02013D0798 — MT — 29.04.2020 — 020.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/798/PESK

tat-23 ta’ Diċembru 2013

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

(ĠU L 352 24.12.2013, p. 51)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/125/PESK tal-10 ta’ Marzu 2014

  L 70

22

11.3.2014

 M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/382/PESK tat-23 ta' Ġunju 2014

  L 183

57

24.6.2014

►M3

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/863/PESK tal-1 ta' Diċembru 2014

  L 346

52

2.12.2014

►M4

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/336 tat-2 ta' Marzu 2015

  L 58

79

3.3.2015

►M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/739 tas-7 ta' Mejju 2015

  L 117

49

8.5.2015

 M6

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1488 tat-2 ta' Settembru 2015

  L 229

12

3.9.2015

 M7

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2459 tat-23 ta' Diċembru 2015

  L 339

48

24.12.2015

 M8

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/360 tal-11 ta' Marzu 2016

  L 67

53

12.3.2016

 M9

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/564 tal-11 ta' April 2016

  L 96

38

12.4.2016

 M10

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1446 tal-31 ta' Awwissu 2016

  L 235

13

1.9.2016

►M11

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/412 tas-7 ta' Marzu 2017

  L 63

102

9.3.2017

 M12

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/901 tal-24 ta' Mejju 2017

  L 138

140

25.5.2017

►M13

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/916 tad-29 ta' Mejju 2017

  L 139

49

30.5.2017

 M14

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1103 tal-20 ta' Ġunju 2017

  L 158

46

21.6.2017

►M15

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/332 tal-5 ta' Marzu 2018

  L 63

46

6.3.2018

►M16

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/391 tat-12 ta' Marzu 2018

  L 69

46

13.3.2018

►M17

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/699 tat-8 ta' Mejju 2018

  L 117I

3

8.5.2018

►M18

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/763 tat-13 ta' Mejju 2019

  L 125

21

14.5.2019

►M19

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1576 tal-20 ta' Settembru 2019

  L 243

6

23.9.2019

►M20

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1737 tas-17 ta’ Ottubru 2019

  L 265

7

18.10.2019

►M21

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/408 tat-17 ta’ Marzu 2020

  L 80I

1

17.3.2020

►M22

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/584 tat-28 ta’ April 2020

  L 137

5

29.4.2020




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/798/PESK

tat-23 ta’ Diċembru 2013

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana



Artikolu 1

1.  Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u spare parts għal dawn imsemmija hawn fuq lir-Repubblika Ċentru-Afrikana (“RĊA”) minn ċittadini ta’ Stati Membri jew li ġejjin minn territorji ta’ Stati Membri jew l-użu ta' bastimenti li jtajru l-bandiera jew l-ajruplani tagħhom għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw kif ukoll jekk ma joriġinawx mit-territorji tagħhom.

2.  Għandu jkun pprojbit:

(a) 

l-għoti ta' assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħra, inkluż il-forniment ta' persunal merċenarju armat, relatati ma’ attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u ta' materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u spare parts għal dawn imsemmija hawn fuq, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-RĊA jew biex jintużaw fiha;

(b) 

l-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat, jew għall-forniment ta' assistenza teknika relatata, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-RĊA jew biex jintużaw fiha;

(c) 

il-parteċipazzjoni, konsapevoli u intenzjonali, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jiġu evitati l-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b).

▼M5

Artikolu 1a

L-Istati Membri, ladarba jiskopru, għandhom jaqbdu, jirreġistraw u jeħilsu minn (pereżempju billi jeqirdu, jagħmlu inoperabbli, jaħżnu jew jittrasferixxu lil Stat ieħor għajr dak minn fejn joriġinaw jew Stati ta' destinazzjoni għar-rimi) oġġetti li l-provvista, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom hija projbita skont l-Artikolu 1.

▼M20

Artikolu 2

1.  L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:

(a) 

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat, u l-għoti ta' assistenza teknika relatata jew finanzjament u assistenza finanzjarja relatati, intenzjonati biss għall-appoġġ jew għall-użu mill-Missjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni fir-RĊA (MINUSCA), il-missjonijiet tal-Unjoni u l-forzi Franċiżi stazzjonati fir-RĊA, kif ukoll forzi oħrajn tal-Istati Membri tan-NU li jipprovdu taħriġ u assistenza kif innotifikat minn qabel f'konformità mal-punt (b);

(b) 

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir mhux letali u l-għoti ta' assistenza, inkluż taħriġ operazzjonali u dak mhux operazzjonali, lill-forzi tas-sigurtà tar-RĊA, inkluż l-istituzzjonijiet statali tal-infurzar tal-liġi ċivili, intenzjonati biss għall-appoġġ jew l-użu fil-proċess tar-RĊA għar-riforma tas-settur tas-sigurtà (“RSS”), f'koordinazzjoni ma' MINUSCA, u kif innotifikat minn qabel lill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 57 tal-UNSCR 2127 (2013) (“il-Kumitat”);

(c) 

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat li ddaħħlu fir-RĊA minn forzi miċ-Chad jew Sudaniżi unikament biex jintużaw f'pattulji internazzjonali tal-forza tripartitika stabbilita fit-23 ta' Mejju 2011 f'Khartoum mir-RĊA, iċ-Chad u s-Sudan, biex tissaħħaħ is-sigurtà f'żoni ta' fruntiera komuni, f'kooperazzjoni ma' MINUSCA, kif approvat minn qabel mill-Kumitat;

(d) 

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir militari mhux letali intenzjonat biss għal użu umanitarju jew protettiv, u assistenza teknika jew taħriġ relatati, kif innotifikat minn qabel lill-Kumitat;

(e) 

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' lbies protettiv, inklużi ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn ir-RĊA minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, persunal tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-mezzi tax-xandir u ħaddiema umanitarji u fil-qasam tal-iżvilupp u persunal assoċjat, għall-użu personali tagħhom biss;

(f) 

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi żgħar u tagħmir ieħor relatat intenzjonati biss biex jintużaw f'pattulji mmexxija b'mod internazzjonali li jipprovdu sigurtà fiż-Żona Protetta Tri-nazzjonali tax-Xmara Sangha jew mill-gwardjani armati tal-fawna selvaġġa tal-Proġett Chinko u l-Park Nazzjonali Bamingui-Bangoran għad-difiża kontra s-serq, il-kuntrabandu tal-avorju u l-armi, u attivitajiet oħra li jmorru kontra l-liġijiet nazzjonali tar-RĊA jew l-obbligi legali internazzjonali tar-RĊA, kif innotifikat minn qabel lill-Kumitat;

▼M21

(g) 

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armi b’kalibru ta’ 14,5 mm jew anqas u munizzjon u komponenti mfassla speċjalment għal tali armi, u ta’ vetturi militari tal-art mhux armati u vetturi militari tal-art mmuntati b’armi b’kalibru ta’ 14,5 mm jew inqas, lill-forzi tas-sigurtà tar-RĊA, inkluż l-istituzzjonijiet statali tal-infurzar tal-liġi ċivili, meta tali armi, munizzjon, komponenti u vetturi jkunu intenzjonati biss għall-appoġġ tal-proċess tar-RĊA għar-RSS jew għal użu fih, kif innotifikat minn qabel lill-Kumitat;

▼M20

(h) 

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u tagħmir letali relatat ieħor li mhumiex elenkati fil-punt (g) tal-Artikolu 2(1) ta' din id-Deċiżjoni lill-forzi tas-sigurtà tar-RĊA, inkluż l-istituzzjonijiet statali tal-infurzar tal-liġi ċivili, meta tali armi u tagħmir ikunu intenzjonati biss għall-appoġġ jew l-użu fil-proċess tar-RĊA għar-RSS, kif approvat minn qabel mill-Kumitat; jew

(i) 

bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni oħra ta' armi u materjal relatat ieħor, jew l-għoti ta' assistenza jew persunal, kif approvat minn qabel mill-Kumitat.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat minn tal-anqas 20 jum qabel it-twettiq ta' kwalunkwe bejgħ, trasferiment jew esportazzjoni kif permess fil-punti (d), (f) u (g) tal-paragrafu 1.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-notifiki kollha u t-talbiet għal eżenzjoni kollha lill-Kumitat jinkludu:

(a) 

id-dettalji tal-manifattur u tal-fornitur tat-tagħmir;

(b) 

deskrizzjoni tat-tagħmir inkluż it-tip, il-kalibru, il-kwantità kif ukoll in-numri tas-serje u n-numri tal-lott jew id-data/i proposta/i meta n-numri tas-serje u n-numri tal-lott ser jiġu pprovduti fil-każ ta' talba għal eżenzjoni;

(c) 

id-data/i proposta/i u l-post(ijiet) tal-konsenja;

(d) 

il-mod(ijiet) ta' trasport u l-itinerarju tal-vjeġġi; u

(e) 

il-fini tal-użu u l-utent aħħari, inkluż l-unità tad-destinazzjoni maħsuba fil-forzi tas-sigurtà tar-RĊA, kif ukoll il-post maħsub għall-ħżin.

▼M1

Artikolu 2a

▼M11

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu d-dħul fi, jew it-transitu minn, it-territorji tagħhom tal-persuni deżinjati mill-Kumitat bħala:

(a) 

li jingaġġaw fi jew li jagħtu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inklużi atti li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u rikonċiljazzjoni jew li jinstigaw il-vjolenza;

(b) 

li bl-aġir tagħhom jiksru l-embargo fuq l-armi stabbilit fil-paragrafu 54 tal-UNSCR 2127 (2013) u l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, jew li direttament jew indirettament ipprovdew, biegħu jew ittrasferixxew lil gruppi armati jew netwerks kriminali fir-RĊA, jew li rċevew armi jew kwalunkwe materjal relatat, jew kwalunkwe parir tekniku, taħriġ jew assistenza, inkluż finanzjament u assistenza finanzjarja, relatati ma' attivitajiet vjolenti ta' gruppi armati jew netwerks kriminali fir-RĊA;

▼M16

(c) 

involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti fir-RĊA li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, inklużi dawk li jinvolvu attakki fuq il-popolazzjoni ċivili, attakki fuq bażi etnika jew reliġjuża, attakki fuq objettivi ċivili, inklużi ċentri amministrattivi, qrati, skejjel u sptarijiet, u l-ħtif u ċ-ċaqliq sfurzat;

▼M11

(d) 

involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jinvolvu vjolenza sesswali u sessista fir-RĊA;

(e) 

li jirreklutaw jew jużaw tfal f'konflitti armati fir-RĊA, bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli;

(f) 

li jipprovdu appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti, id-deheb, l-annimali selvaġġi u l-prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA;

(g) 

li jostakolaw l-għoti ta' assistenza umanitarja lir-RĊA, jew l-aċċess għal, jew id-distribuzzjoni ta' assistenza umanitarja fir-RĊA;

▼M16

(h) 

involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar, jew it-twettiq ta' attakki kontra missjonijiet tan-NU jew preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inklużi l-MINUSCA, il-missjonijiet tal-Unjoni u l-forzi Franċiżi li jappoġġawhom, kif ukoll kontra l-persunal umanitarju;

▼M11

(i) 

mexxejja ta' entità deżinjata mill-Kumitat, jew li jkunu pprovdew appoġġ għal, jew aġixxew għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', persuna jew entità deżinjata mill-Kumitat, jew entità li tkun il-proprjetà ta' jew ikkontrollata minn persuna jew entità deżinjata mill-Kumitat;

▼M16

(j) 

li jwettqu atti ta' inċitament għall-vjolenza, b'mod partikolari fuq bażi etnika jew reliġjuża, li jdgħajfu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, u mbagħad jieħdu sehem fi jew jagħtu appoġġ għal atti li jdgħajfu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA,

▼M11

kif elenkat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

▼M1

2.  Il-paragrafu 1 ma jobbligax Stat Membru li jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

3.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn id-dħul jew it-tranżitu huwa meħtieġ biex isir proċess ġudizzjarju.

4.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat jiddetermina skont il-każ li:

(a) 

l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inkluż obbligu reliġjuż;

(b) 

eżenzjoni tkun tiffaċilita l-objettivi ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali fir-RĊA u l-istabbiltà reġjonali.

5.  F'każijiet fejn, skont il-paragrafu 3 jew 4, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-tranżitu minnu, ta’ persuna elenkata fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih ingħatat u għall-persuna kkonċernata minnha.

Artikolu 2b

▼M11

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma l-proprjetà ta' jew ikkontrollati direttament jew indirettament minn persuni jew entitajiet deżinjati mill-Kumitat u elenkati fl-Anness bħala:

(a) 

li jingaġġaw fi jew li jagħtu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inklużi atti li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u rikonċiljazzjoni jew li jinstigaw il-vjolenza;

(b) 

li bl-aġir tagħhom jiksru l-embargo fuq l-armi stabbilit fil-paragrafu 54 tal-UNSCR 2127 (2013) u l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, jew li direttament jew indirettament ipprovdew, biegħu jew ittrasferixxew lil gruppi armati jew netwerks kriminali fir-RĊA, jew li rċevew armi jew kwalunkwe materjal relatat, jew kwalunkwe parir tekniku, taħriġ jew assistenza, inkluż finanzjament u assistenza finanzjarja, relatati ma' attivitajiet vjolenti ta' gruppi armati jew netwerks kriminali fir-RĊA;

▼M16

(c) 

involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti fir-RĊA li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, inklużi dawk li jinvolvu attakki fuq il-popolazzjoni ċivili, attakki fuq bażi etnika jew reliġjuża, attakki fuq objettivi ċivili, inklużi ċentri amministrattivi, qrati, skejjel u sptarijiet, u l-ħtif u ċ-ċaqliq sfurzat;

▼M11

(d) 

involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jinvolvu vjolenza sesswali u sessista fir-RĊA;

(e) 

li jirreklutaw jew jużaw tfal f'konflitti armati fir-RĊA, bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli;

(f) 

li jipprovdu appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti, id-deheb, l-annimali selvaġġi u l-prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA;

(g) 

li jostakolaw l-għoti ta' assistenza umanitarja lir-RĊA, jew l-aċċess għal, jew id-distribuzzjoni ta' assistenza umanitarja fir-RĊA;

▼M16

(h) 

involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar, jew it-twettiq ta' attakki kontra missjonijiet tan-NU jew preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inklużi l-MINUSCA, il-missjonijiet tal-Unjoni u l-forzi Franċiżi li jappoġġawhom, kif ukoll kontra l-persunal umanitarju;

▼M11

(i) 

mexxejja ta' entità deżinjata mill-Kumitat, jew li jkunu pprovdew appoġġ għal, jew aġixxew għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', persuna jew entità deżinjata mill-Kumitat, jew entità li tkun il-proprjetà ta' jew ikkontrollata minn persuna jew entità deżinjata mill-Kumitat;

▼M16

(j) 

li jwettqu atti ta' inċitament għall-vjolenza, b'mod partikolari fuq bażi etnika jew reliġjuża, li jdgħajfu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, u mbagħad jieħdu sehem fi jew jagħtu appoġġ għal atti li jdgħajfu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA,

▼M11

għandhom ikunu ffriżati.

▼M1

2.  L-ebda fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom ikunu disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta' kwalunkwe persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Stat Membru jista' jippermetti eżenzjonijiet mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi u riżorsi ekonomiċi li huma:

(a) 

neċessarji għal spejjeż bażiċi, inkluż ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, primjums ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet tal-użu ta' servizzi pubbliċi;

(b) 

maħsuba esklużivament għall-pagament ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż imġarrba li huma assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;

(c) 

maħsubin esklużivament għall-pagament ta' miżati jew l-ispejjeż tas-servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta' fondi ffriżati, assi finanzjarji oħra u riżorsi ekonomiċi;

wara li ssir notifika lill-Kumitat mill-Istat Membru kkonċernat dwar il-ħsieb tal-awtorizzazzjoni, fejn ikun il-każ, tal-aċċess għal tali fondi u riżorsi ekonomiċi, u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

▼M11

4.  Stat Membru jista' jippermetti wkoll għal eżenzjonijiet mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi u riżorsi ekonomiċi li huma:

(a) 

neċessarji għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat u approvazzjoni minn dan tal-aħħar;

(b) 

is-suġġett ta' privileġġ jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, li f'dak il-każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw sabiex jissodisfaw dak il-privileġġ jew dik is-sentenza bil-kondizzjoni li l-privileġġ jew is-sentenza saru qabel is-27 ta' Jannar 2017, u ma jkunux għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija f'dan l-Artikolu, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat.

▼M1

5.  Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni persuna jew entità indikata milli tagħmel pagament dovut skont kuntratt magħmul qabel ma tali persuna jew entità ġiet elenkata, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-pagament mhuwiex irċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 u wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat dwar l-intenzjoni li jsiru jew li jiġu rċevuti tali pagamenti jew li jiġi awtorizzat, fejn adatt, ir-rilaxx ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati għal dan il-għan, għaxart ijiem ta' xogħol qabel tali awtorizzazzjoni.

6.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

(a) 

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) 

pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi taħt din id-Deċiżjoni;

dment li tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 2c

Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista fl-Anness u għandu jemendaha f'konformità mad-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat.

Artikolu 2d

1.  Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat jagħżel persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi lil dik il-persuna jew entità fl-Anness. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar ta' dik il-persuna jew entità, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz huwa magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, li tipprovdi lil dik il-persuna jew l-entità b'opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

2.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew entità kif adatt.

Artikolu 2e

1.  L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet kif ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat.

2.  L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat li hija meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness għandu jinkludi wkoll id-data tan-nomina mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat.

▼M20

Artikolu 2f

1.  Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom taħt din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari:

(a) 

fir-rigward tal-Kunsill, għat-tħejjija u l-emendar tal-Anness;

(b) 

fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, għat-tħejjija ta' emendi għall-Anness.

2.  Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti b'rabta ma' reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, ma' kundanni penali ta' tali persuni jew ma' miżuri ta' sigurtà li jikkonċernaw lit-tali persuni, biss sa fejn tali pproċessar ikun meħtieġ għat-tħejjija tal-Anness.

3.  Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli huma nnominati bħala “kontrolluri” fis-sens tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom taħt ir-Regolament (UE) 2018/1725.

▼B

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M3




ANNESS

LISTA TA' PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2a U TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2b

A.   Persuni

▼M15

1.    François Yangouvonda BOZIZÉ (magħruf ukoll bħala: a) Bozize Yangouvonda); b) Samuel Peter Mudde (imwieled fis-16 ta' Diċembru 1948, f'Izo, is-Sudan t'Isfel))

Titlu: a) Eks Kap tal-Istat tar-Repubblika Ċentru-Afrikana; b) Professur

Data tat-twelid: a) 14 ta' Ottubru 1946; b) 16 ta' Diċembru 1948

Post tat-twelid: a) Mouila, il-Gabon; b) Izo, is-Sudan t'Isfel

Nazzjonalità: a) Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana; b) Is-Sudan t'Isfel

Nru tal-Passaport: D00002264, li nħareġ fil-11 ta' Ġunju 2013 (maħruġ mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, f'Juba, is-Sudan t'Isfel. Jiskadi fil-11 ta' Ġunju 2017. Passaport diplomatiku maħruġ taħt l-isem ta' Samuel Peter Mudde)

Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: M4800002143743 (Numru personali fuq il-passaport)

Indirizz: L-Uganda.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9 ta' Mejju 2014.

Informazzjoni oħra: Ommu jisimha Martine Kofio. Link elettroniku għall-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5802796

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Bozize ġie elenkat fid-9 ta' Mejju 2014 skont il-paragrafu 36 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA.”

Informazzjoni addizzjonali

Bil-kollaborazzjoni tas-sostenituri tiegħu, Bozize ħeġġeġ l-attakk tal-5 ta' Diċembru 2013 fuq Bangui. Minn dakinhar, kompla jipprova jmexxi operazzjonijiet ta' destabilizzazzjoni sabiex tinżamm it-tensjoni fil-kapitali tar-RĊA. Ġie rappurtat li Bozize ħoloq il-grupp tal-milizzja anti-Balaka qabel ma ħarab mir-RĊA fl-24 ta' Marzu 2013. F'komunikat, Bozize ħeġġeġ lill-milizzja tiegħu biex tkompli bl-atroċitajiet kontra r-reġim attwali u l-Iżlamisti. Ġie rappurtat li Bozize pprovda appoġġ finanzjarju u materjali lill-ġellieda tal-milizzja li qed jaħdmu biex jiddestabilizzaw it-transizzjoni attwali u biex Bozize jerġa' jkun fil-poter. Il-parti l-kbira tal-anti-Balaka huma mill-Forzi Armati Ċentru-Afrikani li tferrxu fil-kampanja wara l-kolp ta' stat u sussegwentement ġew organizzati mill-ġdid minn Bozize. Bozize u s-sostenituri tiegħu jikkontrollaw aktar minn nofs l-unitajiet anti-Balaka.

