02012R1268 — MT — 01.01.2017 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1268/2012

tad-29 ta’ Ottubru 2012

dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni

(ĠU L 362 31.12.2012, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2462 tat-30 ta' Ottubru 2015

  L 342

7

29.12.2015




▼B

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1268/2012

tad-29 ta’ Ottubru 2012

dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni



L-EWWEL PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI



TITOLU I

IS-SUĠĠETT

Artikolu 1

Is-Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli tal-applikazzjoni għar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”).



TITOLU II

PRINĊIPJI BAĠITARJI



KAPITOLU 1

Il-prinċipji tal-unità u tal-eżattezza tal-baġit

Artikolu 2

Kontabilità għall-imgħax fuq il-prefinanzjament

(l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Finanzjarju)

Fejn ikun hemm imgħax dovut għall-baġit, il-ftehim konkluż mal-entitajiet jew mal-persuni elenkati fil-punti minn (ii) sa (viii) tal-Artikolu 58(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju jistipula li l-prefinanzjament jitħallas fil-kontijiet jew subkontijiet bankarji sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-fondi u l-imgħax relatat. Inkella, il-metodi tal-kontabilità tal-benefiċjarji jew tal-intermedjarji għandhom jagħmluha possibbli li jiġu identifikati l-fondi mħallsa mill-Unjoni u l-imgħax jew benefiċċji oħrajn li jirriżultaw minn dawk il-fondi.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-imgħax fuq il-prefinanzjament ikunu bla ħsara għad-dħul tal-prefinanzjament fuq in-naħa tal-assi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, kif stabbilit fir-regoli tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 143 tar-Regolament Finanzjarju.



KAPITOLU 2

Il-prinċipju tal-annwalità

Artikolu 3

Approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja

(l-Artikolu 11(3) tar-Regolament Finanzjarju)

L-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati għas-sena finanzjarja jikkonsistu minn:

(a) approprjazzjonijiet ipprovduti fil-baġit, inkluż minn baġits emendatorji;

(b) approprjazzjonijiet ittrasferiti ’l quddiem;

(c) approprjazzjonijiet magħmula disponibbli għal darba oħra skont l-Artikoli 178 u 182 tar-Regolament Finanzjarju;

(d) approprjazzjonijiet li jirriżultaw minn ħlasijiet ta’ prefinanzjament li jkunu tħallsu lura skont l-Artikolu 177(3) tar-Regolament Finanzjarju;

(e) approprjazzjonijiet li ngħataw fuq id-dħul li sar matul is-sena finanzjarja jew matul is-snin finanzjarji preċedenti u li ma ntużax.

Artikolu 4

Tħassir u riporti ta’ approprjazzjonijiet

(l-Artikolu 13(2) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet mhux differenzjati relatati ma’ proġetti ta’ bini msemmija fl-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju jistgħu jiġu riportati biss jekk l-impenji ma setgħux isiru qabel il-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja għal raġunijiet mhux attribwibbli lill-uffiċjal awtorizzanti u jekk l-istadji preparatorji jkunu avvanzati biżżejjed sabiex ikun raġonevoli li wieħed jissoponi li l-impenn ikun ser isir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, jew il-31 ta’ Diċembru għal proġetti ta’ bini.

2.  L-istadji preparatorji msemmija fl-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju, li għandhom jitlestew sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja sabiex ikun jista’ jsir riport għas-sena ta’ wara, huma b’mod partikolari:

(a) għal impenji globali fis-sens tal-Artikolu 85 tar-Regolament Finanzjarju, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament jew l-għeluq sa dik id-data tal-konsultazzjoni mad-dipartimenti kkonċernati f’kull istituzzjoni għall-adozzjoni tad-deċiżjoni;

(b) għal impenji individwali fis-sens tal-Artikolu 85 tar-Regolament Finanzjarju, it-tlestija tal-għażla ta’ kuntratturi, benefiċjarji, rebbieħa tal-premjijiet jew delegati potenzjali.

3.  L-approprjazzjonijiet riportati skont l-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju, li ma jkunux ġew impenjati sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara jew sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara għal ammonti relatati ma’ proġetti ta’ bini, jitħassru awtomatikament.

Il-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-approprjazzjonijiet li jkunu tħassru b’dan il-mod fi żmien xahar wara t-tħassir skont l-ewwel subparagrafu.

4.  L-approprjazzjonijiet riportati skont l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju jistgħu jintużaw sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja ta’ wara.

5.  Il-kontijiet jidentifikaw l-approprjazzjonijiet riportati skont il-paragrafi minn 1 sa 4.



KAPITOLU 3

Il-prinċipju tal-unità tal-kontijiet

Artikolu 5

Ir-rata ta’ konverżjoni bejn l-euro u muniti oħrajn

(l-Artikolu 19 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ regolamenti speċifiċi għas-setturi, il-konverżjoni mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli ssir bl-użu tar-rata tal-kambju tal-euro tal-ġurnata ppubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Meta l-konverżjoni bejn l-euro u munita oħra tkun trid issir mill-kuntratturi jew mill-benefiċjarji, iridu japplikaw l-arranġamenti speċifiċi għall-konverżjoni inklużi fil-kuntratti ta’ akkwist, fil-ftehimiet ta’ għoti jew fil-ftehimiet dwar finanzjament.

2.  Sabiex jiġi evitat li l-operazzjonijiet ta’ konverżjoni tal-munita jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livell tal-kofinanzjament tal-Unjoni jew impatt detrimentali fuq il-baġit tal-Unjoni, l-arranġamenti speċifiċi għall-konverżjoni msemmija fil-paragrafu 1 iridu jistabbilixxu, jekk ikun xieraq, rata ta’ konverżjoni bejn l-euro u muniti oħra li għandha tiġi kkalkolata bl-użu tal-medja tar-rata tal-kambju tal-ġurnata f’perjodu partikolari.

3.  Jekk ma tiġi ppubblikata l-ebda rata tal-kambju tal-euro tal-ġurnata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-munita inkwistjoni, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli juża r-rata tal-kontabilità msemmija fil-paragrafu 4.

4.  Għall-finijiet tal-kontijiet stabbiliti fl-Artikoli minn 151 sa 156 tar-Regolament Finanzjarju u soġġetti għall-Artikolu 240 ta’ dan ir-Regolament, il-konverżjoni bejn l-euro u munita oħra ssir bl-użu tar-rata tal-kontabilità ta’ kull xahar tal-euro. Dik ir-rata tal-kambju tal-kontabilità tiġi stabbilita mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni permezz ta’ kwalunkwe sors ta’ informazzjoni li huwa jqis bħala kredibbli, fuq il-bażi tar-rata tal-kambju fil-jum ta’ qabel tal-aħħar tax-xogħol tax-xahar qabel dak li għalih tiġi stabbilita r-rata.

5.  Ir-riżultati tal-operazzjonijiet tal-munita msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jintwerew taħt intestatura separata fil-kontijiet tal-istituzzjoni rispettiva.

L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu japplika mutatis mutandis għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 6

Ir-rata li għandha tintuża għal konverżjoni bejn l-euro u muniti oħrajn

(l-Artikolu 19 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ regolamenti speċifiċi għas-setturi, jew minn kuntratti ta’ akkwist, ftehimiet ta’ għoti jew deċiżjonijiet ta’ għoti u ftehimiet dwar finanzjament speċifiċi, ir-rata li għandha tintuża għall-konverżjoni bejn l-euro u muniti oħrajn tkun, fil-każijiet fejn il-konverżjoni titwettaq mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, dik tal-jum meta ssir l-ordni ta’ ħlas jew l-ordni ta’ rkupru mid-dipartiment tal-awtorizzazzjoni.

2.  Fil-każ ta’ kontijiet ta’ imprest fil-munita euro, ir-rata li għandha tintuża għall-konverżjoni bejn l-euro u muniti oħrajn tiġi stabbilita mid-data tal-ħlasijiet mill-bank.

3.  Għar-regolarizzazzjoni tal-kontijiet ta’ imprest f’muniti nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament Finanzjarju, ir-rata li għandha tintuża għall-konverżjoni bejn l-euro u muniti oħrajn tkun dik tax-xahar li fih tkun saret in-nefqa mill-kont ta’ imprest ikkonċernat.

4.  Għar-rimborż ta’ nefqa b’rata fissa, jew nefqa li tirriżulta mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolamenti tal-Persunal”) li tkun iffissata f’limitu, u li titħallas f’munita oħra li mhijiex l-euro, ir-rata li għandha tintuża tkun dik fis-seħħ meta jsir effettiv id-dritt.



KAPITOLU 4

Il-prinċipju tal-universalità

Artikolu 7

Struttura biex takkomoda dħul assenjat u provvediment ta’ approprjazzjonijiet korrispondenti

(l-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Bla ħsara għall-Artikoli 9 u 10, l-istruttura li takkomoda dħul assenjat fil-baġit irid ikollha:

(a) fir-rendikont tad-dħul ta’ kull taqsima tal-istituzzjoni, intestatura tal-baġit biex tirċievi d-dħul;

(b) fir-rendikont tan-nefqa, ir-rimarki tal-baġit, inklużi rimarki ġenerali, juru liema sezzjonijiet jistgħu jirċievu l-approprjazzjonijiet korrispondenti għad-dħul assenjat li jsiru disponibbli.

Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, trid issir annotazzjoni “pro memoria”, filwaqt li d-dħul stmat għandu jiddaħħal fir-rimarki għal skopijiet ta’ informazzjoni.

2.  L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat isiru disponibbli awtomatikament, kemm bħala approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll bħala approprjazzjonijiet ta’ pagament, meta d-dħul jiġi riċevut mill-istituzzjoni, ħlief f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) fil-każijiet previsti fl-Artikoli 181(2) u 183(2) tar-Regolament Finanzjarju;

(b) fil-każ previst fl-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju għall-Istati Membri fejn il-ftehim dwar il-kontribuzzjoni jkun espress fil-munita euro.

Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn jistgħu jsiru disponibbli mal-iffirmar tal-ftehim dwar il-kontribuzzjoni mill-Istat Membru.

Artikolu 8

Kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-programmi ta’ riċerka

(l-Artikolu 21(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-finanzjament ta’ ċerti programmi supplimentari ta’ riċerka, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 ( 1 ) jitħallsu kif ġej:

(a) seba’ partijiet minn kull tnax tas-somma li tiddaħħal fil-baġit jitħallsu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja kurrenti;

(b) il-ħames partijiet minn kull tnax li jifdal jitħallsu sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja kurrenti.

2.  Jekk il-baġit ikun għadu ma ġiex adottat b’mod finali fil-bidu tas-sena finanzjarja, il-kontribuzzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 ikunu bbażati fuq is-somma mdaħħla fil-baġit għas-sena finanzjarja preċedenti.

3.  Kwalunkwe kontribuzzjoni jew ħlas addizzjonali dovuti mill-Istati Membri għall-baġit jiddaħħlu fil-kont jew kontijiet tal-Kummissjoni fi żmien tletin jum kalendarju mis-sejħa għall-fondi.

4.  Il-ħlasijiet li jsiru għandhom jiddaħħlu fil-kont previst fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 u jkunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati minn dak ir-Regolament.

Artikolu 9

Dħul assenjat li jirriżulta mill-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA f’ċerti programmi tal-Unjoni

(l-Artikolu 21(2)(e) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-istruttura tal-baġit biex takkomoda l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (minn hawn ’il quddiem “L-Istati tal-EFTA”) f’ċerti programmi tal-Unjoni tkun kif ġej:

(a) fid-dikjarazzjoni tad-dħul, trid tiddaħħal linja b’annotazzjoni “pro memoria” sabiex takkomoda l-ammont sħiħ tal-kontribuzzjoni mill-Istati tal-EFTA għas-sena finanzjarja inkwistjoni.

(b) fid-dikjarazzjoni tan-nefqa:

(i) ir-rimarki għal kull linja relatata mal-attivitajiet tal-Unjoni li jieħdu sehem fihom l-Istati tal-EFTA jridu juru “għall-finijiet ta’ informazzjoni” l-ammont stmat tal-parteċipazzjoni;

(ii) anness, li jifforma parti integrali mill-baġit, jistabbilixxi l-linji kollha li jkopru l-attivitajiet tal-Unjoni li jieħdu sehem fihom l-Istati tal-EFTA.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-ammont stmat jintwera fir-rimarki tal-baġit.

L-anness imsemmi fil-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu jirrifletti u jagħmel parti mill-istruttura li takkomoda l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal tali parteċipazzjoni, kif previst fil-paragrafu 2, u sabiex tkun tista’ tiġi implimentata n-nefqa.

2.  Skont l-Artikolu 82 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim ŻEE”) l-ammonti tal-parteċipazzjoni annwali tal-Istati tal-EFTA, kif ikkonfermati lill-Kummissjoni mill-Kumitat Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea skont l-Artikolu 1(5) tal-Protokoll 32 anness mal-Ftehim ŻEE, iwasslu għad-dispożizzjoni, fil-bidu tas-sena finanzjarja, tal-ammonti sħaħ tal-approprjazzjonijiet korrispondenti ta’ impenn u approprjazzjonijiet ta’ pagament.

3.  Jekk, matul is-sena finanzjarja, jiġu pprovduti approprjazzjonijiet addizzjonali fuq l-intestaturi tal-baġit bil-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA, fejn dawn tal-aħħar ma jkunux jistgħu, matul dik is-sena, jaġġustaw il-kontribuzzjonijiet tagħhom kif xieraq sabiex jikkonformaw mal-“fattur tal-proporzjonalità” previst fl-Artikolu 82 tal-Ftehim ŻEE, il-Kummissjoni tista’, bħala miżura provviżorja u eċċezzjonali, tuża r-riżorsi ta’ flus tagħha biex tiffinanzja minn qabel is-sehem tal-Istati tal-EFTA. Kull meta jiġu pprovduti approprjazzjonijiet addizzjonali ta’ dan it-tip, il-Kummissjoni trid, mill-aktar fis possibbli, titlob il-kontribuzzjonijiet korrispondenti mill-Istati tal-EFTA. Kull sena, il-Kummissjoni trid tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunkwe deċiżjoni bħal din li tittieħed.

