02013L0034 — MT — 05.01.2023 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA 2013/34/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Ġunju 2013

dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 182 29.6.2013, p. 19)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA 2014/95/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2014

  L 330

1

15.11.2014

►M2

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2014/102/UE tas-7 ta' Novembru 2014

  L 334

86

21.11.2014

►M3

DIRETTIVA (UE) 2021/2101 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-24 ta’ Novembru 2021

  L 429

1

1.12.2021

►M4

DIRETTIVA (UE) 2022/2464 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Diċembru 2022

  L 322

15

16.12.2022




▼B

DIRETTIVA 2013/34/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Ġunju 2013

dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU 1

KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U KATEGORIJI TA' IMPRIŻI U GRUPPI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.  

Il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti f’din id-Direttiva għandhom japplikaw għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tat-tipi ta’ kumpanniji elenkati:

(a) 

fl-Anness I;

(b) 

fl-Anness II, fejn il-membri kollha diretti jew indiretti tal-impriża li jkollhom responsabilità illimitata, fil-fatt, għandhom responsabbiltà limitata, minħabba li dawk il-membri li huma:

(i) 

tat-tipi elenkati fl-Anness I jew

(ii) 

mhumiex irregolati bil-liġi ta' Stat Membru iżda li għandhom forma legali komparabbli għal dawk elenkati fl-Anness I.

▼M3

1a.  
Il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti mill-Artikoli 48a sa 48e u mill-Artikolu 51 għandhom japplikaw ukoll għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri relatati ma’ fergħat miftuħa fi Stat Membru minn impriża li ma tkunx regolata mil-liġi ta’ Stat Membru iżda li tkun ta’ forma ġuridika komparabbli mat-tipi ta’ impriżi elenkati fl-Anness I. L-Artikolu 2 għandu japplika fir-rigward ta’ dawk il-fergħat sa fejn l-Artikoli 48a sa 48e u l-Artikolu 51 huma applikabbli għal tali fergħat.

▼B

2.  
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni f'perijodu ta' żmien raġonevoli bil-bidliet fit-tipi ta' impriżi fil-liġi nazzjonali tagħhom li jistgħu jaffettwaw il-korrettezza tal-Anness I jew l-Anness II. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadatta, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 49, il-listi ta’ impriżi inklużi fl-Anness I u II.

▼M4

3.  

Il-miżuri ta’ koordinazzjoni stabbiliti mill-Artikoli 19a, 29a, 29d, 30 u 33, mill-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1), mill-Artikolu 34(2) u (3) u mill-Artikolu 51 ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll għal-liġijiet, għar-regolamenti u għad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri relatati mal-impriżi li ġejjin irrispettivament mill-forma ġuridika tagħhom, dment li dawk l-impriżi jkunu impriżi kbar, jew impriżi żgħar u ta’ daqs medju, bl-eċċezzjoni ta’ impriżi mikro, li huma entitajiet ta’ interess pubbliku kif definiti fil-punt (a) tal-punt (1) tal-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva:

(a) 

impriżi tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE ( 1 )

(b) 

istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-miżuri ta’ koordinazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-impriżi elenkati fil-punti (2) sa (23) tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 )

4.  
Il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti mill-Artikoli 19a, 29a u 29d ma għandhomx japplikaw għall-prodotti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 2, il-punt 12(b) u (f) tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).
5.  
Il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti mill-Artikoli 40a sa 40d għandhom japplikaw ukoll għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-impriżi sussidjarji u l-fergħat tal-impriżi li mhumiex regolati mil-liġi ta’ Stat Membru iżda li l-forma ġuridika tagħhom hija komparabbli mat-tipi ta’ impriżi elenkati fl-Anness I.

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“Entitajiet ta' interess pubbliku” tfisser impriżi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 1 li huma

(a) 

irregolati mil-liġi ta' Stat Membru u li t-titoli trasferibbli tagħhom huma ammessi għan-negozju f'suq irregolat ta' kwalunkwe Stat Membru skont it-tifsira tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-suq fi strumenti finanzjarji ( 5 );

(b) 

istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ( 6 ) minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva;

(c) 

impriżi tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali tal-impriżi tal-assigurazzjoni ( 7 ); jew

(d) 

innominati mill-Istati Membri bħala entitajiet ta' interess pubbliku, bħal pereżempju impriżi li jkunu ta' relevanza pubblika sinifikattiva minħabba n-natura tan-negozju tagħhom, id-daqs tagħhom jew in-numru ta' impjegati tagħhom;

(2) 

“interess ta' parteċipazzjoni” tfisser id-drittijiet fil-kapital ta’ impriżi oħra, rappreżentati jew le permezz ta’ ċertifikati, li, bil-ħolqien ta' rabta durabbli ma’ dawk l-impriżi, ikunu maħsuba sabiex jikkontribwixxu għall-attivitajiet tal-impriża li jkollha dawk id-drittijiet. Is-sehem f'parti mill-kapital ta’ impriża oħra hija kkunsidrata li tikkostitwixxi interess ta' parteċipazzjoni, meta din taqbeż limitu ta' perċentwali stabbilit mill-Istati Membri li huwa anqas jew ekwivalenti għal 20 %;

(3) 

“parti relatata” għandha l-istess tifsira bħal dik fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà ( 8 );

(4) 

“assi fissi” tfisser dawk l-assi li huma maħsuba biex jintużaw fuq bażi kontinwa għall-attivitajiet tal-impriża;

▼M4

(5) 

“fatturat nett” tfisser l-ammonti derivati mill-bejgħ ta’ prodotti u l-forniment ta’ servizzi wara li jitnaqqsu l-iskonti fuq il-bejgħ u t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra direttament marbuta mal-fatturat; madankollu, għall-impriżi tal-assigurazzjoni imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) ta’ din id-Direttiva, “fatturat nett” għandu jiġi definit skont l-Artikolu 35 u l-punt 2 tal-Artikolu 66 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE ( 9 ) għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) ta’ din id-Direttiva, “fatturat nett” għandu jiġi definit skont l-Artikolu 43(2)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE ( 10 ); u għall-impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 40a(1) ta’ din id-Direttiva, “fatturat nett” tfisser id-dħul kif definit minn jew skont it-tifsira tal-qafas tar-rapportar finanzjarju li abbażi tiegħu jitħejjew ir-rapporti finanzjarji tal-impriża;

▼B

(6) 

“prezz tax-xiri” tfisser il-prezz pagabbli u kwalunkwe spiża inċidentali nieqes kwalunkwe tnaqqis inċidentali fl-ispiża tal-akkwist;

(7) 

“Spiża tal-produzzjoni” tfisser il-prezz tax-xiri ta’ materja prima, konsumabbli u spejjeż oħra attribwibbli direttament għall-oġġett inkwistjoni. L-Istati Membri għandhom jippermettu jew jesiġu l-inklużjoni ta' proporzjon raġonevoli ta' spejjeż tal-operat fissi jew varjabbli attribwibbli indirettament għall-oġġett inkwistjoni sal-punt li jirrigwardaw il-perijodu ta' produzzjoni. L-ispejjeż ta' distribuzzjoni ma għandhomx jiġu inklużi;

(8) 

“aġġustament fil-valur” tfisser l-aġġustamenti maħsuba sabiex jieħdu kont tal-bidliet fil-valur ta’ assi individwali stabbiliti fid-data tal-karta tal-bilanċ, sew jekk il-bidla tkun finali kif ukoll jekk le;

(9) 

“impriża prinċipali” tfisser impriża li tikkontrolla jew li finalment tikkontrolla impriża sussidjarja waħda jew aktar;

(10) 

“impriża sussidjarja” tfisser impriża li tkun ikkontrollata minn impriża prinċipali, inkluż kwalunkwe impriża sussidjarja ta’ impriża prinċipali aħħarija;

(11) 

“grupp” tfisser impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji tagħha kollha;

(12) 

“impriżi affiljati” tfisser kwalunkwe żewġ impriżi jew aktar fi grupp;

(13) 

“impriża assoċjata” tfisser impriża li fiha impriża oħra jkollha interess ta' parteċipazzjoni, u li l-impriża l-oħra teżerċita influwenza sinifikanti fuq il-politiki operattivi u finanzjarji tagħha. Impriża titqies li teżerċita influwenza sinifikanti fuq impriża oħra meta jkollha 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’dik l-impriża l-oħra;

(14) 

“impriżi ta' investiment” tfisser:

(a) 

impriżi li l-għan uniku tagħhom huwa li jinvestu l-fondi tagħhom f'titoli diversi, proprjetà immobbli u assi oħra, bl-uniku għan li jifirxu r-riskji ta' investiment u li jagħtu lill-azzjonisti tagħhom il-benefiċċju tar-riżultati tal-amministrazzjoni tal-assi tagħhom,

(b) 

impriżi assoċjati ma' impriżi ta' investiment b'kapital fiss, jekk l-uniku għan ta' dawk l-impriżi assoċjati huwa li jakkwistaw kapital sottoskritt maħruġ minn dawk l-impriżi ta' investiment mingħajr preġudizzju għall-punt (h) tal-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2012/30/UE;

(15) 

“impriżi holding finanzjarji” tfisser impriżi li l-uniku għan tagħhom hu li jakkwistaw holdings f'impriżi oħrajn u li jamministraw dawn il-holdings u jagħmlu qligħ minnhom, mingħajr ma jinvolvu lilhom infushom direttament jew indirettament fl-amministrazzjoni ta' dawk l-impriżi, mingħajr preġudizzju għal-liġiijiet tal-azzjonisti;

(16) 

“materjali” tfisser l-istatus tal-informazzjoni li l-ommissjoni jew id-dikjarazzjoni ħażina tagħha tista' b'mod raġonevoli tkun mistennija tinfluenza d-deċiżjonijiet li jagħmlu l-utenti abbażi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriża. Il-materjalità tal-entrati individwali għandha tiġi vvalutata fil-kuntest ta' entrati simili oħrajn;

▼M4

(17) 

“kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà” tfisser fatturi ambjentali, soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi fatturi ta’ sostenibbiltà ddefiniti fil-punt 24 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/2088;

(18) 

“rapportar dwar is-sostenibbiltà’” tfisser ir-rapportar ta’ informazzjoni marbuta ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikoli 19a, 29a u 29d;

(19) 

“riżorsi intanġibbli ewlenin” tfisser riżorsi mingħajr sustanza fiżika li fuqhom jiddependi b’mod fundamentali l-mudell tan-negozju tal-impriża u li huma sors ta’ ħolqien ta’ valur għall-impriża;

(20) 

“fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament” tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 )għall-attività speċifika ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 34(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (aa) ta’ din id-Direttiva.

▼B

Artikolu 3

Kategoriji ta' impriżi u gruppi

1.  

Meta japplikaw waħda jew akatr mill-possibilitajiet fl-Artikolu 36, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu mikroimpriżi bħala impriżi li fil-karti tal-bilanċ tagħhom id-dati ma jaqbżux il-limiti ta' lanqas ta' tnejn minn dawn it-tliet kriterji li ġejjin:

(a) 

total tal-karta tal-bilanċ: EUR 350 000 ;

(b) 

fatturat nett: EUR 700 000 ;

(c) 

medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 10.

2.  

Impriżi żgħar ikunu impriżi li fil-karti tal-bilanċ tagħhom id-dati ma jaqbżux il-limiti ta’lanqas ta' tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

(a) 

total tal-karta tal-bilanċ: EUR 4 000 000 ;

(b) 

fatturat nett: EUR 8 000 000 ;

(c) 

medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 50.

L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu limiti li jaqbżu l-limiti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Madankollu, il-limiti ma għandhomx jaqbżu EUR 6 000 000 għat-total tal-karta tal-bilanċ u EUR 12 000 000 għall-fatturat nett.

3.  

Impriżi medji għandhom ikunu impriżi li mhumiex mikroimpriżi jew impriżi żgħar u li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom ma jaqbżux il-limiti ta’lanqas ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

(a) 

total tal-karta tal-bilanċ: EUR 20 000 000 ;

(b) 

fatturat nett: EUR 40 000 000 ;

(c) 

medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 250.

4.  

Impriżi kbar għandhom ikunu impriżi li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom jaqbżu ta’lanqas tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

(a) 

total tal-karta tal-bilanċ: EUR 20 000 000 ;

(b) 

fatturat nett: EUR 40 000 000 ;

(c) 

medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 250.

5.  

Gruppi żgħar għandhom ikunu gruppi li jikkonsistu f'impriżi prinċipali u sussidjarji li huma inklużi f'konsolidament u li, fuq bażi kkonsolidata, ma jaqbżux il-limiti ta’lanqas ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin fid-data tal-karta tal-bilanċ tal-impriża prinċipali:

(a) 

total tal-karta tal-bilanċ: EUR 4 000 000 ;

(b) 

fatturat nett: EUR 8 000 000 ;

(c) 

medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 50.

L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu limiti li jaqbżu l-limiti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Madankollu, il-limiti ma għandhomx jaqbżu EUR 6 000 000 għat-total tal-karta tal-bilanċ u EUR 12 000 000 għall-fatturat nett.

6.  

Gruppi medji għandhom ikunu gruppi li mhumiex gruppi żgħar, li jikkonsistu f'impriżi prinċipali u sussidjarji li huma inklużi f'konsolidament u li, fuq bażi kkonsolidata, ma jaqbżux il-limiti ta’lanqas ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin fid-data tal-karta tal-bilanċ tal-impriża prinċipali:

(a) 

total tal-karta tal-bilanċ: EUR 20 000 000 ;

(b) 

fatturat nett: EUR 40 000 000 ;

(c) 

medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 250.

7.  

Gruppi kbar għandhom ikunu gruppi li jikkonsistu f'impriżi prinċipali u sussidjarji li huma inklużi f'konsolidament u li, fuq bażi kkonsolidata, ma jaqbżux il-limiti ta’lanqas ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin fid-data tal-karta tal-bilanċ tal-impriża prinċipali:

(a) 

total tal-karta tal-bilanċ: EUR 20 000 000 ;

(b) 

fatturat nett: EUR 40 000 000 ;

(c) 

medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 250.

8.  
L-Istati Membri għandhom jippermettu t-tpaċija msemmija fl-Artikolu 24(3) u li kwalunkwe eliminazzjoni bħala konsegwenza tal-Artikolu 24(7) ma tiġix affettwata, meta jiġu kkalkulati l-limiti fil-paragrafi 5 sa 7 ta' dan l-Artikolu. F’każijiet bħal dawn, il-limiti għat-total tal-karta tal-bilanċ u l-kriterji għall-fatturat nett għandhom jiżdiedu b’20 %.
9.  
Fil-każ ta’ dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro, l-ammont fil-munita nazzjonali ekwivalenti għall-ammonti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 7 għandu jkun dak li jinkiseb billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe Direttiva li tistabbilixxi dawk l-ammonti.

Għall-iskopijiet ta' konverżjoni fil-muniti nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li ma adottawx il-euro, l-ammonti f'euro speċifikati fil-paragrafi 1, 3, 4, 6 u 7 jistgħu jiżdiedu jew jitnaqqsu b'mhux aktar minn 5 % sabiex jiġu prodotti ammonti għal-liġi fil-muniti nazzjonali.

10.  
Meta fid-data tal-karta tal-bilanċ tagħha, impriża jew grupp jaqbeż jew ma jibqax jaqbeż il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 7, dak il-fatt għandu jaffettwa l-applikazzjoni tad-derogi previsti f’din id-Direttiva fil-każ biss jekk iseħħ f’sentejn finanzjarji konsekuttivi.
11.  
It-total tal-karta tal-bilanċ imsemmi fil-paragrafi 1 sa 7 ta' dan l-Artikolu għandu jikkonsisti mill-valur totali tal-assi f'A sa E taħt “Assi” fil-format stabbilit fl-Anness III jew tal-assi f'A sa E fil-format stabbilit fl-Anness IV.
12.  
Fil-kalkolu tal-limiti fil-paragrafi 1 sa 7, l-Istati Membri jistgħu jesiġu l-inklużjoni ta' introjtu minn sorsi oħrajn għall-impriżi li għalihom ma jkunx rilevanti “l-fatturat nett”. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-impriżi prinċipali jikkalkulaw il-limiti tagħhom fuq bażi kkonsolidata aktar milli fuq bażi individwali. L-Istati Membri jistgħu wkoll jesiġu li l-impriżi affiljati jikkalkulaw il-limiti tagħhom fuq bażi kkonsolidata jew aggregata fejn tali impriżi jkunu ġew stabbiliti għall-uniku skop li jiġi evitat ir-rappurtar ta' ċerta informazzjoni.
13.  
Sabiex tagħmel aġġustament għall-effetti tal-inflazzjoni, il-Kummissjoni għandha terġa' teżamina mill-inqas kull ħames snin u, fejn adatt, temenda, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 49, il-limiti msemmija fil-paragrafi 1 sa 7 ta’ dan l-Artikolu, billi tqis il-miżuri ta’ inflazzjoni kif ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.



KAPITOLU 2

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U PRINĊIPJI

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom jikkostitwixxu unità waħda komposta u għall-impriżi kollha għandhom jinkludu, bħala minimu, il-karta tal-bilanċ, il-kont tal-qligħ u t-telf u n-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-impriżi minbarra l-impriżi ż-żgħar jinkludu dikjarazzjonijiet oħra fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali flimkien mad-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.  
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom jitħejjew b’mod ċar u skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
3.  
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom jagħtu stampa vera u ġusta tal-assi, l-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja, u l-qligħ jew it-telf tal-impriża. Meta l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ma tkunx biżżejjed biex tinkiseb stampa vera u ġusta tal-assi, il-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew it-telf tal-impriża, għandha tingħata tali informazzjoni addizzjonali fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li tkun meħtieġa biex tikkonforma ma' dak ir-rekwiżit.
4.  
Meta f’każijiet eċċezzjonali l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva tkun inkompatibbli mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 3, dik id-dispożizzjoni għandha tiġi diżapplikata sabiex tingħata stampa vera u ġusta tal-assi, il-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew it-telf. Id-diżapplikazzjoni ta' kwalunkwe tali dispożizzjoni għandha tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji flimkien ma’ spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliha u tal-effett tagħha fuq l-assi, il-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ u t-telf tal-impriża.

L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu l-każijiet eċċezzjonali inkwistjoni u jistabbilixxu r-regoli speċjali rilevanti, li għandhom jappikaw f'dawk il-każijiet.

5.  
L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-impriżi minbarra l-impriżi ż-żgħar jiżvelaw l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħhom li tkun supplimentari għal dik meħtieġa skont din id-Direttiva.
6.  
B'deroga mill-paragrafu 5, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-impriżi żgħar jippreparaw, jiżvelaw u jippublikaw informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, sakemm kwalunkwe tali informazzjoni tinġabar f'sistema ta' filing waħda u r-rekwiżit ta' divulgazzjoni jkun jinsab fil-leġislazzjoni fiskali nazzjonali għall-finijiet stretti ta' ġbir ta' taxxa. L-informazzjoni meħtieġa f'konformità ma' dan il-paragrafu għandha tiġi inkluża fil-parti rilevanti tad-dikjrazzjonijiet finanzjajri.
7.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa skont il-paragrafu 6 mat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva u meta jintroduċu fil-liġi nazzjonali rekwiżiti ġodda skont il-paragrafu 6.
8.  
L-Istati Membri li jużaw soluzzjonijiet elettroniċi għall-iffaljar u l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom jiżguraw li impriżi żgħar ma jkunux meħtieġa jippubblikaw, skont il-Kapitolu 7, l-iżvelarj addizzjonali meħtieġa mil-leġislazzjoni fiskali nazzjonali, kif imsemmi fil-paragrafu 6.

Artikolu 5

Żvelar ġenerali

Id-dokument li jkun fih id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandu jiddikjara l-isem tal-impriża u l-informazzjoni kif preskritt fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/101/KE.

Artikolu 6

Prinċipji ġenerali għar-rappurtar finanzjarju

1.  

L-entrati ppreżentati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u kkonsolidati għandhom jiġu rikonoxxuti u kkalkolati skont il-prinċipji ġenerali li ġejjin:

(a) 

l-impriża għandha titqies li qiegħda tmexxi n-negozju tagħha bħala wieħed avvjat;

(b) 

il-politiki kontabilistiċi u l-bażijiet ta’ kalkolu għandhom jiġu applikati b’mod konsistenti minn sena finanzjarja għall-oħra;

(c) 

ir-rikonoxximent u l-kalkolu għandhom isiru b'mod prudenti, u partikolarment:

(i) 

jista' jiġi rikonoxxut biss il-qligħ li jkun sar fid-data tal-karta tal-bilanċ,

(ii) 

l-passivi kollha li jinħolqu matul is-sena finanzjarja konċernata jew matul sena finanzjarja preċedenti għandhom jiġu rikonoxxuti, anki jekk dawn il-passivi jsiru magħrufin biss bejn id-data tal-karta tal-bilanċ u d-data li fiha titħejja l-karta tal-bilanċ, u

(iii) 

kull aġġustament nagattiv ta' valur għandu jiġi rikonoxxut, sew jekk ir-riżultat tas-sena finanzjarja jkun ta’ qligħ u sew jekk ikun ta’ telf;

(d) 

l-ammonti rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf għandhom jiġu kkomputati fuq bażi tad-dovuti;

(e) 

il-karta tal-bilanċ tal-ftuħ għal kull sena finanzjarja għandha tikkorrispondi mal-karta tal-bilanċ tal-għeluq għas-sena finanzjarja preċedenti;

(f) 

il-komponenti tal-entrati tal-assi u l-passivi għandhom jiġu valwati separatament;

(g) 

kull tpaċija bejn entrati ta’ assi u ta’ passivi, jew bejn entrati ta’ introjtu u nefqa, għandha tiġi pprojbita;

(h) 

l-entrati fil-kont tal-qligħ u t-telf u fil-karta tal-bilanċ għandhom jiġu kkontabilizzati u ppreżentati b'kont meħud tas-sustanza tat-transazzjoni jew tal-arranġament konċernat;

(i) 

l-entrati rikonoxxuti fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu kkalkolati skont il-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew tal-ispiża tal-produzzjoni; u

(j) 

m'hemmx l-obbligu li r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva fir-rigward tar-rikonoxximent, il-kalkolu, il-preżentazzjoni, l-iżvelar u l-konsolidament jiġu rispettati meta l-effett tal-konformità magħhom tkun immaterjali.

2.  
Minkejja l-punt (g) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, f'każijiet speċifiċi, jippermettu jew jesiġu li l-impriżi jwettqu tpaċija bejn l-entrati tal-assi u tal-passivi, jew bejn l-entrati tal-introjtu u tan-nefqa dment li l-ammonti li jkunu paċuti jiġu speċifikati bħala ammonti grossi fin-noti għad-dikjarazzjoni finanzjarja.
3.  
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi mir-rekwiżiti tal-punt (h) tal-paragrafu 1.
4.  
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kamp ta' applikazzjoni tal-punt (j) tal-paragrafu 1 għall-preżentazzjoni u l-iżvelar.
5.  
Minbarra dawk l-ammonti rikonoxxuti skont il-punt (c)(ii) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu r-rikonoxximent tal-passivi prevedibbli u t-telf potenzjali kollu li jirriżultaw matul is-sena finanzjarja konċernata jew matul sena finanzjarja preċedenti, anki jekk dawn il-passivi jew telf isiru magħrufin biss bejn id-data tal-karta tal-bilanċ u d-data li fiha titħejja l-karta tal-bilanċ.

Artikolu 7

Bażi alternattiva għall-kalkolu tal-assi fissi skont ammonti rivalutati

1.  
B'deroga mill-punt (i) tal-Artikolu 6(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu fir-rigward tal-impriżi kollha jew ta' kwalunkwe klassi ta' impriża l-kalkolu tal-assi fissi skont ammonti rivalutati. Fejn il-liġi nazzjonali jipprevedi l-bażi ta' rivalutazzjoni tal-kalkolu, dan għandu jiddefinixxi l-kontenut u l-limiti tagħha u r-regoli għall-applikazzjoni tagħha.
2.  
Meta jiġi applikat il-paragrafu 1, l-ammont tad-differenza bejn il-kalkolu fuq bażi tal-prezz tax-xiri jew tal-ispiża tal-produzzjoni u l-kalkolu fuq bażi ta’ rivalutazzjoni għandu jiddaħħal fil-karta tal-bilanċ fir-riżerva ta’ rivalutazzjoni taħt “Kapital u riżervi”.

Ir-riżerva ta’ rivaltazzjoni tista' tiġi kapitalizzata kollha jew f'parti fi kwalunkwe ħin.

Ir-riżerva ta’ rivalutazzjoni għandha titnaqqas meta l-ammonti trasferiti għal dik ir-riżerva ma jkunux għadhom meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-bażi ta’ rivalutazzjoni tal-kontabbiltà. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jirregolaw l-applikazzjoni tar-riżerva ta’ rivalutazzjoni, bil-kundizzjoni li t-trasferimenti għall-kont tal-qligħ u t-telf mir-riżerva ta’ rivalutazzjoni jistgħu jsiru biss meta l-ammonti trasferiti jkunu ddaħħlu bħala spiża fil-kont tal-qligħ u t-telf jew jirriflettu żidiet fil-valur li effettivament ġew realizzati. L-ebda parti tar-riżerva ta’ rivalutazzjoni ma tista’ tiġi distribwita, direttament jew indirettament, sakemm ma tkunx tirrappreżenta qligħ effettivament realizzat.

Ħlief kif previst skont it-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, ir-riżerva ta’ rivalutazzjoni ma tistax titnaqqas.

3.  
L-aġġustamenti tal-valur għandhom jiġu kkalkulati kull sena fuq il-bażi tal-ammont rivalutat. Madankollu, b’deroga mill-Artikoli 9 u 13, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-ammont biss tal-aġġustamenti tal-valur li jsiru b'riżultat tal-bażi ta' kalkolu tal-prezz tax-xiri jew tal-ispiża tal-produzzjoni jintwera taħt l-entrati rilevanti fil-formati stabbiliti fl-Annessi V u VI u li d-differenzi b’riżultat tal-kalkolu fuq bażi ta’ rivalutazzjoni skont dan l-Artikolu jintwerew b’mod separat fil-formati.

Artikolu 8

Bażi alternattiva għall-kalkolu tal-valur ġust

1.  

B’deroga mill-punt (i) tal-Artikolu 6(1) u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu:

(a) 

l-Istati Membri għandhom jippermettu jew jesiġu fir-rigward tal-impriżi kollha jew ta' kwalunkwe klassi ta' impriża, il-kalkolu ta’ strumenti finanzjarji, inklużi strumenti finanzjarji derivati, skont il-valur ġust; u

(b) 

l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu fir-rigward tal-impriżi kollha jew kwalunkwe klassi ta' impriża, il-kalkolu ta’ kategoriji speċifikati ta’ assi minbarra strumenti finanzjarji skont ammonti determinati b’referenza għall-valur ġust.

Tali permess jew rekwiżit jista' jkun limitat għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.

2.  

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, kuntratti bbażati fuq prodotti bażiċi li jagħtu waħda mill-partijiet kontraenti d-dritt li tħallas bi flus kontanti jew b’xi strument finanzjarju ieħor għandhom ikunu ikkunsidrati bħala strumenti finanzjarji derivati, ħlief meta tali kuntratti:

(a) 

ikunu saru biex jissodisfaw, u għadhom jissodisfaw, ir-rekwiżiti ta' xiri, bejgħ jew użu previsti tal-impriża fil-mument li jkunu saru u wara;

(b) 

mill-bidu tagħhom kienu indikati bħala kuntratti bbażati fuq prodotti bażiċi; u

(c) 

ikunu mistennija li jitħallsu mal-konsenja tal-prodott bażiku.

3.  

Il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu japplika biss għall-passivi li ġejjin:

(a) 

passivi li jinżammu bħala parti minn portafoll ta’ negozju; u

(b) 

strumenti finanzjarji derivati.

4.  

Il-kalkolu skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:

(a) 

strumenti finanzjarji nonderivati miżmuma sal-maturità;

(b) 

self u riċevibbli li oriġinaw mill-impriża u mhux miżmuma għal skopijiet ta' negozjar; u

(c) 

interessi f’sussidjarji, impriżi assoċjati u impriżi konġunti, strumenti ta' ekwità maħruġa mill-impriża, kuntratti għal korrispettiv kontinġenti f’kombinament ta’ negozju, u strumenti finanzjarji oħra b’karatteristiċi speċjali tali li l-istrumenti, skont dak li huwa ġeneralment aċċettat, jiġu kkontabilizzati b’mod differenti minn strumenti finanzjarji oħra.

5.  
B'deroga mill-punt (i) tal-Artikolu 6(1), l-Istati Membri jistgħu fir-rigward ta’ kwalunkwe assi u passivi li jikkwalifikaw bħala entrati iħħeġġjati taħt sistema ta’ kontabbiltà ta' hedge tal-valur ġust, jew ta' porzjonijiet identifikati ta’ dawn l-assi jew passivi, jippermettu kalkolu skont ammont speċifikat rikjest taħt dik is-sistema.
6.  
B'deroga mill-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu r-rikonoxximent, il-kalkolu u l-iżvelar ta’ strumenti finanzjarji f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.
7.  

Il-valur ġust skont dan l-Artikolu għandu jiġi ddeterminat b’riferiment għal wieħed mill-valuri li ġejjin:

(a) 

fil-każ ta' strumenti finanzjarji li għalihom ikun jista’ jiġi faċilment identifikat suq affidabbli, il-valur tas-suq. Meta l-valur tas-suq ma jkunx faċilment identifikabbli għal strument iżda jkun jista’ jiġi identifikat għall-komponenti tiegħu jew għal strument simili, il-valur tas-suq jista’ jiġi derivat minn dak tal-komponenti tiegħu jew tal-istrument simili;

(b) 

fil-każ tal-istrumenti finanzjarji li għalihom ma jkunx jista’ jiġi faċilment identifikat suq affidabbli, valur li jirriżulta minn mudelli u tekniki ta’ valwazzjoni ġeneralment aċċettati, sakemm tali mudelli u tekniki ta’ valwazzjoni jiżguraw approssimazzjoni raġonevoli tal-valur tas-suq.

L-istrumenti finanzjarji li ma jistgħux jiġu kkalkolati b’mod affidabbli b'ebda mill-metodi deskritti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, għandhom jitkejlu skont il-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew tal-ispiża tal-produzzjoni sa fejn ikun possibbli kalkolu fuq dik il-bażi.

8.  

Minkejja l-punt (c) tal-Artikolu 6(1), meta strument finanzjarju jiġi kkalkolat bil-valur ġust, bidla fil-valur għandha tiġi inkluża fil-kont tal-qligħ u telf, ħlief fil-każijiet li ġejjin, fejn tali bidla għandha tiġi inkluża direttament f'riżerva tal-valur ġust:

(a) 

l-isrument ikkontabilizzat ikun strument ta' iħħeġġjar taħt sistema ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar li tippermetti li l-bidla kollha jew parti minnha fil-valur ma tintweriex fil-kont tal-qligħ u t-telf; jew

(b) 

il-bidla fil-valur tirrigwarda differenza fil-kambju b’riżultat ta’ entrata monetarja li tifforma parti mill-investiment nett ta’ impriża f’entità barranija.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jirrikjedu bidla fil-valur ta’ assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ, minbarra strument finanzjarju derivat. Dik ir-riżerva tal-valur ġust għandha tiġi aġġustata meta l-ammonti li jidhru fiha ma jkunux aktar meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.

9.  
Minkejja l-punt (a) tal-Artikolu 6(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li fir-rigward tal-impriżi kollha jew ta’ kwalunkwe klassi ta’ impriża, meta l-assi għajr l-istrumenti finanzjarji jiġu kkalkolati bil-valur ġust, il-bidla fil-valur għandha tiġi inkluża fil-kont tal-qligħ u t-telf.