Il-forzi leali lejn Bozize kienu armati b'azzarini tal-assalt, artillerija tal-murtali u rocket-launchers u qed jieħdu sehem dejjem aktar f'attakki ta' tpattija kontra l-popolazzjoni Musulmana tar-RĊA. Is-sitwazzjoni fir-RĊA ddeterjorat malajr wara l-attakk tal-5 ta' Diċembru 2013 f'Bangui mill-forzi anti-Balaka meta nqatlu aktar minn 700 persuna.

▼M19

2.    Nourredine ADAM (magħruf ukoll bħala: a) Nureldine Adam; b) Nourreldine Adam; c) Nourreddine Adam; d) Mahamat Nouradine Adam); e) Mohamed Adam Brema Abdallah

Deżinjazzjoni: a) Ġeneral b) Ministru għas-Sigurtà c) Direttur Ġenerali għall-“Kumitat Straordinarju għad-Difiża tal-Kisbiet Demokratiċi”

Data tat-twelid: a) 1970 b) 1969 c) 1971 d) 1 ta' Jannar 1970 e) 1 ta' Jannar 1971

Post tat-twelid: a) Ndele, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana b) Algenana, is-Sudan

Nazzjonalità: a) ir-Repubblika Ċentru-Afrikana; b) Is-Sudan

Passaport nru: a) D00001184 (passaport tar-RĊA) b) nru: P04838205, maħruġ fl-10 ta' Ġunju 2018, (maħruġ f'Bahri, is-Sudan. Jiskadi fid-9 ta' Ġunju 2023. Passaport maħruġ taħt l-isem ta' Mohamed Adam Brema Abdallah)

Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: a) 202-2708-8368 (is-Sudan)

Indirizz: a) Birao, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana b) is-Sudan

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU:9 ta' Mejju 2014

Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Nourredine ġie elenkat fid-9 ta' Mejju 2014 skont il-paragrafu 36 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA”.

Informazzjoni addizzjonali

Noureddine hu wieħed mill-mexxejja oriġinali tas-Seleka. Ġie identifikat kemm bħala Ġeneral kif ukoll bħala l-President ta' wieħed mill-gruppi ribelli armati tas-Seleka, il-PJCC Ċentrali, grupp formalment magħruf bħala l-Convention of Patriots for Justice and Peace u li l-akronimu tiegħu hu magħruf ukoll bħala CPJP. Bħala kap preċedenti tal-grupp “Fundamental” li nqata' mill-Convention of Patriots for Justice and Peace (CPJP/F), kien il-koordinatur militari tal-eks-Séléka waqt l-attakki fir-ribelljoni preċedenti fir-Repubblika Ċentru-Afrikana bejn il-bidu ta' Diċembru 2012 u Marzu 2013. Mingħajr l-għajnuna u r-relazzjoni mill-qrib ta' Noureddine mal-Forzi Speċjali taċ-Chad, x'aktarx li s-Seleka ma kienx jirnexxielhom jaħtfu l-poter mill-eks-President tar-RĊA Francois Bozize.

Sa mill-ħatra, bħala president interim, ta' Catherine Samba-Panza fl-20 ta' Jannar 2014, huwa kien wieħed mill-awturi ewlenin tal-irtirar tattiku tal-eks-Séléka f'Sibut bil-għan li jiġi implimentat il-pjan tiegħu li joħloq fortizza Musulmana fit-Tramuntana tal-pajjiż. Huwa kien ħeġġeġ biċ-ċar lill-forzi tiegħu biex jirreżistu l-ordnijiet tal-gvern transitorju u tal-mexxejja militari tal-Missjoni Internazzjonali ta' Appoġġ għar-Repubblika Ċentru-Afrikana taħt tmexxija Afrikana (MISCA). Noureddine jidderieġi attivament lill-eks-Seleka, il-forzi li kienu tas-Seleka li ntqal li ġew xolti minn Djotodia f'Settembru 2013, u jidderieġi operazzjonijiet kontra distretti Kristjani u jkompli jipprovdi appoġġ u direzzjoni sinifikanti lill-eks-Seleka li jaħdmu fir-RĊA.

Nourredine kien elenkat ukoll fid-9 ta' Mejju 2014 skont il-paragrafu 37(b) tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) bħala “involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, skont il-każ”.

Wara li s-Séléka ħadet il-kontroll ta' Bangui fl-24 ta' Marzu 2013, Nourredine Adam inħatar Ministru tas-Sigurtà, imbagħad Direttur Ġenerali tal-“Kumitat Straordinarju għad-Difiża tal-Kisbiet Demokratiċi” (Comité extraordinaire de défense des acquis démocratiques - CEDAD, servizz ta' intelligence tar-RĊA li ma għadux jeżisti). Nourredine Adam uża s-CEDAD bħala l-pulizija politika personali tiegħu, li permezz tagħha wettaq bosta arresti arbitrarji, atti ta' tortura u eżekuzzjonijiet sommarji. Barra minn dan, Noureddine kien wieħed mill-figuri ċentrali wara l-operazzjoni mdemmija f'Boy Rabe. F'Awwissu 2013, il-forzi tas-Seleka attakkaw Boy Rabe, distrett tar-RĊA meqjus bħala fortizza tas-sostenituri ta' Francois Bozize u l-grupp etniku tiegħu. Bl-iskuża li jfittxu armi moħbija, ġie rrappurtat li t-truppi tas-Seleka qatlu għexieren ta' ċittadini ċivili u nfexxew jisirqu kull ma sabu. Meta dawn l-attakki nfirxu għal żoni oħra, eluf ta' residenti invadew l-ajruport internazzjonali, li kien meqjus bħala post sigur minħabba l-preżenza ta' truppi Franċiżi, u okkupaw ir-runway tiegħu.

Nourredine kien ukoll elenkat fid-9 ta' Mejju 2014 skont il-paragrafu 37(d) tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) bħala li “ipprovda appoġġ lil gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament illegali ta' riżorsi naturali”.

Lejn il-bidu tal-2013, Nourredine Adam qeda rwol importanti fin-netwerks ta' finanzjament tal-eks-Séléka. Ivvjaġġa fl-Arabja Sawdija, il-Qatar u l-Emirati Għarab Magħquda biex jiġbor fondi għar-ribelljoni preċedenti. Ħadem ukoll bħala faċilitatur għal ċirku Chadjan ta' traffikanti ta' djamanti li jopera bejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana u ċ-Chad.

▼M4 —————

▼M13

4.    Alfred YEKATOM (psewdonimu: a) Alfred Yekatom Saragba b) Aifred Ekatom c) Alfred Saragba d) Colonel Rombhot e) Colonel Rambo f) Colonel Rambot g) Colonel Rombot h) Colonel Romboh)

Deżinjazzjoni: Kap Kapural tal-Forzi Armati Ċentru-Afrikani (FACA)

Data tat-twelid: 23 ta' Ġunju 1976

Post tat-twelid: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Ċittadinanza: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Indirizz: a) Mbaiki, Provinċja ta' Lobaye, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. +236 72 15 47 07/+236 75 09 43 41) b) Bimbo, Provinċja ta' Ombella-Mpoko, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (post preċedenti)

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' Awwissu 2015

Informazzjoni oħra: Ikkontrolla u kien il-kmandant ta' grupp kbir ta' membri rġiel tal-milizzja armata. Isem il-missier (missier adottiv) huwa Ekatom Saragba (spellut ukoll Yekatom Saragba). Ħu Yves Saragba, Kmandant tal-milizzji anti-Balaka f'Batalimo, provinċja ta' Lobaye, u eks-suldat tal-FACA. Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: iswed; kulur tax-xagħar: fartas; karnaġġjon: iswed; tul: 170cm; piż 100kg. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link elettroniku għall-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5891143

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Alfred Yekatom ġie elenkat fl-20 ta' Awwissu 2015 skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inkluż atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji, jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza”.

Informazzjoni addizzjonali:

Alfred Yekatom, magħruf ukoll bħala Colonel Rombhot, huwa mexxej tal-milizzja ta' fazzjon tal-moviment tal-milizzji anti-Balaka, magħruf bħala “anti-Balaka from the South”. Huwa kien jokkupa l-kariga ta' Kap Kapural fil-Forces Armées Centrafricaines (FACA — forzi armati tar-Repubblika Ċentru-Afrikana).

Yekatom kien involut fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, inkluż atti li jheddu l-ftehimiet transitorji, u li jheddu l-proċess ta' transizzjoni politika. Yekatom kien jikkontrolla u kien il-kmandant ta' grupp kbir ta' membri rġiel tal-milizzja armata bi preżenza fil-viċinat ta' PK9 f'Bangui, u fil-bliet ta' Bimbo (Provinċja Ombella-Mpoko) Cekia, Pissa, u Mbaïki (il-kapitali tal-Provinċja Lobaye), u kien stabbilixxa l-kwartieri ġenerali tiegħu f'konċessjoni forestali f'Batalimo.

Yekatom kellu kontroll dirett ta' tużżana punti ta' kontroll magħmulin minn medja ta' għaxar membri rġiel tal-milizzja armata lebsin l-uniformi tal-armata u jġorru l-armi, inkluż azzarini tal-assalt militari, mill-pont prinċipali bejn Bimbo u Bangui sa Mbaïki (Provinċja ta' Lobaye) u minn Pissa sa Batalimo (ħdejn il-fruntiera mar-Repubblika tal-Kongo), fejn kien jiġbor taxxi mhux awtorizzati minn vetturi u muturi privati, vannijiet tal-passiġġieri u trakkijiet li jesportaw riżorsi tal-foresti lejn il-Kamerun u ċ-Chad, iżda wkoll minn dgħajjes li jbaħħru fuq ix-xmara Oubangui. Yekatom ġie osservat jiġbor personalment parti minn dawn it-taxxi mhux awtorizzati. Yekatom u l-milizzja tiegħu wkoll ġew allegatament irrapurtati li qatlu ċivili.