Il-prefinanzjament jiġi regolarizzat mill-aktar fis possibbli fil-baġit tas-sena finanzjarja ta’ wara.

4.  Skont l-Artikolu 21(2)(e) tar-Regolament Finanzjarju, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati tal-EFTA jgħoddu bħala dħul estern assenjat. L-uffiċjal tal-kontabilità jadotta miżuri xierqa sabiex jiżgura li l-użu tad-dħul li jirriżulta minn dawk il-kontribuzzjonijiet u tal-approprjazzjonijiet korrispondenti jiġi ssorveljat separatament.

Fir-rapport previst fl-Artikolu 150(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni turi l-fażi tal-implimentazzjoni separatament, kemm fid-dħul kif ukoll fin-nefqa, skont il-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA.

Artikolu 10

Rikavat minn sanzjonijiet imposti fuq Stati Membri ddikjarati li għandhom defiċit eċċessiv

(l-Artikolu 21(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju)

L-istruttura tal-baġit li takkomoda r-rikavat mis-sanzjonijiet imsemmija fit-Taqsima 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 ( 2 ) tkun kif ġej:

(a) fid-dikjarazzjoni tad-dħul, trid tiddaħħal linja li jkollha annotazzjoni “pro memoria” sabiex takkomoda l-imgħax fuq tali ammonti;

(b) fl-istess ħin, u bla ħsara għall-Artikolu 77 tar-Regolament Finanzjarju, id-dħul ta’ dawk l-ammonti fid-dikjarazzjoni tad-dħul iwassal għall-provvediment, fid-dikjarazzjoni tan-nefqa, tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

L-approprjazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jiġu implimentati skont l-Artikolu 20 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 11

Spejjeż li jirriżultaw meta jiġu aċċettati donazzjonijiet lill-Unjoni

(l-Artikolu 22 tar-Regolament Finanzjarju)

Għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tikkalkula u tispjega kif xieraq l-ispejjeż finanzjarji, inklużi l-ispejjeż ta’ segwitu, li jirriżultaw meta jiġu aċċettati donazzjonijiet magħmula lill-Unjoni.

Artikolu 12

Kontijiet għat-taxxi rikoverabbli

(l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Finanzjarju)

Kull taxxa li trid titħallas mill-Unjoni skont l-Artikolu 23(2) u 23(3)(a) tar-Regolament Finanzjarju tiddaħħal f’kont ta’ sospiża sakemm tingħata lura mill-Istati kkonċernati.



KAPITOLU 5

Il-prinċipju ta’ speċifikazzjoni

Artikolu 13

Regoli dwar il-kalkolazzjoni tal-perċentwali tat-trasferimenti ta’ istituzzjonijiet għajr il-Kummissjoni

(l-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-perċentwali msemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju jiġu kkalkolati fiż-żmien li ssir it-talba għat-trasferiment u b’referenza għall-approprjazzjonijiet ipprovduti fil-baġit, inklużi baġits emendatorji.

2.  L-ammont li jrid jiġi kkunsidrat għandu jkun is-somma tat-trasferimenti li jridu jsiru mil-linja li minnha jkunu qegħdin isiru t-trasferimenti, wara li jkun sar l-aġġustament għat-trasferimenti li saru qabel.

L-ammont li jikkorrispondi għat-trasferimenti li jistgħu jitwettqu b’mod awtonomu mill-istituzzjoni kkonċernata mingħajr deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma jitteħdux inkonsiderazzjoni.

Artikolu 14

Regoli dwar il-kalkolazzjoni tal-perċentwali tat-trasferimenti tal-Kummissjoni

(l-Artikolu 26 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-perċentwali msemmija fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament Finanzjarju jiġu kkalkolati fiż-żmien li ssir it-talba għat-trasferiment u b’referenza għall-approprjazzjonijiet ipprovduti fil-baġit, inklużi l-baġits emendatorji.

2.  L-ammont li għandu jittieħed inkonsiderazzjoni jkun is-somma tat-trasferimenti li jridu jsiru mil-linja li minnha jkunu qegħdin isiru t-trasferimenti, wara li jkun sar l-aġġustament għat-trasferimenti li saru qabel.

L-ammont li jikkorrispondi għat-trasferimenti li jistgħu jitwettqu b’mod awtonomu mill-Kummissjoni kkonċernata mingħajr deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma jitteħidx inkonsiderazzjoni.

Artikolu 15

Nefqa amministrattiva

(l-Artikolu 26 tar-Regolament Finanzjarju)

In-nefqa msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament Finanzjarju tkopri, għal kull qasam ta’ politika, l-entrati msemmija fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 16

Bażi għat-talbiet għal trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet

(l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament Finanzjarju)

Il-proposti għat-trasferimenti u l-informazzjoni kollha għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar trasferimenti magħmula skont l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament Finanzjarju jkunu akkumpanjati minn dokumenti ta’ sostenn adattati u dettaljati li juru l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet u l-estimi tal-ħtiġijiet sal-aħħar ta’ dik is-sena finanzjarja, kemm għal-linji li fihom għandhom jiġu ttrasferiti l-approprjazzjonijiet, kif ukoll għal dawk li minnhom jittieħdu l-approprjazzjonijiet.

Artikolu 17

Bażi għat-talbiet għal trasferimenti mir-riserva ta’ għajnuna f’emerġenza

(l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju)

Il-proposti għal trasferimenti sabiex tkun tista’ tintuża r-riserva ta’ għajnuna f’emerġenza, imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, iridu jkunu akkumpanjati minn dokumenti ta’ sostenn adattati u dettaljati li juru:

(a) għal-linja li fiha jrid isir it-trasferiment, l-aktar informazzjoni riċenti disponibbli għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet u l-istima tal-ħtiġijiet sal-aħħar tas-sena finanzjarja;

(b) għal-linji kollha relatati ma’ azzjoni esterna, l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet sal-aħħar tax-xahar ta’ qabel it-talba għat-trasferiment u stima tal-ħtiġijiet sal-aħħar tas-sena finanzjarja, inkluż tqabbil mal-istima inizjali;

(c) analiżi tal-possibbiltajiet ta’ riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet.-{}-



KAPITOLU 6

Il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba

Artikolu 18

Evalwazzjoni

(l-Artikolu 30 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-proposti kollha għall-programmi jew l-attivitajiet li jagħtu lok għal nefqa tal-baġit ikunu soġġetti għal evalwazzjoni ex ante, li tindirizza:

(a) il-ħtiġijiet fil-futur qrib jew imbiegħed;

(b) il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni;

(c) l-objettivi ta’ politika u ġestjoni li għandhom jintlaħqu, li jinkludu l-miżuri neċessarji sabiex jiġu mħarsal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-qasam tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni, ir-riparazzjoni u s-sanzjonijiet għall-frodi;

(d) l-għażliet politiċi disponibbli, inklużi r-riskji assoċjati magħhom;

(e) ir-riżultati u l-impatti mistennija, b’mod partikolari l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali, u l-indikaturi u l-arranġamenti tal-evalwazzjoni meħtieġa sabiex jiġu mkejla;

(f) l-aktar metodu xieraq ta’ implimentazzjoni għall-opzjoni/jiet ippreferuta/i;

(g) il-koerenza interna tal-programm jew attività propost(a) u r-relazzjonijiet tagħha ma’ strumenti rilevanti oħrajn;

(h) il-volum ta’ approprjazzjonijiet, riżorsi umani u nfiq amministrattiv ieħor li għandhom jiġu allokati b’kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipju tal-kost-effettività;

(i) il-lezzjonijiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat.

2.  Il-proposta tistabbilixxi l-arranġamenti għall-monitoraġġ, ir-rapportaġġ u l-evalwazzjoni, billi tikkunsidra r-responsabbiltajiet rispettivi tal-livelli kollha tal-gvern li se jkunu involuti fl-implimentazzjoni tal-programm jew l-attività propost(a).

3.  Il-programmi jew l-attivitajiet kollha, inklużi proġetti bi prova u azzjonijiet ta’ tħejjija, fejn ir-riżorsi mmobilizzati jaqbżu l-ammont ta’ EUR 5 000 000 , iridu jkunu soġġetti għal evalwazzjoni interim u/jew ex post tar-riżorsi umani u finanzjarji allokati u r-riżultati miksuba sabiex jiġi vverifikat li dawn kienu konsistenti mal-objettivi stabbiliti, kif ġej:

(a) ir-riżultati miksuba fit-twettiq ta’ programm pluriennali jiġu evalwati perjodikament skont skeda li tippermetti li jittieħdu inkonsiderazzjoni s-sejbiet ta’ dik l-evalwazzjoni għal kull deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-programm;

(b) l-attivitajiet iffinanzjati fuq bażi annwali jkollhom ir-riżultati tagħhom evalwati mill-inqas kull sitt snin.

Il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ma japplikawx għal kull wieħed/waħda mill-proġetti jew l-azzjonijiet imwettqa f’dawk l-attivitajiet, li għalihom ir-rekwiżit jista’ jintlaħaq mir-rapporti finali mibgħuta mill-korpi li wettqu l-azzjoni.

4.  L-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 ikunu proporzjonati għar-riżorsi mmobilizzati għall-programm u l-impatt tiegħu u l-attività kkonċernata.

Artikolu 19

Rendikont finanzjarju

(l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju)

Ir-rendikont finanzjarju jinkludi d-dejta finanzjarja u ekonomika għall-valutazzjoni mill-awtorità leġiżlattiva tal-ħtieġa għal azzjoni mill-Unjoni. Huwa jipprovdi tagħrif xieraq fir-rigward tal-koerenza ma’ attivitajiet oħra tal-Unjoni u kwalunkwe sinerġija possibbli.

Fil-każ ta’ operazzjonijiet pluriennali, ir-rendikont finanzjarju jinkludi l-iskeda prevedibbli ta’ rekwiżiti annwali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ approprjazzjonijiet u impjiegi, inkluż għall-persunal estern, kif ukoll evalwazzjoni tal-impatt finanzjarju tagħhom fuq perjodu ta’ żmien medju.



KAPITOLU 7

Il-prinċipju tat-trasparenza

Artikolu 20

Il-pubblikazzjoni provviżorja tal-baġit

(l-Artikolu 34 tar-Regolament Finanzjarju)

Il-figuri baġitarji dettaljati finali jiġu ppubblikati mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat wara l-adozzjoni finali tal-baġit, fil-lingwi kollha, fuq is-sit elettroniku tal-istituzzjonijiet, b’inizjattiva tal-Kummissjoni, sakemm jiġu ppubblikati uffiċjalment f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 21

Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-valur u l-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni

(l-Artikolu 35 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta’ fondi tal-Unjoni mogħtija b’ġestjoni diretta tiġi ppubblikata fuq sit elettroniku tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja li fiha jkunu ngħataw dawk il-fondi.

Minbarra l-pubblikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni tista’ tiġi ppubblikata wkoll, skont preżentazzjoni standard, permezz ta’ mezzi xierqa oħra.

2.  L-informazzjoni li ġejja tiġi ppubblikata, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament u fir-regoli speċifiċi tas-settur, billi jittieħdu inkonsiderazzjoni l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 35(3) tar-Regolament Finanzjarju:

(a) l-isem tal-benefiċjarju;

(b) il-post tal-benefiċjarju;

(c) l-ammont mogħti;

(d) in-natura u l-iskop tal-miżura.

Għall-iskop tal-punt (b) it-terminu “post” ifisser:

(i) l-indirizz tal-benefiċjarju meta dan tal-aħħar ikun persuna ġuridika;

(ii) ir-Reġjun fil-livell NUTS 2 meta l-benefiċjarju jkun persuna fiżika.

Fir-rigward tad-dejta personali li tirreferi għal persuni fiżiċi, l-informazzjoni ppubblikata titneħħa sentejn wara l-għeluq tas-sena finanzjarja li matulha ngħataw il-fondi. L-istess japplika għad-dejta personali li tirreferi għal persuni legali li għalihom it-titolu uffiċjali jidentifika persuna fiżika waħda jew iktar.

3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tiġi ppubblikata biss għal premjijiet, għotjiet u kuntratti li jkunu ngħataw bħala riżultat ta’ kompetizzjonijiet jew proċeduri ta’ aġġudikazzjoni tal-għotjiet jew proċeduri ta’ akkwist pubbliku. L-informazzjoni ma tiġix ippubblikata għal:

(a) boroż ta’ studju mħallsin lil persuni fiżiċi u appoġġ dirett ieħor imħallas lil persuni fiżiċi l-aktar fil-bżonn, imsemmija fl-Artikolu 125(4)(c) tar-Regolament Finanzjarju;

(b) kuntratti taħt l-ammont imsemmi fl-Artikolu 137(2) ta’ dan ir-Regolament.

4.  Il-pubblikazzjoni titneħħa jekk tali divulgazzjoni toħloq ir-riskju li jiġu mhedda d-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi kkonċernati kif protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew jekk tkun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali tal-benefiċjarji.

Artikolu 22

Link għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta’ fondi tal-Unjoni mogħtija taħt ġestjoni indiretta

(l-Artikolu 35 tar-Regolament Finanzjarju)

Meta l-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni tiġi ddelegata lill-awtoritajiet u lill-korpi msemmija fl-Artikolu 58(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju, il-ftehimiet ta’ delega jesiġu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 21 tiġi ppubblikata skont preżentazzjoni standard, minn dawk l-awtoritajiet u l-korpi fdati fuq is-sit elettroniku tagħhom.

Is-sit elettroniku tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jinkludi mill-inqas referenza tal-indirizz tas-sit elettroniku fejn tista’ tinstab l-informazzjoni jew inkella din l-informazzjoni jekk ma tkunx ippubblikata direttament fil-post iddedikat tas-sit elettroniku tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Minbarra l-pubblikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni tista’ tiġi ppubblikata wkoll, skont preżentazzjoni standard, permezz ta’ kwalunkwe mezz xieraq ieħor.

Il-paragrafi minn 2 sa 4 tal-Artikolu 21 japplikaw għall-pubblikazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.



