02013D1313 — MT — 01.01.2021 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI Nru 1313/2013/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Diċembru 2013

dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 347 20.12.2013, p. 924)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT (UE) 2018/1475 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-2 ta' Ottubru 2018

  L 250

1

4.10.2018

►M2

DEĊIŻJONI (UE) 2019/420 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Marzu 2019

  L 77I

1

20.3.2019

►M3

REGOLAMENT (UE) 2021/836 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Mejju 2021

  L 185

1

26.5.2021




▼B

DEĊIŻJONI Nru 1313/2013/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Diċembru 2013

dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

OBJETTIVI ĠENERALI U SPEĊIFIĊI, SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Objettiv ġenerali u suġġett

1.  
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (il-"Mekkaniżmu tal-Unjoni") għandu jimmira li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u li jiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili sabiex itejjeb l-effikaċja tas-sistemi għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem.

▼M3

2.  
Il-protezzjoni li għandha tiġi żgurata taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandha primarjament tkopri l-persuni, imma wkoll l-ambjent u l-proprjetà, inkluż il-wirt kulturali, kontra kull tip ta’ diżastru naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, inklużi l-konsegwenzi ta’ atti terroristiċi u ta’ diżastri teknoloġiċi, radjoloġiċi jew ambjentali, tniġġis tal-baħar, instabbiltà idroġeoloġika u emerġenzi akuti tas-saħħa, li jseħħu ġewwa jew barra l-Unjoni. Fil-każ tal-konsegwenzi ta’ atti terroristiċi jew diżastri radjoloġiċi, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jista’ jkopri biss l-azzjonijiet ta’ tħejjija u ta’ rispons.
3.  
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri permezz ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni prattiċi, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri li jħarsu l-persuni, l-ambjent u l-proprjetà, inkluż il-wirt kulturali, fit-territorju tagħhom kontra diżastri u li jipprovdu kapaċitajiet suffiċjenti lis-sistemi tagħhom ta’ ġestjoni tad-diżastri biex jippermettulhom jipprevjenu, u jlaħħqu b’mod adegwat u konsistenti ma’ diżastri ta’ natura u skala li jistgħu raġonevolment jistennew u jħejju għalihom.

▼B

4.  
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' assistenza finanzjarja taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.
5.  
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni ma għandu jaffettwa bl-ebda mod l-obbligi taħt l-atti legali rilevanti eżistenti tal-Unjoni, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika jew taħt ftehimiet internazzjonali eżistenti.
6.  
Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-azzjonijiet imwettqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1257/96, ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002, ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006, id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) jew leġislazzjoni tal-Unjoni li tikkonċerna programmi ta' azzjoni fl-oqsma tas-saħħa, tal-affarijiet interni u tal-ġustizzja.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili. Tali kooperazzjoni għandha tinkludi:

(a) 

azzjonijiet ta' prevenzjoni u tħejjija fl-Unjoni u, sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 5(2) u 13(3) u 28, anke barra l-Unjoni; u

(b) 

azzjonijiet ta' għajnuna għar-reazzjoni għal konsegwenzi avversi immedjati ta' diżastru ġewwa jew barra l-Unjoni, inklużi fil-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 28(1), wara talba għall-għajnuna permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

2.  
Din id-Deċiżjoni għandha tikkunsidra l-ħtiġijiet speċjali tar-reġjuni jew l-gżejjer iżolati, l-aktar periferiċi u oħrajn tal-Unjoni f'termini ta' prevenzjoni tad-diżastri, u tħejjija u reazzjoni għalihom kif ukoll il-ħtiġijiet speċjali ta' pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej f'termini ta' reazzjoni għad-diżastri.

Artikolu 3

Objettivi speċifiċi

1.  

Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jappoġġa, jikkomplementa u jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-azzjoni tal-Istati Membri fl-insegwiment tal-objettivi speċifiċi komuni li ġejjin:

(a) 

li jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni kontra d-diżastri bil-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-effetti potenzjali tagħhom, billi titħaddan kultura ta' prevenzjoni u billi tittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-protezzjoni ċivili u servizzi rilevanti oħrajn;

(b) 

li titjieb it-tħejjija fil-livell tal-Istati Membri u tal-Unjoni għal reazzjoni ta' diżastru;

▼M3

(c) 

li jiġi ffaċilitat rispons rapidu u effiċjenti f’każ ta’ diżastri jew diżastri imminenti, inkluż billi jittieħdu miżuri biex jittaffew il-konsegwenzi immedjati tad-diżastri u billi l-Istati Membri jiġu mħeġġa jaħdmu biex jeliminaw l-ostakoli burokratiċi;

▼B

(d) 

li tiżdied is-sensibilizzazzjoni u t-tħejjija tal-pubbliku għad-diżastri;

▼M2

(e) 

li jiżdiedu d-disponibbiltà u l-użu tal-għarfien xjentifiku dwar id-diżastri; u

(f) 

li jiżdiedu l-attivitajiet ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni fil-livell transkonfinali u fost l-Istati Membri suxxettibbli għall-istess tipi ta' diżastri.

▼B

2.  

Għandhom jintużaw indikaturi għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-reviżjoni kif xieraq tal-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Dawk l-indikaturi għandhom ikunu:

▼M2

(a) 

il-progress fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-prevenzjoni ta' diżastri: li jitkejjel mill-għadd ta' Stati Membri li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 6(1);

▼M3

(b) 

progress fit-titjib tal-livell ta’ tħejjija għal diżastri: li jitkejjel permezz tal-kwantità ta’ kapaċitajiet ta’ reazzjoni inklużi fir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili fir-rigward tal-għanijiet tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 11, l-għadd ta’ moduli li jiġu rreġistrati fis-Sistema Komuni ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni ta’ Emerġenza (CECIS) u l-għadd ta’ kapaċitajiet tar-rescEU li jiġu stabbiliti biex tingħata assistenza f’sitwazzjonijiet gravi;

▼B

(c) 

il-progress fit-titjib tar-reazzjoni għad-diżastri: imkejla bil-ħeffa ta' interventi skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u l-livell sa fejn l-għajnuna tikkontribwixxi għall-ħtiġijiet fuq il-post; u

(d) 

il-progress fiż-żieda tas-sensibilizzazzjoni pubblika u tal-istat ta' tħejjija għal diżastri mkejla bil-livell ta' sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar ir-riskji fir-reġjun tagħhom.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. 

'diżastru' tfisser kwalunkwe sitwazzjoni li jkollha jew li jista' jkollha impatt sever fuq il-persuni, l-ambjent, jew il-proprjetà, inkluż il-wirt kulturali;

2. 

'reazzjoni' tfisser kwalunkwe azzjoni meħuda fuq talba għal għajnuna taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni fl-eventwalità ta' diżastru imminenti, jew waqt jew wara diżastru, biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi avversi immedjati tiegħu;

3. 

'tħejjija' tfisser stat ta’ prontezza u kapaċità bħala riżultat tal-azzjoni meħuda minn qabel ta’ mezzi, strutturi, komunitajiet u organizzazzjonijiet umani u materjali li jippermettilhom jiżguraw reazzjoni rapida u effettiva għal diżastru, miksub b'riżultat tal-azzjoni meħuda minn qabel;

4. 

'prevenzjoni' tfisser kwalunkwe azzjoni mmirata biex tnaqqas ir-riskji jew ittaffi l-konsegwenzi avversi ta' diżastru għall-persuni, l-ambjent u l-proprjetà, inkluż il-wirt kulturali;

▼M3

4a. 

'għanijiet tal-Unjoni ta’ reżiljenza għad-diżastri' tfisser objettivi mhux vinkolanti stabbiliti fil-qasam tal-protezzjoni ċivili biex jappoġġjaw azzjonijiet ta’ prevenzjoni u tħejjija għall-finijiet tat-titjib tal-kapaċità tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha biex jaffrontaw l-effetti ta’ diżastru li jikkawża jew jista’ jikkawża effetti transkonfinali f’bosta pajjiżi;

▼B

5. 

'twissija bikrija' tfisser l-għoti fil-ħin u effikaċi ta’ informazzjoni li tippermetti li tittieħed azzjoni biex tevita jew tnaqqas ir-riskji u l-impatti avversi ta' diżastru u biex tiffaċilita stat ta' tħejjija għal reazzjoni effettiva;

6. 

'modulu' tfisser arranġament awtosuffiċjenti u awtonomu ibbażat fuq kompiti u ħtiġijiet u definit minn qabel tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri jew tim mobbli operazzjonali tal-Istati Membri, li jirrappreżenta taħlita ta’ mezzi umani u materjali, li jista' jkun deskritt f'termini tal-kapaċità tiegħu għal intervent jew tal- kompitu/i li huwa kapaċi jwettaq;

7. 

'valutazzjoni tar-riskju' tfisser il-proċess transsettorjali globali ta' identifikazzjoni tar-riskji, analiżi tar-riskji, u evalwazzjoni tar-riskji li jsir fuq livell nazzjonali jew livell subnazzjonali adatt;

8. 

'kapaċità ta' ġestjoni tar-riskju' tfisser il-kapaċità ta' Stat Membru jew ir-reġjuni tiegħu li jnaqqsu jew itaffu r-riskji, (impatti u probabbiltà ta' diżastru), identifikati fil-valutazzjonijiet tiegħu tar-riskju għal livelli li huma aċċettabbli f'dak l-Istat Membru. Il-kapaċità ta' ġestjoni tar-riskju tiġi vvalutata f'termini tal-kapaċità teknika, finanzjarja u amministrattiva biex twettaq:

(a) 

valutazzjonijiet tar-riskju adegwati;

(b) 

ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju għal prevenzjoni u stat ta' tħejjija adegwat; u

(c) 

miżuri ta' prevenzjoni tar-riskji u stat ta' tħejjija adegwati;

9. 

'appoġġ tal-istat ospitanti' tfisser kwalunkwe azzjoni meħuda fil-fażijiet ta' tħejjija u reazzjoni mill-pajjiż li jirċievi jew jibgħat għajnuna, jew mill-Kummissjoni, biex jitneħħew ostakoli prevedibbli għal għajnuna internazzjonali offruta permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Dan jinkludi appoġġ mill-Istati Membri biex jiġi ffaċilitat it-tranżitu ta' din l-għajnuna mit-territorju tagħhom;

10. 

'kapaċità ta' reazzjoni' tfisser għajnuna li tista' tiġi pprovduta permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni fuq talba;

11. 

'appoġġ loġistiku' tfisser it-tagħmir jew servizzi essenzjali meħtieġa sabiex it-timijiet ta' esperti msemmija fl-Artikolu 17(1) iwettqu l-kompiti tagħhom, fosthom il-komunikazzjoni, l-akkomodazzjoni temporanja, l-ikel u t-trasport fil-pajjiż;

▼M2

12. 

'stat Parteċipanti' tfisser pajjiż terz li jipparteċipa fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 28(1).

▼B



KAPITOLU II

PREVENZJONI

Artikolu 5

Azzjonijiet preventivi

1.  

Sabiex jiġu sodisfatti l-objettivi ta' prevenzjoni u jitwettqu l-azzjonijiet ta' prevenzjoni, il-Kummissjoni għandha:

▼M2

(a) 

tieħu azzjoni biex ittejjeb il-bażi ta' għarfien dwar riskji ta' diżastri, u biex tiffaċilita u tippromwovi aħjar il-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni ta' għarfien, ir-riżultati tar-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni, l-aħjar prattiki u l-informazzjoni, inkluż fost l-Istati Membri li jikkondividu riskji komuni;

▼B

(b) 

tappoġġa u tippromwovi l-attività ta' valutazzjoni tar-riskju u tfassil ta' mapep mill-Istati Membri permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, u l-faċilitazzjoni tal-aċċess għal għarfien speċifiku u kompetenza esperta dwar kwistjonijiet ta' interess komuni;

▼M3

(c) 

tistabbilixxi u taġġorna regolarment mappa u ħarsa ġenerali transsettorjali tar-riskji ta’ diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem, inklużi riskji ta’ diżastri li jikkawżaw jew jistgħu jikkawżaw effetti multinazzjonali transkonfinali, li tista’ tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni, billi tieħu approċċ koerenti fl-oqsma ta’ politika differenti li jistgħu jindirizzaw jew jolqtu l-prevenzjoni tad-diżastri u billi tqis kif xieraq l-impatti possibbli tat-tibdil fil-klima;

▼B

(d) 

tinkoraġġixxi skambju tal-aħjar prattiki dwar it-tħejjija ta' sistemi nazzjonali tal-protezzjoni ċivili biex ilaħħqu mal-impatt tat-tibdil fil-klima;

(e) 

tippromwovi u tappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-attività ta' ġestjoni tar-riskju mill-Istati Membri permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, u l-faċilitazzjoni tal-aċċess għal konoxxenza u kompetenza esperta speċifiċi dwar kwistjonijiet ta' interess komuni;

▼M2

(f) 

tiġbor u xxerred l-informazzjoni li ssir disponibbli mill-Istati Membri; torganizza skambju ta' esperjenzi dwar il-valutazzjoni tal-kapaċità ta' ġestjoni tar-riskju; u tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fl-ippjanar tal-prevenzjoni u tal-istat ta' tħejjija, inkluż permezz ta' evalwazzjonijiet volontarji bejn il-pari;

▼M3

(g) 

tirrapporta perjodikament, skont l-iskadenzi stabbiliti fil-punt (d) tal-Artikolu 6(1), lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 6;

▼B

(h) 

tippromwovi l-użu ta' diversi fondi tal-Unjoni li jistgħu jappoġġaw il-prevenzjoni sostenibbli ta’ diżastri u tinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jisfruttaw dawk l-opportunitajiet ta’ finanzjament;

▼M2

(i) 

tenfasizza l-importanza tal-prevenzjoni tar-riskji, tappoġġa lill-Istati Membri fis-sensibilizzazzjoni, l-informazzjoni u l-edukazzjoni tal-pubbliku, u tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri fl-għoti ta' informazzjoni pubblika dwar sistemi ta' allert, billi tipprovdi gwida dwar tali sistemi, inkluż fuq livell transkonfinali;

▼B

(j) 

tippromwovi miżuri ta' prevenzjoni fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 28, permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, u l-faċilitazzjoni tal-aċċess għal għarfien speċifiku u kompetenza esperta dwar kwistjonijiet ta' interess komuni; u

(k) 

f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tieħu aktar azzjoni preventiva ta' appoġġ u komplementari meħtieġa sabiex jinkiseb l-objettiv speċifikat fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1).

