02013D0054 — MT — 23.03.2022 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL tat-22 ta’ Jannar 2013 li tawtorizza lir-Repubbliak tas-Slovenja sabiex tintroduċi miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 022 25.1.2013, p. 15) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2089 tal-10 ta' Novembru 2015 |
L 302 |
107 |
19.11.2015 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1700 tas-6 ta' Novembru 2018 |
L 285 |
78 |
13.11.2018 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/464 tal-21 ta’ Marzu 2022 |
L 94 |
4 |
23.3.2022 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Jannar 2013
li tawtorizza lir-Repubbliak tas-Slovenja sabiex tintroduċi miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
(2013/54/UE)
Artikolu 1
B’deroga mill-punt 15 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Repubbliak tas-Slovenja hija awtorizzata teżenta mill-VAT lil persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 50 000 .
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2024.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovenja.