2013D0798 — MT — 12.03.2016 — 008.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/798/PESK

tat-23 ta’ Diċembru 2013

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

(ĠU L 352 24.12.2013, p. 51)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/125/PESK tal-10 ta’ Marzu 2014

  L 70

22

11.3.2014

 M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/382/PESK tat-23 ta' Ġunju 2014

  L 183

57

24.6.2014

►M3

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/863/PESK tal-1 ta' Diċembru 2014

  L 346

52

2.12.2014

►M4

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/336 tat-2 ta' Marzu 2015

  L 58

79

3.3.2015

►M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/739 tas-7 ta' Mejju 2015

  L 117

49

8.5.2015

►M6

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1488 tat-2 ta' Settembru 2015

  L 229

12

3.9.2015

►M7

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2459 tat-23 ta' Diċembru 2015

  L 339

48

24.12.2015

►M8

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/360 tal-11 ta' Marzu 2016

  L 67

53

12.3.2016




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/798/PESK

tat-23 ta’ Diċembru 2013

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill esprima t-tħassib profond tiegħu dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA).

(2)

Fil-5 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2127 (2013), li timponi embargo fuq l-armi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA).

(3)

Aktar azzjoni mill-Unjoni hija meħtieġa sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

1.  Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u spare parts għal dawn imsemmija hawn fuq lir-Repubblika Ċentru-Afrikana (“RĊA”) minn ċittadini ta’ Stati Membri jew li ġejjin minn territorji ta’ Stati Membri jew l-użu ta' bastimenti li jtajru l-bandiera jew l-ajruplani tagħhom għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw kif ukoll jekk ma joriġinawx mit-territorji tagħhom.

2.  Għandu jkun pprojbit:

(a) l-għoti ta' assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħra, inkluż il-forniment ta' persunal merċenarju armat, relatati ma’ attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u ta' materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u spare parts għal dawn imsemmija hawn fuq, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-RĊA jew biex jintużaw fiha;

(b) l-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat, jew għall-forniment ta' assistenza teknika relatata, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-RĊA jew biex jintużaw fiha;

(c) il-parteċipazzjoni, konsapevoli u intenzjonali, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jiġu evitati l-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b).

▼M5

Artikolu 1a

L-Istati Membri, ladarba jiskopru, għandhom jaqbdu, jirreġistraw u jeħilsu minn (pereżempju billi jeqirdu, jagħmlu inoperabbli, jaħżnu jew jittrasferixxu lil Stat ieħor għajr dak minn fejn joriġinaw jew Stati ta' destinazzjoni għar-rimi) oġġetti li l-provvista, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom hija projbita skont l-Artikolu 1.

▼B

Artikolu 2

1.  L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:

▼M5

(a) il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat, u l-għoti ta' assistenza teknika relatata jew finanzjament u assistenza finanzjarja, intenzjonati biss għall-appoġġ ta', jew l-użu mill-Missjoni ta' Stabbilizzazzjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonjiet Uniti fir-RĊA (MINUSCA), it-Task Force Reġjonali għall-Unjoni Afrikana (AU-RTF), u l-missjonijiet tal-Unjoni u l-forzi Franċiżi stazzjonati fir-RĊA;

▼B

(b) il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ lbies protettiv, inklużi ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn ir-RĊA minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, persunal tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-mezzi tax-xandir u ħaddiema umanitarji u fil-qasam tal-iżvilupp u persunal assoċjat, għall-użu personali tagħhom biss;

(c) il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi żgħar u materjal relatat intenzjonati biss biex jintużaw f'pattulji internazzjonali li jipprovdu sigurtà fiż-Żona Protetta nazzjonali bi tliet partijiet tax-Xmara Sangha għad-difiża kontra serq, kuntrabandu tal-ivorju u l-armi, u attivitajiet oħra li jmorru kontra l-liġijiet nazzjonali tar-RĊA jew l-obbligi legali internazzjonali tar-RĊA.

2.  L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:

(a) il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir militari mhux letali intenzjonat biss għal użu umanitarju jew protettiv, u assistenza teknika relatata;

(b) il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u tagħmir letali relatat ieħor lill-forzi tas-sigurtà tar-RĊA, intenzjonati biss għall-appoġġ jew l-użu fil-proċess tar-RĊA għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (RSS);

(c) il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat ieħor, u assistenza teknika jew finanzjarja relatata, inkluż persunal;

kif approvat minn qabel mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 57 tal-KSNU 2127 (2013).

▼M1

Artikolu 2a

▼M5

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu d-dħul fi, jew it-transitu minn, it-territorji tagħħhom tal-persuni deżinjati mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 57 tal-UNSCR 2127 (2013) (“il-Kumitat”) bħala persuni li jingaġġaw fi jew li jagħtu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inklużi atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza, inklużi persuni:

(a) li bl-aġir tagħhom jiksru l-embargo fuq l-armi stabbilit fil-paragrafu 54 tal-UNSCR 2127 (2013) u l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, jew li direttament jew indirettament ipprovdew, biegħu, jew ittrasferixxew lil gruppi armati jew netwerks kriminali fir-RĊA, jew li rċevew armi jew kwalunkwe materjal relatat, jew kwalunkwe parir tekniku, taħriġ jew assistenza, inkluż finanzjament u assistenza finanzjarja, relatati ma' attivitajiet vjolenti ta' gruppi armati jew netwerks kriminali fir-RĊA;

(b) involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li tikkostitwixxi abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, fil-mira taċ-ċivili, attakki abbażi ta' etnika jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u ħtif u spustament furzat;

(c) li jirreklutaw jew jużaw tfal f'kunflitt armat fir-RĊA, bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli;

(d) li jipprovdu appoġġ għal gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti, id-deheb, l-annimali selvaġġi u l-prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA;

(e) li jostakolaw it-twassil ta' assistenza umanitarja fir-RĊA, jew l-aċċess ta', jew id-distribuzzjoni ta' assistenza umanitarja fir-RĊA;

(f) li huma involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar, jew it-twettiq ta' attakki kontra l-missjonijiet tan-NU jew tal-preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż il-MINUSCA, il-missjonijiet tal-Unjoni u l-operazzjonijiet Franċiżi li jappoġġawhom;

(g) li huma mexxejja ta' entità deżinjata mill-Kumitat, jew ipprovdew appoġġ għal, jew aġixxew għal jew f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità indikata mill-Kumitat, jew entità proprjetà ta' jew ikkontrollata minn persuna jew entità indikata mill-Kumitat;

kif elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

▼M1

2.  Il-paragrafu 1 ma jobbligax Stat Membru li jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

3.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn id-dħul jew it-tranżitu huwa meħtieġ biex isir proċess ġudizzjarju.

4.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat jiddetermina skont il-każ li:

(a) l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inkluż obbligu reliġjuż;

(b) eżenzjoni tkun tiffaċilita l-objettivi ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali fir-RĊA u l-istabbiltà reġjonali.

5.  F'każijiet fejn, skont il-paragrafu 3 jew 4, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-tranżitu minnu, ta’ persuna elenkata fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih ingħatat u għall-persuna kkonċernata minnha.

Artikolu 2b

▼M5

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha bis-sjieda ta' jew kontrollati direttament jew indirettament minn persuni jew entitajiet deżinjati mill-Kumitat bħala li jingaġġaw fi jew li jagħtu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inklużi atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza, inklużi persuni u entitajiet li:

(a) li bl-aġir tagħhom jiksru l-embargo fuq l-armi stabbilit fil-paragrafu 54 tal-UNSCR 2127 (2013) u l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, jew li direttament jew indirettament ipprovdew, biegħu, jew ittrasferixxew lil gruppi armati jew netwerks kriminali fir-RĊA, jew li rċevew armi jew kwalunkwe materjal relatat, jew kwalunkwe parir tekniku, taħriġ jew assistenza, inkluż finanzjament u assistenza finanzjarja, relatati ma' attivitajiet vjolenti ta' gruppi armati jew netwerks kriminali fir-RĊA;

(b) involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li tikkostitwixxi abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, fil-mira taċ-ċivili, attakki abbażi ta' etnika jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u ħtif u spustament furzat;

(c) li jirreklutaw jew jużaw tfal f'kunflitt armat fir-RĊA, bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli;

(d) li jipprovdu appoġġ għal gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti, id-deheb, l-annimali selvaġġi u l-prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA;

(e) li jostakolaw it-twassil ta' assistenza umanitarja fir-RĊA, jew l-aċċess ta', jew id-distribuzzjoni ta' assistenza umanitarja fir-RĊA;

(f) li huma involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar, jew it-twettiq ta' attakki kontra l-missjonijiet tan-NU jew tal-preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż il-MINUSCA, il-missjonijiet tal-Unjoni u l-operazzjonijiet Franċiżi li jappoġġawhom;

(g) li huma mexxejja ta' entità deżinjata mill-Kumitat, jew ipprovdew appoġġ għal, jew aġixxew għal jew f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità indikata mill-Kumitat, jew entità proprjetà ta' jew ikkontrollata minn persuna jew entità indikata mill-Kumitat;

għandhom ikunu ffriżati.

Il-persuni u l-entitajiet imsemmijin f'dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness.

▼M1

2.  L-ebda fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom ikunu disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta' kwalunkwe persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Stat Membru jista' jippermetti eżenzjonijiet mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi u riżorsi ekonomiċi li huma:

(a) neċessarji għal spejjeż bażiċi, inkluż ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, primjums ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet tal-użu ta' servizzi pubbliċi;

(b) maħsuba esklużivament għall-pagament ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż imġarrba li huma assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;

(c) maħsubin esklużivament għall-pagament ta' miżati jew l-ispejjeż tas-servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta' fondi ffriżati, assi finanzjarji oħra u riżorsi ekonomiċi;

wara li ssir notifika lill-Kumitat mill-Istat Membru kkonċernat dwar il-ħsieb tal-awtorizzazzjoni, fejn ikun il-każ, tal-aċċess għal tali fondi u riżorsi ekonomiċi, u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

4.  Stat Membru jista' jippermeti wkoll għal eżenzjonijiet mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi u riżorsi ekonomiċi li huma:

(a) neċessarji għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat u approvazzjoni minn dan tal-aħħar;

(b) is-suġġett ta' privileġġ jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, li f'dak il-każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw sabiex jissodisfaw dak il-privileġġ jew dik is-sentenza bil-kondizzjoni li l-privileġġ jew is-sentenza saru qabel it-28 ta' Jannar 2014, u ma jkunux għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija f'dan l-Artikolu, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat.

5.  Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni persuna jew entità indikata milli tagħmel pagament dovut skont kuntratt magħmul qabel ma tali persuna jew entità ġiet elenkata, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-pagament mhuwiex irċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 u wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat dwar l-intenzjoni li jsiru jew li jiġu rċevuti tali pagamenti jew li jiġi awtorizzat, fejn adatt, ir-rilaxx ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati għal dan il-għan, għaxart ijiem ta' xogħol qabel tali awtorizzazzjoni.

6.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

(a) imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi taħt din id-Deċiżjoni;

dment li tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 2c

Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista fl-Anness u għandu jemendaha f'konformità mad-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat.

Artikolu 2d

1.  Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat jagħżel persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi lil dik il-persuna jew entità fl-Anness. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar ta' dik il-persuna jew entità, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz huwa magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, li tipprovdi lil dik il-persuna jew l-entità b'opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

2.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew entità kif adatt.

Artikolu 2e

1.  L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet kif ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat.

2.  L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat li hija meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness għandu jinkludi wkoll id-data tan-nomina mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat.

▼B

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M3




ANNESS

LISTA TA' PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2a U TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2b

A.   Persuni

1.   François Yangouvonda BOZIZÉ (magħruf ukoll bħala: a) Bozize Yangouvonda )

Data tat-twelid: 14 ta' Ottubru 1946.

Post tat-twelid: Mouila, il-Gabon.

Ċittadinanza: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

Indirizz: L-Uganda.

Informazzjoni oħra: Ommu jisimha Martine Kofio.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 9 ta' Mejju 2014.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Bozize ġie elenkat fid-9 ta' Mejju 2014 skont il-paragrafu 36 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA”.

Informazzjoni addizzjonali

Bil-kollaborazzjoni tas-sostenituri tiegħu, Bozize ħeġġeġ l-attakk tal-5 ta' Diċembru 2013 fuq Bangui. Minn dakinhar, kompla jipprova jmexxi operazzjonijiet ta' destabilizzazzjoni sabiex jinżammu t-tensjonijiet fil-kapitali tar-RĊA. Ġie rappurtat li Bozize ħoloq il-grupp tal-milizzja anti-Balaka qabel ma ħarab mir-RĊA fl-24 ta' Marzu 2013. F'komunikat, Bozize ħeġġeġ lill-milizzja tiegħu biex tkompli bl-atroċitajiet kontra r-reġim attwali u l-Iżlamisti. Ġie rappurtat li Bozize pprovda appoġġ finanzjarju u materjali lill-ġellieda tal-milizzja li qed jaħdmu biex jiddestabilizzaw it-tranżizzjoni attwali u biex Bozize jerġa jkun fil-poter. Il-parti l-kbira tal-anti-Balaka huma mill-Forzi Armati Ċentru-Afrikani li tferrxu fil-kampanja wara l-kolp ta' stat u sussegwentement ġew organizzati mill-ġdid minn Bozize.