5.    Habib SOUSSOU (psewdonimu: Soussou Abib)

Deżinjazzjoni: a) Koordinatur ta' milizzji anti-Balaka għall-Provinċja ta' Lobaye b) Kapural tal-Forzi Armati Ċentru-Afrikani (FACA)

Data tat-twelid: 13 ta' Marzu 1980

Post tat-twelid: Boda, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Ċittadinanza: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Indirizz: Boda, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. + 236 72198628)

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' Awwissu 2015

Informazzjoni oħra: Maħtur bħala kmandant taż-żona (COMZONE) ta' Boda fil-11 ta' April 2014 u fit-28 ta' Ġunju 2014, għall-Provinċja kollha ta' Lobaye. Taħt il-kmand tiegħu, baqgħu jseħħu qtil immirat, ġlied u attakki kontra l-organizzazzjonijiet umanitarji u l-ħaddiema umanitarji. Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: iswed; tul: 160cm; piż: 60kg. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link elettroniku għall-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5891199

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Habib Soussou ġie elenkat fl-20 ta' Awwissu 2015 skont il-paragrafi 11 u 12 (b) u (e) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala “li ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inkluż atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji, jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza”; “involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li tikkostitwixxi abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, fir-RĊA, inkluż atti li jinvolvu vjolenza sesswali, fil-mira taċ-ċivili, attakki abbażi ta' etnika jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u ħtif u spustament furzat” u; “li jostakola l-għoti ta' assistenza umanitarja lir-RĊA, jew l-aċċess għal, jew id-distribuzzjoni ta' assistenza umanitarja fir-RĊA”.

Informazzjoni addizzjonali:

Habib Soussou ġie maħtur bħala kmandant taż-żona tal-milizzji anti-Balaka (COMZONE) ta' Boda fil-11 ta' April 2014, u huwa sostna li huwa kien għalhekk responsabbli għas-sitwazzjoni ta' sigurtà fis-sous-préfecture. Fit-28 ta' Ġunju 2014, il-koordinatur ġenerali ta' milizzji anti-Balaka, Patrice Edouard Ngaïssona ħatar lil Habib Soussou bħala koordinatur provinċjali għall-belt ta' Boda mill-11 ta' April 2014 u mit-28 ta' Ġunju 2014 għall-provinċja kollha ta' Lobaye. Qtil immirat, ġlied u attakki minn milizzji anti-Balaka f'Boda kontra l-organizzazzjonijiet umanitarji u ħaddiema umanitarji li seħħew fuq bażi ta' kull ġimgħa f'oqsma li għalihom Soussou huwa l-kmandant jew il-koordinatur tal-milizzji anti-Balaka. Soussous u l-forzi tal-milizzji anti-Balaka f'dawn iż-żoni laqtu u heddew ukoll li jolqtu persuni ċivili.

6.    Oumar YOUNOUS ABDOULAY (psewdonimu: (a) Oumar Younous; (b) Omar Younous; (c) Oumar Sodiam; (d) Oumar Younous M'Betibangui).

Deżinjazzjoni: Eks-ġeneral tas-Séléka.

Data tat-twelid: 2 ta' April 1970.

Ċittadinanza: Is-Sudan, Passaport diplomatiku tar-RĊA bin-numru D 00000898, maħruġ fil-11 ta' April 2013, (validu sal-10 ta' April 2018).

Indirizz: (a) Bria, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. +236 75507560); (b) Birao, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana; (c) Tullus, in-nofsinhar ta' Darfur, Sudan (post preċedenti).

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' Awwissu 2015

Informazzjoni oħra: huwa traffikant tad-djamanti u ġeneral bi tliet stilel tas-Séléka u persuna ta' fiduċja tal-eks-president interim tar-RĊA, Michel Djotodia. Deskrizzjoni fiżika: kulur tax-xagħar: iswed; tul: 180 cm; jagħmel parti mill-grupp etniku ta' Fulani. Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Rappurtat mejjet fil-11 ta' Ottubru 2015. Link elettroniku għall-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5903116

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Oumar Younous ġie elenkat fl-20 ta' Awwissu 2015 skont mal-paragrafi 11 u 12(d) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala “li ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inkluż atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji, jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza”; u “li jipprovdu appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inkluż id-djamanti, id-deheb, u l-annimali selvaġġi u l-prodotti mill-annimali selvaġġi fir-RĊA”.

Informazzjoni addizzjonali:

Oumar Younous, bħala Ġeneral tal-eks-Séléka u kuntrabandist tad-djamanti, ta appoġġ lil grupp armat permezz tal-isfruttament illeċitu u l-kummerċ tar-riżorsi naturali, inkluż id-djamanti, fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

F'Ottubru 2008, Oumar Younous, eks-xufier għall-istabbiliment tax-xiri ta' djamanti Sodiam, ingħaqad mal-grupp tar-ribelli Mouvement des Libérateurs Centrafricains pour la Justice (MLCJ). F'Diċembru 2013, Oumar Younous ġie identifikat bħala ġeneral bi tliet stilel tas-Séléka u persuna ta' fiduċja tal-president interim, Michel Djotodia.

Younous huwa involut fil-kummerċ tad-djamanti minn Bria u Sam Ouandja lejn is-Sudan. Sorsi rrappurtaw li Oumar Younous kien involut fil-ġbir ta' pakketti tad-djamanti moħbija fi Bria, u kien jieħodhom is-Sudan biex jinbiegħu.

7.    Haroun GAYE (psewdonimu: (a) Haroun Geye; (b) Aroun Gaye; (c) Aroun Geye).

Deżinjazzjoni: Relatur tal-koordinazzjoni politika tal-Front Populaire pour la Renaissance de Centrafrique (FPRC).

Data tat-twelid: (a) 30 ta' Jannar 1968; (b) 30 ta' Jannar 1969.

Nru tal-passaport: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana numru O 00065772 (Ittra O segwita bi 3 żerijiet), jiskadi fit-30 ta' Diċembru 2019.

Indirizz: Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 17 ta' Diċembru 2015.

Informazzjoni oħra: Gaye huwa mexxej tal-Front Populaire pour la Renaissance de Centrafrique (FPRC) (mhux elenkat), grupp armat emarġinat tal-eks-Seleka f'Bangui. Huwa wkoll mexxej tal-hekk imsejjaħ “Defense Committee” tal-PK5ta' Bangui (magħruf bħala PK5 Resistance' jew “Texas”) (mhux elenkat), li jikseb il-flus mir-residenti permezz ta' estorsjoni u li jhedded u juża l-vjolenza fiżika. Fit-2 ta' Novembru 2014 Gaye ġie maħtur minn Nourredine Adam (CFi.002) bħala relatur tal-koordinazzjoni politika tal-FPRC. Fid-9 ta' Mejju 2014, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit bir-Riżoluzzjoni 2127 (2013) dwar ir-RĊA inkluda lil Adam fuq il-lista tas-sanzjonijiet tiegħu. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link elettroniku għall-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5915753

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Haroun Gaye ġie elenkat fis-17 ta' Diċembru 2015 skont il-paragrafi 11 u 12(b) u (f) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala “li ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA”; “li kien involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, fir-RĊA, inkluż atti li jinvolvu vjolenza sesswali, attakki fuq il-popolazzjoni ċivili, attakki ta' natura etnika jew reliġjuża, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u l-ħtif u ċ-ċaqliq sfurzat”; u “li kien involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar, jew it-twettiq ta' attakki kontra l-missjonijiet tan-NU jew tal-preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż il-Minusca, il-missjonijiet tal-Unjoni u l-operazzjonijiet Franċiżi li jappoġġawhom”.

Informazzjoni addizzjonali:

HAROUN GAYE ilu, mill-bidu tal-2014, wieħed mill-mexxejja ta' grupp armat li jopera fil-viċinat tal-PK5 f'Bangui. Ir-rappreżentanti tas-Soċjetà Ċivili fil-viċinat tal-PK5 jiddikjaraw li Gaye u l-grupp armat tiegħu qed jalimentaw il-konflitt f'Bangui, u dan jopponi r-rikonċiljazzjoni u jipprevjeni ċ-ċaqliq tal-popolazzjoni lejn it-tielet distrett ta' Bangui u l-ħruġ minnu. Fil-11 ta' Mejju 2015, Gaye u 300 dimostrant imblukkaw l-aċċess għall-Kunsill Transizzjonali Nazzjonali biex ifixklu l-aħħar jum tal-Forum ta' Bangui. GAYE ġie rrappurtat li kkollabora mal-uffiċjali tal-moviment anti-Balaka biex jikkoordina t-tfixkil.

Fis-26 ta' Ġunju 2015, Gaye u kontinġent żgħir qrib tiegħu xekklu l-ftuħ tal-eżerċizzju ta' inkoraġġiment tar-reġistrazzjoni tal-votanti fil-viċinat tal-PK5 f'Bangui, u dan wassal biex jingħalaq l-eżerċizzju ta' inkoraġġiment tar-reġistrazzjoni.

Il-Minusca għamlet tentattiv biex tarresta lil Gaye fit-2 ta' Awwissu 2015, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 32(f)(i) tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2217 (2015). Gaye, li allegatament ġie informat bit-tentattiv ta' arrest minn qabel, kien lest għalihom flimkien mal-partitarji armati b'armi tqal. Il-forzi ta' Gaye fetħu n-nar fuq it-Task Force Konġunta tal-Minusca. Fi ġlieda bl-armi tan-nar li damet għaddejja seba' sigħat, l-irġiel ta' Gaye għamlu użu minn armi tan-nar, dawk bi propulsjoni permezz ta' rokit u hand grenades kontra t-truppi tal-Minusca u qatlu membru wieħed tal-persunal għaż-żamma tal-paċi u darbu tmien persuni. Gaye kien involut fl-inkoraġġiment ta' protesti u taqbidiet vjolenti lejn l-aħħar ta' Settembru 2015 f'dak li jidher li kien attentat ta' kolp ta' stat biex iwaqqa' l-Gvern Transizzjonali. L-attentat ta' kolp ta' stat x'aktarx kien immexxi mill-partitarji tal-eks-President Bozize f'alleanza ta' konvenjenza ma' Gaye u mexxejja oħra tal-FPRC. Jidher li Gaye kellu l-għan li joħloq ċiklu ta' attakki ta' ritaljazzjoni li kienu ser ikunu ta' theddida għall-elezzjonijiet li jmiss. Gaye kien responsabbli għall-koordinazzjoni mal-elementi emarġinati tal-moviment anti-Balaka.