TITOLU III

STABBILIMENT U STRUTTURA TAL-BAĠIT

Artikolu 23

Ipprogrammar finanzjarju

(l-Artikolu 38 tar-Regolament Finanzjarju)

L-ipprogrammar finanzjarju msemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament Finanzjarju jkun strutturat skont il-kategorija ta’ nefqa, il-qasam ta’ politika u l-intestatura tal-baġit. L-ipprogrammar finanzjarju sħiħ ikopri l-kategoriji kollha ta’ nefqa bl-eċċezzjoni tal-agrikoltura, il-politika ta’ koeżjoni u l-amministrazzjoni, li għalihom għandha tiġi pprovduta biss dejta fil-qosor.

Artikolu 24

Abbozzi ta’ baġits emendatorji

(l-Artikolu 41(1) tar-Regolament Finanzjarju)

L-abbozzi ta’ baġits emendatorji jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjonijiet tal-bażi għal u l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-snin finanzjarji preċedenti u kurrenti li kienu disponibbli meta ġew stabbiliti.

Artikolu 25

In-nomenklatura tal-baġit

(l-Artikolu 44 tar-Regolament Finanzjarju)

In-nomenklatura tal-baġit tikkonforma mal-prinċipji ta’ speċifikazzjoni, trasparenza u ġestjoni finanzjarja tajba. Hija tipprovdi ċ-ċarezza u t-trasparenza meħtieġa għall-proċess baġitarju, tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-objettivi ewlenin kif riflessi fil-bażijiet legali rilevanti, tagħmel possibbli l-għażliet dwar il-prijoritajiet politiċi u tippermetti l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva.

Artikolu 26

Nefqa effettiva fl-aħħar sena finanzjarja li għaliha jkunu ngħalqu l-kontijiet

(l-Artikolu 49(1)(a)(v) tar-Regolament Finanzjarju)

Sabiex jiġi stabbilit il-baġit, in-nefqa effettiva fl-aħħar sena finanzjarja li l-kontijiet tagħha jkunu ngħalqu tiġi ddeterminata kif ġej:

(a) f’impenji: l-impenji mdaħħlin fil-kontijiet matul is-sena finanzjarja kontra l-approprjazzjonijiet għal dik is-sena finanzjarja kif definit fl-Artikolu 3;

(b) fi ħlasijiet: il-ħlasijiet magħmula matul is-sena finanzjarja, jiġifieri, ħlasijiet li ntbagħtu lill-bank, kontra l-approprjazzjonijiet għal dik is-sena finanzjarja kif definit fl-Artikolu 3.

Artikolu 27

Rimarki tal-baġit

(l-Artikolu 49(1)(a)(vi) tar-Regolament Finanzjarju)

Ir-rimarki tal-baġit jinkludu:

(a) ir-referenzi tal-att bażiku, fejn hemm wieħed;

(b) l-ispjegazzjonijiet kollha xierqa dwar in-natura u l-iskop tal-approprjazzjonijiet.

Artikolu 28

Pjan ta’ stabbiliment

(l-Artikolu 49(1)(c)(i) tar-Regolament Finanzjarju)

Il-persunal tal-Aġenzija Fornitriċi jidher separatament fil-pjan ta’ stabbiliment tal-Kummissjoni.



TITOLU IV

L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT



KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 29

Informazzjoni dwar it-trasferimenti ta’ dejta personali għal skopijiet ta’ awditjar

(l-Artikolu 53 tar-Regolament Finanzjarju)

Fi kwalunkwe sejħa li ssir fil-kuntest ta’ għotjiet, akkwisti jew premjijiet implimentati f’ġestjoni diretta, il-benefiċjarji potenzjali, il-kandidati, l-offerenti u l-parteċipanti, skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), iridu jiġu informati li, bl-iskop li jiġu mħarsal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, id-dejta personali tagħhom tista’ tiġi ttrasferita lis-servizzi ta’ awditjar intern, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Grupp Speċjalizzat dwar l-Irregolaritajiet Finanzjarji jew lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (minn hawn ’il quddiem “l-OLAF”) u bejn l-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi.

Artikolu 30

Miżuri ta’ tħejjija fil-qasam tal-Politika Esterna u ta’ Sigurtà Komuni

(l-Artikolu 54(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju)

Il-finanzjament tal-miżuri maqbula mill-Kunsill għat-tħejjija tal-operazzjonijiet ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet tal-Unjoni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jkopri l-ispejjeż inkrimentali li jirriżultaw direttament minn użu speċifiku fuq il-post ta’ missjoni jew tim li jinvolvi, fost l-oħrajn, persunal mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inklużi l-assigurazzjoni għal riskju għoli, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni u l-ħlasijiet għal kull jum.

Artikolu 31

Poteri speċifiċi tal-Kummissjoni skont it-Trattati

(l-Artikolu 54(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-Artikoli tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “it-TFUE”) li jagħtu poteri speċifiċi direttament lill-Kummissjoni huma dawn li ġejjin:

(a) l-Artikolu 154 (djalogu soċjali);

(b) l-Artikolu 156 (studji, opinjonijiet u konsultazzjonijiet dwar kwistjonijiet soċjali);

(c) l-Artikoli 159 u 161 (rapporti speċjali dwar kwistjonijiet soċjali);

(d) l-Artikolu 168(2) (inizjattivi li jippromwovu l-koordinazzjoni fi kwistjonijiet ta’ ħarsien tas-saħħa);

(e) l-Artikolu 171(2) (inizjattivi li jippromwovu l-koordinazzjoni fin-netwerks trans-Ewropej);

(f) l-Artikolu 173(2) (inizjattivi li jippromwovu l-koordinazzjoni fi kwistjonijiet relatati mal-industrija);

(g) l-Artikolu 175, it-tieni subparagrafu (rapport dwar il-progress li sar lejn il-kisba ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali);

(h) l-Artikolu 181(2) (inizjattivi li jippromwovu l-koordinazzjoni fuq ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku);

(i) l-Artikolu 190 (rapport dwar ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku);

(j) l-Artikolu 210(2) (inizjattivi li jippromwovu l-koordinazzjoni tal-politika ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp);

(k) l-Artikolu 214(6) (inizjattivi li jippromwovu l-koordinazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna umanitarja).

2.  L-Artikoli tat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn hawn ’il quddiem “it-Trattat Euratom”) li jagħti poteri speċifiċi direttament lill-Kummissjoni huma dawn li ġejjin:

(a) l-Artikolu 70 (appoġġ finanzjarju, fil-limiti imposti mill-baġit, għall-programmi ta’ prospezzjoni fit-territorji tal-Istati Membri);

(b) L-Artikoli minn 77 sa 85.

3.  Fil-preżentazzjoni tal-abbozz tal-baġit, jistgħu jiżdiedu aktar dettalji fil-listi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, b’indikazzjoni tal-Artikoli inkwistjoni u l-ammonti involuti.

Artikolu 32

Atti li x’aktarx jikkostitwixxu kunflitt ta’ interessi u l-proċedura

(l-Artikolu 57 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   ►M1  Atti li x'aktarx ikunu affettwati minn kunflitt ta' interessi fis-sens tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament Finanzjarju jistgħu, fost l-oħrajn, jieħdu waħda mill-forom li ġejjin bla ħsara għall-kwalifikazzjoni tagħhom bħala attivitajiet illegali skont il-punt (d) tal-Artikolu 106(1) tar-Regolament Finanzjarju: ◄

(a) l-għoti lilek innifsek jew lil persuni oħrajn ta’ vantaġġi diretti jew indiretti mhux ġustifikati;

(b) ir-rifjut li l-benefiċjarju jingħata drittijiet jew vantaġġi li huwa intitolat għalihom;

(c) l-għemil ta’ atti li ma għandhomx isiru jew atti ħżiena jew in-nuqqas ta’ għemil ta’ atti li huma obbligatorji.

Atti oħra li x’aktarx jiġu affettwati minn kunflitti ta’ interessi huma dawk li jistgħu jxekklu l-prestazzjoni imparzjali u objettiva tad-dmirijiet ta’ persuna bħal, fost l-oħrajn, il-pateċipazzjoni f’kumitat ta’ evalwazzjoni għal akkwist pubbliku jew proċedura ta’ għotja meta l-persuna tista’, b’mod dirett jew indirett, tibbenefika finanzjarjament mill-eżitu ta’ dawn il-proċeduri.

2.  Irid jitqies li jeżisti kunflitt ta’ interess jekk applikant, kandidat jew offerent ikun membru tal-persunal kopert mir-Regolamenti tal-Persunal, sakemm il-parteċipazzjoni tiegħu f’din il-proċedura ma tkunx ġiet awtorizzata minn qabel mis-superjur tiegħu.

3.  Fil-każ ta’ kunflitt ta’ interessi, l-uffiċjal awtorizzanti b’delega jieħu l-miżuri xierqa biex jevita kwalunkwe infuwenza eċċessiva tal-persuna kkonċernata fuq il-proċess jew il-proċedura inkwistjoni.



KAPITOLU 2

Metodi ta’ implimentazzjoni



Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 33

Il-metodu ta’ ġestjoni

(l-Artikolu 58 tar-Regolament Finanzjarju)

Is-sistema tal-kontabilità tal-Kummissjoni tidentifika l-metodu ta’ ġestjoni u, taħt kull metodu ta’ ġestjoni, it-tip ta’ entità jew persuna elenkata fl-Artikolu 58(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju li tiġi fdata bil-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit.

Fir-rigward tal-ġestjoni diretta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju, is-sistema tal-kontabilità tiddistingwi l-ġestjoni skont dawn li ġejjin:

(a) id-dipartimenti tal-Kummissjoni;

(b) l-aġenziji eżekuttivi;

(c) il-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

(d) il-fondi fiduċjarji msemmija fl-Artikolu 187 tar-Regolament Finanzjarju.



Taqsima 2

Ġestjoni Diretta

Artikolu 34

Ġestjoni diretta

(l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju)

Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit direttament fid-dipartimenti tagħha, il-kompiti tal-implimentazzjoni jitwettqu mill-atturi finanzjarji fis-sens tal-Artikoli minn 64 sa 75 tar-Regolament Finanzjarju u b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 35

L-eżerċizzju tal-poteri ddelegati lill-aġenziji eżekuttivi

(l-Artikolu 58(1)(a) u 62 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Id-deċiżjonijiet li jiġu ddelegati poteri lill-aġenziji eżekuttivi jawtorizzawhom, bħala uffiċjali awtorizzanti b’delega, biex jimplimentaw approprjazzjonijiet relatati mal-programm tal-Unjoni li jkunu fdati bil-ġestjoni tiegħu.

2.  L-istrument ta’ delega tal-Kummissjoni jinkludi mill-inqas id-dispożizzjonijiet previsti fil-punti monn (a) sa (d) u (h) tal-Artikolu 40. Huwa jkun aċċettat formalment bil-miktub mid-direttur f’isem l-aġenzija eżekuttiva.

Artikolu 36

Konformità mar-regoli tal-akkwist

(l-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju)

Meta l-Kummissjoni tafda lil entitajiet pubbliċi b’kompiti skont l-Artikolu 63(2) tar-Regolament Finanzjarju, hija tikkonkludi kuntratt skont it-Titolu V tal-Ewwel Parti u t-Titolu IV tat-Tieni Parti tal-Kapitolu III tar-Regolament Finanzjarju.



Taqsima 3

Ġestjoni Kondiviża mal-Istati Membri

Artikolu 37

Dispożizzjonijiet speċifiċi għal ġestjoni kondiviża b’miżuri tal-Istati Membri li jippromwovu l-aħjar prattiki

(l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju)

Il-Kummissjoni tiġbor reġistru ta’ entitajiet responsabbli mill-attivitajiet ta’ ġestjoni, ċertifikazzjoni u awditjar skont ir-regolamenti speċifiċi għas-settur.

Sabiex tippromwovi l-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u l-Fond Ewropew għas-Sajd, il-Kummissjoni tista’ tagħmel disponibbli, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-entitajiet responsabbli mill-attivitajiet ta’ ġestjoni u kontroll, gwida metodoloġika li tistabbilixxi l-istrateġija u l-approċċ ta’ kontroll tagħha, inklużi l-listi ta’ kontroll, u eżempji tal-aħjar prattiki. Din il-gwida tiġi aġġornata kull meta jkun jeħtieġ li jsir dan.



Taqsima 4

Ġestjoni Indiretta

Artikolu 38

L-ekwivalenza tas-sistemi, tar-regoli u tal-proċeduri f’ġestjoni indiretta

(l-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-Kummissjoni tista’ taċċetta li r-regoli u l-proċeduri tal-akkwist ikunu ekwivalenti għal tagħha jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu konformi mal-prinċipju ta’ kompetizzjoni wiesgħa tal-offerenti sabiex jiksbu l-aqwa valur għall-flus, u l-proċeduri nnegozjati jkunu limitati għal ammonti raġonevoli jew ikunu debitament ġustifikati;

(b) jiżguraw it-trasparenza bil-pubblikazzjoni ex ante adegwata, b’mod partikolari ta’ sejħiet għall-offerti, u l-pubblikazzjoni ex post adegwata tal-kuntratturi;

(c) jiżguraw it-trattament indaqs, il-proporzjonalità u ebda diskriminazzjoni;

(d) jipprevjenu l-kunflitti ta’ interessi matul il-proċedura kollha tal-akkwisti.

Il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi li tittrasponi d-Direttiva 2004/18/KE titqies bħala ekwivalenti għar-regoli applikati mill-istituzzjonijiet b’konformità mar-Regolament Finanzjarju.

2.  Il-Kummissjoni tista’ taċċetta li r-regoli u l-proċeduri tal-għoti jkunu ekwivalenti għal tagħha jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu konformi mal-prinċipji tal-proporzjonalità, ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, tat-trattament indaqs u ta’ ebda diskriminazzjoni;

(b) jiżguraw it-trasparenza bil-pubblikazzjoni adegwata ta’ sejħiet għall-proposti, bil-proċeduri ta’ għoti dirett ikunu limitati għal ammonti raġonevoli jew ikunu debitament ġustifikati, u l-pubblikazzjoni ex-post adegwata tal-benefiċjarji, billi jittieħed inkonsiderazzjoni l-prinċipju tal-proporzjonalità;

(c) jipprevjenu l-kunflitti ta’ interessi matul il-proċedura kollha tal-għoti tal-għotjiet;

(d) huma jipprovdu li l-għotjiet ma jistgħux ikunu kumulattivi jew jingħataw b’mod retrospettiv, li dawn għandhom, bħala regola, jinvolvu l-kofinanzjament u li jistgħu ma jkollhomx l-għan jew l-effett li jipproduċu profitt għall-benefiċjarju.