Bozize u s-sostenituri tiegħu jikkontrollaw aktar minn nofs l-unitajiet anti-Balaka. Il-forzi leali lejn Bozize kienu armati b'azzarini tal-assalt, artiljerija tal-murtali u rocket-launchers u qed jieħdu sehem dejjem aktar f'attakki ta' tpattija kontra l-popolazzjoni Musulmana tar-RĊA. Is-sitwazzjoni fir-RĊA marret malajr għall-agħar wara l-attakk tal-5 ta' Diċembru 2013 f'Bangui mill-forzi anti-Balaka meta nqatlu aktar minn 700 persuna.

2.   Nourredine ADAM (magħruf ukoll bħala: a) Nureldine Adam; b) Nourreldine Adam; c) Nourreddine Adam; d) Mahamat Nouradine Adam)

Deżinjazzjoni: a) Ġeneral; b) Ministru għas-Sigurtà; c) Direttur Ġenerali għall-“Kumitat Straordinarju għad-Difiża tal-Kisbiet Demokratiċi”.

Data tat-twelid: a) 1970 b) 1969 c) 1971 d) 1 ta' Jannar 1970.

Post tat-twelid: Ndele, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

Ċittadinanza: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana. Nru tal-passaport: D00001184

Indirizz: Birao, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 9 ta' Mejju 2014

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Nourredine ġie elenkat fid-9 ta' Mejju 2014 skont il-paragrafu 36 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA”.

Informazzjoni addizzjonali

Noureddine hu wieħed mill-mexxejja oriġinali tas-Seleka. Ġie identifikat kemm bħala Ġeneral kif ukoll bħala l-President ta' wieħed mill-gruppi ribelli armati tas-Seleka, il-PJCC Ċentrali, grupp formalment magħruf bħala l-Konvenzjoni ta' Patrijotti għall-Ġustizzja u l-Paċi u li l-akronimu tiegħu hu magħruf ukoll bħala CPJP. Bħala kap preċedenti tal-grupp “Fundamental” li nqata' mill-Konvenzjoni ta' Patrijotti għall-Ġustizzja u l-Paċi (CPJP/F), kien il-koordinatur militari tal-ex Séléka waqt l-attakki fir-ribelljoni preċedenti fir-Repubblika Ċentru-Afrikana bejn il-bidu ta' Diċembru 2012 u Marzu 2013. Mingħajr l-għajnuna u r-relazzjoni mill-qrib ta' Noureddine mal-Forzi Speċjali taċ-Ċad, x'aktarx li s-Seleka ma kienx jirnexxielhom jaħtfu l-poter mill-ex President tar-RĊA Francois Bozize.

Sa mill-ħatra, bħala president interim, ta' Catherine Samba-Panza fl-20 ta' Jannar 2014, huwa kien wieħed mill-awturi ewlenin tal-irtirar tattiku tal-ex-Séléka f'Sibut bil-għan li jiġi implimentat il-pjan tiegħu li joħloq fortizza Musulmana fit-Tramuntana tal-pajjiż. Huwa kien ħeġġeġ biċ-ċar lill-forzi tiegħu biex jirreżistu l-ordnijiet tal-gvern transitorju u tal-mexxejja militari tal-Missjoni Internazzjonali ta' Appoġġ għar-Repubblika Ċentru-Afrikana taħt tmexxija Afrikana (MISCA). Noureddine jidderieġi attivament lill-ex-Seleka, il-forzi preċedenti tas-Seleka li ntqal li ġew xolti minn Djotodia f'Settembru 2013, u jidderieġi operazzjonijiet kontra distretti Kristjani u jkompli jipprovdi appoġġ u direzzjoni sinifikanti lill-ex-Seleka li jaħdmu fir-RĊA.

Nourredine kien elenkat ukoll fid-9 ta' Mejju 2014 skont il-paragrafu 37(b) tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) bħala “involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, skont il-każ”.

Informazzjoni addizzjonali

Wara li s-Séléka ħadet il-kontroll ta' Bangui fl-24 ta' Marzu 2013, Nourredine Adam inħatar Ministru tas-Sigurtà, imbagħad Direttur Ġenerali tal-'Kumitat Straordinarju għad-Difiża tal-Kisbiet Demokratiċi' (Comité extraordinaire de défense des acquis démocratiquesCEDAD, servizz ta' intelligence tar-RĊA li ma għadux jeżisti). Nourredine Adam uża s-CEDAD bħala l-pulizija politika personali tiegħu, li permezz tagħha wettaq bosta arresti arbitrarji, atti ta' tortura u eżekuzzjonijiet sommarji. Barra minn dan, Noureddine kien wieħed mill-figuri ċentrali wara l-operazzjoni mdemmija f'Boy Rabe. F'Awwissu 2013, il-forzi tas-Seleka attakkaw Boy Rabe, distrett tar-RĊA meqjus bħala fortizza tas-sostenituri ta' Francois Bozize u l-grupp etniku tiegħu. Bl-iskuża li jfittxu armi moħbija, ġie rrappurtat li t-truppi tas-Seleka qatlu għexieren ta' ċittadini ċivili u nfexxew jisirqu kull ma sabu. Meta dawn l-attakki nfirxu għal żoni oħra, eluf ta' residenti invadew l-ajruport internazzjonali, li kien meqjus bħala post sigur minħabba l-preżenza ta' truppi Franċiżi, u okkupaw ir-runway tiegħu.

Nourredine kien ukoll elenkat fid-9 ta' Mejju 2014 skont il-paragrafu 37(d) tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) bħala li “ipprovda appoġġ lil gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament illegali ta' riżorsi naturali”.

Informazzjoni addizzjonali

Lejn il-bidu tal-2013, Nourredine Adam qeda rwol importanti fin-netwerks ta' finanzjament tal-ex-Séléka. Ivvjaġġa fl-Arabja Sawdija, il-Qatar u l-Emirati Għarab Magħquda biex jiġbor fondi għar-ribelljoni preċedenti. Ħadem ukoll bħala faċilitatur għal ċirku Ċadjan ta' traffikanti ta' djamanti li jopera bejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana u ċ-Ċad.