2.  
Fuq it-talba ta' Stat Membru, pajjiż terz jew in-Nazzjonijiet Uniti jew l-aġenziji tagħha, il-Kummissjoni tista' tistazzjona tim ta' esperti fuq il-post biex jipprovdi konsulenza dwar miżuri ta' prevenzjoni.

▼M2

Artikolu 6

Ġestjoni tar-riskju

1.  

Sabiex jippromwovu approċċ effikaċi u koerenti għall-prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija għalihom billi jikkondividu informazzjoni mhux sensittiva, jiġifieri informazzjoni li l-iżvelar tagħha ma jmurx kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri, u sabiex jippromwovu l-iskambju tal-aħjar prattiki fi ħdan il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom:

(a) 

jiżviluppaw aktar il-valutazzjonijiet tar-riskju fil-livell nazzjonali jew il-livell subnazzjonali adatt;

(b) 

jiżviluppaw aktar il-valutazzjoni tal-kapaċità ta' ġestjoni tar-riskju fil-livell nazzjonali jew fil-livell subnazzjonali adatt;

▼M3

(c) 

jiżviluppaw aktar u jirfinaw l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskji tad-diżastri fil-livell nazzjonali jew is-subnazzjonali adatt, inkluż fir-rigward tal-kollaborazzjoni transfruntiera, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet tal-Unjoni ta’ reżiljenza għad-diżastri msemmija fil-paragrafu 5 meta jkunu ġew stabbiliti, u r-riskji relatati ma’ diżastri li jikkawżaw jew jistgħu jikkawżaw effetti transkonfinali f’bosta pajjiżi;

(d) 

iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni sommarju tal-elementi rilevanti tal-valutazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b), b’enfasi fuq ir-riskji ewlenin. Għal riskji ewlenin li għandhom impatti transfruntiera u riskji relatati ma’ diżastri li jikkawżaw jew jistgħu jikkawżaw effetti transkonfinali f’bosta pajjiżi, kif ukoll, fejn xieraq, għal riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt qawwi, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu miżuri prijoritarji ta’ prevenzjoni u tħejjija. Is-sommarju għandu jiġi pprovdut lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020 u darba kull tliet snin wara dik id-data, kif ukoll kull meta jkun hemm bidliet importanti;

(e) 

jipparteċipaw, fuq bażi volontarja, f’evalwazzjonijiet bejn il-pari dwar il-valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskji;

(f) 

f’konformità mal-impenji internazzjonali, itejbu l-ġbir ta’ data dwar it-telf mid-diżastri fil-livell nazzjonali jew fil-livell sottonazzjonali xieraq biex jiġu żgurat l-immudellar ta’ xenarji bbażat fuq l-evidenza kif inhu msemmi fl-Artikolu 10(1) u l-identifikazzjoni ta’ lakuni fil-kapaċitajiet ta’ rispons għad-diżastri.

▼M2

2.  
Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tista' tistabbilixxi wkoll mekkaniżmi ta' konsultazzjoni speċifiċi biex jittejbu l-ippjanar u l-koordinazzjoni adatti tal-prevenzjoni u t-tħejjija fost l-Istati Membri li huma suxxettibbli għal tipi simili ta' diżastri, inkluż għal riskji transkonfinali u riskji bi probabbiltà baxxa b'impatt qawwi identifikati taħt il-punt (d) tal-paragrafu 1.
3.  
Sat-22 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa aktar, flimkien mal-Istati Membri, linji gwida dwar il-preżentazzjoni tas-sommarju imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1.
4.  

Fejn Stat Membru jitlob b'mod frekwenti l-istess tip ta' assistenza permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-istess tip ta' diżastru, il-Kummissjoni, wara analiżi bir-reqqa tar-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi tal-attivazzjoni, u bil-għan li tappoġġa lill-Istat Membru kkonċernat biex isaħħaħ il-livell ta' prevenzjoni u tal-istat ta' tħejjija tiegħu, tista':

(a) 

titlob lil dak l-Istat Membru jipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar miżuri speċifiċi ta' prevenzjoni u tħejjija relatati mar-riskju li jikkorrispondi għal dak it-tip ta' diżastru; u

(b) 

fejn adatt, abbażi tal-informazzjoni pprovduta:

(i) 

tipproponi l-istazzjonar ta' tim ta' esperti fuq il-post biex jipprovdi konsulenza dwar miżuri ta' prevenzjoni u tħejjija; jew

(ii) 

tagħmel rakkomandazzjonijiet biex jissaħħaħ il-livell ta' prevenzjoni u tal-istat ta' tħejjija fl-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni u dak l-Istat Membru għandhom iżommu lil xulxin informati dwar kwalunkwe miżura meħuda b'segwitu għal tali rakkomandazzjonijiet.

F'każ li Stat Membru jitlob l-istess tip ta' assistenza permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-istess tip ta' diżastru tliet darbiet fi żmien tliet snin konsekuttivi, il-punti (a) u (b) għandhom japplikaw sakemm analiżi bir-reqqa tar-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi tal-attivazzjonijiet frekwenti ma turix li din mhijiex meħtieġa.

▼M3

5.  
Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi u tiżviluppa l-għanijiet tal-Unjoni ta’ reżiljenza għad-diżastri fil-qasam tal-protezzjoni ċivili, u tadotta rakkomandazzjonijiet biex tiddefinixxihom bħala linja bażi komuni mhux vinkolanti biex tappoġġja azzjonijiet ta’ prevenzjoni u tħejjija fil-każ ta’ diżastri li jikkawżaw jew huma kapaċi jikkawżaw effetti transkonfinali f’bosta pajjiżi. Dawk l-għanijiet għandhom ikunu bbażati fuq xenarji attwali u li jħarsu lejn il-futur, fosthom l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq ir-riskji ta’ diżastri, data fuq avvenimenti tal-imgħoddi u analiżi tal-impatt transsettorjali, b’attenzjoni partikolari mogħtija lil gruppi vulnerabbli. Meta tiżviluppa l-għanijiet ta’ reżiljenza għad-diżastri tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tqis id-diżastri rikorrenti li jolqtu lill-Istati Membri u tissuġġerixxi li l-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi, inklużi kwalunkwe miżuri li għandhom jiġu implimentati bl-użu ta’ fondi tal-Unjoni, biex isaħħu r-reżiljenza għal tali diżastri.

▼B



KAPITOLU III

STAT TA' TĦEJJIJA

▼M3

Artikolu 7

Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza

1.  
Iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (ERCC) huwa b’dan stabbilit. L-ERCC għandu jiżgura kapaċità operazzjonali għal 24 siegħa kuljum u sebat (7) ijiem fil-ġimgħa, u għandu jservi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-kisba tal-objettivi tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

B’mod partikolari l-ERCC għandu jikkoordina, jimmonitorja u jappoġġja r-rispons għall-emerġenzi fil-livell tal-Unjoni f’ħin reali. L-ERCC għandu jaħdem f’kuntatt mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni ċivili u mal-korpi rilevanti tal-Unjoni biex jippromwovi approċċ trans-settorjali għall-ġestjoni tad-diżastri.

2.  
L-ERCC għandu jkollu aċċess għal kapaċitajiet operazzjonali, analitiċi, ta’ monitoraġġ, ta’ ġestjoni tal-informazzjoni u ta’ komunikazzjoni biex jindirizza firxa wiesgħa ta’ emerġenzi fl-Unjoni u barra minnha.

Artikolu 8

Azzjonijiet ta’ tħejjija ġenerali tal-Kummissjoni

1.  

Il-Kummissjoni għandha twettaq l-azzjonijiet ta’ tħejjija li ġejjin:

(a) 

tiġġestixxi l-ERCC;

(b) 

tiġġestixxi CECIS biex tippermetti l-komunikazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-ERCC u l-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri;

(c) 

taħdem mal-Istati Membri:

(i) 

biex tiżviluppa sistemi ta’ detezzjoni u ta’ twissija bikrija transnazzjonali ta’ interess għall-Unjoni sabiex jittaffew l-effetti immedjati tad-diżastri;

(ii) 

biex tintegra aħjar is-sistemi eżistenti ta’ detezzjoni u ta’ twissija bikrija transnazzjonali bbażati fuq approċċ ta’ perikli multipli, bil-ħsieb li tnaqqas iż-żmien meħtieġ għar-rispons għad-diżastri;

(iii) 

biex iżżomm u tkompli tiżviluppa għarfien tas-sitwazzjoni u l-kapaċità ta’ analiżi;

(iv) 

biex timmonitorja d-diżastri u, fejn rilevanti, l-impatti tat-tibdil fil-klima, u tagħti pariri bbażati fuq l-għarfien xjentifiku tiegħu;

(v) 

biex tittraduċi l-informazzjoni xjentifika f’informazzjoni operazzjonali;

(vi) 

biex toħloq, iżżomm u tiżviluppa sħubiji xjentifiċi Ewropej li jkopru l-perikli naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, li sussegwentement jenħtieġ li jippromwovu l-konnessjoni bejn is-sistemi nazzjonali ta’ twissija bikrija u ta’ twissija u l-konnessjoni ta’ tali sistemi mal-ERCC u s-CECIS;

(vii) 

biex tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali b’mandat ta’ għarfien xjentifiku, teknoloġiji u għarfien espert innovattivi meta l-Istati Membri u tali organizzazzjonijiet jiżviluppaw aktar is-sistemi ta’ twissija bikrija tagħhom, inkluż permezz tan-Network tal-Unjoni ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili msemmija fl-Artikolu 13;

(d) 

tistabbilixxi u tiġġestixxi l-kapaċità biex jiġu mobilizzati u mibgħuta timijiet ta’ esperti li jkunu responsabbli sabiex:

(i) 

jivvalutaw il-ħtiġijiet li jistgħu possibbilment jiġu ttrattati bil-Mekkaniżmu tal-Unjoni fl-Istat Membru jew pajjiż terz li jitlob għal għajnuna,

(ii) 

jiffaċilitaw, fejn jkun meħtieġ, il-koordinazzjoni tal-għajnuna fil-post b’rispons għad-diżastri u jżommu kuntatti mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru jew pajjiż terz li jitlob għal għajnuna, u

(iii) 

jappoġġjaw lill-Istat Membru jew pajjiż terz li jagħmel it-talba b’kompetenza esperta dwar azzjonijiet ta’ prevenzjoni, tħejjija jew reazzjoni;

(e) 

tistabbilixxi u żżomm il-kapaċità li tipprovdi appoġġ loġistiku lit-timijiet ta’ esperti msemmija fil-punt (d);

(f) 

tiżviluppa u żżomm network ta’ esperti mħarrġa tal-Istati Membri, li jistgħu jkunu disponibbli f’qasir żmien biex jgħinu lill-ERCC fil-monitoraġġ tal-informazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-koordinazzjoni;

(g) 

tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-pożizzjonament minn qabel tal-kapaċitajiet ta’ rispons għad-diżastri tal-Istati Membri ġewwa l-Unjoni;

(h) 

tappoġġja l-isforzi għat-titjib tal-interoperabbiltà tal-moduli u kapaċitajiet oħra ta’ rispons, billi tikkunsidra l-aħjar prattiki fil-livell tal-Istati Membri u fil-livell internazzjonali;

(i) 

tieħu, fl-ambitu tal-kompetenzi tagħha, l-azzjonijiet meħtieġa biex tiffaċilita l-appoġġ tal-nazzjon ospitanti, inkluż l-iżvilupp u l-aġġornament, flimkien mal-Istati Membri, ta’ linji gwida dwar l-appoġġ tan-nazzjon ospitanti, abbażi tal-esperjenza operazzjonali;

(j) 

tappoġġja l-ħolqien ta’ programmi ta’ valutazzjoni volontarja bejn il-pari għall-istrateġiji ta’ tħejjija tal-Istati Membri, ibbażati fuq kriterji predefiniti, li jippermettu li jiġu fformulati rakkomandazzjonijiet biex jissaħħaħ il-livell ta’ tħejjija tal-Unjoni;

(k) 

f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tieħu azzjoni addizzjonali meħtieġa ta’ tħejjija komplementari u ta’ appoġġ, sabiex jinkiseb l-objettiv speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1); u

(l) 

tappoġġa lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta’ diżastri li jseħħu fit-territorji tagħhom billi tipprovdi l-possibbiltà li jintużaw sħubiji xjentifiċi Ewropej għal analiżijiet xjentifiċi mmirati. L-analiżijiet li jirriżultaw jistgħu jiġu kondiviżi permezz ta’ CECIS, bi qbil mal-Istati Membri milquta.

2.  
Fuq it-talba ta’ Stat Membru, pajjiż terz jew in-Nazzjonijiet Uniti jew l-aġenziji tagħha, il-Kummissjoni tista’ tistazzjona tim ta’ esperti fil-post biex jipprovdi konsulenza dwar miżuri ta’ tħejjija.

▼B

Artikolu 9

Azzjonijiet ta' tħejjija ġenerali tal-Istati Membri

1.  
L-Istati Membri għandhom, fuq bażi volontarja, jaħdmu biex jiżviluppaw moduli, b'mod partikolari biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ intervent jew appoġġ ta' prijorità taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jidentifikaw, minn qabel, moduli, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti fi ħdan is-servizzi kompetenti tagħhom, b'mod partikolarifi ħdan is-servizzi ta' protezzjoni ċivili jew servizzi oħra ta' emerġenza tagħhom, li jistgħu jsiru disponibbli għal intervent fil-mument tat-talba permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Huma għandhom jikkunsidraw li l-kompożizzjoni ta' moduli jew kapaċitajiet oħrajn ta' reazzjoni tista' tiddependi mit-tip ta' diżastru u mill-ħtiġijiet partikolari relatati mad-diżastru.