KAPITOLU 3

KARTA TAL-BILANĊ U KONT TAL-QLIGĦ U T-TELF

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet ġenerali li jikkonċernaw il-karta tal-bilanċ u l-kont tal-qliegħ u t-telf

1.  
Il-format tal-karta tal-bilanċ u tal-kont tal-qligħ u t-telf, ma għandux jinbidel minn sena finanzjarja għall-oħra. Devjazzjonijiet minn dak il-prinċipju għandhom, madankollu, jiġu permessi f’każijiet eċċezzjonali sabiex tingħata stampa vera u ġusta tal-assi, l-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ u t-telf tal-impriża. Kwalunkwe tali devjazzjoni u r-raġunijiet għaliha għandhom jiġu dżvelati fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
2.  
Fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf l-entrati stipulati fl-Annessi III sa VI għandhom jintwerew separatament fl-ordni indikata. L-Istati Membri għandhom jippermettu subdiviżjoni aktar dettaljata ta' dawk l-entrati għandha tiġi permessa, soġġett għall-konformità mal-formati preskritti. L-Istati Membri għandhom jippermettu ż-żieda ta' of subtotali u ta' entrati ġodda, sakemm il-kontenut tagħhom ma jkunx kopert minn xi waħda mill-entrati fil-formati preskritti. L-Istati Membri jistgħu jesiġu subdiviżjoni bħal din jew subtotali jew entrati ġodda.
3.  
Il-format, in-nomenklatura u t-terminoloġija tal-entrati fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf li huma preċeduti b' numri Għarab għandhom jiġu adattati meta n-natura speċjali ta’ impriża titlob dan. L-Istati Membri jistgħu jesiġu tali adattamenti għal impriżi li jagħmlu parti minn settur ekonomiku partikolari.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jirrikjedu li l-entrati fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf li huma preċeduti minn numri Għarab jiġu kkombinati meta jkunu immaterjali fl-ammont għall-finijiet li jagħtu stampa vera u ġusta tal-assi, l-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja, u l-qligħ jew it-telf tal-impriżajew meta tali kombinament iwassal għal aktar ċarezza, dment li l-entrati hekk ikkombinati jiġu ttrattati separatament fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

4.  
B'deroga mill-paragrafi (2) u (3) ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-ħila tal-impriża li tiddevja mill-formati stipulati fl- Annessi III sa VI sal-punt meħtieġ biex id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jistgħu jiġu ffajljati elettronikament.
5.  
Fir-rigward ta' kull entrata fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf, iċ-ċifra għas-sena finanzjarja li jirreferu għaliha l-karta tal-bilanċ u l-kont tal-qligħ u t-telf u ċ-ċifra li tirrigwarda l-entrata korrispondenti għas-sena finanzjarja preċedenti għandhom jintwerew. Meta dawk iċ-ċifri ma jkunux komparabbli, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li tiġi aġġustata ċ-ċifra għas-sena finanzjarja preċedenti. Kwalunkwe każ ta’ nonkomparabbiltà jew kwalunkwe aġġustament taċ-ċifri għandu jiġi żvelat, bi spjegazzjonijiet, fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
6.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu l-adattament tal-format tal-karta tal-bilanċ u tal-kont tal-qligħ u t-telf sabiex tiġi inkluża l-approprjazzjoni tal-qligħ jew it-trattament tat-telf.
7.  

Fir-rigward tat-trattament ta' interessi ta' parteċipazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali:

(a) 

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-interessi ta' parteċipazzjoni jiġu kkontabilizzati bl-użu tal-metodu tal-ekwità kif previst fl-Artikolu 27, billi jittieħed kont tal-aġġustamenti essenzjali b’riżultat tal-karatteristiċi partikolari tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali meta mqabbla mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati;

(b) 

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-proporzjon tal-qligħ jew tat-telf attribwibbli lill-interess ta' parteċipazzjoni jiġi rikonoxxut fil-kont tal-qligħ u t-telf biss sal-limitu tal-ammont li jikkorrispondi ma’ dividendi diġà riċevuti jew li l-ħlas tagħhom jista’ jintalab; u

(c) 

meta l-profitt attribwibbli lill-interess ta’ parteċipazzjoni u rikonoxxut fil-kont tal-qligħ u t-telf jaqbeż l-ammont ta’ dividendi diġà riċevuti jew li l-ħlas tagħhom jista’ jintalab, l-ammont tad-differenza għandu jitpoġġa f’riżerva li ma tistax titqassam lill-azzjonisti.

Artikolu 10

Preżentazzjoni tal-karta tal-bilanċ

Għall-preżentazzjoni tal-karta tal-bilanċ, l-Istati Membri għandhom jippreskrivu waħda jew iż-żewġ formati li jinsabu fl- Annessi III u IV. Jekk Stat Membru jippreskrivi ż-żewġ formati, huwa jista' jippermetti li l-impriżi jagħżlu liema wieħed mill-formati preskritti ser jadottaw.

Artikolu 11

Preżentazzjoni alternattiva tal-karta tal-bilanċ

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-impriżi, jew li ċerti klassijiet ta’ impriżi, jippreżentaw entrati fuq bażi ta’ distinzjoni bejn entrati kurrenti u entrati mhux kurrenti f’format differenti minn dak stipulat fl-Annessi III u IV, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni li tingħata tkun mill-anqas ekwivalenti għal dik li għandha tiġi pprovduta skont l-Annessi III u IV.

Artikolu 12

Dispożizzjonijiet speċjali dwar ċerti entrati fil-karta tal-bilanċ

1.  
Meta assi jew passiv jirrigwarda aktar minn entrata waħda fil-format, ir-relazzjoni tiegħu mal-entrati l-oħra għandha tiġi żvelata jew taħt l-entrata fejn tidher jew fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
2.  
L-ishma proprji u l-ishma f’impriżi affiljati għandhom jintwerew biss taħt l-entrati preskritti għal dak il-għan.
3.  
Huwa l-għan li għalih ikunu maħsuba li jiddetermina jekk assi partikolari jintwerewx bħala assi fissi jew assi kurrenti.
4.  
Id-drittijiet għal beni immobbli u drittijiet simili oħra kif iddefiniti mil-liġi nazzjonali għandhom jintwerew taħt “Art u bini”.
5.  
Il-prezz tax-xiri jew l-ispiża tal-produzzjoni jew l-ammont rivalutat, fejn japplika l-Artikolu 7(1), ta' assi fissi b'utilità ekonomika limitata biż-żmien għandhom jitnaqqsu b'aġġustamenti tal-valur ikkalkulati b'mod li jamortizzaw il-valur ta' tali assi sistematikament matul iż-żmien tal-utilità ekonomika tagħhom.
6.  

L-aġġustamenti fil-valur ta' assi fissi għandhom ikunu soġġetti għal dan li ġej:

(a) 

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li jsiru aġġustamenti fil-valur fir-rigward ta’ assi finanzjarji fissi, b'mod li jiġu valutati skont il-valur l-aktar baxx li jrid jiġi attribwit lilhom fid-data tal-karta tal-bilanċ;

(b) 

għandhom isiru aġġustamenti fil-valur fir-rigward ta’ assi fissi, sew jekk l-utilità ekonomika tagħhom tkun limitata biż-żmien kif ukoll jekk le, b'mod li jiġu valutati skont il-valur aktar baxx li jrid jiġi attribwit lilhom fid-data tal-karta tal-bilanċ jekk ikun mistenni li t-tnaqqis fil-valur tagħhom ser ikun permanenti;

(c) 

l-aġġustamenti fil-valur imsemmijin fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu rreġistrati fil-kont tal-qligħ u t-telf u dżvelati separatament fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jekk ma kinux intwerew separatament fil-kont tal-qligħ u t-telf;

(d) 

il-kalkolu skont il-valur l-aktar baxx ta' dawk previsti fil-punti (a) u (b) ma jistax jibqa' jsir jekk ir-raġunijiet li għalihom ikunu saru l-aġġustamenti fil-valur ma jibqgħux japplikaw, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal aġġustamenti fil-valur li jsiru fir-rigward ta’ avvjament.

7.  
Aġġustamenti fil-valur għandhom isiru fir-rigward ta' assi kurrenti bil-ħsieb li dawn jintwerew skont il-valur l-aktar baxx tas-suq jew, f'ċirkostanzi partikolari, b'valur ieħor aktar baxx li għandu jiġi attribwit lilhom fid-data tal-karta tal-bilanċ.

Il-kalkolu skont il-valur l-aktar baxx previst fl-ewwel subparagrafu ma jistax jibqa' jsir jekk ir-raġunijiet li għalihom kienu saru l-aġġustamenti tal-valur ma jkunux għadhom japplikaw.

8.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-imgħax fuq kapital imsellef biex jiffinanzja l-produzzjoni ta’ assi fissi jew kurrenti jiġi inkluż fl-ispejjeż tal-produzzjoni sakemm dan jirrigwarda l-perijodu ta' produzzjoni. Kwalunkwe applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għandha tiġi dżvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
9.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prezz tax-xiri jew l-ispiża tal-produzzjoni ta’ inventarji ta’ oġġetti tal-istess kategorija u l-entrati funġibbli kollha inklużi l-investimenti jiġu kkalkulati jew fuq il-bażi ta’ prezzijiet medji peżati, fuq il-bażi tal-metodu ‘joħroġ li daħal l-ewwel’ (FIFO), il-metodu “l-ewwel tal-aħħar” (LIFO), jew metodu li ġeneralment jirrifletti l-aħjar prattiki ġeneralment aċċettati.
10.  
Meta l-ammont għandu jitħallas lura minħabba dejn li jkun ikbar mill-ammont riċevut, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu li d-differenza tintwera bħala assi. Hi għandha tintwera separatament fil-karta tal-bilanċ jew fin-noti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. L-ammont ta' dik id-differenza għandu jiġi kkanċellat b'ammont raġonevoli kull sena u kkanċellat kompletament mhux iktar tard miż-żmien tal-ħlas lura tad-dejn.
11.  
L-assi intanġibbli għandhom jiġu kkanċellati matul il-perijodu tal-utilità ekonomika tal-assi intanġibbli.

F'każijiet eċċezzjonali fejn il-perijodu tal-avvjament u l-ispejjeż tal-iżvilupp ma jistgħux jiġu stmati b'mod affidabbli, tali assi għandhom jiġu amortizzati f'perijodu massimu stabbilit mill-Istat Membru. Dak il-perijodu massimu ma għandux ikun iqsar minn ħames snin u ma għandux jeċċedi l-għaxar snin. Spjegazzjoni tal-perijodu li matulu jkun ikkanċellat l-avvjament tiġi pprovduta fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

Meta l-liġi nazzjonali tawtorizza l-inklużjoni tal-ispejjeż tal-iżvilupp taħt “Assi” u l-ispejjeż tal-iżvilupp ma jkunux ġew amortizzati għal kollox, l-Istati Membri għandhom jesiġu li ma ssir l-ebda distribuzzjoni ta' profitti sakemm l-ammont tar-riżervi disponibbli għad-distribuzzjoni u l-qligħ riportat ma jkunx mill-inqas ugwali għal dak tal-ispejjeż mhux amortizzati.

Meta l-liġi nazzjonali tawtorizza l-inklużjoni ta' spejjeż ta' formazzjoni taħt “Assi”, dawn għandhom jiġu amortizzati f'perijodu massimu ta' ħames snin. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jesiġu li t-tielet subparagrafu japplika mutatis mutandis għall-ispejjeż ta' formazzjoni.

F’każijiet eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mit-tielet u mir-raba' subparagrafi. Dawn id-derogi u r-raġunijiet għalihom għandhom jiġu dżvelati fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

12.  
Id-dispożizzjonijiet għandhom ikopru passivi li n-natura tagħhom tkun definita b’mod ċar u li fid-data tal-karta tal-bilanċ hu probabbli li ser jiġu inkorsi, jew ċertament li ser jiġu inkorsi iżda li m'hemmx ċertezza dwar l-ammont tagħhom jew id-data meta ser iseħħu.

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll il-ħolqien ta’ provvedimenti maħsuba biex ikopru spejjeż li n-natura tagħhom tkun ddefinita b’mod ċar u li fid-data tal-karta tal-bilanċ ikunu probabbli li ser jiġu inkorsi, jew ċertament li ser jiġu inkorsi iżda li m'hemmx ċertezza dwar l-ammont tagħhom jew id-data meta ser iseħħu.

Fid-data tal-karta tal-bilanċ, provvediment għandu jirrappreżenta l-aħjar stima tal-ispejjeż li jkunu probabbli li jsiru, jew fil-każ ta’ passivi, tal-ammont meħtieġ biex jissodisfa dak il-passiv. Ma għandhomx jintużaw provvedimenti biex jiġu aġġustati l-valuri tal-assi.

Artikolu 13

Preżentazzjoni tal-kont tal-qligħ u t-telf

1.  
Għall-preżentazzjoni tal-kont tal-qliegħ u t-telf, l-Istati Membri għandhom jippreskrivu waħda jew iż-żewġ formats stipulati fl-Annessi V u VI. Jekk Stat Membru jippreskrivi ż-żewġ formati, jista’ jippermetti lill-impriżi li jagħżlu liema mill-formati preskritti jadottaw.
2.  
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-impriżi, jew xi klassijiet ta’ impriżi, jippreżentaw dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom minflok il-preżentazzjoni tal-entrati ta’ profitt u telf skont l-Annessi V u VI, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni mogħtija tkun tal-anqas ekwivalenti għal dik meħtieġa fl-Annessi V u VI.

Artikolu 14

Simplifikazzjonijiet għall-impriżi żgħar u medji

1.  

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriżi żgħar iħejju karti tal-bilanċ imqassra li juru biss dawk l-entrati fl-Annessi III u IV preċeduti mill-ittri u n-numri Rumani, u jiżvelaw separatament:

(a) 

l-informazzjoni rikjesta f’parentesi f’D (II) taħt ‘Assi’ u C taħt “Kapital, riżervi u passivi” tal-Anness III, iżda f'forma aggregata għal kull wieħed; jew

(b) 

l-informazzjoni rikjesta f'parentesi f'D (II) tal-Anness IV.

2.  

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriżi ż-żgħar u medji li jfasslu rapporti tal-introjtu mqassra fi ħdan il-limiti li ġejjin:

(a) 

fl-Anness V, l-entrati 1 sa 5 jistgħu jiġu kkombinati taħt entrata waħda msejħa “Qligħ jew telf gross”;

(b) 

fl-Anness VI, l-entrati 1, 2, 3 u 6 jistgħu jiġu kkombinati taħt entrata waħda msejħa “Qligħ jew telf gross”.



KAPITOLU 4

NOTI GĦAD-DIKJARAZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar in-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji

Meta n-noti għall-karta tal-bilanċ u l-kont tal-qligħ u t-telf jiġu ppreżentati skont dan il-Kapitolu, in-noti għandhom jiġu ppreżentati skont l-ordni tal-entrati kif ippreżentati fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf.

Artikolu 16

Kontenut tan-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jirrigwardaw l-impriżi kollha

1.  

Fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji l-impriżi kollha, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa taħt dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-Direttiva, għandhom jiżvelaw l-informazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-politiki tal-kontabbiltà adottati;

(b) 

fejn l-assi fissi jiġu kkalkolati skont l-ammonti rivalutati, tabella li turi:

(i) 

il-movimenti fir-riżerva tar-rivalutazzjoni fis-sena finanzjarja, bi spjegazzjoni tat-trattament fiskali tal-entrati fiha, u

(ii) 

l-ammont miżmum fil-karta tal-bilanċ li kien jiġi rikonoxxut kieku l-assi fissi ma kinux rivalutati;

(c) 

fejn l-istrumenti finanzjarji u/jew l-assi għajr għal strumenti finanzjarji jiġu kkalkolati skont valur ġust:

(i) 

is-suppożizzjonijiet sinifikanti sottostanti l-mudelli u t-tekniki ta' valutazzjoni fejn il-valuri ġusti jkunu ġew determinati skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(7),

(ii) 

għal kull kategorija ta’ strumenti finanzjarji jew assi għajr għal strumenti finanzjarji, il-valur ġust, it-tibdil fil-valur direttament inkluż fil-kont tal-qligħ u t-telf kif ukoll it-tibdil inkluż fir-riżervi tal-valur ġust,

(iii) 

għal kull klassi ta' strument finanzjarju derivat, informazzjoni dwar il-firxa u n-natura tal-istrumenti, inklużi termini u kundizzjonijiet sinifikanti li jistgħu jaffettwaw l-ammont, iż-żmien u ċ-ċertezza tal-flussi finanzjarji futuri, u

(iv) 

tabella li turi l-movimenti fir-riżervi tal-valur ġust matul is-sena finanzjarja;

(d) 

l-ammont totali ta’ kwalunkwe impenn finanzjarju, garanzija jew kontinġenza li ma jkunux inklużi fil-karta tal-bilanċ, u indikazzjoni tan-natura u l-forma ta’ kwalunkwe garanzija ta’ valur li ġiet ipprovduta; kwalunkwe impenn li jirrigwarda pensjonijiet u impriżi affiljati jew assoċjati għandu jiġi dżvelat separatament;

(e) 

l-ammont ta’ antiċipazzjonijietelf u krediti mogħtija lill-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji, b’indikazzjonijiet tar-rati tal-imgħax, il-kundizzjonijiet ewlenin u kull ammont ripagat jew imħassar jew irrinunzjat, kif ukoll impenji li saru għan-nom tagħhom permezz ta’ garanziji ta’ kwalunkwe tip, b’indikazzjoni tat-total għal kull kategorija;

(f) 

l-ammont u n-natura ta’ elementi individwali ta’ introjtu jew infiq li huma ta’ daqs jew inċidenza eċċezzjonali;

(g) 

l-ammonti dovuti mill-impriża li jkunu dovuti u jkunu pagabbli wara aktar minn ħames snin kif ukoll id-djun kollha tal-impriża koperti minn garanzija ta’ valur mogħtija mill-impriża, b’indikazzjoni tan-natura u l-forma tal-garanzija; u

(h) 

in-numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja.

2.  
L-Istati Membri jistgħu jesiġu mutatis mutandis li impriżi żgħar għandhom jiżvelaw l-informazzjoni kif rikjest fil-punti (a), (m), (p), (q) u (r) tal-Artikolu 17(1).

Għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni rikjesta fil-punt (p) tal-Artikolu 17(1) għandha tkun limitata għan-natura u l-iskop kummerċjali tal-arranġamenti msemmija f'dak il-punt.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, l-iżvelar tal-informazzjoni rikjesta fil-punt (r) tal-Artikolu 17(1) għandha tkun limitata għat-transazzjonijiet li saru mill-partijiet elenkati fir-raba' subparagrafu ta' dak il-punt.

3.  
L-Istati Membri ma għandhomx jesiġu divulgazzjoni għall-impriżi żgħar lil hinn minn dak li hu rikjest jew permess minn dan l-Artikolu.

Artikolu 17

Divulgazzjonijiet addizzjonali għall-impriżi medji u kbar u għall-entitajiet ta’ interess pubbliku

1.  

Fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji l-impriżi medji u kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku, minbarra l-informazzjoni rikjesta taħt l-Artikolu 16 u kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ din id-Direttiva, għandhom jiżvelaw l-informazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) 

għad-diversi entrati ta’ assi fissi:

(i) 

il-prezz tax-xiri jew l-ispiża tal-produzzjoni, jew fejn tkun ġiet segwita bażi alternattiva ta’ kalkolu, il-valur ġust jew l-ammont rivalutat fil-bidu u t-tmiem tas-sena finanzjarja,

(ii) 

żidiet, ċessjonijiet u trasferimenti matul is-sena finanzjarja,

(iii) 

l-aġġustamenti tal-valur akkumulat fil-bidu u t-tmiem tas-sena finanzjarja,

(iv) 

aġġustamenti fil-valur effettwati matul is-sena finanzjarja,

(v) 

movimenti fl-aġġustamenti fil-valur akkumulat fir-rigward ta’ żidiet, ċessjonijiet u trasferimenti matul is-sena finanzjarja; u

(vi) 

meta l-imgħax jiġi kkapitalizzat skont l-Artikolu 12(8), l-ammont ikkapitalizzat matul is-sena finanzjarja.

(b) 

jekk l-assi fissi jew kurrenti jkunu s-suġġett ta’ aġġustamenti fil-valur għal raġunijiet ta’ tassazzjoni biss, l-ammont tal-aġġustamenti u r-raġunijiet għaliex saru;

(c) 

meta l-istrumenti finanzjarji jiġu kkalkolati skont il-prezz tax-xiri jew l-ispiża tal-produzzjoni:

(i) 

għal kull klassi ta’ strument finanzjarju derivat:

— 
il-valur ġust tal-istrumenti, jekk dan il-valur jista’ jiġi ddeterminat permezz ta’ wieħed mill-metodi stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 8(7), u
— 
informazzjoni dwar il-medda u n-natura tal-istrumenti,
(ii) 

għal assi fissi finanzjarji riportati f’ammont li hu aktar mill-valur ġust tagħhom:

— 
il-valur skont il-kotba u l-valur ġust jew tal-assi individwali jew ta’ gruppi adatti ta’ dawk l-assi individwali, u
— 
ir-raġunijiet għaliex il-valur skont il-kotba ma tnaqqasx, fosthom l-evidenza li fuqha hi bbażata s-suppożizzjoni li l-valur skont il-kotba ser jiġi rkuprat;
(d) 

l-ammont tal-emolumenti mogħtija fir-rigward tas-sena finanzjarja lill-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji minħabba r-responsabbiltà tagħhom u kwalunkwe impenn li jirriżulta jew li jsir fir-rigward tal-pensjonijiet tal-irtirar għall-membri ta' qabel ta’ dawk il-korpi, b’indikazzjoni tat-total għal kull kategorija ta' korp.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjoni mir-rekwiżit li tiġi żvelata tali informazzjoni meta l-iżvelar tagħha tagħmilha possibbli li tiġi identifikata l-pożizzjoni finanzjarja ta’ membru speċifiku ta’ tali korp;

(e) 

in-numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja, skont il-kategorija u, jekk ma jiġux żvelati separatament fil-kont tal-qligħ u t-telf, l-ispejjez għall-persunal fir-rigward tas-sena finanzjarja, skont il-pagi u s-salarji, spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż tal-pensjonijiet;

(f) 

meta provvediment għal taxxa differita jiġi rikonoxxut fil-karta tal-bilanċ, il-bilanċi tat-taxxa differita fi tmiem is-sena finanzjarja, u l-moviment f'dawk il-bilanċi matul is-sena finanzjarja;

(g) 

l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta’ kull impriża li fiha l-impriża, jew hija stess jew permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha stess iżda għan-nom tal-impriża, għandha interess ta' parteċipazzjoni, b'indikazzjoni tal-proporzjon tal-kapital miżmum, l-ammont tal-kapital u tar-riżervi, u l-qligħ jew it-telf għall-aħħar sena finanzjarja tal-impriża konċernata li għaliha jkunu ġew adottati d-dikjarazzjonijiet finanzjarji; l-informazzjoni dwar il-kapital u r-riżervi u l-qligħ jew it-telf tista’ titħalla barra meta l-impriża konċernata ma tippubblikax il-karta tal-bilanċ tagħha u ma tkunx ikkontrollata mill-impriża.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt tieħu l-forma ta’ dikjarazzjoni iffaljata skont l-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva 2009/101/KE; l-ffaljar ta’ tali dikjarazzjoni għandu jiġi żvelat fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll li l-informazzjoni titħalla barra meta n-natura tagħha tkun tali li tkun ta’ preġudizzju serju għal kull impriża li għaliha tirreferi. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dawk l-omissjonijiet soġġett għal awtorizzazzjoni anmministrattiva jew ġudizzjarja minn qabel. Kull ommissjoni bħal din għandha tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji;

(h) 

in-numru u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-valur ta' parità kontabilistiku tal-ishma sottoskritti matul is-sena finanzjarja fil-limiti tal-kapital awtorizzat, mingħajr preġudizzju, fir-rigward tal-ammont ta’ dak il-kapital, għall-punt (e) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE jew għall-punti (c) u (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/30/UE;

(i) 

meta hemm iktar minn klassi waħda ta' ishma, in-numru u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur ta' parità kontabilistiku għal kull klassi;

(j) 

l-eżistenza ta’ kwalunkwe ċertifikat ta’ parteċipazzjoni, dejn obbligazzjonarju konvertibbli, warrants, opzjonijiet jew titoli jew drittijiet simili, b’indikazzjoni tan-numru u d-drittijiet li jagħtu.

(k) 

l-isem, l-uffiċċju prinċipali jew reġistrat u l-forma ġuridika ta’ kull waħda mill-impriżi li tagħhom l-impriża tkun membru b’responsabilità illimitata;

(l) 

l-isem u l-uffiċċju reġistrat tal-impriża li tħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-akbar korp ta’ impriżi li l-impriża tagħmel parti minnu bħala impriża sussidjarja;

(m) 

l-isem u l-uffiċċju reġistrat tal-impriża li tħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-iżgħar korp ta’ impriżi li l-impriża tagħmel parti minnu bħala impriża sussidjarja u li tkun inkluża wkoll fil-korp ta’ impriżi li saret referenza għalih fil-punt (l);

(n) 

il-post fejn jistgħu jinkisbu kopji tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati li għalihom saret referenza fil-punti (l) u (m) bil-kondizzjoni li dawn ikunu disponibbli;

(o) 

l-approprjazzjoni proposta tal- qligħ jew it-trattament tat-telf, jew fejn applikabbli, l-approprjazzjoni tal-qligħ jew it-trattament tat-telf;

(p) 

in-natura u l-iskop tan-negozju ta' l-arranġamenti tal-impriża li ma jkunux inklużi fil-karta tal-bilanċ, u l-impatt finanzjarju fuq l-impriża ta' dawk l-arranġamenti, sakemm ir-riskji jew benefiċċji li jirriżultaw minn tali arranġamenti jkunu materjali u sa fejn id-divulgar ta' tali riskji jew benefiċċji jkun meħtieġ sabiex tiġi evalwata l-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża;

(q) 

in-natura u l-effetti finanzjarji ta’ avvenimenti materjali li jseħħu wara d-data tal-karta tal-bilanċ li mhumiex riflessi fil-kont tal-qligħ u t-telf jew fil-karta tal-bilanċ; u

(r) 

it-transazzjonijiet mill-impriża li jkunu saru ma’ partijiet relatati, inkluż l-ammont ta’ dawn it-transazzjonijiet, in-natura tar-relazzjoni tal-parti relatata u informazzjoni oħra dwar it-transazzjonijiet meħtieġa sabiex wieħed jifhem il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża. L-informazzjoni dwar transazzjonijiet individwali tista’ tiġi aggregata skont in-natura tagħhom ħlief meta tkun meħtieġa informazzjoni separata sabiex wieħed jifhem l-effetti ta’ transazzjonijiet ma’ partijiet relatati fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li jiġu żvelati biss it-transazzjonijiet ma' partijiet relatati li ma jkunux ġew konklużi taħt kundizzjonijiet normali tas-suq.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li t-transazzjonijiet magħmula bejn membru wieħed jew aktar ta' grupp ma jiġux żvelati, sakemm is-sussidjarji li jkunu parti għat-transazzjoni jkunu kompletament proprjetà ta' tali membru.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li impriża medja tillimita l-iżvelar ta' transazzjonijiet ma' partijiet relatati għal transazzjonijiet li jsiru ma':

(i) 

sidien li jkollhom interess ta' parteċipazzjoni fl-impriża;

(ii) 

impriżi li fihom l-impriża nfisha jkollha interess ta' parteċipazzjoni; u

(iii) 

membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-impriża.

2.  

L-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa japplikaw il-punt (g) tal-paragrafu 1 għal impriża li tkun impriża prinċipali rregolata mil-liġijiet nazzjonali tagħhom fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

meta l-impriża li fiha dik l-impriża prinċipali ikollha interess ta' parteċipazzjoni għall-finijiet tal-punt (g) tal-paragrafu 1 tkun inkluża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mħejjija minn dik l-impriża prinċipali, jew fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati ta’ korp akbar ta’ impriżi kif imsemmi fl-Artikolu 23(4);

(b) 

meta dak l-interess ta' parteċipazzjoni jkun ġie ttrattat minn dik l-impriża prinċipali fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħha skont l-Artikolu 9(7), jew fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mħejjija minn dik l-impriża prinċipali skont l-Artikolu 27(1) sa (8).

Artikolu 18

Divulgazzjonijiet addizzjonali għall-impriżi kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku

1.  

Fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji l-impriżi kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku, minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 16 u 17 u kull dispożizzjoni oħra ta’ din id-Direttiva, jiżvelaw informazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fatturat nett maqsum skont il-kategorija ta’ attività u skont is-swieq ġeografiċi sa fejn dawk il-kategoriji u swieq ivarjaw sostanzjalment minn xulxin, b'kont meħud tal-mod kif ikunu organizzati l-bejgħ ta’ prodotti u l-forniment ta' servizzi; u

(b) 

il-total ta’ tariffi għas-sena finanzjarja mitluba minn kull awditur statutorju jew ditta tal-verifika għall-verifika statutorja tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, u t-total ta’ tariffi mitluba minn kull awditur statutorju jew ditta tal-verifika għal servizzi oħra ta’ assigurazzjoni, għal servizzi ta’ konsulenza fiskali u għal servizzi oħra li mhumiex relatati mal-verifika.

2.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 titħalla barra meta l-iżvelar ta’ dik l-informazzjoni ikun ta’preġudizzju serju għall-impriża. L-Istati Membri jistgħu jissubordinaw dawn l-ommissjonijiet għal awtorizzazzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja minn qabel. Kull ommissjoni bħal din għandha tiġi dżvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
3.  
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-punt (b) tal-paragrafu 1 ma għandux japplika għad-dikjarazzjonijiet finanzjajri annwali ta' impriża fejn dik l-impriża tkun inkluża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji meħtieġa li jitfasslu taħt l-Artikolu 22, sakemm tali informazzjoni tingħata fin-noti mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.



KAPITOLU 5

RAPPORT TA' ĠESTJONI

Artikolu 19

Kontenut tar-rapport ta' ġestjoni

1.  
Ir-rapport ta' ġestjoni għandu jinkludi analiżi xierqa tal-iżvilupp u l-prestazzjoni tan-negozju tal-impriża u tal-pożizzjoni tagħha, flimkien ma’ deskrizzjoni tar-riskji u l-inċertezzi prinċipali li tiffaċċja.

L-analiżi għandha tkun analiżi bilanċjata u komprensiva tal-żvilupp u l-prestazzjoni tan-negozju tal-impriża u tal-pożizzjoni tagħha, b’mod konsistenti mad-daqs u l-kumplessità tan-negozju.

Sal-punt meħtieġ biex wieħed jifhem l-iżvilupp, il-prestazzjoni jew il-pożizzjoni tal-impriża, l-analiżi għandha tinkludi kemm indikaturi finanzjarji ewlenin tal-prestazzjoni u, jekk ikun il-każ, indikaturi mhux finanzjarji rilevanti għan-negozju partikolari, fosthom informazzjoni li tirrigwarda kwistjonijiet ambjentali u dwar l-impjegati. Meta jipprovdi l-analiżi, ir-rapport ta' ġestjoni, fejn adatt, għandu jinkludi referenzi għal, u spjegazzjonijiet ulterjuri dwar, l-ammonti rrappurtati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali.

▼M4

L-impriżi kbar, u l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, bl-eċċezzjoni ta’ impriżi mikro, li huma entitajiet ta’ interess pubbliku kif definiti fil-punt (a) tal-punt (1) tal-Artikolu 2 għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar ir-riżorsi intanġibbli ewlenin u jispjegaw kif il-mudell tan-negozju tal-impriża jiddependi fundamentalment fuq tali riżorsi u kif tali riżorsi huma sors ta’ ħolqien tal-valur għall-impriża.

▼B

2.  

Ir-rapport ta' ġestjoni għandu jagħti wkoll indikazzjoni ta’:

(a) 

l-iżvilupp probabbli tal-impriża fil-futur;

(b) 

attivitajiet fil-kamp tar-riċerka u l-iżvilupp;

(c) 

l-informazzjoni dwar l-akkwisti ta' ishma proprji preskritta mill-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2012/30/UE;

(d) 

l-eżistenza ta' fergħat tal-impriża; u

(e) 

fir-rigward tal-użu ta’ strumenti finanzjarji mill-impriża u fejn materjali għall-valutazzjoni tal-assi, il-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ jew it-telf tagħha:

(i) 

l-objettivi u l-linji politiċi finanzjarji tal-impriża għall-immaniġġar tar-riskji finanzjarji, inkluż il-politika tagħha għall-iħħeġġjar ta’ kull tip prinċipali ta' transazzjoni prevista li għaliha tintuża l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar; u

(ii) 

l-iskopertura tal-impriża għar-riskju ta' prezzijiet, ir-riskju kreditizju, ir-riskju tal-likwidità u ir-riskju tal-varjazzjoni tal-flussi finanzjarji.

