċess ta' reviżjoni u ta' evalwazzjoni superviżorji mwettaq mill-awtoritajiet kompetenti.

▼B

Artikolu 99

Programm ta’ eżami superviżorju

1.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mill-inqas kull sena, jadottaw programm ta’ eżami superviżorju għall-istituzzjonijiet li huma jissorveljaw. Tali programm għandu jqis il-proċess ta' rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji skont l-Artikolu 97. Dan għandu jkun fih li ġej:

(a) 

indikazzjoni ta' kif l-awtoritajiet kompetenti biħsiebhom iwettqu l-kompiti tagħhom u jallokaw ir-riżorsi tagħhom;

(b) 

identifikazzjoni ta’ liema istituzzjonijiet ikunu maħsuba li jkunu soġġetti għal superviżjoni msaħħa u l-miżuri meħuda għal tali superviżjoni kif stipulat fil-paragrafu 3;

(c) 

pjan għal ispezzjonijiet fil-bini użat mill-istituzzjoni, inklużi l-fergħat u l-livelli sussidjarji tagħha stabbiliti fi Stati Membri oħra skont l-Artikoli 52, 119 u 122.

2.  

Il-programmi ta’ eżami superviżorju għandhom jinkludu l-istituzzjonijiet li ġejjin:

(a) 

i-istituzzjonijiet li fir-rigward tagħhom ir-riżultati tal-ittestjar għal stress msemmi fil-punti (a) u (g) tal-Artikolu 98(1) u l-Artikolu 100, jew l-eżitu tal-proċess ta' rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji skont l-Artikolu 97, jindikaw riskji sinifikanti għas-sodezza finanzjarja kontinwa tagħhom jew jindikaw ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M5 —————

▼B

(c) 

kwalunkwe istituzzjoni oħra li fir-rigward tagħha l-awtoritajiet kompetenti jqisu li dan ikun meħtieġ.

3.  

Fejn jitqies xieraq skont l-Artikolu 97, il-miżuri li ġejjin għandhom jittieħdu, b'mod partikolari, fejn ikun meħtieġ:

(a) 

żieda fin-numru jew il-frekwenza ta’ ispezzjonijiet fuq il-post tal-istituzzjoni;

(b) 

preżenza permanenti tal-awtorità kompetenti fl-istituzzjoni;

(c) 

rappurtar addizzjonali jew aktar frekwenti mill-istituzzjoni;

(d) 

rieżami addizzjonali jew aktar frekwenti tal-pjani operattivi, strateġiċi jew tan-negozju tal-istituzzjoni;

(e) 

eżamijiet tematiċi ta' monitoraġġ ta' riskji speċifiċi li x'aktarx li jkunu ser jimmaterjalizzaw.

4.  
L-adozzjoni ta' programm ta' eżami superviżorju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari m'għandhiex timpedixxi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti milli jwettqu, każ b'każ, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post tal-attivitajiet imwettqin minn fergħat ta' istituzzjonijiet fit-territorju tagħhom f'konformità mal-Artikolu 52(3).

Artikolu 100

Testijiet tal-istress superviżorji

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu, kif adatt iżda tal-inqas kull sena, testijiet superviżorji tal-istress fuq l-istituzzjonijiet taħt is-superviżjoni tagħhom, biex jiffaċilitaw il-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni skont l-Artikolu 97.
2.  
L-ABE għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tiżgura li jintużaw metodoloġiji komuni mill-awtoritajiet kompetenti meta jwettqu testijiet superviżorji tal-istress ta' kull sena.

Artikolu 101

Rieżami kontinwu tal-permess biex jintużaw approċċi interni

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw fuq bażi regolari, u tal-inqas kull tliet snin, il-konformità tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżiti dwar approċċi li jeħtieġu l-permess mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jużaw tali approċċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji skont il-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Huma għandhom iqisu b’mod partikolari l-bidliet fin-negozju ta' istituzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawk l-approċċi għal prodotti ġodda. Fejn jiġu identifikati nuqqasijiet materjali fil-kopertura tar-riskju mill-approċċ intern tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawn jiġu rranġati jew jittieħdu passi adatti biex jittaffew il-konsegwenzi tagħhom, inkluż billi jiġu imposti fatturi ta’ multiplikazzjoni ogħla, jew jiġu imposti żidiet kapitali, jew jittieħdu miżuri adatti u effettivi oħrajn.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, b'mod partikolari, jirrieżaminaw u jivvalutaw jekk l-istituzzjoni tużax tekniki u prattiki żviluppati sew u aġġornati għal dawk l-approċċi.
3.  
Jekk għal mudell intern tar-riskju tas-suq tinqabeż il-mira ħafna drabi kif imsemmi fl-Artikolu 366 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jindikaw li l-mudell mhuwiex jew m'għadux preċiż biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevokaw il-permess biex jintuża l-mudell intern jew jimponu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-mudell jittejjeb minnufih.
4.  
Jekk istituzzjoni tkun irċiviet permess li tapplika approċċ li jeħtieġ il-permess tal-awtoritajiet kompetenti qabel ma jintuża tali approċċ għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont il-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 iżda dan ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti biex jiġi applikat dan l-approċċ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġ li l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li l-effett tan-nuqqas ta' konformità huwa immaterjali fejn ikun applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew tippreżenta pjan għar-restawr mingħajr dewmien tal-konformità mar-rekwiżiti u tistabbilixxi skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu titjib f’dak il-pjan jekk ikun hemm il-probabbiltà li ma jirriżultax f’konformità sħiħa jew jekk l-iskadenza ma tkunx xierqa. Jekk l-istituzzjoni x'aktarx li ma tkunx tista’ tirrestawra l-konformità fi ħdan skadenza xierqa u - fejn applikabbli - ma tkunx uriet b'mod sodisfaċenti li l-effett tan-nuqqas ta' konformità huwa immaterjali, il-permess biex jintuża l-approċċ għandu jkun irrevokat jew limitat għal oqsma li jkunu konformi jew dawk fejn il-konformità tkun tista’ tinkiseb fi skadenza xierqa.
5.  
Sabiex tippromwovi s-sodezza konsistenti tal-approċċi interni fl-Unjoni, l-ABE għandha tanalizza l-approċċi interni fl-istituzzjonijiet kollha, inkluża l-konsistenza tal-implimentazzjoni tad-definizzjoni ta’ falliment u kif dawk l-istituzzjonijiet ittrattaw riskji jew skoperturi simli.

L-ABE għandha tiżvilupppa linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jkun fihom punti ta' riferiment abbażi ta’ dik l-analiżi.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu dik l-analiżi u l-punti ta' riferiment għar-rieżami tal-permessi li jagħtu lill-istituzzjonijiet biex jużaw l-approċċi interni.



Taqsima IV

Miżuri u setgħat superviżorji

Artikolu 102

Miżuri superviżorji

1.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lil istituzzjoni biex tieħu l-miżuri meħtieġa fi stadju bikri biex tindirizza problemi rilevanti fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

l-awtoritajiet kompetenti jkollhom evidenza li hu probabbli li l-istituzzjoni tikser ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fit-12-il xahar li ġejjin.

2.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu dawk is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 104.

▼M5 —————

▼B

Artikolu 104

Setgħat superviżorji

▼M5

1.  

Għall-finijiet tal-Artikolu 97, tal-Artikolu 98(4) u (5), tal-Artikolu 101(4) u tal-Artikolu 102 ta' din id-Direttiva u tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom tal-anqas ikollhom is-setgħa li:

(a) 

jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ikollhom fondi proprji addizzjonali li jaqbżu r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva;

(b) 

jirrikjedu r-rinforz tal-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji implimentati f'konformità mal-Artikoli 73 u 74;

(c) 

jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jippreżentaw pjan biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità mar-rekwiżiti superviżorji skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jistabbilixxu skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu, inkluż għat-titjib għal dak il-pjan rigward l-ambitu u l-iskadenza;

(d) 

jirrikjedu li l-istituzzjonijiet japplikaw politika speċifika ta' proviżjonament jew it-trattament tal-assi fir-rigward tar-rekwiżiti ta' fondi proprji;

(e) 

jirrikjedu jew jillimitaw in-negozju, l-attivitajiet jew in-netwerk tal-istituzzjonijiet jew li jitolbu ċ-ċessjoni tal-attivitajiet li joħolqu riskji eċċessivi għas-sodezza ta' istituzzjoni;

(f) 

jirrikjedu t-tnaqqis tar-riskju inerenti fl-attivitajiet, il-prodotti u s-sistemi tal-istituzzjonijiet, inkluż attivitajiet esternalizzati;

(g) 

jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jillimitaw ir-rimunerazzjoni varjabbli bħala perċentwal tad-dħul nett fejn ma tkunx konsistenti maż-żamma ta' bażi kapitali soda;

(h) 

jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jużaw il-profitti netti biex isaħħu l-fondi proprji;

(i) 

jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-distribuzzjonijiet jew il-pagamenti tal-imgħax minn istituzzjoni lill-azzjonisti, il-membri jew id-detenturi tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali fejn il-projbizzjoni ma tikkostitwixxix każ ta' inadempjenza mill-istituzzjoni;

(j) 

jimponu rekwiżiti ta' rappurtar addizzjonali jew aktar frekwenti, inkluż rappurtar dwar il-fondi proprji, likwidità u lieva;

(k) 

jimponu rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità, inkluż restrizzjonijiet fuq id-diskrepanzi fil-maturità bejn l-assi u l-obbligazzjoni;

(l) 

jirrikjedu żvelar addizzjonali.

2.  
Għall-finijiet tal-punt (j) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu biss jimponu obbligi ta' rapportar addizzjonali jew aktar spissi fuq l-istituzzjonijiet fejn l-informazzjoni rilevanti hija adatta u proporzjonata fir-rigward tal-għan li għalih l-informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa u ma tkunx duplikata l-informazzjoni mitluba.

Għall-finijiet tal-Artikoli 97 sa 102, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista' tkun meħtieġa mill-istituzzjonijiet għandha titqies bħala duplikattiva fejn l-istess jew sostanzjalment l-istess informazzjoni tkun diġà ġiet irrappurtata mod ieħor lill-awtorità kompetenti jew tista' tiġi prodotta mill-awtorità kompetenti.

L-awtorità kompetenti m'għandhiex teħtieġ li istituzzjoni tirrapporta informazzjoni addizzjonali fejn hija tkun preċedentement irċevietha f'format jew livell ta' granularità differenti u dak il-format jew il-granularità differenti ma jżommx lill-awtorità kompetenti milli tipproduċi informazzjoni tal-istess kwalità u affidabbiltà bħal dik prodotta fuq il-bażi tal-informazzjoni addizzjonali li nkella tiġi rappurtata mod ieħor.

▼M5 —————

▼M5

Artikolu 104a

Rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali

1.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu r-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) fejn, abbażi tar-rieżamijiet imwettqa f'konformità mal-Artikoli 97 u 101, dawn jiddeterminaw xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin għal istituzzjoni individwali:

(a) 

l-istituzzjoni tkun esposta għal riskji jew għal elementi ta' riskju li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti biżżejjed, kif speċifikat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 );

(b) 

l-istituzzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 73 u 74 ta' din id-Direttiva jew fl-Artikolu 393 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jkun improbabbli li miżuri superviżorji oħrajn ikunu biżżejjed biex jiżguraw li dawk ir-rekwiżiti jistgħu jiġu sodisfatti f'perijodu ta' żmien adatta;

(c) 

l-aġġustamenti msemmija fl-Artikolu 98(4) jitqiesu bħala insuffiċjenti sabiex l-istituzzjoni tkun tista' tbigħ jew tiħħeġġja l-pożizzjonijiet tagħha f'perijodu qasir bla ma ġġarrab telf materjali f'kondizzjonijiet normali tas-suq;

(d) 

l-evalwazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 101(4) turi li n-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-approċċ permess aktarx li jwassal għal rekwiżiti ta' fondi proprji inadegwati;

(e) 

l-istituzzjoni ripetutament tonqos milli tistabbilixxi jew iżżomm livell adegwat ta' fondi proprji addizzjonali biex tkopri l-gwida kkomunikata f'konformità mal-Artikolu 104b(3);

(f) 

sitwazzjonijiet oħrajn speċifiċi għall-istituzzjoni li jitqiesu bħala li jqajmu tħassib superviżorju materjali mill-awtorità kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom biss jimponu r-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104(1)(a) biex ikopru r-riskju mġarrab mill-istituzzjonijiet individwali minħabba l-attivitajiet tagħhom, inkluż dawk li jirriflettu l-impatt ta' ċerti fatturi ekonomiċi jew żviluppi tas-suq fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni individwali.

2.  
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-riskji jew l-elementi ta' riskju għandhom jiġu kkunsidrati mhux koperti jew mhux koperti biżżejjed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 biss fejn l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital meqjusa adegwati mill-awtorità kompetenti, wara li jikkunsidraw ir-rieżami superviżorju tal-valutazzjoni mwettqa mill-istituzzjonijiet f'konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 73 ta' din id-Direttiva jkunu ogħla mir-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw, b'kont meħud tal-profil tar-riskju ta' kull istituzzjoni individwali, ir-riskji li għalihom hija esposta l-istituzzjoni, inkluż:

(a) 

riskji speċifiċi għall-istituzzjoni jew elementi ta' tali riskji li huma esklużi b'mod espliċitu, jew li mhumiex espliċitament indirizzati, mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(b) 

riskji speċifiċi għall-istituzzjoni jew elementi ta' tali riskji li x'aktarx ikunu sottovalutati minkejja l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

Sa fejn ir-riskji jew l-elementi ta' riskju jkunu soġġetti għal arranġamenti tranżizzjonali jew dispożizzjonijiet ta' anterjorità stipulati f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, huma m'għandhomx jitqiesu li huma riskji jew elementi ta' tali riskji li x'aktarx ikunu sottovalutati minkejja l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-kapital meqjus adegwat għandu jkopri r-riskji jew l-elementi kollha ta' riskji identifikati bħala materjali skont il-valutazzjoni prevista fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu li mhumiex koperti jew mhumiex koperti biżżejjed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

Ir-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar jista' jitqies bħala materjali tal-anqas fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 98(5), sakemm l-awtoritajiet kompetenti, fit-twettiq tar-rieżami u tal-evalwazzjoni, ma jaslux għall-konklużjoni li l-ġestjoni mill-istituzzjoni tar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tkun adegwata u li l-istituzzjoni ma tkunx eċċessivament esposta għar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar.

3.  
Fejn fondi proprji addizzjonali huma meħtieġa biex jindirizzaw riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva mhux koperti biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-livell tal-fondi proprji addizzjonali meħtieġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ta' din id-Direttiva bħala d-differenza bejn il-kapital meqjus adegwat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżiti ta' fondi proprji rilevanti stabbiliti fil-Partijiet Tlieta u Erbgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

Fejn fondi proprji addizzjonali huma meħtieġa biex jindirizzaw ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva mhux koperti biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-livell tal-fondi proprji addizzjonali meħtieġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bħala d-differenza bejn il-kapital meqjus adegwat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżiti ta' fondi proprji rilevanti stabbiliti fil-Partijiet Tlieta u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

▼C4

4.  

L-istituzzjoni għandha tagħmel tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali impost mill-awtorità kompetenti taħt il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) biex tindirizza r-riskji apparti mir-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva mal-fondi proprji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

tal-anqas tliet kwarti mir-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għandhom jissodisfaw il-kapital tal-Grad 1;

(b) 

tal-anqas tliet kwarti mill-kapital tal-Grad 1 imsemmi fil-punt (a) għandhom ikunu komposti mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

L-istituzzjoni għandha tagħmel tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali impost mill-awtorità kompetenti taħt il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) biex tindirizza r-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva mal-Kapital tal-Grad 1.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ li l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżit tagħha ta’ fondi proprji addizzjonali b’sehem akbar ta’ kapital tal-Grad 1 jew ta’ kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, fejn ikun meħtieġ, u b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni.

▼M5

Fondi proprji li jintużaw biex jagħmlu tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva ma għandhomx jintużaw biex jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata;

(c) 

il-gwida dwar fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104b(3) ta' din id-Direttiva fejn dik il-gwida tindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzajrja eċċessiva.

Fondi proprji li jintużaw biex jagħmlu tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva li mhux kopert suffiċjentement mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma għandhomx jintużaw biex jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

ir-rekwiżit ta' fondi proprji stabbilit fil-punti (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

il-gwida dwar fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104b(3) ta' din id-Direttiva, fejn dik il-gwida tindirizza r-riskji ta' lieva finanzjarja eċċessiva.

5.  
L-awtorità kompetenti għandha debitament tiġġustifika bil-miktub lil kull istituzzjoni d-deċiżjoni li timponi rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-anqas billi tagħti rendikont ċar tal-valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu. Dik il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi, fil-każ stabbilit fil-punt (e) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dikjarazzjoni speċifika tar-raġunijiet li għalihom l-impożizzjoni ta' gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali m'għadhiex meqjusa bħala suffiċjenti.

Artikolu 104b

Gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali

1.  
Skont l-istrateġiji u l-proċessi msemmija fl-Artikolu 73, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-kapital intern tagħhom f'livell adegwat ta' fondi proprji li jkun biżżejjed biex ikopri r-riskji kollha li istituzzjoni tkun esposta għalihom u jiżguraw li l-fondi proprji tal-istituzzjoni jkunu jistgħu jassorbu telf potenzjali li jirriżulta minn xenarji ta' stress, inkluż dawk identifikati fit-test tal-istress superviżorju msemmi fl-Artikolu 100.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw b'mod regolari l-livell tal-kapital intern stabbilit minn kull istituzzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bħala parti mir-rieżamijiet u tal-evalwazzjonijiet imwettqa f'konformità mal-Artikoli 97 u 101, inkluż ir-riżultati tat-testijiet ta' stress msemmija fl-Artikolu 100.

Skont dak ir-rieżami, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw għal kull istituzzjoni l-livell globali tal-fondi proprji tagħhom li jqisu adatt.

3.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw il-gwida tagħhom dwar il-fondi proprji addizzjonali lill-istituzzjonijiet.

Il-gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali għandha tikkonsisti mill-fondi proprji li jaqbżu l-ammont rilevanti ta' fondi proprji meħtieġ skont il-partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) u l-punt (6) tal-Artikolu 128 ta' din id-Direttiva jew skont l-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif rilevanti, li huma meħtieġa biex jintlaħaq il-livell globali ta' fondi proprji meqjus adatt mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

4.  
Il-gwida tal-awtoritajiet kompetenti dwar il-fondi proprji addizzjonali skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandha tkun speċifika għall-istituzzjoni. Il-gwida tista' tkopri r-riskji indirizzati mir-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali impost skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) biss sal-punt li tkopri aspetti ta' dawk ir-riskji li mhumiex diġà koperti taħt dak ir-rekwiżit.
5.  

Il-fondi proprji li jintużaw biex jagħmlu tajjeb għall-gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali kkomunikati skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu biex jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva ma għandhomx jintużaw biex jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

ir-rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata.

Il-fondi proprji li jintużaw biex tintlaħaq il-gwida dwar fondi proprji addizzjonali kkomunikata skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu biex tindirizza r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva ma għandhomx jintużaw biex jiġi ssodisfat r-rekwiżit ta' fondi proprji stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizza r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva u r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

6.  
In-nuqqas li tiġi ssodisfata l-gwida msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu fejn istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tal-fondi proprji stabbiliti fil-Parti Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir-rekwiżit għal fondi proprji addizzjonali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva u, kif rilevanti, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata jew ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 m'għandhomx jiskattaw ir-restrizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 141 jew l-Artikolu 141b ta' din id-Direttiva.

Artikolu 104c

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti dwar ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali impost fuq l-istituzzjonijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) u dwar kwalunkwe gwida dwar fondi proprji addizzjonali kkomunikata lill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 104b(3).

▼B

Artikolu 105

Rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-livell adatt ta’ fondi proprji abbażi tar-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa f'konformità mat-Taqsima III, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk kwalunkwe impożizzjoni ta’ rekwiżit speċifiku rigward il-likwidità tkunx meħtieġa għall-kopertura tar-riskji ta' likwidità li l-istituzzjoni tkun jew tista’ tkun esposta għalihom, meta jittieħed kont ta' dawn li ġejjin:

(a) 

il-mudell tan-negozju partikolari tal-istituzzjoni;

(b) 

'l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi ta' istituzzjoni msemmija fit-Taqsima II u b'mod partikolari l-Artikolu 86;

(c) 

l-eżitu tar-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 97.

▼M5 —————

▼B

B'mod partikolari, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li japplikaw penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra, inklużi imposti prudenzjali, li l-livell tagħhom ikun relatat b'mod ġenerali mad-disparità bejn il-pożizzjoni konkreta ta' likwidità ta' istituzzjoni u kwalunkwe rekwiżit ta' likwidità u finanzjament stabbli stabbilit fuq il-livell nazzjonali jew tal-Unjoni.

Artikolu 106

Rekwiżiti speċifiċi ta’ pubblikazzjoni

1.  

L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jirrikjedu li l-istituzzjonijiet:

(a) 

jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fil-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 aktar minn darba kull sena, u li jistabbilixxu l-iskadenzi għall-pubblikazzjoni;

(b) 

jużaw mezzi tax-xandir u postijiet speċifiċi għall-pubblikazzjonijiet apparti r-rapporti finanzjarji.