▼M4 —————

▼M6

4.   Alfred YEKATOM (psewdonimu: a) Alfred Yekatom Saragba b) Aifred Ekatom c) Alfred Saragba d) Colonel Rombhot e) Colonel Rambo f) Colonel Rambot g) Colonel Rombot h) Colonel Romboh)

Deżinjazzjoni: Kap Kapural tal-Forzi Armati Ċentru-Afrikani (FACA)

Data tat-twelid: 23 ta' Ġunju 1976

Post tat-twelid: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Ċittadinanza: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Indirizz: a) Mbaiki, Provinċja ta' Lobaye, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. +236 72 15 47 07/+236 75 09 43 41) b) Bimbo, Provinċja ta' Ombella-Mpoko, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (post preċedenti)

Informazzjoni oħra: Ikkontrolla u kien il-kmandant ta' grupp kbir ta' membri rġiel tal-milizzja armata. Isem il-missier (missier adottiv) huwa Ekatom Saragba (spellut ukoll Yekatom Saragba). Ħu Yves Saragba, Kmandant tal-milizzji anti-Balaka f'Batalimo, provinċja ta' Lobaye, u ex-suldat tal-FACA. Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: suwed; kulur tax-xagħar: fartas; karnaġġjon: iswed; tul: 170cm; piż 100kg. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Alfred Yekatom, fl-20 ta' Awwissu 2015 f'konformità mal-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2196 (2015) ġie elenkat bħala “li jingaġġa fi jew li jagħti appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inklużi atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji, jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza.”

Informazzjoni addizzjonali:

Alfred Yekatom, magħruf ukoll bħala Kurunell Rombhot, huwa kap tal-milizzja ta' fazzjon tal-moviment tal-milizzji anti-Balaka, magħruf bħala “anti-Balaka min-Nofsinhar”. Huwa kien jokkupa l-kariga ta' Kap Kapural fil-Forces Armées Centrafricaines (FACA — forzi armati tar-Repubblika Ċentru-Afrikana).

Yekatom kien involut fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, inklużi atti li jheddu l-ftehimiet transitorji, u li jheddu l-proċess ta' transizzjoni politika. Yekatom kien jikkontrolla u kien il-kmandant ta' grupp kbir ta' membri rġiel tal-milizzja armata bi preżenza fil-viċinat ta' PK9 f'Bangui, u fil-bliet ta' Bimbo (Provinċja Ombella-Mpoko) Cekia, Pissa, u Mbaïki (il-kapitali tal-Provinċja Lobaye), u kien stabbilixxa l-kwartieri ġenerali tiegħu f'konċessjoni forestali f'Batalimo.

Yekatom kellu kontroll dirett ta' tużżana punti ta' kontroll magħmulin minn medja ta' għaxar membri rġiel tal-milizzja armata lebsin l-uniformi tal-armata u jġorru l-armi, inklużi azzarini tal-assalt militari, mill-pont prinċipali bejn Bimbo u Bangui sa Mbaïki (Provinċja ta' Lobaye) u minn Pissa sa Batalimo (ħdejn il-fruntiera mar-Repubblika tal-Kongo), fejn kien jiġbor taxxi mhux awtorizzati minn vetturi u muturi privati, vannijiet tal-passiġġieri u trakkijiet li jesportaw riżorsi tal-foresti lejn il-Kamerun u ċ-Chad, iżda wkoll minn dgħajjes li jbaħħru fuq ix-xmara Oubangui. Yekatom ġie osservat jiġbor personalment parti minn dawn it-taxxi mhux awtorizzati. Yekatom u l-milizzja tiegħu wkoll ġew allegatament irrapurtati li qatlu ċivili.

5.   Habib SOUSSOU (psewdonimu: Soussou Abib)

Deżinjazzjoni: a) Koordinatur ta' milizzji anti-Balaka għall-Provinċja ta' Lobaye b) Kapural tal-Forzi Armati Ċentru-Afrikani (FACA)

Data tat-twelid: 13 ta' Marzu 1980

Post tat-twelid: Boda, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Ċittadinanza: Indirizz fir-Repubblika Ċentru-Afrikana: Boda, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. + 236 72198628)

Informazzjoni oħra: Maħtur bħala kmandant taż-żona (COMZONE) ta' Boda fil-11 ta' April 2014 u fit-28 ta' Ġunju 2014, għall-Provinċja kollha ta' Lobaye. Taħt il-kmand tiegħu, baqgħu jseħħu qtil immirat, ġlied u attakki kontra l-organizzazzjonijiet umanitarji u l-ħaddiema umanitarji. Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: iswed; tul: 160cm; piż: 60kg. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Habib Soussou fl-20 ta' Awwissu 2015 skont il-paragrafi 11 u 12 (b) u (e) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) ġie elenkat bħala “li jingaġġa fi jew li jagħti appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inklużi atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji, jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza;”“involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li tikkostitwixxi abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, fil-mira taċ-ċivili, attakki abbażi ta' etnika jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u ħtif u spustament furzat” u “li jostakola t-twassil ta' assistenza umanitarja fir-RĊA, jew l-aċċess ta', jew id-distribuzzjoni ta' assistenza umanitarja fir-RĊA.”

Informazzjoni addizzjonali:

Habib Soussou kien maħtur bħala kmandant taż-żona tal-milizzji anti-Balaka (COMZONE) ta' Boda fil-11 ta' April 2014, u huwa sostna li huwa kien għalhekk responsabbli għas-sitwazzjoni ta' sigurtà fis-sous-préfecture. Fit-28 ta' Ġunju 2014, il-koordinatur ġenerali ta' milizzji anti-Balaka, Patrice Edouard Ngaïssona ħatar lil Habib Soussou bħala koordinatur provinċjali għall-belt ta' Boda mill-11 ta' April 2014 u mit-28 ta' Ġunju 2014 għall-provinċja kollha ta' Lobaye. Qtil immirat, ġlied u attakki minn milizzji anti-Balaka f'Boda kontra l-organizzazzjonijiet umanitarji u ħaddiema umanitarji li seħħew fuq bażi ta' kull ġimgħa f'oqsma li għalihom Soussou huwa l-kmandant jew il-koordinatur tal-milizzji anti-Balaka. Soussous u l-forzi tal-milizzji anti-Balaka f'dawn iż-żoni laqtu u heddew ukoll li jolqtu persuni ċivili.

▼M7

6.