3.  
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi żgħar mill-obbligu li jħejju rapporti dwar il-ġestjoni, sakemm huma jesiġu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2012/30/UE dwar l-akkwist mill-impriża ta' ishma proprji tingħata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
4.  
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi żgħar u medji mill-obbligu stabbilit fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 sal-punt li dan jirrigwarda informazzjoni mhux finanzjarja.

▼M4

Artikolu 19a

Rapportar dwar is-sostenibbiltà

1.  
L-impriżi kbar, u l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, bl-eċċezzjoni ta’ impriżi mikro, li huma entitajiet ta’ interess pubbliku kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), il-punt (a), għandhom jinkludu fir-rapport ta’ ġestjoni l-informazzjoni neċessarja biex jiġu mifhuma l-impatti tal-impriża fuq kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u l-informazzjoni neċessarja sabiex jiġi mifhum kif kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jaffettwaw l-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni tal-impriża.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun identifikabbli b’mod ċar fir-rapport ta’ ġestjoni, permezz ta’ taqsima ddedikata tar-rapport ta’ ġestjoni.

2.  

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha:

(a) 

deskrizzjoni qasira tal-mudell u tal-istrateġija tan-negozju tal-impriża, inklużi:

(i) 

ir-reżiljenza tal-mudell u tal-istrateġija tan-negozju tal-impriża fir-rigward tar-riskji marbutin ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(ii) 

l-opportunitajiet tal-impriża marbutin ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(iii) 

il-pjanijiet tal-impriża, inklużi l-azzjonijiet ta’ implimentazzjoni u l-pjanijiet finanzjarji u ta’ investiment relatati, biex jiġi żgurat li l-mudell u l-istrateġija tan-negozju tagħha jkunu kompatibbli mat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1.5 °C f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima adottat fit-12 ta’ Diċembru 2015 (il-“Ftehim ta’ Pariġi”) u l-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) u, fejn rilevanti, l-esponiment tal-impriża għal attivitajiet relatati mal-faħam, iż-żejt u l-gass;

(iv) 

kif il-mudell u l-istrateġija tan-negozju tal-impriża jqisu l-interessi tal-partijiet ikkonċernati tal-impriża u l-impatti tal-impriża fuq kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(v) 

kif ġiet implimentata l-istrateġija tal-impriża fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(b) 

deskrizzjoni tal-miri marbuta biż-żmien relatati ma’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà stabbiliti mill-impriża, inklużi, fejn xieraq, miri assoluti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-anqas għall-2030 u l-2050, deskrizzjoni tal-progress li tkun għamlet l-impriża lejn l-ilħuq ta’ dawk il-miri, u dikjarazzjoni dwar jekk il-miri tal-impriża relatati ma’ fatturi ambjentali humiex ibbażati fuq evidenza xjentifika konklużiva;

(c) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, kif ukoll tal-għarfien espert u l-ħiliet tagħhom b’rabta mat-twettiq ta’ dak ir-rwol jew l-aċċess li tali korpi jkollhom għal tali għarfien espert u ħiliet;

(d) 

deskrizzjoni tal-politiki tal-impriża fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(e) 

informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ skemi ta’ inċentivi marbuta ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà li jiġu offruti lill-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji;

(f) 

deskrizzjoni ta’:

(i) 

il-proċess ta’ diliġenza dovuta implimentat mill-impriża fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u, fejn applikabbli, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar l-impriżi biex iwettqu proċess ta’ diliġenza dovuta;

(ii) 

l-impatti avversi attwali jew potenzjali prinċipali marbuta mal-operazzjonijiet tal-impriża stess u mal-katina tal-valur tagħha, inklużi l-prodotti u s-servizzi tagħha, ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha u l-katina tal-provvista tagħha, l-azzjonijiet meħuda biex jiġu identifikati u mmonitorjati dawk l-impatti, u impatti negattivi oħra li l-impriża hija meħtieġa tidentifika skont rekwiżiti oħra tal-Unjoni fuq l-impriżi biex iwettqu proċess ta’ diliġenza dovuta;

(iii) 

kwalunkwe azzjoni meħuda mill-impriża biex tipprevjeni, timmitiga, tirrimedja jew ittemm l-impatti negattivi attwali jew potenzjali, u r-riżultat ta’ tali azzjonijiet;

(g) 

deskrizzjoni tar-riskji ewlenin għall-impriża marbutin ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, inkluż deskrizzjoni tad-dipendenzi prinċipali tal-impriża fuq dawk il-kwistjonijiet, u kif l-impriża timmaniġġja dawk ir-riskji;

(h) 

indikaturi rilevanti għad-divulgazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) sa (g).

L-impriżi għandhom jirrapportaw il-proċess imwettaq sabiex jidentifikaw l-informazzjoni li jkunu inkludew fir-rapport ta’ ġestjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-informazzjoni elenkata fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi informazzjoni relatata ma’ orizzonti ta’ żmien qasir, medju u twil, kif applikabbli.

3.  
Fejn applikabbli, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinkludi informazzjoni dwar l-operazzjonijiet proprji tal-impriża u dwar il-katina tal-valur tagħha, inklużi l-prodotti u s-servizzi tagħha, ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha u l-katina tal-provvista tagħha.

Għall-ewwel tliet snin tal-applikazzjoni tal-miżuri li jridu jiġu adottati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ), u fil-każ li ma tkunx disponibbli l-informazzjoni kollha meħtieġa rigward il-katina tal-valur tagħha, l-impriża għandha tispjega l-isforzi li tkun għamlet biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa dwar il-katina tal-valur tagħha, ir-raġunijiet għala ma tkunx setgħet tinkiseb l-informazzjoni kollha meħtieġa, u l-pjanijiet tagħha biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa fil-futur.

Fejn applikabbli, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun fiha wkoll referenzi għall-informazzjoni l-oħra inkluża fir-rapport ta’ ġestjoni, u spjegazzjonijiet addizzjonali tagħha, f’konformità mal-Artikolu 19, u l-ammonti rrapportati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li, f’każijiet straordinarji, titħalla barra informazzjoni relatata ma’ żviluppi imminenti jew ma’ kwistjonijiet li jkunu qed jiġu nnegozjati, meta, fil-fehma debitament ġustifikata tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji, li jaġixxu fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali u li jkollhom responsabilità kollettiva għal dik l-opinjoni, id-divulgazzjoni ta’ tali informazzjoni tkun tippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-impriża, dment li tali ommissjoni ma tipprevenix ftehim ġust u bbilanċjat tal-iżvilupp, tal-prestazzjoni u tal-pożizzjoni tal-impriża u tal-impatt tal-attività tagħha.

4.  
L-impriżi għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 29b.
5.  
Il-maniġment tal-impriża għandu jinforma lir-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-livell xieraq u jiddiskuti magħhom l-informazzjoni rilevanti u l-mezzi biex tinkiseb u tiġi vverifikata l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà. L-opinjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema għandha tiġi kkomunikata, fejn applikabbli, lill-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji rilevanti.
6.  

B’deroga mill-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 9 u 10 ta’ dan l-Artikolu, l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi definiti fil-punt (145) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 l-impriżi tal-assigurazzjoni kaptivi kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) u l-impriżi tar-riassigurazzjoni kaptivi definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva jistgħu jillimitaw ir-rapportar tagħhom dwar is-sostenibbiltà għall-informazzjoni li ġejja:

(a) 

deskrizzjoni qasira tal-mudell u tal-istrateġija tan-negozju tal-impriża;

(b) 

deskrizzjoni tal-politiki tal-impriża fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(c) 

l-impatti negattivi reali jew potenzjali prinċipali tal-impriża fuq kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu identifikati, monitorjati, prevenuti, mitigati jew rimedjati tali impatti negattivi reali jew potenzjali;

(d) 

ir-riskji prinċipali għall-impriża b’rabta ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà u kif l-impriża timmaniġġja dawk ir-riskji;

(e) 

indikaturi ewlenin neċessarji għad-divulgazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d).

L-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, l-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi u l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kaptivi li jiddependu mid-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jirrapportaw skont l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju msemmija fl-Artikolu 29c.

7.  
Għal snin finanzjarji li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2028, b’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju li huma entitajiet ta’ interess pubbliku kif definiti fil-punt (a) tal-punt (1) tal-Artikolu 2 jistgħu jiddeċiedu li ma jinkludux fir-rapport ta’ ġestjoni tagħhom l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. F’każijiet bħal dawn, l-impriża għandha, madankollu, tiddikjara fil-qosor fir-rapport ta’ ġestjoni tagħha għaliex ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà ma jkunx ġie ipprovdut.
8.  
L-impriżi li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu u l-impriżi li jiddependu mid-deroga stabbilita fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li kkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(1).
9.  
Dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkunu ssodisfati, impriża li tkun impriża sussidjarja għandha tiġi eżentata mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu (“l-impriża sussidjarja eżentata”) meta tali impriża u l-impriżi sussidjarji tagħha jkunu inklużi fir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat ta’ impriża prinċipali oħra, imfassal f’konformità mal-Artikoli 29 u 29a. Impriża li tkun impriża sussidjarja ta’ impriża prinċipali li tkun stabbilita f’pajjiż terz għandha tkun eżentata wkoll mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu meta tali impriża u l-impriżi sussidjarji tagħha jkunu inklużi fir- rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà ta’ dik l-impriża prinċipali li hija stabbilita f’pajjiż terz u fejn dak ir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà jitwettaq f’konformità mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikoli 29b jew b’mod ekwivalenti għal dak dawk l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, kif determinati f’konformità ma’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottata skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ).

L-eżenzjoni fl-ewwel subparagrafu għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ir-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża sussidjarja eżentata jkun fih l-informazzjoni kollha li ġejja:

(i) 

l-isem u l-uffiċċju reġistrat tal-impriża prinċipali li tirrapporta informazzjoni fil-livell ta’ grupp f’konformità ma’ dan l-Artikolu jew b’mod ekwivalenti għall-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikolu 29b ta’ din id-Direttiva, kif determinati f’konformità ma’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottata skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2004/109/KE;

(ii) 

il-links elettroniċi għar-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat tal-impriża prinċipali, jew, fejn applikabbli, għar- rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà tal-impriża prinċipali kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u għall-opinjoni ta’ aċċertament imsemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) ta’ din id-Direttiva jew għall-opinjoni ta’ aċċertament imsemmija fil-punt (b) ta’ dan is-subparagrafu;

(iii) 

l-informazzjoni dwar il-fatt li l-impriża tkun eżentata mill-obbligi stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu;

(b) 

jekk l-impriża prinċipali tkun stabbilita f’pajjiż terz, ir-rapportar konsolidat tagħha dwar is-sostenibbiltà u l-opinjoni ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà kkonsolidat espressi minn persuna jew ditta waħda jew aktar awtorizzati li jagħtu opinjoni dwar l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà skont il-liġi li tirregola dik l-impriża prinċipali, jiġu ppubblikati f’konformità mal-Artikolu 30 ta’ din id-Direttiva, u f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru li minnha tkun irregolata l-impriża sussidjarja eżentata;

(c) 

jekk l-impriża prinċipali tkun stabbilita f’pajjiż terz, id-divulgazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ) li jkopru l-attivitajiet imwettqa mill-impriża sussidjarja eżentata stabbilita fl-Unjoni u l-impriżi sussidjarji tagħha, jiġu inklużi fir-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża sussidjarja eżentata, jew fir-rapportar ikkonsolidat dwar is-sostenibbiltà li jitwettaq mill-impriża prinċipali stabbilita f’pajjiż terz.

L-Istat Membru li mil-liġi nazzjonali tiegħu tkun irregolata l-impriża sussidjarja eżentata, jista’ jeżiġi li r-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat jew, fejn applikabbli, ir-rapport konsolidat dwar is-sostenibbiltà, tal-impriża prinċipali jiġi ppubblikat b’lingwa li l-Istat Membru jaċċetta, u li tiġi pprovduta kwalunkwe traduzzjoni meħtieġa b’tali lingwa. Kwalunkwe traduzzjoni li ma tkunx ġiet iċċertifikata għandha tinkludi dikjarazzjoni li tispjega dak il-fatt.

L-impriżi li huma eżentati milli jħejju rapport ta’ ġestjoni f’konformità mal-Artikolu 37 ma għandhomx l-obbligu li jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punti (a)(i) sa (iii) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu dment li tali impriżi jippubblikaw ir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat f’konformità mal-Artikolu 37.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u fejn japplika l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) ta’din id-Direttiva li huma affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali li jissorveljahom skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiġu ttrattati bħala impriżi sussidjarji ta’ dak il-korp ċentrali.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-impriżi tal-assigurazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) ta’ din id-Direttiva li huma parti minn grupp, abbażi ta’ relazzjonijiet finanzjarji kif imsemmi fil-punt (c) (ii) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, li huma soġġetti għas-superviżjoni tal-grupp skont il-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 213(2) ta’ dik id-Direttiva għandhom jiġu ttrattati bħala impriżi sussidjarji tal-impriża prinċipali ta’ dak il-grupp.

10.  
L-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 9 għandha tapplika wkoll għall-entitajiet ta’ interess pubbliku soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni ta’ impriżi kbar li huma entitajiet ta’ interess pubbliku definiti fil-punt (a) tal-punt (1) tal-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva.

▼B

Artikolu 20

Dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva

1.  

Impriżi msemmija fil-punt (1)(a) tal-Artikolu 2 għandhom jinkludu dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva fir-rapport ta' ġestjoni tagħha. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi inkluża bħala taqsima speċifika tar-rapport ta' ġestjoni u għandha tinkludi mill-anqas l- informazzjoni li ġejja:

(a) 

referenza għal dan li ġej, fejn applikabbli:

(i) 

il-kodiċi ta’ governanza korporattiva li għalih tkun soġġetta l-impriża,

(ii) 

il-kodiċi ta’ governanza korporattiva li l-impriża setgħet volontarjament iddeċidiet li tapplika,

(iii) 

l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-prattika ta’ governanza korporattiva applikata lil hinn mir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali.

Meta ssir referenza għal kodiċi ta’ governanza korporattiva msemmi fil-punti (i) jew (ii), l-impriża għandha tindika wkoll fejn it-testi rilevanti jkunu pubblikament disponibbli. Meta ssir referenza għall-informazzjoni msemmija fil-punt (iii), l-impriża għandha tagħmel id-dettalji tal-prattiki ta’ governanza korporattiva tagħha pubblikament disponibbli;

(b) 

meta impriża, skont il-liġi nazzjonali, ma ssegwix il-kodiċi ta’ governanza korporattiva msemmi fil-punti (a)(i) jew (ii), spjegazzjoni mill-impriża dwar liema partijiet tal-kodiċi ta’ governanza korporattiva ma tkunx segwiet u r-raġunijiet għal dan; meta l-impriża tkun iddeċidiet li ma tirreferi għall-ebda dispożizzjoni tal-kodiċi ta’ governanza korporattiva msemmi fil-punti (a)(i) jew (ii), hija għandha tispjega r-raġunijiet tagħha għal dan;

(c) 

deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tas-sistemi ta’ kontroll intern u tal-ġestjoni tar-riskji fir-rigward tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju;

(d) 

l-informazzjoni rikjesta mill-punti (c), (d), (f), (h) u (i) tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar offerti ta' xiri ( 17 ), fejn l-impriża tkun soġġetta għal dik id-Direttiva;

(e) 

sakemm l-informazzjoni ma tkunx diġà prevista kompletament fil-liġi nazzjonali, deskrizzjoni tal-operat tal-laqgħa tal-azzjonisti u s-setgħat prinċipali tagħha u deskrizzjoni tad-drittijiet tal-azzjonisti u kif dawn jistgħu jiġu eżerċitati; u

(f) 

il-kompożizzjoni u l-operat tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza u l-kumitati tagħhom; u

▼M4

(g) 

deskrizzjoni tal-politika dwar id-diversità applikata fir-rigward tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża fir-rigward tal-ġeneru u ta’ aspetti oħrajn bħall-età, id-diżabilità jew l-isfond edukattiv u professjonali, l-għanijiet ta’ dik il-politika dwar id-diversità, kif ġiet implimentata u r-riżultati fil-perijodu tar-rapportar. Jekk ma tiġi applikata l-ebda tali politika, id-dikjarazzjoni għandha tinkludi spjegazzjoni dwar għalfejn dak hu l-każ.

▼M4

L-impriżi soġġetti għall-Artikolu 19a għandhom jitqiesu li jkunu kkonformaw mal-obbligu stabbilit fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu meta jinkludu l-informazzjoni meħtieġa skont dak il-punt bħala parti mir-rapportar dwar is-sostenibbiltà tagħhom u tkun inkluża referenza għal dak fid-dikjarazzjoni ta’ governanza korporattiva.

▼B

2.  

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni rikjesta mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu titqiegħed:

(a) 

f’rapport separat ippubblikat flimkien mar-rapport ta' ġestjoni fil-mod speċifikat fl-Artikolu 30; jew

(b) 

f'dokument li jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-impriża, li għalih ikun hemm referenza fir-rapport ta' ġestjoni.

Dak ir-rapport separat jew dak id-dokument imsemmi fil-punti (a) u (b), rispettivament, jista' jagħmel referenza trasversali għar-rapport ta' ġestjoni, meta l-informazzjoni riskjesta mill-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tkun disponibbli f'dak ir-rapport ta' ġestjoni.

▼M1

3.  
L-awditur statutorju jew id-ditta tal-verifika għandhom jesprimu opinjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) rigward l-informazzjoni ppreparata skont il-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandhom jivverifikaw li tkun ġiet ipprovduta l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (e), (f) u (g) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
4.  
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu ħarġu biss titoli li mhumiex ishma ammessi għan-negozjar f'suq regolat fis-sens tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE mill-applikazzjoni tal-punti (a), (b), (e), (f) u (g) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm dawn l-impriżi ma jkunux ħarġu ishma li jkunu nnegozjati f'faċilità multilaterali tan-negozjar fis-sens tal-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE.

▼M1

5.  
Minkejja l-Artikolu 40, il-punt (g) tal-paragrafu 1 m'għandux japplika għal impriżi żgħar u ta' daqs medju.

▼B



KAPITOLU 6

DIKJARAZZJONIJIET FINANZJARJI U RAPPORTI KKONSOLIDATI

Artikolu 21

Ambitu tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u rapporti kkonsolidati

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, impriża prinċipali l-impriżi sussidjarji tagħha kollha jkunu impriżi li għandhom jiġu kkonsolidati meta l-impriża prinċipali tkun impriża li għaliha japplikaw il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti b'din id-Direttiva in virtù tal-Artikolu 1(1).

Artikolu 22

Ir-rekwiżit li jitħejjew dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati

1.  

Stat Membru għandu jesiġi li kull impriża rregolata bil-liġi nazzjonali tiegħu tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat jekk dik l-impriża (impriża prinċipali):

(a) 

għandha maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f'impriża oħra (impriża sussidjarja);

(b) 

għandha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta' tmexxija jew ta' sorveljanza ta' impriża oħra (impriża sussidjarja) u hija fl-istess ħin azzjonista jew membru ta' dik l-impriża;

(c) 

għandha d-dritt li teżerċita influwenza dominanti fuq impriża (impriża sussidjarja) li tagħha hija azzjonista jew membru, minħabba kuntratt li sar ma' dik l-impriża jew minħabba klawsola fil-memorandum jew l-artikoli ta' assoċjazzjoni, meta l-liġi li tirregola dik l-impriża sussidjarja tippermetti li tista' tiġi soġġetta għal dawk il-kuntratti jew klawsoli.

Stat Membru mhuwiex obbligat jippreskrivi li impriża prinċipali għandha tkun azzjonista jew membru tal-impriża sussidjarja tagħha. Dawk l-Istati Membri li l-liġijiet tagħhom ma jipprevedux tali kuntratti jew klawsoli ma għandhomx jintalbu japplikaw din id-dispożizzjoni; jew

(d) 

hija azzjonist jew membru ta' impriża, u:

(i) 

maġġoranza tal-membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija jew ta' sorveljanza ta' dik l-impriża (impriża sussidjarja) li kellhom xi kariga matul is-sena finanzjarja, matul is-sena finanzjarja ta' qabel u saż-żmien meta tħejjew id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, inħatru biss bħala riżultat tal-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha tal-vot; jew

(ii) 

tikkontrolla waħedha, minħabba ftehim ma' azzjonisti jew membri oħrajn ta' dik l-impriża (impriża sussidjarja), maġġoranza ta' drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew il-membri f'dik l-impriża. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu dispożizzjonijiet iktar iddettaljati dwar il-forma u kontenut ta' ftehim bħal dan.

L-Istati Membri għandhom jippreskrivu għall-inqas l-arranġamenti msemmija fil-punt (ii) Dawn jistgħu jissoġġettaw l-applikazzjoni tal-punt (i) għar-rekwiżit li d-drittijiet tal-vot jirrappreżentaw mill-inqas 20 % tat-total.

Madankollu, il-punt (i) m'għandux japplika meta parti terza jkollha l-liġiijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) fir-rigward ta' dik l-impriża.

2.  

Barra mill-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li kull impriża rregolata bil-liġi nazzjonali tagħhom għandha tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat jekk:

(a) 

dik l-impriża (impriża prinċipali) għandha s-setgħa li teżerċita, jew fil-fatt teżerċita, influwenza dominanti jew kontroll fuq impriżi oħra (l-impriża sussidjarja); jew

(b) 

dik l-impriża (impriża prinċipali) u impriża oħra (l-impriża sussidjarja) huma ġestiti fuq bażi unifikata mill-impriża prinċipali.

3.  
Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (d) tal-paragrafu 1, id-drittijet tal-vot u d-drittijiet ta' ħatra u tneħħija ta' kull impriża sussidjarja oħra kif ukoll dawk ta' kull persuna li taġixxi f'isimha stess iżda għan-nom tal-impriża prinċipali jew ta' impriża sussidjarja oħra għandhom jiżdiedu ma' dawk tal-impriża prinċipali.
4.  

Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (d) tal-paragrafu 1, id-drittijiet imsemmijin fil-paragrafu 3 għandhom jitnaqqsu bid-drittijiet:

(a) 

marbutin ma' azzjonijiet miżmumin għan-nom ta' persuna li la hija l-impriża prinċipali u lanqas sussidjarja ta' dik l-impriża prinċipali; jew

(b) 

marbutin ma' azzjonijiet:

(i) 

miżmumin bħala garanzija, sakemm id-drittijiet inkwistjoni jkunu eżerċitati skont l-istruzzjonijiet li jingħataw, jew

(ii) 

miżmumin b'konnessjoni mal-għoti ta' self bħala parti mill-attivitajiet kummerċjali normali, sakemm id-drittijiet tal-vot ikunu eżerċitati fl-interessi tal-persuna li tagħti l-garanzija.

5.  
Għall-finijiet tal-punti (a) u (d) tal-paragrafu 1, it-total tal-jeddijiet għall-vot tal-azzjonisti jew membri fl-impriża sussidjarja għandhom jitnaqqsu bil-jeddijiet għall-vot li jmorru mal-ishma miżmuma minn dik l-impriża nnifisha, minn impriża sussidjarja ta' dik l-impriża jew minn persuna li taġixxi f'isimha stess iżda għan-nom ta' dawk l-impriżi.
6.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23(9) impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji tagħha kollha huma impriżi li għandhom jiġu kkonsolidati irrispettivament minn fejn jinsabu l-uffiċċji reġistrati ta’ dawk l-impriżi sussidjarji.
7.  

Mingħajr preġudizzju għal dan l-Artikolu u għall-Artikoli 21 u 23, Stat Membru jista’ jesiġi li kull impriża regolata bil-liġi nazzjonali tagħha tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat jekk:

(a) 

dik l-impriża u waħda jew aktar impriżi oħrajn li ma jkunux relatati magħha kif deskritt fil-paragrafi 1 jew 2, huma ġestiti fuq bażi unifikata skont:

(i) 

kuntratt konkluż ma' dik l-impriża, jew

(ii) 

il-memorandum u l-artikoli ta' assoċjazzjoni ta' dawk l-impriżi l-oħrajn; jew

(b) 

il-korpi amministrattivi, ta' tmexxija jew ta' sorveljanza ta’ dik l-impriża u ta’ impriża waħda jew aktar oħrajn li ma jkunux relatati magħha, kif deskritt fil-paragrafi 1 jew 2, jikkonsistu fil-maġġoranza tal-istess persuni fil-kariga matul is-sena finanzjarja u sakemm jitħejjew id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.

8.  
Meta tiġi eżerċitata l-għażla tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 7, l-impriżi deskritti f’dak il-paragrafu u l-impriżi sussidjarji kollha tagħhom għandhom jiġu kkonsolidati, meta impriża waħda jew aktar minn dawk l-impriżi tkun stabbilita bħala waħda mit-tipi ta’ impriża elenkati fl-Anness I jew fl-Anness II.
9.  

Il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 23(1), (2), (9) u (10) u l-Artikoli 24 sa 29 għandhom japplikaw għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat imsemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, soġġett għall-modifiki li ġejjin:

(a) 

ir-referenzi għall-impriżi prinċipali għandhom jiġu interpretati li jirreferu għall-impriżi kollha speċifikati fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu; u

(b) 

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24(3), l-entrati “kapital”, “kont tal-premium azzjonarju”, “riżerva tar-rivalutazzjoni”, “riżervi”, “qligħ jew telf riportat”, u “qligħ jew telf għas-sena finanzjarja”, li għandhom jiddaħħlu fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ikkonsolidati għandhom ikunu l-ammonti kkombinati attribwibbli għal kull waħda mill-impriżi speċifikati fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 23

Eżenzjonijiet mill-konsolidazzjoni

1.  
Gruppi żgħar għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jħejju dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat, ħlief meta impriża assoċjata tkun entità ta’ interess pubbliku.
2.  
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw gruppi ta' daqs medju mill-obbligu li jħejju dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat, ħlief meta impriża assoċjata tkun entità ta’ interess pubbliku.
3.  

Minkejja l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, fil-każijiet li ġejjin, Stat Membru għandu jeżenta mill-obbligu ta' tħejjija ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat kwalunkwe impriża prinċipali (l-impriża eżentata) irregolata mil-liġi nazzjonali tagħha li hija wkoll impriża sussidjarja, inkluż entità ta' interess pubbliku sakemm din l-entità ta' interess pubbliku ma taqax taħt il-punt (1)(a) tal-Artikolu 2, jekk l-impriża prinċipali tagħha stess tkun irregolata mil-liġi ta' Stat Membru u:

(a) 

l-impriża prinċipali tal-impriża eżentata jkollha l-ishma kolla tal-impriża eżentata. L-ishma f'dik l-impriża eżentata miżmumin minn membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija jew ta' sorveljanza tagħha minħabba obbligu legali jew obbligu fil-memorandum jew l-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha għandhom jiġu injorati għal dan l-iskop; jew

(b) 

l-impriża prinċipali tal-impriża eżentata jkolla 90 % jew iżjed tal-ishma tal-impriża eżentata u l-azzjonisti jew il-membri rimanenti tal-impriża eżentata jkunu approvaw l-eżenzjoni.

4.  

L-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3 għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-impriża eżentata u, mingħajr ħsara għall-paragrafu 9, l-impriżi sussidjarji kollha tagħha jiġu kkonsolidati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ korp akbar ta’ impriżi, li l-impriża prinċipali tagħhom tkun irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru;

▼M4

(b) 

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmijin fil-punt (a) u r-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat tal-korp akbar ta’ impriżi jitfasslu mill-impriża prinċipali ta’ dak il-korp, f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru li jirregola dik l-impriża prinċipali, f’konformità ma’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29a, jew f’konformità mal-istandards internazzjonali kontabilistiċi adottati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

▼B

(c) 

fir-rigward tal-impriża eżentata, għandhom jiġu ppubblikati d-dokumenti li ġejjin fil-mod preskritt bil-liġi tal-Istat Membru li jirregola dik l-impriża eżentata skont l-Artikolu 30.

(i) 

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ikkonsolidati msemmijin fil-punt (a) u r-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat imsemmi fil-punt (b),

(ii) 

ir-rapport tal-verifika, u

(iii) 

fejn adatt, l-appendiċi msemmi fil-paragrafu 6.

Dak l-Istat Membru jista' jesiġi li d-dokumenti msemmijin fil-punti (i), (ii) u (iii) għandhom jiġu ppubblikati fil-lingwa uffiċjali tiegħu u li kwalunkwe traduzzjoni tagħhom tkun iċċertifikata;

(d) 

in-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-impriża eżentata jiżvelaw dan li ġej:

(i) 

l-isem u l-uffiċċju reġistrat tal-impriża prinċipali li tħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmijin fil-punt (a); u

(ii) 

l-eżenzjoni mill-obbligu ta' tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat.

5.  

Fil-każijiet li mhumiex koperti mill-paragrafu 3, Stat Membru jista’, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, jeżenta mill-obbligu ta' tħejjija ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat lil kull impriża prinċipali (l-impriża eżentata) regolata mil-liġi nazzjonali tagħha li tkun ukoll impriża sussidjarja, inkluż entità ta' interess pubbliku sakemm dik l-entità ta' interess pubbliku ma taqax taħt il-punt (1)(a) tal-Artikolu 2, li l-impriża prinċipali tagħha tkun regolata bil-liġi ta' Stat Membru, sakemm il-kondizzjonijiet kollha stipulati fil-paragrafu 4 jiġu ssodisfati u sakemm ukoll:

(a) 

li l-azzjonisti jew il-membri tal-impriża eżentata li jkollhom proporzjon minimu tal-kapital sottoskritt ta’ dik l-impriża ma jkunux talbu t-tħejjija ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mill-anqas sitt xhur qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja;

(b) 

il-proporzjon minimu msemmi fil-punt (a) ma jkunx ogħla mil-limiti li ġejjin:

(i) 

10 % tal-kapital sottoskritt fil-każ ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata u soċjetajiet limitati b’kapital azzjonarju; u

(ii) 

20 % tal-kapital sottoskritt fil-każ ta' impriżi ta' tipi oħra.

(c) 

l-Istat Membru ma jissubordinax l-eżenzjoni għal:

(i) 

il-kondizzjoni li l-impriża prinċipali, li tkun ħejjiet id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 4, tkun regolata mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni, jew

(ii) 

kondizzjonijiet relatati mat-tħejjija u l-verifika kontabbilistika ta' dawk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

6.  
Stat Membru jista’ jissubordina l-eżenzjonijiet previsti fil-paragrafi 3 u 5 għall-iżvelar ta’ informazzjoni addizzjonali, f’konformità ma’ din id-Direttiva, fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 4, jew f'appendiċi għalihom, jekk dik l-informazzjoni tkun rikjesta minn impriżi regolati mil-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru li jkunu obbligati li jħejju dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u li qegħdin fl-istess ċirkostanzi.
7.  

Il-paragrafi 3 sa 6 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru dwar it-tħejjija ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati jew rapporti ta' ġestjoni kkonsolidati sa fejn dawk id-dokumenti jkunu rikjesti:

(a) 

għall-informazzjoni tal-impjegati jew tar-rappreżentanti tagħhom; jew

(b) 

minn awtorità amminstrattiva jew ġudizzjarja għall-iskopijiet proprji.

8.  