2.  
L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti li jirrikjedu lill-impriżi prinċipali li jippubblikaw annwalment jew b’mod sħiħ jew permezz ta’ referenzi għal informazzjoni ekwivalenti, deskrizzjoni tal-istruttura ġuridika tagħhom u l-istruttura ta’ governanza u organizzattiva tal-grupp tal-istituzzjonijiet skont l-Artikoli 14(3), l-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 109(2).

Artikolu 107

Konsistenza tar-rieżamijiet superviżorji, l-evalwazzjonijiet u l-miżuri superviżorji

1.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar:

(a) 

il-funzjonament tal-proċess tagħhom ta' rieżami u evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 97;

(b) 

il-metodoloġija użata biex id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 98, 100, 101, 102, 104 u 105 dwar il-proċess imsemmi fil-punt (a).

L-ABE għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet li tiżviluppa konsistenza fil-proċess ta' analiżi u evalwazzjoni superviżora. Hija tista' titlob informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet kompetenti sabiex tlesti l-valutazzjoni tagħha, fuq bażi proporzjonata f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

2.  
L-ABE għandha tirrapporta annwalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-livell ta’ konverġenza tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet f'dan il-Kapitolu bejn l-Istati Membri.

Sabiex jiżdied il-livell ta’ tali konverġenza, l-ABE għandha twettaq analiżijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

3.  
L-ABE għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tkompli tispeċifika, b'mod li jkun adatt għad-daqs, l-istruttura u l-organizzazzjoni interna tal-istituzzjonijiet u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, il-proċeduri u metodoloġiji komuni għar-rieżami superviżorju u l-proċess ta’ evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 97 u għall-valutazzjoni tal-organizzazzjoni u t-trattament tar-riskji msemmija fl-Artikoli 76 sa 87, b'mod partikolari relatati mar-riskju ta' konċentrazzjoni f'konformità mal-Artikolu 81.



Taqsima V

Livell ta’ applikazzjoni

Artikolu 108

Proċess ta’ valutazzjoni dwar l-adegwatezza tal-kapital intern

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lil kull istituzzjoni li la tkun sussidjarja fl-Istat Membru fejn tkun awtorizzata u ssorveljata, u lanqas impriża prinċipali, u kull istituzzjoni mhux inkluża fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 72 fuq bażi individwali.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjoni mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 73 ta' din id-Direttiva fir-rigward ta' istituzzjoni ta’ kreditu skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Meta l-awtoritajiet kompetenti jirrinunzjaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi kkonsolidata kif previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 73 ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw fuq bażi individwali.

2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru, sa fejn u bil-mod preskritt fl-Ewwel Parti, Titolu II, Kapitolu 2, Taqsimiet 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jissodisfaw l-obbligi stipulati fl-Artikolu 73 ta' din id-Direttiva fuq bażi konsolidata.

▼M5 —————

▼B

4.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet sussidjarji japplikaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 73 fuq bażi subkonsolidata jekk dawk l-istituzzjonijiet, jew l-impriża prinċipali meta tkun kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, ikollhom istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja jew kumpannija għall-ġestjoni tal-assi kif iddefinit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2002/87/KE bħala sussidjarja f’pajjiż terz, jew ikollhom parteċipazzjoni azzjonarja f’tali impriża.

Artikolu 109

Arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi tal-istituzzjonijiet

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jissodisfaw l-obbligi stipulati fit-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu fuq bażi individwali, dment li l-awtoritajiet kompetenti ma jagħmlux użu mid-deroga prevista fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

▼M5

2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-impriża prinċipali u s-sussidjarji soġġetti għal din id-Direttiva jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fit-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata, sabiex jiżguraw li l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi meħtieġa mit-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu huma konsistenti u integrati sew u li jistgħu jiġu prodotti kwalunkwe data u informazzjoni rilevanti għall-fini ta' superviżjoni. B'mod partikolari, għandhom jiżguraw li l-impriżi prinċipali u s-sussidjarji soġġetti għal din id-Direttiva jimplimentaw dawk l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi fis-sussidjarji tagħhom mhux soġġetti għal din id-Direttiva, inklużi dawk stabbiliti f'ċentri finanzjarji offshore. Dawk l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi għandhom ikunu wkoll konsistenti u integrati sew u dawk is-sussidjarji għandhom ikunu wkoll kapaċi jipproduċu kwalunkwe data u informazzjoni rilevanti għall-fini ta' superviżjoni. Impriżi sussidjarji li mhumiex huma stess soġġetti għal din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi għas-settur tagħhom fuq bażi individwali.
3.  
L-obbligi li jirriżultaw mit-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu rigward l-impriżi sussidjarji li mhumiex huma stess soġġetti għal din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw jekk l-istituzzjoni prinċipali tal-UE tista' turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-applikazzjoni tat-Taqsima II hija illegali skont il-liġijiet tal-pajjiż terz fejn hija stabbilita s-sussidjarja.

▼M5

4.  

Ir-rekwiżiti tar-rimunerazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 92, 94 u 95 ma għandhomx japplikaw fuq bażi konsolidata għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

impriżi sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni fejn huma soġġetti għal rekwiżiti ta' rimunerazzjoni speċifiċi f'konformità ma' atti legali oħra tal-Unjoni;

(b) 

impriżi sussidjarji stabbiliti f'pajjiż terz fejn dawn jiġu soġġetti għal rekwiżiti ta' rimunerazzjoni speċifiċi f'konformità ma' atti legali oħra tal-Unjoni li kieku ġew stabbiliti fl-Unjoni.

5.  

B'deroga mill-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, u sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 92, 94 u 95, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 92, 94 u 95 japplikaw għall-membri tal-persunal tas-sussidjarji li mhumiex soġġetti għal din id-Direttiva fuq bażi individwali fejn:

(a) 

is-sussidjarja jew huwa kumpannija tal-ġestjoni tal-assi, jew impriża li tipprovdi s-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment elenkati fil-punti (2), (3), (4), (6) u (7) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE; u

(b) 

dawk il-membri tal-persunal ingħataw mandat biex iwettqu attivitajiet professjonali li għandhom impatt materjali dirett fuq il-profil tar-riskju jew in-negozju tal-istituzzjonijiet fi ħdan il-grupp.

6.  
Minkejja il-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikoli 92, 94 u 95 fuq bażi konsolidata għal ambitu usa' ta' impriżi sussidjarji u l-persunal tagħhom.

▼B

Artikolu 110

Rieżami u evalwazzjoni u miżuri superviżorji

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni msemmi fit-Taqsima III ta' dan il-Kapitolu u l-miżuri superviżorji msemmija fit-Taqsima IV ta' dan il-Kapitolu f'konformità mal-livell ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 stipulati fit-Titolu II tal-Parti Wieħed ta’ dak ir-Regolament.

▼M6 —————

▼B



KAPITOLU 3

Superviżjoni fuq bażi konsolidata



Taqsima I

Prinċipji għat-twettiq ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata

▼M6

Artikolu 111

Determinazzjoni tas-superviżur li jikkonsolida

1.  

Meta impriża prinċipali tkun istituzzjoni ta' kreditu prinċipali fi Stat Membru jew istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja dik l-entità prinċipali jew l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE fuq bażi individwali.

Meta impriża prinċipali tkun istituzzjoni ta' kreditu prinċipali fi Stat Membru jew istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE u ebda waħda mis-sussidjarji tagħha ma tkun istituzzjoni ta' kreditu, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja dik l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali fl-Istat Membru jew dik l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE fuq bażi individwali.

Meta impriża prinċipali tkun ditta tal-investiment prinċipali fi Stat Membru jew ditta tal-investiment prinċipali tal-UE, u mill-inqas waħda mis-sussidjarji tagħha tkun istituzzjonijiet ta' kreditu, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, jew fejn ikun hemm diversi istituzzjonijiet ta' kreditu, l-istituzzjonijiet ta' kreditu bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ.

2.  
Meta l-entità prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment tkun kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja l-istituzzjoni ta' kreditu jew id-ditta tal-investiment fuq bażi individwali.
3.  

Meta żewġ istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti ta' investiment jew aktar awtorizzati fl-Unjoni jkollhom l-istess kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq minn:

(a) 

l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu meta jkun hemm biss istituzzjoni ta' kreditu waħda fil-grupp;

(b) 

l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ, meta jkun hemm diversi istituzzjonijiet ta' kreditu fil-grupp; jew

(c) 

l-awtorità kompetenti tad-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ, meta l-grupp ma jkunx jinkludi xi istituzzjoni ta' kreditu.

4.  
Meta hi meħtieġa l-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18(3) jew (6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ jew, fejn il-grupp ma jinkludix xi istituzzjoni ta' kreditu, mill-awtorità kompetenti tad-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ.
5.  

B'deroga mit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, mill-punt (b) tal-paragrafu 3 u mill-paragrafu 4, meta awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn istituzzjoni ta' kreditu waħda fi grupp, is-superviżur li jikkonsolida għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar fil-grupp meta s-somma tat-total tal-karta tal-bilanċ ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu tkun ogħla minn dik tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ssorveljati fuq bażi individwali minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.

B'deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 3, meta awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn ditta tal-investiment waħda fi grupp, is-superviżur li jikkonsolida għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali ditta tal-investiment waħda jew aktar fil-grupp bl-ogħla total fuq il-karta tal-bilanċ fl-aggregat.

6.  
F'każijiet partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, bi ftehim komuni, jirrinunzjaw għall-kriterji msemmijin fil-paragrafi 1, 3 u 4 u jaħtru awtorità kompetenti differenti biex twettaq is-superviżjoni fuq bażi konsolidata meta l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hemm ma tkunx adatta, filwaqt li jittieħed kont tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jew tad-ditti ta' investiment ikkonċernati u l-importanza relattiva tal-attivitajiet tagħhom fl-Istati Membri rilevanti, jew il-ħtieġa li tkun żgurata l-kontinwità tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata mill-istess awtorità kompetenti. F'tali każijiet, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, il-kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE jew l-istituzzjoni ta' kreditu jew id-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ, kif applikabbli, għandu jkollha d-dritt tinstema' qabel ma l-awtoritajiet kompetenti jieħdu d-deċiżjoni.
7.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-ABE mingħajr dewmien rigward kwalunkwe ftehim li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 6.

▼B

Artikolu 112

Koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji mis-superviżur konsolidanti

1.  

Minbarra l-obbligi imposti minn din id-Direttiva u mir-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-superviżur konsolidanti għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) 

il-koordinazzjoni tal-ġbir u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni rilevanti jew essenzjali f'sitwazzjonijiet ta' negozju operattiv jew ta’ emerġenza;

(b) 

l-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f’sitwazzjonijiet ta' negozju attiv, inkluż rigward l-attivitajiet imsemmija fil-Kapitolu 3 tat-Titolu VII, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti involuti;

(c) 

l-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f’kooperazzjoni mal- awtoritajiet kompetenti involuti, u jekk ikun meħtieġ mal-banek ċentrali tas-SEBĊ, bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u matulhom, inklużi żviluppi negattivi fl-istituzzjonijiet jew fis-swieq finanzjarji bl-użu, fejn possibbli, ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni definiti eżistenti biex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-kriżijiet.

2.  
Meta s-superviżur konsolidanti jonqos milli jwettaq il-kompiti msemmija f'paragrafu 1 jew meta l-awtoritajiet kompetenti ma jikkooperawx mas-superviżur konsolidanti sal-punt meħtieġ fit-twettiq tal-kompiti f'paragrafu 1, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tista’ tirriferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-assistenza tagħha, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1093/2010.

L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.

3.  
L-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji msemmija fil-paragrafu 1(c) ta' dan l-Artikolu jinkludu l-miżuri eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 117(1)(d) u l-Artikolu 117(4)(b), it-tħejjija ta’ valutazzjonijiet konġunti, l-implimentazzjoni ta’ pjani ta’ kontinġenza u l-komunikazzjoni lill-pubbliku.

▼M5

Artikolu 113

Deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni

1.  

Is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom jagħmlu kull ma jistgħu sabiex jaslu għal deċiżjoni konġunta:

(a) 

dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73 u 97 sabiex jistabbilixxu l-adegwatezza tal-livell konsolidat ta' fondi proprji miżmum mill-grupp ta' istituzzjonijiet fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja u l-profil tar-riskju tiegħu u l-livell meħtieġ ta' fondi proprji għall-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 104(1) għal kull entità fi ħdan il-grupp ta' istituzzjonijiet u fuq bażi konsolidata;

(b) 

dwar il-miżuri sabiex jiġu indirizzati kwalunkwe kwistjoni sinifikanti u sejba materjali relatati mas-superviżjoni tal-likwidità inklużi dawk relatati mal-adegwatezza tal-organizzazzjoni u mat-trattament tar-riskji kif meħtieġ skont l-Artikolu 86 u relatati mal-bżonn ta' rekwiżiti tal-likwidità speċifiċi għall-istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 105;

(c) 

rigward kwalunkwe gwida dwar fondi proprji addizzjonali msemmijin fl-Artikolu 104b(3).

2.  

Għandhom jintlaħqu d-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1:

(a) 

għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta' rapport li fih il-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp ta' istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 104a lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra;

(b) 

għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta' rapport li fih il-valutazzjoni tal-profil tar-riskju ta' likwidità tal-grupp ta' istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikoli 86 u 105;

(c) 

għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta' rapport li fih il-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp ta' istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 104b.

Id-deċiżjonijiet konġunti msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkunsidraw kif adatt ukoll il-valutazzjoni tar-riskju tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti f'konformità mal-Artikoli 73, 97, 104a u 104b.

Id-deċiżjonijiet konġunti msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti f'dokumenti li fihom ir-raġunijiet sħaħ li għandhom jiġu pprovduti lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE mis-superviżur konsolidanti. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, fuq it-talba ta' kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata, is-superviżur konsolidanti għandu jikkonsulta lill-ABE. Is-superviżur konsolidanti jista' jikkonsulta lill-ABE fuq inizjattiva tiegħu stess.

3.  
Fin-nuqqas ta' tali deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikolu 104b u tal-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva għandha tittieħed fuq bażi konsolidata mis-superviżur konsolidanti wara kunsiderazzjoni adatta tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Jekk, fi tmiem il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irriferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur konsolidanti għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li tista' tieħu l-ABE skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala l-perijodi ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment lill-ABE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikolu 104b u tal-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fuq bażi individwali jew subkonsolidata wara kunsiderazzjoni adatta tal-fehmiet u tar-riservi espressi mis-superviżur konsolidanti. Jekk, fi tmiem il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irriferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddiferixxu d-deċiżjoni tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li tista' tieħu l-ABE skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu l-perijodi ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira ta' dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment lill-ABE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu stabbiliti f'dokument li jkun fih ir-raġunijiet kollha u għandhom iqisu l-valutazzjoni tar-riskju, il-fehmiet u r-riservi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn espressi matul il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2. Id-dokument għandu jkun ipprovdut mis-superviżur konsolidanti lill-awtoritajiet kompetenti kollha kkonċernati u lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE.

Meta tkun ġiet ikkonsultata l-ABE, l-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom jikkunsidraw l-opinjoni tagħha, u jispjegaw kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minnha.

4.  
Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu rikonoxxuti bħala determinattivi u applikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati.

Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe deċiżjoni meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom jiġu aġġornati fuq bażi annwali jew, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE tagħmel talba bil-miktub u mmotivata bis-sħiħ lis-superviżur konsolidanti sabiex jaġġorna d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikoli 104b u 105. F'dawk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, l-aġġornament jista' jkun indirizzat fuq bażi bilaterali bejn is-superviżur konsolidanti u l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba.

5.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta' applikazzjoni uniformi tal-proċess ta' deċiżjoni konġunta msemmi f'dan l-Artikolu, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikoli 104b u 105 bl-għan li tiffaċilita d-deċiżjonijiet konġunti.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2014.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta standards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

▼B

Artikolu 114

Rekwiżiti tal-informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

▼M6

1.  
Meta tinħoloq sitwazzjoni ta' emerġenza, inkluż sitwazzjoni kif deskritta fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew sitwazzjoni ta' żviluppi negattivi fis-swieq, li potenzjalment tippreġudika l-likwidità fis-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn l-entitajiet ta' grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 51, is-superviżur li jikkonsolida għandu, soġġett għat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu VII ta' din id-Direttiva u fejn applikabbli t-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE) 2019/2034, iwissi mill-aktar fis possibbli, lill-ABE u lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 58(4) u fl-Artikolu 59 u għandu jikkomunika l-informazzjoni essenzjali kollha sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Dawk l-obbligi għandhom japplikaw għall-awtoritajiet kompetenti kollha.

▼B

Jekk bank ċentrali tas-SEBĊ isir konxju ta’ sitwazzjoni deskritta fl-ewwel subparagrafu, dan għandu jwissi mill-aktar fis possibbli lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 112, u lill-ABE.

Fejn possibbli, l-awtorità kompetenti u l-awtorità msemmija fl-Artikolu 58(4) għandhom jużaw mezzi ta’ komunikazzjoni eżistenti.

2.  
Is-superviżur konsolidant għandu, fejn jeħtieġ informazzjoni li tkun diġà ngħatat lil awtorità kompetenti oħra, jikkuntattja lil dik l-awtorità kull fejn jkun possibbli sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-rappurtar lid-diversi awtoritajiet involuti fis-superviżjoni.

Artikolu 115

Arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni

1.  
Sabiex tiġi ffaċilitata u stabbilita superviżjoni effikaċi, is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra għandu ikollhom fis-seħħ arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub.

Skont dawk l-arranġamenti jistgħu jkunu fdati kompiti addizzjonali lis-superviżur konsolidanti u jistgħu jkunu speċifikati proċeduri għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u għall-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħra.

2.  
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jawtorizzaw lil sussidjarja ta’ impriża prinċipali li tkun istituzzjoni jistgħu, bi ftehim bilaterali, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jiddelegaw ir-responsabbiltà tagħhom għas-superviżjoni lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw u wettqu s-superviżjoni tal-impriża prinċipali biex b’hekk jassumu r-responsabbiltà tas-superviżjoni tas-sussidjarja skont din id-Direttiva. L-ABE għandha tinżamm infurmata bl-eżistenza u l-kontenut ta’ tali ftehimiet. Hija għandha tgħaddi tali informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kumitat tal-Banek Ewropej.

▼M5

3.  
Fejn is-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tkun ingħatat l-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a tkun stabbilita, l-arranġamenti ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu konklużi wkoll mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża prinċipali.

▼B

Artikolu 116

Kulleġġi tas-superviżuri

1.  
Is-superviżur konsolidanti għandu jistabbilixxi kulleġġi tas-superviżuri biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tal-kompiti msemmi fl-Artikoli 112 u 113 u l-Artikolu 114(1) u soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u għal-liġi tal-Unjoni, jiżgura koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi rilevanti fejn ikun xieraq.

L-ABE għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-funzjonament effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija f’dan l-Artikolu skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Għal dan il-għan, l-ABE għandha tipparteċipa kif ikun xieraq u għandha titqies bħala awtorità kompetenti għal dik il-fini.

Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom jipprovdu qafas għas-superviżur konsolidanti, l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati biex iwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a) 

l-iskambju ta’ informazzjoni bejniethom u mal-ABE skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;

(b) 

qbil dwar l-affidament volontarju tal-kompiti u d-delega volontarja tar-responsabbiltajiet fejn ikun xieraq;

(c) 

id-determinazzjoni ta’ programmi ta’ eżami superviżorju msemmija fl-Artikolu 99 ibbażati fuq valutazzjoni tar-riskju tal-grupp skont l-Artikolu 97;

(d) 

żieda fl-effiċjenza tas-superviżjoni bit-tneħħija tad-duplikazzjoni mhux meħtieġa tar-rekwiżiti superviżorji, inkluż b’rabta mar-rekwiżiti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 114 u l-Artikolu 117(3);

(e) 

applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti prudenzjali skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fl-entijiet kollha fi grupp tal-istituzzjonijiet mingħajr preġudizzju għall-alternattivi u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni;

(f) 

applikazzjoni tal-Artikolu 112(1)(c) b’kunsiderazzjoni għal-ħidma ta’ fora oħra li jistgħu jitwaqqfu f’dak il-qasam.

▼M5

1a.  
Sabiex jiġu ffaċilitati l-kompiti msemmija fl-Artikoli 112(1), 114(1) u 115(1) ta' din id-Direttiva, is-superviżur konsolidanti għandu jistabbilixxi wkoll kulleġġi ta' superviżuri fejn is-sussidjarji transkonfinali kollha ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE, ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom f'pajjiżi terzi, dment li l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiżi terzi huma soġġetti għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II tal-Kapitolu 1 ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, fl-Artikoli 76 u 81 tad-Direttiva 2014/65/UE.

▼M6

2.  
L-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri u l-ABE għandhom jikkooperaw mill-qrib. Ir-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva, u, fejn applikabbli, it-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE) 2019/2034 m'għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali fil-kulleġġi tas-superviżuri. L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri m'għandhomx jaffettwaw id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

▼B

3.  
L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi għandhom ikunu bbażati fuq arranġamenti bil-miktub msemmija fl-Artikolu 115, iddeterminati wara li ġew ikkonsultati l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati mis-superviżur konsolidanti.
4.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kondizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex jiġi ddeterminat il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri.