2.  

Il-moduli għandhom ikunu magħmula mir-riżorsi ta' Stat Membru wieħed jew aktar u għandhom:

(a) 

ikunu jistgħu jwettqu kompiti predefiniti fl-oqsma tar-reazzjoni f'konformità mal-linji gwida internazzjonali stabbiliti u għalhekk ikunu jistgħu:

(i) 

jintbagħtu fi żmien qasir ħafna wara talba għal għajnuna permezz tal-ERCC; u

(ii) 

jaħdmu b'mod awtosuffiċjenti u awtonomu għal perijodu ta' żmien speċifiku;

(b) 

ikunu interoperabbli ma’ moduli oħra;

(c) 

iwettqu taħriġ u eżerċizzji sabiex jissodisfaw ir-rekwiżit tal-interoperabbiltà;

(d) 

jitqiegħdu taħt l-awtorità ta’ persuna li tkun responsabbli għall-operazzjoni tal-moduli; u

(e) 

ikunu jistgħu jikkooperaw ma' korpi oħra tal-Unjoni u/jew istituzzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, kif ikun adatt.

3.  
L-Istati Membri għandhom, fuq bażi volontarja, jidentifikaw, minn qabel, esperti li jkunu jistgħu jintbagħtu bħala membri ta' timijiet ta' esperti, kif speċifikat fil-punt (d) tal-Artikolu 8.
4.  
L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jipprovdu, kif ikun meħtieġ, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni, li jistgħu jkunu disponibbli mis-servizzi kompetenti, jew li jistgħu jiġu pprovduti minn organizzazzjonijiet mhux governattivi u entitajiet oħra rilevanti.

Kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni jistgħu jinkludu riżorsi minn Stat Membru wieħed jew aktar u, fejn ikun adatt, għandhom:

(a) 

ikunu jistgħu jwettqu kompiti fl-oqsma tar-reazzjoni f'konformità mal-linji gwida internazzjonali stabbiliti u għalhekk ikunu jistgħu:

(i) 

jintbagħtu fi żmien qasir ħafna wara talba għal għajnuna permezz tal-ERCC; u

(ii) 

jaħdmu b'mod awtosuffiċjenti u awtonomu fejn ikun meħtieġ għal perijodu ta' żmien speċifiku;

(b) 

ikunu jistgħu jikkooperaw ma' korpi oħra tal-Unjoni u/jew istituzzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, kif ikun adatt.

5.  
L-Istati Membri jistgħu, soġġett għal salvagwardji xierqa tas-sigurtà, jipprovdu informazzjoni dwar il-kapaċitajiet militari rilevanti li jistgħu jintużaw bħala l-aħħar rimedju bħala parti mill-għajnuna permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, bħat-trasport jew appoġġ loġistiku jew mediku.
6.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni rilevanti dwar l-esperti, il-moduli u kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni li jqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-għajnuna permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni kif hemm imsemmi fil-paragrafi 1 sa 5 u għandhom jaġġornaw din l-informazzjoni meta jkun meħtieġ.
7.  
L-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta' kuntatt, kif imsemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 8, u jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.
8.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjonijiet xierqa ta' tħejjija biex jiffaċilitaw l-appoġġ tan-nazzjon ospitanti.
9.  
L-Istati Membri, appoġġati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 23, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw it-trasport f'waqtu tal-għajnuna li joffru.

▼M3

10.  
Meta s-servizzi ta’ emerġenza jingħataw minn Galileo, Copernicus, GovSatCom, jew komponenti oħra tal-Programm Spazjali stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), kull Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jużahom.

Meta Stat Membru jiddeċiedi li juża s-servizzi ta’ emerġenza li ngħataw minn Galileo msemmija fl-ewwel subparagrafu, huwa għandu jidentifika u jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet nazzjonali li jkunu awtorizzati jużaw dawk is-servizzi ta’ emerġenza.

▼M3

Artikolu 10

Bini ta’ xenarji u ppjanar tal-ġestjoni tad-diżastri

1.  

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu id f’id biex itejbu l-ippjanar transsettorjali tal-ġestjoni tar-riskji tad-diżastri fil-livell tal-Unjoni, kemm għal diżastri naturali kif ukoll għal dawk ikkawżati mill-bniedem li jikkawżaw jew huma kapaċi jikkawżaw effetti transkonfinali f’bosta pajjiżi, fosthom l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. Dak l-ippjanar għandu jinkludi l-bini ta’ xenarji fil-livell tal-Unjoni għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għad-diżastri, filwaqt li titqies il-ħidma mwettqa fir-rigward tal-għanijiet tal-Unjoni għar-reżiljenza għad-diżastri kif imsemmija fl-Artikolu 6(5) u l-ħidma tan-Network tal-Unjoni għall-Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 13, u abbażi ta’:

(i) 

il-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1),

(ii) 

il-ħarsa ġenerali lejn ir-riskji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1),

(iii) 

il-valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskji tal-Istati Membri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1),

(iv) 

id-data disponibbli dwar it-telf marbuta mad-diżastri msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 6(1),

(v) 

l-iskambju volontarju ta’ informazzjoni eżistenti dwar l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskji tad-diżastri fil-livell nazzjonali jew fil-livell subnazzjonali xieraq,

(vi) 

l-immappjar tal-assi, u

(vii) 

l-iżvilupp ta’ pjanijiet għall-istazzjonament tal-kapaċitajiet ta’ rispons.

2.  
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jippromwovu sinerġiji bejn iffinanzjar għal għajnuna għall-protezzjoni ċivili u għajnuna umanitarja pprovduti mill-Unjoni u l-Istati Membri fl-ippjanar ta’ operazzjonijiet ta’ rispons għal kriżijiet umanitarji barra l-Unjoni.

▼B

Artikolu 11

▼M2

Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili

1.  
B'dan hija stabbilita Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili. Din għandha tikkonsisti minn riżerva ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni impenjati minn qabel b'mod volontarju mill-Istati Membri u għandha tinkludi moduli, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u kategoriji ta' esperti.
1a.  
L-assistenza pprovduta minn Stat Membru permezz tar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili għandha tikkomplementa l-kapaċitajiet eżistenti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri għall-prevenzjoni u r-reazzjoni fir-rigward ta' diżastri fit-territorju tagħhom.

▼M3

2.  
Fuq il-bażi tar-riskji identifikati, il-kapaċitajiet ġenerali u l-lakuni u kwalunkwe bini ta’ xenarji eżistenti kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi t-tipi u tispeċifika l-għadd ta’ kapaċitajiet ta’ rispons ewlenin meħtieġa għar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili (“l-għanijiet tal-kapaċità”). Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tagħmel monitoraġġ tal-progress lejn l-għanijiet tal-kapaċità stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u tidentifika lakuni potenzjalment sinifikanti fil-kapaċità ta’ rispons fir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili. Fejn ikunu ġew identifikati tali lakuni, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk il-kapaċitajiet meħtieġa jkunux disponibbli għall-Istati Membri barra r-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jindirizzaw lakuni sinjifikanti fil-kapaċità ta’ rispons fir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili. Hija tista’ tappoġġja lill-Istati Membri f’dan ir-rigward b’konformità mal-Artikolu 20 u l-punt (i) tal-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 21(2).

▼B

3.  
Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi rekwiżiti tal-kwalità għall-kapaċitajiet ta' reazzjoni li l-Istati Membri jwiegħdu għall- ►M2  Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili ◄ . Ir-rekwiżiti tal-kwalità għandhom ikunu bbażati fuq standards internazzjonali, fejn tali standards diġà jeżistu. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw il-kwalità tal-kapaċitajiet tagħhom ta' reazzjoni.
4.  
Il-Kummissjoni tistabbilixxi u timmaniġġa proċess għaċ-ċertifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli għall- ►M2  Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili ◄ .
5.  
L-Istati Membri għandhom, fuq bażi volontarja, jidentifikaw u jirreġistraw, fuq bażi volontarja, il-kapaċitajiet ta' reazzjoni li jwiegħdu għall- ►M2  Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili ◄ . Ir-reġistrazzjoni ta' moduli multinazzjonali pprovduti minn żewġ Stati Membri jew aktar għandha ssir b'mod konġunt mill-Istati Membri kollha kkonċernati.
6.  
Il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni li l-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal- ►M2  Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili ◄ għandhom jibqgħu disponibbli f’kull ħin għall-finijiet nazzjonali.
7.  
Il-kapaċitajiet ta' reazzjoni li l-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal- ►M2  Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili ◄ għandhom ikunu disponibbli għall-operazzjonijiet ta' reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wara talba għal għajnuna permezz tal-ERCC. Id-deċiżjoni aħħarija dwar l-istazzjonar tagħhom għandha tittieħed mill-Istati Membri li rreġistraw il-kapaċità ta' reazzjoni kkonċernata. Meta minħabba emerġenzi domestiċi, force majeure, jew f'każijiet eċċezzjonali, raġunijiet serji oħra, Stat Membru ma jkunx jista' jagħmel dawk il-kapaċitajiet ta' reazzjoni disponibbli f'diżastru speċifiku, dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli billi jirreferi għal dan l-Artikolu.
8.  
Fil-każ ta' stazzjonar, il-kapaċitajiet ta' reazzjoni tal-Istati Membri għandhom jibqgħu taħt il-kmand u l-kontroll tagħhom u jistgħu jiġu rtirati, meta minħabba emerġenzi domestiċi, force majeure, jew f'każijiet eċċezzjonali, raġunijiet serji oħra, Stat Membru ma jkunx jista' jżomm dawk il-kapaċitajiet ta' reazzjoni disponibbli, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Il-koordinazzjoni fost il-kapaċitajiet differenti ta' reazzjoni għandha tkun iffaċilitata fejn meħtieġ mill-Kummissjoni permezz tal-ERCC f'konformità mal-Artikoli 15 u 16.
9.  
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw sensibilizzazzjoni pubblika xierqa dwar l-interventi li jinvolvu l- ►M2  Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili ◄ .

▼M2

Artikolu 12

rescEU

1.  
B'dan hija stabbilita r-rescEU biex tipprovdi assistenza f'sitwazzjonijiet qliel fejn il-kapaċitajiet globali eżistenti fil-livell nazzjonali u dawk impenjati minn qabel mill-Istati Membri fir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili ma jkunux, fiċ-ċirkostanzi, kapaċi jiżguraw reazzjoni effettiva għat-tipi varji ta' diżastri msemmija fl-Artikolu 1(2).

Sabiex tkun garantita reazzjoni effettiva għal diżastri, fejn xieraq, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw distribuzzjoni ġeografika adegwata tal-kapaċitajiet tar-rescEU.

▼M3

2.  
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi fiex jikkonsistu l-kapaċitajiet tar-rescEU, abbażi inter alia ta’ kwalunkwe bini ta’ xenarji eżistenti kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), b’kunsiderazzjoni tar-riskji identifikati u emerġenti u tal-kapaċitajiet u l-lakuni kumplessivi fil-livell tal-Unjoni, partikolarment fl-oqsma tat-tifi tan-nar tal-foresti mill-ajru, tal-inċidenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, rispons mediku ta’ emerġenza, kif ukoll trasport u loġistika. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33(2). Il-Kummissjoni għandha taġġorna regolarment l-informazzjoni dwar it-tip u l-għadd ta’ kapaċitajiet tar-rescEU u tagħmel din l-informazzjoni direttament disponibbli lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3.  
Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jinxtraw, mikrija, miksuba b’lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Istati Membri.
3a.  
Il-kapaċitajiet ta’ rescEU, kif definiti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33(2), jistgħu jinkrew, jinkisbu b’lokazzjoni jew jiġu kkuntrattati b’xi mod ieħor mill-Kummissjoni sa fejn ikun meħtieġ biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi fil-qasam tat-trasport u l-loġistika.
3b.  

F’każijiet ta’ urġenza ġġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni tista’ takkwista, tikri, tikseb b’lokazzjoni jew inkella tikkuntratta kapaċitajiet iddeterminati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 33(3). Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom:

(i) 

jiddeterminaw it-tip u l-kwantità meħtieġa ta’ mezzi materjali u kwalunkwe servizzi ta’ appoġġ meħtieġa, diġà definiti bħala kapaċitajiet ta’ rescEU; and/or

(ii) 

jiddefinixxu mezzi materjali addizzjonali u kwalunkwe servizzi ta’ appoġġ meħtieġa bħala kapaċitajiet ta’ rescEU u jiddeterminaw it-tip u l-kwantità meħtieġa ta’ dawn il-kapaċitajiet.

3c.  
Ir-regoli finanzjarji tal-Unjoni għandhom japplikaw meta l-kapaċitajiet ta’ rescEU jinxtraw, jinkrew, jinkisbu b’lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni. Meta l-kapaċitajiet ta’ rescEU jinxtraw, jinkrew, jinkisbu b’lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Istati Membri, ikunu jistgħu jiġu konċessi għotjiet diretti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri mingħajr sejħa għal proposti. Il-Kummissjoni u kwalunkwe Stat Membru li jkun jixtieq jista’ jinvolvi ruħu fi proċedura ta’ akkwist konġunt li ssir skont l-Artikolu 165 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ( 3 ) (ir-’Regolament Finanzjarju’) bil-għan li jinxtraw kapaċitajiet ta’ rescEU.

Il-kapaċitajiet ta’ rescEU għandhom jiġu ospitati fl-Istati Membri li jixtru, jikru, jiksbu b’lokazzjoni jew inkella jikkuntrattaw dawk il-kapaċitajiet.