3.  Il-Kummissjoni tista’ taċċetta li s-sistemi tal-kontabilità u s-sistemi ta’ kontroll intern użati mill-entitajiet u mill-persuni li għandhom jiġu fdati bil-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit f’isem il-Kummissjoni qegħdin jipprovdu livelli ekwivalenti ta’ ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u ta’ assigurazzjoni raġonevoli tal-kisba tal-għanijiet ta’ ġestjoni jekk ikunu konformi mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 39

Valutazzjoni ex-ante tar-regoli u l-proċeduri tal-entitajiet u l-persuni f’ġestjoni indiretta

(l-Artikolu 61(1) tar-Regolament Finanzjarju)

Għall-finijiet tal-valutazzjoni ex ante skont l-Artikolu 61(1) tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jistrieħ fuq valutazzjoni ex ante magħmula minn uffiċjal awtorizzanti ieħor sakemm il-konklużjonijiet tiegħu jkunu rilevanti għar-riskji speċifiċi tal-kompiti li jridu jiġu fdati, b’mod partikolari n-natura tagħhom u l-ammonti involuti.

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jistrieħ fuq valutazzjoni ex ante magħmula minn donaturi oħrajn sakemm din il-valutazzjoni tkun saret fir-rigward ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk għall-ġestjoni indiretta kif stabbilit fl-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju.

▼M1

Artikolu 40

Kontenut tal-ftehim li jafda kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit lil entitajiet u persuni

(l-Artikoli 60(3) u 61(3) tar-Regolament Finanzjarju)

▼B

Il-ftehimiet ta’ delega jinkludu arranġamenti ddettaljati li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u t-trasparenza tal-operazzjonijiet imwettqa. Dawn jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:

(a) definizzjoni ċara tal-kompiti assenjati u l-limiti tagħhom, b’mod partikolari dwar il-modifika tal-kompiti fdati, ir-rinunzja tad-djun, l-użu tal-fondi rimborżati jew li ma ntużawx;

(b) il-kundizzjonijiet u arranġamenti dettaljati għat-twettiq tal-kompiti, għar-responsabbiltajiet u għall-organizzazzjoni tal-kontrolli li għandhom jitwettqu, inkluża l-evalwazzjoni tal-programmi;

(c) il-kundizzjonijiet għall-ħlasijiet tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, inkluż ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba fir-rigward tal-implimentazzjoni, kif ukoll ir-remunerazzjoni tal-entità fdata, flimkien mar-regoli li fuqhom id-dokumenti ta’ sostenn ikunu mitluba li jiġġustifikaw il-ħlasijiet;

(d) regoli dwar ir-rapportaġġ lill-Kummissjoni fuq kif ikunu qegħdin jitwettqu l-kompiti, ir-riżultati mistennija, l-irregolaritajiet li seħħew u l-miżuri li ttieħdu, il-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jiġu sospiżi jew interrotti l-ħlasijiet, kif ukoll il-kundizzjonijiet li fihom jintemm it-twettiq tal-kompiti;

(e) id-data sa meta għandhom jiġu konklużi kuntratti u ftehimiet individwali li jimplimentaw il-ftehim ta’ delega, li tkun proporzjonata man-natura tal-kompiti fdati;

▼M1

(f) regoli li jippermettu lill-entità jew lill-persuna teskludi operaturi ekonomiċi li jkunu f'sitwazzjoni msemmija fil-punti (d) u (f) tal-Artikolu 106(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 107 tar-Regolament Finanzjarju milli jipparteċipaw fi proċeduri ta' għoti ta' akkwisti, għotjiet jew premjijiet jew milli jingħataw kuntratti ta' akkwist, għotjiet jew premjijiet u regoli li jippermettu lill-entità jew lill-persuna li timponi penali finanzjarji fuq dawn l-operaturi ekonomiċi;

▼B

(g) arranġamenti dettaljati għall-iskrutinju mill-Kummissjoni, kif ukoll dispożizzjonijiet li jagħtu lill-Kummissjoni, lill-OLAF u lill-Qorti tal-Awdituri aċċess għall-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu d-doveri tagħha, kif ukoll is-setgħa li jwettqu awditjar u investigazzjonijiet li jinkludu kontrolli fuq il-post;

(h) arranġamenti li jipprovdu għal:

▼M1

(i) impenn mill-entità fdata li tinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe frodi jew irregolarità kif imsemmija fil-punti (d) u (f) tal-Artikolu 106(1) tar-Regolament Finanzjarju li jkun seħħ fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni u l-miżuri meħuda;

▼B

(ii) il-ħatra ta’ punt ta’ kuntatt li jkollu l-poteri xierqa biex jikkoopera direttament mal-OLAF bil-għan li jiffaċilita l-attivitajiet operattivi ta’ dan tal-aħħar;

(i) kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu tal-kontijiet bankarji u tal-imgħax iġġenerat kif previst fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament Finanzjarju;

(j) dispożizzjonijiet li jiggarantixxu l-viżibbiltà tal-azzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-attivitajiet l-oħra tal-entità.

▼M1

Fil-każ tal-punt (f) tal-ewwel paragrafu, għall-fini tal-Artikolu 106(5) tar-Regolament Finanzjarju, pajjiż terz jiġi kkunsidrat li naqas li jieħu azzjoni, fost l-oħrajn, meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tippermettix li operatur ekonomiku jiġi eskluż mill-proċeduri ta' għoti ffinanzjat mill-UE kollha fit-tifsira tal-Artikolu 106 tar-Regolament Finanzjarju. Il-ftehimiet ta' delega jispeċifikaw meta pajjiż terz jiġi kkunsidrat li naqas milli jieħu azzjoni.

Għall-fini tal-punt (h) (i) tal-ewwel paragrafu, fil-każ ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, dawn l-arranġamenti jispeċifikaw meta l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali għandhom jipprevjenu, jiskopru, jikkoreġu u jinnotifikaw irregolaritajiet u frodi skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament Finanzjarju.

▼B

Artikolu 41

Dikjarazzjoni tal-ġestjoni u dikjarazzjoni tal-konformità

(l-Artikolu 60(5) tar-Regolament Finanzjarju)

Fil-każ ta’ azzjonijiet li jintemmu qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja kkonċernata, ir-rapport finali tal-entità jew il-persuna fdata għal tali azzjoni jista’ jissostitwixxi d-dikjarazzjoni tal-ġestjoni msemmija fl-Artikolu 60(5)(b) tar-Regolament Finanzjarju, bil-kundizzjoni li dan jiġi sottomess qabel il-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja kkonċernata.

Meta organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi jimplimentaw azzjonijiet mhux pluriennali li jkunu limitati għal 18-il xahar, id-dikjarazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament Finanzjarju tkun tista’ tiġi inkorporata fir-rapport finali.

Artikolu 42

Proċeduri għall-eżami u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet u l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni ta’ nfiq li jkun sar bi ksur tar-regoli applikabbli f’ġestjoni indiretta

(l-Artikolu 60(6), il-punti (b) u (c) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi inklużi f’regoli speċifiċi għas-settur, il-proċeduri msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 60(6) tar-Regolament Finanzjarju jinkludu:

(a) valutazzjonijiet dokumentarji u, fejn ikun xieraq, kontrolli fuq il-post mill-Kummissjoni;

(b) l-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-ammont ta’ nfiq rikonoxxut bħala aċċettat, wara, fejn ikun meħtieġ, proċedura kontradittorja mal-awtoritajiet u l-entitajiet u wara li jkunu ġew informati dawn l-awtoritajiet u l-entitajiet;

(c) fejn ikun xieraq, kalkolazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni;

(d) irkupru jew ħlas mill-Kummissjoni tal-bilanċ li jirriżulta mid-differenza bejn l-infiq aċċettat u s-somom diġà mħallsin lill-awtoritajiet jew lill-entitajiet;

għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tirkupra l-ammonti dovuti preferibbilment permezz ta’ tpaċija kif stabbilit fl-Artikolu 87.

2.  Meta l-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil entità li timplimenta azzjoni b’bosta donaturi, il-proċeduri msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 60(6) tar-Regolament Finanzjarju jikkonsistu minn verifika li ammont li jikkorrispondi għal dak imħallas mill-Kummissjoni għall-azzjoni kkonċernata fil-fatt ikun intuża mill-entità għall-azzjoni u li n-nefqa saret skont l-obbligi stipulati fil-ftehim iffirmat mal-entità.

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, azzjoni b’bosta donaturi tfisser kwalunkwe azzjoni fejn il-fondi tal-Unjoni jinġabru flimkien ma’ mill-inqas donatur ieħor.

▼M1

Artikolu 43

Dispożizzjonijiet speċifiċi għal ġestjoni indiretta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali

(l-Artikolu 58(1)(c)(ii) u l-Artikolu 188 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 58(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju jkunu organizzazzjonijiet internazzjonali tas-settur pubbliku stabbiliti bi ftehimiet internazzjonali u aġenziji speċjalizzati mwaqqfa minn organizzazzjonijiet bħal dawn.

Il-ftehimiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jintbagħtu lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għall-valutazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 39 qabel ma l-Kummissjoni tafda kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit.

2.  L-organizzazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu assimilati ma' organizzazzjonijiet internazzjonali:

(a) il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar;

(b) il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar.

3.  Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni debitament iġġustifikata li tassimila organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ ma' organizzazzjoni internazzjonali sakemm hija tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikollha l-personalità ġuridika u l-korpi ta' governanza awtonoma tagħha;

(b) tkun ġiet stabbilita biex twettaq kompiti speċifiċi ta' interess internazzjonali ġenerali;

(c) mill-inqas sitt Stati Membri jkunu membri tal-organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ;

(d) tipprovdi garanziji finanzjarji xierqa;

(e) topera fuq il-bażi ta' struttura permanenti u f'konformità ma' sistemi, regoli u proċeduri li jistgħu jiġu vvalutati b'konformità mal-Artikolu 61(1) tar-Regolament Finanzjarju.

4.  Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit taħt ġestjoni indiretta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, iridu japplikaw il-ftehimiet ta' verifika konklużi magħhom.

▼B

Artikolu 44

Il-ħatra ta’ korpi rregolati bil-liġi pubblika jew ta’ korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku

(l-Artikolu 58(1)(c)(v) u (vi) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-korpi rregolati bil-liġi pubblika jew il-korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku jkunu soġġetti għal-liġi tal-Istat Membru jew tal-pajjiż fejn ikunu twaqqfu.

2.  F’każijiet ta’ ġestjoni minn netwerk, li teħtieġ il-ħatra ta’ mill-inqas korp wieħed jew entità waħda mill-Istat Membru jew mill-pajjiż ikkonċernat, il-korp jew l-entità jinħatar/tinħatar mill-Istat Membru jew mill-pajjiż ikkonċernat f’konformità mal-att bażiku.

Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-Kummissjoni taħtar tali korpi jew entitajiet bi ftehim mal-Istati Membri jew mal-pajjiżi kkonċernati.



KAPITOLU 3

Atturi finanzjarji



Taqsima 1

Drittijiet u obbligi tal-atturi finanzjarji

Artikolu 45

Drittijiet u obbligi tal-atturi finanzjarji

(l-Artikolu 64 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Kull istituzzjoni tipprovdi lil kull attur finanzjarju bir-riżorsi meħtieġa sabiex ikun jista’ jaqdi dmirijietu u bi statut li jiddeskrivi l-kompiti, id-drittijiet u l-obbligi tiegħu fid-dettall.

2.  Il-kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni li jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti b’sottodelega skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 56(2) tar-Regolament Finanzjarju jkunu soġġetti għall-karta pprovduta mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ ġestjoni finanzjarja sottodelegati lilhom.



Taqsima 2

L-Uffiċjal Awtorizzanti

Artikolu 46

Assistenza għall-uffiċjali awtorizzanti b’delega u sottodelega

(l-Artikolu 65 tar-Regolament Finanzjarju)

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jkun assistit fi dmirijietu minn persunal fdat, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, b’ċerti operazzjonijiet li jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-baġit u għall-produzzjoni tal-informazzjoni finanzjarja u dwar il-ġestjoni. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interessi, il-persunal li jassisti lill-uffiċjali awtorizzanti b’delega jew sottodelega jkun soġġett għall-obbligi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament Finanzjarju.

Il-kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni li jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti b’sottodelega skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 56(2) tar-Regolament Finanzjarju jistgħu jkunu assistiti fi dmirijiethom mill-persunal tal-Kummissjoni.

Artikolu 47

Dispożizzjonijiet interni li jirregolaw id-delegi

(l-Artikolu 65 tar-Regolament Finanzjarju)

Skont ir-Regolament Finanzjarju u dan ir-Regolament, kull istituzzjoni tistabbilixxi fir-regoli interni tagħha dawk il-miżuri għall-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet li hija tqis li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa tat-taqsima tagħha tal-baġit.

Il-kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni li jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti b’sottodelega skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 56(2) tar-Regolament Finanzjarju jkunu soġġetti għar-Regoli Interni tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ ġestjoni finanzjarja sottodelegati lilhom.