L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni hi kkonferita bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

▼M6

6.  
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE u l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 51, il-banek ċentrali tas-SEBĊ kif adatt, u l-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi fejn adatt u soġġetti għal rekwiżiti tal-kunfidenzjalità li jkunu ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti kollha, għar-rekwiżiti skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, skont it-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE)/2019/2034 jistgħu jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri.

▼M5

L-awtorità kompetenti fl-Istati Membru fejn tkun stabbilita kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tkun ingħatat l-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a tista' tipparteċipa fil-kulleġġ ta' superviżuri rilevanti.

▼B

7.  
Is-superviżur konsolidanti għandu jippresjedi l-laqgħat tal-kulleġġ u għandu jiddeċiedi liema awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu sehem f’laqgħa jew f’attività tal-kulleġġ. Is-superviżur konsolidanti għandu jżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, bil-quddiem, dwar l-organizzazzjoni ta’ laqgħat bħal dawn, dwar il-kwistjonijiet prinċipali li jkunu ser jiġu diskussi u dwar l-attivitajiet li jkunu ser jiġu kkunsidrati. Is-superviżur konsolidanti għandu wkoll iżomm lill-membri tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, u mingħajr dewmien, dwar l-azzjonijiet meħudin f’dawk il-laqgħat jew dwar il-miżuri mwettqin.
8.  
Id-deċiżjoni tas-superviżur konsolidanti għandha tieħu kont tar-rilevanza tal-attività superviżorja li tkun ser tiġi ppjanata jew ikkoordinata għal dawk l-awtoritajiet, b’mod partikolari l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati kif imsemmi fl-Artikoli 7 u l-obbligi msemmija fl-Artikolu 51(2).

▼M6

9.  
Is-superviżur li jikkonsolida, soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II, ta' din id-Direttiva, u fejn applikabbli, skont it-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE) 2019/2034], għandu jinforma lill-ABE dwar l-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri, inkluż f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, u jikkomunika lill-ABE l-informazzjoni kollha li tkun ta' rilevanza partikolari għall-finijiet tal-konverġenza superviżorja.

▼B

Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti dwar il-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tista' tirriferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-assistenza tagħha f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 117

Obbligi ta’ kooperazzjoni

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin kull informazzjoni li tkun essenzjali jew rilevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji tal-awtoritajiet l-oħra skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. F’dak ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw, fuq talba, l-informazzjoni rilevanti kollha u għandhom jikkomunikaw fuq inizjattiva tagħhom stess kull informazzjoni rilevanti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ABE għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ABE l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, u skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament 1093/2010.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha titqies bħala essenzjali jekk tkun tista’ tinfluwenza materjalment il-valutazzjoni tas-sodezza finanzjarja ta’ istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja fi Stat Membru ieħor.

B’mod partikolari, is-superviżuri konsolidanti tal-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE u l-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jissorvelja s-sussidjarji ta’ dawk l-impriżi prinċipali. Biex ikun iddeterminat l-ammont ta' informazzjoni rilevanti, għandha titqies l-importanza ta’ dawk is-sussidjarji fis-sistema finanzjarja f’dawk l-Istati Membri.

L-informazzjoni essenzjali jew rilevanti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi, b’mod partikolari, il-punti li ġejjin:

(a) 

l-identifikazzjoni tal-istruttura ġuridika tal-grupp u l-istruttura tal-governanza inkluża l-istruttura organizzattiva, li jkopru l-entitajiet irregolati, l-entitajiet mhux irregolati, is-sussidjarji mhux irregolati u l-fergħat sinifikanti tal-grupp, l-impriżi prinċipali, skont l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 109(2), u tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet irregolati fil-grupp;

(b) 

il-proċeduri għall-ġbir tal-informazzjoni mill-istituzzjonijiet fi grupp, u l-kontroll ta’ dik l-informazzjoni;

(c) 

żviluppi negattivi fl-istituzzjonijiet jew f’entiajiet oħra ta’ grupp, li jistgħu jaffettwaw serjament lill-istituzzjonijiet;

(d) 

penali sinifikanti u miżuri eċċezzjonali meħudin mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità ma’ din id-Direttiva, inkluża l-impożizzjoni ta’ rekwiżit speċifiku ta' fondi proprji skont l-Artikolu 104 u l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu tal-Approċċ Avvanzat ta’ Kalkolu għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.  

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirriferu lill-ABE is-sitwazzjonijiet fejn:

(a) 

meta l-awtorità kompetenti ma tkunx ikkomunikat informazzjoni essenzjali;

(b) 

meta t-talba għal kooperazzjoni, b’mod partikolari għal skambju ta’ informazzjoni rilevanti, tkun ġiet rifjutata jew ma jkun sar xejn dwarha fi żmien raġonevoli.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, l-ABE tista’ taġixxi f'konformità mas-setgħat ikkonferiti lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jiżviluppaw prattiki konsistenti ta' kooperazzjoni anki fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.

3.  
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ikkontrollati minn istituzzjoni prinċipali tal-UE għandhom kull fejn jkun possibbli jikkuntattjaw lis-superviżur konsolidanti meta jeħtieġu infomazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-approċċi u l-metodoloġiji stipulati f’din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 li tista’ tkun diġà disponibbli għas-superviżur konsolidanti.
4.  

L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom, qabel ma jieħdu deċiżjoni, jikkonsultaw lil xulxin rigward il-punti li ġejjin, ►C2  fejn tali deċiżjoni tkun ta' importanza għall-kompiti superviżorji ta' awtoritajiet kompetenti oħra: ◄

(a) 

bidliet fl-istruttura tal-azzjonisti, dik organizzattiva jew ta' ġestjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu fi grupp, li jirrikjedu l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti; u

(b) 

penali sinifikanti jew miżuri eċċezzjonali meħudin mill-awtoritajiet kompetenti, inkluża l-impożizzjoni ta’ rekwiżit speċifiku ta' fondi proprji skont l-Artikolu 104 u l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu tal-Approċċi Avvanzati ta’ Kalkolu għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għall-finijiet tal-punt (b), is-superviżur konsolidanti għandu dejjem jiġi kkonsultat.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tikkonsultax awtoritajiet kompetenti oħra f’każijiet ta’ urġenza jew fejn tali konsultazzjoni tista’ tippreġudika l-effikaċja tad-deċiżjonijiet tagħha. F’tali każ, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.

▼M5

5.  
L-awtoritajiet kompetenti, l-unitajiet u l-awtoritajiet tal-intelligence finanzjarja fdati bid-dmir pubbliku li jissorveljaw l-entitajiet marbutin b'obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 għall-konformità ma' dik id-Direttiva, għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom u għandhom jipprovdu lil xulxin b'informazzjoni rilevanti għall-kompiti rispettivi tagħhom taħt din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont id-Direttiva (UE) 2015/849, dment li tali kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni ma jkollhomx effett negattiv fuq inkjesta, investigazzjoni jew proċedimenti li jkunu għaddejjin f'konformità mal-liġi kriminali jew amministrattiva tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-awtorità kompetenti, l-unità jew l-awtorità tal-intelligence finanzjarja fdati bid-dmir pubbliku li jissorveljaw l-entitajiet marbutin b'obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849.

L-ABE tista' tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.  
L-ABE għandha sal-1 ta' Jannar 2020 biex toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw il-mod ta' kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari fir-rigward ta' gruppi transkonfinali u fil-kuntest tal-identifikazzjoni ta' ksur serju tar-regoli kontra l-ħasil tal-flus.

▼B

Artikolu 118

Kontrolli tal-informazzjoni rigward entitajiet fi Stati Membri oħra

Meta, fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jixtiequ f’każijiet speċifiċi jikkontrollaw l-informazzjoni rigward istituzzjoni, kumpannija azzjonarja finanzjarja, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, istituzzjoni finanzjarja, impriża ta’ servizzi anċillari, kumpannija azzjonarja b'attività mħallta, sussidjarja kif msemmija fl-Artikolu 125 jew sussidjarja kif msemmija fl-Artikolu 119(3), li jkunu jinstabu fi Stat Membru ieħor, huma għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor għat-twettiq ta' dak il-kontroll. L-awtoritajiet li jirċievu tali talba għandhom, fil-qafas tal-kompetenza tagħhom, jaġixxu fir-rigward tagħha jew billi jwettqu l-verifika huma stess, jew billi jippermettu li titwettaq mill-awtoritajiet li jkunu għamlu t-talba, billi jippermettu li titwettaq minn awditur jew espert. L-awtorità kompetenti li tkun għamlet it-talba tista’, jekk tkun tixtieq hekk, tipparteċipa fil-kontroll meta ma twettaqx il-kontroll hija stess.



Taqsima II

Kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta u kumpanniji azzjonarji b'attività mħallta

Artikolu 119

Inklużjoni ta’ kumpanniji azzjonarji f’superviżjoni konsolidata

▼M5

1.  
Soġġetti għall-Artikolu 21a, l-Istati Membri għandhom jadottaw kwalunkwe miżura neċessarja sabiex jinkludu lil kumpanniji azzjonarji finanzjarji u lil kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta fis-superviżjoni konsolidata.

▼B

2.  
Fejn sussidjarja li hija istituzzjoni ma tkunx inkluża fis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata skont wieħed mill-każijiet previsti fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih tinsab is-sussidjarja jistgħu jitolbu lill-impriża prinċipali għal informazzjoni li tista’ tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom ta’ dik is-sussidjarja.
3.  
L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli għat-twettiq tas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata jitolbu lis-sussidjarji ta’ istituzzjoni, kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, li ma jkunux inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 122. F’każ bħal dan, għandhom japplikaw il-proċeduri għat-trasmissjoni u l-kontroll tal-informazzjoni stipulati f’dak l-Artikolu.

Artikolu 120

Superviżjoni ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħalltin

1.  
Meta kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2002/87/KE, b'mod partikolari fir-rigward tas-superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, is-superviżur konsolidanti jista’, wara li jikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji, japplika biss id-Direttiva 2002/87/KE għal dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

▼M5

2.  
Fejn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2009/138/KE b'mod partikolari f'termini tas-superviżjoni bbażata fuq ir-riskji, is-superviżur konsolidanti jista', bi qbil mas-superviżur tal-grupp fis-settur tal-assigurazzjoni, japplika biss għal dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva relatati mal-aktar settur finanzjarju sinifikanti kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE.

▼B

3.  
Is-superviżur konsolidanti għandu jinforma lill-ABE u lill-EIOPA dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafi 1 u 2.
4.  
L-ABE, l-EIOPA u l-AETS għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, jiżviluppaw linji gwida mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji u għandhom, fi żmien tliet snin mill-adozzjoni ta’ dawk il-linji gwida, jiżviluppaw abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għall-istess fini.

Il-Kummissjoni hi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 121

Kwalifiki tad-diretturi

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-membri tal-korp ta' ġestjoni ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jkunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom tagħrif, ħiliet u esperjenza biżżejjed kif imsemmi fl-Artikolu 91(1) biex iwettqu dawk id-dmirijiet, b'kont meħud tar-rwol speċifiku ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

Artikolu 122

Talbiet għal informazzjoni u ispezzjonijiet

1.  
Sakemm ikun hemm aktar koordinazzjoni fil-metodi ta’ konsolidazzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li, meta l-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni waħda jew aktar tkun kumpannija azzjonarja b'attività mħallta, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ dawk l-istituzzjonijiet għandhom, billi javviċinaw lill-kumpannija azzjonarja b'attività mħallta u s-sussidjarji tagħha direttament jew permezz ta’ sussidjarji li jkunu istituzzjonijiet, jesiġu minnhom li huma jipprovdu kwalunkwe informazzjoni li tista’ tkun rilevanti għall-fini tas-superviżjoni ta' dawk is-sussidjarji.
2.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jwettqu ispezzjonijiet fuq il-post, jew iqabbdu lil spetturi esterni biex iwettquhom, biex jikkontrollaw l-informazzjoni li tkun waslet mill-kumpanniji azzjonarji b'attività mħallta u s-sussidjarji tagħhom. Jekk il-kumpannija azzjonarja mħallta jew waħda mis-sussidjarji tagħha tkun impriża tal-assigurazzjoni, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 125 tista’ tintuża wkoll. Jekk kumpannija azzjonarja b'attività mħallta jew waħda mis-sussidjarji tagħha tkun tinsab fi Stat Membru differenti minn dak li fih tinsab sussidjarja li tkun istituzzjoni, il-kontroll fuq il-post tal-informazzjoni għandha titwettaq skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 118.

Artikolu 123

Superviżjoni

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Parti Erbgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li, meta l-impriża prinċipali ta’waħda jew aktar mill-istituzzjonijiet tkun kumpannija azzjonarja b'attività mħallta, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawn l-istituzzjonijiet għandhom jeżerċitaw superviżjoni ġenerali fuq it-transazzjonijiet bejn l-istituzzjoni u l-kumpannija azzjonarja b'attività mħallta u s-sussidjarji tagħha.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jkollhom fis-seħħ proċessi ta' ġestjoni tar-riskji u mekkaniżmi ta’ kontroll intern adegwati, inklużi proċeduri tajba ta’ rappurtar u kontabbilistiċi, sabiex jidentifikaw, ikalkoluu, jissorveljaw u jikkontrollaw kif xieraq it-transazzjonijiet mal-kumpannija azzjonarja b'attività mħallta prinċipali u s-sussidjarji tagħha. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu ir-rappurtar mill-istituzzjoni ta’ kwalunkwe transazzjoni sinifikanti ma’ dawk l-entitajiet minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 394 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dawk il-proċeduri u transazzjonijiet sinifikanti għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 124

Skambju ta' informazzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda impedimenti ġuridiku li jipprevjeni l-iskambju, bejn l-impriżi inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata, kumpanniji azzjonarji b'attività mħallta u s-sussidjarji tagħhom, jew sussidjarji msemmija fl-Artikolu 119(3), ta’ kwalunkwe informazzjoni li tista’ tkun rilevanti għall-finijiet tas-superviżjoni skont l-Artikolu 110 u l-Kapitolu 3.
2.  
Meta impriża prinċipali u kwalunkwe sussidjarja tagħha li tkun istituzzjoni tkun tinsab fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni rilevanti kollha li tista’ tippermetti jew tgħin fit-twettiq tas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata.

Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru li fih tkun tinsab impriża prinċipali ma jkunux huma stess li jwettqu s-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata skont l-Artikolu 111, huma jistgħu jiġu mistiedna mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal eżerċizzju ta' tali superviżjoni biex jitolbu lill-impriża prinċipali għal kwalunkwe informazzjoni li tkun rilevanti għall-finijiet superviżorji fuq bażi kkonsolidata u li jittrasmettuha lil dawk l-awtoritajiet.

3.  
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, bil-ftehim li, fil-każ ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, istituzzjonijiet finanzjarji jew impriżi ta' servizzi anċillari, il-ġbir jew il-pussess tal-informazzjoni m'għandux jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jwettqu rwol superviżorju fir-rigward ta’ dawk l-istituzzjonijiet jew l-impriżi b'mod awtonomu.

Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 122 bil-ftehim li l-ġbir u l-pussess tal-informazzjoni ma jimplikax li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu rwol superviżorju fir-rigward tal-kumpannija azzjonarja b'attività mħallta u s-sussidjarji tagħha li ma jkunux istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew sussidjarji msemmija fl-Artikolu 119(3).

Artikolu 125

Kooperazzjoni

1.  
Meta istituzzjoni, kumpannija azzjonarja finanzjarja, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew kumpannija azzjonarja b'attività mħallta tikkontrolla sussidjarja waħda jew aktar li huma kumpanniji tal-assigurazzjoni jew impriżi oħra li jipprovdu servizzi ta' investiment li jkunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet fdati bil-kompitu pubbliku ta' superviżjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew dawk l-impriżi l-oħra li jipprovdu servizzi ta' investiment għandhom jikkooperaw mill-qrib. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, dawk l-awtoritajiet għandhom jipprovdu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni li x'aktarx li tissimplifika l-kompitu tagħhom u tippermetti s-superviżjoni tal-attività u tas-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-impriżi li huma jissorveljaw.

▼M5

Meta skont l-Artikolu 111 ta' din id-Direttiva, is-superviżur konsolidanti ta' grupp b'kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm ikun differenti mill-koordinatur determinat skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/87/KE, is-superviżur konsolidanti u l-koordinatur għandhom jikkooperaw għall-fini tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata. Sabiex tiġi ffaċilitata u stabbilita kooperazzjoni effettiva, is-superviżur konsolidanti u l-koordinatur għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub.

▼M6

2.  
L-informazzjoni riċevuta, fil-qafas tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, u b'mod partikolari, kwalunkwe skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li hu previst f'din id-Direttiva, għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1) ta' din id-Direttiva għall-istituzzjonijiet ta' kreditu jew skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

▼B

3.  
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandhom jistabbilixxu listi tal-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dawk il-listi għandhom ikunu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, lill-ABE u lill-Kummissjoni.

Artikolu 126

Penali

Konformement mat-Taqsima IV tal-Kapitolu 1 ta' dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistgħu jiġu imposti penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra mmirati li jtemmu l-ksur osservat jew il-kawżi ta’ tali ksur fuq kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta u kumpanniji azzjonarji b'attività mħallta, jew l-amministraturi effettivi tagħhom, li jiksru l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu dan il-Kapitolu.

Artikolu 127

Valutazzjoni tal-ekwivalenza tas-superviżjoni kkonsolidata ta’ pajjiżi terzi

1.  
Meta istituzzjoni, li l-impriża prinċipali tagħha tkun istituzzjoni jew kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, li l-uffiċċju ewlieni tagħha jkun jinsab f’pajjiż terz, ma tkunx soġġetta għal superviżjoni kkonsolidata skont l-Artikoli 111, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni tkunx soġġetta għal superviżjoni kkonsolidata minn awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz li tkun ekwivalenti għal dik irregolata mill-prinċipji stipulati f‘din id-Direttiva u r-rekwiżiti tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II, Parti Wieħed tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Il-valutazzjoni għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tkun responsabbli għal superviżjoni kkonsolidata jekk ikun applikabbli l-paragrafu 3, fuq talba tal-impriża prinċipali jew ta’ kwalunkwe entità rregolata awtorizzata fl-Unjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess. Dik l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti.

2.  
Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Kumitat tal-Banek Ewropej biex jagħti gwida ġenerali rigward jekk il-possibbiltà li l-arranġamenti ta' superviżjoni kkonsolidata tal-awtoritajiet superviżorji f’pajjiżi terzi jiksbu l-objettivi ta' superviżjoni kkonsolidata kif stabbilit f’dan il-Kapitolu, fir-rigward tal-istituzzjonijiet meta l-impriża prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju prinċipali f’pajjiż terz. Il-Kumitat Bankarju Ewropew għandu jżomm kwalunkwe tali gwida taħt rieżami u jqis kwalunkwe bidla għall-arranġamenti ta' superviżjoni kkonsolidata applikata minn tali awtoritajiet kompetenti. L-ABE għandha tgħin lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tal-Banek Ewropej fit-twettiq ta’ dawk il-kompiti, inklużi fir-rigward tal-valutazzjoni jekk tali gwida għandhiex tkun aġġornata.

L-awtorità kompetenti li twettaq il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tqis kwalunkwe gwida ta' dan it-tip. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-ABE qabel ma tadotta d-deċiżjoni.

3.  
Fin-nuqqas ta’ tali superviżjoni ekwivalenti, l-Istati Membri għandhom japplikaw din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjoni mutatis mutandisjew għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li japplikaw tekniki superviżorji adattati oħra li jiksbu l-objettivi ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata tal-istituzzjonijiet.

Dawk it-tekniki superviżorji għandhom, wara li jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, ikunu maqbula mill-awtorità kompetenti li ser tkun responsabbli għas-superviżjoni kkonsolidata.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, b'mod partikolari, jirrikjedu l-istabbiliment ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, u japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar superviżjoni kkonsolidata għall-pożizzjoni kkonsolidata ta' dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-pożizzjoni kkonsolidata tal-istituzzjonijiet ta’ dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

It-tekniki superviżorji għandhom jitfasslu biex jiksbu l-objettivi tas-superviżjoni kkonsolidata kif stabbilit f'dan il-Kapitolu u għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, lill-ABE u lill-Kummissjoni.