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2, 3 u 5 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru li jipprevedi eżenzjonijiet taħt il-paragrafi 3 u 5 ta' dan l-Artikolu, jista’ wkoll jeżenta mill-obbligu tat-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat lil kull impriża prinċipali (l-impriża eżentata) regolata mil-liġi nazzjonali tiegħu li tkun ukoll impriża sussidjarja, inkluż entità ta' interess pubbliku sakemm din l-entità ta' interess pubbliku ma taqax taħt il-punt 1(a) tal-Artikolu 2, impriża prinċipali li ma tkunx regolata mil-liġi ta’ Stat Membru, jekk ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-impriża eżentata u, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 9, l-impriżi sussidjarji tagħha kollha jkunu kkonsolidati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ korp akbar ta’ impriżi;

(b) 

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati imsemmijin fil-punt (a) u, fejn adatt, ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat jitħejjew:

▼M4

(i) 

f’konformità ma’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29a,

▼B

(ii) 

skont l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati f' konformita' mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002,

▼M4

(iii) 

b’mod ekwivalenti għar-rapporti finanzjarji kkonsolidati u għar-rapporti ta’ ġestjoni kkonsolidati mfasslin f’konformità ma’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29a, jew

▼B

(iv) 

b'mod ekwivalenti għall-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà kif determinati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tad- 21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta’ titoli skond id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 );

(c) 

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmijin fil-punt (a) ikunu ġew ivverifikati minn awditur statutorju wieħed jew iktar jew ditta tal-verifika waħda jew aktar awtorizzati biex jivverifikaw dikjarazzjonijiet finanzjarji taħt il-liġi nazzjonali li tirregola l-impriża li tkun ħejjiet dawk id-dikjarazzjonijiet.

Il-punti (c) u (d) tal-paragrafu 4(c) u (d), u l-paragrafi 5, 6 u 7 għandhom japplikaw.

9.  

M'hemmx obbligu li impriża, inkluż entità ta’ interess pubbliku, tiġi inkluża f'dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati meta tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

f'każijiet estremamenti rari fejn l-informazzjoni neċessarja għat-tħejjija ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati skont din id-Direttiva ma tistax tinkiseb mingħajr spiża sproporzjonata jew dewmien eċċessiv;

(b) 

l-ishma ta’ dik l-impriża jkunu miżmuma esklużivament bil-għan li jerġgħu jinbiegħu. jew jew

(c) 

restrizzjonijiet severi u fit-tul ifixklu sostanzjalment:

(i) 

l-impriża prinċipali fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fuq l-assi jew il-ġestjoni ta’ dik l-impriża; jew

(ii) 

l-eżerċizzju ta’ ġestjoni unifikata ta’ dik l-impriża fejn tkun f’waħda mir-relazzjonijiet definiti fl-Artikolu 22(7).

10.  

Mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1), l-Artikolu 21 u l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe impriża prinċipali, inkluż entità ta' interess pubbliku, għandha tiġi eżentata mill-obbligu impost fl-Artikolu 22 jekk:

(a) 

ikollha biss impriżi sussidjarji, li huma immaterjali, kemm individwalment kif ukoll kollettivament; jew

(b) 

l-impriżi sussidjarji kollha tagħha jistgħu jiġu esklużi mill-konsolidament skont il-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 24

It-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati

1.  
Il-Kapitoli 2 u 3 għandhom japplikaw fir-rigward ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, b'kont meħud tal-aġġustamenti essenzjali li jirriżultaw mill-karatteristiċi partikolari tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati meta mqabbla mar-rapporti finanzjarji annwali.
2.  
L-assi u l-passivi ta' impriżi inklużi f'konsolidament għandhom jiġu inkorporati sħaħ fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata.
3.  

Il-valuri skont il-kotba tal-ishma fil-kapital ta’ impriżi inklużi f’konsolidament għandhom jiġu bbilanċjati mal-proporzjon li jirrappreżentaw tal-kapital u r-riżervi ta’ dawk l-impriżi skont dan li ġej:

(a) 

ħlief fil-każ ta' ishma fil-kapital tal-impriża prinċipali miżmumin jew minn dik l-impriża stess jew minn impriża oħra inkluża fil-konsolidament, li għandhom jiġu ttrattati bħala ishma proprji skont il-Kapitolu 3, dak l-ibbilaċjar għandu jsir abbażi tal-valuri skont il-kotba kif jidhru fid-data li fiha dawk l-impriżi jiġu inklużi fil-konsolidament għall-ewwel darba. Id-differenzi li jirriżultaw minn dak l-ibbilaċjar għandhom, sa fejn possibbli, jiddaħħlu direttament kontra dawk l-entrati fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata li jkollhom valuri ogħla jew taħt il-valuri tagħhom skont il-kotba;

(b) 

Stat Membru jista’ jippermetti jew jesiġi l-ibbilanċjar abbażi tal-valuri ta’ assi u passivi identifikabbli fid-data tal-akkwist tal-ishma jew, fil-każ ta’ akkwist f’żewġ stadji jew aktar, fid-data li fiha l-impriża tkun saret sussidjarja;

(c) 

kwalunkwe differenza li tibqa’ wara l-applikazzjoni tal-punt (a) jew li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (b) tintwera bħala avvjament fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata;

(d) 

il-metodi użati biex jiġi kkalkulat il-valur tal-avvjament u kull varjazzjoni importanti fil-valur fir-rigward tas-sena finanzjarja preċedenti għandhom jiġu spjegati fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

(e) 

meta l-ibbilanċjar bejn avvjament pożittiv u negattiv ikun awtorizzat minn Stat Membru, in-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandu jkun fihom analiżi tal-avvjament;

(f) 

avvjament negattiv jista’ jiġi trasferit għar-rapport tal-qligħ u t-telf ikkonsolidat meta tali trattament ikun skont il-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu 2.

4.  
Meta ishma f'impriżi sussidjarji inklużi fil-konsolidament ikunu miżmuma minn persuni li mhumiex dawk l-impriżi, l-ammont attribwibbli għal dawk l-ishma għandhom jintwerew separatament fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata bħala interessi mingħajr dritt ta' kontroll.
5.  
L-introjtu u n-nefqa ta’ impriżi inklużi fil-konsolidament għandhom jiġu inkorporati sħaħ fir-rapport tal-qligħ u t-telf ikkonsolidat.
6.  
L-ammont ta' kwalunkwe qligħ jew telf attribwibbli għall-ishma msemmijin fil-paragrafu 4 għandhom jintwerew separatament fir-rapport tal-qligħ u t-telf ikkonsolidat bħala l-qligħ jew it-telf attribwibbli għall-interessi mingħajr dritt ta' kontroll.
7.  

Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom juru l-assi, il-passivi, il-pożizzjonijiet finanzjarji, il-qligħ jew it-telf tal-impriżi inklużi f’konsolidament daqs li kieku kienu impriża waħda. B'mod partikolari, dawn li ġejjin għandhom jiġu eliminati mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati:

(a) 

djun u pretensjonijiet bejn l-impriżi;

(b) 

l-introjtu u n-nefqa li jirrigwardaw tranżazzjonijiet bejn l-impriżi; u

(c) 

qligħ u telf li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet bejn l-impriżi, meta dawn jiġu inklużi fil-valuri skont il-kotba tal-assi.

8.  
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom jitħejjew fl-istess data bħar-rapporti finanzjarji annwali tal-impriża prinċipali.

Madankollu, Stat Membru jista’ jippermetti jew jesiġi li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati jitħejjew f’data oħra sabiex jittieħed kont tad-dati tal-karti tal-bilanċ tal-akbar numru tal-impriżi jew tal-aktar importanti minnhom inklużi fil-konsolidament, sakemm:

(a) 

dak il-fatt jiġi żvelat fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u jingħataw ir-raġunijiet;

(b) 

jiġu kkunsidrati jew issir divulgazzjoni ta’ avvenimenti importanti li jirrigwardaw l-assi u l-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ jew it-telf ta’ impriża inkluża f’konsolidament, li jkunu seħħu bejn id-data tal-karta tal-bilanċ ta’ dik l-impriża u d-data tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata; u

(c) 

meta d-data tal-karta tal-bilanċ ta’ impriża tiġi qabel jew issegwi d-data tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata b’aktar minn tliet xhur, dik l-impriża għandha tiġi kkonsolidata fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji interim imħejjija fid-data tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata.

9.  
Jekk il-kompożizzjoni tal-impriżi inklużi f’konsolidament tkun inbidlet b’mod sinifikanti matul sena finanzjarja, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandu jkun fihom informazzjoni li tippermetti li t-tqabbil ta’ settijiet suċċessivi ta’ rapporti finanzjarji kkonsolidati jagħmel sens. Dan l-obbligu jista' jiġi ssodisfat bit-tħejjija ta’ karta tal-bilanċ aġġustata u komparattiva u rapport tal-intrjotu aġġustat u komparattiv.
10.  
L-assi u l-passivi inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi uniformi u skont il-Kapitolu 2.
11.  
Impriża li tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandha tapplika l-istess bażijiet ta’ kalkolu li huma applikati fir-rapporti finanzjarji annwali tagħha. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li jintużaw bażijiet oħra ta’ kalkolu skont il-Kapitolu 2 fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. Meta jsir użu minn din id-deroga, dak il-fatt għandu jiġi żvelat fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati flimkien mar-raġunijiet mogħtija.
12.  
Meta l-assi u l-passivi inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati jkunu ġew ikkalkolati minn impriżi inklużi għall-fini tal-konsolidament permezz ta’ bażijiet li jkunu differenti minn dawk użati għall-konsolidament, dawk l-assi u l-passivi għandom jiġu kkalkulati mill-ġdid skont il-bażijiet użati għall-konsolidament. Derogi minn dan ir-rekwiżit huma permissibbli f'każijiet eċċezzjonali. Kwalunkwe deroga bħal din tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-raġunijiet għaliha.
13.  
Il-bilanċi ta’ taxxa differita għandhom jiġu rikonoxxuti mal-konsolidament sakemm ikun probabbli li jinħoloq addebitament ta’ taxxa fil-futur qrib għal waħda mill-impriżi inklużi fil-konsolidament.
14.  
Meta l-assi inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati kienu s-suġġett ta’ aġġustamenti tal-valur unikament għall-finijiet ta’ taxxa, huma jiġu inkorporati fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati biss wara li dawk l-aġġustamenti jkunu ġew eliminati.

Artikolu 25

Kombinamenti ta' negozji fi grupp

1.  
Stat Membru jista' jippermetti jew jesiġi li l-valuri skont il-kotba tal-ishma miżmuma fil-kapital ta' impriża inkluża fil-konsolidament jiġu bbilanċjati biss mal-perċentwali ta' kapital korrispondenti, sakemm l-impriżi fil-kombinament ta' negozji jkunu fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollati mill-istess parti kemm qabel kif ukoll wara kombinament ta' negozji, u li dak il-kontroll ma jkunx transitorju.
2.  
Kull differenza li toħroġ taħt il-paragrafu 1 għandha tiżdied jew titnaqqas mir-riżervi kkonsolidati, kif xieraq.
3.  
L-applikazzjoni tal-metodu deskritt fil-paragrafu 1, il-moviment li jirriżulta fir-riżervi u l-ismijiet u uffiċċji reġistrati tal-impriżi kkonċernati għandhom jiġu żvelati fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.

Artikolu 26

Konsolidament proporzjonali

1.  
Meta impriża inkluża f’konsolidament tmexxi impriża oħra flimkien ma’ impriża waħda jew aktar li jkunux inklużi f’dak il-konsolidament, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu l-inklużjoni ta’ dik l-impriża l-oħra fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati b’mod proporzjonali mad-drittijiet fil-kapital tagħha miżmuma mill-impriża inkluża fil-konsolidament.
2.  
L-Artikolu 23(9) u (10) u l-Artikolu 24 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-konsolidament proporzjonali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 27

Kontabbiltà bil-metodu tal-ekwità ta' impriżi assoċjati

1.  
Meta impriża inkluża f’konsolidament jkollha impriża assoċjata, dik l-impriża assoċjata għandha tintwera fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata bħala entrata separata b'intestatura adatta.
2.  

Meta dan l-Artikolu jiġi applikat għall-ewwel darba għal impriża assoċjata, dik l-impriża assoċjata għandha tintwera fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata jew:

(a) 

bil-valur tiegħu fil-kotba ikkalkolat skont ir-regoli ta' kejl stipulati fil-Kapitoli 2 u 3. Id-differenza bejn dak il-valur u l-ammont li jikkorrispondi mal-proporzjon ta' kapital u riżervi rappreżentati minn dak l-interess ta' parteċipazzjoni f'dik l-impriża assoċjata għandha tiġi żvelata separatament fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata jew fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. Dik id-differenza għandha tiġi kkalkulata fid-data li fiha dak il-metodu jkun intuża għall-ewwel darba; jew

(b) 

f’ammont li jikkorrispondi mal-proporzjon tal-kapital u tar-riżervi tal-impriża assoċjata rappreżentat bl-interess ta' parteċipazzjoni f'din l-impriża assoċjata. Id-differenza bejn dak l-ammont u l-valur imniżżel fil-kotba kkalkulat skont ir-regoli ta' kejl stipulati fil-Kapitoli 2 u 3 għandha tiġi dżvelata separatament fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata jew fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. Dik id-differenza għandha tiġi kkalkulata fid-data li fiha dak il-metodu jkun intuża għall-ewwel darba.

Stat Membru jista' jippreskrivi l-applikazzjoni ta' wieħed jew iktar mill-għażliet mogħtija fil-punti (a) u (b). F'każijiet bħal dawn, il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata jew in-noti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom jindikaw liema minn dawk l-għażliet intużat.

Barra minn hekk, għall-finijiet tal-punti (a) u (b), Stat Membru jista' jippermetti jew jesiġi l-kalkolu tad-differenza fid-data ta' akkwist tal-ishma jew, meta dawn ġew akkwistati f'żewġ stadji jew iktar, fid-data li fiha l-impriża saret impriża assoċjata.

3.  
Meta l-assi jew il-passivi ta' impriżi assoċjati ikunu ġew valutati b'metodi li mhumiex dawk użati għal konsolidazzjoni skond l-Artikolu 24(11), dawn jistgħu, għall-iskop ta' kalkolu tad-differenza msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, jiġu valutati mill-ġdid bil-metodi użati għal konsolidazzjoni. Meta ma jkunx sar dan il-kalkolu mill-ġdid dak il-fatt għandu jiġi żvelat fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati; Stat Membru jista' jesiġi dik il-valutazzjoni mill-ġdid.
4.  
Il-valur fil-kotba imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, jew l-ammont li jikkorrispondi għall-proporzjon tal-kapital u riservi tal-impriża assoċjata msemmija fil- punt (b) tal-paragrafu 2, għandu jiżdied jew jitnaqqas bl-ammont ta' kull varjazzjoni li tkun saret matul is-sena finanzjarja fil-proporzjon tal-kapital u riservi tal-impriża assoċjata rappreżentata minn dak l-interess ta' parteċipazzjoni; huwa għandu jitnaqqas bl-ammont tad-dividendi li jirreferixxu għal dak l-interess ta' parteċipazzjoni.
5.  
Sa fejn id-differenza pozittiva msemmija fil- punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ma tistax tirreferixxi għal xi kategorija ta' assi jew passivi hija għandha tiġi trattata skont ir-regoli applikabbli mal-entrata “avvjament” kif stipulati fil- punt (d) tal-Artikolu 12(6), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(11), il-punt (c) tal-Artikolu 24(3), u l-Anness III u l-Anness IV.
6.  
Il-proporzjon tal-qligħ jew it-telf tal-impriżi assoċjati attribwibbli lill-interessi ta' parteċipazzjoni f'dawn l-impriżi assoċjati għandu jintwera fir-rapport tal-introjtu kkonsolidat bħala entrata separata taħt intestatura xierqa.
7.  
L-eliminazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 24(7) għandhom jiġu effettwati sa fejn il-fatti huma magħrufa jew jistgħu jkunu aċċertati.
8.  
Meta impriża assoċjata tħejji rapporti finanzjarji kkonsolidati, il-paragrafi 1 sa 7 għandhom japplikaw għall-kapital u r-riżervi li jidhru f’dawn ir-rapporti finanzjarji kkonsolidati.
9.  
Mhuwiex neċessarju li dan l-Artikolu jiġi applikat meta l-interess ta' parteċipazzjoni fil-kapital tal-impriża assoċjata ma jkunx materjali.

Artikolu 28

In-noti għar-rapporti finanzjarji kkonsolidati

1.  

In-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati jistabbilixxu l-informazzjoni rikjesti mill-Artikoli 16, 17 u 18, flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa skont dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-Direttiva b'mod li jiffaċilita l-valutazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tal-impriżi inklużi fil-konsolidament meħudin flimkien, filwaqt li jittieħed kont tal-aġġustamenti essenzjali bħala riżultat tal-karatteristiċi partikolari tar-rapporti finanzjarji kkonsolidati meta mqabbla mar-rapporti finanzjarji annwali, inkluż dan li ġej:

(a) 

fl-iżvelar ta’ tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati, it-tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati inklużi f’konsolidament li jiġu eliminati mal-konsolidament ma għandhomx jiġu inklużi;

(b) 

fl-iżvelar tan-numru medju ta’ impjegati li kienu impjegati matul is-sena finanzjarja jkun hemm divulgazzjoni separata tan-numru medju ta’ impjegati li kienu impjegati mill-impriżi li huma kkonsolidati b’mod proporzjonali; u

(c) 

fl-iżvelar tal-ammonti ta’ emolumenti u ta’ ħlas bil-quddiem u ta’ krediti mogħtija lil membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza, għandhom jiġu żvelati biss l-ammonti mogħtija mill-impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji tagħha lil membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza tal-impriża prinċipali.

2.  

In-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom, minbarra l-informazzjoni riskjesta taħt il-paragrafu 1, jagħtu l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

fir-rigward ta' impriżi li huma inklużi fil-konsolidament:

(i) 

l-ismijiet u l-uffiċċji reġistrati ta' dawk l-impriżi,

(ii) 

il-proporzjon tal-kapital miżmum f'dawk l-impriżi, għajr l-impriża prinċipali, mill-impriżi li huma inklużi fil-konsolidament jew minn persuni li jaġixxu f'isimhom stess iżda għan-nom ta' dawk l-impriżi, u

(iii) 

informazzjoni dwar liema mill-kondizzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 22(1), (2) u (7) wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 22(2), (4) u (5), tkun ifformat il-bażi li fuqha jkun sar il-konsolidament. Madankollu, dik l-iżvelar tista’ titħalla barra meta l-konsolidament jkun sar fuq il-bażi tal- punt (a) tal-Artikolu 22(1) u meta l-proporzjon tal-kapital u l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot miżmuma jkunu l-istess.

L-istess informazzjoni għandha tingħata fir-rigward ta’ impriżi esklużi minn konsolidament għar-raġunijiet ta' nuqqas ta' materjalità skont il- punt (j) tal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 23(10) u għandha tingħata spjegazzjoni għall-esklużjoni tal-impriżi msemmijin fl-Artikolu 23(9);

(b) 

l-ismijiet u l-uffiċċji reġistrati ta’ impriżi assoċjati inklużi fil-konsolidament kif deskritt fl-Artikolu 27(1) u l-proporzjon tal-kapital tagħhom miżmum mill-impriżi inklużi fil-konsolidament jew minn persuni li jaġixxu f’isimhom stess imma għan-nom ta’ dawk l-impriżi;

(c) 

l-ismijiet u l-uffiċċji reġistrati ta’ impriżi kkonsolidati b'mod proporzjonali skont l-Artikolu 26, il-fatturi li fuqhom tkun ibbażata l-ġestjoni konġunta ta' dawk l-impriżi, u l-proporzjon tal-kapital tagħhom miżmum mill-impriżi inklużi fil-konsolidament jew minn persuni li jaġixxu f’isimhom stess imma għan-nom ta’ dawk l-impriżi; u

(d) 

fir-rigward ta' kull waħda mill-impriżi, għajr dawk imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c), li fihom l-impriżi inklużi fil-konsolidament, jew huma nfushom jew permezz ta’ persuni li jaġixxu f’isimhom stess imma għan-nom ta’ dawk l-impriżi, ikollhom interess ta' parteċipazzjoni:

(i) 

l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta' dawk l-impriżi,

(ii) 

il-proporzjon tal-kapital miżmum,

(iii) 

l-ammont tal-kapital u r-riżervi, u l-qligħ jew it-telf għall-aħħar sena finanzjarja tal-impriża kkonċernata li għaliha jkunu ġew adottati dikjarazzjonijiet finanzjarji.

L-informazzjoni dwar il-kapital u r-riżervi u l-qligħ jew it-telf tista’ wkoll titħalla barra meta l-impriża kkonċernata ma tippubblikax il-karta tal-bilanċ tagħha.

3.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni rikjesta mill-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2 tieħu l-forma ta’ dikjarazzjoni ffaljata skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/101/KE. L-iffaljar ta’ tali dikjarazzjoni għandu jiġi żvelat fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll li dik l-informazzjoni titħalla barra meta n-natura tagħha tkun tali li l-iżvelar tagħha jkun ta’ ħsara serja għal kwalunkwe waħda mill-impriża li għaliha tirreferi. L-Istati Membri jistgħu jissubordinaw dawn l-ommissjonijiet għal awtorizzazzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja minn qabel. Kull ommissjoni bħal din għandha tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.

Artikolu 29

Ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat

1.  
Ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat għandu bħala minimu, minbarra kull informazzjoni oħra rikjesta skont dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-Direttiva, juri l-informazzjoni rikjesta mill-Artikoli 19 u 20, b'kont meħud tal-aġġustamenti essenzjali li jirriżultaw mill-karatteristiċi partikolari ta’ rapport ta' ġestjoni kkonsolidat meta mqabbel ma’ rapport ta' ġestjoni b'mod li tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-pożizzjoni tal-impriżi inklużi fil-konsolidament meħuda flimkien.
2.  

L-aġġustamenti li ġejjin fl-informazzjoni rikjesti mill-Artikoli 19 u 20 għandhom japplikaw:

(a) 

fir-rappurtar tad-dettalji tal-ishma proprji akkwistati, ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat għandu jindika n-numru u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-valur tal-parità kontabilistiku tal-ishma kollha tal-impriża prinċipali miżmuma minn dik l-impriża prinċipali, minn impriżi sussidjarji ta’ dik l-impriża prinċipali jew minn persuna li taġixxi f’isimha stess imma għan-nom ta’ kwalunkwe waħda minn dawk l-impriżi. Stat Membru jista’ jippermetti jew jesiġi l-iżvelar ta’ dawk id-dettalji fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati;

(b) 

fir-rappurtar dwar is-sistemi ta’ kontroll intern u ta' ġestjoni tar-riskji, id-dikjarazzjoni ta’ governanza korporattiva għandha tirreferi għall-karatteristiċi ewlenin tas-sistemi ta’ kontroll intern u ta' ġestjoni tar-riskji għall-impriżi inklużi fil-konsolidament, meħuda flimkien.

3.  
Meta jkun rikjest rapport ta' ġestjoni kkonsolidat flimkien mar-rapport ta' ġestjoni, iż-żewġ rapporti jistgħu jiġu ppreżentati bħala rapport wieħed.

▼M4

Artikolu 29a

Rapportar dwar is-sostenibbiltà kkonsolidat

1.  
L-impriżi prinċipali ta’ grupp kbir kif imsemmija fl-Artikolu 3(7) għandhom jinkludu fir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat l-informazzjoni meħtieġa sabiex jinftiehmu l-impatti tal-grupp fuq kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u l-informazzjoni neċessarja sabiex jiġi mifhum kif kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jaffettwaw l-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni tal-grupp.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun identifikabbli b’mod ċar fir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat, permezz ta’ taqsima ddedikata tar-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat.

2.  

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha:

(a) 

deskrizzjoni qasira tal-mudell u tal-istrateġija tan-negozju tal-grupp, inklużi:

(i) 

ir-reżiljenza tal-mudell u tal-istrateġija tan-negozju tal-grupp għar-riskji b’rabta ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(ii) 

l-opportunitajiet għall-grupp b’rabta ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(iii) 

il-pjanijiet tal-grupp, inkluż l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u pjanijiet finanzjarji u ta’ investiment relatati, biex jiżgura li l-mudell u l-istrateġija kummerċjali tiegħu jkunu kompatibbli mat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 °C f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi u l-objettiv ta’ newtralità klimatika sal-2050 kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119 u, fejn rilevanti, l-esponiment tal-grupp għal attivitajiet relatati mal-faħam, iż-żejt u l-gass;

(iv) 

kif il-mudell u l-istrateġija tan-negozju tal-grupp jqisu l-interessi tal-partijiet ikkonċernati tal-grupp u l-impatti tal-grupp fuq kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(v) 

kif tkun ġiet implimentata l-istrateġija tal-grupp fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(b) 

deskrizzjoni tal-miri marbuta biż-żmien relatati ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà stabbiliti mill-grupp, inkluż, fejn xieraq, il-miri assoluti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-inqas għall-2030 u l-2050, deskrizzjoni tal-progress magħmul mill-grupp biex jintlaħqu dawk il-miri, u dikjarazzjoni ta’ jekk il-miri tal-grupp relatati ma’ fatturi ambjentali humiex ibbażati fuq evidenza xjentifika konklużiva;

(c) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, kif ukoll l-għarfien espert u l-ħiliet tagħhom b’rabta mat-twettiq ta’ dak ir-rwol jew l-aċċess li jkollhom dawn il-korpi għal tali għarfien espert u ħiliet;

(d) 

deskrizzjoni tal-politiki tal-grupp fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(e) 

informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ skemi ta’ inċentiv marbuta ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà offruti lill-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji;

(f) 

deskrizzjoni ta’:

(i) 

il-proċess ta’ diliġenza dovuta implimentat mill-grupp fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u f’konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar l-impriżi biex iwettqu proċess ta’ diliġenza dovuta, fejn applikabbli;

(ii) 

l-impatti avversi attwali jew potenzjali prinċipali marbuta mal-operazzjonijiet tal-grupp u mal-katina tal-valur tiegħu, inklużi l-prodotti u s-servizzi tiegħu, ir-relazzjonijiet kummerċjali u l-katina tal-provvista tiegħu, l-azzjonijiet meħuda biex jiġu identifikati u mmonitorjati dawk l-impatti u impatti negattivi oħra li l-impriża prinċipali hija meħtieġa tidentifika skont rekwiżiti oħra tal-Unjoni biex twettaq proċess ta’ diliġenza dovuta;

(iii) 

kwalunkwe azzjoni meħuda mill-grupp biex jipprevjeni, jimmitiga, jirrimedja jew iġib fi tmiemhom l-impatti negattivi attwali jew potenzjali, u r-riżultat ta’ tali azzjonijiet;

(g) 

deskrizzjoni tar-riskji ewlenin għall-grupp b’rabta ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, inklużi d-dipendenzi prinċipali tal-grupp fuq dawk il-kwistjonijiet, u kif il-grupp jimmaniġġja dawk ir-riskji;

(h) 

indikaturi rilevanti għad-divulgazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) sa (g).

L-impriżi prinċipali għandhom jirrappurtaw il-proċess imwettaq sabiex jidentifikaw l-informazzjoni li jkunu inkludew fir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-informazzjoni elenkata fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi informazzjoni relatata ma’ orizzonti qosra, medji u fit-tul, kif applikabbli.

3.  
Fejn applikabbli, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun fiha informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tal-grupp u l-katina tal-valur tiegħu, inklużi l-prodotti u s-servizzi tiegħu, ir-relazzjonijiet kummerċjali tiegħu u l-katina tal-provvista tiegħu.

Għall-ewwel tliet snin tal-applikazzjoni tal-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2464, u f’każ li ma tkunx disponibbli l-informazzjoni kollha meħtieġa rigward il-katina tal-valur tagħha, l-impriża prinċipali għandha tispjega l-isforzi li jkunu saru biex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa dwar il-katina tal-valur tagħha, ir-raġunijiet għaliex ma tkunx setgħet tinkiseb l-informazzjoni kollha meħtieġa, u l-pjanijiet li jkollha biex tikseb l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-futur.

Fejn applikabbli, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinkludi wkoll referenzi u spjegazzjonijiet addizzjonali għall-informazzjoni oħra inkluża fir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ din id-Direttiva u l-ammonti rrapportati fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li titħalla barra informazzjoni relatata ma’ żviluppi imminenti jew ma’ kwistjonijiet li jkunu qed jiġu nnegozjati f’każijiet straordinarji meta, fil-fehma debitament ġustifikata tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji, li jaġixxu fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali u li jkollhom responsabilità kollettiva għal dik l-opinjoni, id-divulgazzjoni ta’ tali informazzjoni tkun tippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-grupp, dment li tali ommissjoni ma tipprevenix ftehim ġust u bbilanċjat tal-iżvilupp, tal-prestazzjoni u tal-pożizzjoni tal-grupp u tal-impatt tal-attività tiegħu.

4.  
Meta l-impriża li tirrapporta tidentifika differenzi sinifikanti bejn ir-riskji għal, jew l-impatti fir-rigward, tal-grupp u r-riskji għal, jew l-impatti fir-rigward ta’, -impriża sussidjarja waħda jew aktar tagħha, l-impriża għandha tfiehem adegwatament, kif xieraq, ir-riskji għal--impriża sussidjarja jew l--impriżi sussidjarji kkonċernati u l-impatti tagħhom.

L-impriżi għandhom jindikaw liema –impriżi sussidjarji inklużi fil-konsolidazzjoni jkunu eżentati mir-rapportar dwar is-sostenibbiltà annwali jew konsolidat skont l-Artikoli 19a (9) jew 29a(8) rispettivament.

5.  
L-impriżi prinċipali għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikolu 29b.
6.  
Il-maniġment tal-impriża prinċipali għandu jinforma lir-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-livell xieraq u jiddiskuti magħhom l-informazzjoni rilevanti u l-mezzi li bihom tkun tista’ tinkiseb u tiġi vverifikata l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà. L-opinjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema għandha tiġi kkomunikata, fejn applikabbli, lill-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji rilevanti.
7.  
Impriża prinċipali li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu għandha titqies li kienet konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(1) u fl-Artikolu 19a.
8.  
Dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, impriża prinċipali li hija wkoll impriża sussidjarja għandha tkun eżentata mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu (“l-impriża prinċipali eżentata”) jekk tali impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji tagħha jkunu inklużi fir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat ta’ impriża oħra mfassal f’konformità mal-Artikolu 29 u ma’ dan l-Artikolu. Impriża prinċipali li tkun impriża sussidjarja ta’ impriża prinċipali li tkun stabbilita f’pajjiż terz għandha tkun eżentata wkoll mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu meta tali impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji tagħha jkunu inklużi fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà kkonsolidat ta’ dik l-impriża prinċipali li hija stabbilita f’pajjiż terz u meta r-rapportar dwar is-sostenibbiltà kkonsolidat jitwettaq skont l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikolu 29b jew b’mod ekwivalenti għal dawk l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, kif determinati f’konformità ma’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2004/109/KE.

L-eżenzjoni fl-ewwel subparagrafu għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ir-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża prinċipali eżentata jkun fih l-informazzjoni kollha li ġejja:

(i) 

l-isem u l-uffiċċju reġistrat tal-impriża prinċipali li tirrapporta informazzjoni fil-livell ta’ grupp f’konformità ma’ dan l-Artikolu, jew b’mod ekwivalenti għall-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikolu 29b ta’ din id-Direttiva, kif determinati f’konformità ma’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza tal-istandards tar-rapportar tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2004/109/KE;

(ii) 

il-links elettroniċi għar-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat tal-impriża prinċipali, jew, fejn applikabbli, għar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà tal-impriża prinċipali kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u għall-opinjoni dwar l-aċċertament msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) ta’ din id-Direttiva jew l-opinjoni dwar l-aċċertament msemmija fil-punt (b) ta’ dan is-subparagrafu;

(iii) 

l-informazzjoni dwar il-fatt li l-impriża prinċipali tkun eżentata mill-obbligi stipulati fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.