Oumar YOUNOUS ABDOULAY (psewdonimu: a) Oumar Younous b) Omar Younous c) Oumar Sodiam d) Oumar Younous M'Betibangui)

Deżinjazzjoni: Ex Ġeneral tas-Séléka

Data tat-twelid: 2 ta' April 1970

Ċittadinanza: Is-Sudan, Passaport diplomatiku tar-RĊA bin-numru D 00000898, maħruġ fil-11 ta' April 2013, (validu sal-10 ta' April 2018)

Indirizz: a) Bria, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. + 236 75507560) b) Birao, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana c) Tullus, in-Nofsinhar ta' Darfur, is-Sudan (post preċedenti)

Informazzjoni oħra: Huwa traffikant tad-djamanti u ġeneral bi tliet stilel tas-Séléka u persuna ta' fiduċja tal-ex president interim tar-RĊA, Michel Djotodia. Deskrizzjoni fiżika: kulur tax-xagħar: iswed; tul: 180ċm; jagħmel parti mill-grupp etniku ta' Fulani. Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-INTERPOL-NU.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' Awwissu 2015 (emendata fl-20 ta' Ottubru 2015)

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Oumar Younous ġie elenkat fl-20 ta' Awwissu 2015 f'konformità mal-paragrafi 11 u 12(d) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inklużi atti li jheddu jew li jikkostitwixxu ksur ta' ftehimiet transizzjonali, jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni lejn elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza;” u “li pprovda appoġġ għal gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti, id-deheb, l-annimali selvaġġi kif ukoll il-prodotti mill-annimali selvaġġi, fir-RĊA”

Informazzjoni addizzjonali:

Oumar Younous, bħala Ġeneral tal-ex Séléka u kuntrabandist tad-djamanti, ta appoġġ lil grupp armat permezz tal-isfruttament illeċitu u l-kummerċ tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti, fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

F'Ottubru 2008, Oumar Younous, ex xufier għall-istabbiliment tax-xiri ta' djamanti SODIAM, ingħaqad mal-grupp tar-ribelli Mouvement des Libérateurs Centrafricains pour la Justice (MLCJ). F'Diċembru 2013, Oumar Younous ġie identifikat bħala ġeneral bi tliet stilel tas-Séléka u persuna ta' fiduċja tal-president interim, Michel Djotodia.

Younous huwa involut fil-kummerċ tad-djamanti minn Bria u Sam Ouandja lejn is-Sudan. Sorsi rrappurtaw li Oumar Younous kien involut fil-ġbir ta' pakketti tad-djamanti moħbija fi Bria, u kien jieħodhom is-Sudan biex jinbiegħu.

▼M7

7.

Haroun GAYE (psewdonimu: a) Haroun Geye; b) Aroun Gaye; c) Aroun Geye

Deżinjazzjoni: Relatur tal-koordinazzjoni politika tal-Front Populaire pour la Renaissance de Centrafrique (FPRC)

Data tat-twelid: a) 30 ta' Jannar 1968 b) 30 ta' Jannar 1969

Nru tal-passaport: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana numru O 00065772 (Ittra O segwita bi 3 żerijiet), jiskadi fit-30 ta' Diċembru 2019)

Indirizz: Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Elenkat fi: 17 ta' Diċembru 2015

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Haroun Gaye ġie elenkat fis-17 ta' Diċembru 2015 skont il-paragrafi 11 u 12 (b) u (f) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA)”; “kien involut fl-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, immirar ta' persuni ċivili, attakki abbażi ta' etniċità jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u sekwestru u spostament furzat;” u “kien involut fl-ippjanar, it-tmexxija, l-isponsorjar, jew it-twettiq ta' attakki kontra missjonijiet tan-NU jew preżenzi internazzjonali b'rabta mas-sigurtà, inklużi l-MINUSCA, il-Missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-operazzjonijiet Franċiżi li jappoġġawhom.”

Informazzjoni addizzjonali:

HAROUN GAYE ilu, mill-bidu tal-2014, wieħed mill-mexxejja ta' grupp armat li jopera fid-distrett tal-PK5 f'Bangui. Ir-rappreżentanti tas-Soċjetà Ċivili fid-distrett tal-PK5 jiddikjaraw li Gaye u l-grupp armat tiegħu qed jalimentaw il-konflitt f'Bangui, u dan jopponi r-rikonċiljazzjoni u jipprevjeni ċ-ċaqliq tal-popolazzjoni lejn it-tielet distrett ta' Bangui u l-ħruġ minnu. Fil-11 ta' Mejju 2015, Gaye u 300 dimostrant imblukkaw l-aċċess għall-Kunsill Transizzjonali Nazzjonali biex ifixklu l-aħħar jum tal-Forum ta' Bangui. GAYE ġie rrappurtat li kkollabora mal-uffiċjali tal-moviment anti-Balaka biex jikkoordina t-tfixkil.

Fis-26 ta' Ġunju 2015, Gaye u kontinġent żgħir qrib tiegħu xekklu l-ftuħ tal-eżerċizzju ta' inkoraġġiment tar-reġistrazzjoni tal-votanti fid-distrett tal-PK5 f'Bangui, u dan wassal biex jingħalaq l-eżerċizzju ta' inkoraġġiment tar-reġistrazzjoni.

Il-MINUSCA għamlet tentattiv biex tarresta lil Gaye fit-2 ta' Awwissu 2015, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 32(f) (i) tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2217 (2015). Gaye, li allegatament ġie informat bit-tentattiv ta' arrest minn qabel, kien lest għalihom flimkien mal-partitarji armati b'armi tqal. Il-forzi ta' Gaye fetħu n-nar fuq it-Task Force Konġunta tal-MINUSCA. Fi ġlieda bl-armi tan-nar li damet għaddejja seba' sigħat, l-irġiel ta' Gaye għamlu użu minn armi tan-nar, dawk bi propulsjoni permezz ta' rokit u hand grenades kontra t-truppi tal-MINUSCA u qatlu membru tal-persunal għaż-żamma tal-paċi u darbu tmien persuni. Gaye kien involut fl-inkoraġġiment ta' protesti u taqbidiet vjolenti lejn l-aħħar ta' Settembru 2015 f'dak li jidher li kien attentat ta' kolp ta' stat biex iwaqqa' l-Gvern Transizzjonali. L-attentat ta' kolp ta' stat x'aktarx kien immexxi mill-partitarji tal-ex President Bozize f'alleanza ta' konvenjenza ma' Gaye u mexxejja oħra tal-FPRC. Jidher li Gaye kellu l-għan li joħloq ċiklu ta' attakki ta' ritaljazzjoni li kienu ser ikunu ta' theddida għall-elezzjonijiet li jmiss. Gaye kien responsabbli għall-koordinazzjoni flimkien ma' elementi emarġinati tal-moviment anti-Balaka.

Fl-1 ta' Ottubru 2015, saret laqgħa fid-distrett tal-PK5 bejn Eugène Barret Ngaïkosset, membru ta' grupp emarġinat tal-moviment anti-Balaka u Gaye, bil-għan li jippjanaw attakk konġunt fuq Bangui nhar is-Sibt, 3 ta' Ottubru. Il-grupp ta' Gaye ma ħallewx lill-persuni li kienu jinsabu ġewwa d-distrett tal-PK5 jitilqu minnu, sabiex tissaħħaħ l-identità komunali tal-popolazzjoni Musulmana bil-għan li jiżdiedu t-tensjonijiet interetniċi u tiġi evitata r-rikonċiljazzjoni. Fis-26 ta' Ottubru 2015, Gaye u l-grupp tiegħu interrompew laqgħa bejn l-Arċisqof ta' Bangui u l-Imam tal-Moskea Ċentrali ta' Bangui, u heddew lid-delegazzjoni li kellha tirtira mill-Moskea Ċentrali u taħrab mid-distrett tal-PK5.