KAPITOLU 4

Riżervi ta' Kapital



Taqsima I

Riżervi kontroċikliċi

Artikolu 128

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

'riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital' tfisser il-fondi proprji li istituzzjoni tkun meħtieġa żżomm f'konformità mal-Artikolu 129;

(2) 

'riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni' tfisser il-fondi proprji li l-istituzzjoni tkun meħtieġa żżomm f'konformità mal-Artikolu 130;

(3) 

'riżerva ta' G-SII' tfisser il-fondi proprji huma meħtieġa li jinżammu konformement mal-Artikolu 131(4);

(4) 

'riżerva ta' O-SII' tfisser il-fondi proprji li huma meħtieġa li jinżammu konformement mal-Artikolu 131(5);

(5) 

'riżerva għar-riskju sistemiku' tfisser il-fondi proprji li istituzzjoni tkun jew tista' tkun meħtieġa żżomm skont l-Artikolu 133;

(6) 

'rekwiżit ta' riżerva kombinata' tfisser il-kapital totali tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni meħtieġ biex jissodisfa r-rekwiżit għar-riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital estiż b'dawn li ġejjin, skont il-każ:

(a) 

riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni;

(b) 

'riżerva ta' G-SII;

(c) 

riżerva ta' O-SII;

(d) 

riżerva għal riskju sistemiku;

(7) 

'rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika' tfisser ir-rata li l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biex jikkalkolaw ir-riżervi ta' kapital kontroċikliċi speċifiċi għall-istituzzjoni tagħhom, u li tiġi stabbilita f'konformità mal-Artikolu 136, l-Artikolu 137 jew minn awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz, skont il-każ;

(8) 

'istituzzjoni awtorizzata domestikament' tfisser istituzzjoni li tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru, li għaliha awtorità nnominata partikolari tkun responsabbli għall-istabbiliment tar-rata ta' riżerva ta' kapital kontroċiklika;

(9) 

'gwida għar-riżerva' tfisser rata ta' riżerva li tkun punt ta' riferiment ikkalkulata skont l-Artikolu 135(1).

▼M5

L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata msemmi fil-punt (6) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, sabiex jiġi ssodisfat kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali impost skont l-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva biex jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva, u l-gwida kkomunikata skont l-Artikolu 104b(3) ta' din id-Direttiva biex tindirizza riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm sabiex jiġi ssodisfat wieħed mill-elementi tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata tiegħu biex jissodisfaw l-elementi applikabbli l-oħra tar-rekwiżit tar-riżerva kombinata tiegħu.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata msemmi fil-punt (6) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu biex jissodisfaw il-komponenti bbażati fuq ir-riskju tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 92a u 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 45c u 45d tad-Direttiva 2014/59/UE.

▼M6 —————

▼M5

Artikolu 129

Rekwiżit li tinżamm riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital

1.  
Minbarra l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni li jinżamm biex jiġi sodisfatt wieħed mir-rekwiżiti tal-fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jżommu riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital, ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ugwali għal 2.5 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju tagħhom ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak r-Regolament fuq bażi individwali u kkonsolidata, kif applikabbli f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Wieħed ta' dak ir-Regolament.

▼M6 —————

▼M5

5.  
Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, din għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet stipulati fl-Artikolu 141(2) u (3).

Artikolu 130

Rekwiżit li tinżamm riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet iżommu riżerva ta' kapital kontroċikliku speċifika għall-istituzzjoni ekwivalenti għall-ammont tal-iskopertura totali tagħhom għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 immultiplikat bil-medja ponderata tar-rati ta' riżerva kontroċiklika kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 140 ta' din id-Direttiva fuq bażi individwali u kkonsolidata, kif applikabbli f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Wieħed ta' dak ir-Regolament. Dik ir-riżerva għandha tikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.

▼M6 —————

▼M5

5.  
Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, din għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet stipulati fl-Artikolu 141(2) u (3).

▼B

Artikolu 131

Istituzzjonijiet sistemikament importanti globali u oħrajn

▼M5

1.  
L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità li tkun responsabbli għall-identifikazzjoni, fuq bażi konsolidata, ta' G-SIIs, u, fuq bażi individwali, subkonsolidata jew konsolidata, kif applikabbli, ta' istituzzjonijiet sistematikament importanti (O-SIIs), li ġew awtorizzati fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw aktar minn awtorità waħda.

Il-G-SIIs għandhom ikunu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE; jew

(b) 

istituzzjoni li mhijiex sussidjarja ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE, ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE.

L-O-SIIs jistgħu jkunu jew istituzzjoni jew grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE, istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm fi Stati Membru jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm fi Stat Membru.

▼B

2.  

Il-metodoloġija tal-identifikazzjoni għall-G-SIIs għandha tkun ibbażata fuq il-kategoriji li ġejjin:

(a) 

id-daqs tal-grupp;

(b) 

l-interkonnettività tal-grupp mas-sistema finanzjarja;

(c) 

is-sostitwibilità tas-servizzi jew tal-infrastruttura finanzjarja pprovduta mill-grupp;

(d) 

il-kumplessità tal-grupp;

(e) 

l-attività transkonfinali tal-grupp, inkluż l-attività transkonfinali bejn l-Istati Membri u bejn Stat Membru u pajjiż terz.

Kull kategorija għandha tirċievi peżar ugwali u għandhom tikkonsisti minn indikaturi kwantifikabbli.

Il-metodoloġija għandha tipproduċi punteġġ globali għal kull entità msemmija fil-paragrafu 1 li tiġi valutata, li jippermetti li l-G-SIIs jkunu identifikati u allokati f'subkategorija kif deskritta fil-paragrafu 9.

▼M5

2a.  

Metodoloġija tal-identifikazzjoni addizzjonali għall-G-SIIs għandha tkun ibbażata fuq il-kategoriji li ġejjin:

(a) 

il-kategoriji msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(b) 

l-attività transkonfinali tal-grupp, eskluż l-attivitajiet tal-grupp bejn l-Istati Membri parteċipanti kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 ).

Kull kategorija għandha tirċievi ponderazzjoni ugwali u għandha tikkonsisti minn indikaturi kwantifikabbli. Għall-kategoriji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-indikaturi għandhom ikunu l-istess bħall-indikaturi korrispondenti ddeterminati skont il-paragrafu 2.

Il-metodoloġija tal-identifikazzjoni addizzjonali għandha tipproduċi punteġġ globali addizzjonali għal kull entità msemmija fil-paragrafu 1 ivvalutat, li abbażi tiegħu l-awtoritajiet kompetenti jew nominati jistgħu jieħdu waħda mill-miżuri msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 10.

▼B

3.  

L-OSIIs għandhom jiġu identifikati skont il-paragrafu 1. L-importanza sistemika għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi ta' mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

id-daqs;

(b) 

l-importanza għall-ekonomija tal-Unjoni, jew tal-Istat Membru rilevanti;

(c) 

is-sinifikanza tal-attivitajiet transkonfinali;

(d) 

l-interkonnettività tal-istituzzjoni jew tal-grupp mas-sistema finanzjarja.

▼M5

L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha, sal-1 ta' Jannar 2015, toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-kriterji li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu b'rabta mal-valutazzjoni tal-O-SIIs. Dawk il-linji gwida għandhom jieħdu kont tal-oqfsa internazzjonali għal istituzzjonijiet domestiċi sistemikament importanti u speċifiċitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk nazzjonali.

Wara konsultazzjoni mal-BERS, l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020 dwar il-metodoloġija adatta għat-tfassil u l-kalibrazzjoni tar-rati ta' riżerva ta' O-SII.

▼B

4.  
Kull G-SII għandha, fuq bażi kkonsolidata, iżżomm riżerva għall-G-SII li għandha tikkorrispondi għas-subkategorija li tiġi assenjata fiha l-G-SII. Dik ir-riżerva għandha tikkonsisti minn u għandha tissupplimenta l-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

▼M5

5.  
L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' teħtieġ lil kull O-SII, fuq bażi kkonsolidata, subkonsolidata jew individwali, skont kif japplika, biex iżżomm riżerva għal O-SII sa 3 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, waqt li jitqiesu l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-O-SII. Dik ir-riżerva għandha tikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.

▼M5

5a.  
Soġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' teħtieġ lil kull O-SII, fuq bażi kkonsolidata, subkonsolidata jew individwali, skont kif japplika, biex iżżomm riżerva għal O-SII sa 3 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dik ir-riżerva għandha tikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.

Fi żmien sitt ġimgħat minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, il-BERS għandu jipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-riżerva O-SII titqiesx adatta. L-ABE tista' wkoll tagħti lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar ir-riżerva f'konformità mal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Fi żmien tliet xhur minn meta l-BERS ikun bagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu 7 lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-valutazzjoni tal-BERS u l-ABE, jekk rilevanti, u jekk tkun sodisfatta li r-riżerva O-SII ma jinvolvix effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha, jew partijiet minnha, ta' Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni inġenerali li jiffurmaw jew joħolqu xkiel għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, għandha tadotta att li jawtorizza lill-awtorità kompetenti jew lill-awtorità nnominata biex tadotta l-miżura proposta.

▼B

6.  

Meta tesiġi li tinżamm riżerva O-SII l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tirrispetta li ġej:

(a) 

ir-riżerva ta' O-SII m'għandhiex tinvolvi effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha ta' Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni kollha kemm hi li jifformaw jew joħolqu ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern;

(b) 

ir-riżerva ta' O-SII għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tal-inqas kull sena.

▼M5

7.  

Qabel ma tiffissa jew terġa' tiffissa riżerva ta' O-SII, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika lill-BERS xahar qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5 u għandha tinnotifika lill-BERS tliet xhur qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti jew dik innominata msemmija fil-paragrafu 5a. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien. Tali notifiki għandhom jistabbilixxu fid-dettall:

▼B

(a) 

il-ġustifikazzjoni tar-raġuni għaliex ir-riżerva O-SII titqies li x'aktarx tkun effettiva u proporzjonata biex ittaffi r-riskju;

(b) 

valutazzjoni tal-impatt probabbli, pożittiv jew negattiv, tar-riżerva O-SII fuq is-suq intern, abbażi tal-informazzjoni li hija disponibbli għall-Istat Membru;

(c) 

ir-rata tar-riżerva O-SII li l-Istat Membru jixtieq jiffissa.

▼M5

8.  

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 133 u l-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, fejn O-SII tkun sussidjarja ta' G-SII jew ta' O-SII li hija jew istituzzjoni jew grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, u soġġetta għal riżerva ta' O-SII fuq bażi kkonsolidata, ir-riżerva li tapplika fuq bażi individwali jew subkonsolidat għall-O-SII m'għandhiex teċċedi l-iktar valur baxx minn:

(a) 

it-total tal-ogħla rata ta' riżerva tal-G-SII jew l-O-SII applikabbli għall-grupp fuq bażi konsolidata u 1 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(b) 

3 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew ir-rata li l-Kummissjoni awtorizzat biex tiġi applikata għall-grupp fuq bażi kkonsolidata skont il-paragrafu 5a ta' dan l-Artikolu.

9.  
Għandu jkun hemm tal-inqas ħames subkategoriji ta' G-SIIs. Il-limitu l-aktar baxx u l-limiti ta' bejn kull subkategorija għandhom jiġu ddeterminati mill-punteġġi skont il-metodoloġija tal-identifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Il-punteġġi limitu bejn is-subkategoriji li jmissu ma' xulxin għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar u għandhom josservaw il-prinċipju li hemm żieda lineari kostanti ta' sinifikat sistemiku, bejn kull subkategorija li tirriżulta f'żieda lineari fir-rekwiżit ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, bl-eċċezzjoni tas-subkategorija ħamsa u kwalunkwe subkategorija ogħla miżjuda. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, sinifikat sistemiku huwa l-impatt mistenni fuq is-suq finanzjarju globali kkawżat minn diffikultajiet għall-G-SII. Is-subkategorija l-aktar baxxa għandha tiġi assenjata riżerva ta' G-SII ta' 1 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-riżerva assenjata lil kull subkategorija għandha tiżdied b'differenzi li jkunu tal-anqas 0.5 % tal-ammont tal-skopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament.
10.  

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 9 u filwaqt li jintużaw s-subkategoriji u l-punteġġi li jifirduhom imsemmija fil-paragrafu 9, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista', fl-eżerċizzju ta' valutazzjoni superviżorja korretta:

(a) 

tirrialloka G-SII minn subkategorija aktar baxxa għal waħda ogħla;

(b) 

talloka entità kif imsemmija fil-paragrafu 1 li jkollha punteġġ globali kif imsemmi fil-paragrafu 2 li jkun aktar baxx mill-punteġġ limitu tal-iktar subkategorija baxxa f'dik is-subkategorija jew f'subkategorija ogħla, u b'hekk tiġi nnominata bħala G-SII;

(c) 

b'kont meħud tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni, fuq il-bażi tal-punteġġ globali addizzjonali msemmi fil-paragrafu 2a tirrialloka G-SII minn subkategorija aktar ogħla għal subkategorija aktar baxxa.

▼M5 —————

▼M5

12.  
L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għadha tinnotifika lill-BERS l-ismijiet tal-G-SIIs u l-O-SIIs u s-subkategorija rispettiva fejn tiġi allokata kull G-SII. In-notifika għandu jkun fiha r-raġunijiet kollha għalfejn ġie eżerċitat ġudizzju superviżorju jew le f'konformità mal-paragrafu 10, punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 10. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni u lill-ABE mingħajr dewmien, u għandu jiżvela isimhom pubblikament. L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet nominati għandhom jiżvelaw pubblikament is-subkategorija fejn tiġi allokata kull G-SII.

L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha kull sena tirrieżamina l-identifikazzjoni tal-G-SIIs u l-O-SIIs u l-allokazzjoni tal-G-SIIs fis-subkategoriji rispettivi u tirrapporta r-riżultat lill-istituzzjoni sistemikament importanti kkonċernata, lill-BERS li għandu jibgħat ir-riżultati lill-Kummissjoni u lill-ABE mingħajr dewmien. L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tiżvela pubblikament l-lista aġġornata ta' istituzzjonijiet sistemikament importanti identifikati u s-subkategorija fejn tkun allokata kull G-SII identifikata.

▼M5 —————

▼M5

14.  
Fejn grupp, fuq bażi kkonsolidata, ikun soġġett għal riżerva ta' G-SII u għal riżerva ta' O-SII għandha tapplika r-riżerva l-aktar għolja.
15.  
Fejn istituzzjoni tkun soġġetta għal riżerva għal riskju sistemiku, stabbilita f'konformità mal-Artikolu 133, dik ir-riżerva għandha tkun kumulattiva mar-riżerva O-SII jew ir-riżerva G-SII applikata f'konformità ma' dan l-Artikolu.

Fejn it-total tar-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku kif ikkalkulata għall-fini tal-paragrafu 10, 11 jew 12 tal-Artikolu 133 u r-rata ta' riżerva ta' O-SII jew G-SII li għaliha hija soġġetta l-istess istituzzjoni ikun ogħla minn 5 %, għandha tapplika l-proċedura stipulata fil-paragrafu 5a ta' dan l-Artikolu.

▼M5 —————

▼M5

18.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-metodoloġiji li għandha tintuża mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata biex tidentifika istituzzjoni jew grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE jew minn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE bħala G-SII u biex tiġi speċifikata l-metodoloġija għad-definizzjoni tas-subkategoriji u l-allokazzjoni tal-G-SIIs fis-subkategoriji abbażi tar-sinifikat sistemiku tagħhom, waqt li jitqiesu l-istandards maqbula fuq livell internazzjonali.

L-ABE għandha tippreżenta sat-30 ta' Ġunju 2014 dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni.

Qiegħda tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f'dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

▼M5 —————

▼M5

Artikolu 133

Rekwiżit biex tinżamm riżerva għal riskju sistemiku

1.  
Kull Stat Membru jista' jintroduċi riżerva għal riskju sistemiku tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni għas-settur finanzjarju jew subsett wieħed jew aktar ta' dak is-settur fuq l-iskoperturi kollha jew subsett tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, sabiex jipprevjeni u jtaffi r-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi li mhumiex koperti bir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u bl-Artikoli 130 u 131 ta' din id-Direttiva, fis-sens ta' riskju ta' tħarbit fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u l-ekonomija reali fi Stat Membru speċifiku.
2.  

L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-riżerva għal riskju sistemiku kif ġej:

image

fejn:

BSR = ir-riżerva għal riskju sistemiku;

rT = ir-rata ta' riżerva applikabbli għall-iskopertura tar-riskju totali ta' istituzzjoni;

ET = l-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

i = l-indiċi li jirrappreżenta s-subsett tal-iskoperturi kif imsemmija fil-paragrafu 5;

ri = ir-rata ta' riżerva applikabbli għall-ammont tal-iskopertura tar-riskju tas-subsett ta' skoperturi i; u

Ei = l-ammont tal-iskopertura għar-riskju ta' istituzzjoni għal subsett ta' skoperturi i kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità li tkun responsabbli għall-iffissar tar-riżerva għal riskju sistemiku u għall-identifikazzjoni tal-iskoperturi u s-subsettijiet ta' istituzzjonijiet li tapplika għalihom. Dik l-awtorità għandha tkun jew l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata.
4.  
Għall-fini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità rilevanti kompetenti jew nominata, kif applikabbli, tista' teħtieġ li l-istituzzjonijiet iżommu riżerva għal riskju sistemiku ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni kkalkulata f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, fuq bażi individwali, konsolidata jew subkonsolidata, kif applikabbli f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Wieħed tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
5.  

Riżerva għal riskju sistemiku tista' tapplika għal:

(a) 

l-iskoperturi kollha li jinsabu fl-Istat Membri li jistabbilixxi r-riżerva;

(b) 

l-iskoperturi settorjali li jinsabu fl-Istat Membru li jistabbilixxi dik ir-riżerva:

(i) 

l-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi li huma ggarantiti bi proprjetà residenzjali;

(ii) 

l-iskoperturi kollha għal persuni ġuridiċi li huma ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà kummerċjali immobbli;

(iii) 

l-iskoperturi kollha għal persuni ġuridiċi għajr dawk speċifikati fil-punt (ii);

(iv) 

l-iskoperturi kollha għal persuni fiżiċi għajr dawk speċifikati fil-punt (i);

(c) 

l-iskoperturi kollha li jinsabu fi Stati Membri oħra, soġġetti għall-paragrafi 12 u 15;

(d) 

l-iskoperturi settorjali, kif identifikati mill-punt (b) ta' dan il-pargrafu, li jinsabu fi Stati Membri oħra biss biex jippermettu r-rikonoxximent ta' rata ta' riżerva stabbilita minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 134;

(e) 

l-iskoperturi li jinsabu f'pajjiżi terzi;

(f) 

subsettijiet ta' kwalunkwe kategorija ta' skopertura identifikata fil-punt (b).

6.  
L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, sat-30 ta' Ġunju 2020 dwar is-subsettijiet adatti ta' skoperturi li għalihom l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' tapplika riżerva għal riskju sistemiku f'konformità mal-punt (f) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.
7.  
Riżerva għal riskju sistemiku għandha tapplika għall-iskoperturi kollha, jew subsett ta' skoperturi kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, tal-istituzzjonijiet kollha, jew għal subsett wieħed jew iktar ta' dawk l-istituzzjonijiet, li għalihom l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat ikunu kompetenti f'konformità ma' din id-Direttiva u għandha tiġi stabbilita b'passi gradwali ta' aġġustament ta' 0,5 punti perċentwali jew multipli tagħhom. Jistgħu jiġu introdotti rekwiżiti differenti għal subsettijiet differenti tal-istituzzjonijiet u tal-iskoperturi. Ir-riżerva tar-riskju sistemiku ma għandhiex tindirizza r-riskji koperti bl-Artikoli 130 u 131.
8.  

Meta tesiġi li tinżamm riżerva għal riskju sistemiku l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tikkonforma ma' li ġej:

(a) 

ir-riżerva għal riskju sistemiku ma tinvolvix effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha fi Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni kollha kemm hi billi tifforma jew toħloq ostaklu għall-funzjonament xieraq tas-suq intern;

(b) 

ir-riżerva għal riskju sistemiku għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tal-anqas kull sentejn;

(c) 

ir-riżerva għal riskju sistemiku ma għandhiex tintuża sabiex tindirizza r-riskji li huma koperti bl-Artikoli 130 u 131.

9.  
L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tinnotifika lill-BERS qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 13. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien.

Fejn l-istituzzjoni li għaliha tapplika rata waħda jew aktar tar-riżerva għal riskju sistemiku tkun sussidjarja li l-prinċipali tagħha tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika wkoll lill-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru.

Fejn tapplika rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku għall-iskoperturi li jinsabu f'pajjiżi terzi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tinnotifika wkoll lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki mingħajr dewmien lill-awtoritajiet superviżorji ta' dawk il-pajjiżi terzi.

Tali notifiki għandhom jistabbilixxu fid-dettall:

(a) 

ir-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi fl-Istat Membru;

(b) 

ir-raġunijiet għaliex id-dimensjoni tar-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi thedded l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-livell nazzjonali li tiġġustifika r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku;

(c) 

il-ġustifikazzjoni tar-raġuni għaliex ir-riżerva għal riskju sistemiku titqies li x'aktarx tkun effettiva u proporzjonata biex ittaffi r-riskju;

(d) 

valutazzjoni tal-impatt probabbli, pożittiv jew negattiv, tar-riżerva għal riskju sistemiku fuq is-suq intern, ibbażata fuq informazzjoni li hija disponibbli għall-Istat Membru;

(e) 

ir-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku li l-awtorità kompetenti jew dik innominata, skont kif japplika, beħsiebha timponi u l-iskoperturi li għalihom għandhom japplikaw tali rati u l-istituzzjonijiet li għandhom ikunu soġġetti għal tali rati;

(f) 

fejn ir-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku tapplika għall-iskoperturi kollha, ġustifikazzjoni għalfejn l-awtorità tqis li r-riżerva għal riskju sistemiku mhix qed tiddupplika l-funzjoni tar-riżerva O-SII prevista fl-Artikolu 131.

Fejn id-deċiżjoni biex tiġi ffissata r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku tirriżulta fi tnaqqis jew fl-ebda bidla mir-rata ta' riżerva ffissata qabel, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tikkonforma biss ma' dan il-paragrafu.

10.  
Fejn l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta' rata jew rati ta' riżerva għal riskju sistemiku fuq kwalunkwe sett jew subsett ta' skoperturi msemmija fil-paragrafu 5 soġġetti għal riżerva waħda jew aktar għal riskju sistemiku ma jirriżultax f'rata kombinata ta' riżerva għal riskju sistemiku ogħla minn 3 % għal kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tinnotifika lill-BERS f'konformità mal-paragrafu 9 xahar qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 13.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, ir-rikonoxximent tar-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku stabbilita minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 134 ma għandhiex tgħodd għal-livell limitu ta' 3 %.

11.  
Fejn l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta' rata jew rati ta' riżerva għal riskju sistemiku fuq kwalunkwe sett jew subsett ta' skoperturi msemmija fil-paragrafu 5 soġġetti għal riżerva waħda jew aktar għal riskju sistemiku jirriżulta f'rata kombinata ta' riżerva għal riskju sistemiku f'livell ogħla minn 3 % u sa 5 %għal kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tal-Istat Membru li jiffissa r-riżerva għandha titlob l-opinjoni tal-Kummissjoni fin-notifika ppreżentata skont il-paragrafu 9. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-opinjoni tagħha fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika.

Fejn l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, tal-Istat Membru li jistabbilixxi r-riżerva għal riskju sistemiku għandha tikkonforma ma' dik l-opinjoni jew tagħti r-raġunijiet għalfejn m'għamlitx dan.

Fejn istituzzjoni li għaliha tapplika rata waħda jew aktar tar-riżerva għal riskju sistemiku tkun sussidjarja li l-prinċipali tagħha tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha titlob rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u l-BERS fin-notifika ppreżentata skont il-paragrafu 9.

Il-Kummissjoni u l-BERS għandhom kull wieħed jipprovdu rakkomandazzjoni fi żmien sitt ġimgħat minn meta tasal in-notifika.

Fejn l-awtoritajiet tal-istituzzjoni sussidjarja u ta' dik prinċipali ma jaqblux fuq ir-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku applikabbli għal dik l-istituzzjoni jew fil-każ ta' rakkomandazzjoni negattiva kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-BERS, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, tista' tirreferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-għajnuna f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Id-deċiżjoni biex tiġi stabbilita rata jew rati ta' riżerva għal riskju sistemiku għal dawk l-iskoperturi għandha tiġi sospiża sakemm l-ABE tieħu deċiżjoni.

12.  
Fejn l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid tar-rata jew tar-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku fuq kull sett jew subsett tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 5 suġġett għal rata waħda jew aktar ta' riżerva għal riskju sistemiku jirriżulta f'rata kombinata ta' riżerva għal riskju sistemiku ogħla minn 5 % għal kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha titlob l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni tar-riżerva għal riskju sistemiku.

Fi żmien sitt ġimgħat minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu, il-BERS għandu jipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-riżerva għal riskju sistemiku titqiesx adatta. L-ABE tista' wkoll tagħti lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar dik ir-riżerva għal riskju sistemiku f'konformità mal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Fi żmien tliet xhur minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 9, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-valutazzjoni tal-BERS u l-ABE, jekk tkun rilevanti, u jekk tkun sodisfatta li r-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku ma jinvolvux effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha ta' Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni inġenerali li jwasslu biex jiġi ffurmat jew jinħoloq xkiel għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, għandha tadotta att li jawtorizza lill-awtorità kompetenti jew lill-awtorità nnominata, skont kif japplika, biex tadotta l-miżura proposta.

13.  

Kull awtorità kompetenti, jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tħabbar l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta' rata waħda jew aktar tar-riżerva għal riskju sistemiku permezz tal-pubblikazzjoni f'sit web adatt. Dik il-pubblikazzjoni għandha tinkludi tal-anqas informazzjoni li ġejja:

(a) 

ir-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku;

(b) 

l-istituzzjonijiet li għalihom tapplika r-riżerva għal riskju sistemiku;

(c) 

l-iskoperturi li għalihom tapplika r-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku;

(d) 

ġustifikazzjoni għall-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid tar-rata jew tar-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku;

(e) 

id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid tar-riżerva għal riskju sistemiku; u

(f) 

l-ismijiet tal-pajjiżi fejn l-iskoperturi li qegħdin f'dawn il-pajjiżi jkunu rikonoxxuti fir-riżerva għal riskju sistemiku.

Fejn il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tista' tippreġudika l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, dik l-informazzjoni m'għandhiex tiġi inkluża fil-pubblikazzjoni.

14.  
Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, din għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet stipulati fl-Artikolu 141(2) u (3).

Fejn l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet twassal għal titjib mhux sodisfaċenti tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni fid-dawl tar-riskju sistemiku rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 64.

15.  
Fejn l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, tiddeċiedi li tiffissa r-riżerva għal riskju sistemiku abbażi tal-iskoperturi li jinsabu fi Stati Membri oħra, ir-riżerva għandha tiġi ffissata ndaqs fuq l-iskoperturi kollha li jinsabu fl-Unjoni, sakemm ir-riżerva ma tkunx iffissata biex tirrikonoxxi r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku ffissata minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 134.

Artikolu 134

Rikonoxximent ta' rata ta' riżerva għal riskju sistemiku

1.  
Stati Membri oħrajn jistgħu jirrikonoxxu rata ffissata f'konformità mal-Artikolu 133 u jistgħu japplikaw dik ir-rata għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament għall-iskoperturi li qegħdin fl-Istat Membru li jiffissa dik ir-rata.
2.  
Fejn l-Istati Membri jirrikonoxxu rata tar-riżerva għal riskju sistemiku għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament skont il-paragrafu 1, huma għandhom jinnotifikaw lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-Istat Membru li jiffissa dik ir-rata mingħajr dewmien.
3.  
Meta jiddeċiedi jekk jirrikonoxxix rata ta' riżerva għal riskju sistemiku skont il-paragrafu 1, Stat Membru għandu jqis l-informazzjoni ppreżentata mill-Istat Membru li jiffissa r-rata f'konformità mal-Artikolu 133(9) u (13).
4.  
Fejn l-Istati Membri jirrikonoxxu rata tar-riżerva għal riskju sistemiku għal istituzzjonijiet rikonoxxuti domestikament, dik ir-riżerva għal riskju sistemiku tista' tkun kumulattiva mar-riżerva għal riskju sistemiku applikata f'konformità mal-Artikolu 133 dment li r-riżervi jindirizzaw riskji differenti. Fejn ir-riżervi jindirizzaw l-istess riskju, għandha tapplika biss l-ogħla riżerva.
5.  
Stat Membru li jiffissa rata tar-riżerva għal riskju sistemiku f'konformità mal-Artikolu 133 ta' din id-Direttiva jista' jitlob lill-BERS biex joħroġ rakkomandazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 lil Stat Membru wieħed jew aktar li jistgħu jirrikonoxxu r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku.

▼B



Taqsima II

L-iffissar u l-kalkolu tar-riżervi ta' kapital kontroċikliċi

Artikolu 135

Gwida tal-BERS dwar l-iffissar tar-rati ta' riżerva kontroċikliċi

1.  

Permezz ta’ rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, il-BERS jista' jipprovdi gwida lill-awtoritajiet nominati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 136(1) dwar l-istabbiliment tar-rati tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, li tinkludi dan li ġej:

(a) 

prinċipji li jiggwidaw lill-awtoritajiet nominati meta jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom dwar ir-rata xierqa tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, biex jiżguraw li l-awtoritajiet jadottaw approċċ tajjeb għaċ-ċikli makroekonomiċi rilevanti u jippromwovu teħid ta' deċiżjonijiet tajjeb u konsistenti fl-Istati Membri kollha;

(b) 

gwida ġenerali dwar:

(i) 

il-kalkolu u l-kalkolu tad-devjazzjoni minn xejriet fit-tul tal-proporzjonijiet bejn il-kreditu u l-prodott domestiku gross (PDG);

(ii) 

il-gwidi għall-kalkolu tar-riżervi ta' kapital meħtieġa skont l-Artikolu 136(2);

(c) 

gwida dwar il-fatturi varjabbli li jindikaw l-akkumulu tar-riskju mifrux mas-sistema assoċjat ma' perijodi ta' tkabbir eċċessiv tal-kreditu f'sistema finanzjarja, b'mod partikolari l-koeffiċjent rilevanti tal-kreditu għall-PDG u d-devjazzjoni tiegħu mit-tendenza fuq perijodu taż-żmien twil, u dwar fatturi oħra rilevanti, inkluż it-trattament ta' żviluppi ekonomiċi f'setturi individwali tal-ekonomija, li għandu jservi ta’ informazzjoni għad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet magħżula dwar ir-rata adatta tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika skont l-Artikolu 136;

(d) 

gwida dwar il-fatturi varjabbli, inklużi kriterji kwalitattivi, li jindikaw li r-riżerva ta' kapital għandha tinżamm, titnaqqas jew tiġi żvelata totalment.

2.  
Meta joħroġ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1, il-BERS għandu jieħu kont dovut tad-differenzi bejn l-Istati Membri u b'mod partiklari l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri b'ekonomiji żgħar u miftuħin.
3.  
Fejn ikun ħareġ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1, il-BERS għandu jżommha taħt rieżami u jaġġornaha, fejn meħtieġ, fid-dawl tal-esperjeza tal-istabbiliment tar-riżervi ta' kapital skont din id-Direttiva jew tal-iżviluppi fil-prattiki miftiehma internazzjonalment.

Artikolu 136

L-iffissar tar-rati ta' riżerva kontroċikliċi

1.  
Kull Stat Membru għandu jinnomina korp jew awtorità pubblika (minn hawn 'il quddiem "awtorità nnominata") li tkun responsabbli għall-istabbiliment tar-rati tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal dak l-Istat Membru.
2.  

Kull awtorità nnominata għandha tikkalkola, għal kull tliet xhur, gwida għar-riżerva ta' kapital bħala referenza biex tiggwida l-eżerċizzju tal-ġudizzju tagħha fl-istabbiliment tar-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika skont il-paragrafu 3. Il-gwida dwar ir-riżerva ta' kapital għandha tirrifletti, b'mod sinifikanti, iċ-ċiklu ta' kreditu u r-riskji dovuti għal eċċess ta' tkabbir fil-kreditu fl-Istat Membru u għandha tieħu kont dovut tal-ispeċifiċitajiet tal-kontijiet tal-ekonomija nazzjonali. Hi għandha tkun ibbażata fuq id-devjazzjoni tal-proporzjon bejn il-kreditu u l-PDG mix-xejra fit-tul tagħha, b'kont meħud, inter alia:

(a) 

ta' indikatur tat-tkabbir tal-livelli tal-kreditu f'dik il-ġurisdizzjoni u, b'mod partikolari, indikatur li jirrifletti l-bidliet fil-proporzjon bejn il-kreditu mogħti f'dak l-Istat Membru u l-PDG;

(b) 

ta' kwalunkwe gwida kurrenti miżmuma mill-BERS f'konformità mal-Artikolu 135(1)(b).

▼M5

3.  

Kull awtorità nnominata għandha tivvaluta l-intensità tar-riskju sistemiku ċikliku u l-adegwatezza tar-rata ta' riżerva kontroċiklika għall-Istat Membru tagħha kull tliet xhur u tiffissa jew taġġusta r-rata tar-riżerva, kif meħtieġ. Waqt li tagħmel dan, kull awtorità nominata għandha tieħu kont:

▼B

(a) 

il-gwida tar-riżerva ta' kapital ikkalkulata skont il-paragrafu 2;

(b) 

kwalunkwe gwida kurrenti miżmuma mill-BERS f'konformità mal-Artikolu 135(1)(a), (c) u (d) u kwalunkwe rakkomandazzjoni maħruġa mill-BERS dwar l-iffissar ta' rata ta' riżerva;

(c) 

fatturi varjabbli oħra li l-awtorità nnominata tqis rilevanti għall-indirizzar tar-riskju sistemiku ċikliku.

4.  
Ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, espressa bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 87(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-istituzzjonijiet li jkollhom skoperturi tal-kreditu f'dak l-Istat Membru, għandhom ikunu bejn 0 % u 2,5 %, ikkalibrati f'intervalli ta’ 0,25 punti perċentwali jew multipli ta’ 0,25 punti perċentwali. Fejn ġustifikat abbażi tal-konsiderazzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3, l-awtorità nnominata tista' tistabbilixxi rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-fini stipulat fl-Artikolu 140(2) ta' din id-Direttiva.
5.  
Meta l-awtorità nnominata tistabbilixxi rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ogħla minn żero għall-ewwel darba, jew fejn sussegwentement l-awtorità nnominata żżid l-istabbiliment tar-rata prevalenti tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, hi għandha wkoll tiddeċiedi dwar id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dik ir-riżerva ta' kapital ogħla għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom. Dik id-data ma għandhiex tkun aktar tard minn 12-il xahar wara d-data meta jitħabbar l-istabbiliment tar-riżerva ta' kapital ogħla skont il-paragrafu 7. Jekk id-data tkun inqas minn 12-il xahar wara li jitħabbar l-istabbiliment tar-riżerva ta' kapital ogħla, dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni għandha tiġi ġġustifikata abbażi ta' ċirkostanzi eċċezzjonali.
6.  
Jekk l-awtorità nnominata tnaqqas ir-rata eżistenti tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, irrispettivament minn jekk tnaqqashiex għal żero jew le, hi għandha wkoll tiddeċiedi dwar perijodu indikattiv li fih ma tkun mistennija l-ebda żieda fir-riżerva ta' kapital. Madankollu, dak il-perijodu indikattiv m'għandux ikun vinkolanti fuq l-awtorità nnominata.

▼M5

7.  

Kull awtorità nnominata għandha tippubblika kull tliet xhur tal-anqas l-informazzjoni li ġejja fuq is-sit web tagħha:

(a) 

ir-rati tar-riżerva kontroċiklika applikabbli;

(b) 

il-proporzjon rilevanti bejn il-kreditu u l-PDG u d-devjazzjoni tiegħu mix-xejra fit-tul;

(c) 

il-gwida tar-riżerva kkalkulata skont il-paragrafu 2;

(d) 

ġustifikazzjoni għal dik ir-rata tar-riżerva;

(e) 

fejn ir-rata tar-riżerva tiżdied, id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dik ir-rata ogħla tar-riżerva għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom;

(f) 

fejn id-data msemmija fil-punt (e) tkun inqas minn 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni skont dan il-paragrafu, referenza għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni;

(g) 

fejn ir-rata tar-riżerva titnaqqas, il-perijodu indikattiv li matulu ma tkun mistennija l-ebda żieda fir-rata tar-riżerva, flimkien ma' ġustifikazzjoni għal dak il-perijodu.

L-awtoritajiet nominati għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jikkoordinaw meta għandha ssir il-pubblikazzjoni.

L-awtoritajiet nominati għandhom jinnotifikaw lill-BERS dwar kull bidla fir-rata tar-riżerva kontroċiklika u l-informazzjoni meħtieġa speċifikata fil-punti (a) sa (g) tal-ewwel subparagrafu. Il-BERS għandu jippubblika, fuq is-sit web tiegħu, tali rati tar-riżervi ta' kapital kollha notifikati u l-informazzjoni relatata.

▼B

Artikolu 137

Rikonoxximent tar-rati tar-riżerva kontroċiklika ogħla minn 2,5 %

1.  
Fejn l-awtorità nnominata, skont l-Artikolu 136(4) jew l-awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz tkun stabbilixxiet rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet nominati l-oħra jistgħu jirrikonoxxu dik ir-rata tar-riżerva ta' kapital għall-finijiet tal-kalkolu mill-istituzzjonijiet awtorizzati domestikament tar-riżervi ta' kapital kontroċikliċi speċifika għall-istituzzjoni tagħhom.
2.  

Fejn l-awtorità nnominata f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tirrikonoxxi rata tar-riżerva ta' kapital ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hi għandha tħabbar dak ir-rikonoxximent permezz ta’ pubblikazzjoni fuq is-sit web tagħha. L-aħbar għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

ir-rati tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika applikabbli;

(b) 

l-Istat Membru jew il-pajjiżi terzi li għalihom tkun applikabbli;

(c) 

fejn ir-rata tar-riżerva ta' kapital tiżdied, id-data minn meta l-istituzzjonijiet awtorizzati fl-Istat Membru tal-awtorità nnominata għandhom japplikaw dik ir-rata ogħla tar-riżerva ta' kapital għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom;

(d) 

fejn id-data msemmija fil-punt (c) tkun inqas minn 12-il xahar wara d-data tat-tħabbira skont dan il-paragrafu, referenza għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni.

Artikolu 138

Rakkomandazzjoni tal-BERS dwar ir-rati tar-riżerva kontroċikliċi ta’ pajjiżi terzi

Il-BERS jista', skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet nominati dwar ir-rata xierqa tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għall-iskoperturi għal dak il-pajjiż terz fejn:

(a) 

ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ma tkunx ġiet stabbilita u ppubblikata mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz għal pajjiż terz (l-'awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz') li għalih istituzzjoni waħda jew aktar tal-Unjoni jkollha skoperturi tal-kreditu;

(b) 

il-BERS iqis li r-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika li tkun ġiet stabbilita u ppubblikata mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz għal pajjiż terz ma tkunx biżżejjed biex tipproteġi kif xieraq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni mir-riskji ta’ tkabbir eċċessiv fil-kreditu f'dak il-pajjiż, jew awtorità nnominata tinnotifika lill-BERS li hija tqis li r-rata tar-riżervi ta' kapital ma tkunx biżżejjed għal dak il-fini.

Artikolu 139

Deċiżjoni mill-awtoritajiet nominati dwar ir-rati ta' riżerva kontroċikliċi ta’ pajjiżi terzi

1.  
Dan l-Artikolu japplika irrispettivament minn jekk il-BERS ikunx ħareġ rakkomandazzjoni lill-awtoritajiet nominati kif imsemmi fl-Artikolu 138.
2.  
Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 138, l-awtoritajiet nominati jistgħu jistabbilixxu r-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika li l-istituzzjonijiet awtorizzati domestikament għandhom japplikaw għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istitutuzzjonijiet tagħhom.
3.  
Fejn ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika tkun ġiet stabbilita u ppubblikata mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz għal pajjiż terz, l-awtorità nnominata tista tistabbilixxi rata differenti tar-riżervi ta' kapital għal dak il-pajjiż terz għall-finijiet tal-kalkolu mill-istituzzjonijiet awtorizzati domestikament tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom jekk dawn raġonevolment iqisu li r-rata tar-riżerva ta' kapital stabbilita mill-awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz ma tkunx biżżejjed biex tipproteġi lil dawk l-istituzzjonijiet kif xieraq mir-riskji ta’ tkabbir eċċessiv fil-kreditu f'dak il-pajjiż.

Meta teżerċita s-setgħa skont l-ewwel subparagrafu, awtorità nnominata m'għandhiex tiffissa rata tar-riżerva kontroċiklika inqas mil-livell iffissat mill-awtorità rilevanti ta' pajjiż terz sakemm dik r-rata ta' riżerva ma taqbiżx it-2,5 %, espressa bħala perċentwali tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-istituzzjonijiet li jkollhom skoperturi ta’ kreditu f'dak il-pajjiż terz.

Biex tinkiseb koerenza għar-rati ffissati tar-riżerva għal pajjiżi terzi l-BERS jista' jagħti rakkomandazzjonijiet għal dawk ir-rati ffissati.

4.  
Meta awtorità nnominata tistabbilixxi r-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz skont il-paragrafu 2 jew 3 li żżid ir-rata applikabbli eżistenti tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, l-awtorità nnominata ta’ pajjiż terz għandha tiddeċiedi dwar id-data minn meta l-istituzzjonijiet awtorizzati domestikament għandhom japplikaw dik ir-rata tar-riżerva ta' kapital għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom. Dik id-data ma tistax tkun qabel 12-il xahar wara d-data meta r-rata tar-riżerva ta' kapital titħabbar skont il-paragrafu 5. Jekk dik id-data tkun inqas minn 12-il xahar wara li jitħabbar l-istabbiliment, dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni għandha tiġi ġġustifikata abbażi ta' ċirkostanzi eċċezzjonali.
5.  

L-awtoritajiet nominati għandhom jippubblikaw kwalunkwe stabbiliment ta’ rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz skont il-paragrafu 2 jew 3 fuq is-siti web tagħhom u għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika u l-pajjiż terz li għalih tkun applikabbli;

(b) 

ġustifikazzjoni għal dik ir-rata tar-riżerva ta' kapital;

(c) 

fejn ir-rata tar-riżerva ta' kapital tkun stabbilita ogħla minn żero għall-ewwel darba jew tiżdied, id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dik ir-rata ogħla tar-riżerva ta' kapital għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom;

(d) 

fejn id-data msemmija fil-punt (c) tkun inqas minn 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-istabbiliment skont dan il-paragrafu, referenza għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni.

Artikolu 140

Kalkolu tar-rati ta' riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni

1.  
Ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni għandha tikkonsisti mill-medja peżata tar-rati tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika li japplikaw fil-ġurisdizzjoni fejn l-iskoperturi tal-kreditu rilevanti tal-istituzzjoni jkunu jinsabu, jew jiġu applikati għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu bis-saħħa tal-Artikolu 139(2) jew (3).

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li bil-għan li jikkalkolaw il-medja peżata msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet japplikaw għal kull rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika applikabbli r-rekwiżiti ta' fondi proprji totali tagħha għar-riskju tal-kreditu, iddeterminati skont it-Titoli II u IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar l-iskoperturi tal-kreditu rilevanti fit-territorju inkwistjoni, diviżi bir-rekwiżiti ta' fondi proprji totali tagħha għar-riskju tal-kreditu b'rabta mal-iskoperturi tal-kreditu rilevanti kollha tagħha tal-kreditu.

2.  

Jekk, skont l-Artikolu 136(4), l-awtorità nnominata tistabbilixxi rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rati tar-riżerva ta' kapital li ġejjin japplikaw għall-iskoperturi tal-kreditu rilevanti li jkunu jinstabu fl-Istat Membru ta’ dik l-awtorità nnominata ('Stat Membru A') għall-finijiet tal-kalkolu meħtieġ skont il-paragrafu 1 inkluż, fejn rilevanti, għall-finijiet tal-kalkolu tal-element tal-kapital ikkonsolidat li jirrigwarda l-istituzzjoni inkwistjoni:

(a) 

l-istituzzjonijiet awtorizzati domestikament għandhom japplikaw dik ir-rata tar-riżerva ta' kapital ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju;

(b) 

l-istituzzjonijiet li jkunu awtorizzati fi Stat Membru ieħor għandhom japplikaw ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ta’ 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju jekk l-awtorità nnominata fl-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati ma tkunx irrikonoxxiet ir-rata tar-riżerva ta' kapital ogħla minn 2,5 % skont l-Artikolu 137(1);

(c) 

l-istituzzjonijiet li jkunu awtorizzati fi Stat Membru ieħor għandhom japplikaw ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika stabbilita mill-awtorità nnominata tal-Istat Membru A jekk l-awtorità nnominata fl-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati tkun irrikonoxxiet ir-rata tar-riżerva ta' kapital f'konformità mal-Artikolu 137.

3.  

Jekk ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika stabbilita mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz għal pajjiż terz teċċedi 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rati tar-riżerva ta' kapital li ġejjin japplikaw għall-iskoperturi tal-kreditu rilevanti li jkunu jinstabu f'dak il-pajjiż terz għall-finijiet tal-kalkolu meħtieġ skont il-paragrafu 1 inkluż, fejn rilevanti, għall-finijiet tal-kalkolu tal-element tal-kapital ikkonsolidat li jirrigwarda l-istituzzjoni inkwistjoni:

(a) 

l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ta’ 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju jekk l-awtorità nnominata fl-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati ma tkunx irrikonoxxiet ir-rata tar-riżerva ta' kapital ogħla minn 2,5 % skont l-Artikolu 137(1);

(b) 

l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ssettjata mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz jekk l-awtorità nnominata fl-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati tkun irrikonoxxiet ir-rata tar-riżerva ta' kapital skont l-Artikolu 137;

4.  

L-iskoperturi rilevanti tal-kreditu għandhom jinkludu dawk il-klassijiet kollha ta' skoperturi, għajr dawk imsemmija fil-punti (a), sa (f) tal-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 575/ 2013 li jkunu soġġetti għal:

(a) 

rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji tal-kreditu skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament;

(b) 

fejn l-iskopertura tinżamm f'portafoll tan-negozjar, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu IV, Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament jew r-riskju inkrimentali għall-inadempjenza u migrazzjoni skont il-Kapitolu 5 tat-Titolu IV, Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament;

(c) 

fejn l-iskopertura tkun garantita b'assi eżistenti, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji skont il-Kapitolu 5 tat-Titolu II, Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament.

5.  
L-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw il-pożizzjoni ġeografika tal-iskopertura għall-kreditu rilevanti skont l-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 7.
6.  

Għall-finijiet tal-kalkolu meħtieġ skont il-paragrafu 1:

(a) 

ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal Stat Membru għandha tapplika mid-data speċifikata fl-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 136(7)(e) jew l-Artikolu 137(2)(c) jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li tiżdied ir-rata tar-riżerva ta' kapital;

(b) 

sosoġġett għall-punt (c), ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz għandha tapplika 12-il xahar wara d-data li fiha tkun tħabbret bidla fir-rata tar-riżerva ta' kapital mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz, irrispettivament minn jekk l-awtorità tkunx teħtieġ li l-istituzzjonijiet inkorporati f'dak il-pajjiż terz japplikaw il-bidla f'perijodu iqsar, jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li tiżdied ir-rata tar-riżerva ta' kapital;

(c) 

fejn l-awtorità nnominata tal-Istat Membru domiċiljari tal-istituzzjoni tistabbilixxi r-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz skont l-Artikolu 139(2) jew (3), jew tirrikonoxxi r-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz skont l-Artikolu 137, dik ir-rata tar-riżerva ta' kapital għandha tapplika mid-data speċifikata fl-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 139(5)(c) jew l-Artikolu 137(2)(c), jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li tiżdied ir-rata tar-riżerva ta' kapital;

(d) 

rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għandha tapplika immedjatament jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li titnaqqas ir-rata tar-riżerva ta' kapital.

Għall-finijiet tal-punt (b), bidla fir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz għandha titqies li tkun tħabbret fid-data li fiha tkun ippubblikata mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz skont ir-regoli nazzjonali applikabbli.

7.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodi għall-identifikazzjoni tal-postazzjoni ġeografika tal-iskoperturi tal-kreditu rilevanti msemmija fil-paragrafu 5.

L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.



Taqsima III

Miżuri ta’ konservazzjoni tal-kapital

Artikolu 141

Restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet

▼M5

1.  
Istituzzjoni li tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata ma għandhiex tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tant li tnaqqas il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha sa livell li fih ma jibqax sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata.
2.  
Istituzzjoni li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata għandha tikkalkula l-ammont massimu distribwibbli (AMD) f'konformità mal-paragrafu 4 u għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti b'dan.

Meta jkun japplika l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni ma għandhiex twettaq xi waħda mill-azzjonijiet li ġejjin qabel ma tkun ikkalkulat l-AMD:

(a) 

tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(b) 

toħloq obbligu li titħallas rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew li titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta' pagament ikun inħoloq fi żmien meta l-istituzzjoni tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata; jew

(c) 

tagħmel pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.

3.  
Meta istituzzjoni tonqos milli tissodisfa jew taqbeż ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata tagħha, ma għandhiex tiddistribwixxi aktar mill-AMD ikkalkulat skont il-paragrafu 4 permezz ta' xi azzjoni msemmija fil-punt (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.
4.  
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-AMD billi jimmultiplikaw is-somma kkalkulata skont il-paragrafu 5 bil-fattur iddeterminat skont il-paragrafu 6. L-AMD għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont li jirriżulta minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.
5.  

Is-somma li trid tiġi mmultiplikata skont il-paragrafu 4 għandha tikkonsisti f'dawn:

(a) 

kwalunkwe profitti interim mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe pagament li jirriżulta mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

biż-żieda

(b) 

kwalunkwe profitti ta' tmiem is-sena mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe pagament li jirriżulta mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

li minnhom jitnaqqsu

(c) 

l-ammonti li jkunu pagabbli f'taxxa li kieku kellhom jinżammu l-elementi speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.

6.  

Il-fattur għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a) 

fejn il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar ta' kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva, espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan l-ewwel (jiġifieri l-anqas) wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0;

(b) 

fejn il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar ta' kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan it-tieni wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0,2;

(c) 

fejn il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan it-tielet wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0,4;

▼C4

(d) 

fejn il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar ta’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan ir-raba' wieħed minn erbgħa (jiġifieri l-ogħla) tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0,6.

▼M5

Il-livelli inferjuri u superjuri ta' kull wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

image

image

fejn:

Qn = in-numru ordinali tal-wieħed minn erbgħa kkonċernat.

▼B

7.  
Ir-restrizzjonijiet imposti minn dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-pagamenti li jirriżultaw fi tnaqqis fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jew fi tnaqqis tal-profitti, u fejn is-sospensjoni tal-ħlas jew in-nuqqas li jsir il-ħlas ma tikkostitwixxix każ ta’ inadempjenza jew kondizzjoni għall-ftuħ ta’ proċedimenti skont ir-reġim ta' insolvenza applikabbli għall-istituzzjoni.
8.  

Fejn l-istituzzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata u jkollha l-intenzjoni li tiddistribwixxi kwalunkwe profitt distribwibbli tagħha jew tidħol f'azzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, hi għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-ammont tal-kapital miżmum mill-istituzzjoni, subdiviż kif ġej:

(i) 

kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni,

(ii) 

kapital tal-Grad 1 Addizzjonali,

(iii) 

kapital tal-Grad 2.

(b) 

l-ammont tal-profitti tagħha interim u fi tmiem is-sena;

(c) 

l-AMD ikkalkulat skont il-paragrafu 4;

(d) 

l-ammont tal-profitti distribwibbli li jkollha l-intenzjoni talloka bejn dawn li ġejjin:

(i) 

pagamenti f'dividendi,

(ii) 

riakkwist tal-ishma,

(iii) 

pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.

▼C3

(iv) 

il-pagament ta’ rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni, kemm jekk permezz ta’ ħolqien ta’ obbligu ġdid ta’ ħlas, jew pagament b’segwitu għal obbligu ta’ ħlas maħluq fi żmien meta l-istituzzjoni ma tkunx issodisfat ir-rekwiżit tar-riżerva ta’ kapital kombinata tagħha.

▼B

9.  
L-istituzzjonijiet għandhom iżommu arranġamenti biex jiżguraw li l-ammont tal-profitti distribwibbli u l-AMD jkunu kkalkulati b'mod preċiż, u għandhom ikunu f'qagħda li juru dik il-preċiżjoni lill-awtorità kompetenti fuq talba.
10.  

Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, id-distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni għandha tinkludi li ġej:

(a) 

ħlas ta’ dividendi fi flus;

(b) 

distribuzzjoni ta’ ishma bonus imħallsa totalment jew parzjalment jew strumenti kapitali oħra msemmija fl-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

tifdija jew xiri minn istituzzjoni tal-ishma proprji tagħha stess jew strumenti kapitali oħra msemmija fl-Artikolu 26(1)(a) ta’ dak ir-Regolament;

(d) 

ħlas mill-ġdid tal-ammonti żburżati b'rabta ma' strumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 26(1)(a) ta’ dak ir-Regolament;

(e) 

distribuzzjoni ta’ entrati msemmija fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 26(1) ta’ dak ir-Regolament.

▼M5

Artikolu 141a

Nuqqas li jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata

Istituzzjoni għandha titqies li qed tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata għall-finijiet tal-Artikolu 141 fejn ma jkollhiex fondi proprji f'ammont u tal-kwalità meħtieġa sabiex fl-istess ħin tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinat u kull wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin fi:

(a) 

il-punt (a) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva;

(b) 

il-punt (b) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva;

(c) 

il-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva.

▼B

Artikolu 142

Pjan ta’ Konservazzjoni ta' Kapital

1.  
Meta istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata tagħha, hija għandha tħejji pjan ta' konservazzjoni kapitali u tippreżentah lill-awtorità kompetenti mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li tkun identifikat li kienet qed tonqos li tissodisfa dak ir-rekwiżit, dment li l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax dewmien itwal ta' mhux aktar minn 10 ijiem.

►C2  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali awtorizzazzjonijiet biss abbażi tas-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjoni ◄ u b'konsiderazzjoni tal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni.

2.  

Il-pjan ta’ konservazzjoni ta' kapital għandu jinkludi dan li ġej:

(a) 

estimi tal-introjtu u n-nefqa u karta tal-bilanċ previżjonarja;

(b) 

miżuri biex jiżdiedu l-proporzjonijiet ta' kapital tal-istituzzjoni;

(c) 

pjan u skeda taż-żmien għaż-żieda fil-fondi proprji bl-objettiv li jiġi ssodisfatt bis-sħiħ ir-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata;

(d) 

kwalunkwe informazzjoni oħra li l-awtorità kompetenti tqis li tkun meħtieġa biex titwettaq il-valutazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 3.

▼C3

3.  
L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-pjan ta’ konservazzjoni ta’ kapital, u għandha tapprova l-pjan biss jekk tqis li jekk jiġi implimentat, ikun raġonevolment probabbli li l-pjan jikkonserva jew jakkumula kapital suffiċjenti biex jippermetti lill-istituzzjoni li tissodisfa r-rekwiżit tar-riżerva ta’ kapital kombinata f’perijodu ta’ żmien li jitqies xieraq mill-awtorità kompetenti.

▼B

4.  

Jekk l-awtorità kompetenti ma tapprovax il-pjan ta’ konservazzjoni ta' kapital skont il-paragrafu 3, hija għandha timponi waħda jew it-tnejn minn dawn li ġejjin:

(a) 

teħtieġ li l-istituzzjoni żżid il-fondi proprji sa livelli speċifikati f'perijodi speċifikati;

(b) 

teżerċita s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 102 biex timponi restrizzjonijiet aktar strinġenti fuq id-distribuzzjonijiet minn dawk meħtieġa skont l-Artikolu 141.



TITOLU VIII

ŻVELAR MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 143

Rekwiżiti ġenerali tal-iżvelar

1.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

it-testi tal-liġijiet, ir-regolamenti, ir-regoli amministrattivi u l-gwida ġenerali adottati fl-Istat Membru tagħhom fil-qasam tar-regolamentazzjoni prudenzjali;

(b) 

il-mod kifu jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni;

▼M5

(c) 

il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji li jużaw fir-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 97, inkluż il-kriterji għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità kif imsemmi fl-Artikolu 97(4);

▼M6

(d) 

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitolu 1, Taqsima 2 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, id-data statistika aggregata dwar l-aspetti ewlenin tal-implimentazzjoni tal-qafas prudenzjali f'kull Stat Membru, inklużi l-għadd u n-natura tal-miżuri superviżorji meħuda f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 102(1) ta' din id-Direttiva, u tal-penali amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 65 ta' din id-Direttiva.

▼B

2.  
L-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 għandha tkun suffiċjenti biex ikun jista’ jsir paragun sodisfaċenti rigward l-approċċi adottati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti. Dak li jiġi żvelat għandu jkun ippubblikat b’format komuni u aġġornat regolarment. Dak li jiġi żvelat għandu jkun aċċessibbli f’post elettroniku uniku.
3.  
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tiddetermina l-format, l-istruttura, il-lista tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni annwali tal-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 144

Rekwiżiti speċifiċi tal-iżvelar

1.  

Għall-finijiet tal-Parti Ħamsa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji adottati għar-rieżami tal-konformità mal-Artikoli 405 sa 409 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima II tal-Kapitolu 1, Titolu VII, id-deskrizzjoni sommarja tal-eżitu tar-rieżami superviżorju u d-deskrizzjoni tal-miżuri imposti fil-każijiet ta’ nonkonformità mal-Artikoli 405 sa 409 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, identifikati fuq bażi annwali.

2.  

L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li teżerċita d-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandha tippubblika l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-kriterji li tapplika biex tiddetermina li ma jkun hemm l-ebda impediment materjali prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment bla dewmien tal-fondi proprji jew għall-ħlas mill-ġdid tal-obbligi;

(b) 

l-għadd ta' istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilit fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-għadd minn dawk li jinkorporaw sussidjarji f'pajjiż terz;

(c) 

fuq bażi aggregata għall-Istat Membru:

(i) 

il-persentaġġ tat-total tal-fondi proprji fuq il-bażi kkonsolidata tal-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru, li tibbenefika mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, irrappreżentat mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz;

(ii) 

il-persentaġġ tat-total tal-fondi proprji fuq il-bażi kkonsolidata tal-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru, li tibbenefika mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament, irrappreżentat mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz;

(iii) 

il-persentaġġ tat-total tal-fondi proprji meħtieġa skont l-Artikolu 92 ta' dak ir-Regolament fuq il-bażi kkonsolidata tal-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru, li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament irrappreżentat mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz.

3.  

L-awtorità kompetenti li teżerċita d-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandha tippubblika dan kollu li ġej:

(a) 

il-kriterji li tapplika biex tiddetermina li ma jkun hemm l-ebda impediment materjali prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment bla dewmien tal-fondi proprji jew għall-ħlas mill-ġdid tal-obbligi;

(b) 

l-għadd tal-istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-għadd ta’ dawn l-istituzzjonijiet prinċipali li jinkorporaw sussidjarji f’pajjiż terz;

(c) 

fuq bażi aggregata għall-Istat Membru:

(i) 

l-ammont totali tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jkunu miżmuma f’pajjiż terz;

(ii) 

il-persentaġġ tat-total tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 irrappreżentat mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz;

(iii) 

il-persentaġġ tat-total tal-fondi proprji meħtieġa skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament irrappreżentat mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz.



TITOLU IX

ATTI DELEGATI U TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 145

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 148 rigward dan li ġej:

(a) 

il-kjarifika tad-definizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 128 biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva;

(b) 

il-kjarifika tad-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 128 sabiex jitqiesu, fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;

(c) 

l-allinjament tat-terminoloġija u t-tfassil tad-definizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3 skont l-atti sussegwenti dwar l-istituzzjonijiet u l-kwistjonijiet relatati;

(d) 

aġġustament tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 31(1) sabiex jittieħed kont tal-bidliet fl-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur kif ippubblikat mill-Eurostat, f'konformità mal-aġġustamenti magħmula u fl-istess ħin li jsiru skont l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2002/92/KE;

(e) 

l-espansjoni tal-kontenut tal-lista msemmija fl-Artikoli 33 u 34 u stabbilita fl-Anness I jew l-adattament tat-terminoloġija użata f’dik il-lista sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;

(f) 

identifikazzjoni tal-oqsma li fihom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw l-infomazzjoni kif stipulati fl-Artikolu 50;

(g) 

l-aġġustament tad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 76 sa 88 u l-Artikolu 98 sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji (b’mod partikolari l-prodotti finanzjarji ġodda) jew fl-istandards kontabbilistiċi jew ir-rekwiżiti li jqisu l-liġi tal-Unjoni, jew fir-rigward tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji;

(h) 

id-differiment tal-obbligi tal-iżvelar skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 89(3) fejn ir-rapport tal-Kummissjoni ppreżentat skont l-ewwel subparagrafu ta' dak il-paragrafu jidentifika effetti negativi sinifikanti;

(i) 

l-aġġustamenti tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 23(1), sabiex jitqiesu l-iżviluppi futuri u biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva.

▼M5

Artikolu 146

Atti ta' implimentazzjoni

Skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 147(2), bidla fl-ammont ta' kapital inizjali preskritt fl-Artikolu 12 u t-titolu IV biex jitqiesu l-iżviluppi fil-qasam ekonomiku u monetarju għandha tiġi adottata permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

▼B

Artikolu 147

Kumitat Bankarju Ewropew

1.  
Għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Banek Ewropej. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu jkapplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 148

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati tiġi kkonferita lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 145 għandha tiġi kkonferita għal perijodu ta’ żmien indeterminat minn 17 ta’ Lulju 2013.
3.  
Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 145 tista’ tkun irrevokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandu jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew data aktar tard speċifikata fiha. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ.
4.  
Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  
L-att iddelegat adottat skont l-Artikolu 145 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jkun estiż bi tliet xhur oħra fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 149

Oġġezzjonijiet għall-istandards tekniċi regolatorji

Meta l-Kummissjoni tadotta standard tekniku regolatorju skont din id-Direttiva li jkun l-istess bħall-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju ppreżentat mill-ABE, il-perijodu li matulu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għandu jkun ta’ xahar mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perijodu jista’ jiġi estiż b’xahar. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, il-perijodu li matulu l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji jista', fejn opportun, jiġi estiż ulterjorment b'xahar.



TITOLU X

EMENDI GĦAD-DIRETTIVA 2002/87/KE

Artikolu 150

Emendi għad-Direttiva 2002/87/KE

L-Artikolu 21a tad-Direttiva 2002/87/KE hija b'dan emendata kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa mħassar;

(b) 

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.  
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-metodi tal-kalkolu elenkati fl-Anness I,Parti II, ta' din id-Direttiva, flimkien mal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 228(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, iżda mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4) ta' din id-Direttiva, l-ESA għandha, permezz tal-Kumitat Konġunt, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-Artikolu 6(2) ta' din id-Direttiva.

L-ESA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [hames xhur qabel id-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 309(1) tad-Direttiva 2009/138/KE].

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.".



TITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI



KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet transizzjonali dwar is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet li jeżerċitaw il-libertà ta' stabbiliment u l-libertà ta' forniment ta' servizzi

Artikolu 151

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  
Id-dispożizzjonijiet f'dan il-Kapitolu għandhom japplikaw minflok l-Artikoli 40, 41, 43, 49, 50 u 51 sad-data li fiha r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità jiġi applikabbli f'konformità ma' att iddelegat adottat skont l-Artikolu 460 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
2.  
Sabiex tiġi żgurata li l-introduzzjoni progressiva tal-arranġamenti superviżorji għal-likwidità tkun allinjata bis-sħiħ mal-iżvilupp ta’ regoli uniformi dwar il-likwidità, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 145 filwaqt li tipposponi d-data msemmija fil-paragrafu 1 b'mhux aktar minn sentejn, fejn regoli uniformi dwar il-likwidità ma jkunux għadhom ġew introdotti fl-Unjoni billi ma jkunx għadu ntlaħaq qbil rigward l-istandards internazzjonali dwar is-superviżjoni tal-likwidità fid-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 152

Rekwiżiti ta' rapportar

L-Istati Membri ospitanti, għall-finijiet ta' statistika, jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li jkollhom fergħat fit-territorji tagħhom, għandhom jirrapportaw perjodikament dwar l-attivitajiet tagħhom f’dawk l-Istati Membri ospitanti lill-awtoritajiet kompetenti f'dawk l-Istati Membri ospitanti.

Fit-twettiq tar-responsabbiltajiet imposti fuqhom fl-Artikolu 156 ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri ospitanti jistgħu jeħtieġu li l-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu minn Stati Membri oħra jipprovdu l-istess informazzjoni li jkunu jeħtieġu mill-istituzzjonijiet ta' kreditu nazzjonali għal dak il-fini.

Artikolu 153

Miżuri meħudin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari fir-rigward tal-attivitajiet imwettqin fl-Istat Membru ospitanti

1.  
Fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jaċċertaw li istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha fergħa jew li tipprovdi servizzi fit-territorju tagħhom ma tkunx qed tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi adottati f'dak l-Istat Membru skont din id-Direttiva li jinvolvu s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, dawk l-awtoritajiet għandhom jeħtieġu li l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tirrimedja n-nuqqas ta' konformità.
2.  
Jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tonqos li tieħu passi meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari b'dan.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom, mal-ewwel opportunità, jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tirrimedja n-nuqqas ta' konformità. In-natura ta' dawk il-miżuri għandha tkun kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
4.  
Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru domiċiljari jew minħabba li tali miżuri jirriżultaw inadegwati jew ma jkunux previsti fl-Istat Membru inkwistjoni, l-istituzzjoni ta’ kreditu tippersisti fil-ksur tar-regoli legali msemmija fil-paragrafu 1 fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, dan tal-aħħar jista', wara li jinfurma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, jieħu l-miżuri xierqa biex jipprevjeni jew jippenalizza ksur ulterjuri u, sa fejn ikun meħtieġ, jipprevjeni lill-istituzzjoni ta' kreditu milli tibda aktar transazzjonijiet fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ikun possibbli li d-dokumenti legali meħtieġa għal dawk il-miżuri jiġu nnotifikati lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fit-territorji tagħhom.

Artikolu 154

Miżuri prekawzjonarji

Qabel ma jsegwu l-proċedura prevista fl-Artikolu 153, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, f'emerġenzi, jieħdu kwalunkwe miżura ta' prekawzjoni meħtieġa biex jipproteġu l-interessi tad-depożitanti, l-investituri u oħrajn li jingħataw is-servizzi. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati għandhom ikunu informati b'tali miżuri mingħajr dewmien bla bżonn.

Il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, tiddeċiedi li l-Istat Membru inkwistjoni għandu jemenda jew ineħħi dawk il-miżuri.

Artikolu 155

Responsabbiltà

1.  
Is-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjoni, inkluża dik tal-attivitajiet imwettqa minnha f'konformità mal-Artikoli 33 u 34, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari, mingħajr preġudizzju għal dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jagħtu r-responsabbiltà lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
2.  
Il-paragrafu 1 m'għandux jipprevjeni s-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata skont din id-Direttiva.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti f'xi wieħed mill-Istati Membri għandhom, fl-eżerċizzju tad-dmirijiet ġenerali tagħhom, jikkunsidraw debitament l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħra kollha kkonċernati u, b’mod partikolari, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien rilevanti.

Artikolu 156

Superviżjoni tal-likwidità

L-Istati Membri ospitanti għandhom, sakemm issir aktar koordinazzjoni, iżżommu r-responsabbiltà f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għas-superviżjoni tal-likwidità tal-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħtieġa għar-rinfurzar tas-Sistema Monetarja Ewropea, l-Istati Membri ospitanti għandhom iżommu r-responsabbiltà sħiħa għall-miżuri li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-politiki monetarji tagħhom.

Tali miżuri ma jistgħux jipprevedu trattament diskriminatorju jew restrittiv li jkun ibbażat fuq il-fatt li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 157

Kollaborazzjoni rigward is-superviżjoni

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkollaboraw mill-qrib sabiex issir superviżjoni tal-attivitajiet ta' istituzzjonijiet li joperaw, b'mod partikolari permezz ta’ fergħa, fi Stat Membru wieħed jew aktar apparti minn dak li fih ikun jinstab l-uffiċċju prinċipali tagħhom. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-ġestjoni u s-sjieda ta’ tali istituzzjonijiet li x'aktarx li tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom u l-eżaminar tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħhom, u l-informazzjoni kollha li x'aktarx li tiffaċilita l-monitoraġġ ta’ tali istituzzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-likwidità, is-solvenza, il-garanziji ta’ depożitu, il-limitar ta’ skoperturi kbar, il-proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern.

Artikolu 158

Fergħat sinifikanti

1.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jitolbu lis-superviżur konsolidanti fejn ikun applikabbli l-Artikolu 112(1) jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, biex fergħa ta' istituzzjoni minbarra ditta tal-investiment soġġetta għall-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 titqies bħala sinifikanti.
2.  

Dik it-talba għandha tipprovdi r-raġunijiet li għalihom il-fergħa għandha titqies sinifikanti b’attenzjoni partikolari għal dan li ġej:

(a) 

jekk is-sehem tas-suq tal-fergħa f’termini ta’ depożiti jaqbiżx it-2 % fl-Istat Membru ospitanti;

(b) 

l-impatt probabbli ta’ sospensjoni jew għeluq tal-attivitajiet tal-istituzzjoni fuq il-likwidità sistemika u fuq is-sistemi ta' pagament, kumpens u saldu fl-Istat Membru ospitanti;

(c) 

id-daqs u l-importanza tal-fergħa f’termini tal-għadd ta’ klijenti fil-kuntest tas-sistema bankarja jew finanzjarja tal-Istat Membru ospitanti.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u tal-Istat Membru ospitanti, u s-superviżur konsolidanti fejn ikun applikabbli l-Artikolu 112(1), għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar in-nomina ta’ fergħa bħala sinifikanti.

Jekk ma tittiħidx deċiżjoni konġunta fi żmien xahrejn minn meta tasal it-talba taħt l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom stess fi żmien perijodu ulterjuri ta’ xahrejn dwar jekk il-fergħa tkunx sinifikanti. Fit-teħid tad-deċiżjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkunsidraw kwalunkwe fehma u riżerva tas-superviżur konsolidanti jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari.

Id-deċiżjonijiet imsemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafi mmotivata bis-sħiħ għandhom jiġu stipulati f’dokument, għandhom jiġu mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, u għandu jkun rikonoxxut bħala determinanti u applikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

In-nomina ta’ fergħa bħala sinifikanti m'għandhiex taffettwa d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva.

3.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti fejn tkun stabbilita fergħa sinifikanti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 117(1)(c) u (d) u jwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 112(1)(c) f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
4.  
Jekk l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru domiċiljari ssir taf b’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1), din għandha twissi fl-iqsar żmien possibbli lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 58(4) u fl-Artikolu 59(1).
►C2  5.  
Meta l-Artikolu 116 ma jkunx japplika, l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw istituzzjoni b’fergħat sinifikanti fi Stati Membri oħrajn għandhom jistabbilixxu u jippresjedu kulleġġ ta' superviżuri sabiex jiffaċilitaw l-ilħuq ta' deċiżjoni konġunta dwar in-nomina ta' fergħa bħala li hija sinifikanti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-iskambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 50. ◄ L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġ għandhom ikunu bbażati fuq arranġamenti bil-miktub iddeterminati, wara li jiġu kkonsultati l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tiddeċiedi dwar liema awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu sehem fil-laqgħat jew l-attivitajiet tal-kulleġġ.
6.  
Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkunsidra r-rilevanza tal-attività superviżorja li għandha tkun ippjanata jew ikkoordinata għal dawk l-awtoritajiet, b’mod partikolari l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati msemmija fl-Artikolu 155(3) u l-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
7.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha żżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, bil-quddiem, dwar l-organizzazzjoni ta’ tali laqgħat, il-kwistjonijiet ewlenin li jkunu ser jiġu diskussi u l-attivitajiet li jkunu ser jiġu kkunsidrati. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha wkoll iżżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, mingħajr dewmien, dwar l-azzjonijiet meħuda f’dawk il-laqgħat jew il-miżuri mwettqa.

Artikolu 159

Kontrolli fuq il-post

1.  
L-Istati Membri ospitanti għandhom jipprovdu li, fejn istituzzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor twettaq l-attivitajiet tagħha permezz ta’ fergħa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jistgħu, wara li jkunu informaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, iwettqu huma stess jew permezz ta’ intermedjarju, kontroll fuq il-post tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 50
2.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jistgħu ukoll, għall-finijiet tal-kontrolli fuq il-post tal-fergħat, jirrikorru għal xi waħda mill-proċeduri l-oħrajn stipulati fl-Artikolu 118.
3.  
Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti milli jwettqu, fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom skont din id-Direttiva, kontrolli fuq il-post tal-fergħat stabbiliti fit-territorju tagħhom.

▼M5



KAPITOLU 1A

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta

Artikolu 159a

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali bl-approvazzjoni ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta

Kumpanniji azzjonarji finanzjarji omm u kumpanniji azzjonarji finanzjarji omm imħallta diġà eżistenti dakinhar fis-27 ta' Ġunju 2019 għandhom japplikaw għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a sat-28 ta' Ġunju 2021. Jekk il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta tonqos milli tapplika għall-approvazzjoni sat-28 ta' Ġunju 2021, għandhom jittieħdu l-miżuri adatti skont l-Artikolu 21a(6).

Matul il-perijodu tranżizzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat superviżorji kollha meħtieġa mogħtija lilhom minn din id-Direttiva fir-rigward ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta soġġett għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a għall-finijiet ta' superviżjoni kkonsolidata.

▼B



KAPITOLU 2

Dispożizzjonijiet transizzjonali għal riżervi ta' kapital

Artikolu 160

Dispożizzjonijiet transizzjonali għal riżervi ta' kapital

1.  
Dan l-Artikolu jemenda r-rekwiżiti tal-Artikoli 129 u 130 għal perijodu transizzjonali bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċembru 2018.
2.  

Għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016:

(a) 

ir-riżerva ta’ konservazzjoni ta' kapital għandha tikkonsisti f'kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni ugwali għal 0,625 % tal-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

ir-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istutizzjoni għandha tkun ta' mhux aktar minn 0,625 % tal-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.  

Għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017:

(a) 

ir-riżerva ta’ konservazzjoni ta' kapital għandha tikkonsisti f'kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni ugwali għal 1,25 % tal-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

ir-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istutizzjoni għandha tkun ta' mhux aktar minn 1,25 % tal-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.  

Għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018:

(a) 

ir-riżerva ta’ konservazzjoni ta' kapital għandha tikkonsisti f'kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni ugwali għal 1,875 % tal-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

ir-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istutizzjoni għandha tkun ta' mhux aktar minn 1,875 % tal-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5.  
Ir-rekwiżit għal pjan ta’ konservazzjoni kapitali u r-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 141 u 142 għandu japplika matul perijodu transizzjonali bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċembru 2018 fejn l-istituzzjonijiet jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata b'kont meħud tar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 4 ta' dan l-Artikolu.
6.  
L-Istati Membri jistgħu jimponu perijodu transizzjonali iqsar minn dak speċifikat fil-paragrafi 1 sa 3 u b'hekk jimplimentaw ir-riżerva ta’ Konservazzjoni ta' kapital u r-riżerva ta' kapital kontroċiklika minn 31 ta’ Diċembru 2013. Meta Stat Membru jimponi tali perijodu transizzjonali iqsar, huwa għandu jinfurma lill-partijiet rilevanti, inkluż lill-Kummissjoni, lill-BERS, lill-ABE u lill-kulleġġ superviżorju rilevanti,b'dan. Tali perijodu transizzjonali iqsar jista' jiġi rikonoxxut minn Stati Membri oħra. Fejn Stat Membru ieħor jirrikonoxxi tali perijodu transizzjonali iqsar, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, lill-BERS, lill-ABE u lill-kulleġġ superviżorju rilevanti skont dan.
7.  
Fejn Stat Membru jimponi perijodu transizzjonali iqsar għar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, il-perijodu iqsar għandu japplika biss għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika tal-istituzzjoni mill-istituzzjonijiet li jkunu awtorizzati fl-Istat Membru li għalihom l-awtorità nnominata tkun responsabbli.



KAPITOLU 3

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 161

Rieżami u Rapport

1.  
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami perjodiku tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sabiex tiżgura li l-implimentazzjoni ma tirriżultax f'diskriminazzjoni evidenti bejn l-istituzzjonijiet abbażi tal-istruttura ġuridika jew il-mudell tas-sjieda tagħhom.
2.  

Wara r-rieżami, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta' Ġunju 2016, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġislattiva jekk xieraq, dwar id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, waqt li tqis l-iżviluppi internazzjonali u b'konsiderazzjoni partikolari għal:

(a) 

l-effiċjenza, l-implimentazzjoni u l-infurzar tagħhom, inkluża l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe lakuna li toriġina mill-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità għal dawk id-dispożizzjonijiet;

(b) 

l-impatt tal-konformità mal-prinċipju fl-Artikolu 94(1)(g) fir-rigward ta':

(i) 

il-kompetittività u l-istabbiltà finanzjarja; u

(ii) 

kwalunkwe persunal li effettivament u fiżikament jaħdem f'sussidjarji stabbiliti barra ż-ŻEE ta' istituzzjonijiet prinċipali stabbiliti ġewwa ż-ŻEE.

Dak ir-rieżami għandu jikkunsidra, b'mod partikolari, jekk il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 94(1)(g) għandux ikompli japplika għal kwalunkwe persunal kopert bil-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu.

3.  
Mill-2014, l-ABE għandha, f'kooperazzjoni mal-AEAPX u l-AETS, tippubblika darbtejn fis-sena rapport li janalizza sa fejn il-liġi tal-Istati Membri tirriferi għall-klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu għal finijiet regolatorji u l-passi meħuda mill-Istati Membri biex jitnaqqsu tali referenzi. Dawk ir-rapporti għandhom jispjegaw kif l-awtoritajiet kompetenti jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 77(1) u (3) u l-Artikolu 79(b). Dawk ir-rapporti għandhom wkoll jispjegaw il-grad tal-konverġenza superviżorja f'dak ir-rigward.
4.  
Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 108 u 109 u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġislattiva jekk adatt.
5.  
Sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar ir-riżultati miksuba skont l-Artikolu 91(11), inkluża l-idoneità tal-analiżi komparattiva tal-prattiki dwar id-diversità, b'kont meħud tal-iżviluppi rilevanti kollha fl-Unjoni kif ukoll dawk internazzjonali, u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġislattiva jekk adatt.
6.  
Sal-31 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BERS, lill-ABE, lill-EIOPA, lill-AETS u lil partijiet rilevanti oħra dwar l-effettività tal-arranġamenti tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni skont din id-Direttiva, kemm fi żminijiet normali kif ukoll fi żminijiet ta' diffikultà.
7.  
Sal-31 ta' Diċembru 2015, l-ABE għandha terġa' teżamina u tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/ 2013, dwar il-kooperazzjoni tal-Unjoni u l-Istati Membri ma' pajjiżi terzi. Dak ir-rapport għandu jidentifika kwalunkwe qasam li jeħtieġ aktar żvilupp fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni. L-ABE għandha tippubblika r-rapport fuq il-websajt tagħha.
8.  
Meta tirċievi mandat mill-Kummissjoni, l-ABE għandha tesplora jekk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li jiddikjaraw li jwettqu l-attivitajiet tagħhom f'konformità mal-prinċipji bankarji Iżlamiċi humiex koperti adegwatament minn din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina r-rapport imħejji mill-ABE u, għandha jekk ikun adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
9.  
Sal-1 ta' Lulju 2014, l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-użu kif ukoll il-ksib ta' benefiċċji min-naħa tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid fuq perijodu twil tal-banek ċentrali tas-SEBĊ u minn miżuri oħra simili ta' fondi ta' appoġġ tal-banek ċentrali. Abbażi ta' dak ir-rapport u wara li tikkonsulta lill-BĊE, il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2014, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu proprju u l-benefiċċji minn dawk l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid u minn miżuri oħra ta' fondi ta' appoġġ għall-istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati fl-Unjoni, flimkien ma' proposta leġislattiva dwar l-użu ta' tali operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid u miżuri ta' fondi ta' appoġġ, jekk ikun adatt.

▼M5

10.  
Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tas-setgħat superviżorji msemmija fil-punt (j) u (l) tal-Artikolu 104(1) u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼B

Artikolu 162

Traspożizzjoni

1.  
Sal-31 ta’ Diċembru 2013 l-Istati Membi għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

▼C1

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2014.

▼B

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Fejn id-dokumenti li jakkumpanjaw in-notifika tat-traspożizzjoni tal-miżuri pprovduti minn Stati Membri ma jkunux suffiċjenti għal valutazzjoni sħiħa tal-konformità tad-dispożizzjonijiet ta' traspożizzjoni ma' ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista', fuq talba mill-ABE bil-ħsieb li twettaq il-kompiti tagħha taħt ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jew fuq inizjattiva tagħha stess, tesiġi li l-Istati Membri jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

2.  
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 tal-Kapitolu 4, Titolu VI, għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2016.
3.  
Il-liġijiet, regolament u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għal konformità mal-Artikolu 94(1)(g) għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet japplikaw il-prinċipji stabbiliti fih għar-rimunerazzjoni mogħtija ►C1  għal servizzi pprovduti jew għall-prestazzjoni mis-sena 2014 'il quddiem, kemm jekk dovuta abbażi ta' kuntratti konklużi qabel jew wara l-1 ta' Jannar 2014. ◄
4.  
Meta l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi f’liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttivi rrevokati minn din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir tali referenza u kif tiġi fformulata dik id-dikjarazzjoni.
5.  

B'deroga mill-Artikolu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 131 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-Artikolu 131(4) mill-1 ta' Jannar 2016 bil-mod li ġej:

(a) 

25 % tar-riżerva ta' G-SII, iffissata f'konformità mal-Artikolu 131(4), fl-2016;

(b) 

50 % tar-riżerva ta' G-SII, iffissata f'konformità mal-Artikolu 131(4), fl-2017;

(c) 

75 % tar-riżerva ta' G-SII, iffissata f'konformità mal-Artikolu 131(4), fl-2018; u

(d) 

100 % tar-riżerva ta' G-SII, iffissata f'konformità mal-Artikolu 131(4), fl-2019.

►C1

 

B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 133 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

 ◄

Artikolu 163

Revoka

Id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE għandhom jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness II ta' din id-Direttiva u fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 164

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 165

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

LISTA TAL-ATTIVITAJIET SOĠĠETTI GĦAR-RIKONOXXIMENT REĊIPROKU

1. 

Ġbir ta’ depożiti u fondi oħra li jitħallsu lura.

2. 

Self li jinkludi, fost l-oħrajn: kreditu tal-konsumaturi, ftehimiet ta’ kreditu b'rabta ma' proprjetà immobbli, fatturaġġ riversibbli u irriversibbli (recourse u non-recourse factoring), il-finanzjament ta’ transazzjonijiet kummerċjali (inkluż il-forfeiting).

3. 

Leasing finanzjarju.

▼M3

4. 

Servizzi tal-pagament kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ).

▼B

5. 

Il-ħruġ u l-amministrazzjoni ta’ mezzi oħra ta’ ħlas (pereżempju travellers' cheques u bankers' drafts) sa fejn tali attività ma tkunx koperta mill-punt 4.

6. 

Garanziji u impenji.

7. 

Negozju għall-kont proprju jew f’isem il-klijenti fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

strumenti tas-suq tal-flus (ċekkijiet, kambjali, ċertifikati ta’ depożiti, eċċ.);

(b) 

kambju (tal-valuti);

(c) 

futures u opzjonijiet finanzjarji;

(d) 

strumenti tal-kambju u tar-rata tal-imgħax;

(e) 

titoli trasferibbli.

8. 

Parteċipazzjoni f'ħarġiet ta’ titoli u l-forniment ta' servizzi relatati ma’ tali kwistjonijiet.

9. 

Pariri lill-impriżi dwar l-istruttura tal-kapital, l-istrateġija industrijali u kwistjonijiet u pariri relatati kif ukoll servizzi relatati mal-fużjonijiet u x-xiri ta’ impriżi.

10. 

Intermedjazzjoni fis-suq monetarju.

11. 

Ġestjoni ta’ portafolli u pariri.

12. 

Żamma sikura u amministrazzjoni ta’ titoli

13. 

Servizzi tar-referenza tal-kreditu.

14. 

Servizzi tal-kustodja sikura.

15. 

Ħruġ ta’ flus elettroniċi.

Is-servizzi u l-attivitajiet previsti fit-Taqsimiet A u B tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, meta ssir referenza għall-istrumenti finanzjarji previsti fit-Taqsima C tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva, huma soġġetti għal rikonoxximent reċiproku skont din id-Direttiva.




