2013D0747 — MT — 28.11.2014 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Diċembru 2013

li tawtorizza lir-Renju Unit juża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT

(notifikata bid-dokument C(2013) 8685)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2013/747/UE, Euratom)

(ĠU L 333, 12.12.2013, p.79)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-26 ta' Novembru 2014

  L 343

31

28.11.2014




▼B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Diċembru 2013

li tawtorizza lir-Renju Unit juża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT

(notifikata bid-dokument C(2013) 8685)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2013/747/UE, Euratom)



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 371 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ( 2 ), l-Istati Membri li, fl-1 ta’ Jannar 1978, eżentaw it-tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness X, Parti B, jistgħu jkomplu jeżentaw dawn it-tranżazzjonijiet, f’konformità mal-kundizzjonijiet li japplikaw fl-Istat Membru kkonċernat f’dik id-data; dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi tal-VAT.

(2)

Ir-Renju Unit talab awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex juża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT minħabba li mhuwiex f’pożizzjoni li jagħmel il-kalkolu preċiż tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (9) tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE. Kalkolu bħal dan x’aktarx li jinvolvi piż amministrattiv mhux ġustifikat meta wieħed iqis l-effett ta’ dawn it-tranżazzjonijet fuq il-bażi totali tar-Renju Unit tar-riżorsi proprji tal-VAT. Ir-Renju Unit hu f’pożizzjoni li jagħmel kalkolu billi juża l-estimi approssimattivi għal din il-kategorija ta’ tranżazzjonijiet. Għalhekk, ir-Renju Unit għandu jingħata l-awtorizzazzjoni li jikkalkula l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT billi juża l-estimi approssimattivi f’konformità mat-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89.

(3)

Għall-finijiet ta’ trasparenza u ċertezza ġuridika, hu xieraq li jkun hemm limitu ta’ żmien għall-applikabilità tal-awtorizzazzjoni.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



▼M1

Artikolu 1

Sabiex tiġi kkalkolata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2013, ir-Renju Unit huwa awtorizzat li juża estimi approssimattivi fir-rigward tal-kategoriji segwenti ta' tranżazzjonijiet imsemmija fl-Anness X, il-Parti B tad-Direttiva 2006/112/KE:

Il-provvista ta' art għall-bini (il-punt 9)).

▼M1

Artikolu 1a

Sabiex tiġi kkalkolata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, ir-Renju Unit huwa awtorizzat li juża 0,01 % tal-bażi intermedja fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 7 tal-Anness X, il-Parti B, (sptarijiet) tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 1b

Sabiex tiġi kkalkolata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, ir-Renju Unit huwa awtorizzat li juża 0,004 % tal-bażi intermedja fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 9 tal-Anness X, il-Parti B, (bini u art għall-bini) tad-Direttiva 2006/112/KE.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u lill-Irlanda ta’ Fuq.



( 1 ) ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9.

( 2 ) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.