▼M2

4.  
Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi rekwiżiti ta' kwalità għall-kapaċitajiet ta' reazzjoni li jifformaw parti minn rescEU, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri. Ir-rekwiżiti ta' kwalità għandhom ikunu bbażati fuq standards internazzjonali stabbiliti, fejn tali standards ikunu diġà jeżistu.
5.  
Stat Membru li huwa sid ta', li jikri jew li jkollu b'lease, kapaċitajiet tar-rescEU għandu jiżgura r-reġistrazzjoni ta' dawk il-kapaċitajiet fis-CECIS, u d-disponibbiltà u l-istazzjonabbiltà tagħhom għal operazzjonijiet tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

Il-kapaċitajiet tar-rescEU jistgħu jintużaw biss għal finijiet nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 23(4a), meta ma jkunux użati jew meħtieġa għall-operazzjonijiet ta' reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jintużaw f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni adottati taħt il-punt (g) tal-Artikolu 32(1) u mal-kuntratti operazzjonali bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru li jkun is-sid ta', jew li jkun qed jikri jew ikollu b'lease, tali kapaċitajiet, li jispeċifikaw aktar it-termini u l-kondizzjonijiet tal-istazzjonar ta' kapaċitajiet tar-rescEU, inkluż il-persunal parteċipanti.

6.  
Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom ikunu disponibbli għal operazzjonijiet ta' reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni fuq talba għal assistenza permezz tal-ERCC f'konformità mal-Artikolu 15 jew l-Artikolu 16(1) sa (9) u (11), (12) u (13). Id-deċiżjoni dwar l-istazzjonar u d-demobilizzazzjoni tagħhom, u kwalunkwe deċiżjoni fil-każ ta' talbiet konfliġġenti, għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru li jagħmel it-talba u l-Istat Membru li jkun is-sid ta', li jikri jew li jkollu b'lease, il-kapaċità, f'konformità mal-kuntratti operazzjonali kif definiti fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu ġew stazzjonati l-kapaċitajiet tar-rescEU għandu jkun responsabbli li jidderieġi l-operazzjonijiet ta' reazzjoni. Fil-każ ta' stazzjonar barra mill-Unjoni, l-Istati Membri li jospitaw kapaċitajiet tar-rescEU għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li l-kapaċitajiet tar-rescEU jiġu integrati bis-sħiħ fir-reazzjoni globali.

7.  
F'każ ta' stazzjonar, il-Kummissjoni permezz tal-ERCC għandha tiftiehem mal-Istat Membru li jagħmel it-talba dwar l-istazzjonar operazzjonali tal-kapaċitajiet tar-rescEU. L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jiffaċilita l-koordinazzjoni operazzjonali tal-kapaċitajiet tiegħu u tal-attivitajiet tar-rescEU matul l-operazzjonijiet.
8.  
Il-koordinazzjoni tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni differenti għandha tiġi ffaċilitata, fejn adatt, mill-Kummissjoni permezz tal-ERCC f'konformità mal-Artikoli 15 u 16.
9.  
L-Istati Membri għandhom jiġu informati dwar l-istatus operazzjonali tal-kapaċitajiet tar-rescEU permezz tas-CECIS.
10.  
Jekk diżastru barra l-Unjoni jkun jista' jaffettwa konsiderevolment wieħed jew aktar mill-Istati Membri jew iċ-ċittadini tagħhom, il-kapaċitajiet tar-rescEU jistgħu jiġu stazzjonati f'konformità mal-paragrafi 6 sa 9 ta' dan l-Artikolu.

Meta l-kapaċitajiet tar-rescEU jiġu stazzjonati f'pajjiżi terzi, f'każijiet speċifiċi, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jistazzjonaw il-persunal tagħhom stess, f'konformità mal-att ta' implimentazzjoni adottat taħt il-punt (g) tal-Artikolu 32(1), u kif definiti aktar fil-kuntratti operazzjonali msemmiija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

▼M3

Artikolu 13

Network tal-Unjoni ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili

1.  
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Network tal-Unjoni ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili (in-Network) li jaggrega, jipproċessa u jxerred l-għarfien u l-informazzjoni rilevanti lill-Mekkaniżmu tal-Unjoni bbażat fuq l-approċċ ta’ perikli multipli u jinkludi l-atturi rilevanti tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri, iċ-ċentri ta’ eċċellenza, l-universitajiet u r-riċerkaturi.

Il-Kummissjoni, permezz tan-Network, għandha tqis b’mod xieraq l-għarfien espert disponibbli fl-Istati Membri, fil-livell tal-Unjoni, fil-livell tal-organizzazzjonijiet u l-entitajiet internazzjonali oħra, fil-livell tal-pajjiżi terzi u fil-livell tal-organizzazzjonijiet attivi fuq il-post.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu parteċipazzjoni b’bilanċ bejn il-ġeneri fl-istabbiliment u l-funzjonament tan-Network.

Il-Kummissjoni, permezz tan-Network, għandha tappoġġja l-koerenza tal-proċessi tal-ippjanar u tat-teħid tad-deċiżjonijiet billi tiffaċilita l-iskambju kontinwu ta’ għarfien u informazzjoni li jinvolvi l-oqsma kollha ta’ attività fi ħdan il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni, permezz tan-Network, inter alia għandha:

(a) 

tistabbilixxi u tmexxi programm ta’ taħriġ u eżerċizzji għall-persunal tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri dwar prevenzjoni tad-diżastri, u t-tħejjija u r-rispons għalihom. Il-programm għandu jinkoraġġixxi u jiffoka fuq l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-protezzjoni ċivili u l-ġestjoni tad-diżastri, inkluż fir-rigward ta’ diżastri li joriġinaw mit-tibdil fil-klima, u jinkludi korsijiet konġunti u sistema għall-iskambju ta’ għarfien espert fil-qasam tal-ġestjoni tad-diżastri, inkluż skambji ta’ professjonisti u voluntiera b’esperjenza flimkien mas-sekondar ta’ esperti mill-Istati Membri.

Il-programm ta’ taħriġ u eżerċizzji għandu jkollu l-għan li jsaħħaħ il-koordinazzjoni, il-kompatibbiltà u l-komplementarjetà tal-kapaċitajiet imsemmija fl-Artikoli 9, 11 u 12, u li jtejjeb il-kompetenza tal-esperti kif imsemmi fil-punti (d) u (f) tal-Artikolu 8(1);

(b) 

tistabbilixxi u tmexxi programm ta’ tagħlimiet misluta mill-azzjonijiet tal-protezzjoni ċivili mwettqa fil-qafas tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, li jinkludi aspetti miċ-ċiklu sħiħ tal-ġestjoni tad-diżastri, sabiex jipprovdi bażi wiesgħa għall-proċessi tat-tagħlim u l-iżvilupp tal-għarfien. Il-programm għandu jinkludi:

(i) 

monitoraġġ, analiżi u evalwazzjoni tal-azzjonijiet kollha rilevanti tal-protezzjoni ċivili fi ħdan il-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

(ii) 

promozzjoni tal-implimentazzjoni tat-tagħlimiet meħuda sabiex jinkiseb pedament ibbażat fuq l-esperjenza għall-iżvilupp ta’ attivitajiet fiċ-ċiklu ta’ ġestjoni tad-diżastri; u

(iii) 

żvilupp ta’ metodi u għodod għall-ġbir, l-analiżi, il-promozzjoni u l-implimentazzjoni tat-tagħlimiet meħuda.

Dak il-programm għandu jinkludi wkoll, fejn xieraq, it-tagħlimiet meħuda mill-interventi barra l-Unjoni fir-rigward tal-isfruttar tal-konnessjonijiet u s-sinerġiji bejn l-għajnuna pprovduta fl-ambitu tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni u r-rispons umanitarju;

(c) 

tistimola r-riċerka u l-innovazzjoni, u tinkoraġġixxi l-introduzzjoni u l-użu ta’ approċċi jew teknoloġiji ġodda rilevanti jew it-tnejn għall-fini tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

(d) 

tistabbilixxi u tamministra pjattaforma online li sservi n-Network biex tappoġġja u tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-kompiti differenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c).

2.  
Meta twettaq il-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis b’mod partikolari l-bżonnijiet u l-interessi tal-Istati Membri li jiffaċċjaw riskji ta’ diżastri ta’ dan it-tip, kif ukoll tal-ħtieġa li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-patrimonju kulturali.
3.  
Il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ il-kooperazzjoni dwar it-taħriġ, u tippromwovi l-kondiviżjoni ta’ għarfien u esperjenza, bejn in-Network u l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-pajjiżi terzi, b’mod partikolari biex tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-impenji internazzjonali, b’mod partikolari dawk fil-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015-2030.

▼B



KAPITOLU IV

REAZZJONI

Artikolu 14

Notifika tad-diżastri ġewwa l-Unjoni

▼M3

1.  
Fil-każ ta’ diżastru ġewwa l-Unjoni, jew ta’ diżastru imminenti, li jikkawża jew jista’ jikkawża effetti transkonfinali f’bosta pajjiżi jew li jaffettwa jew li jista’ jaffettwa Stati Membri oħra, l-Istat Membru fejn iseħħ jew x’aktarx iseħħ id-diżastru għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-Istati Membri potenzjalment affettwati u, meta l-effetti jkunu potenzjalment sinifikanti, lill-Kummissjoni.

▼B

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta l-obbligu tan-notifika jkun diġà ġie indirizzat taħt leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, taħt iit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika jew taħt ftehimiet internazzjonali eżistenti.

2.  
Fl-eventwalità ta’ diżastru ġewwa l-Unjoni, jew ta' diżastru imminenti, li x'aktarx jirriżulta f'talba għal għajnuna minn Stat Membru wieħed jew aktar, l-Istat Membru fejn iseħħ jew x'aktarx iseħħ id-diżastru għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-Kummissjoni, li talba għall-għajnuna permezz tal-ERCC tista' tiġi mistennija, biex il-Kummissjoni tkun tista', kif xieraq, tinforma lill-Istati Membri l-oħra u tattiva s-servizzi kompetenti tagħha.
3.  
In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 u 2 għandhom isiru permezz taċ-CECIS, kif xieraq.

Artikolu 15

Reazzjoni għad-diżastri ġewwa l-Unjoni

▼M2

1.  
Meta jseħħ diżastru fl-Unjoni, jew dan ikun imminenti, l-Istat Membru affettwat jista' jitlob għall-assistenza permezz tal-ERCC. It-talba għandha tkun speċifika kemm jista' jkun. Talba għall-assistenza għandha tiskadi wara perijodu massimu ta' 90 jum, sakemm elementi ġodda li jiġġustifikaw il-bżonn għal assistenza kontinwa jew addizzjonali ma jiġux ipprovduti lill-ERCC.

▼B

2.  
F'sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta' riskju miżjud, Stat Membru jista' jitlob ukoll għajnuna fil-forma ta' pożizzjonament temporanju minn qabel ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni.
3.  

Mal-wasla tat-talba għall-għajnuna, il-Kummissjoni għandha, kif ikun adatt u mingħajr dewmien:

(a) 

tibgħat it-talba lill-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri l-oħra;

▼M3

(b) 

tiġbor u tanalizza informazzjoni validata dwar is-sitwazzjoni, flimkien mal-Istat Membru milqut, bil-għan li tiġġenera għarfien komuni tas-sitwazzjoni u r-rispons għaliha, u xxerrdu dik l-informazzjoni direttament fost l-Istati Membri;

▼B

(c) 

tagħmel rakkomandazzjonijiet, f'konsultazzjoni mal-Istat Membru li jagħmel it-talba, għall-għoti ta' għajnuna permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, abbażi tal-ħtiġijiet fil-post u kwalunkwe pjani rilevanti żviluppati minn qabel, kif imsemmija fl-Artikolu 10(1), tistieden lill-Istati Membri biex jistazzjonaw kapaċitajiet speċifiċi u tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-assistenza; u

(d) 

tieħu aktar azzjoni biex tiffaċilita l-koordinazzjoni tar-reazzjoni.

4.  
Kull Stat Membru li lilu tkun indirizzata talba għal għajnuna permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu minnufih jistabbilixxi jekk hux f’pożizzjoni li jagħti l-għajnuna mitluba u jinforma lill-Istat Membru li jagħmel it-talba bid-deċiżjoni tiegħu permezz taċ-CECIS, filwaqt li jindika l-ambitu, it-termini u, jekk ikun applikabbli, l-ispejjeż tal-għajnuna li jkun jista’ jagħti. L-ERCC għandu jżomm lill-Istati Membri infurmati.
5.  
L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jkun responsabbli biex jidderieġi l-interventi ta’ għajnuna. L-awtoritajiet tal-Istat Membru li jagħmel it-talba għandhom jistabbilixxu linji gwida u, jekk meħtieġ, jiddefinixxu l-limiti tal-kompiti fdati lill-moduli jew kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni. Id-dettalji tat-twettiq ta’ dawk il-kompiti għandhom jitħallew għall-persuna inkarigata maħtura mill-Istat Membru li jkun qed jagħti l-għajnuna. L-Istat Membru li jagħmel it-talba jista' jitlob ukoll għall-istazzjonament ta' tim ta' esperti biex jappoġġa l-valutazzjoni tiegħu, jiffaċilita l-koordinazzjoni fuq il-post bejn timijiet tal-Istati Membri jew jipprovdi konsulenza teknika.
6.  
L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jieħu l-azzjonijiet xierqa biex jiffaċilita l-appoġġ tan-nazzjon ospitanti għall-għajnuna li jirċievi.
7.  
Ir-rwol tal-Kummissjoni msemmi f'dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-kompetenzi u r-responsabbiltà tal-Istati Membri għat-timijiet, il-moduli u kapaċitajiet oħra tagħhom ta' appoġġ, inkluż kapaċitajiet militari. B'mod partikolari, l-appoġġ offrut mill-Kummissjoni ma għandux jinvolvi l-kmand u l-kontroll tat-timijiet, il-moduli u appoġġ ieħor tal-Istati Membri, li għandhom jiġu stazzjonati fuq bażi volontarja f'konformità mal-koordinament fil-livell ta’ kwartieri ġenerali u fil-post.

Artikolu 16

Promozzjoni tal-konsistenza fir-reazzjoni għad-dizastri barra l-Unjoni

▼M2

1.  
Meta jseħħ diżastru barra l-Unjoni, jew dan ikun imminenti, il-pajjiż affettwat jista' jitlob għall-assistenza permezz tal-ERCC. L-assistenza tista' tintalab ukoll permezz tan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji tagħha jew minnhom, jew minn organizzazzjoni internazzjonali rilevanti. Talba għall-assistenza għandha tiskadi wara perijodu massimu ta' 90 jum, sakemm elementi ġodda li jiġġustifikaw il-bżonn għal assistenza kontinwata jew addizzjonali ma jiġux ipprovduti lill-ERCC.
2.  
L-interventi taħt dan l-Artikolu jistgħu jitmexxew jew bħala intervent awtonomu ta' assistenza jew bħala kontribut għal intervent immexxi minn organizzazzjoni internazzjonali. Il-koordinazzjoni mill-Unjoni għandha tkun integrata b'mod sħiħ mal-koordinazzjoni globali pprovduta mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti (OCHA), u għandha tirrispetta r-rwol ta' tmexxija ta' dan tal-aħħar. Fil-każ ta' diżastri kkawżati mill-bniedem jew emerġenzi kumplessi, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja ( 4 ), u tirrispetta l-prinċipji umanitarji.

▼B

3.  

Il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-konsistenza fit-twassil tal-għajnuna permezz tal-azzjonijiet li ġejjin:

(a) 

iż-żamma ta’ djalogu mal-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri sabiex jiġi żgurat kontribut ta' reazzjoni għad-diżastri effettiva u koerenti tal-Unjoni, permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, għall-isforz ġenerali ta’ sokkors, b'mod partikolari billi:

(i) 

l-Istati Membri jiġu infurmati mingħajr dewmien bit-talbiet sħaħ għall-għajnuna;

(ii) 

jingħata appoġġ għal valutazzjoni komuni tas-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet, bl-għoti ta' konsulenza teknika u/jew bil-faċilitazzjoni tal-koordinazzjoni tal-għajnuna fuq il-post permezz tal-preżenza ta' tim ta' esperti tal-protezzjoni ċivili fuq il-post;

(iii) 

jiġu kondiviżi valutazzjonijiet u analiżi rilevanti mal-atturi kollha rilevanti;

(iv) 

tiġi pprovduta deskrizzjoni ġenerali tal-għajnuna li qed tiġi offruta mill-Istati Membri u minn atturi oħra;

(v) 

jingħataw pariri dwar it-tip ta’ għajnuna meħtieġa biex jiġi żgurat li l-għajnuna pprovduta tkun konsistenti mal-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet; u

(vi) 

tingħata għajnuna biex tingħeleb kull diffikultà prattika fl-għoti ta’ għajnuna f'żoni bħat-transitu u d-dwana;

(b) 

isiru minnufih rakkomandazzjonijiet, meta jkun possibbli f'kooperazzjoni mal-pajjiż affettwat, ibbażati fuq il-ħtiġijiet fil-post u kwalunkwe pjan rilevanti żviluppat minn qabel, li jistiednu lill-Istati Membri jistazzjonaw kapaċitajiet speċifiċi u jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tal-għajnuna mitluba;

(c) 

jinżammu kuntatti mal-pajjiż affettwat dwar dettalji tekniċi bħall-ħtiġijiet preċiżi għall-għajnuna, l-aċċettazzjoni ta’ offerti u l-arranġamenti prattiċi biex l-għajnuna tintlaqa' u titqassam lokalment;

(d) 

jinżammu kuntatti ma' jew jingħata appoġġ lill-OCHA u jkun hemm kooperazzjoni ma' atturi rilevanti oħra li jikkontribwixxu għall-isforz globali ta' sokkors, biex jimmassimizzaw is-sinerġiji, ifittxu l-komplementarjetà u jevitaw id-duplikazzjoni u l-lakuni; u

(e) 

jinżammu kuntatti mal-atturi rilevanti kollha, b'mod partikolari fil-fażi tal-għeluq tal-intervent ta’ għajnuna taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, biex jiffaċilita trasferiment mingħajr xkiel.

4.  
Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kummissjoni, kif definit fil-paragrafu 3, u filwaqt li tiġi rispettata l-esiġenza ta' reazzjoni operazzjonali immedjata permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, malli ssir l-attivazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, tinforma lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex ikun hemm konsistenza bejn l-operazzjoni tal-protezzjoni ċivili u r-relazzjonijiet ġenerali tal-Unjoni mal-pajjiż affettwat. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Istati Membri infurmati b'mod sħiħ f'konformità mal-paragrafu 3.
5.  
Fuq il-post, għandu jiġu żgurati kuntatti kif xieraq mad-delegazzjoni tal-Unjoni sabiex din tal-aħħar tiffaċilita l-kuntatti mal-gvern tal-pajjiż affettwat. Fejn ikun meħtieġ, id-delegazzjoni tal-Unjoni għandha tipprovdi appoġġ loġistiku lit-timijiet ta' esperti tal-protezzjoni ċivili msemmija fil-punt (ii) tal-punt (a) tal-paragrafu 3.
6.  
Kull Stat Membru li lilu tkun indirizzata talba għal għajnuna permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu minnufih jistabbilixxi jekk hux f’pożizzjoni li jagħti l-għajnuna mitluba u jinforma lill-ERCC bid-deċiżjoni tiegħu permezz taċ-CECIS, filwaqt li jindika l-ambitu u l-kondizzjonijiet dwar kwalunkwe għajnuna li jkun jista’ jagħti. L-ERCC għandu jżomm lill-Istati Membri infurmati.
7.  
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jista' wkoll jintuża biex jipprovdi appoġġ ta' protezzjoni ċivili lill-għajnuna konsulari għaċ-ċittadini tal-Unjoni f'każijiet ta' diżastri f'pajjiżi terzi jekk dan jintalab mill-awtoritajiet konsulari tal-Istati Membri kkonċernati.
8.  
B'segwitu għal talba għal għajnuna, il-Kummissjoni tista' tieħu aktar azzjoni meħtieġa ta' appoġġ u komplementari biex tiżgura konsistenza fl-għoti tal-għajnuna.
9.  
Il-koordinazzjoni permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni ma għandu jaffettwa la l-kuntatti bilaterali bejn l-Istati Membri u l-pajjiż affettwat, u lanqas il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u n-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti. Tali kuntatti bilaterali jistgħu wkoll jintużaw biex jingħata kontribut għall-koordinazzjoni permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.
10.  
Ir-rwol tal-Kummissjoni msemmi f'dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-kompetenzi u r-responsabbiltà tal-Istati Membri għat-timijiet, il-moduli u appoġġ ieħor tagħhom, inklużi kapaċitajiet militari. B'mod partikolari, l-appoġġ offrut mill-Kummissjoni ma għandux jinvolvi l-kmand u l-kontroll tat-timijiet, il-moduli u appoġġ ieħor tal-Istati Membri, li għandhom jiġu stazzjonati fuq bażi volontarja f'konformità mal-koordinazzjoni fil-livell ta’ kwartieri ġenerali u fil-post.
11.  
Għandhom jitfittxu sinerġiji ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari ma' azzjonijiet iffinanzjati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1257/96. Il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni bejn l-istrumenti u, fejn ikun xieraq, għandha tiżgura li l-azzjonijiet tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri li jikkontribwixxu għal reazzjoni umanitarja usa' jkunu ffinanzjati sa fejn hu possibbli skont din id-Deċiżjoni.
12.  
Kull meta jiġi attivat il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, l-Istati Membri li jipprovdu għajnuna għal diżastru għandhom iżommu lill-ERCC informat b'mod sħiħ bl-attivitajiet tagħhom.
13.  
It-timijiet u l-moduli tal-Istati Membri li jipparteċipaw fuq il-post fl-intervent permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandhom jinżammu kuntatti mill-viċin mal-ERCC u mat-timijiet ta' esperti fuq il-post, kif hemm imsemmi fil-punt (ii) tal-punt (a) tal-paragrafu 3.

Artikolu 17

Appoġġ fuq il-post

▼M3

1.  

Il-Kummissjoni tista’ tagħżel, taħtar u tibgħat tim ta’ esperti magħmul minn esperti pprovduti mill-Istati Membri:

(a) 

fuq talba għal għarfien espert fil-prevenzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(2);

(b) 

fuq talba għal għarfien espert fit-tħejjija f’konformità mal-Artikolu 8(2);

(c) 

fil-każ ta’ diżastru ġewwa l-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15(5);

(d) 

fil-każ ta’ diżastru barra l-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16(3).

Fit-tim jistgħu jiġu integrati esperti mill-Kummissjoni u minn servizzi oħra tal-Unjoni sabiex jappoġġjaw lit-tim u jiffaċilitaw il-kuntatti mal-ERCC. Fit-tim jistgħu jiġu integrati esperti mibgħuta mill-aġenziji tan-NU jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra sabiex isaħħu l-kooperazzjoni u jiffaċilitaw valutazzjonijiet konġunti.

Fejn l-effikaċja operazzjonali tkun tirrikjedih, il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tista’ tiffaċilita l-involviment ta’ esperti addizzjonali, permezz tal-istazzjonament tagħhom, u appoġġ tekniku u xjentifiku, u ssejjaħ għarfien xjentifiku speċjalist espert kif ukoll għarfien espert settorjali u f’emerġenzi mediċi.

2.  

Il-proċedura għall-għażla u għall-ħatra ta’ esperti għandha tkun kif ġej:

(a) 

l-Istati Membri għandhom jaħtru esperti, li jkun fir-responsabbiltà tagħhom, li jkunu jistgħu jiġu stazzjonati bħala membri ta’ timijiet ta’ esperti;

(b) 

il-Kummissjoni għandha tagħżel l-esperti u l-mexxej għal dawk it-timijiet abbażi tal-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom, inkluż il-livell tat-taħriġ dwar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni mwettaq, l-esperjenza preċedenti ta’ missjonijiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u ħidma oħra internazzjonali ta’ sokkors; L-għażla għandha tkun ibbażata wkoll fuq kriterji oħra, inklużi l-ħiliet lingwistiċi, biex ikun żgurat li t-tim fl-intier tiegħu jkollu l-ħiliet meħtieġa għas-sitwazzjoni speċifika;

(c) 

il-Kummissjoni għandha taħtar esperti u mexxejja tat-tim għall-missjoni bi qbil mal-Istat Membru li jinnominahom.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar appoġġ espert addizzjonali li jingħata b’konformità mal-paragrafu 1.

▼B

3.  
Meta jintbagħtu timijiet ta' esperti, huma għandhom jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn it-timijiet tal-intervent tal-Istati Membri u għandhom iżommu kuntatti mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat li jagħmel it-talba kif stipulat fl-Artikolu 8(d). L-ERCC għandu jżomm kuntatt mill-qrib mat-timijiet ta’ esperti u għanu jipprovdilhom gwida u appoġġ loġistiku.

▼M3

Artikolu 18

Trasport u tagħmir

1.  

Fil-każ ta’ diżastru, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni, l-Kummissjoni tista’ tappoġġja lill-Istati Membri fil-kisba ta’ aċċess għal tagħmir jew riżorsi loġistiċi u tat-trasport billi:

(a) 

tipprovdi u tikkondividi informazzjoni dwar it-tagħmir u dwar ir-riżorsi loġistiċi u tat-trasport li jistgħu jsiru disponibbli mill-Istati Membri, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-ġbir flimkien ta’ tali tagħmir jew riżorsi loġistiċi u tat-trasport;

(b) 

tiżviluppa materjal kartografiku għall-istazzjonar u l-mobilizzazzjoni rapidi tar-riżorsi, speċjalment fid-dawl tal-partikolaritajiet tar-reġjuni transfruntiera għall-fini ta’ riskji transkonfinali f’bosta pajjiżi;

(c) 

l-assistenza lill-Istati Membri biex jidentifikaw, riżorsi loġistiċi u tat-trasport li jistgħu jkunu disponibbli minn sorsi oħra, inkluż mis-suq kummerċjali, u jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għal tali riżorsi; jew

(d) 

tgħin lill-Istati Membri biex jidentifikaw tagħmir li jista’ jkun disponibbli minn sorsi oħrajn, inkluż is-suq kummerċjali.

2.  
Il-Kummissjoni tista’ tikkomplementa r-riżorsi loġistiċi u tat-trasport ipprovduti mill-Istati Membri billi tipprovdi r-riżorsi addizzjonali tat-trasport meħtieġa biex jiġi żgurat rispons rapidu għad-diżastri.
3.  
L-assistenza mitluba minn Stat Membru jew minn pajjiż terz tista’ tikkonsisti biss minn riżorsi loġistiċi u tat-trasport sabiex tirrispondi għal diżastri bi provvisti ta’ sokkors jew tagħmir akkwistat f’pajjiż terz mill-Istat Membru rikjedenti jew mill-pajjiż terz.

▼B



KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 19

Riżorsi baġitarji

▼M2

1.  
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-perijodu mill-2014 sal-2020 għandu jkun ta' EUR 574 028 000 fi prezzijiet attwali.

EUR 425 172 000 fi prezzijiet attwali għandhom jittieħdu mill-Intestatura 3 “Sigurtà u Ċittadinanza” tal-qafas finanzjarju pluriennali u EUR 148 856 000 fi prezzijiet attwali mill-Intestatura 4 “Ewropa Globali”.

▼M3

1a.  
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 1 263 000 000 fi prezzijiet attwali.

▼M3

2.  
Approprjazzjonijiet li jirriżultaw mir-rimborż magħmul mill-benefiċjarji għal azzjonijiet ta’ rispons għad-diżastri għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat fis-sens tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.
3.  
L-allokazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafi 1 u 1a ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 19a tista’ tkopri wkoll spejjeż marbuta mal-attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni u għall-ksib tal-objettivi tiegħu.

Tali nefqa tista’, b’mod partikolari, tkopri studji, laqgħat ta’ esperti, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn huma relatati mal-objettivi ġenerali tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, spejjeż marbuta man-networks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluża l-interkonnessjoni tagħhom ma’ sistemi eżistenti jew futuri mfassla biex jippromwovu skambju ta’ data transsettorjali u tagħmir relatat, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha tal-għajnuna teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-programm.