Artikolu 48

Iż-żamma ta’ dokumenti ta’ sostenn mill-uffiċjali awtorizzanti

(l-Artikolu 66(2) tar-Regolament Finanzjarju)

L-uffiċjal awtorizzanti jistabbilixxi sistemi elettroniċi jew ibbażati fuq karta għaż-żamma ta’ dokumenti ta’ sostenn oriġinali relatati ma’ u sussegwenti għall-implimentazzjoni tal-baġit u miżuri għall-implimentazzjoni tal-baġit. Is-sistemi jistabbilixxu li:

(a) tali dokumenti jiġu nnumerati;

(b) tali dokumenti jiġu ddatati;

(c) għandhom jinżammu reġistri, li jistgħu jkunu kompjuterizzati, sabiex ikun magħruf eżatt fejn jinsabu dawn id-dokumenti;

(d) tali dokumenti jinżammu għal mill-inqas ħames snin minn meta l-Parlament Ewropew jagħti l-kwittanza għas-sena baġitarja marbuta mad-dokumenti;

(e) għandhom jinżammu dokumenti relatati ma’ garanziji ta’ prefinanzjament għall-istituzzjoni, kif ukoll ġurnal ta’ reġistrazzjoni sabiex dawn il-garanziji jkunu jistgħu jiġu ssorveljati b’mod adegwat.

Dokumenti relatati ma’ operazzjonijiet li ma jkunux magħluqa b’mod definittiv jinżammu għal aktar żmien milli previst fil-punt (d) tal-ewwel paragrafu, jiġifieri, sal-aħħar tas-sena ta’ wara dik li fiha jingħalqu l-operazzjonijiet.

Id-dejta personali inkluża fid-dokumenti ta’ sostenn titħassar, fejn possibbli, meta dik id-dejta ma tkunx neċessarja għall-finijiet ta’ kwittanza baġitarja, kontroll u awditjar. L-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 japplika għall-konservazzjoni tad-dejta dwar it-traffiku.

Artikolu 49

Kontrolli ex ante u ex post

(l-Artikolu 66(5) u (6) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-bidu ta’ operazzjoni jinftiehem bħala l-operazzjonijiet kollha li normalment jitwettqu mill-membri tal-persunal imsemmija fl-Artikolu 46 u li huma ta’ tħejjija għall-adozzjoni tal-atti li jimplimentaw il-baġit mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.

2.  Verifika ex ante ta’ operazzjoni tinftiehem bħala l-kontrolli ex ante kollha li jagħmel l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli sabiex jivverifika l-aspetti operattivi u finanzjarji tagħha.

3.  Il-kontrolli ex ante jivverifikaw il-koerenza fost id-dokumenti ta’ sostenn mitluba u kwalunkwe informazzjoni disponibbli.

Il-firxa f’termini tal-frekwenza u l-intensità tal-kontrolli ex ante jiġu ddeterminati mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli billi jitqiesu konsiderazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji u l-kost-effettività. F’każ ta’ dubju, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli mill-validazzjoni tal-ħlasijiet rilevanti jitlob informazzjoni kumplimentari jew jagħmel kontroll fuq il-post sabiex jikseb assigurazzjoni raġonevoli bħala parti mill-kontroll ex ante.

L-għan tal-kontrolli ex ante huwa li jaċċertaw li:

(a) in-nefqa u d-dħul ikunu kif suppost u konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli, b’mod partikolari dawk tal-baġit u r-regolamenti rilevanti u ta’ kwalunkwe att adottat fl-implimentazzjoni tat-Trattati jew tar-regolamenti u, fejn xieraq, mat-termini tal-kuntratti;

(b) jiġi applikat il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba msemmi fil-Kapitolu 7 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament Finanzjarju.

Għall-iskop tal-kontrolli, jistgħu jiġu kkunsidrati serje ta’ tranżazzjonijiet individwali simili relatati man-nefqa ta’ rutina fuq is-salarji, il-pensjonijiet, ir-rimborż tal-ispejjeż tal-missjonijiet u tal-ispejjeż mediċi mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli biex imexxi operazzjoni waħda.

4.  Il-kontrolli ex post jistgħu jitwettqu fuq il-bażi ta’ dokumenti u, fejn ikun xieraq, fuq il-post.

Il-kontrolli ex post jivverifikaw li l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-baġit jiġu implimentati kif suppost u b’mod partikolari li jiġu rrispettati l-kriterji msemmija fil-paragrafu 3.

L-eżiti tal-kontrolli ex post jiġu analizzati mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega mill-inqas kull sena sabiex tiġi identifikata kwalunkwe kwistjoni sistematika potenzjali. L-uffiċjal awtorizzanti b’delega jieħu miżuri biex jindirizza dawk il-kwistjonijiet.

L-analiżi tar-riskju msemmija fl-Artikolu 66(6) tar-Regolament Finanzjarju tiġi riveduta fid-dawl tar-riżultati tal-kontrolli u ta’ informazzjoni rilevanti oħra.

Fil-każ ta’ programmi pluriennali, l-uffiċjal awtorizzanti b’delega jistabbilixxi strateġija ta’ kontroll pluriennali, li permezz tagħha jispeċifika n-natura u l-firxa tal-kontrolli matul il-perjodu u l-mod kif għandhom jitkejlu r-riżultati sena wara sena għall-proċess ta’ assigurazzjoni annwali.

Artikolu 50

Kodiċi ta’ standards professjonali

(l-Artikoli 66(7) u 73(5) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-membri tal-persunal innominati mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli biex jivverifikaw l-operazzjonijiet finanzjarji jintgħażlu fuq il-bażi tal-għarfien, il-ħiliet u l-kwalifiki partikolari tagħhom kif muri minn diplomi jew minn esperjenza professjonali xierqa, jew inkella wara li jattendu programm ta’ taħriġ xieraq.

2.  Kull istituzzjoni tħejji kodiċi ta’ standards professjonali li jistabbilixxu, fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ kontroll intern:

(a) il-livell ta’ kompetenza teknika u finanzjarja mitlub mill-membri tal-persunal imsemmija fil-paragrafu 1;

(b) l-obbligu ta’ tali membri tal-persunal li jitħarrġu kontinwament;

(c) il-missjoni, ir-rwol u l-kompiti allokati lilhom;

(d) ir-regoli tal-kondotta, b’mod partikolari l-istandards tal-etika u tal-integrità li għandhom jirrispettaw, kif ukoll id-drittijiet li jgawdu.

3.  Il-kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni li jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti b’sottodelega skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 56(2) tar-Regolament Finanzjarju jkunu soġġetti għall-kodiċi ta’ standards professjonali tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għall-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ ġestjoni finanzjarja sottodelegati lilhom.

4.  Kull istituzzjoni jkollha l-istrutturi xierqa sabiex tqassam lid-dipartimenti awtorizzanti u taġġorna perjodikament l-informazzjoni xierqa dwar l-istandards tal-kontroll u l-metodi u t-tekniki disponibbli għal dak il-għan.

Artikolu 51

Nuqqas ta’ azzjoni mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega

(l-Artikolu 66(8) tar-Regolament Finanzjarju)

Nuqqas ta’ azzjoni mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega, kif imsemmi fl-Artikolu 66(8) tar-Regolament Finanzjarju, għandu jfisser in-nuqqas ta’ tweġiba fi żmien raġonevoli fiċ-ċirkostanzi tal-każ u, fi kwalunkwe każ, fi żmien mhux aktar minn xahar.

Artikolu 52

It-trażmissjoni ta’ informazzjoni finanzjarja u dwar il-ġestjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità

(l-Artikolu 66 tar-Regolament Finanzjarju)

L-uffiċjal awtorizzanti b’delega jibgħat lill-uffiċjal tal-kontabilità, skont ir-regoli adottati minn dan tal-aħħar, l-informazzjoni finanzjarja u ta’ ġestjoni li tkun meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità.

L-uffiċjal tal-kontabilità jiġi mgħarraf mill-uffiċjal awtorizzanti, regolarment u mill-inqas għall-għeluq tal-kontijiet, dwar id-dejta finanzjarja rilevanti tal-kontijiet bankarji fiduċjarji sabiex jippermetti li l-użu tal-fondi tal-Unjoni jkun rifless fil-kontijiet tal-Unjoni.

▼M1

Artikolu 53

Rapport dwar il-proċeduri nnegozjati

(l-Artikolu 66 tar-Regolament Finanzjarju)

L-uffiċjali awtorizzanti b'delega jirreġistraw, għal kull sena finanzjarja, il-kuntratti konklużi permezz tal-proċeduri nnegozjati msemmija fil-punti minn (a) sa (f) tal-Artikolu 134(1) u l-Artikolu 266 ta' dan ir-Regolament. Jekk il-proporzjon ta' proċeduri nnegozjati fir-rigward tal-għadd ta' kuntratti mogħtija mill-istess uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega jiżdied b'mod sinifikanti meta mqabbel mas-snin ta' qabel jew jekk dak il-proporzjon ikun ogħla sewwa mill-medja rreġistrata għal dik l-istituzzjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jirrapporta lill-istituzzjoni u jistabbilixxi miżuri sabiex ireġġa' lura dik ix-xejra. Kull istituzzjoni tibgħat rapport dwar il-proċeduri nnegozjati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fil-każ tal-Kummissjoni, dak ir-rapport ikun anness mas-sommarju tar-rapporti annwali tal-attività msemmija fl-Artikolu 66(9) tar-Regolament Finanzjarju.

▼B



Taqsima 3

Uffiċjal Tal-Kontabilità

Artikolu 54

Ħatra tal-uffiċjal tal-kontabilità

(l-Artikolu 68 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Kull istituzzjoni taħtar uffiċjal tal-kontabilità mill-uffiċjali soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-uffiċjal tal-kontabilità jintgħażel mill-istituzzjoni fuq il-bażi tal-kompetenza partikolari tiegħu kif murija minn diplomi jew minn esperjenza professjonali ekwivalenti.

2.  Jista’ jkun hemm żewġ istituzzjonijiet/entitajiet jew aktar li jaħtru l-istess uffiċjal tal-kontabilità.

F’każ bħal dan, huma jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa sabiex jevitaw kwalunkwe kunflitt ta’ interessi.

Artikolu 55

Tmiem tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità

(l-Artikolu 68 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Irid jitħejja bilanċ ta’ tqabbil preliminari mingħajr dewmien f’każ ta’ tmiem tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità.

2.  Il-bilanċ ta’ tqabbil preliminari akkumpanjat minn rapport tat-trażmissjoni tal-inkarigu jiġi trażmess mill-uffiċjal tal-kontabilità li jkun qiegħed itemm id-dmirijiet tiegħu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, minn uffiċjal fid-dipartiment tiegħu lill-uffiċjal tal-kontabilità l-ġdid.

L-uffiċjal tal-kontabilità l-ġdid jiffirma l-bilanċ ta’ tqabbil preliminari bħala aċċettazzjoni fi żmien xahar mid-data tat-trażmissjoni u dan jista’ jagħmel riservi.

Ir-rapport tat-trażmissjoni tal-inkarigu jinkludi wkoll ir-riżultat tal-bilanċ ta’ tqabbil preliminari u kull riserva li ssir.

3.  Kull istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament Finanzjarju tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni fi żmien ġimagħtejn mill-ħatra jew mit-tmiem tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità tagħha.

Artikolu 56

Validazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi u tal-inventarji

(l-Artikolu 68 tar-Regolament Finanzjarju)

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jinnotifika lill-uffiċjal tal-kontabilità dwar l-iżviluppi jew il-modifiki sinifikanti kollha ta’ sistema ta’ ġestjoni finanzjarja, sistema ta’ inventarju jew sistema għall-valutazzjoni tal-assi u tar-responsabbiltajiet, jekk din tipprovdi dejta għall-kontijiet tal-istituzzjoni jew tintuża biex tissostanzja d-dejta tagħha, sabiex l-uffiċjal tal-kontabilità jkun jista’ jivverifika l-konformità mal-kriterji tal-validazzjoni.

Fi kwalunkwe ħin, l-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jerġa’ jeżamina sistema ta’ ġestjoni finanzjarja li tkun diġà ġiet ivvalidata. Meta sistema ta’ ġestjoni finanzjarja stabbilita mill-uffiċjal awtorizzanti ma tkunx ivvalidata mill-uffiċjal tal-kontabilità jew ma tibqax tiġi vvalutata, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jistabbilixxi pjan ta’ azzjoni sabiex jikkoreġi, fi żmien xieraq, in-nuqqasijiet li għalihom tkun ġiet irrifjutata l-validazzjoni.

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jkun responsabbli għall-kompletezza tal-informazzjoni trażmessa lill-uffiċjal tal-kontabilità.

Artikolu 57

Immaniġġar ta’ flus

(l-Artikolu 68 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-uffiċjal tal-kontabilità jiżgura li l-istituzzjoni tiegħu jkollha biżżejjed fondi għad-dispożizzjoni tagħha biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ flus li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-baġit.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-uffiċjal tal-kontabilità jistabbilixxi sistemi ta’ ġestjoni tal-flus li bihom ikun jista’ jbassar id-dħul u n-nefqa.

3.  L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni jaqsam il-fondi disponibbli skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000.

Artikolu 58

Il-ġestjoni tal-kontijiet tal-bank

(l-Artikolu 68 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Għall-ħtiġijiet tal-immaniġġar ta’ flus, l-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jiftaħ kontijiet f’isem l-istituzzjoni ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew banek ċentrali nazzjonali jew iġiegħel li jinfetħu kontijiet bħal dawn. F’każijiet fejn ikun hemm tassew il-ħtieġa, l-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jiftaħ kontijiet f’munita li ma tkunx l-euro.

2.  L-uffiċjal tal-kontabilità jkun responsabbli biex jagħlaq il-kontijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew biex jiżgura li dawn il-kontijiet jingħalqu.

3.  L-uffiċjal tal-kontabilità jistabbilixxi t-termini operattivi għall-kontijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma’ istituzzjonijiet finanzjarji, skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, effiċjenza u offerti kompetittivi.

4.  Mill-anqas kull ħames snin, l-uffiċjal tal-kontabilità jerġa’ jniedi sejħa kompetittiva għall-offerti bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji li magħhom jistgħu jinfetħu kontijiet skont il-paragrafu 1.

Meta l-kundizzjonijiet bankarji lokali jippermettu, il-kontijiet bankarji ta’ imprest miftuħin ma’ istituzzjonijiet finanzjarji bbażati barra mill-Unjoni jkunu soġġetti regolarment għal stħarriġ kompetittiv. Dan l-istħarriġ isir, mill-anqas kull ħames snin, fuq l-inizjattiva tad-detentur tal-kont ta’ imprest, li mbagħad għandu jissottometti lill-Uffiċjal tal-Kontabilità proposta sostanzjata għall-għażla ta’ bank għal perjodu ta’ mhux aktar minn ħames snin.