Fl-1 ta' Ottubru 2015, saret laqgħa fil-viċinat tal-PK5 bejn Eugène Barret Ngaïkosset, membru ta' grupp emarġinat tal-moviment anti-Balaka u Gaye, bil-għan li jippjanaw attakk konġunt fuq Bangui nhar is-Sibt, 3 ta' Ottubru. Il-grupp ta' Gaye ma ħallewx lill-persuni li kienu jinsabu ġewwa d-distrett tal-PK5 jitilqu minnu, sabiex tissaħħaħ l-identità komunali tal-popolazzjoni Musulmana bil-għan li jiżdiedu t-tensjonijiet interetniċi u tiġi evitata r-rikonċiljazzjoni. Fis-26 ta' Ottubru 2015, Gaye u l-grupp tiegħu interrompew laqgħa bejn l-Arċisqof ta' Bangui u l-Imam tal-Moskea Ċentrali ta' Bangui, u heddew lid-delegazzjoni li kellha tirtira mill-Moskea Ċentrali u taħrab mid-distrett tal-PK5.

▼M17

8.    Eugène BARRET NGAÏKOSSET (magħruf ukoll bħala: (a) Eugene Ngaikosset; (b) Eugene Ngaikoisset; (c) Eugene Ngakosset; (d) Eugene Barret Ngaikosse; (e) Eugene Ngaikouesset; (f) “The Butcher of Paoua”; (g) Ngakosset)

Deżinjazzjoni: (a) eks-Kaptan, Gwardja Presidenzjali tar-RĊA; (b) eks-Kaptan, Forzi Navali tar-RĊA.

Data tat-Twelid: 8 ta' Ottubru 1967

Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Numru ta' identifikazzjoni militari tal-forzi armati tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (FACA) 911-10-77.

Indirizz: Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 17 ta' Diċembru 2015.

Informazzjoni oħra: Il-Kaptan Eugène Barret Ngaïkosset huwa eksmembru tal-gwardja presidenzjali tal-eks-President François Bozizé u huwa assoċjat mal-moviment anti-Balaka. Huwa ħarab mill-ħabs fis-17 ta' Mejju 2015 wara l-estradizzjoni tiegħu minn Brazzaville u ħoloq il-fazzjoni proprja tiegħu tal-moviment anti-Balaka bl-inklużjoni ta' eks-ġellieda tal-FACA. Link elettroniku għall-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/6217455.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva ta' raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Eugène Barret Ngaïkosset ġie elenkat fis-17 ta' Diċembru 2015 skont il-paragrafi 11 u 12(b) u (f) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA; 'involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, fir-RĊA, inkluż attakki fuq il-popolazzjoni ċivili, attakki ta' natura etnika jew reliġjuża, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u l-ħtif u ċ-ċaqliq sfurzat”; u “involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar, jew it-twettiq ta' attakki kontra l-missjonijiet tan-NU jew tal-preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż MINUSCA, il-missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-operazzjonijiet Franċiżi li jappoġġawhom.”

Informazzjoni addizzjonali:

Ngaïkosset huwa wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli għat-twettiq tal-vjolenza li faqqgħet f'Bangui lejn l-aħħar ta' Settembru 2015. Ngaïkosset u membri oħrajn tal-moviment anti-Balaka ħadmu flimkien mal-membri emarġinati tal-eks-Séléka fi sforz biex jiddestabbilizzaw il-Gvern Transizzjonali tar-RĊA. Fil-lejl ta' bejn is-27 u t-28 ta' Settembru 2015, Ngaïkosset u persuni oħra għamlu tentattiv ta' attakk bla suċċess fuq il-kamp tal-ġendarmerija “Izamo” sabiex jisirqu armi u munizzjon. Fit-28 ta' Settembru, il-grupp iċċirkonda l-uffiċċji tar-radju nazzjonali tar-RĊA.

Fl-1 ta' Ottubru 2015, saret laqgħa fil-viċinat tal-PK5 bejn Ngaïkosset u Haroun Gaye, mexxej tal-Front Populaire pour la Renaissance de Centrafrique (FPRC), bil-għan li jippjanaw attakk konġunt fuq Bangui nhar is-Sibt 3 ta' Ottubru.

Fit-8 ta' Ottubru 2015, il-Ministru għall-Ġustizzja tar-RĊA ħabbar pjanijiet sabiex jinvestiga lil Ngaïkosset u individwi oħra għar-rwoli tagħhom fil-vjolenza f'Bangui f'Settembru 2015. Ngaïkosset u l-oħrajn issemmew li kienu involuti f'“imġiba flagranti li tikkostitwixxi ksur tas-sigurtà interna tal-istat, konfoffa, inċitament għal gwerra ċivili, diżubbidjenza ċivili, mibegħda u kompliċità.” L-awtoritajiet legali tar-RĊA ngħataw struzzjoni biex jiftħu investigazzjoni biex ifittxu u jarrestaw lill-awturi u l-kompliċi tagħhom.

Fil-11 ta' Ottubru 2015, Ngaïkosset huwa maħsub li talab lill-milizzja anti-Balaka taħt il-kmand tiegħu biex twettaq sekwestri ta' persuni, b'enfasi partikolari fuq ċittadini Franċiżi, iżda wkoll personaġġi politiċi tar-RĊA u uffiċjali tan-NU, bil-għan li tisforza lill-President Transizzjonali, is-Sinjura Catherine Samba-Panza biex titlaq.

▼M13

9.    Joseph KONY (Psewdonimu: a) Kony b) Joseph Rao Kony c) Josef Kony d) Le Messie sanglant)

Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Lord's Resistance Army

Data tat-twelid: a) 1959 b) 1960 c) 1961 d) 1963 e) 18 Sett. 1964 f) 1965 g) (Aww. 1961) h) (Lul. 1961) i) 1 Jan. 1961 j) (Apr. 1963)

Post tat-twelid: a) Villaġġ Palaro, Parroċċa Palaro, Kontea Omoro, Distrett Gulu, Uganda b) Odek, Omoro, Gulu, Uganda c) Atyak, Uganda

Ċittadinanza: Passaport Ugandiż

Indirizz: a) Vakaga, Repubblika Ċentru-Afrikana b) Haute-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana c) Basse-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana d) Haut-Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana e) Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana f) Haut-Uolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo g) Bas-Uolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo h) (Indirizz iddikjarat: Kafia Kingi (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat). F'Jannar 2015, 500 element tal-Lord's Resistance Army ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.)

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 7 ta' Marzu 2016.

Informazzjoni oħra: Kony huwa l-fundatur u l-mexxej tal-Lord's Resistance Army (LRA) (CFe.002). Taħt it-tmexxija tiegħu, l-LRA kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali. L-LRA hija responsabbli għall-ħtif, l-ispostament, it-twettiq ta' vjolenza sesswali kontra, u l-qtil ta' mijiet ta' individwi fir-RĊA, u serqet u qerdet proprjetà ċivili. Isem il-missier huwa Luizi Obol. Isem l-omm huwa Nora Obol.

Link elettroniku għall-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5932340

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Joseph Kony ġie elenkat fis-7 ta' Marzu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13 (b), (c), u (d) tar-Riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA”; “li kien involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, fir-RĊA, inkluż atti li jinvolvu vjolenza sesswali, attakki fuq il-popolazzjoni ċivili, attakki ta' natura etnika jew reliġjuża, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u l-ħtif u ċ-ċaqliq sfurzat”; “li jirrekluta jew juża tfal f'konflitti armati fir-RĊA, bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli”; u “li pprovda appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inkluż id-djamanti, id-deheb, l-annimali selvaġġi u l-prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA”.

Informazzjoni addizzjonali:

Kony waqqaf il-Lord's Resistance Army (LRA) u ġie deskritt bħala l-fundatur, il-mexxej reliġjuż, il-president, u l-kap kmandant tal-grupp. L-LRA feġġet fin-naħa ta' fuq tal-Uganda fit-tmeninijiet, u kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali. Taħt pressjoni militari dejjem tiżdied, Kony ordna lil-LRA biex tirtira mill-Uganda fl-2005 u l-2006. Minn dak iż-żmien, l-LRA qed topera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), ir-RĊA, is-Sudan t'Isfel u allegatament is-Sudan.

Kony, bħala l-mexxej tal-LRA, ifassal u jimplimenta l-istrateġija tal-LRA, inkluż ordnijiet permanenti biex jiġu attakkati u ttrattati b'mod vjolenti l-popolazzjonijiet ċivili. Minn Diċembru 2013, l-LRA taħt it-tmexxija ta' Joseph Kony ħatfet, spostat, wettqet vjolenza sesswali kontra, u qatlet mijiet ta' individwi fir-RĊA, u serqet u qerdet proprjetà ċivili. Ikkonċentrata fil-Lvant tar-RĊA u allegatament f'Kafia Kingi, territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi deċiż iżda kkontrollat mill-militar tas-Sudan, l-LRA tattakka villaġġi biex tisraq l-ikel u l-provvisti. Il-ġellieda jwettqu imbuskati biex jattakkaw lill-forzi tas-sigurtà u jisirqu t-tagħmir tagħhom meta dawn jirrispondu għall-attakki tal-LRA, u l-ġellieda tal-LRA jimmiraw u jisirqu wkoll villaġġi li m'għandhomx preżenza militari. L-LRA intensifikat ukoll l-attakki fuq siti ta' minjieri tad-deheb u d-djamanti.

Kony huwa soġġett għal mandat ta' arrest maħruġ mill-Qorti Kriminali Internazzjonali. Il-Qorti Kriminali Internazzjonali akkużatu b'tnax-il akkuża ta' reati kontra l-umanità inkluż qtil, skjavitù, skjavitù sesswali, stupru, atti inumani li jikkawżaw korriment serju u tbatija, u wieħed u għoxrin akkuża ta' delitti tal-gwerra, inkluż il-qtil, it-trattament krudil ta' persuni ċivili, l-attakk dirett b'mod intenzjonali kontra popolazzjoni ċivili, is-sakkeġġ, l-inċitament għall-istupru u l-ingaġġar, permezz tas-sekwestru, ta' tfal taħt il-ħmistax-il sena.

Kony ħareġ ordnijiet permanenti biex ġellieda ribelli jisirqu d-djamanti u d-deheb minn minaturi artiġjanali fil-Lvant tar-Repubblika Ċentru-Afrikana. Allegatament, uħud mill-minerali mbagħad jiġu ttrasportati mill-grupp ta' Kony lejn is-Sudan, jew jiġu nnegozjati ma' ċittadini lokali u membri ta' dik li kienet is-Séléka.

Kony ta wkoll struzzjonijiet lill-ġellieda tiegħu biex jikkaċċaw illegalment iljunfanti fil-Park Nazzjonali ta' Garamba fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, minn fejn allegatament jiġu ttrasportati n-nejbiet tal-iljunfanti mil-Lvant tar-Repubblika Ċentru-Afrikana lejn is-Sudan, fejn uffiċjali għolja tal-LRA allegatament ibigħu u jinnegozjaw ma' negozjanti Sudaniżi u uffiċjali lokali. Il-kummerċ tal-avorju jirrappreżenta sors ta' dħul sinifikanti għall-grupp ta' Kony. F'Jannar 2015, 500 element tal-Lord's Resistance Army ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.