4.  
Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu u l-ammont imsemmi fl-Artikolu 19a(1) għandu jiġi allokat, għall-perjodu 2021-2027, skont il-perċentwali u l-prinċipji stabbiliti fl-Anness I.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-ripartizzjoni mniżżla fl-Anness I fid-dawl tal-eżitu tal-evalwazzjoni imsemmija fl-Artikolu 34(3).
6.  
Fejn meħtieġ, għal rispons għal diżastri minħabba raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jew fid-dawl ta’ avvenimenti mhux mistennija li jaffettwaw l-eżekuzzjoni tal-baġit jew l-istabbiliment tal-kapaċitajiet ta’ rescEU, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 30 biex temenda l-Anness I fi ħdan l-allokazzjonijiet baġitarji disponibbli u f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 31.

▼M3

Artikolu 19a

Riżorsi mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru

1.  
Il-miżuri msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 ( 5 ) għandhom jiġu implimentati skont din id-Deċiżjoni permezz tan-nefqa ta’ ammont ta’ mhux aktar minn EUR 2 056 480 000 fi prezzijiet attwali kif imsemmi fil-punt (a)(iii) tal-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament fil-prezzijiet tal-2018, soġġetti għall-Artikoli 3(3), (4), (7) u (9) ta’ dak ir-Regolament.
2.  
L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jikkostitwixxi dħul estern assenjat kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2020/2094.
3.  
Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu eliġibbli għal assistenza finanzjarja f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u għandhom jiġu implimentati b’rispett sħiħ tal-objettivi tar-Regolament (UE) 2020/2094.
4.  
Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà ta’ azzjonijiet favur pajjiżi terzi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, l-assistenza finanzjarja msemmija f’dan l-Artikolu tista’ tingħata lil pajjiż terz biss meta din l-assistenza tiġi implimentata b’rispett sħiħ tal-objettivi tar-Regolament (UE) 2020/2094, irrispettivament minn jekk dan il-pajjiż terz jipparteċipax jew le fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

▼B

Artikolu 20

Azzjonijiet ġenerali eliġibbli

L-azzjonijiet ġenerali li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna finanzjarja biex jissaħħu l-prevenzjoni tad-diżastri, u t-tħejjija u r-reazzjoni effettiva għalihom:

(a) 

studji, stħarriġ, immudellar u bini ta' xenarji biex jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tal-għarfien, l-aħjar prattiki u l-informazzjoni;

(b) 

taħriġ, eżerċizzji, workshops, skambji ta' persunal u esperti, ħolqien ta' netwerks, proġetti ta' dimostrazzjoni u trasferiment ta' teknoloġija;

(c) 

attivitajiet ta' monitoraġġ, valutazzjoni u evalwazzjoni;

(d) 

informazzjoni pubblika, edukazzjoni u ħolqien ta' sensibilizzazzjoni pubblika u azzjonijiet assoċjati ta' tixrid, sabiex jiġu involuti ċ-ċittadini fil-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni tal-effetti ta’ diżastri fl-Unjoni u biex tingħata għajnuna liċ-ċittadini tal-Unjoni sabiex jipproteġu lilhom infushom b'mod aktar effettiv u sostenibbli;

(e) 

stabbiliment u tħaddim ta' programm ta' tagħlimiet meħuda minn interventi u eżerċizzji fil-kuntest tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, inkluż dwar oqsma rilevanti għall-prevenzjoni u għat-tħejjija; u

(f) 

azzjonijiet ta' komunikazzjoni u miżuri ta' sensibilizzazzjoni dwar il-ħidma tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri u tal-Unjoni fl-oqsma tal-prevenzjoni tad-diżastri, u t-tħejjija u r-reazzjoni għalihom.

▼M3

Artikolu 20a

Viżibbiltà u għotjiet

1.  
Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni, kif ukoll il-benefiċjarji tal-għajnuna mogħtija, għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

Kwalunkwe finanzjament jew assistenza pprovduti fi ħdan din id-Deċiżjoni għandhom jingħataw viżibbiltà xierqa skont il-gwida speċifika maħruġa mill-Kummissjoni għal interventi speċifiċi. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjoni pubblika għal operazzjonijiet iffinanzjati taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni:

(a) 

tinkludi referenzi xierqa għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

(b) 

tipprovdi mmarkar viżiv fuq il-kapaċitajiet iffinanzjati jew kofinanzjati mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

(c) 

twettaq azzjonijiet bl-emblema tal-Unjoni;

(d) 

tikkomunika b’mod proattiv id-dettalji tal-appoġġ tal-Unjoni lill-midja nazzjonali u lill-partijiet ikkonċernati, kif ukoll permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni tagħhom stess; u

(e) 

tappoġġja l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet.

Meta l-kapaċitajiet ta’ RescEU jintużaw għal finijiet nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 12(5), l-Istati Membri għandhom, permezz tal-istess mezzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-kapaċitajiet u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni użat biex jinkisbu dawk il-kapaċitajiet.

2.  
Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati ma’ din id-Deċiżjoni, mal-azzjonijiet meħuda skont din id-Deċiżjoni u mar-riżultati miksuba, u tappoġġja lill-Istati Membri fl-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni tagħhom. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal din id-Deċiżjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(1).
3.  
Il-Kummissjoni għandha tagħti midalji sabiex tirrikonoxxi u tonora impenji u kontributi straordinarji dejjiema lill-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

▼B

Artikolu 21

Azzjonijiet eliġibbli ta' prevenzjoni u ta' tħejjija

1.  

L-azzjonijiet ta' prevenzjoni u ta' tħejjija li ġejjin huma eliġibbli għal għajnuna finanzjarja:

(a) 

il-kofinanzjament ta' proġetti, studji, workshops, stħarriġ u azzjonijiet u attivitajiet simili msemmija fl-Artikolu 5;

(b) 

il-kofinanzjament ta' evalwazzjonijiet bejn il-pari, imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 6 u l-punt (j) tal-Artikolu 8;

(c) 

iż-żamma tal-funzjonijiet ipprovduti mill-ERCC, f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 8;

(d) 

it-tħejjija biex jiġu mmobilizzati u jintbagħtu t-timijiet ta' esperti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 17 u l-iżvilupp u ż-żamma taż-żieda f'daqqa fil-kapaċità permezz ta' netwerk ta' esperti mħarrġa tal-Istati Membri, imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 8;

(e) 

l-istabbiliment u ż-żamma taċ-CECIS u strumenti li jippermettu l-komunikazzjoni u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn l-ERCC u l-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri u ta' parteċipanti oħra fil-kuntest tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

(f) 

il-kontribut għall-iżvilupp ta' sistemi transnazzjonali ta' individwazzjoni, twissija bikrija u ta' allarm ta' interess Ewropew, biex tippermetti reazzjoni rapida kif ukoll biex tippromwovi l-interkonnessjoni bejn is-sistemi nazzjonali ta' twissija bikrija u ta' allarm u l-konnessjoni tagħhom mal-ERCC u ċ-CECIS. Dawk is-sistemi għandhom jikkunsidraw u jibnu fuq informazzjoni, sorsi u sistemi ta’ monitoraġġ jew individwazzjoni eżistenti u tal-futur;

▼M3

(g) 

l-iżvilupp tal-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskji tad-diżastri, kif imsemmi fl-Artikolu 10;

▼B

(h) 

l-appoġġ għall-attivitajiet ta' tħejjija deskritti fl-Artikolu 13;

(i) 

l-iżvilupp tal- ►M2  Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili ◄ , kif imsemmi fl-Artikolu 11, skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

▼M2

(j) 

l-istabbiliment, il-ġestjoni u l-manutenzjoni tal-kapaċitajiet tar-rescEU f'konformità mal-Artikolu 12;

▼B

(k) 

l-iżgurar tad-disponibbiltà ta' appoġġ loġistiku għat-timijiet ta' esperti msemmija fl-Artikolu 17(1);

(l) 

il-faċilitazzjoni tal-koordinazzjoni tal-pożizzjonament minn qabel tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni għal diżastru tal-Istati Membri ġewwa l-Unjoni f'konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 8; u

(m) 

l-appoġġ għall-għoti ta' pariri dwar miżuri ta' prevenzjoni u tħejjija permezz tal-istazzjonament ta' tim ta' esperti fuq il-post, fuq talba ta' Stat Membru, pajjiż terz, in-Nazzjonijiet Uniti jew l-aġenziji tagħha, kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 13(3).

2.  

L-eliġibbiltà għal għajnuna finanzjarja għall-azzjonijiet msemmija fil-punt (i) tal-paragrafu 1 għandha tkun limitata għal:

(a) 

l-ispejjeż kollha fil-livell tal-Unjoni għall-istabbiliment u t-tmexxija tal- ►M2  Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili ◄ u l-proċessi assoċjati msemmija fl-Artikolu 11;

(b) 

l-ispejjeż tal-korsijiet ta' taħriġ, l-eżerċizzji u l-workshops obbligatorji meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni tal-Istati Membri għall-finijiet tal- ►M2  Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili ◄ ("spejjeż taċ-ċertifikazzjoni"). L-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jikkonsistu minn spejjeż għal kull unità jew ammonti sħaħ stabbiliti għal kull tip ta' kapaċità, li jkopru sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli; u

▼M2

(c) 

l-ispejjeż meħtieġa biex il-kapaċitajiet ta' reazzjoni jiġu aġġornati jew imsewwija għal stat ta' tħejjija u disponibbiltà li jagħmilhom stazzjonabbli bħala parti mir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili, f'konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità tar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili u, fejn rilevanti, mar-rakkomandazzjonijiet ifformulati fil-proċess ta' ċertifikazzjoni (“spejjeż ta' adattament”). Dawk l-ispejjeż jistgħu jinkludu spejjeż relatati mal-operabbiltà, interoperabbiltà ta' moduli u kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni, awtonomija, awtosuffiċjenza, trasportabbiltà, imballaġġ, u spejjeż neċessarji oħra, dment li huma jkunu relatati speċifikament mal-parteċipazzjoni tal-kapaċitajiet fir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili.

L-ispejjeż ta' adattament jistgħu jkopru:

(i) 

75 % tal-ispejjeż eliġibbli f'każ ta' aġġornament, dment li dak l-ammont ma jaqbiżx il-50 % tal-ispiża medja tal-iżvilupp tal-kapaċità; u

(ii) 

75 % tal-ispejjeż eliġibbli f'każ ta' tiswija.

Il-kapaċitajiet ta' reazzjoni li jibbenefikaw minn finanzjament taħt il-punti (i) u (ii) għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni bħala parti mir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili għal perijodu minimu li huwa marbut mal-finanzjament riċevut u jvarja bejn 3 u 10 snin li jibda mid-disponibbiltà effettiva tagħhom bħala parti mir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili, ħlief fejn it-tul tal-ħajja ekonomika tagħhom ikun iqsar.

L-ispejjeż ta' adattament jistgħu jikkonsistu fi spejjeż għal kull unità jew somom f'daqqa stabbiliti għal kull tip ta' kapaċità.

▼M2 —————

▼M3

3.  
L-assistenza finanzjarja għall-azzjoni msemmija fil-punt (j) tal-paragrafu 1 għandha tkopri l-ispejjeż meħtieġa biex ikunu żgurati d-disponibbiltà u l-istazzjonabbiltà tal-kapaċitajiet tar-rescEU permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-kategoriji tal-ispejjeż eliġibbli meħtieġa biex jiżguraw id-disponibbiltà u l-istazzjonabbiltà tal-kapaċitajiet ta’ rescEU għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness Ia.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 30 biex jiġi emendat l-Anness Ia fir-rigward tal-kategoriji ta’ spejjeż eliġibbli.

3a.  
L-assistenza finanzjarja msemmija f’dan l-Artikolu tista’ tiġi implimentata permezz ta’ programmi ta’ ħidma pluriennali. Għal azzjonijiet li jestendu lil hinn minn sena waħda, l-impenji baġitarji jistgħu jinqasmu f’pagamenti annwali.

▼M3 —————

▼M2

5.  
L-ispejjeż imsemmija fil- paragrafu 3 jistgħu jikkonsistu fi spejjeż għal kull unità, somom f'daqqa jew rati fissi, stabbiliti għal kull kategorija jew tip ta' kapaċità, kif xieraq.

▼B

Artikolu 22

Azzjonijiet ġenerali eliġibbli

L-azzjonijiet ta' reazzjoni li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal assistenza finanzjarja:

(a) 

meta jintbagħtu t-timijiet ta' esperti msemmija fl-Artikolu 17(1) flimkien ma' appoġġ loġistiku u meta jintbagħtu l-esperti msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 8;

▼M3

(b) 

fl-eventwalità ta’ diżastru, l-appoġġ lill-Istati Membri fil-kisba ta’ aċċess għal tagħmir u riżorsi loġistiċi u tat-trasport kif speċifikat fl-Artikolu 23; u

▼B

(c) 

b'segwitu għal talba għal għajnuna, it-teħid ta' azzjoni ta' appoġġ u komplementari addizzjonali neċessarja biex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni tar-reazzjoni b'mod l-aktar effikaċi.

▼M3

Artikolu 23

Azzjonijiet eliġibbli marbuta mat-tagħmir u l-operazzjonijiet

1.  

L-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja sabiex jippermettu l-aċċess għat-tagħmir u r-riżorsi loġistiċi u tat-trasport skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni:

(a) 

l-għoti u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar tagħmir u dwar riżorsi loġistiċi u tat-trasport li l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli, bil-ħsieb tal-faċilitazzjoni tal-akkomunament ta’ tali tagħmir jew riżorsi loġistiċi u tat-trasport;

(b) 

l-assistenza lill-Istati Membri biex jidentifikaw ir-riżorsi loġistiċi u tat-trasport li jistgħu jkunu disponibbli minn sorsi oħra, inkluż mis-suq kummerċjali, u jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għal tali riżorsi;

(c) 

għajnuna lill-Istati Membri biex jidentifikaw it-tagħmir li jista’ jkun disponibbli minn sorsi oħra, inkluż mis-suq kummerċjali;

(d) 

il-finanzjament tar-riżorsi loġistiċi u tat-trasport meħtieġa biex jiżguraw rispons rapidu għad-diżastri. Tali azzjonijiet għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju fil-każ biss li jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:

(i) 

tkun saret talba għall-għajnuna skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 15 u 16;

(ii) 

ir-riżorsi addizzjonali tat-trasport ikunu meħtieġa sabiex tkun żgurata l-effikaċja tar-rispons għad-diżastri permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

(iii) 

l-għajnuna tkun tikkorrispondi mal-ħtiġijiet identifikati mill-ERCC u tingħata skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-ERCC dwar speċifikazzjonijiet tekniċi, kwalità, ħin u modalitajiet għall-għoti;

(iv) 

l-għajnuna tkun ġiet aċċettata mill-pajjiż li jagħmel it-talba, direttament jew permezz tan-Nazzjonijiet Uniti jew l-aġenziji tagħha, jew organizzazzjoni internazzjonali rilevanti, permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni; u

(v) 

l-għajnuna tkun tikkomplementa, għal diżastri f’pajjiżi terzi, kwalunkwe rispons umanitarju globali tal-Unjoni.