(b) 

jekk l-impriża prinċipali tkun stabbilita f’pajjiż terz, ir-rapportar konsolidat tagħha dwar is-sostenibbiltà u l-opinjoni ta’ aċċertament espressi minn persuna jew ditta waħda jew aktar awtorizzata li jagħtu opinjoni dwar l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà skont il-liġi nazzjonali li tirregola l-impriża prinċipali, jiġu ppubblikati f’konformità mal-Artikolu 30, kif preskritt mil-liġi tal-Istat Membru li minnu tkun irregolata l-impriża prinċipali eżentata;

(c) 

jekk l-impriża prinċipali tkun stabbilita f’pajjiż terz, id-divulgazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852, li jkopru l-attivitajiet imwettqa mill-impriża sussidjarjastabbilita fl-Unjoni, u eżentata mir-rapportar dwar is-sostenibbiltà abbażi tal-Artikolu 19a(9) ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu inklużi fir-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża prinċipali eżentata, jew fir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà mwettaq mill-impriża prinċipali stabbilita f’pajjiż terz.

L-Istat Membru li l-impriża prinċipali eżentata tkun irregolata bil-liġi tiegħu jista’ jitlob li r-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat tal-impriża prinċipali jew, fejn applikabbli, ir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat tal-impriża prinċipali jiġi ppubblikat b’lingwa li dak l-Istat Membru jaċċetta, u li tiġi pprovduta kwalunkwe traduzzjoni neċessarja b’dawk it-tali lingwi. Kwalunkwe traduzzjoni li ma tkunx ġiet iċċertifikata għandha tinkludi dikjarazzjoni f’dak is-sens.

L-impriżi prinċipali li jkunu eżentati mit-tħejjija ta’ rapport ta’ ġestjoni skont l-Artikolu 37 ma għandhomx ikunu obbligati jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punti (a)(i) sa (a)(iii) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, dment li tali impriżi jippubblikaw ir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat f’konformità mal-Artikolu 37.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u fejn japplika l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tall-Artikolu 1(3) ta’ din id-Direttiva li huma affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali li jissorveljahom skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiġu ttrattati bħala –impriżi sussidjarji ta’ dak il-korp ċentrali.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-impriżi tal-assigurazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) ta’ din id-Direttiva li huma parti minn grupp abbażi ta’ relazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 212(1)(c)(ii) tad-Direttiva 2009/138/KE, u li huma soġġetti għas-superviżjoni tal-grupp skont il-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 213(2) ta’ dik id-Direttiva għandhom jiġu ttrattati bħala -impriżi sussidjarji tal-impriża prinċipali ta’ dak il-grupp.

9.  
L-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 8 għandha tapplika wkoll għal entitajiet ta’ interess pubbliku soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni ta’ impriżi kbar li jkunu entitajiet ta’ interess pubbliku kif definiti fil-punt (1)(a) tal-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva.

▼M4



KAPITOLU 6A

STANDARDS TAR-RAPPORTAR DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ

Artikolu 29b

Standards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà

1.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 49 biex tissupplimenta din id-Direttiva b’tali mod li tipprevedi standards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. Dawk l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni li l-impriżi għandhom jirrapportaw f’konformità mal-Artikoli 19a u 29a u, fejn rilevanti, għandhom jispeċifikaw l-istruttura li għandha tintuża biex tiġi rrapportata dik l-informazzjoni.

Fl-atti delegati adottati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tispeċifika, sat-30 ta’ Ġunju 2023, l-informazzjoni li l-impriżi jridu jirrapportaw f’konformità mal-Artikolu 19a(1) u (2), u mal- -Artikolu 29a(1) u (2) fejn applikabbli, li tal-anqas għandha tinkludi l-informazzjoni li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għall-obbligi ta’ divulgazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2088 jkollhom bżonn biex ikunu konformi ma’ dawk l-obbligi.

Fl-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta’ Ġunju 2024, tispeċifika:

(i) 

informazzjoni komplementari li l-impriżi jridu jirrapportaw fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà u tal-oqsma ta’ rapportar elenkati fl-Artikolu 19a(2), fejn meħtieġ;

(ii) 

informazzjoni li l-impriżi għandhom jirrapportaw u li tkun speċifika għas-settur li joperaw fih.

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu ma’ għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel erba’ xhur wara l-adozzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.

Meta tadotta atti delegati biex tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (ii) tat-tielet subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-iskala tar-riskji u l-impatti relatati ma’ kwistjonijiet dwar is-sostenibbiltà għal kull settur, filwaqt li tqis il-fatt li r-riskji u l-impatti huma akbar għal xi setturi milli għal oħrajn.

Il-Kummissjoni għandha, tal-anqas kull tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni tagħhom, tirrieżamina l-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu, filwaqt li tqis il-parir tekniku tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rapportar Finanzjarju (EFRAG), u, fejn neċessarju, għandha temenda tali atti delegati sabiex jitqiesu l-iżviluppi rilevanti, inklużi l-iżviluppi fir-rigward tal-istandards internazzjonali.

Il-Kummissjoni għandha, mill-inqas darba fis-sena, tikkonsulta mal-Parlament Ewropew, u tikkonsulta b’mod konġunt mal-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar il-Finanzi Sostenibbli msemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2020/852, u mal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabbiltà, msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 dwar il-programm ta’ ħidma tal-EFRAG fir-rigward tal-iżvilupp ta’ standards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

2.  
L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom jiżguraw il-kwalità tal-informazzjoni rraportata, billi jitolbu li din tkun tinftiehem, rilevanti, verifikabbli, komparabbli u rrappreżentata b’mod leali. L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom jevitaw li jimponu piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-impriżi, inkluż billi jqisu, kemm jista’ jkun, il-ħidma ta’ inizjattivi globali li jistabbilixxu l-istandards għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kif mitlub mill-punt (a) tal-paragrafu 5.

L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom, filwaqt li jqisu s-suġġett ta’ standard partikolari tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà:

(a) 

jispeċifikaw l-informazzjoni li l-impriżi jridu jiddivulgaw dwar il-fatturi ambjentali li ġejjin:

(i) 

il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluż fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-ambitu 1, l-ambitu 2 u, fejn rilevanti, l-ambitu 3,

(ii) 

l-adattament għat-tibdil fil-klima;

(iii) 

ir-riżorsi tal-ilma u tal-baħar;

(iv) 

l-użu tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari;

(v) 

it-tniġġis;

(vi) 

il-bijodiversità u l-ekosistemi;

(b) 

jispeċifikaw l-informazzjoni li l-impriżi jridu jiddivulgaw dwar il-fatturi soċjali u relatati mad-drittijiet tal-bniedem li ġejjin:

(i) 

opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inklużi l-ugwaljanza bejn is-sessi u paga ugwali għal xogħol ugwali, it-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet, l-impjieg u l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità, miżuri kontra l-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol u d-diversità;

(ii) 

il-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż l-impjieg sikur, il-ħin tax-xogħol, il-pagi adegwati, id-djalogu soċjali, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, l-eżistenza ta’ kunsilli tax-xogħolijiet, in-negozjar kollettiv, inkluż il-proporzjon ta’ ħaddiema koperti minn ftehimiet kollettivi, id-drittijiet ta’ informazzjoni, konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u s-saħħa u s-sikurezza;

(iii) 

ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għal-libertajiet fundamentali, għall-prinċipji demokratiċi u għall-istandards stabbiliti fil-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem u f’konvenzjonijiet ewlenin oħrajn tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, id-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol u l-konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, il-Karta Soċjali Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

(c) 

jispeċifikaw l-informazzjoni li l-impriżi jridu jiddivulgaw dwar il-fatturi ta’ governanza li ġejjin:

(i) 

ir-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u l-kompożizzjoni tagħhom, kif ukoll l-għarfien espert u l-ħiliet tagħhom b’rabta mat-twettiq ta’ dak ir-rwol jew l-aċċess li jkollhom tali korpi għal tali għarfien espert u ħiliet;

(ii) 

il-karatteristiċi ewlenin tas-sistemi ta’ kontroll intern u tal-immaniġġjar tar-riskji fir-rigward tal-proċess ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet;

(iii) 

l-etika tan-negozju u l-kultura korporattiva, inklużi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim, il-protezzjoni tal-informaturi u l-benessri tal-annimali;

(iv) 

attivitajiet u impenji tal-impriża b’rabta mal-eżerċitazzjoni tal-influwenza politika tagħha, inklużi attivitajiet ta’ lobbying;

(v) 

il-ġestjoni u l-kwalità tar-relazzjonijiet mal-klijenti, il-fornituri u l-komunitajiet affettwati mill-attivitajiet tal-impriża, inkluż il-prattiki ta’ pagament, speċjalment fir-rigward ta’ ħlasijiet tard lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju;

3.  
L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni prospettiva, retrospettiva, kwalitattiva u kwantitattiva, skont il-każ, li għandha tiġi rrapportata mill-impriżi.
4.  
L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom iqisu d-diffikultajiet li l-impriżi jistgħu jiltaqgħu magħhom fil-ġbir ta’ informazzjoni mingħand atturi tul il-katina tal-valur tagħhom, speċjalment mingħand dawk li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 19a jew 29a u mingħand fornituri fi swieq u ekonomiji emerġenti. L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom jispeċifikaw divulgazzjonijiet dwar ktajjen tal-valur li huma proporzjonati u rilevanti għall- kapaċitajiet u l-karatteristiċi ta’ impriżi fi ktajjen tal-valur, u għall- iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet, speċjalment dawk ta’ impriżi li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà tal-Artikolu 19a jew 29a. L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ma għandhomx jispeċifikaw divulgazzjonijiet li jkunu jirrikjedu li l-impriżi jiksbu informazzjoni minn impriżi żgħar u medji fil-katina tal-valur tagħhom li teċċedi l-informazzjoni li tkun trid tiġi ddivulgata skont l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-impriżi żgħar u medji msemmija fl-Artikolu 29c.

L-ewwel subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar l-impriżi biex iwettqu proċess ta’ diliġenza dovuta.

5.  

Meta tadotta atti delegati skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, kemm jista’ jkun, tqis:

(a) 

il-ħidma ta’ inizjattivi globali ta’ ffissar ta’ standards għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, u standards u oqfsa eżistenti għall-kontabilità tal-kapital naturali u għall-kontabbiltà tal-gassijiet serra, għall-imġiba responsabbli fin-negozju, għar-responsabbiltà soċjali korporattiva u għall-iżvilupp sostenibbli;

(b) 

l-informazzjoni li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jkollhom bżonn sabiex ikunu konformi mal-obbligi ta’ divulgazzjoni tagħhom stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2088 u fl-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament;

(c) 

il-kriterji, l-indikaturi u l-metodoloġiji stabbiliti fl-atti delegati adottati skont ir-Regolament (UE) 2020/852, inklużi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti skont l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(2) ta’ dak ir-Regolament u r-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament;

(d) 

ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni applikabbli għall-amministraturi tal-parametri referenzjarji fir-rapport tal-parametri referenzjarji u fil-metodoloġija tal-parametri referenzjarji u l-istandards minimi għall-bini tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE Allinjati ma’ Pariġi f’konformità mar-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2020/1816 ( 19 ) (UE) 2020/1817 ( 20 ) u (UE) 2020/1818 ( 21 )

(e) 

id-divulgazzjonijiet speċifikati fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 434a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f) 

ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE ( 22 );

(g) 

id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 23 )

(h) 

ir-Regolament (UE) 2021/1119;

(i) 

ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 );

(j) 

id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 25 )

Artikolu 29c

Standards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għal impriżi żgħar u medji

1.  
Sat-30 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 49 biex tissupplimenta din id-Direttiva b’tali mod li tipprevedi standards ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà rilevanti u proporzjonati għall-kapaċitajiet u l-karatteristiċi tal-impriżi żgħar u medji u għall-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom. Dawk l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom jispeċifikaw, għall-impriżi żgħar u medji msemmija fl-Artikolu 2(1)(a), l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata f’konformità mal-Artikolu 19a(6).

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel erba’ xhur wara l-adozzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.

2.  
L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-impriżi żgħar u medji għandhom iqisu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29b(2) sa (5). Għandhom ukoll, sa fejn ikun possibbli, jispeċifikaw l-istruttura li trid tintuża biex tiġi ppreżentata dik l-informazzjoni.
3.  
Il-Kummissjoni għandha, tal-anqas kull tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni tagħhom, tirrieżamina l-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu, filwaqt li tqis il-parir tekniku tal-EFRAG, u, fejn neċessarju, hi għandha temenda tali atti delegati sabiex jitqiesu l-iżviluppi rilevanti, inklużi l-iżviluppi fir-rigward tal-istandards internazzjonali.



KAPITOLU 6B

FORMAT ELETTRONIKU UNIKU GĦAR-RAPPORTAR

Artikolu 29d

Format elettroniku uniku għar-rapportar

1.  
L-impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 19a ta’ din id-Direttiva għandhom iħejju r-rapport ta’ ġestjoni tagħhom fil-format elettroniku tar-rapportar speċifikat fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/815 ( 26 )u għandhom jimmarkaw ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà tagħhom, inklużi d-divulgazzjonijiet previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852, f’konformità mal-format elettroniku għar-rapportar speċifikat f’dak ir-Regolament Delegat.
2.  
L-impriżi prinċipali soġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 29a għandhom iħejju r-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat tagħhom fil-format elettroniku għar-rapportar speċifikat fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/815 u għandhom jimmarkaw ir-rapportar tagħhom dwar is-sostenibbiltà, inkluż id-divulgazzjonijiet previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852, f’konformità mal-format elettroniku dwar ir-rapportar speċifikat f’dak ir-Regolament Delegat.

▼B



KAPITOLU 7

PUBBLIKAZZJONI

Artikolu 30

Rekwiżit ġenerali għall-pubblikazzjoni

▼M4

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jippubblikaw, fi żmien raġonevoli li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar wara d-data tal-karta bilanċjali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u r-rapport ta’ ġestjoni approvati kif xieraq, fil-format elettroniku tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 29d ta’ din id-Direttiva, fejn applikabbli, flimkien mal-opinjoni u mar-rapport ippreżentati mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 34 ta’ din id-Direttiva, kif stabbilit mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru f’konformità mal-Kapitolu III tat-Titolu 1 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 27 )

L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a jqiegħdu r-rapport ta’ ġestjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit web tagħhom, mingħajr ħlas. F’każ ta’ impriża li ma jkollhiex sit web, l-Istati Membri jistgħu jitolbuha tqiegħed għad-dispożizzjoni kopja bil-miktub tar-rapport ta’ ġestjoni tagħha fuq talba.

Meta fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament jesprimi l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1), dik l-opinjoni għandha tiġi ppubblikata flimkien mad-dokumenti msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw impriżi mill-obbligu li jippubblikaw ir-rapport ta’ ġestjoni, fejn kopja tar-rapport kollu jew parti minnu tista’ tinkiseb faċilment meta tintalab bi prezz li ma jaqbiżx il-kost amministrattiv tagħha.

L-eżenzjoni stabbilita fir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhiex tapplika għal impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 19a u 29a.

▼B

2.  

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw impriża msemmija fl-Anness II li għaliha japplikaw il-miżuri ta' koordinazzjoni preskritti minn din id-Direttiva permezz tal-punt (b) tal-Artikolu 1(1) milli tippubblika d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE, sakemm dawk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jkunu disponibbli għall-pubbliku fl-uffiċċju prinċipali tagħha, fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

il-membri kollha tal-impriża kkonċernata li jkollhom responsabilità illimitata jkunu impriżi msemmija fl-Anness I li huma rregolati mil-liġijiet ta’ Stati Membri għajr l-Istat Membru li l-liġi tiegħu tirregola dik l-impriża, u l-ebda waħda minn dawk l-impriżi ma tippubblika d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriża kkonċernata mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha stess;

(b) 

il-membri kollha tal-impriża kkonċernata li jkollhom responsabilità illimitata jkunu impriżi li mhumiex irregolati mil-liġijiet ta’ Stat Membru imma li jkollhom forma ġuridika komparabbli għal dawk imsemmija fid-Direttiva 2009/101/KE.

Kopji tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jkunu jistgħu jinkisbu meta jintalbu. Il-prezz ta' tali kopja ma għandux ikun ogħla min-nefqa amministrattiva tagħha.

3.  
Il-paragrafu 1 għandu japplika fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti dwar il-ġestjoni kkonsolidati.

Meta l-impriża li tkun qed tħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tkun stabbilita bħala waħda mit-tipi ta’ impriżi elenkati fl-Anness II u ma tkunx obbligata mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tagħha li tippubblika d-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 bl-istess mod kif preskritt fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE, hija għandha, bħala minimu, tagħmel dawk id-dokumenti disponibbli għall-pubbliku fl-uffiċċju prinċipali tagħha u għandha tipprovdi kopja fuq talba, li l-prezz tagħha ma għandux ikun ogħla min-nefqa amministrattiva tagħha.

Artikolu 31

Simplifikazzjonijiet għall-impriżi żgħar u medji

1.  
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi żgħar mill-obbligu li jippubblikaw ir-rapporti tal-introjtu u r-rapporti dwar il-ġestjoni tagħhom.
2.  

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-impriżi medji jippubblikaw:

(a) 

karti tal-bilanċ mqassra li juru biss dawk l-entrati li jiġu wara l-ittri u n-numri Rumani fl-Annessi III u IV u jiżvelawhom b’mod separat, jew fil-karta tal-bilanċ jew fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji:

(i) 

C (I) (3), C (II) (1), (2), (3) u (4), C (III) (1), (2), (3) u (4), D (II) (2), (3) u (6) u D (III) (1) u (2) taħt “Assi” u C, (1), (2), (6), (7) u (9) taħt “Kapital, riżervi u passivi” fl-Anness III,

(ii) 

C (I) (3), C (II) (1), (2), (3) u (4), C (III) (1), (2), (3), u (4), D (II) (2), (3) u (6), D (III) (1) u (2), F (1), (2), (6), (7) u (9) u (I) (1), (2), (6), (7) u (9) fl-Anness IV,

(iii) 

l-informazzjoni rikjesta kif indikat fil-parentesi f'D (II) taħt “Assi” u C taħt “Kapital, riżervi u passivi” fl-Anness III fit-total għall-entrati kollha kkonċernati u separatament għal D (II) (2) u (3) taħt “Assi” u C (1), (2), (6), (7) u (9) taħt “Kapital, riżervi u passivi”,

(iv) 

l-informazzjoni rikjesta kif indikat fil-parentesi f'D (II) fl-Anness IV, fit-total għall-entrati kollha kkonċernati, u separatament għal D (II) (2) u (3);

(b) 

noti fil-qosor għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom mingħajr l-informazzjoni rikjesta fil- punti (f) u (j) tal- Artikolu 17(1).

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30(1), sa fejn dak l-Artikolu jirreferi għar-rapport tal-qligħ u t-telf, ir-rapport ta' ġestjoni u l-opinjoni tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-verifika.

Artikolu 32

Rekwiżiti oħra għall-pubblikazzjoni

1.  
Meta d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u r-rapport ta' ġestjoni jiġu ppubblikati sħaħ, dawn għandhom jiġu riprodotti fil-forma u t-test li fuq il-bażi tagħhom l-awditur statutorju jew id-ditta tal-verifika jkunu fasslu l-opinjoni tagħhom. Huma għandhom ikollhom magħhom it-test sħiħ tar-rapport tal-verifika.
2.  

Jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali ma jiġux ippubblikati sħaħ, il-verżjoni fil-qosor ta' dawn ir-rapporti finanzjarji, li m'għandhiex tkun akkumpanjata mir-rapport tal-awditjar, għandha:

(a) 

tindika li li l-verżjoni pubblikata hija mqassra;

(b) 

tirreferi għar-reġistru li fih ikunu ġew depożitati d-dikjarazzjonijiet finanzjarji skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE jew, meta r-rapporti finanzjarji jkunu għadhom ma ġewx depożitati, tiżvela dak il-fatt;

(c) 

tiżvela jekk ġietx espressa opinjoni tal-awditur mhux kwalifikata, kwalifikata jew negattiva mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-verifika, jew jekk l-awditur statutarju jew id-ditta tal-verifika ma setgħux jesprimu opinjoni tal-awditur.

(d) 

tiżvela jekk ir-rapport tal-awditjar jinkludix referenza għal xi kwistjonijiet li dwarhom l-awditur statutorju jew id-ditta tal-verifika kienu ġibdu l-attenzjoni permezz ta’ enfasi mingħajr ma kkwalifikaw l-opinjoni tal-awditur.

Artikolu 33

Obbligu u responsabbiltà għat-tħejjija u l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapport ta' ġestjoni

▼M4

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji ta’ impriża, li jaġixxu fi ħdan il-kompetenzi assenjati lilhom mil-liġi nazzjonali, ikollhom responsabbiltà kollettiva sabiex jiżguraw li d-dokumenti li ġejjin jitfasslu u jiġu ppubblikati f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u, fejn applikabbli, mal-istandards kontabilistiċi internazzjonali adottati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, mar-Regolament Delegat (UE) 2019/815, mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmijin fl-Artikolu 29b jew fl-Artikolu 29c ta’ din id-Direttiva, u mar-rekwiżiti tal-Artikolu 29d ta’ din id-Direttiva:

(a) 

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, ir-rapport ta’ ġestjoni u d-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva meta jiġu pprovduti separatament; u

(b) 

ir-rapporti finanzjarji kkonsolidati, ir-rapporti ta’ ġestjoni kkonsolidati u d-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva kkonsolidata meta jiġu pprovduti separatament.

▼B

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom dwar ir-responsabbiltà, tal-inqas fir-rigward tal-impriża, japplikaw għall-membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza tal-impriżi għall-ksur tal-obbligi imsemmijin fil-paragrafu 1.



KAPITOLU 8

▼M4

AWDITJAR U AĊĊERTAMENT TAR-RAPPORTAR DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ

▼B

Artikolu 34

Rekwiżit ġenerali

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku, ta’ impriżi medji u kbar jiġu verifikati minn awditur statutorju wieħed jew aktar jew minn ditta tal-verifika waħda jew aktar li jkunu approvati mill-Istati Membri biex iwettqu awditjar statutorju fuq il-bażi tad-Direttiva 2006/43/KE.

L-awditur statutorju(i) jew id-ditta(i) tal-verifika ghandhom ukoll:

(a) 

jesprimu opinjoni dwar:

(i) 

jekk ir-rapport ta' ġestjoni huwiex konsistenti mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għall-istess sena finanzjarja, u

▼M4

(ii) 

jekk ir-rapport ta’ ġestjoni jkunx tħejja f’konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli, esklużi r-rekwiżiti tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 19a ta’ din id-Direttiva;

▼M4

(aa) 

fejn applikabbli, jesprimu opinjoni bbażata fuq inkarigu ta’ aċċertament limitat fir-rigward tal-konformità tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, inkluż il-konformità tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikolu 29b jew l-Artikolu 29c, il-proċess imwettaq mill-impriża sabiex tidentifika l-informazzjoni rrapportata skont dawk l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, u l-konformità mar-rekwiżit ta’ markatura tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikolu 29d, u fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852;

▼B

(b) 

għandhom jiddikjaraw jekk, fid-dawl tal-għarfien u l-fehim tal-impriża u l-ambjent tagħha miksub matul l-awditjar, identifikawx dikjarazzjonijiet ħżiena materjali fir-rapport ta' ġestjoni u għandhom jagħtu indikazzjoni dwar in-natura ta' kwalunkwe tali dikjarazzjoni ħażina.

2.  
L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis, fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis, fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapporti ta' ġestjoni kkonsolidati.

▼M4

3.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu awditur statutorju jew ditta tal-awditjar differenti minn dik/dawk li twettaq/iwettqu l-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji biex jesprimu l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

▼M4

4.  

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament stabbilit fit-territorju tagħhom jesprimi l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, dment li tali fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament ikun soġġett għal rekwiżiti li jkunu ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 28 )fir-rigward tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kif iddefinit fl-Artikolu 2(22) ta’ dik id-Direttiva, partikolarment ir-rekwiżiti dwar:

(a) 

it-taħriġ u l-eżami, li jiżguraw li l-fornituri indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament jiksbu l-għarfien espert meħtieġ dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà;

(b) 

it-tkomplija tal-edukazzjoni;

(c) 

is-sistemi ta’ garanzija tal-kwalità;

(d) 

l-etika professjonali, l-indipendenza, l-oġġettività, il-kunfidenzjalità u s-sigriet professjonali;

(e) 

il-ħatra u t-tneħħija;

(f) 

l-investigazzjonijiet u s-sanzjonijiet;

(g) 

l-organizzazzjoni tax-xogħol tal-fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, b’mod partikolari f’termini ta’ riżorsi u persunal suffiċjenti u ż-żamma ta’ rekords u fajls tal-kontijiet tal-klijenti; u

(h) 

ir-rapportar tal-irregolaritajiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta fornitur indipendenti ta’ servizzi ta’ aċċertament jesprimi l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, dik l-opinjoni titħejja skont l-Artikoli 26a, 27a u 28a tad-Direttiva 2006/43/KE u li, fejn applikabbli, il-kumitat tal-awditjar, jew kumitat iddedikat, jirrieżamina u jimmonitorja l-indipendenza tal-fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament f’konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 39(6) tad-Direttiva 2006/43/KE.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri indipendenti ta’ servizzi ta’ aċċertament akkreditati qabel l-1 ta’ Jannar 2024 għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti ta’ taħriġ u eżami msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament fl-1 ta’ Jannar 2024 ikunu għaddejjin mill-proċess ta’ akkreditazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali rilevanti ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti ta’ taħriġ u eżami msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu fir-rigward tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, dment li jlestu dak il-proċess sal-1 ta’ Jannar 2026.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament msemmija fit-tielet u r-raba’ subparagrafi jiksbu l-għarfien meħtieġ fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u fl-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà permezz tar-rekwiżit ta’ edukazzjoni kontinwa msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu.

Jekk Stat Membru, skont l-ewwel subparagrafu, jiddeċiedi li jippermetti fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament jesprimi l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, għandu jippermetti wkoll lil awditur statutorju li jkun differenti minn dak/dawk li jkunu qed iwettaq/iwettqu l-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji jagħmel dan, kif previst fil-paragrafu 3.

5.  
Mis-6 ta’ Jannar 2027 Stat Membru li jkun għamel użu mill-għażla prevista fil-paragrafu 4 (“l-Istat Membru ospitanti”) għandu jippermetti lill-fornitur indipendenti tas-servizzi tal-aċċertament stabbilit fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ospitanti (l-Istat Membru tad-domiċilju”) iwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jkun responsabbli mis-superviżjoni tal-fornituri indipendenti tas-servizzi tal-aċċertament stabbiliti fit-territorju tiegħu, sakemm l-Istat Membru ospitanti ma jiddeċidix li jagħmel superviżjoni tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mwettqa minn fornituri indipendenti tas-servizzi tal-aċċertament fit-territorju tiegħu.

Jekk l-Istat Membru ospitanti jiddeċiedi li jissorvelja l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mwettqa fit-territorju tiegħu minn fornituri indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament irreġistrati fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru ospitanti għandu:

(a) 

ma jimponix rekwiżiti jew responsabbiltà aktar stretti fuq tali fornituri indipendenti ta’ servizzi ta’ aċċertament minn dawk meħtieġa għall-aċċertament tar- rapportar dwar is-sostenibbiltà mil-liġijiet nazzjonali għall-fornituri indipendenti ta’ servizzi ta’ aċċertament jew għall-awdituri stabbiliti f’dak l-Istat Membru ospitanti; u

(b) 

jinforma lil Stati Membri oħra dwar id-deċiżjoni tiegħu li jissorvelja l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mwettaq minn fornituri indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament stabbiliti fi Stati Membri oħra.

6.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta impriża tkun mitluba mil-liġi tal-Unjoni li jkollha elementi tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà tagħha vverifikati minn parti terza indipendenti akkreditata, ir-rapport tal-parti terza indipendenti akkreditata jitqiegħed għad-dispożizzjoni bħala anness għar-rapport ta’ ġestjoni jew b’mezzi oħra aċċessibbli għall-pubbliku.

▼B

Artikolu 35

Enendar tad-Direttiva 2006/43/KE, fir-rigward tar-rapport tal-verifika

L-Artikolu 28 tad-Direttiva 2006/43/KE huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 28

Rappurtar tal-verifika

1.  

Ir-rapport tal-verifika għandu jinkludi:

(a) 

introduzzjoni li għandha, bħala minimu, tidentifika r-rapporti finanzjarji li jkunu s-suġġett tal-verifika statutorja, flimkien mal-qafas għar-rappurtar finanzjarju li jkun ġie applikat fit-tħejjija tagħhom;

(b) 

deskrizzjoni tal-ambitu tal-verifika statutorja li għandha, bħala minimu, tidentifika l-istandards tal-verifika li skonthom tkun saret il-verifika statutorja;

(c) 

opinjoni tal-awditur, li għandha tkun jew mhux kwalifikata, kwalifikata jew inkella opinjoni negattiva u li għandha tindika b'mod ċar l-opinjoni tal-awditur statutorju dwar:

(i) 

jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jagħtux stampa veritiera u ġusta skont il-qafas rilevanti għar-rapportar finanzjarju, u,

(ii) 

fejn adatt, jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jikkonformawx mar-rekwiżiti statutorji.

Jekk l-awditur statutorju ma jkunx jista' jesprimi opinjoni tal-awditur, fir-rapport għandu jkun hemm riserva ta' opinjoni;

(d) 

referenza għal kwalunkwe kwistjoni li l-awditur statutorju jiġbed l-attenzjoni għaliha permezz ta’ enfasi mingħajr ma jikkwalifika l-opinjoni tal-awditur;

(e) 

l-opinjoni u d-dikjarazzjoni msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE ( 29 ).

2.  
Ir-rapport tal-verifika għandu jiġi ffirmat u datat mill-awditur statutorju. Meta ditta tal-verifika twettaq il-verifika statutorja, ir-rapport tal-verifika għandu jkun iffirmat tal-inqas mill-awditur(i) statutorju/i li jwettqu l-verifika statutorja f'isem id-ditta tal-verifika. F'ċirkostanzi eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li m'hemmx l-obbligu li din/dawn il-firma/firem tkun/ikunu żvelata(i) lill-pubbliku jekk tali żvelar jista' jwassal għal periklu imminenti u sinifikattiv għas-sigurtà personali ta' kwalunkwe persuna. Fi kwalunkwe każ l-isem (ismijiet) tal-persuna(i) involuti għandhom ikunu magħrufin mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.
3.  
Ir-rapport tal-verifika dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2. Fir-rapportar dwar il-konsistenza tar-rapport ta' ġestjoni u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kif rikjest mill-punt (e) tal-paragrafu 1, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-verifika għandha tikkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat. Meta d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-impriża prinċipali jkunu mehmuża mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, ir-rapporti tal-verifika rikjesti minn dan l-Artikolu jistgħu jiġu kkombinati.



KAPITOLU 9

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR EŻENZJONIJIET U RESTRIZZJONIJIET FUQ EŻENZJONIJIET

Artikolu 36

Eżenzjonijiet għal mikroimpriżi

1.  

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lil mikroimpriżi minn kwalunkwe obbligu minn dawn li ġejjin, jew minn dawn kollha:

(a) 

l-obbligu ta' preżentazzjoni ta' “Prepagamenti u introjtu akkumulat” u “Akkumulazzjonijiet u introjtu differit”. Meta Stat Membru jagħmel użu minn dik l-għażla, huwa jista' jippermetti lil dawk l-impriżi, fir-rigward biss ta' imposti oħrajn imsemmijin fil-punt (b)(vi) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, li ma jsegwux il-punt (d) tal-Artikolu 6(1) fir-rigward tar-rikonoxximent ta' ‘Prepagamenti u introjtu akkumulat’ u ‘Akkumulazzjonijet u introjtu differit’, sakemm dan il-fatt jiġi żvelat fin-noti għar-rapporti finanzjarji jew, skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu, f'qiegħ il-karta tal-bilanċ;

(b) 

l-obbligu li jħejju noti dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji skont it-termini tal-Artikolu 16, bil-kondizzjoni li l-informazzjoni meħtieġa mill-punti (d) u (e) tal- Artikolu 16(1) ta' din id-Direttiva u mill-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2012/30/UE tingħata f'qiegħ il-karta tal-bilanċ;

(c) 

l-obbligu tat-tħejjija ta' rapport ta' ġestjoni skont il-Kapitolu 5, sakemm l-informazzjoni rikjesta mill-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2012/30/UE tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jew, f'konformità mal-punt (b) ta' dan il-paragrafu, f'qiegħ il-karta tal-bilanċ;

(d) 

l-obbligu tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali skont il-Kapitolu 7 ta' din in Direttiva, sakemm l-informazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ li tinsab fihom tiġi debitament depożitata, f'konformità mal-liġi nazzjonali, ma' mill-anqas awtorità kompetenti waħda nominata mill-Istat Membru kkonċernat. Kull meta l-awtorità kompetenti ma tkunx ir-reġistru ċentrali, ir-reġistru kummerċjali, jew ir-reġistru tal-kumpaniji, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/101/KE, l-awtorità kompetenti hija obbligata tipprovdi reġistru bl-informazzjoni depożitata.