5.  L-uffiċjal tal-kontabilità jiżgura konformità stretta mat-termini operattivi għall-kontijiet miftuħa ma’ istituzzjonijiet finanzjarji skont il-paragrafu 1.

Għal kontijiet bankarji ta’ imprest miftuħin ma’ istituzzjonijiet finanzjarji bbażati barra mill-Unjoni, id-detentur tal-kont ta’ imprest jassumi din ir-responsabbiltà billi jikkunsidra l-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż fejn dak id-detentur jeżerċita l-mandat tiegħu.

6.  L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni jinforma lill-uffiċjali tal-kontabilità tal-istituzzjonijiet l-oħra u tal-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament Finanzjarju dwar it-termini operattivi tal-kontijiet miftuħa ma’ istituzzjonijiet finanzjarji. L-uffiċjali tal-kontabilità tal-istituzzjonijiet l-oħra u tal-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament Finanzjarju jarmonizzaw, ma’ dawk it-termini operattivi, it-termini operattivi tal-kontijiet li jiftħu.

Artikolu 59

Firem fuq il-kontijiet

(l-Artikolu 68 tar-Regolament Finanzjarju)

It-termini li jirregolaw il-ftuħ, l-operat u l-użu tal-kontijiet jistabbilixxu li, skont il-ħtiġijiet tal-kontroll intern, ċekkijiet, ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu bankarju u kwalunkwe operazzjoni bankarja oħra, iridu jiġu ffirmati minn membru wieħed jew aktar tal-persunal awtorizzat. L-istruzzjonijiet manwali jiġu ffirmati minn tal-anqas żewġ membri tal-persunal li jkunu awtorizzati biex jiffirmaw, jew mill-uffiċjal tal-kontabilità nnifsu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-uffiċjal tal-kontabilità ta’ kull istituzzjoni jikkomunika lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li l-istituzzjoni kkonċernata jkollha kontijiet miftuħin magħhom, l-ismijiet u kampjuni tal-firem tal-membri awtorizzati tal-persunal.

Artikolu 60

Il-ġestjoni tal-bilanċ tal-kontijiet

(l-Artikolu 68 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-uffiċjal tal-kontabilità jiżgura li l-bilanċ fil-kontijiet tal-bank previsti fl-Artikolu 58 ma jvarjax b’mod sinifikanti mit-tbassir tad-dħul u n-nefqa msemmi fl-Artikolu 57(2) u f’kull każ:

(a) li l-ebda wieħed minn dawk il-kontijiet ma jkun bid-debitu;

(b) li l-bilanċ tal-kontijiet f’muniti oħrajn kull tant żmien jinqaleb għall-euro.

2.  L-uffiċjal tal-kontabilità ma jistax iżomm bilanċi f’kontijiet denominati f’muniti barranin li jistgħu jsofru telf kbir minħabba ċaqliq fir-rati tal-kambju.

Artikolu 61

Trasferimenti u operazzjonijiet ta’ konverżjoni

(l-Artikolu 68 tar-Regolament Finanzjarju)

Bla ħsara għall-Artikolu 69, l-uffiċjal tal-kontabilità jagħmel it-trasferimenti bejn il-kontijiet miftuħa minnu f’isem l-istituzzjoni ma’ istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll iwettaq operazzjonijiet ta’ konverżjoni tal-munita.

Artikolu 62

Metodi ta’ ħlas

(l-Artikolu 68 tar-Regolament Finanzjarju)

Il-ħlasijiet isiru permezz ta’ trasferiment bankarju tal-kreditu, permezz ta’ ċekk jew minn kontijiet ta’ imprest permezz ta’ karta tad-debitu skont l-Artikolu 67(4).

Artikolu 63

Fajls ta’ Entitajiet Legali

(l-Artikolu 68 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jagħmel ħlasijiet permezz ta’ trasferiment bankarju tal-kreditu biss jekk id-dettalji tal-kont bankarju tal-benefiċjarju u l-informazzjoni li tikkonferma l-identità tal-benefiċjarju, jew kwalunkwe modifika, ikunu ddaħħlu f’fajl komuni mill-istituzzjoni.

Kwalunkwe dħul bħal dan fil-fajl tad-dettalji bankarji u legali tal-benefiċjarju jew modifika ta’ dawk id-dettalji jkunu bbażati fuq dokument ta’ sostenn, li l-forma tiegħu għandha tiġi definita mill-uffiċjal tal-kontabilità.

2.  Bil-għan li jsir ħlas permezz ta’ trasferiment bankarju tal-kreditu, l-uffiċjali awtorizzanti jistgħu jidħlu f’impenn lejn parti terza f’isem l-istituzzjoni tagħhom biss jekk dik il-parti terza tkun ipprovdiet id-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex tiddaħħal fil-fajl.

L-uffiċjali awtorizzanti jinfurmaw lill-uffiċjal tal-kontabilità dwar kwalunkwe bidla fid-dettalji legali u bankarji kkomunikati lilhom mill-benefiċjarju u għandhom jiċċekkjaw li dawn id-dettalji jkunu għadhom validi qabel isir ħlas.

Fir-rigward tal-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni, jistgħu jiġu konklużi impenji individwali mal-awtoritajiet pubbliċi fil-pajjiżi li japplikaw għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea mingħajr ma jkunu ddaħħlu fil-fajl tal-parti terza. F’każijiet bħal dawn, l-uffiċjal awtorizzanti jagħmel kulma jista’ sabiex jiżgura li d-dħul isir malajr kemm jista’ jkun. Il-ftehimiet jistabbilixxu li l-komunikazzjoni lill-Kummissjoni, tad-dettalji tal-kont bankarju tal-benefiċjarju, hija kundizzjoni li trid tiġi ssodisfata qabel ikun jista’ jsir l-ewwel ħlas.

Artikolu 64

Iż-żamma ta’ dokumenti ta’ sostenn mill-uffiċjal tal-kontabilità

(l-Artikolu 68 tar-Regolament Finanzjarju)

Id-dokumenti ta’ sostenn għas-sistema tal-kontabilità u għat-tħejjija tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju jinżammu għal mill-anqas ħames snin minn meta l-Parlament Ewropew jagħti l-kwittanza għas-sena baġitarja li dwarha jkunu d-dokumenti.

Madankollu, dokumenti relatati ma’ operazzjonijiet li jkunu għadhom mhumiex magħluqin għal kollox jinżammu għal aktar żmien, jiġifieri, sal-aħħar tas-sena ta’ wara dik li fiha jingħalqu l-operazzjonijiet. L-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 japplika għall-konservazzjoni tad-dejta dwar it-traffiku.

Kull istituzzjoni tiddeċiedi f’liema dipartiment għandhom jinżammu d-dokumenti ta’ sostenn.

Artikolu 65

Persuni mogħtija s-setgħa li jamministraw il-kontijiet

(l-Artikolu 69 tar-Regolament Finanzjarju)

Kull istituzzjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom il-membri tal-persunal innominati minnha stess u mogħtija s-setgħa li jamministraw il-kontijiet fit-taqsimiet lokali msemmija fl-Artikolu 72 ikunu awtorizzati biex jikkomunikaw l-ismijiet u l-kampjuni tal-firem lill-istituzzjonijiet finanzjarji lokali.



Taqsima 4

Amministratur tal-Imprest

Artikolu 66

Kundizzjonijiet għall-użu tal-kontijiet ta’ imprest

(l-Artikolu 70 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Meta, minħabba l-ammonti limitati involuti, ikun materjalment impossibbli jew mhux effiċjenti li jitwettqu operazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ proċeduri baġitarji, jistgħu jinfetħu kontijiet ta’ imprest għall-ħlas ta’ din it-tip ta’ nefqa.

2.  L-amministratur tal-imprest jista’ jivvalida u jħallas in-nefqa provviżorjament, fuq il-bażi ta’ qafas dettaljat stabbilit fl-istruzzjonijiet mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli. Dawk l-istruzzjonijiet jispeċifikaw ir-regoli u l-kundizzjonijiet li bihom iridu jsiru l-validazzjoni u l-ħlasijiet provviżorji u, fejn ikun xieraq, it-termini għall-iffirmar tal-impenji legali fis-sens tal-Artikolu 97(1)(e).

3.  Il-ħolqien ta’ kont ta’ imprest u l-ħatra ta’ amministratur tal-imprest ikunu soġġetti għal deċiżjoni mill-uffiċjal tal-kontabilità, fuq proposta debitament issostanzjata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli. Dik id-deċiżjoni tistabbilixxi r-responsabbiltajiet u l-obbligi rispettivi tal-amministratur tal-imprest u tal-uffiċjal awtorizzanti.

L-emendar tat-termini operattivi għal kont ta’ imprest ikun soġġett ukoll għal deċiżjoni mill-uffiċjal tal-kontabilità fuq proposta debitament issostanzjata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.

4.  Fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, iridu jiġu stabbiliti kontijiet ta’ imprest għall-ħlas tan-nefqa kemm mit-taqsima tal-Baġit tal-Kummissjoni kif ukoll mit-taqsima tal-Baġit tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (minn hawn ’il quddiem “is-SEAE”), sabiex tiġi żgurata t-traċċabilità sħiħa tal-ispejjeż.

Artikolu 67

Kundizzjonijiet li jirregolaw il-ħolqien u l-ħlasijiet

(l-Artikolu 70 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Id-deċiżjoni li tistabbilixxi kont ta’ imprest u li taħtar amministratur tal-imprest u d-deċiżjoni li temenda t-termini operattivi għal kont ta’ imprest jispeċifikaw b’mod partikolari:

(a) l-ammont massimu li fil-bidu jista’ jiġi pprovdut bħala imprest, u l-iskop tiegħu;

(b) jekk għandux jinfetaħ kont bankarju jew kont ġiro f’uffiċċju postali f’isem l-istituzzjoni;

(c) in-natura u l-ammont massimu ta’ kull nefqa li jista’ jħallas l-amministratur tal-imprest lil partijiet terzi jew jiġbor mingħandhom;

(d) il-frekwenza li biha jridu jsiru d-dokumenti ta’ sostenn, il-proċedura biex isiru u l-arranġamenti biex dawn jintbagħtu lill-uffiċjal awtorizzanti għall-ħlas;

(e) il-proċedura li għandha tiġi segwita jekk l-imprest ikun irid jerġa’ jiġi fornut;

(f) li t-tranżazzjonijiet tal-imprest se jsiru mill-uffiċjal awtorizzanti sa mhux aktar tard mill-aħħar tax-xahar ta’ wara, sabiex b’hekk ikunu jistgħu jiġu rikonċiljati l-bilanċ tal-kontijiet u l-bilanċ fil-bank;

(g) il-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni mogħtija lill-amministratur tal-imprest mill-uffiċjal tal-kontabilità;

(h) l-identità tal-amministratur tal-imprest maħtur.

2.  Fil-proposti għal deċiżjonijiet sabiex jinfetħu kontijiet ta’ imprest, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jiżgura li:

(a) tingħata prijorità lill-użu ta’ proċeduri baġitarji meta jkun hemm aċċess għas-sistema kompjuterizzata ċentrali tal-kontabilità;

(b) il-kontijiet ta’ imprest jintużaw biss f’każijiet issostanzjati.

L-ammont massimu li jista’ jitħallas mill-amministratur tal-imprest meta jkun materjalment impossibbli jew mhux effiċjenti li jitwettqu operazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ proċeduri baġitarji ma jaqbiżx EUR 60 000 għal kull nefqa.

3.  L-amministratur tal-imprest jista’ jagħmel ħlasijiet lil partijiet terzi fuq il-bażi u fil-limiti ta’:

(a) l-impenji baġitarji u legali preċedenti ffirmati mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli;

(b) il-bilanċ pożittiv li jibqa’ fil-kont ta’ imprest, fi flus kontanti jew fil-bank.

4.  Il-ħlasijiet minn kontijiet ta’ imprest jistgħu jsiru permezz ta’ trasferiment ta’ kreditu bankarju, inkluż permezz tas-sistema ta’ debitu dirett imsemmija fl-Artikolu 89 tar-Regolament Finanzjarju, ċekk jew metodi oħrajn ta’ ħlas, inklużi karti tad-debitu, skont l-istruzzjonijiet stipulati mill-uffiċjal tal-kontabilità.

5.  Il-ħlasijiet li jsiru jiġu segwiti minn deċiżjonijiet formali ta’ validazzjoni finali u/jew minn ordnijiet ta’ ħlas iffirmati mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.

Artikolu 68

Għażla tal-amministraturi tal-imprest

(l-Artikolu 70 tar-Regolament Finanzjarju)

L-amministraturi tal-imprest jintgħażlu minn fost l-uffiċjali jew, jekk ikun hemm il-ħtieġa u f’każijiet debitament issostanzjati biss, minn fost membri oħra tal-persunal. L-amministraturi tal-imprest jintgħażlu fuq il-bażi tal-għarfien, il-ħiliet u l-kwalifiki partikolari tagħhom kif murija minn diplomi jew minn esperjenza professjonali xierqa, jew wara li jattendu programm ta’ taħriġ xieraq.

Artikolu 69

Forniment tal-kontijiet ta’ imprest

(l-Artikolu 70 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-uffiċjal tal-kontabilità jagħmel ħlasijiet fil-kontijiet ta’ imprest u għandu jissorvelja dawk il-kontijiet mill-perspettiva ta’ ftuħ ta’ kontijiet bankarji u delega ta’ firem u kontrolli fuq il-post u fil-kontijiet ċentralizzati. L-uffiċjal tal-kontabilità jforni l-kontijiet ta’ imprest. L-imprest jitħallas fil-kont bankarju li jkun infetaħ apposta għall-imprest.

Il-kontijiet ta’ imprest jistgħu wkoll jiġu fornuti direttament permezz ta’ dħul lokali mixxellanju bħal dak li jirriżulta minn:

(a) bejgħ ta’ tagħmir;

(b) pubblikazzjonijiet;

(c) ħlasijiet lura mixxellanji;

(d) imgħax.