1a.  
L-ammont ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni għat-trasport ta’ kapaċitajiet li mhumiex impenjati minn qabel fir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili u stazzjonati fil-każ ta’ diżastru jew ta’ diżastru imminenti fl-Unjoni jew barra minnha u għal kull appoġġ ta’ trasport meħtieġ bħala reazzjoni għad-diżastri ma għandux jaqbeż il-75 % tal-ispiża totali eliġibbli.
2.  
L-ammont ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal kapaċitajiet impenjati minn qabel fir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili ma għandux jaqbeż il-75 % tal-ispejjeż tal-operat tal-kapaċitajiet, inkluż it-trasport, fil-każ ta’ diżastru jew ta’ diżastru imminenti fl-Unjoni jew barra minnha.
4.  

L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għar-riżorsi loġistiċi u tat-trasport tista’ tkopri massimu ta’ 100 % tal-ispejjeż totali eliġibbli deskritti fil-punti minn (a) sa (d), jekk dan ikun meħtieġ biex ir-riżerva ta’ assistenza tal-Istati Membri tkun effettiva fil-livell operazzjonali u jekk l-ispejjeż jirrigwardaw waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-kiri għal żmien qasir tal-kapaċità ta’ ħżin biex tinħażen temporanjament l-għajnuna mill-Istati Membri bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-trasport koordinat tagħha;

(b) 

it-trasport mill-Istat Membru li jkun qiegħed joffri l-assistenza lill-Istat Membru li jkun qiegħed jiffaċilita t-trasport koordinat tiegħu;

(c) 

l-imballaġġ mill-ġdid tal-assistenza tal-Istati Membri biex isir użu massimu mill-kapaċitajiet ta’ trasport disponibbli jew biex jiġu sodisfatti rekwiżiti operazzjonali speċifiċi; jew

(d) 

it-trasport lokali, it-tranżitu u l-ħżin tal-għajnuna f’konsorzju bil-ħsieb li jiġi żgurat l-għoti kkoordinat fid-destinazzjoni finali fil-pajjiż li jitlob l-għajnuna.

4a.  
Meta l-kapaċitajiet tar-rescEU jintużaw għal finijiet nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 12(5), l-ispejjeż kollha, fosthom l-ispejjeż ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija, għandhom ikunu koperti mill-Istat Membru li juża l-kapaċitajiet.
4b.  
Fil-każ ta’ stazzjonar tal-kapaċitajiet tar-rescEU permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tkopri 75 % tal-ispejjeż operazzjonali.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tkopri 100 % tal-ispejjeż operazzjonali tal-kapaċitajiet tar-rescEU meħtieġa għal diżastri ta’ probabbiltà baxxa b’impatt qawwi, meta dawk il-kapaċitajiet jiġu stazzjonati permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

4c.  
Għall-istazzjonar barra l-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 12(10), l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tkopri 100 % tal-ispejjeż operazzjonali.
4d.  
Meta l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmija f’dan l-Artikolu ma tkoprix 100 % tal-ispejjeż, l-ammont li jifdal għandu jiġġarrab minn min jitlob l-assistenza, sakemm ma jkunx intlaħaq qbil mod ieħor mal-Istat Membru li jkun offra l-assistenza jew l-Istat Membru li jospita l-kapaċitajiet tar-rescEU.
4e.  
Għall-istazzjonar tal-kapaċitajiet tar-rescEU, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tista’ tkopri 100 % ta’ kwalunkwe spiża diretta meħtieġa għat-trasport ta’ merkanzija, mezzi u servizzi loġistiċi, fl-Unjoni u lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi.
5.  
F’każ ta’ konsorzju tal-operazzjonijiet tat-trasport li jinvolvi diversi Stati Membri, Stat Membru jista’ jieħu r-riedni biex jitlob appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-operazzjoni kollha.
6.  
Meta Stat Membru jitlob lill-Kummissjoni biex tikkuntratta servizzi ta’ trasport, il-Kummissjoni għandha titlob rimborż parzjali tal-ispejjeż skont ir-rati ta’ ffinanzjar stabbiliti fil-paragrafi 1a, 2 u 4.
6a.  

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1a u 2, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għat-trasport tal-assistenza, meħtieġ f’diżastri ambjentali li fihom japplika l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” jista’ jkopri massimu ta’ 100 % tal-ispejjeż totali eliġibbli. Għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għat-trasport ta’ assistenza jintalab mill-Istat Membru affettwat jew li jassisti abbażi ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet ġġustifikata kif xieraq;

(b) 

l-Istat Membru affettwat jew li jassisti jieħu, kif adatt, il-passi kollha meħtieġa biex jitlob u jikseb kumpens minn min iniġġes, f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali internazzjonali, tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli kollha;

(c) 

malli jirċievi kumpens mingħand min iniġġes, l-Istat Membru affettwat jew li jassisti għandu, kif adatt, jirrimborża lill-Unjoni minnufih.

Fil-każ ta’ diżastru ambjentali kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu li ma jaffettwax Stat Membru, l-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jitwettqu mill-Istat Membru li jassisti.

7.  
L-ispejjeż li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għar-riżorsi loġistiċi u tat-trasport taħt dan l-Artikolu: l-ispejjeż kollha relatati maċ-ċaqliq ta’ riżorsi loġistiċi u tat-trasport, inklużi l-ispejjeż ta’ kull servizz, tariffa, spiża loġistika u ta’ maniġġar, fjuwil u spejjeż possibbli għal akkomodazzjoni kif ukoll spejjeż indiretti oħra bħal taxxi, dazji ġenerali u spejjeż għat-tranżitu.
8.  
L-ispejjeż tat-trasport jistgħu jikkonsistu fi spejjeż għal kull unità, ammonti sħaħ jew rati fissi stabbiliti għal kull kategorija ta’ spiża.

▼B

Artikolu 24

Benefiċjarji

Għotjiet mogħtija skont din id-Deċiżjoni jistgħu jingħataw lil persuni ġuridiċi, kemm jekk regolati mid-dritt privat kif ukoll jekk regolati mid-dritt pubbliku.

▼M3

Artikolu 25

Tipi ta’ intervent finanzjarju u proċeduri ta’ implimentazzjoni

1.  
Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.
2.  
Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni f’ġestjoni diretta f’konformità mar-Regolament Finanzjarju jew, fejn iġġustifikat min-natura u l-kontenut tal-azzjoni kkonċernata, f’ġestjoni indiretta mal-korpi msemmija fil-punt (c)(ii), (iv), (v) u (vi) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.
3.  
L-appoġġ finanzjarju skont din id-Deċiżjoni jista’ jieħu kwalunkwe forma stabbilita fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari l-forma ta’ għotjiet, akkwist jew kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji.
4.  
F’konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, filwaqt li jitqies id-dewmien tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2021/836 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) u sabiex tiġi żgurata l-kontinwità, fil-każijiet iġġustifikati kif xieraq speċifikati fid-deċiżjoni ta’ finanzjament u għal perijodu limitat, l-ispejjeż imġarrba fir-rigward ta’ azzjonijiet appoġġjati fl-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jitqiesu eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021, anki jekk ikunu ġġarrbu qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal għotja.
5.  
Sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma annwali jew pluriennali, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33(2). Il-programmi ta’ ħidma annwali jew pluriennali għandhom jistabbilixxu l-objettivi segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta’ implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda indikattiva ta’ żmien ta’ implimentazzjoni. Fir-rigward tal-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 28(2), il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jiddeskrivu l-azzjonijiet previsti għall-pajjiżi msemmija fihom.

L-ebda programm ta’ ħidma annwali jew pluriennali ma għandu jkun meħtieġ għal azzjonijiet li jaqgħu taħt ir-rispons f’każ ta’ diżastru stabbiliti fil-Kapitolu IV, li ma jistgħux jiġu previsti minn qabel.

6.  
Għall-finijiet ta’ trasparenza u prevedibbiltà, l-eżekuzzjoni baġitarja u l-allokazzjonijiet futuri proġettati għandhom jiġu ppreżentati u diskussi fuq bażi annwali fil-kumitat imsemmi fl-Artikolu 33. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm infurmat.
7.  
Flimkien mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament, li ma jkunux intużaw sa tmiem is-sena finanzjarja li għaliha kienu ddaħħlu fil-baġit annwali għandhom awtomatikament jiġu riportati u jistgħu jiġu impenjati u mħallsa sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara. L-approprjazzjonijiet riportati għandhom jintużaw biss għall-azzjonijiet ta’ rispons. L-approprjazzjonijiet riportati għandhom ikunu l-ewwel approprjazzjonijiet li jintużaw fis-sena finanzjarja ta’ wara.

▼B

Artikolu 26

Komplementarjetà u konsistenza tal-azzjoni tal-Unjoni

▼M2

1.  
L-azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja taħt din id-Deċiżjoni ma għandhomx jirċievu assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni. Madankollu, f'konformità mal-Artikolu 191(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), l-assistenza finanzjarja mogħtija skont l-Artikoli 21, 22 u 23 ta' din id-Deċiżjoni ma għandhiex timpedixxi l-finanzjament minn strumenti oħra tal-Unjoni f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fihom.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-applikanti għall-assistenza finanzjarja taħt din id-Deċiżjoni, u l-benefiċjarji ta' tali assistenza, jipprovduha b'informazzjoni dwar l-assistenza finanzjarja li jirċievu minn sorsi oħra, inkluż il-baġit ġenerali tal-Unjoni, u dwar applikazzjonijiet pendenti għal tali assistenza.

2.  
Għandhom jiġi żviluppati sinerġiji, komplementarjetà u aktar koordinazzjoni ma' strumenti oħra tal-Unjoni bħal dawk li jappoġġaw politiki dwar il-koeżjoni, l-iżvilupp rurali, ir-riċerka, is-saħħa, il-migrazzjoni u s-sigurtà, kif ukoll il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni. Fil-każ ta' reazzjoni għal kriżijiet umanitarji f'pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-komplementarjetà u l-koerenza ta' azzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni ma' azzjonijiet iffinanzjati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1257/96, u li dawk l-azzjonijiet ikunu implimentati f'konformità mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.

▼B

3.  
Meta l-għajnuna taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni tikkontribwixxi għal reazzjoni umanitarja tal-Unjoni, partikolarment f'emerġenzi kumplessi, l-azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja skont din id-Deċiżjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-ħtiġijiet identifikati u għandhom ikunu konsistenti mal-prinċipji umanitarji kif ukoll mal-prinċipji dwar l-użu tal-protezzjoni ċivili u tar-riżorsi militari kif stabbiliti fil-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.

▼M3

Artikolu 27

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Meta pajjiż terz jieħu sehem fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni permezz ta’ deċiżjoni adottata skont ftehim internazzjonali jew abbażi ta’ kwalunkwe strument ġuridiku ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji meħtieġa biex l-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni responsabbli, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).

▼B



KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 28

Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

▼M2

1.  

Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta':

(a) 

pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE, u pajjiżi Ewropej oħra meta jkun ipprovdut hekk minn ftehimiet u proċeduri;

(b) 

pajjiżi li jkunu qed jaċċedu għall-Unjoni, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, f'konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet Qafas rispettivi u d-Deċiżjonijiet rispettivi ta' Kunsilli ta' Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili.

1a.  
Il-parteċipazzjoni fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandha tinkludi parteċipazzjoni fl-attivitajiet tiegħu f'konformità mal-objettivi, ir-rekwiżiti, il-kriterji, il-proċeduri u l-iskadenzi previsti f'din id-Deċiżjoni, u għandha tkun f'konformità mal-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-ftehimiet bejn l-Unjoni u l-Istat parteċipanti.

▼B

2.  
L-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 20 u l-punti (a), (b), (e) u (h) tal-Artikolu 21(1) tista' tingħata wkoll lill-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li ma jipparteċipawx fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni, kif ukoll lil pajjiżi li huma parti mill-PEV, sal-punt li dik l-assistenza finanzjarja tikkomplementa l-finanzjament disponibbli taħt att leġislattiv tal-Unjoni futur dwar l-istabbiliment tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) u att leġislattiv tal-Unjoni futur dwar l-istabbiliment ta' Strument Ewropew ta' Viċinat.

▼M2

3.  
Organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali, jew pajjiżi li jifformaw parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat jistgħu jikkooperaw f'attivitajiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni fejn ftehimiet bilaterali jew multilaterali rilevanti bejn dawk l-organizzazzjonijiet jew pajjiżi u l-Unjoni jippermettu dan.

▼B

Artikolu 29

Awtoritajiet kompetenti

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti u jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan.

▼M2

Artikolu 30

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall- kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

▼M3

2.  
Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19(6) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2027.

▼M3 —————

▼M3

4.  
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 19(6) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

▼M2

5.  
Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
6.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼M3

7.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 19(6) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dan l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 31

Proċedura ta’ urġenza

1.  
Atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika dwar att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.
2.  
Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' joġġezzjona għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(5). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att mingħajr dewmien wara n-notifika dwar id-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 32

Atti ta' implimentazzjoni

1.  