2.  

L-Istati Membri jistgħu jippermettu mikroimpriżi:

(a) 

li jħejju biss karta tal-bilanċ imqassra li turi b'mod separat tal-anqas dawk l-entrati preċeduti mill-ittri fl-Anessi III jew IV, fejn applikabbli. Fil-każijiet fejn japplika l-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-entrati E taħt “Assi” u D taħt “Passivi” fl-Anness III jew l-entrati E u K fl-Anness IV għandhom jiġu esklużi mill-karta tal-bilanċ;

(b) 

li jħejju biss rapport tal-qligħ u t-telf imqassar li juri b'mod separat tal-inqas l-entrati li ġejjin, fejn applikabbli:

(i) 

fatturat nett,

(ii) 

introjtu ieħor,

(iii) 

spiża għall-materja prima u l-oġġetti ta' konsum,

(iv) 

spejjeż għall-persunal,

(v) 

aġġustamenti fil-valur,

(vi) 

imposti oħrajn,

(vii) 

taxxa,

(viii) 

qligħ jew telf.

3.  
L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu jew jesiġu l-applikazzjoni tal-Artikolu 8 lil xi mikroimpriża li tagħmel użu minn xi waħda mill-eżenzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.
4.  
Fir-rigward tal-mikroimpriżi, dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali mħejjija skont il-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala li jagħtu l-istampa veritiera u ġusta rikjesta mill-Artikolu 4(3), u konsegwentement, l-Artikolu 4(4) ma għandux japplika għal dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
5.  
Jekk japplika l-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, it-total fil-karta tal-bilanċ imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għandu jikkonsisti mill-assi msemmijin fl-entrati A sa D taħt “Assi” fl- Anness III jew l-entrati A sa D fl- Anness IV.
6.  
Mingħajr preġudizzju għal dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mikroimpriżi huma wkoll meqjusa bħala impriżi żgħar.
7.  
L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li d-derogi previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3 japplikaw fir-rigward ta' impriżi ta’ investiment jew impriżi holding finanzjarji.
8.  
L-Istati Membri li 19 ta' Lulju 2013, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, ikunu daħħlu fis-seħħ liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi f'konformità mad-Direttiva 2012/6/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta' Marzu 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji fir-rigward ta' mikroentitajiet ( 30 ), jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3(9) fir-rigward tat-traspożizzjoni f'muniti nazzjonali tal-limiti stipulati fl-Artikolu 3(1) fl-applikazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 53(1).
9.  
Sa 20 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar is-sitwazzjoni tal-mikroimpriżi li jqis, b’mod partikolari, s-sitwazzjoni fil-livell nazzjonali rigward in-numru ta’ impriżi koperti bil-kriterji tad-daqs u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi li jirriżultaw mill-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-pubblikazzjoni.

Artikolu 37

Eżenzjoni għal impriżi sussidjarji

Minkejja d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2009/101/KE u 2012/30/UE, Stat Membru mhuwiex obbligat japplika d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-kontenut, l-awditjar u l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u tar-rapport ta' ġestjoni għal impriżi regolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jkunu impriżi sussidjarji, meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

l-impriża prinċipali tkun soġġetta għal-liġijiet ta’ Stat Membru;

(2) 

l-azzjonisti jew il-membri kollha tal-impriża sussidjarja, għal kull sena finanzjarja li fiha tapplika l-eżenzjoni, ikunu ddikjaraw il-qbil tagħhom għall-eżenzjoni minn dan l-obbligu;

(3) 

l-impriża prinċipali tkun iddikjarat li hija tiggarantixxi l-impenji li l-impriża sussidjarja tkun daħlet għalihom;

(4) 

id-dikjarazzjonijiet msemmijin fil-punti (2) u (3) ta’ dan l-Artikolu jiġu ppubblikati mill-impriża sussidjarja kif stabbilit mil-liġijiet tal-Istat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE;

(5) 

l-impriża sussidjarja tkun inkluża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mħejjija mill-impriża prinċipali f’konformità ma’ din id-Direttiva;

(6) 

l-eżenzjoni tiġi dżvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mħejjija mill-impriża prinċipali; u

(7) 

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmija fil-punt (5) ta’ dan l-Artikolu, ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat, u r-rapport tal-verifika jiġu ppubblikati għall-impriża sussidjarja kif stabilit mil-liġijiet tal-Istat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE.

Artikolu 38

Impriżi li jkunu membri b’responsabbiltà illimitata ta’ impriżi oħra

1.  
L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-impriżi msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) li jkunu rregolati mil-liġi tagħhom u li jkunu membri b’responsabbiltà illimitata ta’ xi impriża msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1) (“l-impriża kkonċernata”), iħejju, issirilhom verifika kontabbilistika u jippubblikaw, mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriża kkonċernata skont din id-Direttiva; f' tali każ ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għall-impriża kkonċernata.
2.  

L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati japplikaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva għall-impriża kkonċernata meta:

(a) 

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriża kkonċernata jitħejjew, issirilhom verifika kontabbilistika u jkunu ppubblikati skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva minn impriża li:

(i) 

tkun membru b’responsabbiltà illimitata ta’ dik l-impriża kkonċernata, u

(ii) 

tkun irregolata mil-liġi ta' Stat Membru ieħor;

(b) 

l-impriża kkonċernata tkun inkluża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mħejjija, ivverifikati u ppublikati skont din id-Direttiva minn:

(i) 

membru b’responsabbiltà illimitata, jew

(ii) 

meta l-impriża kkonċernata tkun inkluża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati ta' korp ta' impriżi akbar mħejjija, ivverifikati u ppublikati skont din id-Direttiva, impriża prinċipali regolata mil-liġi ta' Stat Membru. Din l-eżenzjoni tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.

3.  
Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, l-impriża kkonċernata għandha, fuq talba, tiżvela l-isem tal-impriża li tippubblika d-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 39

Eżenzjoni mir-rapport tal-qligħ u t-telf għal impriżi prinċipali li jħejju dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati

Stat Membru ma għandux ikun obbligat li japplika d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward il-verifika kontabbilistika u l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-qligħ u t-telf għal impriżi rregolati mil-liġijiet nazzjonali tiegħu li jkunu impriżi prinċipali, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

l-impriża prinċipali tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati f’konformità ma’ din id-Direttiva u tkun inkluża f'dawk

(2) 

l-eżenzjoni tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-impriża prinċipali;

(3) 

l-eżenzjoni tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mħejjija mill-impriża prinċipali; u

(4) 

il-qligħ jew it-telf tal-impriża prinċipali, stabbiliti skont din id-Direttiva, jidhru fil-karta tal-bilanċ tagħha.

Artikolu 40

Restrizzjoni tal-eżenzjonijiet għal entitajiet ta’ interess pubbliku

Sakemm ma jkunx espressament dispost f’din id-Direttiva, l-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li s-simplifikazzjonijiet u l-eżenzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva jkunu disponibbli għall-entitajiet ta’ interess pubbliku. Entità ta’ interess pubbliku għandha tiġi ttrattata bħala impriża ta' daqs kbir irrispettivament mill-fatturat nett tagħha, mit-total fil-karta tal-bilanċ jew min-numru medju ta' impjegati matul is-sena finanzjarja.

▼M4



KAPITOLU 9A

RAPPORTAR LI JIKKONĊERNA IMPRIŻI TA’ PAJJIŻI TERZI

Artikolu 40a

Rapporti dwar is-sostenibbiltà li jikkonċernaw impriżi ta’ pajjiżi terzi

1.  
Stat Membru għandu jirrikjedi li impriża sussidjarja stabbilita fit-territorju tiegħu li l-impriża prinċipali apikali tagħha tkun irregolata mil-liġi ta’ pajjiż terz tippubblika u trendi aċċessibbli rapport dwar is-sostenibbiltà li jkopri l-informazzjoni speċifikata fil-punti (a)(iii) sa (a)(v), il-punti (b) sa (f) u, fejn xieraq, il-punt (h) tal-Artikolu 29a(2) fil-livell ta’ grupp ta’ dik l-impriża prinċipali apikali ta’ pajjiż terz.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għal impriżi sussidjarji kbar u għal impriżi sussidjarji żgħar u medji, bl-eċċezzjoni ta’ impriżi mikro, li jkunu entitajiet ta’ interess pubbliku kif definiti fil-punt 1(a) tal-Artikolu 2.

Stat Membru għandu jirrikjedi li fergħa li tkun lokalizzata fit-territorju tiegħu, u li tkun fergħa ta’ impriża rregolata mil-liġi ta’ pajjiż terz, li jewma tkunx parti minn grupp jew fl-aħħar mill-aħħar tkun miżmuma minn impriża li tkun iffurmata f’konformità mal-liġi ta’ pajjiż terz, tippubblika u trendi aċċessibbli rapport dwar is-sostenibbiltà li jkopri l-informazzjoni speċifikata fil-punti (a)(iii) sa (a)(v), il-punti (b) sa (f) u, fejn xieraq, il-punt (h) tal-Artikolu 29a(2), fil-livell ta’ grupp, jew, jekk mhux applikabbli, il-livell individwali, tal-impriża ta’ pajjiż terz.

Ir-regola msemmija fit-tielet subparagrafu għandha tapplika biss għal fergħa fejn l-impriża ta’ pajjiż terz ma jkollhiex impriża sussidjarja kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, u fejn il-fergħa tkun iġġenerat fatturat nett ta’ aktar minn EUR 40 miljun fis-sena finanzjarja preċedenti.

L-ewwel u t-tielet subparagrafi għandhom japplikaw biss għall-impriżi sussidjarji jew il-fergħat imsemmija f’dawk is-subparagrafi fejn l-impriża ta’ pajjiż terz, fil-livell ta’ grupp tagħha, jew, jekk mhux applikabbli, il-livell individwali, tkun iġġenerat fatturat nett ta’ aktar minn EUR 150 miljun fl-Unjoni għal kull waħda mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-impriżi sussidjarji jew il-fergħat imsemmija fl-ewwel u t-tielet subparagrafi jibagħtulhom informazzjoni dwar il-fatturat nett iġġenerat fit-territorju tagħhom u fl-Unjoni mill-impriżi ta’ pajjiżi terzi.

2.  
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-rapport dwar is-sostenibbiltà kkomunikat mill-impriża sussidjarja jew mill-fergħa kif imsemmi fil-paragrafu 1 jitfassal f’konformità mal-istandards adottati skont l-Artikolu 40b.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ir-rapport dwar is-sostenibbiltà msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jista’ jitfassal f’konformità mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikolu 29b jew b’mod ekwivalenti għal dawk l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, kif iddeterminat f’konformità ma’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottatat skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2004/109/KE.

Meta l-informazzjoni meħtieġa biex jitfassal ir-rapport dwar is-sostenibbiltà msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma tkunx disponibbli, l-impriża sussidjarja jew il-fergħa msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitolbu lill-impriża ta’ pajjiż terz biex tipprovdilhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom.

F’każ li ma tingħatax l-informazzjoni kollha meħtieġa, l-impriża sussidjarja jew il-fergħa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tfassal, tippubblika u trendi aċċessibbli r-rapport dwar is-sostenibbiltà msemmi fil-paragrafu 1, li jkun fih l-informazzjoni kollha fil-pussess tagħha, miksuba jew akkwiżita, u toħroġ dikjarazzjoni li tindika li l-impriża ta’ pajjiż terz ma tkunx qiegħdet għad-dispożizzjoni l-informazzjoni meħtieġa.

3.  
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-rapport dwar is-sostenibbiltà msemmi fil-paragrafu 1 jkun ppubblikat akkumpanjat minn opinjoni ta’ aċċertament espressa minn persuna jew ditta waħda jew aktar awtorizzati li jagħtu opinjoni dwar l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà skont il-liġi nazzjonali tal-impriża ta’ pajjiż terz jew ta’ Stat Membru.

F’każ li l-impriża ta’ pajjiż terz ma tipprovdix l-opinjoni ta’ aċċertament skont l-ewwel subparagrafu, l-impriża sussidjarja jew il-fergħa għandha toħroġ dikjarazzjoni li tindika li l-impriża ta’ pajjiż terz ma tkunx qiegħdet għad-dispożizzjoni l-opinjoni dwar l-aċċertament meħtieġa.

4.  
L-Istati Membri jistgħu jinfurmaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali dwar is-l-impriżi sussidjarji jew il-fergħat ta’ impriżi ta’ pajjiżi terzi li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżit ta’ pubblikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 40d u bil-każijiet fejn ġie ppubblikat rapport iżda fejn l-impriża sussidjarja jew il-fergħatkun aġixxiet f’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha, lista tal-impriżi ta’ pajjiżi terzi li jippubblikaw rapport dwar is-sostenibbiltà.

Artikolu 40b

Standards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għal impriżi ta’ pajjiżi terzi

Sat-30 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 49 biex tissupplimenta din id-Direttiva b’tali mod li tipprevedi standards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għal impriżi ta’ pajjiżi terzi li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapporti dwar is-sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 40a.

Artikolu 40c

Responsabbiltà għat-tfassil, il-pubblikazzjoni u l-aċċessibbiltà ta’ rapporti dwar is-sostenibbiltà li jikkonċernaw impriżi ta’ pajjiżi terzi

L-Istati Membri għandhom jiddisponu li l-fergħat ta’ impriżi ta’ pajjiżi terzi jkollhom ir-responsabbiltà li jiżguraw, sa fejn jafu u l-kapaċità tagħhom, li r-rapport dwar is-sostenibbiltà tagħhom jitfassal f’konformità mal-Artikolu 40a, u li dak ir-rapport jiġi ppubblikat u jkun aċċessibbli f’konformità mal-Artikolu 40d.

L-Istati Membri għandhom jiddisponu li l-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriżi sussidjarji msemmija fl-Artikolu 40a jkollhom ir-responsabbiltà kollettiva li jiżguraw, sa fejn jafu u l-kapaċità tagħhom, li r-rapport dwar is-sostenibbiltà tagħhom jitfassal f’konformità mal-Artikolu 40a, u li dak ir-rapport jiġi ppubblikat u jkun aċċessibbli f’konformità mal-Artikolu 40d.

Artikolu 40d

Pubblikazzjoni

1.  
L-impriżi sussidjarji u l-fergħat imsemmija fl-Artikolu 40a(1) ta’ din id-Direttiva għandhom jippubblikaw ir-rapport dwar i-ssostenibbiltà tagħhom, flimkien mal-opinjoni dwar l-aċċertament u, fejn applikabbli, id-dikjarazzjoni msemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 40a(2) ta’ din id-Direttiva, fi żmien 12-il xahar mid-data tal-karta bilanċjali tas-sena finanzjarja li għaliha jkun tfassal ir-rapport, kif previst minn kull Stat Membru, f’konformità mal-Artikoli 14 sa 28 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 u, fejn rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 36 ta’ dik id-Direttiva.
2.  
Meta r-rapport dwar is-sostenibbiltà flimkien mal-opinjoni ta’ aċċertament u, fejn applikabbli, flimkien mad-dikjarazzjoni, ippubblikata f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma jkunux aċċessibbli, bla ħlas, għall-pubbliku fuq is-sit web tar-reġistru msemmi fl-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2017/1132, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapport dwar is-sostenibbiltà flimkien mal-opinjoni dwar l-aċċertament u, fejn applikabbli, mad-dikjarazzjoni ppubblikata mill-impriżi, f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, isiru aċċessibbli għall-pubbliku f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, bla ħlas, mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tal-karta bilanċjali tas-sena finanzjarja li għaliha jkun tfassal ir-rapport, fuq is-sit web tal-impriża sussidjarja jew tal-fergħa kif imsemmi fl-Artikolu 40a(1) ta’ din id-Direttiva.

▼B



KAPITOLU 10

RAPPORT DWAR PAGAMENTI LILL-GVERNIJIET

Artikolu 41

Definizzjonijiet relatati ma' rappurtar dwar pagamenti lil gvernijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. 

“impriża attiva fl-industrija estrattiva” tfisser impriża b'attività li tinvolvi l-esplorazzjoni, il-prospettar, l-iskoperta, l-iżvilupp u l-estrazzjoni ta' minerali, żejt, u depożiti ta' gass naturali jew materjali oħrajn, fl-ambitu tal-attivitajiet ekonomiċi elenkati fit-Taqsima B-Diviżjonijiet 05 sa 08 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 ( 31 );

2. 

“impriża attiva fil-qtugħ tas-siġar tal-foresti primarji” tfisser impriża b'attivitajiet kif imsemmijin fit-Taqsima A-Diviżjoni 02, Grupp 02.2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 1, f'foresti primarji;

3. 

“gvern” tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru jew ta' pajjiż terz. Tinkludi dipartiment, aġenzija jew impriża kkontrollata minn dik l-awtorità kif stipulat fl-Artikolu 22(1) sa (6) ta' din id-Direttiva;

4. 

“proġett” tfisser l-attivitajiet operazzjonali li huma rregolati minn kuntratt wieħed, liċenzja waħda, kera waħda, konċessjoni waħda jew ftehimiet legali simili u jiffurmaw il-bażi għal obbligu ta' pagament ma' gvern. Minkejja dan, jekk diversi ftehimiet bħal dawn huma interkonnessi sostanzjalment, dan għandu jitqies bħala proġett;

5. 

“pagament” tfisser ammont imħallas, sew fi flus jew in natura, għal attivitajiet kif deskritti fil-punti 1 u 2, tat-tipi li ġejjin:

(a) 

drittijiet għal produzzjoni;

(b) 

taxxi imposti fuq id-dħul, il-produzzjoni jew il-profitti ta' kumpanniji, li jeskludu taxxi imposti fuq il-konsum bħal taxxi fuq il-valur miżjud, taxxi fuq id-dħul personali jew taxxi fuq il-bejgħ;

(c) 

drittijiet monetarji (royalties);

(d) 

dividendi;

(e) 

bonusijiet li jitħallsu mal-firma ta' kuntratt, mal-iskoperta jew mal-bidu tal-produzzjoni;

(f) 

ħlasijiet ta’ liċenzji, ħlasijiet għall-parteċipazzjoni, u korrispettivi oħra għal-liċenzji u/jew konċessjonijiet; u

(g) 

pagamenti għal titjib fl-infrastruttura;

Artikolu 42

Impriżi li huma obbligati jirrapportaw dwar pagamenti lill-gvernijiet

1.  
L-Istati Membri għandhom jesiġu li impriżi kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku kollha attivi fl-industrija estrattiva jew fil-qtugħ ta’ foresti primarji jħejju u jippubblikaw rapport dwar il-pagamenti li jsiru lill-gvernijiet fuq bażi annwali.
2.  

Dak l-obbligu ma għandux japplika għal kwalunkwe impriża rregolata mil-liġi ta’ Stat Membru li tkun sussidjarja jew impriża prinċipali, fejn iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

l-impriża prinċipali tkun soġġetta għal-liġijiet ta’ Stat Membru; u

(b) 

il-pagamenti lill-gvernijiet li jsiru mill-impriża huma inklużi fir-rapport ikkonsolidat dwar il-pagamenti lill-gvernijiet imħejji minn dik l-impriża prinċipali skont l-Artikolu 44.

Artikolu 43

Kontenut tar-rapport

1.  
Mhuwiex neċessarju li xi pagament, sew jekk isir bħala pagament uniku jew bħala serje ta' pagamenti relatati, jittieħed inkonsiderazzjoni fir-rapport jekk ikun taħt il-100 000  EUR f'sena finanzjarja.
2.  

Ir-rapport għandu jiddivulga l-informazzjoni li ġejja għal attivitajiet kif deskritti fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 41 fir-rigward tas-sena finanzjarja rilevanti:

(a) 

l-ammont totali tal-pagamenti li saru lil kull gvern;

(b) 

l-ammont totali għal kull tip ta' pagament kif speċifikat fil-punti (5) sa (g) tal-Artikolu 41 li sar għal kull gvern;

(c) 

meta dawk il-pagamenti jkunu ġew attribwiti lil proġett speċifiku l-ammont totali għal kull tip ta' pagament kif speċifikat fil-punti (5)(a) sa (g) tal-Artikolu 41, li jkun sar għal kull proġett bħal dan u l-ammont totali ta' pagamenti għal kull proġett bħal dan.

Pagamenti li jkunu saru mill-impriża fir-rigeard tal obbligi imposti fil-livell tal-entità jistgħu jiġu żvelati fil-livell tal-entità pjuttost milli f'livell tal-proġett.

3.  
Meta jsiru pagamenti in natura lil gvern, dawn għandhom jiġu rapportati bil-valur u, fejn applikabbli, bil-volum. Għandhom jiġu pprovduti noti ta' illustrazzjoni biex jiġi spjegat kif il-valur tagħhom ġie determinat.
4.  
L-iżvelar tal-pagamenti msemmija f'dan l-Artikolu għandu jirrifletti s-sustanza, aktar milli l-forma, tal-pagament jew tal-attività kkonċernata. Il-pagamenti u l-attivitajiet m'għandhomx jinqasmu jew jiġu kkombinati b'mod artifiċjali biex tiġi evitata l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
5.  

Fil-każ ta' dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro, il-livell limitu f'euro identifikat fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkonvertit fil-munita nazzjonali billi:

(a) 

tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' kwalunkwe Direttiva li tiffissa dak il-livell limitu; u

(b) 

issir approssimizzazzjoni lejn l-eqreb mija.

Artikolu 44

Rapport ikkonsolidat dwar pagamenti lill-gvernijiet

1.  
Stat Membru għandu jesiġi li kwalunkwe impriża kbira jew entità ta’ interess pubbliku attiva fl-industrija estrattiva jew fil-qtugħ tas-siġar tal-foresti primarji u rregolata bil-liġi nazzjonali tiegħu biex tħejji rapport ikkonsolidat dwar pagamenti lill-gvernijiet skont l-Artikoli 42 u 43 jekk dik l-impriża prinċipali tkun obbligata li tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati kif stipulat fl-Artikolu 22(1) sa (6).

Impriża prinċipali hija kkunsidrata li tkun attiva fl-industrija estrattiva jew fil-qtugħ tas-siġar tal-foresti primarji jekk xi waħda mill-impriżi sussidjarji tagħha tkun attiva fl-industrija estrattiva jew fil-qtugħ tas-siġar tal-foresti primarji.

Ir-rapport ikkonsolidat għandu jinkludi biss pagamenti li ġejjin minn operazzjonijiet estrattivi u/jew mill-qtugħ tas-siġar.

2.  

L-obbligu ta' tħejjija tar-rapport ikkonsolidat imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:

(a) 

impriża prinċipali ta' grupp żgħir, kif definita fl-Artikolu 3(5), għajr fejn kwalunkwe impriża affiljata tkun entità ta’ interess pubbliku;

(b) 

impriża prinċipali ta' grupp ta' daqs medju, kif definita fl-Artikolu 3(6), għajr fejn kwalunkwe impriża affiljata tkun entità ta’ interess pubbliku; u

(c) 

impriża prinċipali irregolata bil-liġi ta’ Stat Membru li tkun ukoll impriża sussidjarja, jekk l-impriża prinċipali tagħha stess tkun irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru.

3.  

Mhuwiex neċessarju li impriża, inkluż entità ta’ interess pubbliku, tiġi inkluża f'rapport ikkonsolidat dwar pagamenti lil gvernijiet fejn tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

restrizzjonijiet severi fuq terminu twil sostanzjalment ixekklu lill-impriża prinċipali fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fuq l-assi jew il-ġestjoni ta’ dik l-impriża;

(b) 

każijiet estremament rari fejn l-informazzjoni neċessarja għat-tħejjija ta’ rapport ikkonsolidat dwar pagamenti lil gvern skont din id-Direttiva ma tistax tinkiseb mingħajr spiża sproporzjonata jew dewmien eċċessiv;

(c) 

l-ishma ta' dik l-impriża huma miżmuma esklużivament bl-għan li sussegwentement jerġgħu jinbiegħu.

L-eżenzjonijiet ta' hawn fuq għandhom japplikaw biss jekk huma jintużaw ukoll għall-finijiet tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.

Artikolu 45

Pubblikazzjoni

1.  
Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 42 u r-rapport ikkonsolidat imsemmi fl-Artikolu 44 dwar pagamenti lil gvernijiet għandhom jiġu ppubblikati kif stabbilit mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi responsabbli ta' impriża, li jaġixxu fil-kompetenzi assenjati lilhom bil-liġi nazzjonali, għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li, sa fejn jafu huma u skont l-kapaċità tagħhom, ir-rapport dwar il-pagamenti lil gvernijiet jitfassal u jiġi ppubblikat f'konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Artikolu 46

Kriterji ta’ ekwivalenza

1.  
Impriżi msemmijin fl-Artikoli 42 u 44 li jħejju u jirrendu pubbliku rapport li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' rappurtar ta' pajjiżi terzi vvalutati, skont l-Artikolu 47, bħala ekwivalenti mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu huma eżenti mir-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu ħlief għall-obbligu ta' pubblikazzjoni ta' dan ir-rapport kif stipulat bil-liġijiet ta' kull Stat Membru f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE.
2.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 49 li jidentifikaw il-kriterji li għandhom jiġu applikati fil-valutazzjoni, għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, tal-ekwivalenza tar-rekwiżiti ta' rappurtar ta' pajjiżi terzi u r-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu.
3.  

Il-kriterji identifikati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2 għandhom:

(a) 

jinkludu dan li ġej:

(i) 

impriżi fil-mira,

(ii) 

riċevituri ta' pagamenti fil-mira,

(iii) 

pagamenti kkonċernati,

(iv) 

attribuzzjoni tal-pagamenti kkonċernati,

(v) 

analiżi tal-pagamenti kkonċernati,

(vi) 

fatturi ta' attivazzjoni għar-rappurtar fuq bażi kkonsolidata,

(vii) 

mezz użat għar-rappurtar,

(viii) 

frekwenza tar-rappurtar, u

(ix) 

miżuri kontra l-evażjoni;

(b) 

altrimenti jkunu limitati għall-kriterji li jiffaċilitaw paragun dirett tar-rekwiżiti ta' rappurtar ta' pajjiżi terzi mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu.

Artikolu 47

Applikazzjoni tal-kriterji ta’ ekwivalenza

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jidentifikaw dawk ir-rekwiżiti ta' rappurtar ta' pajjiżi terzi li, wara l-applikazzjoni tal-kriterji ta’ ekwivalenza identifikati skont l-Artikolu 46, hija tikkunsidra li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 50(2).

Artikolu 48

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta’ dan il-Kapitolu, partikolarment fir-rigward tal-ambitu tal-obbligi tar-rapportar, u l-konformità magħhom, u l-modalitajiet tar-rapportar fuq bażi ta’ proġetti.

Ir-rieżami għandu jqis l-iżviluppi internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tat-titjib tat-trasparenza tal-pagamenti lill-gvernijiet, jevalwa l-impatti ta' reġimi internazzjonali oħra u jikkunsidra l-effetti fuq il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Dan għandu jitlesta sa 21 ta' Lulju 2018.

Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk adatt. Dak ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll l-estensjoni tar-rekwiżiti ta' rappurtar għal setturi tal-industrija addizzjonali u jekk ir-rapport dwar ħlasijiet lill-gvernijiet għandux jiġi awditjat. Ir-rapport għandu wkoll jikkunsidra l-iżvelar ta' informazzjoni addizzjonali rigward in-numru medju ta' impjegati, l-użu ta' sottokuntratturi u kwalunkwe sanzjoni pekunjarja amministrata għal kull pajjiż.

▼M1

Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fl-OECD u r-riżultati ta' inizjattivi Ewropej relatati, il-possibilità li jiġi introdott obbligu li jirrikjedi li l-impriżi kbar jipproduċu fuq bażi annwali, rapport pajjiż b'pajjiż għal kull Stat Membru u pajjiż terz li joperaw fih, li, bħala minimu, ikun fih informazzjoni dwar il-profitti magħmula, it-taxxi mħallsa fuq il-profitti u s-sussidji pubbliċi riċevuti.

▼B

Barra minn hekk, ir-rapport għandu janalizza l-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta' obbligu għall-emittenti kollha tal-Unjoni biex iwettqu b'mod debitu diliġenza meta jieħdu sorsi ta' minerali biex jiżguraw li l-katini tal-provvista m'għandhom l-ebda rabta ma' partijiet ta' kunflitt u jħarsu r-rakkomandazzjonijiet tal-EITI u tal-OECD dwar ġestjoni responsabbli tal-katina tal-provvista.

▼M3



KAPITOLU 10a

RAPPORT RIGWARD L-INFORMAZZJONI DWAR IT-TAXXA FUQ L-INTROJTU

Artikolu 48a

Definizzjonijiet relatati mar-rapportar rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu

1.  

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“impriża omm apikali” tfisser impriża li tfassal id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-akbar korp ta’ impriżi;

(2) 

“dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati” tfisser id-dikjarazzjonijiet finanzjarji mħejjija minn impriża omm ta’ grupp li fihom l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-ekwità, l-introjtu u l-ispejjeż huma ppreżentati bħala dawk ta’ entità ekonomika unika;

(3) 

“ġurisdizzjoni tat-taxxa” tfisser ġurisdizzjoni ta’ Stat jew ġurisdizzjoni mhux ta’ Stat li jkollha awtonomija fiskali fir-rigward tat-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpanniji;

(4) 

“impriża awtonoma” tfisser impriża li ma tkun parti minn grupp kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2.

2.  

Għall-finijiet tal-Artikolu 48b ta’ din id-Direttiva, “dħul” għandha l-istess tifsira bħal:

(a) 

“fatturat nett”, għal impriżi regolati mil-liġi ta’ Stat Membru u li ma japplikawx l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002; jew

(b) 

“dħul” kif definit minn, jew fis-sens ta’, il-qafas ta’ rapportar finanzjarju li abbażi tiegħu jitħejjew ir-rapport finanzjarji, għal impriżi oħra.

Artikolu 48b

Impriżi u fergħat li huma meħtieġa jirrapportaw fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu

1.  
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-impriżi omm apikali regolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom, fejn id-dħul konsolidat fid-data tal-karta bilanċjali tagħhom qabeż għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi total ta’ EUR 750 000 000 , kif rifless fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tagħhom, biex ifasslu, jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu fir-rigward tal-aħħar sena minn dawk is-sentejn finanzjarji konsekuttivi.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex impriża omm apikali ma tibqax soġġetta għall-obbligi ta’ rapportar stipulati fl-ewwel subparagrafu fejn id-dħul konsolidat totali fid-data tal-karta bilanċjali tagħha jaqa’ taħt l-EUR 750 000 000 għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi kif rifless fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tagħha.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-impriżi awtonomi regolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom, fejn id-dħul fid-data tal-karta bilanċjali tagħhom qabeż għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi total ta’ EUR 750 000 000 , kif rifless fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħhom, biex ifasslu, jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu fir-rigward tal-aħħar sena minn dawk is-sentejn finanzjarji konsekuttivi.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex impriża awtonoma ma tibqax soġġetta għall-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fl-ewwel subparagrafu fejn id-dħul totali fid-data tal-karta bilanċjali jaqa’ taħt l-EUR 750 000 000 għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi kif rifless fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.