L-imprest jiġi regolarizzat, f’termini ta’ nefqa jew dħul mixxellanju jew assenjat, skont id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-kont ta’ imprest imsemmi fl-Artikolu 67 u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju. L-ammonti inkwistjoni jitnaqqsu mill-uffiċjal awtorizzanti meta sussegwentement jerġa’ jimla l-kontijiet ta’ imprest ikkonċernati.

2.  Sabiex jiġi evitat, b’mod partikolari, kwalunkwe telf mill-kambju, l-amministratur tal-imprest jista’ jagħmel trasferimenti bejn kontijiet bankarji differenti relatati mal-istess imprest.

Artikolu 70

Kontrolli mill-uffiċjali awtorizzanti u mill-uffiċjali tal-kontabilità

(l-Artikolu 70 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-amministratur tal-imprest iżomm rendikont tal-fondi għad-dispożizzjoni tiegħu, fi flus kontanti u fil-bank, kif ukoll tal-ħlasijiet magħmula u tal-ammonti riċevuti, skont ir-regoli u l-istruzzjonijiet mogħtija mill-uffiċjal tal-kontabilità. Ir-rendikonti ta’ dak il-kont ikunu aċċessibbli f’kull ħin għall-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u għandha tiġi stabbilita lista ta’ tranżazzjonijiet, mill-anqas darba fix-xahar, li mbagħad trid tintbagħat fix-xahar ta’ wara flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn mill-amministratur tal-imprest lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għall-ħlas tal-operazzjonijiet ta’ imprest.

2.  L-uffiċjal tal-kontabilità jwettaq, jew iqabbad lil membru tal-persunal fid-dipartiment tiegħu jew fid-dipartiment awtorizzanti mogħti poteri speċjali għal dak il-għan, sabiex iwettaq kontrolli, li bħala regola ġenerali għandhom isiru fuq il-post u mingħajr ebda twissija, sabiex tiġi vverifikata l-eżistenza tal-fondi allokati lill-amministratur tal-imprest u ż-żamma tal-kotba u sabiex jiġi vverifikat li t-tranżazzjonijiet ta’ imprest isiru saż-żmien stipulat. L-uffiċjal tal-kontabilità jikkomunika s-sejbiet ta’ dawk il-kontrolli lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.

Artikolu 71

Proċedura tal-akkwist

(l-Artikolu 70 tar-Regolament Finanzjarju)

Il-ħlasijiet li jsiru minn kontijiet ta’ imprest jistgħu, fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 137(3), jikkonsistu sempliċement fil-ħlas ta’ fatturi, mingħajr aċċettazzjoni ta’ offerta minn qabel.

Artikolu 72

Il-ħolqien ta’ kontijiet ta’ imprest

(l-Artikolu 70 tar-Regolament Finanzjarju)

Għall-ħlas ta’ ċerti kategoriji ta’ nefqa, jista’ jinfetaħ kont ta’ imprest, jew aktar minn wieħed, f’kull unità lokali barra mill-Unjoni skont l-Artikolu 70 tar-Regolament Finanzjarju. Unità lokali tkun, pereżempju, delegazzjoni, uffiċċju jew fergħa ta’ uffiċċju tal-Unjoni f’pajjiż terz.

Id-deċiżjoni li tistabbilixxi kont ta’ imprest tippreskrivi t-termini operattivi tiegħu skont l-Artikolu 70 tar-Regolament Finanzjarju u fuq il-bażi tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull unità lokali.

Artikolu 73

L-amministraturi tal-imprest u persuni awtorizzati biex jamministraw il-kontijiet fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni

(l-Artikolu 70 tar-Regolament Finanzjarju)

F’ċirkostanzi eċċezzjonali u għall-finijiet ta’ kontinwità tas-servizz, id-dmirijiet tal-amministratur tal-imprest tas-SEAE fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jitwettqu mill-persunal tal-Kummissjoni. Taħt l-istess kundizzjonijiet, il-persunal tas-SEAE jista’ jiġi nnominat bħala amministratur tal-imprest għall-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, ir-regoli u l-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu japplikaw għall-ħatra ta’ persuni awtorizzati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità sabiex iwettqu operazzjonijiet bankarji.



KAPITOLU 4

Ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji



Taqsima 1

Regoli Ġenerali

Artikolu 74

Korpi responsabbli fi kwistjonijiet ta’ frodi

(l-Artikoli 66(8) u 72(2) tar-Regolament Finanzjarju)

L-awtoritajiet u l-korpi msemmija fl-Artikoli 66(8) u 72(2) tar-Regolament Finanzjarju jinftiehmu bħala l-korpi nnominati fir-Regolamenti tal-Persunal u fid-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u kull attività illegali oħra ta’ detriment għall-interessi tal-Unjoni.



Taqsima 2

Regoli applikabbli għall-uffiċjali awtorizzanti b’delega u sottodelega

Artikolu 75

Irregolaritajiet finanzjarji

(l-Artikoli 66(7) u 73(6) tar-Regolament Finanzjarju)

Bla ħsara għall-poteri tal-OLAF, il-Bord għall-Irregolaritajiet Finanzjarji msemmi fl-Artikolu 29 (minn hawn ’il quddiem “il-Bord”) ikun kompetenti fir-rigward ta’ kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tar-Regolament Finanzjarju jew ta’ dispożizzjoni relatata mal-ġestjoni finanzjarja jew mal-kontroll tal-operazzjonijiet li jirriżulta minn att jew ommissjoni ta’ membru tal-persunal.

Artikolu 76

Bord għall-Irregolaritajiet Finanzjarji

(l-Artikoli 66(7) u 73(6) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Kif imsemmi fl-Artikolu 75 ta’ dan ir-Regolament, il-każijiet ta’ irregolaritajiet finanzjarji jiġu riferuti lill-Bord mill-awtorità tal-ħatra għal opinjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 73(6) tar-Regolament Finanzjarju.

Meta l-Kapijiet ta’ Delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti b’sottodelega skont l-Artikolu 56(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jirreferi direttament lill-Bord għal opinjoni dwar il-każijiet ta’ irregolaritajiet finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 75 ta’ dan ir-Regolament.

Uffiċjal awtorizzanti b’delega jista’ jirreferi kwistjoni lill-Bord jekk huwa jħoss li kien hemm xi irregolarità finanzjarja. Il-Bord jagħti opinjoni li tevalwa jekk sarux irregolaritajiet fis-sens tal-Artikolu 75, kemm ikunu serji u x’konsegwenzi jista’ jkollhom. Jekk l-analiżi tal-Bord tagħti x’tifhem li l-każ għandu jittieħed quddiem l-OLAF, huwa jibgħat il-fajl lill-awtorità tal-ħatra mingħajr dewmien u jgħarraf lill-OLAF mill-ewwel.

Meta l-Bord jiġi infurmat direttament dwar kwistjoni minn membru tal-persunal skont l-Artikolu 66(8) tar-Regolament Finanzjarju, huwa jibgħat il-fajl lill-awtorità tal-ħatra u jinforma dwar dan lill-membru tal-persunal. L-awtorità tal-ħatra tista’ titlob l-opinjoni tal-Bord dwar il-każ.

2.  L-istituzzjoni jew, fil-każ ta’ Bord konġunt, l-istituzzjonijiet parteċipanti, skont l-organizzazzjoni interna tagħha/tagħhom, tispeċifika/jispeċifikaw l-arranġamenti operattivi tal-Bord u l-kompożizzjoni tiegħu, li għandha tinkludi parteċipant estern bil-kwalifiki u l-kompetenzi meħtieġa.

Artikolu 77

Konferma tal-istruzzjonijiet

(l-Artikolu 73(3) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Uffiċjal awtorizzanti b’delega jew sottodelega li jirċievi struzzjoni vinkolanti u li huwa jqis bħala irregolari jew li tmur kontra l-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari minħabba li l-istruzzjoni ma tkunx tista’ tiġi eżegwita bir-riżorsi allokati lilu, jinforma b’dan bil-miktub lill-awtorità li mingħandha jkun irċieva d-delega jew is-sottodelega. Jekk l-istruzzjoni tiġi kkonfermata bil-miktub u dik il-konferma tasal fi żmien tajjeb u tkun ċara biżżejjed, fis-sens li tkun tirreferi espliċitament għall-punti li jkunu ġew ikkontestati mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega jew sottodelega, l-uffiċjal awtorizzanti ma jkunx jista’ jinżamm responsabbli. Huwa jeżegwixxi l-istruzzjoni, sakemm din ma tkunx manifestament illegali jew tikkostitwixxi ksur tal-istandards tas-sigurtà rilevanti.

2.  Il-paragrafu 1 japplika wkoll f’każijiet fejn uffiċjal awtorizzanti jsir jaf, waqt li jkun qiegħed jeżegwixxi struzzjoni vinkolanti, li ċ-ċirkostanzi tal-każ jistgħu jagħtu lok għal sitwazzjoni irregolari.

Kull struzzjoni li tiġi kkonfermata fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 73(3) tar-Regolament Finanzjarju tiġi rreġistrata mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega responsabbli u tissemma fir-rapport tal-attività annwali tiegħu.



KAPITOLU 5

Operazzjonijiet ta’ dħul



Taqsima 1

Riżorsi Proprji

Artikolu 78

Regoli li japplikaw għar-riżorsi proprji

(l-Artikolu 76 tar-Regolament Finanzjarju)

L-uffiċjal awtorizzanti jħejji skeda li tindika meta r-riżorsi proprji definiti fid-Deċiżjoni dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni se jkunu disponibbli għall-Kummissjoni.

Ir-riżorsi proprji jiġu stabbiliti u rkuprati b’konformità mar-regoli adottati skont id-Deċiżjoni msemmija fl-ewwel paragrafu.



Taqsima 2

Stima ta’ Ammonti Riċevibbli

Artikolu 79

Stima ta’ Ammonti Riċevibbli

(l-Artikolu 77 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-estimi tal-ammonti riċevibbli jispeċifikaw it-tip ta’ dħul u l-partita tal-baġit fejn għandhom jitniżżlu u, safejn ikun possibbli, id-dettalji tad-debitur u l-ammont stmat.

Meta jħejji stima tal-ammonti riċevibbli, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jivverifika b’mod partikolari li:

(a) id-dħul jitniżżel fil-partita korretta tal-baġit;

(b) l-istima tkun magħmula kif suppost u konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli u mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

2.  Skont l-Artikoli 181(2) u 183(2) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament, stima tal-ammonti riċevibbli ma jkollhiex l-effett li tagħmel disponibbli l-approprjazzjonijiet ta’ impenn. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet isiru disponibbli biss wara li l-ammonti riċevibbli jkunu ġew irkuprati mill-Unjoni.



Taqsima 3

Stabbiliment ta’ ammonti riċevibbli

Artikolu 80

Il-proċedura

(l-Artikolu 78 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Meta l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jistabbilixxi ammont riċevibbli, dan jikkostitwixxi r-rikonoxximent tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ debitur u l-istabbiliment tad-dritt li d-debitur jintalab iħallas dak id-dejn.

2.  L-ordni ta’ rkupru tkun l-operazzjoni li biha l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jagħti struzzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità biex jirkupra l-ammont stabbilit.

3.  In-nota ta’ debitu tinforma lid-debitur li:

(a) l-Unjoni stabbilixxiet l-ammont li għandu jitħallas;

(b) jekk il-ħlas tad-dejn isir qabel id-data tal-għeluq stabbilita, ma jkun dovut ebda mgħax awtomatiku;

(c) jekk ir-rimborż ma jsirx sad-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b), id-dejn jipproduċi mgħax bir-rata msemmija fl-Artikolu 83, bla l-ebda ħsara għal kwalunkwe regolament speċifiku applikabbli;

(d) jekk ir-rimborż ma jsirx sad-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b), l-istituzzjoni teffettwa l-irkupru permezz ta’ tpaċija jew permezz ta’ infurzar ta’ kwalunkwe garanzija ddepożitata bil-quddiem;

(e) l-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jeffettwa l-irkupru permezz ta’ tpaċija qabel id-data tal-għeluq imsemmija fil-punt b), fejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġu mħarsal-interessi finanzjarji tal-Unjoni meta huwa jkollu raġunijiet ġustifikati biex jemmen li l-ammont dovut lill-Kummissjoni jkun se jintilef, wara li d-debitur ikun ġie mgħarraf bir-raġunijiet u d-data tal-irkupru permezz ta’ tpaċija;

(f) jekk, wara li jittieħdu l-passi kollha stipulati fil-punti minn (a) sa (e) ta’ dan is-subparagrafu, l-ammont ikun għadu ma ġiex irkuprat kollu, l-istituzzjoni teffettwa l-irkupru bl-infurzar ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 79(2) tar-Regolament Finanzjarju jew b’azzjoni legali.

L-uffiċjal awtorizzanti jistampa n-nota ta’ debitu u jibgħatha lid-debitur. L-Uffiċjal tal-Kontabilità jiġi mgħarraf dwar dik il-kunsinna permezz tas-sistema Ċentrali ta’ informazzjoni finanzjarja.

Artikolu 81

Stabbiliment ta’ ammonti riċevibbli

(l-Artikolu 78 tar-Regolament Finanzjarju)

Sabiex jistabbilixxi ammont riċevibbli, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jiżgura li:

(a) ir-riċevibbli jkun ċert, jiġifieri ma jkun soġġett għall-ebda kundizzjoni;

(b) ir-riċevibbli jkun ta’ ammont fiss, espress preċiżament f’termini ta’ flus kontanti;

(c) ir-riċevibbli jkun dovut u ma jkun soġġett għall-ebda żmien ta’ ħlas;

(d) id-dettalji tad-debitur ikunu korretti;

(e) l-ammont li jrid jiġi rkuprat jitniżżel fil-partita korretta tal-baġit;

(f) id-dokumenti ta’ sostenn ikunu kif suppost; u

(g) ikun irrispettat il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriterji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 91(1).

Artikolu 82

Dokumenti ta’ sostenn għall-identifikazzjoni tal-ammonti riċevibbli

(l-Artikolu 78 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-ammont riċevibbli jrid jiġi stabbilit fuq il-bażi tad-dokumenti ta’ sostenn li jiċċertifikaw l-intitolament tal-Unjoni.