10.    Ali KONY (Psewdonimu: a) Ali Lalobo b) Ali Mohammad Labolo c) Ali Mohammed d) Ali Mohammed Lalobo e) Ali Mohammed Kony f) Ali Mohammed Labola g) Ali Mohammed Salongo h) Ali Bashir Lalobo i) Ali Lalobo Bashir j) Otim Kapere k) “Bashir” l) “Caesar” m) “One-P” n) “1-P”

Deżinjazzjoni: Viċi, Lord's Resistance Army

Data tat-twelid: a) 1994 b) 1993 c) 1995 d) 1992

Indirizz: Kafia Kingi (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat).

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 23 ta' Awwissu 2016.

Informazzjoni oħra: Ali Kony huwa viċi fil-Lord's Resistance Army (LRA), entità ddeżinjata, u iben il-mexxej tal-LRA Joseph Kony, individwu ddeżinjat. Ali kien inkorporat fil-ġerarkija ta' tmexxija tal-LRA fl-2010. Huwa jagħmel parti mill-grupp ta' uffiċjali għolja tal-LRA li huma bbażati ma' Joseph Kony. Link elettroniku għall-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5971056

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ali Kony ġie elenkat fit-23 ta' Awwissu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13 (d) u (g) tar-Riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA”; “li jipprovdi appoġġ lil gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inkluż id-djamanti, id-deheb, l-annimali selvaġġi u l-prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA”; “li hu mexxej ta' entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) jew ir-Riżoluzzjoni 2262 (2016) jew li pprovda appoġġ għal, jew aġixxa għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', individwu jew entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) jew ir-Riżoluzzjoni 2262 (2016), jew entità li tkun il-proprjetà ta' jew ikkontrollata minn individwu jew entità ddeżinjata”.

Ali Kony huwa meqjus bħala suċċessur potenzjali ta' Joseph Kony bħala l-mexxej tal-LRA. Ali huwa dejjem aktar involut fl-ippjanar operazzjonali tal-LRA u huwa meqjus bħala l-aċċess għal Joseph Kony. Ali huwa wkoll uffiċjal tal-intelligence tal-LRA u għandu sa 10 uffiċjali taħtu.

Ali u ħuh Salim Kony kienu t-tnejn responsabbli għall-infurzar tad-dixxiplina fi ħdan l-LRA. Iż-żewġt aħwa huma magħrufa li huma parti miċ-ċirku intern ta' tmexxija ta' Joseph Kony, responsabbli mit-twettiq tal-ordnijiet ta' Kony. It-tnejn li huma ħadu deċiżjonijiet dixxiplinarji li jikkastigaw jew joqtlu membri tal-LRA li ma obdewx ir-regoli tal-LRA. Fuq ordnijiet ta' Joseph Kony, Salim u Ali huma involuti fit-traffikar tal-avorju mill-Park Nazzjonali ta' Garamba fit-Tramuntana tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), li jgħaddi mir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) għar-reġjun ikkontestat ta' Kafia Kingi għall-bejgħ jew kummerċ ma' negozjanti lokali.

Ali Kony huwa responsabbli biex jinnegozja l-prezzijiet tal-avorju u t-tpartit tal-avorju man-negozjanti. Ali jiltaqa' darba jew darbtejn fix-xahar ma' negozjanti biex jinnegozja l-prezz tal-avorju tal-LRA f'dollari Amerikani jew liri Sudaniżi, jew biex ipartat ma' armi, munizzjon, u ikel. Joseph Kony ordna lil Ali biex juża l-akbar nejbiet tal-iljunfanti għax-xiri ta' mini kontra l-persuni biex jiċċirkondaw il-kamp ta' Kony. F'Lulju 2014, Ali Kony mexxa l-operazzjoni għall-ġarr ta' 52 biċċa tal-avorju biex waslu għand Joseph Kony u finalment inbiegħu.

F'April 2015, Salim telaq minn Kafia Kingi biex iġib kunsinna ta' nejbiet tal-iljunfanti. F'Mejju, Salim ħa sehem fil-ġarr ta' 20 biċċa tal-avorju mir-RDK għal Kafia Kingi. F'dak l-istess żmien, Ali ltaqa' man-negozjanti biex jixtri provvisti u jippjana laqgħa fil-futur biex iwettaq aktar tranżazzjonijiet u jiftiehem dwar il-kondizzjonijiet ta' xiri f'isem l-LRA għal dak li kien stmat li kien l-avorju li Salim kien qed jeskorta.

11.    Salim KONY (Psewdonimu: a) Salim Saleh Kony b) Salim Saleh c) Salim Ogaro d) Okolu Salim e) Salim Saleh Obol Ogaro f) Simon Salim Obol)

Deżinjazzjoni: Viċi, Lord's Resistance Army

Data tat-twelid: a) 1992 b) 1991 c) 1993

Indirizz: a) Kafia Kingi, (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat) b) ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 23 ta' Awwissu 2016

Informazzjoni oħra: Salim Kony huwa viċi fl-Lord's Resistance Army (LRA), entità ddeżinjata, u iben il-mexxej tal-LRA Joseph Kony, individwu ddeżinjat. Salim kien inkorporat fil-ġerarkija ta' tmexxija tal-LRA fl-2010. Huwa jagħmel parti mill-grupp ta' uffiċjali għolja tal-LRA li huma bbażati ma' Joseph Kony. Link elettroniku għall-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5971058

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Salim Kony ġie elenkat fit-23 ta' Awwissu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13 (d) u (g) tar-Riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA”; “li jipprovdi appoġġ lil gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inkluż id-djamanti, id-deheb, l-annimali selvaġġi u l-prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA”; “li hu mexxej ta' entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) jew ir-Riżoluzzjoni 2262 (2016) jew li pprovda appoġġ għal, jew aġixxa għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', individwu jew entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) jew ir-Riżoluzzjoni 2262 (2016), jew entità li tkun il-proprjetà ta' jew ikkontrollata minn individwu jew entità ddeżinjata”.

Salim Kony huwa l-Kap Kmandant tal-“kwartieri ġenerali” tal-LRA u b'mod konġunt ippjana attakki tal-LRA u miżuri difensivi ma' Joseph Kony sa minn età bikrija. Preċedentement, Salim mexxa grupp li jipprovdi s-sigurtà għal Joseph Kony. Aktar reċentement, Joseph Kony inkariga lil Salim bil-ġestjoni tan-netwerks finanzjarji u loġistiċi tal-LRA.

Salim u ħuh Ali Kony kienu t-tnejn responsabbli għall-infurzar tad-dixxiplina fi ħdan l-LRA. Iż-żewġt aħwa huma magħrufa li huma membri taċ-ċirku intern ta' tmexxija ta' Joseph Kony, li huma responsabbli mit-twettiq tal-ordnijiet ta' Joseph Kony. It-tnejn li huma ħadu deċiżjonijiet dixxiplinarji li jikkastigaw jew joqtlu membri tal-LRA li ma obdewx ir-regoli tal-LRA. Salim huwa rrapportat li qatel membri tal-LRA li kellhom l-intenzjoni jiddiżertaw, u rrapporta l-attivitajiet tal-grupp u tal-membri lil Joseph Kony.

Fuq ordnijiet ta' Joseph Kony, Salim u Ali huma involuti fit-traffikar tal-avorju mill-Park Nazzjonali ta' Garamba fit-Tramuntana tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), li jgħaddi mir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) għar-reġjun ikkontestat ta' Kafia Kingi għall-bejgħ jew kummerċ ma' negozjanti lokali.

Salim spiss jibgħat fil-fruntiera tal-RĊA madwar tużżana ġellieda biex jiltaqgħu u jeskortaw gruppi oħra tal-LRA li jġorru l-avorju lejn it-Tramuntana minn Garamba. F'April 2015, Salim telaq minn Kafia Kingi biex iġib kunsinna ta' nejbiet tal-iljunfanti. F'Mejju, Salim ħa sehem fil-ġarr ta' għoxrin biċċa tal-avorju mir-RDK għal Kafia Kingi.

Preċedentement, f'Ġunju 2014, Salim qasam lejn ir-RDK ma' grupp ta' ġellieda tal-LRA biex jikkaċċaw illegalment iljunfanti f'Garamba. Joseph Kony kien inkariga wkoll lil Salim bl-iskortar ta' żewġ kmandanti tal-LRA lejn Garamba biex isibu avorju li ġie moħbi hemmhekk snin qabel. F'Lulju 2014, Salim iltaqa' mat-tieni grupp tal-LRA biex jittrasportaw l-avorju, b'kollox 52 biċċa, lejn Kafia Kingi. Salim kien responsabbli għal rendikont dwar l-avorju lil Joseph Kony u biex jgħaddi informazzjoni dwar tranżazzjonijiet tal-avorju lil gruppi tal-LRA.

▼M18

12.    Abdoulaye HISSENE (psewdonimu: a) Abdoulaye Issène; b) Abdoulaye Hissein; c) Hissene Abdoulaye; d) Abdoulaye Issène Ramadane; e) Abdoulaye Issene Ramadan; f) Issene Abdoulaye)

Data tat-twelid: a) 1967; b) 1 ta' Jannar 1967

Post tat-twelid: a) Ndele, Bamingui-Bangoran, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana; b) Haraze Mangueigne, iċ-Chad

Nazzjonalità: a) ir-Repubblika Ċentru-Afrikana; b) iċ-Chad

Nru. tal-passaport: Passaport diplomatiku tar-RĊA bin-numru D00000897, maħruġ fil-5 ta' April 2013 (validu sal-4 ta' April 2018)

Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Numru tal-karta tal-identità nazzjonali taċ-Chad 103-00653129-22, maħruġ fil-21 ta' April 2009 (jiskadi fil-21 ta' April 2019)

Indirizz: a) KM5, Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana; b) Nana-Grebizi, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana; c) Ndjari, Ndjamena, iċ-Chad

Data tad-deżinjazzjoni min-NU:17 ta' Mejju 2017

Informazzjoni oħra: Hissène kien preċedentement il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Isport bħala parti mill-Kabinett tal-eks-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana Michel Djotodia. Qabel dan, huwa kien il-kap tal-Konvenzjoni tal-Patrijotti għall-Ġustizzja u l-Paċi, partit politiku. Huwa stabbilixxa wkoll lilu nnifsu bħala l-mexxej tal-milizzji armati f'Bangui, b'mod partikolari fil-kwartier “PK5” (it-tielet distrett). Isem il-missier hu Abdoulaye. Isem l-omm hu Absita Moussa. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/6098910

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdoulaye Hissène ġie elenkat fis-17 ta' Mejju 2017 skont il-paragrafi 16 u 17(g) tar-riżoluzzjoni 2339(2017) bħala li jieħu sehem jew jipprovdi appoġġ għal atti li jdgħajfu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inkluż atti li jheddu jew ixekklu l-proċess ta' transizzjoni politika, jew il-proċess ta' stabbilizzazzjoni u rikonċiljazzjoni jew li jħeġġu l-vjolenza;’ u li huwa “involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorizzazzjoni, jew it-twettiq ta' attakki kontra missjonijiet tan-NU jew preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż il-MINUSCA, il-Missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-operazzjonijiet Franċiżi li jappoġġawhom.”