2.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex ir-regola stabbilita fil-paragrafu 1 ma tapplikax għal impriżi awtonomi jew impriżi omm apikali u l-impriżi affiljati magħhom fejn tali impriżi, inkluż il-fergħat tagħhom, ikunu stabbiliti, jew ikollhom il-postijiet fissi ta’ negozju jew l-attività permanenti ta’ negozju, fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed u fl-ebda ġurisdizzjoni tat-taxxa oħra.
3.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex ir-regola stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma tapplikax għal impriżi awtonomi u impriżi omm apikali fejn tali impriżi jew l-impriżi affiljati magħhom jiddivulgaw rapport, f’konformità mal-Artikolu 89 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ( 32 ) li jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet kollha tagħhom u, fil-każ tal-impriżi omm apikali, dwar l-attivitajiet kollha tal-impriżi affiljati kollha inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.
4.  
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-impriżi sussidjarji ta’ daqs medju u kbir kif imsemmija fl-Artikolu 3(3) u (4) li jkunu regolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u kkontrollati minn impriża omm apikali li ma tkunx regolata mil-liġi ta’ Stat Membru, fejn id-dħul konsolidat fid-data tal-karta bilanċjali tagħha qabeż għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi total ta’ EUR 750 000 000 , kif rifless fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tagħha, biex jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu li jikkonċerna dik l-impriża omm apikali fir-rigward tal-aħħar sena minn dawk is-sentejn finanzjarji konsekuttivi.

Fejn dik l-informazzjoni jew dak ir-rapport ma jkunux disponibbli, l-impriża sussidjarja għandha titlob lill-impriża omm apikali tagħha biex tipprovdilha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tippermettilha li twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel subparagrafu. Jekk l-impriża omm apikali ma tipprovdix l-informazzjoni kollha meħtieġa, l-impriża sussidjarja għandha tfassal, tippubblika u tagħmel aċċessibbli rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu li jkun fih l-informazzjoni kollha fil-pussess tagħha, miksuba jew akkwistata, u dikjarazzjoni li tindika li l-impriża omm apikali tagħha ma għamlitx l-informazzjoni meħtieġa disponibbli.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex l-impriżi sussidjarji ta’ daqs medju u kbar ma jibqgħux soġġetti għall-obbligi ta’ rapportar stabbiliti f’dan il-paragrafu fejn id-dħul konsolidat totali tal-impriża omm apikali fid-data tal-karta bilanċjali tagħha jaqa’ taħt l-EUR 750 000 000 għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi kif rifless fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tagħha.

5.  
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-fergħat miftuħa fit-territorji tagħhom minn impriżi li ma jkunux regolati mil-liġi ta’ Stat Membru biex jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu li tikkonċerna l-impriża omm apikali jew l-impriża awtonoma msemmija fil-punt (a) tas-sitt subparagrafu, fir-rigward tal-aħħar sena tal-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi.

Fejn dik l-informazzjoni jew dak ir-rapport ma jkunux disponibbli, il-persunal jew persuni maħtura biex iwettqu l-formalitajiet ta’ divulgazzjoni msemmija fl-Artikolu 48e(2) għandhom jitolbu lill-impriża omm apikali jew lill-impriża awtonoma msemmija fil-punt (a) tas-sitt subparagrafu ta’ dan il-paragrafu biex tipprovdilhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu l-obbligi tagħhom.

Fil-każ li l-informazzjoni li tingħata ma tkunx l-informazzjoni kollha meħtieġa, il-fergħa għandha tfassal, tippubblika u tagħmel aċċessibbli rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, li jkun fih l-informazzjoni kollha fil-pussess tagħha, miksuba jew akkwistata, u dikjarazzjoni li tindika li l-impriża omm apikali jew l-impriża awtonoma ma għamlitx l-informazzjoni meħtieġa disponibbli.

L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-obbligi ta’ rapportar stabbiliti f’dan il-paragrafu japplikaw biss għal fergħat li għandhom fatturat nett li qabeż il-limitu kif traspost skont l-Artikolu 3(2) għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex fergħa soġġetta għall-obbligi ta’ rapportar taħt dan il-paragrafu ma tibqax soġġetta għal dawk l-obbligi fejn il-fatturat nett tagħha jaqa’ taħt il-limitu kif traspost skont l-Artikolu 3(2) għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex ir-regoli stabbiliti f’dan il-paragrafu japplikaw għal fergħa biss fejn jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

(a) 

l-impriża li fetħet il-fergħa tkun jew impriża affiljata ta’ grupp li l-impriża omm apikali tiegħu ma tkunx regolata mil-liġi ta’ Stat Membru u li d-dħul konsolidat tiegħu fid-data tal-karta bilanċjali tiegħu tkun qabeż għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi total ta’ EUR 750 000 000 , kif rifless fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tiegħu, jew impriża awtonoma li d-dħul tagħha fid-data tal-karta bilanċjali tagħha qabeż għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi total ta’ EUR 750 000 000 kif rifless fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha; u

(b) 

l-impriża omm apikali msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu ma jkollhiex impriża sussidjarja ta’ daqs medju jew kbir kif imsemmi fil-paragrafu 4.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex fergħa ma tibqax soġġetta għall-obbligi ta’ rapportar stabbiliti f’dan il-paragrafu fejn il-kriterju previst fil-punt (a) ma jibqax issodisfat għal sentejn finanzjarji konsekuttivi.

6.  

L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu fejn rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jitfassal minn impriża omm apikali jew impriża awtonoma li ma tkunx regolata mil-liġi ta’ Stat Membru, b’mod li jkun konsistenti mal-Artikolu 48c, u jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) 

isir aċċessibbli għall-pubbliku, mingħajr ħlas u f’format ta’ rapportar elettroniku li jinqara mill-magni:

(i) 

fis-sit web ta’ dik l-impriża omm apikali jew ta’ dik l-impriża awtonoma;

(ii) 

f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni;

(iii) 

mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tal-karta bilanċjali tas-sena finanzjarja li għaliha jkun tfassal ir-rapport; u

(b) 

jidentifika l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta’ impriża sussidjarja unika, jew l-isem u l-indirizz ta’ fergħa unika regolata mil-liġi ta’ Stat Membru, li tkun ippubblikat rapport f’konformità mal-Artikolu 48d(1).

7.  
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-impriżi sussidjarji jew lill-fergħat li ma jkunux soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu biex jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu fejn tali impriżi sussidjarji jew fergħat ma jservu ebda għan ieħor ħlief dak li jevadu l-obbligi tar-rapportar stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

Artikolu 48c

Kontenut tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu

1.  
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu meħtieġ taħt l-Artikolu 48b għandu jinkludi l-informazzjoni relatata mal-attivitajiet kollha tal-impriża awtonoma jew tal-impriża omm apikali, inkluż dawk tal-impriżi affiljati kollha konsolidati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji fir-rigward tas-sena finanzjarja rilevanti.
2.  

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonsisti minn:

(a) 

l-isem tal-impriża omm apikali jew tal-impriża awtonoma, is-sena finanzjarja kkonċernata, il-munita użata għall-preżentazzjoni tar-rapport u, fejn applikabbli, lista tal-impriżi sussidjarji kollha konsolidati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriża omm apikali, fir-rigward tas-sena finanzjarja rilevanti, stabbilita fl-Unjoni jew f’ġurisdizzjonijiet tat-taxxa inklużi fl-Annessi I u II tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa;

(b) 

deskrizzjoni fil-qosor tan-natura tal-attivitajiet tagħhom;

(c) 

l-għadd ta’ impjegati fuq bażi ekwivalenti għal full time;

(d) 

id-dħul, li għandu jiġi kkalkulat bħala:

(i) 

is-somma tal-fatturat nett, introjtu operatorju ieħor, introjtu minn interessi ta’ parteċipazzjoni, eskluż dividendi riċevuti minn impriżi affiljati, introjtu minn investimenti u self oħrajn li jiffurmaw parti mill-assi fissi, interessi oħra riċevibbli u introjtu simili kif elenkati fl-Annessi V u VI ta’ din id-Direttiva; jew

(ii) 

l-introjtu kif definit mill-qafas ta’ rapportar finanzjarju li abbażi tiegħu jitħejjew id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, eskluż aġġustamenti fil-valur u dividendi riċevuti mill-impriżi affiljati;

(e) 

l-ammont ta’ profitt jew telf qabel it-taxxa fuq l-introjtu;

(f) 

l-ammont ta’ taxxa fuq l-introjtu akkumulat matul is-sena finanzjarja rilevanti, li għandu jiġi kkalkulat bħala l-ispiża tat-taxxa kurrenti rikonoxxuta fuq profitti jew telf taxxabbli tas-sena finanzjarja minn impriżi u minn fergħat fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa rilevanti;

(g) 

l-ammont ta’ taxxa fuq l-introjtu mħallas fuq bażi ta’ flus kontanti, li għandu jiġi kkalkulat bħala l-ammont ta’ taxxa fuq l-introjtu mħallas matul is-sena finanzjarja rilevanti minn impriżi u minn fergħat fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa rilevanti; u

(h) 

l-ammont ta’ qligħ akkumulat fit-tmiem is-sena finanzjarja rilevanti.

Għall-finijiet tal-punt (d), id-dħul għandu jinkludi t-tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati.

Għall-finijiet tal-punt (f), l-ispiża tat-taxxa kurrenti għandha tkun relatata biss mal-attivitajiet ta’ impriża fis-sena finanzjarja rilevanti u ma għandhiex tinkludi taxxi differiti jew dispożizzjonijiet għal obbligazzjonijiet tat-taxxa inċerti.

Għall-finijiet tal-punt (g), it-taxxi mħallsa għandhom jinkludu taxxi minn ras il-għajn mħallsa minn impriżi oħra fir-rigward ta’ pagamenti lil impriżi u fergħat fi grupp.

Għall-finijiet tal-punt (h), il-qligħ akkumulat ifisser is-somma tal-profitti mis-snin finanzjarji preċedenti u s-sena finanzjarja rilevanti, li l-mod tad-distribuzzjoni tagħhom ikun għad ma ġiex deċiż. Fir-rigward ta’ fergħat, il-qligħ akkumulat għandu jkun dak tal-impriża li fetħet il-fergħa.

3.  
L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tiġi rappurtata abbażi tal-istruzzjonijiet ta’ rappurtar imsemmija fit-Taqsima III, Partijiet B u C, tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE ( 33 ).
4.  
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u3 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi ppreżentata bl-użu ta’ mudell komuni u formati elettroniċi ta’ rapportar li jinqraw mill-magni. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi dak il-mudell komuni u dawk il-formati elettroniċi ta’ rapportar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 50(2).
5.  
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jew 3 b’mod separat għal kull Stat Membru. Meta Stat Membru jinkludi bosta ġurisdizzjonijiet tat-taxxa, l-informazzjoni għandha tiġi aggregata fuq livell ta’ Stat Membru.

Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jippreżenta wkoll l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu separatament għal kull ġurisdizzjoni tat-taxxa li, fl-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja li għaliha għandu jitfassal ir-rapport, tkun elenkata fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għall-finijiet ta’ taxxa, u għandu jipprovdi tali informazzjoni b’mod separat għal kull ġurisdizzjoni ta’ taxxa li, fl-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja li għaliha għandu jitfassal ir-rapport u fl-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja preċedenti, tissemma fl-Anness II tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għall-finijiet ta’ taxxa.

Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu wkoll jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jew 3 fuq bażi aggregata għal ġurisdizzjonijiet oħrajn tat-taxxa.

L-informazzjoni għandha tiġi attribwita għal kull ġurisdizzjoni rilevanti tat-taxxa abbażi ta’ stabbiliment, tal-eżistenza ta’ post fiss ta’ negozju jew ta’ attività permanenti ta’ negozju li, b’kont meħud tal-attivitajiet tal-grupp jew tal-impriża awtonoma, jistgħu jkunu soġġetti għal taxxa fuq l-introjtu f’dik il-ġurisdizzjoni tat-taxxa.

Fejn l-attivitajiet ta’ diversi impriżi affiljati jistgħu jkunu soġġetti għal taxxa fuq l-introjtu f’ġurisdizzjoni unika tat-taxxa, l-informazzjoni attribwita għal dik il-ġurisdizzjoni tat-taxxa għandha tirrappreżenta l-għadd totali tal-informazzjoni relatata ma’ tali attivitajiet ta’ kull impriża affiljata u l-fergħat tagħhom f’dik il-ġurisdizzjoni tat-taxxa.

L-informazzjoni dwar kwalunkwe attività partikolari ma għandhiex tkun attribwita simultanjament għal aktar minn ġurisdizzjoni waħda tat-taxxa.

6.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li element speċifiku wieħed jew aktar ta’ informazzjoni li b’mod ieħor ikunu meħtieġa li jiġu divulgati f’konformità mal-paragrafu 2 jew 3 jitħallew barra temporanjament mir-rapport fejn id-divulgazzjoni tagħhom tkun ta’ preġudizzju serju għall-pożizzjoni kummerċjali tal-impriżi li għalihom jirreferi r-rapport. Kull ommissjoni għandha tiġi indikata b’mod ċar fir-rapport flimkien ma’ spjegazzjoni motivata debitament dwar ir-raġunijiet għaliha.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha li titħalla barra skont l-ewwel subparagrafu ssir pubblika f’rapport aktar tard rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, sa mhux aktar minn ħames snin mid-data tal-ommissjoni oriġinali tagħha.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma tkun tista’ qatt titħalla barra informazzjoni relatata mal-ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa inklużi fl-Annessi I u II tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għall-finijiet ta’ taxxa, kif imsemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

7.  
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jista’ jinkludi, fejn applikabbli fil-livell ta’ grupp, deskrizzjoni narrattiva kumplessiva li tipprovdi spjegazzjonijiet għal kwalunkwe diskrepanzi materjali bejn l-ammonti ddivulgati skont il-punti (f) u (g) tal-paragrafu 2, filwaqt li jitqiesu, jekk xieraq, l-ammonti korrispondenti li jikkonċernaw is-snin finanzjarji preċedenti.
8.  
Il-munita li tintuża fir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandha tkun il-munita li fiha huma ppreżentati d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-impriża omm apikali jew id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-impriża awtonoma. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu l-obbligu li dan ir-rapport ikun ippubblikat f’munita differenti minn dik li tintuża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

Madankollu, fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48b(4), il-munita użata fir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandha tkun il-munita li fiha l-impriża sussidjarja tippubblika d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħha.

9.  
L-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro jistgħu jaqilbu l-limitu ta’ EUR 750 000 000 għall-munita nazzjonali tagħhom. Meta jagħmlu dik il-konverżjoni, dawk l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-rata tal-kambju applikabbli fil-21 ta’ Diċembru 2021 ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawk l-Istati Membri jistgħu jżidu jew inaqqsu l-limiti b’sa 5 % sabiex ir-riżultat ikun ta’ somma għad-dritt fil-muniti nazzjonali.

Il-limiti msemmija fl-Artikolu 48b(4) u (5) għandhom jiġu kkonvertiti f’ammont ekwivalenti fil-munita nazzjonali ta’ kwalunkwe pajjiż terz rilevanti billi tiġi applikata r-rata tal-kambju applikabbli fil-21 ta’ Diċembru 2021, maqtugħa għad-dritt sal-eqreb elf.

10.  
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jispeċifika jekk tħejjiex skont il-paragrafu 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 48d

Pubblikazzjoni u aċċessibbiltà

1.  
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu u d-dikjarazzjoni imsemmija fl-Artikolu 48b ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu ppubblikati fi żmien 12-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ tas-sena finanzjarja li għaliha jkun tfassal ir-rapport kif previst minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikoli 14 sa 28 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 34 ) u, fejn rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2017/1132.
2.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu u d-dikjarazzjoni ppubblikati mill-impriżi f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jsiru aċċessibbli għall-pubbliku f’mill-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni, mingħajr ħlas, sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tal-karta bilanċjali tas-sena finanzjarja li għaliha jkun tfassal ir-rapport fis-sit web:

(a) 

tal-impriża, fejn ikun japplika l-Artikolu 48b(1);

(b) 

tal-impriża sussidjarja jew ta’ impriża affiljata, fejn ikun japplika l-Artikolu 48b(4); jew

(c) 

tal-fergħa jew tal-impriża li tkun fetħet il-fergħa jew ta’ impriża affiljata, fejn ikun japplika l-Artikolu 48b(5).

3.  
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi milli japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fejn ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ppubblikat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun sar simultanjament aċċessibbli għall-pubbliku f’format elettroniku ta’ rapportar li jinqara mill-magni, fis-sit web tar-reġistru msemmi fl-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2017/1132, u mingħajr ħlas lil kwalunkwe parti terza li tinsab fl-Unjoni. Is-sit web tal-impriżi u l-fergħat kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun fih informazzjoni dwar dik l-eżenzjoni u referenza għas-sit web tar-reġistru rilevanti.
4.  
Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 48b(1), (4), (5), (6) u (7) u, fejn applikabbli, id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dak l-Artikolu, għandhom jibqgħu aċċessibbli fis-sit web rilevanti għal minn tal-anqas ħames snin konsekuttivi.

Artikolu 48e

Ir-responsabbiltà li jitfassal, jiġi ppubblikat u jsir aċċessibbli r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu

1.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex il-membri tal-korpi ta’ amministrazzjoni, ta’ ġestjoni u ta’ superviżjoni tal-impriżi omm apikali jew l-impriżi awtonomi msemmija fl-Artikolu 48b(1), filwaqt li jaġixxu fil-qafas tal-kompetenzi assenjati lilhom taħt il-liġi nazzjonali, ikollhom responsabbiltà kollettiva biex jiżguraw li r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jiġi mfassal, ippubblikat u jsir aċċessibbli f’konformità mal-Artikoli 48b, 48c u 48d.
2.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex il-membri tal-korpi ta’ amministrazzjoni, ta’ ġestjoni u ta’ superviżjoni tal-impriżi sussidjarji msemmija fl-Artikolu 48b(4) ta’ din id-Direttiva u l-persuna jew persuni nnominati biex iwettqu l-formalitajiet tad-divulgazzjoni previsti fl-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 għall-fergħat kif imsemmija fl-Artikolu 48b(5) ta’ din id-Direttiva, filwaqt li jaġixxu fil-qafas tal-kompetenzi assenjati lilhom mil-liġi nazzjonali, ikollhom responsabbiltà kollettiva biex jiżguraw, fl-aħjar għarfien u kapaċità tagħhom, li r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jitfassal b’mod li jkun konsistenti jew f’konformità, kif adatt, mal-Artikoli 48b u 48c, u li dan jiġi ppubblikat u jsir aċċessibbli f’konformità mal-Artikolu 48d.

Artikolu 48f

Dikjarazzjoni mill-awditur statutorju

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, fejn ikun meħtieġ li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ impriża regolata mil-liġi ta’ Stat Membru jiġu awditjati minn awditur jew awdituri statutorji jew minn ditta jew ditti tal-awditjar, fir-rapport tal-awditjar għandu jiġi dikjarat jekk, fis-sena finanzjara ta’ qabel is-sena finanzjarja li għaliha tħejjew id-dikjarazzjonijiet li qed jiġu awditjati, l-impriża kenitx meħtieġa taħt l-Artikolu 48b li tfassal rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu u, jekk ikun il-każ, jekk ir-rapport ġiex ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 48d.

Artikolu 48g

Id-data ta’ bidu għar-rapportar rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu l-Artikoli minn 48a sa 48f japplikaw, mhux aktar tard, mid-data ta’ bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda fit-22 ta’ Ġunju 2024 jew wara.

Artikolu 48h

Klawsola ta’ rieżami

Sat-22 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-konformità ma’, u l-impatt ta’, l-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikoli 48a sa 48f u, b’kont meħud tas-sitwazzjoni fil-livell tal-OECD, il-ħtieġa li jiġi żgurat livell suffiċjenti ta’ trasparenza u l-ħtieġa li jiġi ppreservat u żgurat ambjent kompetittiv għall-impriżi u l-investiment privat, hija għandha tirrieżamina u tivvaluta, b’mod partikolari, jekk ikunx xieraq li jiġi estiż l-obbligu ta’ rapportar rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu stabbilit fl-Artikolu 48b għal impriżi kbar u gruppi kbar, kif definiti fl-Artikolu 3(4) u (7) rispettivament, u li jiġi estiż il-kontenut tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu stabbilit fl-Artikolu 48c biex jiġu inklużi elementi addizzjonali. F’dak ir-rapport il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll l-impatt li l-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq bażi aggregata għal ġurisdizzjonijiet tat-taxxa ta’ pajjiżi terzi kif previst fl-Artikolu 48c(5) u l-ommissjoni temporanja tal-informazzjoni prevista fl-Artikolu 48c(6) għandhom fuq l-effettività ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien, fejn xieraq, ma’ proposta leġislattiva.



▼M4

KAPITOLU 11

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

▼M4

Artikolu 48i

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  
Sas-6 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jippermettu lil impriża sussidjarja tal-Unjoni li tkun soġġetta għall-Artikolu 19a jew 29a u li l-impriża prinċipali tagħha ma tkunx irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru, tħejji rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 29a, li jinkludi l-impriżi sussidjarji kollha tal-Unjoni ta’ tali impriża prinċipali li jkunu soġġetti għall-Artikolu 19a jew 29a.

Sas-6 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jippermettu li r-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jinkludi d-divulgazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 li jkopru l-attivitajiet imwettqa mill-impriżi sussidjarji kollha tal-Unjoni tal-impriża prinċipali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u li jkunu soġġetti għall-Artikolu 19a jew 29a ta’ din id-Direttiva.

2.  
L-impriża sussidjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun waħda mill-impriżi sussidjarji tal-Unjoni tal-grupp li jkun iġġenera l-akbar fatturat fl-Unjoni f’mill-inqas waħda mill-ħames snin finanzjarji preċedenti, fuq bażi konsolidata fejn applikabbli.
3.  
Ir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 30.
4.  
Għall-fini tal-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 19a(9) u l-Artikolu 29a(8), ir-rapportar f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jitqies bħala rapportar minn impriża prinċipali f’livell ta’ grupp fir-rigward tal-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni. Ir-rapportar f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jitqies li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19a(9) u fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29a(8), rispettivament.

▼B

Artikolu 49

Eżerċizzju ta' setgħat iddelegati

1.  
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

▼M4

2.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(2), fl-Artikolu 3(13), fl-Artikoli 29b, 29c u 40b u fl-Artikolu 46(2) għal perjodu ta’ ħames snin mill-5 ta’ Jannar 2023. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(2), fl-Artikolu 3(13), fl-Artikoli 29b, 29c u 40b u l-Artikolu 46(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

▼M3

3a.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 35 ).

▼M4

3b.  

Meta tadotta atti delegati skont l-Artikoli 29b u 29c, il-Kummissjoni għandha tqis il-parir tekniku mill-EFRAG, dment li:

(a) 

tali parir ikun ġie żviluppat bi proċess xieraq, sorveljanza pubblika u trasparenza, bl-għarfien espert u l-parteċipazzjoni bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, u b’finanzjament pubbliku suffiċjenti biex tiġi żgurata l-indipendenza tiegħu, u abbażi ta’ programm ta’ ħidma li dwaru tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni;

(b) 

tali parir jkun akkumpanjat minn analiżijiet tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji li jinkludu analiżi tal-impatti tal-parir tekniku fuq kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà;

(c) 

tali parir ikun akkumpanjat minn spjegazzjoni ta’ kif jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi elenkati fl-Artikolu 29b(5);

(d) 

il-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-EFRAG fil-livell tekniku tkun ibbażata fuq għarfien espert fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u ma tkunx marbuta ma’ kontribuzzjoni finanzjarja.

Il-punti (a) u (d) huma mingħajr preġudizzju għall-parteċipazzjoni tal-korpi pubbliċi u tal-organizzazzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu l-istandards fil-ħidma teknika tal-EFRAG.

Id-dokumenti li jakkumpanjaw il-parir tekniku tal-EFRAG għandhom jiġu ppreżentati flimkien ma’ dak il-parir.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta b’mod konġunt mal-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar il-Finanzi Sostenibbli, msemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2020/852, u mal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabbiltà, msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, dwar l-abbozzi tal-atti delegati qabel l-adozzjoni tagħhom kif imsemmi fl-Artikoli 29b u 29c ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) dwar il-parir tekniku pprovdut mill-EFRAG, b’mod partikolari fir-rigward tal-konsistenza tiegħu mar-Regolament (UE) 2019/2088 u mal-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament. L-ESMA, l-EBA u l-EIOPA għandhom jipprovdu l-opinjonijiet tagħhom fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tat-talba mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta wkoll mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kumitat ta’ Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar u l-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli stabbilita skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2020/852 dwar il-parir tekniku pprovdut mill-EFRAG qabel l-adozzjoni tal-atti delegati msemmijin fl-Artikoli 29b u 29c ta’ din id-Direttiva. Jekk xi wieħed minn dawk il-korpi jiddeċiedi li jissottometti opinjoni, huwa għandu jagħmel dan fi żmien xahrejn mid-data li fiha jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni.

▼B

4.  
Mal-adozzjoni ta' att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼M4

5.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(2), l-Artikolu 3(13), l-Artikoli 29b, 29c jew 40b jew l-Artikolu 46(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill matul perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel it-tmiem ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 50

Proċedura ta' kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dan il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 51

Penali

L-Istati Membri għandhom jistipulaw penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 52

Tħassir tad-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE

Id-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE huma mħassra.

Referenzi magħmulin għad-Direttivi revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 53

Traspożizzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa 20 ta' Lulju 2015 Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li d-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu japplikaw għall-ewwel darba għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jirrigwardaw is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2016 jew matul is-sena kalendarja 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn ikunu jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir ssir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 54

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 55

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

TIPI TA’ IMPRIŻI MSEMMIJIN FIL-PUNT (A) TAL-ARTIKOLU 1(1)

— 
Belġju:
la société anonyme/de naamloze vennootschap, la société en commandite par actions/de commanditaire vennootschap op aandelen, la société privée à responsabilité limitée/de besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid, la société coopérative à responsabilité limitée/de coöperatieve vennootschap met beperkte aansprakelijkheid;
— 
Bulgarija:
акционерно дружество, дружество с ограничена отговорност, командитно дружество с акции;
— 
ir-Repubblika Ċeka:
společnost s ručením omezeným, akciová společnost;
— 
Danimarka:
aktieselskaber, kommanditaktieselskaber, anpartsselskaber;
— 
Ġermanja:
die Aktiengesellschaft, die Kommanditgesellschaft auf Aktien, die Gesellschaft mit beschränkter Haftung;
— 
Estonja:
aktsiaselts, osaühing;
— 
Irlanda:
public companies limited by shares or by guarantee, private companies limited by shares or by guarantee;
— 
Greċja:
η ανώνυμη εταιρία, η εταιρία περιορισμένης ευθύνης, η ετερόρρυθμη κατά μετοχές εταιρία;
— 
Spanja:
la sociedad anónima, la sociedad comanditaria por acciones, la sociedad de responsabilidad limitada;
— 
Franza:
la société anonyme, la société en commandite par actions, la société à responsabilité limitée, société par actions simplifiée;

▼M2

— 
Fil-Kroazja:
dioničko društvo, društvo s ograničenom odgovornošću;

▼B

— 
Italja:
la società per azioni, la società in accomandita per azioni, la società a responsabilità limitata;
— 
Ċipru:
Δημόσιες εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με μετοχές ή με εγγύηση, ιδιωτικές εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με μετοχές ή με εγγύηση;
— 
Latvja:
akciju sabiedrība, sabiedrība ar ierobežotu atbildību;
— 
Litwanja:
akcinės bendrovės, uždarosios akcinės bendrovės;
— 
Lussemburgu:
la société anonyme, la société en commandite par actions, la société à responsabilité limitée;
— 
Ungerija:
részvénytársaság, korlátolt felelősségű társaság;
— 
Malta:
kumpanija pubblika —public limited liability company, kumpanija privata —private limited liability company,
soċjetà in akkomandita bil-kapital maqsum f'azzjonijiet —partnership en commandite with the capital divided into shares;
— 
il-Pajjiżi l-Baxxi:
de naamloze vennootschap, de besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid;
— 
Awstrija:
die Aktiengesellschaft, die Gesellschaft mit beschränkter Haftung;
— 
Polonja:
spółka akcyjna, spółka z ograniczoną odpowiedzialnością, spółka komandytowo-akcyjna;
— 
Portugall:
a sociedade anónima, de responsabilidade limitada, a sociedade em comandita por ações, a sociedade por quotas de responsabilidade limitada;
— 
Rumanija:
societate pe acțiuni, societate cu răspundere limitată, societate în comandită pe acțiuni.
— 
Slovenja:
delniška družba, družba z omejeno odgovornostjo, komanditna delniška družba;
— 
Slovakkja:
akciová spoločnosť, spoločnosť s ručením obmedzeným;
— 
Finlandja:
yksityinen osakeyhtiö/privat aktiebolag, julkinen osakeyhtiö/publikt aktiebolag;
— 
Svezja:
aktiebolag;
— 
ir-Renju Unit:
public companies limited by shares or by guarantee, private companies limited by shares or by guarantee




ANNESS II

TIPI TA’ IMPRIŻI MSEMMIJIN FIL-PUNT (B) TAL-ARTIKOLU 1(1)

— 
Belġju
la société en nom collectif/de vennootschap onder firma, la société en commandite simple/de gewone commanditaire vennootschap, la société coopérative à responsabilité illimitée/de coöperatieve vennootschap met onbeperkte aansprakelijkheid;
— 
Bulgarija:
събирателно дружество, командитно дружество;
— 
ir-Repubblika Ċeka:
veřejná obchodní společnost, komanditní společnost;
— 
Danimarka:
interessentskaber, kommanditselskaber;
— 
Ġermanja:
die offene Handelsgesellschaft, die Kommanditgesellschaft;
— 
Estonja:
täisühing, usaldusühing;
— 
Irlanda:
partnerships, limited partnerships, unlimited companies;
— 
Greċja:
η ομόρρυθμος εταιρία, η ετερόρρυθμος εταιρία;
— 
Spanja:
sociedad colectiva, sociedad en comandita simple;
— 
Franza:
la société en nom collectif, la société en commandite simple;

▼M2

— 
Fil-Kroazja:
javno trgovačko društvo, komanditno društvo, gospodarsko interesno udruženje;

▼B

— 
Italja:
la società in nome collettivo, la società in accomandita semplice;
— 
Ċipru:
Ομόρρυθμες και ετερόρρυθμες εταιρείες (συνεταιρισμοί);
— 
Latvja:
pilnsabiedrība, komandītsabiedrība;
— 
Litwanja:
tikrosios ūkinės bendrijos, komanditinės ūkinės bendrijos;
— 
Lussemburgu:
la société en nom collectif, la société en commandite simple;
— 
Ungerija:
közkereseti társaság, betéti társaság, közös vállalat, egyesülés, egyéni cég;
— 
Malta:
soċjeta f'isem kollettiv jew soċjeta in akkomandita, bil-kapital li mhux maqsum f'azzjonijiet meta s-soċji kollha li għandhom responsabbilita' llimitata huma soċjetajiet in akkomandita bil-kapital maqsum f'azzjonijiet —partnership en nom collectif or partnership en commandite with capital that is not divided into shares, when all the partners with unlimited liability are partnership en commandite with the capital divided into shares;
— 
il-Pajjiżi l-Baxxi:
de vennootschap onder firma, de commanditaire vennootschap;
— 
Awstrija:
die offene Gesellschaft, die Kommanditgesellschaft;
— 
Polonja:
spółka jawna, spółka komandytowa;
— 
Portugall:
sociedade em nome colectivo, sociedade em comandita simples;
— 
Rumanija:
societate în nume colectiv, societate în comandită simplă;
— 
Slovenja:
družba z neomejeno odgovornostjo, komanditna družba;
— 
Slovakkja:
verejná obchodná spoločnosť, komanditná spoločnosť;
— 
Finlandja:
avoin yhtiö/ öppet bolag, kommandiittiyhtiö/kommanditbolag;
— 
Svezja:
handelsbolag, kommanditbolag;
— 
ir-Renju Unit:
partnerships, limited partnerships, unlimited companies.




ANNESS III

FORMAT ORIŻŻONTALI TAL-KARTA TAL-BILANĊ PREVIST FL-ARTIKOLU 10

Assi

A.   Kapital sottoskritt mhux imħallas

li minnu ġie msejjaħ

(sakemm il-liġi nazzjonali ma jipprevedix li l-kapital imsejjaħ għandu jintwera taħt “Kapital u riżervi”, fejn f'dak il-każ, il-parti tal-kapital imsejħa iżda li tkun għadha ma tħallsitx għandha tidher bħala assi jew taħt A jew taħt D (II) (5)).