8.

Eugène BARRET NGAÏKOSSET psewdonimu: a) Eugene Ngaikosset b) Eugene Ngaikoisset c) Eugene Ngakosset, d) Eugene Barret Ngaikosse e) Eugene Ngaikouesset; psewdonimu inqas affidabbli: f) “Il-Biċċier ta' Paoua” (The Butcher of Paoua) g) Ngakosset

Deżinjazzjoni: a) ex Kaptan, Gwardja Presidenzjali tar-RĊA b) ex Kaptan, Forzi Navali tar-RĊA

Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Numru ta' identifikazzjoni militari tal-forzi armati tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (FACA) 911-10-77

Indirizz: a) Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Elenkat fi: 17 ta' Diċembru 2015.

Informazzjoni oħra: Il-Kaptan Eugène Barret Ngaïkosset huwa ex membru tal-gwardja presidenzjali tal-ex President François Bozizé (CFi.001) u huwa assoċjat mal-moviment anti-Balaka. Huwa ħarab mill-ħabs fis-17 ta' Mejju 2015 wara l-estradizzjoni tiegħu minn Brazzaville u ħoloq il-fazzjoni proprja tiegħu tal-moviment anti-Balaka bl-inklużjoni ta' ex ġellieda tal-FACA.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Eugène BARRET NGAÏKOSSET ġie elenkat fis-17 ta' Diċembru 2015 skont il-paragrafi 11 u 12 (b) u (f) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA”; “kien involut fl-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, immirar ta' persuni ċivili, attakki abbażi ta' etniċità jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u sekwestru u spostament furzat;” u “kien involut fl-ippjanar, it-tmexxija, l-isponsorjar, jew it-twettiq ta' attakki kontra missjonijiet tan-NU jew preżenzi internazzjonali b'rabta mas-sigurtà, inklużi l-MINUSCA, il-Missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-operazzjonijiet Franċiżi li jappoġġawhom.”

Informazzjoni addizzjonali:

Ngaïkosset huwa wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli għat-twettiq tal-vjolenza li faqqgħet f'Bangui lejn l-aħħar ta' Settembru 2015. Ngaïkosset u membri oħrajn tal-moviment anti-Balaka ħadmu flimkien mal-membri emarġinati tal-ex-Séléka fi sforz biex jiddestabilizzaw il-Gvern Transizzjonali tar-RĊA. Fil-lejl ta' bejn is-27 u t-28 ta' Settembru 2015, Ngaïkosset u persuni oħra għamlu tentattiv ta' attakk bla suċċess fuq il-kamp tal-ġendarmerija “Izamo” sabiex jisirqu armi u munizzjon. Fit-28 ta' Settembru, il-grupp dawwar l-uffiċċji tar-radju nazzjonali tar-RĊA.

Fl-1 ta' Ottubru 2015, saret laqgħa fid-distrett tal-PK5 bejn Ngaïkosset u Haroun Gaye, mexxej tal-Front Populaire pour la Renaissance de Centrafrique (FPRC), bil-għan li jippjanaw attakk konġunt fuq Bangui nhar is-Sibt, 3 ta' Ottubru.

Fit-8 ta' Ottubru 2015, il-Ministru għall-Ġustizzja tar-RĊA ħabbar pjanijiet li jinvestiga lil Ngaïkosset u individwi oħra għar-rwoli tagħhom fil-vjolenza f'Bangui f'Settembru 2015. Ngaïkosset u l-oħrajn issemmew li kienu involuti f'“imġiba flagranti li tikkostitwixxi ksur tas-sigurtà interna tal-istat, konfoffa, inċitament għal gwerra ċivili, diżubbidjenza ċivili, mibegħda u kompliċità.” L-awtoritajiet legali tar-RĊA ngħataw struzzjoni biex jiftħu investigazzjoni biex ifittxu u jarrestaw lil min wettaq il-ksur u l-kompliċi tagħhom.

Fil-11 ta' Ottubru 2015, Ngaïkosset huwa maħsub li talab lill-milizzja anti-Balaka taħt il-kmand tiegħu biex twettaq sekwestri ta' persuni, b'enfasi partikolari fuq ċittadini Franċiżi, iżda wkoll personaġġi politiċi tar-RĊA u uffiċjali tan-NU, bil-għan li tisforza lill-President Transizzjonali, is-Sinjura Catherine Samba-Panza biex titlaq.

▼M8

9.

Joseph KONY (Psewdonimi: a) Kony b) Joseph Rao Kony c) Josef Kony d) Le Messie sanglant)

Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur

Data tat-twelid: a) 1959 b) 1960 c) 1961 d) 1963 e) 18 Settembru 1964 f) 1965 g) (Awwissu 1961) h) (Lulju 1961) i) 1 Jannar 1961 j) (April 1963)

Post tat-twelid: a) Villaġġ Palaro, Parroċċa Palaro, Kontea Omoro, Distrett Gulu, Uganda b) Odek, Omoro, Gulu, Uganda c) Atyak, Uganda

Ċittadinanza: Passaport Ugandiż

Indirizz: a) Vakaga, Repubblika Ċentru-Afrikana b) Haute-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana c) Basse-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana d) Haut-Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana e) Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana f) Haut-Uolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo g) Bas-Uolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo h) (Indirizz iddikjarat: Kafia Kingi (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat). Minn Jannar 2015, 500 element tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.)

Elenkat fi: is-7 ta' Marzu 2016.

Informazzjoni oħra:

Kony huwa l-fundatur u l-kap tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA) (CFe.002). Taħt it-tmexxija tiegħu, l-LRA kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali. L-LRA hija responsabbli għall-ħtif, l-ispostament, it-twettiq ta' vjolenza sesswali kontra, u l-qtil ta' mijiet ta' individwi fir-RĊA, u serqet u qerdet proprjetà ċivili. Isem il-missier huwa Luizi Obol. Isem l-omm huwa Nora Obol.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Joseph Kony ġie elenkat fis-7 ta' Marzu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13 (b), (c), u (d) tar-Riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li “ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA;”“kien involut fl-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, immirar ta' persuni ċivili, attakki abbażi ta' etniċità jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u sekwestru u spostament furzat;”“irrekluta jew uża tfal f'konflitt armat fir-RĊA, bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli;” u “ta appoġġ lill-gruppi armati jew netwerks kriminali permezz ta' esplojtazzjoni illeċita jew kummerċ ta' riżorsi naturali, inklużi djamanti, deheb, u prodotti tal-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA.”