Informazzjoni addizzjonali:

Abdoulaye Hissène u membri oħra tal-eks-Séléka kkollaboraw ma' instigaturi anti-balaka alleati mal-eks-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) François Bozizé, inkluż Maxime Mokom, biex jinkoraġġixxu protesti vjolenti u ġlied f'Settembru tal-2015 bħala parti minn attentat ta' kolp ta' stat li falla biex iwaqqa' l-Gvern waqt li l-President Transizzjonali ta' dakinhar Catherine Samba-Panza kienet qed tattendi l-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-2015. Mokom, Hissène, u oħrajn ġew akkużati mill-gvern tar-RĊA b'diversi reati kriminali, inkluż qtil, ħruq, tortura, u sakkeġġi, li rriżultaw mill-kolp ta' stat li falla.

Mill-2015, Hissène kien sar wieħed mill-mexxejja ewlenin tal-milizzji armati li jinsabu fil-kwartier “PK5” ta' Bangui u li kienu jinkludu aktar minn 100 raġel. Huwa xekkel il-libertà ta' moviment u t-treġġigħ lura tal-awtorità tal-istat fiż-żona, inkluż permezz ta' tassazzjoni illegali tat-trasport u attivitajiet kummerċjali. Fit-tieni nofs tal-2015, Hissène aġixxa bħala r-rappreżentant tan-“Nairobisti” tal-eks-Séléka f'Bangui li operaw fil-qafas ta' ravviċinament mal-ġellieda anti-balaka taħt Mokom. Irġiel armati taħt il-kontroll ta' Haroun Gaye u Hissène pparteċipaw fil-ġrajjiet vjolenti li seħħew f'Bangui bejn is-26 ta' Settembru u t-3 ta' Ottubru 2015.

Il-membri tal-grupp ta' Hissène huma ssuspettati li kienu involuti f'attakk fit-13 ta' Diċembru 2015 — il-jum tar-referendum kostituzzjonali — fuq il-vettura ta' Mohamed Moussa Dhaffane, mexxej tal-eks-Séléka. Hissène huwa akkużat li orkestra l-vjolenza fid-distrett KM5 ta' Bangui li biha nqatlu ħames persuni, indarbu għoxrin, u żammet lir-residenti milli jivvutaw fir-referendum kostituzzjonali. Hissène qiegħed l-elezzjonijiet f'riskju billi ħoloq ċiklu ta' attakki ta' ritaljazzjoni bejn gruppi differenti.

Fil-15 ta' Marzu 2016, Hissène nqabad mill-pulizija fl-ajruport M'poko ta' Bangui u ġie ttrasferit lit-taqsima ta' riċerka u investigazzjoni tal-ġendarmerija nazzjonali. Il-milizzja tiegħu sussegwentement ħelsuh, bl-użu tal-forza, u serqet arma li preċedentement kienet mgħoddija minn MINUSCA bħala parti minn talba għal eżenzjoni approvata mill-Kumitat.

Fid-19 ta' Ġunju 2016, wara l-arrest ta' negozjanti Musulmani minn forzi tas-sigurtà interni f'“PK 12”, il-milizzji ta' Gaye u Hissène ħatfu ħames pulizija nazzjonali f'Bangui. Fl-20 ta' Ġunju, il-MINUSCA għamlet tentattiv biex teħles il-pulizija. Irġiel armati taħt il-kontroll ta' Hissène u Gaye kienu involuti fi sparar ma' forzi taż-żamma tal-paċi li ppruvaw jeħilsu l-ostaġġi. B'riżultat ta' dan, inqatlu mill-inqas sitt individwi u indarab membru tal-forzi għaż-żamma tal-paċi.

Fit-12 ta' Awwissu 2016, Hissène mexxa konvoj ta' sitt vetturi b'individwi armati sew. Il-konvoj, li kien qed jaħrab minn Bangui, ġie interċettat minn MINUSCA fin-Nofsinhar ta' Sibut. Fi triqtu lejn it-Tramuntana, il-konvoj kien involut fi sparar ma' forzi tas-sigurtà interna f'diversi punti ta' kontroll. Il-konvoj eventwalment twaqqaf minn MINUSCA 40 km min-Nofsinhar ta' Sibut. Wara bosta ġlidiet b'armi tan-nar, MINUSCA qabdet 11-il raġel, iżda Hissène u diversi oħra ħarbu. Individwi arrestati indikaw lil MINUSCA li Hissène kien il-mexxej tal-konvoj li l-għan tiegħu kien li jasal Bria u jipparteċipa fl-Assemblea tal-gruppi eks-Séléka li ġiet organizzata minn Nourredine Adam.

F'Awwissu u Settembru 2016, il-Bord ta' Esperti żar Sibut darbtejn sabiex jispezzjona l-oġġetti personali tal-konvoj ta' Hissène, Gaye u Hamit Tidjani, li nqabad minn MINUSCA fit-13 ta' Awwissu. Il-Bord spezzjona wkoll il-munizzjon maqbud fid-dar ta' Hissène fis-16 ta' Awwissu. Tagħmir militari letali u mhux letali ġie rkuprat mis-sitt vetturi u mill-individwi maqbuda. Fis-16 ta' Awwissu 2016, il-Ġendarmerija Ċentrali għamlet rejd fid-dar ta' Hissène f'Bangui. Instabu aktar minn 700 arma.

Fl-4 ta' Settembru 2016, grupp ta' elementi eks-Séléka li kienu ġejjin minn Kaga-Bandoro fuq sitt muturi biex jiġbru lil Hissène u l-affiljati tiegħu fetħu n-nar kontra MINUSCA ħdejn Dékoa. Waqt dan l-inċident, inqatel ġellied eks-Séléka, u żewġ membri tal-forzi taż-żamma tal-paċi u ċivili sfaw midruba.

▼M22

13.    Martin KOUMTAMAADJI (psewdonimi: a) Abdoulaye Miskine b) Abdoullaye Miskine c) Martin Nadingar Koumtamadji d) Martin Nkoumtamadji e) Martin Koumta Madji f) Omar Mahamat)

Deżinjazzjoni: President u kap kmandant tal-Front Démoctique du Peuple Centrafricain (FDPC)

Data tat-twelid: a) 5 ta’ Ottubru 1965 b) 3 ta’ Marzu 1965

Post tat-twelid: a) Ndïnaba, iċ-Chad b) Kobo, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (c) Kabo, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Nazzjonalità: a) iċ-Chad b) ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Nru tal-passaport: 06FBO2262 (passaport diplomatiku tar-RĊA) maħruġ fit-22 ta’ Frar 2007, li skada fil-21 ta’ Frar 2012

Indirizz: Am Dafock, prefettura ta’ Vakaga, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (l-aħħar post magħruf)

Data tad-deżinjazzjoni min-NU:20 ta’ April 2020

Informazzjoni oħra: Martin Koumtamadji waqqaf il-FDPC fl-2005. Huwa ngħaqad mal-koalizzjoni tas-Séléka f’Diċembru 2012 qabel ma ħalliha f’April 2013 wara li r-ribelli ħadu l-poter f’Bangui. Wara li ġie arrestat fil-Kamerun, imbagħad ġie ttrasferit lejn Brazzaville fir-Repubblika tal-Kongo. Huwa dejjem kien responsabbli mit-truppi tiegħu fuq il-post fir-RĊA anki meta kien jinsab fi Brazzaville qabel reġa’ lura lejn ir-RĊA (bejn Novembru 2014 u l-2019). Il-FDPC iffirma l-Ftehim Politiku għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fir-RĊA fis-6 ta’ Frar 2019 iżda Martin Koumtamadji jibqa’ theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RĊA.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

President u kap kmandant tal-Front Démocratique du Peuple Centrafricain (FDPC, grupp armat involut f’attivitajiet vjolenti), Martin Koumatmadji kien involut f’atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RĊA u, b’mod partikolari, l-implimentazzjoni tal-Ftehim Politiku għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fir-RĊA ffirmat fis-6 ta’ Frar 2019 f’Bangui.

Huwa rrifjuta d-diżarm tal-kombattenti tal-FDPC, skont l-impenji tiegħu bħala firmatarju tal-Ftehim Politiku għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fir-RĊA, u hedded li jwaqqa’ lill-President Touadéra f’Lulju 2019.

Huwa beda jikkoopera mal-individwu ssanzjonat Nourredine Adam (CFi.002) f’Ġunju 2019 u kien involut fit-traffikar ta’ armi ma’ kollaboratur qrib Nourredine Adam, sabiex jinbnew il-kapaċitajiet militari tal-FDPC.

Huwa għamel ukoll offerta lill-Front Populaire pour la Renaissance de la Centrafrique (FPRC) biex iwettqu operazzjoni militari mal-grupp armat tiegħu matul il-ġlied fil-prefettura ta’ Vakaga fl-2019.

Huwa kompla jimpedixxi l-istabbiliment mill-ġdid tal-awtorità tal-istat fl-oqsma tal-operat tal-FPDC billi żamm barrikati ta’ kontroll illegali fuq it-toroq bl-għan ta’ estorsjoni kontra rgħajja tal-bhejjem, atturi ekonomiċi (inkluż kumpaniji tal-minjieri tad-deheb li joperaw fil-prefettura ta’ Nana-Mambéré), u vjaġġaturi.