B.   Spejjeż ta' formazzjoni

kif iddefinita mil-liġi nazzjonali, u safejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jidhru bħala assi. Il-liġi nazzjonali tista' wkoll tipprevedi li l-ispejjeż ta' formazzjoni għandhom jintwerew bħala l-ewwel entrata taħt “Assi intanġibbli”.

C.   Assi fissi

I.   Assi intanġibbli

1. Nefqa għall-iżvilupp, safejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jintwerew bħala assi.

2. Konċessjonijiet, privattivi, liċenzji, trade marks u drittijiet u assi simili, jekk kienu:

(a) 

miksuba għal korrispettiv ta’ valur u m'hemmx l-obbligu li jintwerew taħt C (I) (3); jew

(b) 

maħluqa mill-impriża nnifisha, sa fejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jintwerew bħala assi.

3. Avvjament, fejn kien inkiseb għal korrispettiv ta’ valur.

4. Pagamenti akkont.

II.   Assi tanġibbli

1. Art u bini.

2. Impjant u makkinarju.

3. Oġġetti oħra li jagħmlu parti mill-proprjetà, għodda u tagħmir.

4. Pagamenti akkont u assi tanġibbli fil-kors ta' kostruzzjoni.

III.   Assi finanzjarji

1. Ishma f’impriżi affiljati.

2. Self lil impriżi affiljati.

3. Interessi ta' parteċipazzjoni.

4. Self lil impriżi li magħhom l-impriża tkun marbuta permezz ta’ interessi ta' parteċipazzjoni.

5. Investimenti miżmuma bħala assi fissi.

6. Self ieħor.

D.   Assi kurrenti

I.   Stokkijiet

1. Materja prima u oġġetti ta' konsum.

2. Xogħol fl-idejn.

3. Oġġetti lesti u oġġetti għal rivendita.

4. Pagamenti akkont.

II.   Debituri

(L-ammonti li jkunu dovuti u pagabbli wara aktar minn sena għandhom jidhru separatament għal kull entrata.)

1. Debituri kummerċjali.

2. Ammonti dovuti minn impriżi affiljati.

3. Ammonti dovuti minn impriżi li magħhom l-impriża tkun marbuta permezz ta’ interessi ta' parteċipazzjoni.

4. Debituri oħrajn.

5. Kapital sottoskritt imsejjaħ iżda mhux imħallas (kemm-il darba l-liġi nazzjonali tiddisponi li kapital imsejjaħ għandu jidher bħala attiv taħt A).

6. Prepagamenti u introjtu akkumulat (sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew bħala assi taħt E).

III.   Investimenti

1. Ishma f’impriżi affiljati.

2. Ishma proprji (b'indikazzjoni tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur tal-parità kontabilistika tagħhom), sa fejn il-liġi nazzjonali jippermetti li dawn jintwerew fil-karta tal-bilanċ.

3. Investimenti oħra.

IV.   Flus fil-bank u fl-idejn

E.   Prepagamenti u introjtu akkumulat

(Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew bħala assi taħt D (II) (6)).

Kapital, riżervi u passivi

A.   Kapital u riżervi

I.   Kapital sottoskritt

(Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li l-kapital imsejjaħ għandu jintwera taħt din l-entrata, fejn f'dan il-każ l-ammonti ta' kapital sottoskritt u l-kapital imħallas għandhom jintwerew separatement).

II.   Kont tal-primjum fuq l-ishma

III.   Riżerva għar-rivalutazzjoni

IV.   Riżervi

1. Riżerva legali, sa fejn il-liġi nazzjonali tirrikjedi tali riżerva.

2. Riżerva għall-ishma proprji, sa fejn il-liġi nazzjonali tirrikjedi tali riżerva, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2012/30/UE.

3. Riżervi previsti mill-artikoli ta' assoċjazzjoni.

4. Riżervi oħra, inkluża r-riżerva ta’ valur ġust.

V.   Qligħ jew telf riportati

VI.   Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja.

B.   Provvedimenti

1. Provvedimenti għall-pensjonijiet u obbligi simili.

2. Provvedimenti għat-tassazzjoni.

3. Provvedimenti oħra.

C.   Kredituri

(Ammonti li jkunu dovuti u pagabbli fi żmien sena u ammonti li jkunu dovuti u pagabbli wara aktar minn sena għandhom jintwerew separatament għal kull entrata u għall-aggregat ta’ dawk l-entrati.)

1. Self obbligazzjonarju, li juri self konvertibbli separatament.

2. Ammonti dovuti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu.

3. Pagamenti riċevuti akkont ta’ ordnijiet fejn ma jintwerewx separatament bħala tnaqqisi minn stokkijiet.

4. Kredituri kummerċjali.

5. Kambjali pagabbli.

6. Ammonti dovuti lil impriżi affiljati.

7. Ammonti dovuti lil impriżi li magħhom l-impriża tkun marbuta permezz ta’ interessi ta' parteċipazzjoni.

8. Kredituri oħra inklużi l-awtoritajiet fiskali u s-sigurtà soċjali.

9. Akkumulazzjonijiet u introjtu differit (sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew taħt D).

D.   Akkumulazzjonijiet u introjtu differit

(Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhomjintwerew taħt C (9) taħt “Kredituri”).




ANNESS IV

FORMAT VERTIKALI TAL-KARTA TAL-BILANĊ PREVIST FL-ARTIKOLU 10

A.   Kapital sottoskritt mhux imħallas

li minnu ssejħet

(kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma jipprevedix li kapital imsejjaħ għandu jintwera taħt L, fejn f'dak il-każ, il-parti tal-kapital imsejħa iżda għad mhux imħallsa għandha tidher taħt A jew taħt D (II) (5).)

B.   Spejjeż ta' formazzjoni

kif iddefinita mil-liġi nazzjonali, u safejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jidhru bħala assi. Il-liġi nazzjonali tista' wkoll tipprevedi li l-ispejjeż ta' formazzjoni għandhom jintwerew bħala l-ewwel entrata taħt “Assi intanġibbli”.

C.   Assi fissi

I.   Assi intanġibbli

1. Nefqa għall-iżvilupp, safejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jintwerew bħala assi.

2. Konċessjonijiet, privattivi, liċenzji, trade marks u drittijiet u assi simili, jekk kienu:

(a) 

miksuba għal korrispettiv ta’ valur u m'hemmx l-obbligu li jintwerew taħt C (I) (3); jew

(b) 

maħluqa mill-impriża nnifisha, sa fejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jintwerew bħala assi.

3. Avvjament, fejn kien inkiseb għal korrispettiv ta’ valur.

4. Pagamenti akkont.

II   Assi tanġibbli

1. Art u bini.

2. Impjant u makkinarju.

3. Oġġetti oħra li jagħmlu parti mill-proprjetà, għodda u tagħmir.

4. Pagamenti akkont u assi tanġibbli fil-kors ta' kostruzzjoni.

III.   Assi finanzjarji

1. Ishma f’impriżi affiljati.

2. Self lil impriżi affiljati.

3. Interessi ta' parteċipazzjoni.

4. Self lil impriżi li l-inpriża tkun konnessa magħhom minħabba interessi ta' parteċipazzjoni.

5. Investimenti miżmuma bħala assi fissi.

6. Self ieħor.

D.   Assi kurrenti

I.   Stokkijiet

1. Materja prima u oġġetti ta' konsum.

2. Xogħol fl-idejn.

3. Oġġetti lesti u oġġetti għal rivendita.

4. Pagamenti akkont.

II.   Debituri

(L-ammonti li jkunu dovuti u pagabbli wara aktar minn sena għandhom jintwerew separatament għal kull entrata.)

1. Debituri kummerċjali.

2. Ammonti dovuti minn impriżi affiljati.

3. Ammonti dovuti minn impriżi konnessi mal-kumpannija permezz ta' interessi ta' parteċipazzjoni.

4. Debituri oħrajn.

5. Kapital sottoskritt imsejjaħ iżda mhux imħallas (kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li kapital imsejjaħ għandu jidher bħala assi taħt A).

6. Prepagamenti u dħul akkumulat (kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li dawk l-entrati għandhom jidhru bħala assi taħt E).

III.   Investimenti

1. Ishma f’impriżi affiljati.

2. Ishma proprji (b'indikazzjoni tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur tal-parità kontabilistika tagħhom), sa fejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jintwerew fil-karta tal-bilanċ.

3. Investimenti oħra.

IV.   Flus fil-bank u fl-idejn

E.   Prepagamenti u introjtu akkumulat

(Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew taħt D (II) (6)).

F.   Kredituri: ammonti li jkunu dovuti u pagabbli fi żmien sena

1. Self obbligazzjonarju, li juri self konvertibbli separatament.

2. Ammonti dovuti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu.

3. Pagamenti riċevuti akkont ta’ ordnijiet, fejn ma jintwerewx separatament bħala tnaqqisi minn stokkijiet.

4. Kredituri kummerċjali.

5. Kambjali pagabbli.

6. Ammonti dovuti lil impriżi affiljati.

7. Ammonti dovuti lil impriżi li l-kumpannija għandha konnessjoni magħhom minħabba ta' interessi ta' parteċipazzjoni.

8. Kredituri oħra inklużi l-awtoritajiet fiskali u s-sigurtà soċjali.

9. Akkumulazzjonijiet u introjtu differit (sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew taħt K).

G.   Assi/passivi netti kurrenti

(B'kont meħud tal-prepagamenti u l-introjtu akkumulat meta jintwerew taħt E u akkumulazzjonijiet u introjtu differit meta jintwerew taħt K).

H.   L-assi totali nieqes passivi kurrenti

I.   Kredituri: ammonti li jkunu dovuti u pagabbli wara aktar minn sena

1. Self obbligazzjonarju, li juri self konvertibbli separatament.

2. Ammonti dovuti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu.

3. Pagamenti riċevuti akkont ta’ ordnijiet fejn ma jintwerewx separatament bħala tnaqqisi minn stokkijiet.

4. Kredituri kummerċjali.

5. Kambjali pagabbli.

6. Ammonti dovuti lil impriżi affiljati.

7. Ammonti dovuti lil impriżi li l-kumpannija għandha konnessjoni magħhom minħabba ta' interessi ta' parteċipazzjoni.

8. Kredituri oħra inklużi l-awtoritajiet fiskali u s-sigurtà soċjali.

9. Akkumulazzjonijiet u introjtu differit (sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew taħt K)

J.   Provvedimenti

1. Provvedimenti għall-pensjonijiet u obbligi simili.

2. Provvedimenti għat-tassazzjoni.

3. Provvedimenti oħra.

K.   Akkumulazzjonijiet u introjtu differit

(Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew taħt F (9) jew I (9) jew it-tnejn).

L.   'Kapital u riżervi

I.   Kapital sottoskritt

(Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprrevedix li l-kapital imsejjaħ għandu jintwera taħt din l-entrata, fejn f'dak il-każ l-ammonti tal-kapital sottoskritt u mħallas għandhom jintwerew separatement).

II.   Kont tal-primjum fuq l-ishma

III.   Riżerva għar-rivalutazzjoni

IV.   Riżervi

1. Riżerva legali, sa fejn il-liġi nazzjonali tirrkjedi tali riżerva.

2. Riserva għall-azzjonijiet proprji, sa fejn il-liġi nazzjonali tirrikjedi tali riżerva, bla ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2012/30/UE.

3. Riżervi previsti mill-artikoli ta' assoċjazzjoni.

4. Riżervi oħra, inkluż ir-riserva ta’ valur ġust.

V.   Qligħ jew telf riportati

VI.   Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja




ANNESS V

FORMAT TAL-KONT TAL-QLIGĦ U T-TELF SKONT IN-NATURA TAL-ISPIŻA, PREVIST FL-ARTIKOLU 13

1. Fatturat nett.

2. Varjazzjoni fl-istokkijiet ta’ oġġetti lesti u ta’ xogħol fl-idejn.

3. Xogħol li sar mill-impriża għall-iskopijiet proprji u kapitalizzat.

4. Introjtu ieħor mill-operat.

5.

 
(a) 

Materja prima u oġġetti ta' konsum.

(b) 

Spejjeż esterni oħra.

6. Spejjeż għall-persunal:

(a) 

pagi u salarji;

(b) 

spejjeż għas-sigurtà soċjali, b'indikazzjoni separata ta' dawk li għandhom x'jaqsmu ma' pensjonijiet.

7.

 
(a) 

Aġġustamenti ta' valur dwar spejjeż ta' formazzjoni u ta' assi fissi tanġibbli u mhux tanġibbli.

(b) 

Aġġustamenti ta' valur dwar attiv kurrenti, sa fejn huma iżjed mill-ammont ta' aġġustamenti ta' valur li huma normali fl-impriża konċernata.

8. Spejjeż oħra tal-operat.

9. Introjtu minn interessi ta' parteċipazzjoni, b’indikazzjoni separata ta’ dak derivat minn impriżi affiljati.

10. Introjtu minn investimenti oħra u self li jiffurmaw parti mill-assi fissi, b'indikazzjoni separata ta' dak derivat minn impriżi affiljati.

11. Imgħax ieħor riċevibbli u introjtu simili, b’indikazzjoni separata ta’ dak derivat minn impriżi affiljati.

12. Aġġustamenti fil-valur fir-rigward ta’ assi finanzjarji u ta’ investimenti miżmuma bħala assi kurrenti.

13. Imgħax pagabbli u spejjeż simili, b’indikazzjoni separata tal-ammonti pagabbli lil impriżi affiljati.

14. Taxxa fuq il-qligħ jew it-telf.

15. Qligħ jew telf wara t-tassazzjoni.

16. Taxxi oħra li ma jidhrux taħt l-entrati 1 sa 15.

17. Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja.




ANNESS VI

FORMAT TAL-KONT TAL-QLIGĦ U T-TELF SKONT IL-FUNZJONI TAL-ISPIŻA, PREVIST FL-ARTIKOLU 13

1. Fatturat nett.

2. Spiża tal-bejgħ (inklużi l-aġġustamenti fil-valur).

3. Qligħ jew telf gross.

4. Spejjeż ta' distribuzzjoni (inklużi l-aġġustamenti fil-valur).

5. Spejjeż amministrattivi (inklużi l-aġġustamenti fil-valur).

6. Introjtu ieħor mill-operat.

7. Introjtu minn interessi ta' parteċipazzjoni, b’indikazzjoni separata ta’ dak derivat minn impriżi affiljati.

8. Introjtu minn investimenti oħra u self li jiffurmaw parti mill-assi fissi, b'indikazzjoni separata ta' dak derivat minn impriżi affiljati.

9. Imgħax ieħor riċevibbli u introjtu simili b'indikazzjoni separata ta' dak derivat minn impriżi affiljati.

10. Aġġustamenti fil-valur fir-rigward ta’ assi finanzjarji u ta’ investimenti miżmuma bħala assi kurrenti.

11. Imgħax pagabbli u spejjeż simili, b’indikazzjoni separata tal-ammonti pagabbli lil impriżi affiljati.

12. Taxxa fuq il-qligħ jew it-telf.

13. Qligħ jew telf wara t-tassazzjoni.

14. Taxxi oħra li ma jidhrux taħt l-entrati 1 sa 13.

15. Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja.




ANNESS VII



Tabella ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 78/660/KEE

Direttiva 83/349/KEE

Direttiva preżenti

Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 1(1), punt (a)

Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sas-sebgħa u għoxrin inċiż

Anness I

Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 1(1), punt (b)

Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu, punti (a) sa (aa)

Anness II

Artikolu 1(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 2(4)

Artikolu 4(3)

Artikolu 2(5)

Artikolu 4(4)

Artikolu 2(6)

Artikolu 4(5)

Artikolu 3

Artikolu 9(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 9(3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 9(5)

Artikolu 4(5)

Artikolu 4(6)

Artikolu 6(1), punt (h) u

Artikolu 6(3)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 2, punt (14)

Artikolu 5(3)

Artikolu 2, punt (15)

Artikolu 6

Artikolu 9(6)

Artikolu 7

Artikolu 6(1), punt (g)

Artikolu 8

Artikolu 10

Artikolu 9(A)

Anness III (A)

Artikolu 9(B)

Anness III (B)

Artikolu 9(C)

Anness III (C)

Artikolu 9(D)

Anness III (D)

Artikolu 9(E)

Anness III (E)

Artikolu 9(F)

Passivi

Artikolu 9(A)

Kapital, riżervi u passivi

Anness III (A)

Artikolu 9(B)

Anness III (B)

Artikolu 9(C)

Anness III (C)

Artikolu 9(D)

Anness III (D)

Artikolu 9(E)

Artikolu 10

Anness IV

Artikolu 10a

Artikolu 11

Artikolu 11 l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(2) u Artikolu 14(1)

Artikolu 11 it-tieni subparagrafu

Artikolu 11 it-tielet subparagrafu

Artikolu 3(9), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(1)

Artikolu 3(10)

Artikolu 12(2)

Artikolu 3(9), it-tieni subparagrafu

Artikolu 12(3)

Artikolu 3(11)

Artikolu 13(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 12(2)

Artikolu 14

Artikolu 16(1), punt (d)

Artikolu 15(1)

Artikolu 12(3)

Artikolu 15(2)

Artikolu 2, punt (4)

Artikolu 15(3), punt (a)

Artikolu 17(1), punt (a)

Artikolu 15(3), punt (b)

Artikolu 15(3), punt (c)

Artikolu 17(1), punt (a)(i)

Artikolu 15(4)

Artikolu 16

Artikolu 12(4)

Artikolu 17

Artikolu 2, punt (2)

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 2, punt (8)

Artikolu 20(1)

Artikolu 12(12), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 20(2)

Artikolu 12(12), it-tieni subparagrafu

Artikolu 20(3)

Artikolu 12(12), it-tielet subparagrafu

Artikolu 21

Artikolu 22, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 13(1)

Artikolu 22, it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(2)

Artikolu 23,punti 1 sa 5

Anness V, punti 1 sa 15

Artikolu 23, punti 16 sa 19

Artikolu 23, punti 20 u 21

Anness V, punti 16 u17

Artikolu 24

Artikolu 25, punti 1 sa 13

Anness VI, punti 1 sa 13

Artikolu 25, punti 14 sa 17

Artikolu 25, punti 18 u 19

Anness VI, punti 14 u15

Artikolu 26

Artikolu 27, l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorja

Artikolu 3(3)

Artikolu 27, l-ewwel subparagrafu, punti (a) u (c)

Artikolu 14(2), punti (a) u (b)

Artikolu 27, l-ewwel subparagrafu, punti (b) u (d)

Artikolu 27, it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(9) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 28

Artikolu 2, punt (5)

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 31(1)

Artikolu 6(1), kliem introduttorju u punti (a) sa (f)

Artikolu 31(1a)

Artikolu 6(5)

Artikolu 31(2)

Artikolu 4(4)

Artikolu 32

Artikolu 6(1), punt (i)

Artikolu 33(1), kliem introduttorju

Artikolu 7(1)

Artikolu 33(1), punti (a) u (b) u it-tieni u t-tielet subparagrafi

Artikolu 33(1), punt (c)

Artikolu 7(1)

Artikolu 33(2), punt (a), l-ewwel subparagrafu u Artikolu 33(2), punti (b), (c) u (d)

Artikolu 7(2)

Artikolu 33(2), punt (a), it-tieni subparagrafu

Artikolu 16(1), punt (b)

Artikolu 33(3)

Artikolu 7(3)

Artikolu 33(4)

Artikolu 16(1), punt (b)(ii)

Artikolu 33(5)

Artikolu 34

Artikolu 12(11), ir-raba subparagrafu

Artikolu 35(1), punt (a)

Artikolu 6(1), punt (i)

Artikolu 35(1), punt (b)

Artikolu 12(5)

Artikolu 35(1), punt (c)

Artikolu 12(6)

Artikolu 35(1), punt (d)

Artikolu 17(1), punt (b)

Artikolu 35(2)

Artikolu 2, punt (6)

Artikolu 35(3)

Artikolu 2, punt (7)

Artikolu 35(4)

Artikolu 12(8) u Artikolu 17(1), punt (a)(vi)

Artikolu 36

Artikolu 37(1)

Artikolu 12(11) l-ewwel, it-tielet u l-ħames subparagrafi

Artikolu 37(2)

Artikolu 12(11), l-ewwel u it-tieni subparagrafi

Artikolu 38

Artikolu 39(1), punt (a)

Artikolu 6(1), punt (i)

Artikolu 39(1), punt (b)

Artikolu 12(7), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 39(1), punt (c)

Artikolu 39(1), punt (d)

Artikolu 12(7), it-tieni subparagrafu

Artikolu 39(1), punt (e)

Artikolu 17(1), punt (b)

Artikolu 39(2)

Artikolu 2, punt (6)

Artikolu 40(1)

Artikolu 12(9)

Artikolu 40(2)

Artikolu 41

Artikolu 12(10)

Artikolu 42, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(12), it-tielet subparagrafu

Artikolu 42, it-tieni subparagrafu

Artikolu 42a(1)

Artikolu 8(1), punt (a)

Artikolu 42a(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 42a(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 42a(4)

Artikolu 8(4)

Artikolu 42a(5)

Artikolu 8(5)

Artikolu 42a(5a)

Artikolu 8(6)

Artikolu 42b

Artikolu 8(7)

Artikolu 42c

Artikolu 8(8)

Artikolu 42d

Artikolu 16(1), punt (c)

Artikolu 42e

Artikolu 8(1), punt (b)

Artikolu 42f

Artikolu 8(9)

Artikolu 43(1), kliem introduttorju

Artikolu 16(1), kliem introduttorju

Artikolu 43(1), punt (1)

Artikolu 16(1), punt (a)

Artikolu 43(1), punt (2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17(1), punt (g), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 43(1), punt (2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 17(1), punt (k)

Artikolu 43(1), punt (3)

Artikolu 17(1), punt (h)

Artikolu 43(1), punt (4)

Artikolu 17(1), punt (i)

Artikolu 43(1), punt (5)

Artikolu 17(1), punt (j)

Artikolu 43(1), punt (6)

Artikolu 16(1), punt (g)

Artikolu 43(1), punt (7)

Artikolu 16(1), punt (d)

Artikolu 43(1), punt (7a)

Artikolu 17(1), punt (p)

Artikolu 43(1), punt (7b)

Artikolu 2, punt (3) u Artikolu 17(1), punt (r)

Artikolu 43(1), punt (8)

Artikolu 18(1), punt (a)

Artikolu 43(1), punt (9)

Artikolu 17(1), punt (e)

Artikolu 43(1), punt (10)

Artikolu 43(1), punt (11)

Artikolu 17(1), punt (f)

Artikolu 43(1), punt (12)

Artikolu 17(1), punt (d), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 43(1), punt (13)

Artikolu 16(1), punt (e)

Artikolu 43(1), punt (14)(a)

Artikolu 17(1), punt (c)(i)

Artikolu 43(1), punt (14)(b)

Artikolu 17(1), punt (c)(ii)

Artikolu 43(1), punt (15)

Artikolu 18(1), punt (b) u

Artikolu 18(3)

Artikolu 43(2)

Artikolu 43(3)

Artikolu 17(1), punt (d), it-tieni subparagrafu

Artikolu 44

Artikolu 45(1)

Artikolu 17(1), punt (g), it-tieni subparagrafu

Artikolu 28(3)

Artikolu 45(2)

Artikolu 18(2)

Artikolu 46

Artikolu 19

Artikolu 46a

Artikolu 20

Artikolu 47(1) u (1a)

Artikolu 30(1) u (2)

Artikolu 47(2)

Artikolu 31(1)

Artikolu 47(3)

Artikolu 31(2)

Artikolu 48

Artikolu 32(1)

Artikolu 49

Artikolu 32(2)

Artikolu 50

Artikolu 17(1), punt (o)

Artikolu 50a

Artikolu 50b

Artikolu 33(1), punt (a)

Artikolu 50c

Artikolu 33(2)

Artikolu 51(1)

Artikolu 34(1)

Artikolu 51(2)

Artikolu 51(3)

Artikolu 51a

Artikolu 35

Artikolu 52

Artikolu 53(2)

Artikolu 3(13)

Artikolu 53a

Artikolu 40

Artikolu 55

Artikolu 56(1)

Artikolu 56(2)

Artikolu 17(1), punti (l), (m) u (n)

Artikolu 57

Artikolu 37

Artikolu 57a

Artikolu 38

Artikolu 58

Artikolu 39

Artikolu 59(1)

Artikolu 9(7), punt (a)

Artikolu 59(2) sa (6), punt (a)

Artikolu 9(7), punt (a) u Artikolu 27

Artikolu 59(6), punti (b) u (c)

Artikolu 9(7), punti (b) u (c)

Artikolu 59(7) u (8)

Artikolu 9(7), punt (a) u Artikolu 27

Artikolu 59(9)

Artikolu 27(9)

Artikolu 60

Artikolu 60a

Artikolu 51

Artikolu 61

Artikolu 17(2)

Artikolu 61a

Artikolu 62

Artikolu 55

Artikolu 1(1)

Artikolu 22(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 22(2)

Artikolu 2(1), (2) u (3)

Artikolu 22(3), (4) u(5)

Artikolu 3(1)

Artikolu 22(6)

Artikolu 3(2)

Artikolu 2, punt (10)

Artikolu 4(1)

Artikolu 21

Artikolu 4(2)

Artikolu 5

Artikolu 6(1)

Artikolu 23(2)

Artikolu 6(2)

Artikolu 3(8)

Artikolu 6(3)

Artikolu 3(9), it-tieni subparagrafu, Artikolu 3(10) u (11)

Artikolu 6(4)

Artikolu 23(2)

Artikolu 7(1)

Artikolu 23(3)

Artikolu 7(2)

Artikolu 23(4)

Artikolu 7(3)

Artikolu 23(3), kliem tal-bidu

Artikolu 8

Artikolu 23(5)

Artikolu 9(1)

Artikolu 23(6)

Artikolu 9(2)

Artikolu 10

Artikolu 23(7)

Artikolu 11

Artikolu 23(8)

Artikolu 12(1)

Artikolu 22(7)

Artikolu 12(2)

Artikolu 22(8)

Artikolu 12(3)

Artikolu 22(9)

Artikolu 13(1) u (2)

Artikolu 2, punt (16) u Artikolu 6(1), punt (j)

Artikolu 13(2a)

Artikolu 23(10)

Artikolu 13(3)

Artikolu 23(9)

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 4

Artikolu 17(1)

Artikolu 24(1)

Artikolu 17(2)

Artikolu 18

Artikolu 24(2)

Artikolu 19

Artikolu 24(3), punti (a) sa (e)

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 24(4)

Artikolu 22

Artikolu 24(5)

Artikolu 23

Artikolu 24(6)

Artikolu 24

Artikolu 25(1)

Artikolu 6(1), punt (b)

Artikolu 25(2)

Artikolu 4(4)

Artikolu 26(1)

Artikolu 24(7)

Artikolu 26(2)

Artikolu 26(3)

Artikolu 6(1), punt (j)

Artikolu 27

Artikolu 24(8)

Artikolu 28

Artikolu 24(9)

Artikolu 29(1)

Artikolu 24(10)

Artikolu 29(2)

Artikolu 24(11)

Artikolu 29(3)

Artikolu 24(12)

Artikolu 29(4)

Artikolu 24(13)

Artikolu 29(5)

Artikolu 24(14)

Artikolu 30(1)

Artikolu 24(3), punt (c)

Artikolu 30(2)

Artikolu 31

Artikolu 24(3), punt (f)

Artikolu 32(1) u (2)

Artikolu 26

Artikolu 32(3)

Artikolu 33

Artikolu 27

Artikolu 34, kliem tal-bidu u Artikolu 34(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 16(1), punt (a) u

Artikolu 28(1)

Artikolu 34(1), it-tieni sentenza

Artikolu 34(2)

Artikolu 28(2), punt (a)

Artikolu 34(3), punt (a)

Artikolu 28(2), punt (b)

Artikolu 34(3), punt (b)

Artikolu 34(4)

Artikolu 28(2), punt (c)

Artikolu 34(5)

Artikolu 28(2), punt (d)

Artikolu 34(6)

Artikolu 16(1), punt (g) u

Artikolu 28(1)

Artikolu 34(7)

Artikolu 16(1), punt (d) u

Artikolu 28(1)

Artikolu 34(7a)

Artikolu 17(1), punt (p)

Artikolu 34(7b)

Artikolu 17(1), punt (r)

Artikolu 34(8)

Artikolu 18(1), punt (a)

Artikolu 34(9), punt (a)

Artikolu 17(1), punt (e)

Artikolu 34(9), punt (b)

Artikolu 28(1), punt (b)

Artikolu 34(10)

Artikolu 34(11)

Artikolu 17(1), punt (f) u

Artikolu 28(1)

Artikolu 34(12) u (13)

Artikolu 28(1), punt (c)

Artikolu 34(14)

Artikolu 16(1), punt (c) u

Artikolu 28(1)

Artikolu 17(1), punt (c)

Artikolu 17(1), punt (c) u

Artikolu 28(1)

Artikolu 34(16)

Artikolu 18(1), punt (b) u Artikolu 28(1)

Artikolu 35(1)

Artikolu 28(3)

Artikolu 35(2)

Artikolu 36(1)

Artikolu 19(1) u

Artikolu 29(1)

Artikolu 36(2), punt (a)

Artikolu 36(2), punti (b) u (c)

Artikolu 19(2), punti (b) u (c)

Artikolu 36(2), punt (d)

Artikolu 29(2), punt (a)

Artikolu 36(2), punt (e)

Artikolu 19(2), punt (e) u

Artikolu 29(1)

Artikolu 36(2), punt (f)

Artikolu 29(2), punt (b)

Artikolu 36(3)

Artikolu 29(3)

Artikolus 36a

Artikolu 33(1), punt (b)

Artikolus 36b

Artikolu 33(2)

Artikolu 37(1)

Artikolu 34(1) u (2)

Artikolu 37(2)

Artikolu 35

Artikolu 37(4)

Artikolu 35

Artikolu 38(1)

Artikolu 30(1), l-ewwel subparagrafu u

Artikolu 30(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 38(2)

Artikolu 30(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 38(3)

Artikolu 38(4)

Artikolu 30(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 38(5) u (6)

Artikolu 38(7)

Artikolu 40

Artikolu 38a

Artikolu 39

Artikolu 40

Artikolu 41(1)

Artikolu 2, punt (12)

Artikolu 41(1a)

Artikolu 2, punt (3)

Artikolu 41(2) sa (5)

Artikolu 42

Artikolu 43

Artikolu 44

Artikolu 45

Artikolu 46

Artikolu 47

Artikolu 48

Artikolu 51

Artikolu 49

Artikolu 50

Artikolu 50a

Artikolu 51

Artikolu 55



( 1 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta intrapriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

( 3 ) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).

( 5 ) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

( 6 ) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

( 7 ) ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7.

( 8 ) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

( 9 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7).

( 10 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).

( 11 ) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

( 12 ) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

( 13 ) Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà korporattiva (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 15).

( 14 ) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

( 15 ) Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’ suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).

( 16 ) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

( 17 ) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.

( 18 ) ĠU L 340, 22.12.2007, p. 66.

( 19 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1816 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispjegazzjoni fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza huma riflessi f’kull parametru referenzjarju pprovdut u ppubblikat (ĠU L 406, 3.12.2020, p. 1).

( 20 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1817 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut minimu tal-ispjegazzjoni dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza huma riflessi fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju (ĠU L 406, 3.12.2020, p. 12).

( 21 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards minimi għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi (ĠU L 406, 3.12.2020, p. 17).

( 22 ) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE tad-9 ta’ April 2013 dwar l-użu ta’ metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet (ĠU L 124, 4.5.2013, p. 1).

( 23 ) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

( 24 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).

( 25 ) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).

( 26 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/815 tas-17 ta’ Diċembru 2018 li jissupplimenta d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni tal-format elettroniku uniku għar-rapportar (ĠU L 143, 29.5.2019, p. 1).

( 27 ) Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).

( 28 ) Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).

( 29 ) ĠU L 182 , 29.6.2013, p. 19.”

( 30 ) ĠU L 81, 21.3.2012, p. 3.

( 31 ) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

( 32 ) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

( 33 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).

( 34 ) Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).

( 35 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.