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar il-materji li ġejjin:

(a) 

l-interazzjoni tal-ERCC mal-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri, kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 8, l-Artikolu 15(3) u l-punt (a) tal-Artikolu 16(3); u l-proċeduri operazzjonali għar-reazzjoni għad-diżastri ġewwa l-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 15, kif ukoll barra l-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 16, inkluża l-identifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti;

(b) 

il-komponenti taċ-CECIS kif ukoll l-organizzazzjoni tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni permezz taċ-CECIS, kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 8;

(c) 

il-proċess għall-istazzjonar ta' timijiet ta' esperti, kif previst fl-Artikolu 17;

(d) 

l-identifikazzjoni ta' moduli, kapaċitajiet oħrajn ta' reazzjoni u esperti kif previst fl- Artikolu 9(1);

(e) 

ir-rekwiżiti operazzjonali għall-funzjonament u l-interoperabbiltà ta' moduli, kif previst fl- Artikolu 9(2), inklużi l-kompiti, il-kapaċitajiet, il-komponenti ewlenin, l-awtosuffiċjenza u l-istazzjonar tagħhom;

(f) 

il-miri tal-kapaċità, ir-rekwiżiti ta' kwalità u interoperabbiltà u l-proċedura ta' ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni għall-funzjonament tal- ►M2  Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili ◄ , kif previst fl-Artikolu 11, kif ukoll l-arranġamenti finanzjarji, kif previst fl-Artikolu 21(2);

▼M2

(g) 

l-istabbiliment, il-ġestjoni u l-manutenzjoni tar-rescEU, kif previst fl-Artikolu 12, inklużi kriterji għal deċiżjonijiet ta' stazzjonar, proċeduri operattivi kif ukoll l-ispejjeż kif imsemmija fl-Artikolu 21(3);

(h) 

l-istabbiliment u l-organizzazzjoni tan-Netwerk tal-Unjoni ta' Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili, kif previst fl-Artikolu 13;

(ha) 

il-kategoriji ta' riskji ta' probabbiltà baxxa b'impatt qawwi u l-kapaċitajiet korrispondenti biex dawn ikunu ġestiti, kif imsemmi fl-Artikolu 21(4);

(hb) 

il-kriterji u l-proċeduri għar-rikonoxximent ta' impenn fit-tul u kontributi straordinarji għall-Protezzjoni ċivili tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 20(a); u

▼M3

(i) 

l-organizzazzjoni tal-appoġġ għar-riżorsi tat-trasport u l-loġistika, kif previst fl-Artikoli 18 u 23.

▼B

2.  
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

Artikolu 33

Proċedura tal-Kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta l-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼M3

3.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

▼M2

Artikolu 34

Evalwazzjoni

1.  
L-azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja għandhom ikunu monitorjati b'mod regolari sabiex tiġi segwita l-implimentazzjoni tagħhom.

▼M3

2.  
Kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet u l-progress li jkun sar taħt l-Artikolu 6(5) u l-Artikoli 11 u 12. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar progress li jkun sar lejn l-għanijiet tal-Unjoni ta’ reżiljenza għad-diżastri, l-għanijiet tal-kapaċità u d-diskrepanzi li jkun fadal kif imsemmi fl-Artikolu 11(2), b’kont meħud tal-istabbiliment tal-kapaċitajiet tar-rescEU f’konformità mal-Artikolu 12. Ir-rapport għandu jipprovdi wkoll ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi baġitarji u dawk tal-ispejjeż relatati ma’ kapaċitajiet ta’ rispons, u valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ żvilupp ulterjuri ta’ dawk il-kapaċitajiet.
3.  
Sal-31 ta’ Diċembru 2023 u kull ħames snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għandha tippreżenta komunikazzjoni dwar l-effikaċja, il-kosteffiċjenza u l-implimentazzjoni kontinwa ta’ din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 6(4), il-kapaċitajiet tar-rescEU u l-livell ta’ koordinazzjoni u sinerġiji miksuba ma’ politiki, programmi u fondi oħra tal-Unjoni, inkluż emerġenzi mediċi, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Din il-komunikazzjoni għandha tkun akkumpanjata, fejn adatt, minn proposti għall-emendar ta’ din id-Deċiżjoni.

▼B



KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

▼M2

Artikolu 35

Dispożizzjonijiet transizzjonali

Sal-1 ta' Jannar 2025, tista' tiġi pprovduta assistenza finanzjarja mill-Unjoni biex tkopri 75 % tal-ispejjeż neċessarji biex ikun żgurat aċċess rapidu għall-kapaċitajiet nazzjonali li jikkorrispondu għal dawk definiti f'konformità mal-Artikolu 12(2). Għal dak il-għan, jistgħu jingħataw għotjiet diretti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri mingħajr sejħa għal proposti.

Il-kapaċitajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu ddeżinjati bħala kapaċitajiet tar-rescEU sat-tmiem ta' dan il-perijodu tranżizzjonali.

B'deroga mill-Artikolu 12(6), id-deċiżjoni dwar l-istazzjonar tal-kapaċitajiet imsemmijin fl-ewwel paragrafu għandha tittieħed mill-Istat Membru li jkun għamilhom disponibbli bħala kapaċitajiet tar-rescEU. Meta minħabba emerġenzi domestiċi, force majeure jew, f'każijiet eċċezzjonali, raġunijiet serji, Stat Membru ma jkunx jista' jagħmel dawk il-kapaċitajiet disponibbli għal diżastru speċifiku, dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli billi jirreferi għal dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 36

Revoka

Id-Deċiżjoni 2007/162/KE, Euratom u d-Deċiżjoni 2007/779/KE, Euratom huma revokati. Referenzi għad-Deċiżjonijiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoniu għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 37

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

▼M2 —————

▼M3




ANNESS I

Perċentwali għall-allokazzjoni tal-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 19(1a) u tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 19a għall-perjodu mill-2021 sal-2027

Prevenzjoni: 5 % +/- 4 punti perċentwali
Tħejjija: 85 % +/- 10 punti perċentwali
Rispons: 10 % +/- 9 punti perċentwali

Prinċipji

Meta tiġi implimentata din id-Deċiżjoni, il-mira tal-Unjoni, li tikkontribwixxi għall-objettivi klimatiċi ġenerali u għall-ambizzjoni tal-integrazzjoni tal-azzjoni dwar il-bijodiversità fil-politiki tal-Unjoni, għandha titqies kif dovut sal-punt permess mill-imprevedibbiltà u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tat-tħejjija u r-rispons għad-diżastri.

▼M2




ANNESS IA

▼M3

Kategoriji ta’ spejjeż eliġibbli kif imsemmija fl-Artikolu 21(3)

▼M2

1. 

Spejjeż tat-tagħmir

2. 

Spejjeż tal-manutenzjoni, inklużi spejjeż tat-tiswija

3. 

Spejjeż tal-assigurazzjoni

4. 

Spejjeż tat-taħriġ

5. 

Spejjeż tal-magazzinaġġ

6. 

Spejjeż tar-reġistrazzjoni u taċ-ċertifikazzjoni

7. 

Spejjeż ta' oġġetti għall-konsum

8. 

Spejjeż tal-persunal meħtieġ biex jiżgura d-disponibbiltà u l-istazzjonabbiltà tal-kapaċitajiet tar-rescEU.

▼B




ANNESS II



Tabella ta' korrelazzjoni

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/162 KE, Euratom

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779 KE, Euratom

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1(1)

 

—

Artikolu 1(2)

 

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(3)

 

—

Artikolu 1(4)

 

Artikolu 2(2)

 

Artikolu 1(1)

—

 

Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(2)

 

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 1(5)

Artikolu 2(1)

 

Artikolu 2(1), punt (a)

Artikolu 2(2)

 

Artikolu 2(1), punt (b)

Artikolu 2(3)

 

Artikolu 1(6)

 

Artikolu 2(1)

—

 

Artikolu 2(2)

Artikolu 13(1), punt (a)

 

Artikolu 2(3)

Artikolu 20(c)

 

Artikolu 2(4)

Artikolu 8(d)

 

Artikolu 2(5)

Artikolu 8(a)

 

Artikolu 2(6)

Artikolu 8(b)

 

Artikolu 2(7)

Artikolu 8(c)

 

Artikolu 2(8)

Artikolu 18(1)

 

Artikolu 2(9)

Artikolu 18(2)

 

Artikolu 2(10)

Artikolu 16(7)

 

Artikolu 2(11)

—

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4(1)

 

Artikoli 20 u 21

Artikolu 4(2), punt (a)

 

Artikolu 22(a)

Artikolu 4(2), punt (b)

 

Artikolu 22(b) u Artikolu 23(1), punti (a), (b) u (c)

Artikolu 4(2), punt (c)

 

Artikolu 23(1), punt (d)

Artikolu 4(3)

 

Artikolu 23(2) u (4)

Artikolu 4(4)

 

Artikolu 32(1)(i)

 

Artikolu 4(1)

Artikolu 9(1)

 

Artikolu 4(2)

Artikolu 9(3)

 

Artikolu 4(3)

Artikolu 9(1) u (2)

 

Artikolu 4(4)

Artikolu 9(4)

 

Artikolu 4(5)

Artikolu 9(5)

 

Artikolu 4(6)

Artikolu 9(6)

 

Artikolu 4(7)

Artikolu 9(9)

 

Artikolu 4(8)

Artikolu 9(7)

Artikolu 5

 

Artikolu 24

 

Artikolu 5(1)

Artikolu 8(a)

 

Artikolu 5(2)

Artikolu 8(b)

 

Artikolu 5(3)

Artikolu 8(c)

 

Artikolu 5(4)

Artikolu 8(d)

 

Artikolu 5(5)

Artikolu 13(1), punt (a)

 

Artikolu 5(6)

—

 

Artikolu 5(7)

Artikolu 13(1), punt (d)

 

Artikolu 5(8)

Artikolu 13(1), punt (f)

 

Artikolu 5(9)

Artikolu 18

 

Artikolu 5(10)

Artikolu 8(e)

 

Artikolu 5(11)

Artikolu 8(g)

Artikolu 6(1)

 

Artikolu 25(1)

Artikolu 6(2)

 

Artikolu 25(2)

Artikolu 6(3)

 

Artikolu 25(3), it-tielet u r-raba' sentenzi

Artikolu 6(4)

 

Artikolu 25(3), it-tielet u r-raba' sentenzi

Artikolu 6(5)

 

Artikolu 25(3), l-ewwel u t-tieni sentenzi

Artikolu 6(6)

 

—

 

Artikolu 6

Artikolu 14

Artikolu 7

 

Artikolu 28(1)

 

Artikolu 7(1)

Artikolu 15(1)

 

Artikolu 7(2)

Artikolu 15(3)

 

Artikolu 7(2), punt (a)

Artikolu 15(3), punt (a)

 

Artikolu 7(2), punt (c)

Artikolu 15(3), punt (b)

 

Artikolu 7(2), punt (b)

Artikolu 15(3), punti (c) u (d)

 

Artikolu 7(3), l-ewwel u t-tielet sentenzi

Artikolu 15(4) u Artikolu 16(6)

 

Artikolu 7(4)

Artikolu 15(5)

 

Artikolu 7(5)

—

 

Artikolu 7(6)

Artikolu 17(3), l-ewwel sentenza

Artikolu 8

 

Artikolu 26

 

Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 16(1)

 

Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 16(2), l-ewwel sentenza

 

Artikolu 8(1), it-tielet subparagrafu

—

 

Artikolu 8(1), ir-raba' subparagrafu

—

 

Artikolu 8(2)

Artikolu 16(4)

 

Artikolu 8(3)

—

 

Artikolu 8(4), punt (a)

Artikolu 16(3), punt (a)

 

Artikolu 8(4), punt (b)

Artikolu 16(3), punt (c)

 

Artikolu 8(4), punt (c)

Artikolu 16(3), punt (d)

 

Artikolu 8(4), punt (d)

Artikolu 16(3), punt (e)

 

Artikolu 8(5)

Artikolu 16(8)

 

Artikolu 8(6), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17(1) u Artikolu (2), punt (b)

 

Artikolu 8(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 17(3), it-tieni sentenza

 

Artikolu (7), l-ewwel subparagrafu

—

 

Artikolu 8(7), it-tieni subparagrafu

Artikolu 16(2), it-tieni sentenza

 

Artikolu 8(7), it-tielet subparagrafu

Artikolu 16(9)

 

Artikolu 8(7), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 16(11)

 

Artikolu 8 (7), il-ħames subparagrafu

—

 

Artikolu 8 (8)

Artikolu 16(10)

 

Artikolu 8(9), punt (a)

Artikolu 16(12)

 

Artikolu 8(9), punt (b)

Artikolu 16(13)

Artikolu 9

 

Artikolu 16(2)

 

Artikolu 9

Artikolu 18

Artikolu 10

 

Artikolu 19(3)

 

Artikolu 10

Artikolu 28

Artikolu 11

 

—

 

Artikolu 11

Artikolu 29

Artikolu 12(1)

 

Artikolu 27(1)

Artikolu 12(2)

 

—

Artikolu 12(3)

 

—

Artikolu 12(4)

 

—

Artikolu 12(5)

 

—

 

Artikolu 12(1)

Artikolu 32(1), punt (e)

 

Artikolu 12(2)

Artikolu 32(1), punt (a)

 

Artikolu 12(3)

Artikolu 32(1), punt (b)

 

Artikolu 12(4)

Artikolu 32(1), punt (c)

 

Artikolu 12(5)

Artikolu 32(1), punt (h)

 

Artikolu 12(6)

Artikolu 32(1), punt (d)

 

Artikolu 12(7)

—

 

Artikolu 12 (8)

—

 

Artikolu 12 (9)

Artikolu 32 (1) (a), first sentence

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 33

Artikolu 14

 

Artikolu 19

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 34

 

Artikolu 15

Artikolu 36

Artikolu 16

 

Artikolu 37, it-tieni sentenza

Artikolu 17

Artikolu 16

Artikolu 38



( 1 ) Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).

( 3 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

( 4 ) ĠU C 25, 30.1.2008, p. 1.

( 5 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġja l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 23).

( 6 ) Ir-Regolament (UE) 2021/836 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 185, 26.5.2021, p. 1).

( 7 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

( 8 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).