Taħt it-tmexxija tiegħu, il-FDPC ikkommetta atti li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-prefettura ta’ Nana-Mambéré, inkluż attakki diretti kontra persuni ċivili f’April 2019, ħtif ta’ persuni ċivili f’Marzu 2019 (qrib Zoukombo) u atti ta’ vjolenza sesswali u sessista f’Mejju 2019 (f’Bagary). Fl-2017, il-FDPC ikkommetta wkoll 14-il att ta’ vjolenza sesswali f’konflitt.

Bejn l-2016 u l-2019, il-FDPC irrekluta tfal biex iservu bħala suldati f’konflitt armat u ġiegħlu lil ħdax-il tifla jiżżewġu ma’ membri tal-FDPC.

F’Marzu 2019, huwa kien involut fit-tfixkil tal-kunsinna ta’ għajnuna umanitarja meta l-FDPC, taħt it-tmexxija ta’ Miskine, wettaq sensiela ta’ attakki fuq it-triq prinċipali lejn Bangui mill-Kamerun.

Fl-aħħar nett, elementi tal-FDPC kellhom episodji ta’ ġlied ma’ MINUSCA f’April 2019 qrib Zoukombo (prefettura ta’ Nana-Mambéré) u fuq l-assi ta’ Bouar-Beleko.

▼M3

B.   Entitajiet

▼M13

1.    BUREAU D'ACHAT DE DIAMANT EN CENTRAFRIQUE/KARDIAM (Psewdonimu: a) BADICA/KRDIAM b) KARDIAM)

Indirizz: a) BP 333 Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. + 32 3 2310521, Fax. +32 3 2331839, posta elettronika: kardiam.bvba@skynet.be, sit web: www.groupeabdoulkarim.com b) Antwerp, il-Belġju

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' Awwissu 2015

Informazzjoni oħra: Immexxi minn Abdoul-Karim Dan-Azoumi, mit-12 ta' Diċembru 1986 u minn Aboubakar Mahamat, mill-1 ta' Jannar 2005. Il-fergħat jinkludu MINAiR, u SOFIA TP (Douala, il-Kamerun).

Link elettroniku għall-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5891200

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-Bureau d'achat de Diamant en Centrafrique/KARDIAM ġie elenkat fl-20 ta' Awwissu 2015 skont il-paragrafu 12(d) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala li “pprovda appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar illegali u l-kummerċ ta' riżorsi naturali bħad-djamanti, id-deheb, kif ukoll l-annimali selvaġġi u l-prodotti tagħhom, fir-RĊA”.

Informazzjoni addizzjonali:

BADICA/KARDIAM ipprovda appoġġ lil gruppi armati fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, jiġifieri dawk li kienu tas-Séléka u tal-milizzji anti-Balaka, permezz tal-isfruttar illeċitu u l-kummerċ tar-riżorsi naturali, inkluż id-djamanti u d-deheb.

Il-Bureau d'Achat de Diamant en Centrafrique (BADICA) fl-2014 kompla jixtri djamanti minn Bria u Sam-Ouandja (Provinċja ta' Haute Kotto) fil-Lvant tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, fejn il-forzi preċedenti tas-Séléka jimponu taxxi fuq inġenji tal-ajru li jittrasportaw djamanti u jirċievu ħlas għas-sigurtà minn kollezzjonisti tad-djamanti. Ħafna mill-kollezzjonisti fornituri ta' BADICA fi Bria u Sam-Ouandja huma assoċjati mill-qrib ma' eks-kmandanti tas-Séléka.

F'Mejju 2014, l-awtoritajiet Belġjani żammew żewġ pakketti tad-djamanti mibgħuta lir-rappreżentanza ta' BADICA f'Antwerp, li hija rreġistrata uffiċjalment fil-Belġju bħala KARDIAM. Esperti tad-djamanti kkonkludew li d-djamanti miżmuma wisq probabbli kienu ta' oriġini Ċentru-Afrikana, u li kellhom karatteristiċi tipikament ta' Sam-Ouandja u Bria, kif ukoll Nola (Provinċja ta' Sangha Mbaéré), fil-Lbiċ tal-pajjiż.

In-negozjanti li kienu jixtru djamanti traffikati illegalment mir-Repubblika Ċentru-Afrikana lejn swieq barranin, inkluż mill-parti tal-Punent tal-pajjiż, operaw fil-Kamerun f'isem BADICA.

F'Mejju 2014, BADICA esporta wkoll deheb minn Yaloké (Ombella-Mpoko), fejn il-minjieri tad-deheb artiġjanali waqgħu taħt il-kontroll tas-Séléka sal-bidu ta' Frar 2014, meta l-gruppi anti-Balaka ħaduhom f'idejhom.

2.    LORD'S RESISTANCE ARMY (Psewdonimu: a) LRA b) Lord's Resistance Movement (LRM) c) Lord's Resistance Movement/Army (LRM/A)

Indirizz: a) Vakaga, Repubblika Ċentru-Afrikana b) Haute-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana c) Basse-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana d) Haut-Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana e) Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana f) HautUolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo g) Bas-Uolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo h) (Indirizz iddikjarat: Kafia Kingi (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat). F'Jannar 2015, 500 element tal-Lord's Resistance Army ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.)

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 7 ta' Marzu 2016.

Informazzjoni oħra: Feġġet fin-naħa ta' fuq tal-Uganda fit-tmeninijiet. Kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali, inkluż mijiet fir-Repubblika Ċentru-Afrikana. Il-mexxej huwa Joseph Kony. Link elettroniku għall-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5932344

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-Lord's Resistance Army ġiet elenkata fis-7 ta' Marzu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13 (b), (c), u (d) tar-Riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li “ħadet sehem fi jew ipprovdiet appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA”; “li kienet involuta fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, fir-RĊA, inkluż atti li jinvolvu vjolenza sesswali, attakki fuq il-popolazzjoni ċivili, attakki ta' natura etnika jew reliġjuża, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u l-ħtif u ċ-ċaqliq sfurzat”; “li tirrekluta jew tuża tfal f'konflitti armati fir-RĊA, bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli”; u “li pprovda appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inkluż id-djamanti, id-deheb, l-annimali selvaġġi u l-prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA”.

Informazzjoni addizzjonali:

L-LRA feġġet fin-naħa ta' fuq tal-Uganda fit-tmeninijiet, u kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali. Taħt pressjoni militari dejjem tiżdied, Joseph Kony, il-mexxej tal-LRA, ordna lil-LRA biex tirtira mill-Uganda fl-2005 u l-2006. Minn dak iż-żmien, l-LRA qed topera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), ir-RĊA, is-Sudan t'Isfel u allegatament is-Sudan.

Minn Diċembru 2013, l-LRA ħatfet, spostat, wettqet vjolenza sesswali kontra, u qatlet mijiet ta' individwi fir-RĊA, u serqet u qerdet proprjetà ċivili. Ikkonċentrata fil-Lvant tar-RĊA u allegatament f'Kafia Kingi, territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi deċiż iżda kkontrollat mill-militar tas-Sudan, l-LRA tattakka villaġġi biex tisraq l-ikel u l-provvisti. Il-ġellieda jwettqu imbuskati biex jattakkaw lill-forzi tas-sigurtà u jisirqu t-tagħmir tagħhom meta dawn jirrispondu għall-attakki tal-LRA, u l-ġellieda tal-LRA jimmiraw u jisirqu wkoll villaġġi li m'għandhomx preżenza militari. L-LRA intensifikat ukoll l-attakki fuq siti ta' minjieri tad-deheb u d-djamanti.

Iċ-ċelel tal-LRA ta' spiss ikollhom magħhom priġunieri li huma mġiegħla jaħdmu bħala porters, kokijiet, u skjavi sesswali. L-LRA hija involuta fi vjolenza sessista inkluż stupri ta' nisa u bniet.

F'Diċembru 2013, l-LRA ssekwestrat għexieren ta' persuni f'Haute-Kotto. L-LRA allegatament kienet involuta fis-sekwestru ta' mijiet ta' ċivili fir-RĊA mill-bidu tal-2014 'l hawn.

Il-ġellieda tal-LRA attakkaw Obo, fil-Prefettura ta' Haut-Mbomou fil-Lvant tar-RĊA, f'diversi okkażjonijiet fil-bidu tal-2014.

L-LRA kompliet twettaq attakki f'Obo u postijiet oħra fix-Xlokk tar-RĊA bejn Mejju u Lulju 2014, inkluż attakki u sekwestri apparentement koordinati fil-Prefettura ta' Mbomou fil-bidu ta' Ġunju.

Sa mill-inqas l-2014, l-LRA kienet involuta fil-kaċċa illegali tal-iljunfanti u t-traffikar tal-iljunfanti għall-ġenerazzjoni tad-dħul. L-LRA allegatament tittraffika l-avorju mill-Park Nazzjonali ta' Garamba fit-Tramuntana tar-RDK lejn Darfur, biex tinnegozjah għal armi u provvisti. L-LRA allegatament tittrasporta n-nejbiet ta' iljunfanti kkaċċati illegament mir-RĊA għal Darfurfis-Sudan biex jinbiegħu. Barra minn hekk, kmieni fl-2014, Kony kien allegatament ordna lill-ġellieda tal-LRA jisirqu d-djamanti u d-deheb minn minaturi fil-Lvant tar-RĊA għat-trasportazzjoni lejn is-Sudan. Minn Jannar 2015, 500 element tal-Lord's Resistance Army ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.

Fil-bidu ta' Frar 2015, il-ġellieda tal-LRA armati b'armi b'saħħithom issekwestraw ċivili f'Kpangbayanga, Haut-Mbomou, u serqu prodotti tal-ikel.

F'April 20, 2015, attakk mill-LRA u s-sekwestru ta' tfal minn Ndambissoua, fix-Xlokk tar-RĊA wasslu l-biċċa l-kbira tar-residenti tal-villaġġ biex jaħarbu. U fil-bidu ta' Lulju 2015, l-LRA attakkat diversi villaġġi fix-Xlokk tal-Prefettura ta' Haute-Kotto; l-attakki kienu jinvolvu serq, vjolenza kontra persuni ċivili, ħruq ta' djar, u ħtif.

Minn Jannar 2016 'l hawn, attakki attribwiti lil-LRA mmultiplikaw f'Mbomou Haut-Mbomou u Haute-Kotto li affettwaw b'mod partikolari ż-żoni tal-minjieri f'Haute-Kotto. Dawn l-attakki kienu jinvolvu s-serq, il-vjolenza kontra persuni ċivili, il-qerda ta' proprjetà u s-sekwestri. Dawn wasslu għal spostamenti tal-popolazzjoni, inkluż madwar 700 persuna li fittxew rifuġju fi Bria.



( 1 ) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).