Informazzjoni addizzjonali:

Kony waqqaf l-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA) u ġie deskritt bħala l-fundatur,, il-mexxej reliġjuż, il-president, u l-kap kmandant tal-grupp. L-LRA feġġet fin-naħa ta' fuq tal-Uganda fit-tmeninijiet, u kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali. Taħt pressjoni militari dejjem tiżdied, Kony ordna lil-LRA biex tirtira mill-Uganda fl-2005 u l-2006. Minn dak iż-żmien, l-LRA qed topera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), ir-RĊA, is-Sudan t'Isfel u allegatament is-Sudan.

Kony, bħala l-kap tal-LRA, ifassal u jimplimenta l-istrateġija tal-LRA, inklużi ordnijiet permanenti biex jiġu attakkati u ttrattati b'mod vjolenti l-popolazzjonijiet ċivili. Minn Diċembru 2013, l-LRA taħt it-tmexxija ta' Joseph Kony ħatfet, spostat, wettqet vjolenza sesswali kontra, u qatlet mijiet ta' individwi fir-RĊA, u serqet u qerdet proprjetà ċivili. Ikkonċentrata fil-Lvant tar-RĊA u allegatament f'Kafia Kingi, territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi deċiż iżda kkontrollat mill-militar tas-Sudan, l-LRA tattakka villaġġi biex tisraq l-ikel u l-provvisti. Il-ġellieda jwettqu imbuskati biex jattakkaw lill-forzi tas-sigurtà u jisirqu t-tagħmir tagħhom meta dawn jirrispondu għall-attakki tal-LRA, u l-ġellieda tal-LRA jimmiraw u jisirqu wkoll villaġġi li m'għandhomx preżenza militari. L-LRA intensifikat ukoll l-attakki fuq siti ta' minjieri tad-deheb u d-djamanti.

Kony huwa soġġett għal mandat ta' arrest maħruġ mill-Qorti Kriminali Internazzjonali. Il-Qorti Kriminali Internazzjonali akkużatu b'tnax-il akkuża ta' reati kontra l-umanità inklużi qtil, skjavitù, skjavitù sesswali, stupru, atti inumani li jikkawżaw korriment serju u tbatija, u wieħed u għoxrin akkuża ta' delitti tal-gwerra, inklużi l-qtil, it-trattament krudil ta' persuni ċivili, l-attakk dirett b'mod intenzjonali kontra popolazzjoni ċivili, is-sakkeġġ, l-inċitament għall-istupru u l-ingaġġar, permezz tas-sekwestru, ta' tfal taħt il-ħmistax-il sena.

Kony ħareġ ordnijiet permanenti biex ġellieda ribelli jisirqu d-djamanti u d-deheb minn minaturi artiġjanali fil-Lvant tar-Repubblika Ċentru-Afrikana. Allegatament, uħud mill-minerali mbagħad jiġu ttrasportati mill-grupp ta' Kony lejn is-Sudan, jew jiġu nnegozjati ma' ċittadini lokali u membri ta' dik li kienet is-Séléka.

Kony ta wkoll struzzjonijiet lill-ġellieda tiegħu biex jikkaċċaw illegalment iljunfanti fil-Park Nazzjonali ta' Garamba fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, minn fejn allegatament jiġu ttrasportati n-nejbiet tal-iljunfanti mil-Lvant tar-Repubblika Ċentru-Afrikana lejn is-Sudan, fejn uffiċjali għolja tal-LRA allegatament ibigħu u jinnegozjaw ma' negozjanti Sudaniżi u uffiċjali lokali. Il-kummerċ tal-avorju jirrappreżenta sors ta' dħul sinifikanti għall-grupp ta' Kony. Minn Jannar 2015, 500 element tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.

▼M3

B.   Entitajiet

▼M6

1.   BUREAU D'ACHAT DE DIAMANT EN CENTRAFRIQUE/KARDIAM

(Psewdonimu: a) BADICA/KRDIAM b) KARDIAM)

Indirizz: a) BP 333 Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. + 32 3 2310521, Fax. +32 3 2331839, posta elettronika: kardiam.bvba@skvnet·be: sit web: www.groupeabdoulkarim.com) b) Antwerp, il-Belġju

Informazzjoni oħra: Immexxi minn Abdoul-Karim Dan-Azoumi, mit-12 ta' Diċembru 1986 u minn Aboubaliasr Mahamat, mill-1 ta' Jannar 2005. Il-fergħat jinkludu MINAiR, u SOFIA TP (Douala, il-Kamerun).

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-Bureau d'achat de Diamant en Centrafrique/KARDIAM ġie elenkat fl-20 ta' Awwissu 2015 skont il-paragrafu 12(d) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala li “pprovda appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar illegali u l-kummerċ ta' riżorsi naturali bħad-djamanti, id-deheb, kif ukoll l-annimali selvaġġi u l-prodotti tagħhom, fir-RĊA”

Informazzjoni addizzjonali:

BADICA/KARDIAM ipprovda appoġġ lil gruppi armati fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, jiġifieri dawk li kienu tas-Séléka u tal-milizzji anti-Balaka, permezz tal-isfruttar illeċitu u l-kummerċ tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti u d-deheb.

Il-Bureau d'Achat de Diamant en Centrafrique (BADICA) fl-2014 kompla jixtri djamanti minn Bria u Sam-Ouandja (Provinċja ta' Haute Kotto) fil-Lvant tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, fejn il-forzi preċedenti tas-Séléka jimponu taxxi fuq inġenji tal-ajru li jittrasportaw djamanti u jirċievu ħlas għas-sigurtà minn kolletturi tad-djamanti. Ħafna mill-kolletturi fornituri ta' BADICA fi Bria u Sam-Ouandja huma assoċjati mill-qrib ma' ex-kmandanti tas-Séléka.

F'Mejju 2014, l-awtoritajiet Belġjani żammew żewġ pakketti tad-djamanti mibgħuta lir-rappreżentanza ta' BADICA f'Antwerp, li hija rreġistrata uffiċjalment fil-Belġju bħala KARDIAM. Esperti tad-djamanti kkonkludew li d-djamanti miżmuma wisq probabbli kienu ta' oriġini Ċentru-Afrikana, u li kellhom karatteristiċi tipikament ta' Sam-Ouandja u Bria, kif ukoll Nola (Provinċja ta' Sangha Mbaéré), fil-Lbiċ tal-pajjiż.

In-negozjanti li kienu jixtru djamanti traffikati illegalment mir-Repubblika Ċentru-Afrikana lejn swieq barranin, inkluż mill-parti tal-Punent tal-pajjiż, operaw fil-Kamerun f'isem BADICA.