ANNESS II



TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Din id-Direttiva

Direttiva 2006/48/KE

Direttiva 2006/49/KE

Artikolu 1

Artikolu 1(1)

 

Artikolu 2(1)

 

 

Artikolu 2(2)

 

 

Artikolu 2(3)

 

 

Artikolu 2(4)

Artikolu 1(2)

 

Artikolu 2(5)

Artikolu 2

 

Artikolu 2(6)

Artikolu 1(3)

 

Artikolu 3

Artikolu 4

 

Artikolu 3(1), punt (53)

Artikolu 4, punt (49)

 

Artikolu 4(1)

 

 

Artikolu 4(2)

 

 

Artikolu 4(3)

 

 

Artikolu 4(4)

 

 

Artikolu 4(5)

 

Artikolu 35(1)

Artikolu 4(6)

 

 

Artikolu 4(7)

 

 

Artikolu 4(8)

 

 

Artikolu 5

Artikolu 128

 

Artikolu 6

Artikolu 42b(1)

 

Artikolu 7

Artikolu 40(3)

 

Artikolu 8(1)

Artikolu 6(1)

 

Artikolu 8(2)

Artikolu 6(2)

 

Artikolu 8(3)

Artikolu 6(3)

 

Artikolu 8(4)

 

 

Artikolu 9

Artikolu 5

 

Artikolu 10

Artikolu 7

 

Artikolu 11

Artikolu 8

 

Artikolu 12(1)

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 12(2)

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 12(3)

Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 12(4)

Artikolu 9(2)

 

Artikolu 13(1)

Artikolu 11(1)

 

Artikolu 13(2)

Artikolu 11(2)

 

Artikolu 14(1)

Artikolu 12(1)

 

Artikolu 14(2)

Artikolu 12(2)

 

Artikolu 14(3)

Artikolu 12(3)

 

Artikolu 15

Artikolu 13

 

Artikolu 16(1)

Artikolu 15(1)

 

Artikolu 16(2)

Artikolu 15(2)

 

Artikolu 16(3)

Artikolu 15(3)

 

Artikolu 17

Artikolu 16

 

Artikolu 18

Artikolu 17(1)

 

Artikolu 19

Artikolu 18

 

Artikolu 20(1)

Artikolu 14

 

Artikolu 20(2)

Artikolu 14

 

Artikolu 20(3)

 

 

Artikolu 20(5)

Artikolu 17(2)

 

Artikolu 21

Artikolu 3

 

Artikolu 22(1)

Artikolu 19(1)

 

Artikolu 22(2)

Artikolu 19(2)

 

Artikolu 22(3)

Artikolu 19(3)

 

Artikolu 22(4)

Artikolu 19(4)

 

Artikolu 22(5)

Artikolu 19(5)

 

Artikolu 22(6)

Artikolu 19(6)

 

Artikolu 22(7)

Artikolu 19(7)

 

Artikolu 22(8)

Artikolu 19(8)

 

Artikolu 22(9)

Artikolu 19(9)

 

Artikolu 23(1)

Artikolu 19a(1)

 

Artikolu 23(2)

Artikolu 19a(2)

 

Artikolu 23(3)

Artikolu 19a(3)

 

Artikolu 23(4)

Artikolu 19a(4)

 

Artikolu 23(5)

Artikolu 19a(5)

 

Artikolu 24(1)

Artikolu 19b(1)

 

Artikolu 24(2)

Artikolu 19b(2)

 

Artikolu 25

Artikolu 20

 

Artikolu 26(1)

Artikolu 21(1)

 

Artikolu 26(2)

Artikolu 21(2)

 

Artikolu 27

Artikolu 21(3)

 

Artikolu 28(1)

 

Artikolu 4

Artikolu 28(2)

 

Artikolu 9

Artikolu 29(1)

 

Artikolu 5(1)

Artikolu 29(2)

 

Artikolu 5(2)

Artikolu 29(3)

 

Artikolu 5(3)

Artikolu 29(4)

 

Artikolu 5(2)

Artikolu 30

 

Artikolu 6

Artikolu 31(1)

 

Artikolu 7

Artikolu 31(2)

 

Artikolu 8

Artikolu 32(1)

 

Artikolu 10(1)

Artikolu 32(2)

 

Artikolu 10(2)

Artikolu 32(3)

 

Artikolu 10(3)

Artikolu 32(4)

 

Artikolu 10(4)

Artikolu 32(5)

 

Artikolu 10(5)

Artikolu 33

Artikolu 23

 

Artikolu 34(1)

Artikolu 24(1)

 

Artikolu 34(2)

Artikolu 24(2)

 

Artikolu 34(3)

Artikolu 24(3)

 

Artikolu 35(1)

Artikolu 25(1)

 

Artikolu 35(2)

Artikolu 25(2)

 

Artikolu 35(3)

Artikolu 25(3)

 

Artikolu 35(4)

Artikolu 25(4)

 

Artikolu 35(5)

Artikolu 25(5)

 

Artikolu 35(6)

Artikolu 25(5)

 

Artikolu 35(7)

Artikolu 25(5)

 

Artikolu 36(1)

Artikolu 26(1)

 

Artikolu 36(2)

Artikolu 26(2)

 

Artikolu 36(3)

Artikolu 26(3)

 

Artikolu 36(4)

Artikolu 26(4)

 

Artikolu 36(5)

Artikolu 26(5)

 

Artikolu 36(6)

Artikolu 26(5)

 

Artikolu 36(7)

Artikolu 26(5)

 

Artikolu 37

Artikolu 36

 

Artikolu 38

Artikolu 27

 

Artikolu 39(1)

Artikolu 28(1)

 

Artikolu 39(2)

Artikolu 28(2)

 

Artikolu 39(3)

Artikolu 28(3)

 

Artikolu 39(4)

Artikolu 28(4)

 

Artikolu 39(5)

Artikolu 28(4)

 

Artikolu 39(6)

Artikolu 28(4)

 

Artikolu 40, l-ewwel paragrafu

Artikolu 29, l-ewwel paragrafu

 

Artikolu 40, it-tieni paragrafu

 

 

Artikolu 40, it-tielet paragrafu

 

 

Artikolu 41(1)

Artikolu 30(1) u (2)

 

Artikolu 41(2)

 

 

Artikolu 42

Artikolu 32

 

Artikolu 43(1)

Artikolu 33, l-ewwel paragrafu

 

Artikolu 43(2)

 

 

Artikolu 43(3)

 

 

Artikolu 43(4)

 

 

Artikolu 43(5)

 

 

Artikolu 44

Artikolus 31 u 34

 

Artikolu 45

Artikolu 35

 

Artikolu 46

Artikolu 37

 

Artikolu 47(1)

Artikolu 38(1)

 

Artikolu 47(2)

Artikolu 38(2)

 

Artikolu 47(3)

Artikolu 38(3)

 

Artikolu 48(1)

Artikolu 39(1)

 

Artikolu 48(2)

Artikolu 39(2)

 

Artikolu 48(3)

Artikolu 39(3)

 

Artikolu 48(4)

Artikolu 39(4)

 

Artikolu 49(1)

Artikolu 40(1)

 

Artikolu 49(2)

Artikolu 40(2)

 

Artikolu 49(3)

Artikolu 41(3), it-tielet paragrafu

 

Artikolu 50(1)

Artikolu 42, l-ewwel paragrafu

 

Artikolu 50(2)

 

 

Artikolu 50(3)

 

 

Artikolu 50(4)

 

 

Artikolu 50(5)

Artikolu 42, it-tieni paragrafu

 

Artikolu 50(6)

Artikolu 42, it-tielet u s-sitt paragrafi

 

Artikolu 50(7)

Artikolu 42, ir-raba' u s-seba' paragrafi

 

Artikolu 50(8)

Artikolu 42, il-ħames paragrafu

 

Artikolu 51(1)

Artikolu 42a(1)

 

Artikolu 51(2)

Artikolu 42a(2)

 

Artikolu 51(3)

Artikolu 42a(3)

 

Artikolu 51(4)

Artikolu 42a(3)

 

Artikolu 51(5)

Artikolu 42a(3)

 

Artikolu 51(6)

 

 

Artikolu 52(1)

Artikolu 43(1)

 

Artikolu 52(2)

Artikolu 43(2)

 

Artikolu 52(3)

 

 

Artikolu 52(4)

 

 

Artikolu 53(1)

Artikolu 44(1)

 

Artikolu 53(2)

Artikolu 44(2)

 

Artikolu 53(3)

 

 

Artikolu 54

Artikolu 45

 

Artikolu 55

Artikolu 46

 

Artikolu 56

Artikolu 47

 

Artikolu 57(1)

Artikolu 48(1), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 57(2)

Artikolu 48(1), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 57(3)

Artikolu 48(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

 

Artikolu 57(4)

Artikolu 48(2), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 57(5)

Artikolu 48(2), il-ħames subparagrafu

 

Artikolu 57(6)

Artikolu 48(2), ir-raba' subparagrafu

 

Artikolu 58

Artikolu 49, l-ewwel paragrafu

 

Artikolu 58(2)

Artikolu 49, it-tieni paragrafu

 

Artikolu 58(3)

Artikolu 49, ir-raba' paragrafu

 

Artikolu 58(4)

Artikolu 49, il-ħames paragrafu

 

Artikolu 59(1)

Artikolu 50

 

Artikolu 59(2)

 

 

Artikolu 60

Artikolu 51

 

Artikolu 61(1)

Artikolu 52, l-ewwel paragrafu

 

Artikolu 61(2)

Artikolu 52, it-tieni paragrafu

 

Artikolu 62

 

 

Artikolu 63(1)

Artikolu 53(1)

 

Artikolu 63(2)

Artikolu 53(2)

 

Artikolu 64

 

 

Artikolu 65

 

 

Artikolu 66

 

 

Artikolu 67

 

 

Artikolu 68

 

 

Artikolu 69

 

 

Artikolu 70

 

 

Artikolu 71

 

 

Artikolu 72

Artikolu 55

 

Artikolu 73

Artikolu 123

 

Artikolu 74(1)

Artikolu 22(1)

 

Artikolu 74(2)

Artikolu 22(2)

 

Artikolu 74(3)

Artikolu 22(6)

 

Artikolu 74(4)

 

 

Artikolu 75(1)

Artikolu 22(3)

 

Artikolu 75(2)

Artikolu 22(4)

 

Artikolu 75(3)

Artikolu 22(5)

 

Artikolu 76(1)

Anness V, punt 2

 

Artikolu 76(2)

 

 

Artikolu 76(3)

 

 

Artikolu 76(4)

 

 

Artikolu 76(5)

 

 

Artikolu 77

 

 

Artikolu 78

 

 

Artikolu 79

Anness V, punti 3, 4 u 5

 

Artikolu 80

Anness V, punt 6

 

Artikolu 81

Anness V, punt 7

 

Artikolu 82(1)

Anness V, punt 8

 

Artikolu 82(2)

Anness V, punt 9

 

Artikolu 83(1)

Anness V, punt 10

 

Artikolu 83(2)

 

Anness IV, punt 5

Artikolu 83(3)

 

Anness I, punts 38 u 41

Artikolu 84

Anness V, punt 11

 

Artikolu 85(1)

Anness V,, punt 12

 

Artikolu 85(2)

Anness V punt 13

 

Artikolu 86(1)

Anness V, punt 14

 

Artikolu 86(2)

Anness V, punt 14a

 

Artikolu 86(3)

 

 

Artikolu 86(4)

Anness V, punt 15

 

Artikolu 86(5)

Anness V, punt 16

 

Artikolu 86(6)

Anness V, punt 17

 

Artikolu 86(7)

Anness V, punt 18

 

Artikolu 86(8)

Anness V, punt 19

 

Artikolu 86(9)

Anness V, punt 20

 

Artikolu 86(10)

Anness V, punt 21

 

Artikolu 86(11)

Anness V, punt 22

 

Artikolu 87

 

 

Artikolu 88(1)

Anness V, punt 1

 

Artikolu 88 (2)

 

 

Artikolu 89

 

 

Artikolu 90

 

 

Artikolu 91

 

 

Artikolu 92(1)

Anness V, punt 23, it-tieni paragrafu

 

Artikolu 92(2), is-sentenza introduttorja

Anness V, punt 23, is-sentenza introduttorja

 

Artikolu 92(2)(a)

Anness V, punt 23(a)

 

Artikolu 92(2)(b)

Anness V, punt 23(b)

 

Artikolu 92(2)(c)

Anness V, punt 23(c)

 

Artikolu 92(2)(d)

Anness V, punt 23(d)

 

Artikolu 92(2)(e)

Anness V, punt 23(e)

 

Artikolu 92(2)(f)

Anness V, punt 23(f)

 

Artikolu 92(2)(g)

 

 

Artikolu 93

Anness V, punt 23(k)

 

Artikolu 94(1)(a)

Anness V, punt 23(g)

 

Artikolu 94(1)(b)

Anness V, punt 23(h)

 

Artikolu 94(1)(c)

Anness V, punt 23(i)

 

Artikolu 94(1)(d)

 

 

Artikolu 94(1)(e)

Anness V, punt 23(j)

 

Artikolu 94(1)(f)

Anness V, punt 23(l)

 

Artikolu 94(1)(g)

 

 

Artikolu 94(1)(h)

Anness V punt 23(m)

 

Artikolu 94(1)(i)

 

 

Artikolu 94(1)(j)

Anness V, punt 23(n)

 

Artikolu 94(1)(k)

Anness V, punt 23(n)

 

Artikolu 94(1)(l)

Anness V, punt 23(o)

 

Artikolu 94(1)(m)

Anness V, punt 23(p)

 

Artikolu 94(1)(n)

Anness V, punt 23(q)

 

Artikolu 94(1)(o)

Anness V, punt 23(r)

 

Artikolu 94(1)(p)

Anness V, punt 23(s)

 

Artikolu 94(1)(q)

Anness V, punt 23(t)

 

Artikolu 94(2)

Artikolu 150(3)b

 

Artikolu 95

Anness V, punt 24

 

Artikolu 96

 

 

Artikolu 97(1)

Artikolu 124(1)

 

Artikolu 97(2)

Artikolu 124(2)

 

Artikolu 97(3)

Artikolu 124(3)

 

Artikolu 97(4)

Artikolu 124(4)

 

Artikolu 98(1)

Anness XI, punt 1

 

Artikolu 98(2)

Anness XI, punt 1a

 

Artikolu 98(3)

Anness XI, punt 2

 

Artikolu 98(4)

Anness XI, punt 3

 

Artikolu 98(5)

Artikolu 124(5)

 

Artikolu 98(6)

 

 

Artikolu 98(7)

 

 

Artikolu 99

 

 

Artikolu 100

 

 

Artikolu 101

 

 

Artikolu 102(1)

Artikolu 136(1)

 

Artikolu 102(2)

 

 

Artikolu 103

 

 

Artikolu 104

Artikolu 136

 

Artikolu 105

 

 

Artikolu 106(1)

Artikolu 149

 

Artikolu 106(2)

 

 

Artikolu 107

 

 

Artikolu 108(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 68(2)

 

Artikolu 108(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3

 

Artikolu 108(1), it-tielet subparagrafu

 

 

Artikolu 108(2)

Artikolu 71(1)

 

Artikolu 108(3)

Artikolu 71(2)

 

Artikolu 108(4)

Artikolu 73(2)

 

Artikolu 109(1)

Artikolu 68(1)

 

Artikolu 109(2)

Artikolu 73(3)

 

Artikolu 109(3)

 

 

Artikolu 110(1)

Artikolu 124(2)

 

Artikolu 110(2)

Artikolu 23

 

Artikolu 111(1)

Artikolu 125(1)

Artikolu 2

Artikolu 111(2)

Artikolu 125(2)

Artikolu 2

Artikolu 111(3)

Artikolu 126(1)

 

Artikolu 111(4)

Artikolu 126(2)

 

Artikolu 111(5)

Artikolu 126(3)

 

Artikolu 111(6)

Artikolu 126(4)

 

Artikolu 112(1)

Artikolu 129(1), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 112(2)

Artikolu 129(1), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 112(3)

Artikolu 129(1), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 113(1)(a)

Artikolu 129(3), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 113(1)(b)

 

 

Artikolu 113(2)(a), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 129(3), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 113(2)(b), l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 113(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 129(3), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 113(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 129(3), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 113(3)

Artikolu 129(3), mir-raba' sas-seba' subparagrafu

 

Artikolu 113(4)

Artikolu 129(3), it-tmien u d-disa' subparagrafi

 

Artikolu 113(5)

Artikolu 129(3), l-għaxar subparagrafu u l-ħdax-il subparagrafu

 

Artikolu 114

Artikolu 130

 

Artikolu 115

Artikolu 131

 

Artikolu 116(1)

Artikolu 131a(1), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi

 

Artikolu 116(2)

Artikolu 131a(1), ir-raba' subparagrafu

 

Artikolu 116(3)

Artikolu 131a(2), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 116(4)

Artikolu 131a(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi

 

Artikolu 116(5)

Artikolu 131a(2), ir-raba' u l-ħames subparagrafi

 

Artikolu 116(6)

Artikolu 131a(2), is-sitt subparagrafu

 

Artikolu 116(7)

Artikolu 131a(2), is-seba' subparagrafu

 

Artikolu 116(8)

Artikolu 131a(2), it-tmien subparagrafu

 

Artikolu 116(9)

Artikolu 131a(2), id-disa' subparagrafu

 

Artikolu 117(1)

Artikolu 132(1), mill-ewwel sas-sitt subparagrafu

 

Artikolu 117(2)

Artikolu 132(1), is-seba' u tmien subparagrafi

 

Artikolu 117(3)

Artikolu 132(2)

 

Artikolu 117(4)

Artikolu 132(3)

 

Artikolu 118

Artikolu 141

 

Artikolu 119(1)

Artikolu 127(1)

 

Artikolu 119(2)

Artikolu 127(2)

 

Artikolu 119(3)

Artikolu 127(3)

 

Artikolu 120

Artikolu 72a

 

Artikolu 121

Artikolu 135

 

Artikolu 122

Artikolu 137

 

Artikolu 123 (1)

Artikolu 138(1)

 

Artikolu 123(2)

Artikolu 138(2), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 124

Artikolu 139

 

Artikolu 125

Artikolu 140

Artikolu 2

Artikolu 126

Artikolu 142

 

Artikolu 127

Artikolu 143

 

Artikolu 128

 

 

Artikolu 129

 

 

Artikolu 130

 

 

Artikolu 131

 

 

Artikolu 132

 

 

Artikolu 133

 

 

Artikolu 134

 

 

Artikolu 135

 

 

Artikolu 136

 

 

Artikolu 137

 

 

Artikolu 138

 

 

Artikolu 139

 

 

Artikolu 140

 

 

Artikolu 141

 

 

Artikolu 142

 

 

Artikolu 143

Artikolu 144

 

Artikolu 144(1)

Artikolu 122a(9)

 

Artikolu 144(2)

Artikolu 69(4)

 

Artikolu 144(3)

Artikolu 70(4)

 

Artikolu 145

Artikolu 150(1)

 

Artikolu 146

Artikolu 150(1a)

 

Artikolu 147(1)

Artikolu 151(1)

 

Artikolu 147(2)

Artikolu 151(2)

 

Artikolu 148(1)

Artikolu 151a(3)

 

Artikolu 148(2)

Artikolu 151a(1)

 

Artikolu 148(3)

Artikolu 151b

 

Artikolu 148(4)

Artikolu 151a(2)

 

Artikolu 148(5)

Artikolu 151c

 

Artikolu 149

 

 

Artikolu 150

 

 

Artikolu 151

 

 

Artikolu 152

Artikolu 29

 

Artikolu 153

Artikolu 30

 

Artikolu 154

Artikolu 33

 

Artikolu 155

Artikolu 40

 

Artikolu 156

Artikolu 41

 

Artikolu 157

Artikolu 42

 

Artikolu 158

Artikolu 42a

 

Artikolu 159

Artikolu 43

 

Artikolu 160

 

 

Artikolu 161(1)

Artikolu 156, is-sitt paragrafu

 

Artikolu 161(2)

Artikolu 156, ir-raba'paragrafu 4

 

Artikolu 161(3)

 

 

Artikolu 161(4)

 

 

Artikolu 161(5)

 

 

Artikolu 161(6)

 

 

Artikolu 161(7)

 

 

Artikolu 161(8)

 

 

Artikolu 161(9)

 

 

Artikolu 162(1)

 

 

Artikolu 162(2)

 

 

Artikolu 162(3)

 

 

Artikolu 162(4)

Artikolu 157(1), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 162(5)

 

 

Artikolu 162(6)

 

 

Artikolu 163

Artikolu 158

 

Artikolu 164

Artikolu 159

 

Artikolu 165

Artikolu 160

 

Anness I

Anness I

 



( 1 ) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

( 2 ) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84)

( 5 ) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

( 7 ) Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2011/61/UE, dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).

( 8 ) Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2011/61/UE, dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).

( 9 ) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

( 10 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

( 11 ) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

( 12 ) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.

( 13 ) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 17 Vol. 01 p. 21).

( 14 ) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 17 Vol. 01 p. 58).

( 15 ) ĠU L 120, 15.5.2009, p. 22.

( 16 ) Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta' Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta' ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26).

( 17 ) Id-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43).

( 18 ) Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).

( 19 ) Ir- Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

( 20 ) Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE, 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).