F'Mejju 2014, BADICA esporta wkoll deheb minn Yaloké (Ombella-Mpoko), fejn il-minjieri tad-deheb artiġjanali waqgħu taħt il-kontroll tas-Séléka sal-bidu ta' Frar 2014, meta l-gruppi anti-Balaka ħaduhom f'idejhom.

▼M8

2.   ARMATA TA' REŻISTENZA TAS-SINJUR (Psewdonimi: a) LRA b) Moviment ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRM) c) Moviment/Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRM/A)

Indirizz: a) Vakaga, Repubblika Ċentru-Afrikana b) Haute-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana c) Basse-Kotto, Repubblika Ċentru-Afrikana d) Haut-Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana e) Mbomou, Repubblika Ċentru-Afrikana f) HautUolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo g) Bas-Uolo, Repubblika Demokratika tal-Kongo h) (Indirizz iddikjarat: Kafia Kingi (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat). Minn Jannar 2015, 500 element tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġew irrappurtati li tkeċċew mis-Sudan.)

Elenkat fi: is-7 ta' Marzu 2016.

Informazzjoni oħra: Feġġet fin-naħa ta' fuq tal-Uganda fit-tmeninijiet. Kienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali, inklużi mijiet fir-Repubblika Ċentru-Afrikana. Il-kap huwa Joseph Kony.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

L-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġiet elenkata fis-7 ta' Marzu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13 (b), (c), u (d) tar-Riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li “ħadet sehem fi jew ipprovdiet appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA”; “kienet involuta fl-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, immirar ta' persuni ċivili, attakki abbażi ta' etniċità jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u sekwestru u spostament furzat;”“irreklutat jew użat tfal f'konflitt armat fir-RĊA, bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli;” u “appoġġat lill-gruppi armati jew netwerks kriminali permezz ta' esplojtazzjoni illeċita jew kummerċ ta' riżorsi naturali, inklużi djamanti, deheb, u prodotti tal-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA.”

Informazzjoni addizzjonali:

L-LRA feġġet fin-naħa ta' fuq tal-Uganda fit-tmeninijiet, ukienet involuta fis-sekwestru, il-qtil u l-mutilazzjoni ta' eluf ta' ċivili fl-Afrika Ċentrali. Taħt pressjoni militari dejjem tiżdied, Joseph Kony, il-kap tal-LRA, ordna lil-LRA biex tirtira mill-Uganda fl-2005 u l-2006. Minn dak iż-żmien, l-LRA qed topera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), ir-RĊA, is-Sudan t'Isfel u allegatament is-Sudan.

Minn Diċembru 2013, l-LRA ħatfet, spostat, wettqet vjolenza sesswali kontra, u qatlet mijiet ta' individwi fir-RĊA, u serqet u qerdet proprjetà ċivili. Ikkonċentrata fil-Lvant tar-RĊA u allegatament f'Kafia Kingi, territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tagħha għad irid jiġi deċiż iżda kkontrollata mill-militar tas-Sudan, l-LRA tattakka villaġġi biex tisraq l-ikel u l-provvisti. Il-ġellieda jwettqu imbuskati biex jattakkaw lill-forzi tas-sigurtà u jisirqu t-tagħmir tagħhom meta dawn jirrispondu għal attakki tal-LRA, u l-ġellieda tal-LRA jimmiraw u jisirqu wkoll villaġġi li m'għandhomx preżenza militari. L-LRA intensifikat ukoll l-attakki fuq siti ta' minjieri tad-deheb u d-djamanti.

Iċ-ċelel tal-LRA ta' spiss ikollhom magħhom priġunieri li huma mġiegħla jaħdmu bħala porters, kokijiet, u skjavi sesswali. L-LRA hija involuta fi vjolenza sessista inklużi stupri ta' nisa u bniet.

F'Diċembru 2013, l-LRA ssekwestrat għexieren ta' persuni f'Haute-Kotto. L-LRA allegatament kienet involuta fis-sekwestru ta' mijiet ta' ċivili fir-RĊA mill-bidu tal-2014 'l hawn.

Il-ġellieda tal-LRA attakkaw Obo, fil-Prefettura ta' Haut-Mbomou fil-Lvant tar-RĊA, f'diversi okkażjonijiet fil-bidu tal-2014.

L-LRA kompliet twettaq attakki f'Obo u postijiet oħra fix-Xlokk tar-RĊA bejn Mejju u Lulju 2014, inklużi attakki u sekwestri apparentement koordinati fil-Prefettura ta' Mbomou fil-bidu ta' Ġunju.

Sa mill-inqas l-2014, l-LRA kienet involuta fil-kaċċa illegali tal-iljunfanti u t-traffikar tal-iljunfanti għall-ġenerazzjoni tad-dħul. L-LRA allegatament tittraffika l-avorju mill-Park Nazzjonali ta' Garamba fit-Tramuntana tar-RDK lejn Darfur, biex tinnegozjah għal armi u provvisti. L-LRA allegatament tittrasporta n-nejbiet ta' iljunfanti kkaċċati illegament mir-RĊA għal Darfurfis-Sudan biex jinbiegħu. Barra minn hekk, kmieni fl-2014, Kony kien allegatament ordna lill-ġellieda tal-LRA jisirqu d-djamanti u d-deheb minn minaturi fil-Lvant tar-RĊA għat-trasportazzjoni lejn is-Sudan. Minn Jannar 2015, 500 element tal-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur ġew allegatament imkeċċija mis-Sudan.

Fil-bidu ta' Frar 2015, il-ġellieda tal-LRA armati b'armi b'saħħithom issekwestraw ċivili f'Kpangbayanga, Haut-Mbomou, u serqu prodotti tal-ikel.

F'April 20, 2015, attakk mill-LRA u s-sekwestru ta' tfal minn Ndambissoua, fix-Xlokk tar-RĊA wasslu l-biċċa l-kbira tar-residenti tal-villaġġ biex jaħarbu. U fil-bidu ta' Lulju 2015, l-LRA attakkat diversi villaġġi fix-Xlokk tal-Prefettura ta' Haute-Kotto; l-attakki kienu jinvolvu serq, vjolenza kontra persuni ċivili, ħruq ta' djar, u ħtif.

Minn Jannar 2016 'l hawn, attakki attribwiti lil-LRA mmultiplikaw f'Mbomou Haut-Mbomou u Haute-Kotto li affettwaw b'mod partikolari ż-żoni tal-minjieri f'Haute-Kotto. Dawn l-attakki kienu jinvolvu s-serq, il-vjolenza kontra persuni ċivili, il-qerda ta' proprjetà u s-sekwestri. Dawn wasslu għal spostamenti tal-popolazzjoni, inkluż madwar 700 persuna li fittxew rifuġju fi Bria.