2.  Qabel jistabbilixxi ammont riċevibbli, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jivverifika d-dokumenti ta’ sostenn huwa stess jew, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu jaċċerta li dan ikun sar.

3.  Id-dokumenti ta’ sostenn jinżammu mill-uffiċjal awtorizzanti skont l-Artikolu 48.

Artikolu 83

Imgħax awtomatiku

(l-Artikolu 78 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Bla ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ regolamenti speċifiċi għas-settur, kwalunkwe ammont riċevibbli li ma jitħallasx lura fid-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 80(3)(b) jeħel imgħax skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

2.  Ir-rata tal-imgħax għall-ammonti riċevibbli li ma jitħallsux lura fid-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 80(3)(b) tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih tkun id-data tal-għeluq, u miżjuda hekk:

(a) bi tmien punti perċentwali meta l-avveniment li jobbliga jkun kuntratt ta’ provvista u servizz pubbliku msemmi fit-Titolu V;

(b) bi tliet punti perċentwali u nofs fil-każijiet l-oħrajn kollha.

3.  L-imgħax jiġi kkalkolat mill-jum kalendarju wara d-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 80(3)(b) u speċifikata fin-nota ta’ debitu sal-jum kalendarju meta d-dejn jitħallas kollu.

L-ordni ta’ rkupru li tikkorrispondi għall-ammont tal-imgħax awtomatiku tinħareġ meta dan l-imgħax fil-fatt jitħallas.

4.  Fil-każ tal-multi, meta d-debitur jipprovdi garanzija finanzjarja li tiġi aċċettata mill-uffiċjal tal-kontabilità minflok ħlas, ir-rata tal-imgħax applikabbli mid-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 80(3)(b) tkun ir-rata msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fis-seħħ mill-ewwel jum tax-xahar li fih tkun ġiet adottata d-deċiżjoni li timponi multa u miżjuda biss b’punt perċentwali u nofs.



Taqsima 4

Awtorizzazzjoni tal-Irkupru

Artikolu 84

Stabbiliment tal-ordni ta’ rkupru

(l-Artikolu 79 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-ordni ta’ rkupru tispeċifika:

(a) is-sena finanzjarja fejn għandu jiġi rreġistrat id-dħul;

(b) ir-referenzi tal-att jew tal-impenn legali li huwa s-sors tad-dejn u li jwassal għall-intitolament għall-irkupru;

(c) l-artikolu fil-baġit u kull sottodiviżjoni oħra li tista’ tapplika, inklużi, fejn xieraq, ir-referenzi tal-impenn baġitarju korrispondenti;

(d) l-ammont li għandu jiġi rkuprat, espress fil-munita euro;

(e) l-isem u l-indirizz tad-debitur;

(f) id-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 80(3)(b);

(g) il-metodu ta’ rkupru possibbli, inkluż, b’mod partikolari, irkupru permezz ta’ tpaċija jew bl-infurzar ta’ kwalunkwe garanzija ddepożitata.

2.  L-ordni ta’ rkupru tiġi ddatata u ffirmata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u mbagħad tintbagħat lill-uffiċjal tal-kontabilità.

3.  L-uffiċjal tal-kontabilità ta’ kull istituzzjoni jżomm lista tal-ammonti dovuti li għandhom jiġu rkuprati. L-intitolamenti tal-Unjoni jinġabru flimkien fil-lista skont id-data tal-ħruġ tal-ordni ta’ rkupru. Huwa jittrasferixxi din il-lista lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni jħejji lista kkonsolidata li turi l-ammont dovut skont l-istituzzjoni u skont id-data tal-ħruġ tal-ordni ta’ rkupru. Il-lista tiżdied mar-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja u baġitarja.

4.  Sabiex issaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni tistabbilixxi lista ta’ intitolamenti tal-Unjoni li ssemmi l-ismijiet tad-debituri u l-ammont tad-dejn, fejn id-debitur ikun ġie ordnat jirrimborża b’deċiżjoni tal-Qorti li jkollha s-saħħa ta’ res judicata u fejn ma jkun sar l-ebda rimborż, jew ebda rimborż sinifikanti għal sena mill-pronunzja tagħha. Il-lista tiġi ppubblikata, filwaqt li tittieħed inkonsiderazzjoni l-protezzjoni tad-dejta personali skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

F’dak li għandu x’jaqsam mad-dejta personali li tirreferi għal persuni fiżiċi, l-informazzjoni ppubblikata titneħħa ladarba l-ammont tad-dejn jitħallas kollu. L-istess japplika għad-dejta personali li tirreferi għal persuni legali li għalihom it-titolu uffiċjali jidentifika persuna fiżika waħda jew iktar.

Id-deċiżjoni li d-debitur jiġi inkluż fil-lista ta’ intitolamenti tal-Unjoni tittieħed f’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tieħu inkonsiderazzjoni b’mod partikolari l-importanza tal-ammont.

Artikolu 85

Deċiżjoni infurzabbli għall-benefiċċju ta’ istituzzjonijiet oħrajn

(l-Artikolu 79(2) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 79(2) tar-Regolament Finanzjarju jintlaħqu meta l-possibbiltà li jsir ħlas volontarju u li jiġi rkuprat id-dejn permezz ta’ tpaċija kif previst fl-Artikolu 80(1) tar-Regolament Finanzjarju tkun ġiet eżawrita mill-istituzzjoni kkonċernata u d-dejn ikun jirrappreżenta ammont sinifikanti.

2.  Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istituzzjonijiet ikkonċernati għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 299 tat-TFUE jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni sabiex tadotta deċiżjoni infurzabbli.

3.  Fil-każijiet kollha, id-deċiżjoni infurzabbli tispeċifika li l-ammonti mitluba jiddaħħlu fit-taqsima tal-baġit li tikkorrispondi għall-istituzzjoni kkonċernata, li taġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti. Id-dħul jiddaħħal bħala dħul ġenerali għajr jekk ikun jaqa’ taħt il-każijiet speċifikati ta’ dħul assenjat previsti fl-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju.

4.  L-istituzzjoni li tagħmel it-talba tinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe avveniment li jista’ jbiddel l-irkupru u tintervjeni biex tappoġġa lill-Kummissjoni f’każ ta’ appell kontra d-deċiżjoni infurzabbli.

5.  Il-Kummissjoni u l-istituzzjoni kkonċernata jridu jaqblu fuq il-modalitajiet prattiċi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.



Taqsima 5

Irkupru

Artikolu 86

Formalitajiet tal-ġbir

(l-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Meta jiġi rkuprat l-ammont riċevibbli, l-uffiċjal tal-kontabilità jdaħħlu fil-kontijiet u jinforma lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.

2.  Trid tinħareġ riċevuta għal kull ħlas fi flus kontanti li jsir lill-uffiċjal tal-kontabilità jew lill-amministratur tal-imprest.

3.  Rimborż parzjali minn debitur soġġett għal diversi ordnijiet ta’ rkupru jrid l-ewwel jitħallas fuq l-aktar intitolament antik sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mid-debitur.

Kwalunkwe ħlas parzjali jrid l-ewwel ikopri l-imgħax.

Artikolu 87

Irkupru bi tpaċija

(l-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Meta d-debitur ikollu pretensjoni fuq l-Unjoni li tkun ċerta, kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 81, ta’ ammont fiss u dovuta, fir-rigward ta’ somma stabbilita permezz ta’ ordni ta’ ħlas, l-uffiċjal tal-kontabilità, wara d-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 80(3)(b), jirkupra l-ammonti riċevibbli stabbiliti permezz ta’ tpaċija.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn ikun meħtieġ biex jiġu mħarsal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, meta l-uffiċjal tal-kontabilità jkollu raġunijiet ġustifikati biex jemmen li l-ammont dovut lill-Unjoni jkun se jintilef, l-uffiċjal tal-kontabilità jikseb l-irkupru permezz ta’ tpaċija qabel id-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 80(3)(b).

L-Uffiċjal tal-Kontabilità jikseb ukoll l-irkupru permezz ta’ tpaċija qabel id-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 80(3)(b) meta jaqbel id-debitur.

2.  Qabel jipproċedi bi kwalunkwe rkupru skont il-paragrafu 1, l-uffiċjal tal-kontabilità jikkonsulta mal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u jinforma lid-debituri kkonċernati.

Meta d-debitur ikun awtorità nazzjonali jew waħda mill-entitajiet amministrattivi tagħha, l-uffiċjal tal-kontabilità jinforma wkoll lill-Istat Membru kkonċernat mill-anqas 10 ijiem qabel dwar l-intenzjoni tiegħu li jirrikorri għall-irkupru permezz ta’ tpaċija. Madankollu, bi qbil mal-Istat Membru jew mal-entità amministrattiva kkonċernata, l-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jipproċedi bl-irkupru permezz ta’ tpaċija qabel tgħaddi dik id-data tal-għeluq.

3.  It-tpaċija msemmija fil-paragrafu 1 jkollha l-istess effett bħal ħlas u għandha teħles lill-Unjoni mill-ammont tad-dejn u, fejn xieraq, mill-imgħax dovut.

Artikolu 88

Il-proċedura ta’ rkupru meta ma jsirx ħlas volontarju

(l-Artikoli 79 u 80 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Bla ħsara għall-Artikolu 87, jekk l-ammont sħiħ ma jkunx ġie rkuprat sad-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 80(3)(b) u speċifikata fin-nota ta’ debitu, l-uffiċjal tal-kontabilità jinforma lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u mingħajr dewmien jibda l-proċedura sabiex isir irkupru b’kull mod previst mil-liġi, inkluż, fejn ikun xieraq, bl-infurzar ta’ kwalunkwe garanzija mogħtija bil-quddiem.

2.  Bla ħsara għall-Artikolu 87, meta ma jkunx jista’ jintuża l-metodu ta’ rkupru msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u d-debitur ikun naqas milli jħallas b’reazzjoni għall-ittra ta’ avviż formali mibgħuta mill-uffiċjal tal-kontabilità, l-uffiċjal tal-kontabilità jinforza deċiżjoni ta’ rkupru skont l-Artikolu 79(2) tar-Regolament Finanzjarju jew b’azzjoni legali.

Artikolu 89

Żmien addizzjonali għall-ħlas

(l-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju)

L-uffiċjal tal-kontabilità, f’kollaborazzjoni mal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, jista’ jagħti aktar żmien biex isir il-ħlas biss b’talba bil-miktub mid-debitur, bir-raġunijiet għaliex għandu jagħmel dan, u bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) id-debitur iwiegħed li jħallas imgħax bir-rata speċifikata fl-Artikolu 83 għall-perjodu addizzjonali kollu miżjud, li jibda mid-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 80(3)(b);

(b) sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet tal-Unjoni, id-debitur jagħti garanzija finanzjarja li tagħmel tajjeb għas-somma prinċipali u għall-imgħax, li tkun aċċettata mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-istituzzjoni.

Il-garanzija msemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu tista’ tiġi sostitwita minn garanzija konġunta u separata ma’ parti terza approvata mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-istituzzjoni.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, wara talba mid-debitur, l-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jirrinunzja għall-ħtieġa ta’ garanzija msemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu meta, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tiegħu, id-debitur ikun irid u jkun jista’ jagħmel il-ħlas fil-perjodu ta’ żmien addizzjonali, iżda ma jkunx jista’ jipprovdi tali garanzija u jkun jinsab f’sitwazzjoni diffiċli.

Artikolu 90

L-irkupru ta’ multi jew pieni oħra

(l-Artikolu 80 u 83 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Meta tittieħed azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa jew pieni oħra skont it-TFUE jew it-Trattat tal-Euratom u sa dak iż-żmien li jkunu ġew eżawriti r-rimedji legali kollha, id-debitur iħallas provviżorjament l-ammonti kkonċernati fil-kont bankarju nnominat mill-uffiċjal tal-kontabilità jew inkella jipprovdi garanzija finanzjarja li tkun aċċettabbli għall-uffiċjal tal-kontabilità. Il-garanzija tkun indipendenti mill-obbligu ta’ ħlas tal-multa jew tal-pieni jew ta’ pieni oħra u għandha tkun infurzabbli mal-ewwel sejħa. Hija tkopri t-talba fir-rigward tas-somma kapitali ewlenija u l-imgħax dovut kif speċifikat fl-Artikolu 83(4).

2.  Il-Kummissjoni tiżgura l-ammonti mħallsa provviżorjament billi tara li dawn jiġu investiti f’assi finanzjarji sabiex b’hekk jiġu żgurati s-sigurtà u l-likwidità tal-flejjes, filwaqt li timmira wkoll li tipproduċi redditu pożittiv.

3.  Wara li jkunu ġew eżawriti r-rimedji legali kollha u jkunu ġew ikkonfermati l-multi jew il-pieni, tittieħed kwalunkwe waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a) l-ammonti miġbura provviżorjament u l-imgħax u ammonti oħra li jkunu ġġeneraw jiddaħħlu fil-baġit skont l-Artikolu 83 tar-Regolament Finanzjarju mhux aktar tard milli matul is-sena finanzjarja wara dik li fiha jkunu ġew eżawriti r-rimedji legali kollha;

(b) meta tkun ġiet ipprovduta garanzija finanzjarja, din tal-aħħar tiġi infurzata u l-ammonti korrispondenti jiddaħħlu fil-baġit;

meta l-ammont tal-multa jew tal-pieni jkun żdied mill-Qorti, japplikaw il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu sal-ammonti tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni u l-uffiċjal tal-kontabilità jiġbor l-ammont li jikkorrispondi għaż-żieda, li mbagħad għandu jiddaħħal fil-baġit.

4.  Wara li jkunu ġew eżawriti r-rimedji legali kollha u l-multi jew il-pieni jkunu tħassru jew tnaqqsu, tittieħed kwalunkwe waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a) l-ammonti indebitament miġbura flimkien mal-imgħax iġġenerat jitħallsu lura lill-parti terza kkonċernata. F’każijiet fejn ir-redditu globali ġġenerat għall-perjodu rilevanti kien wieħed negattiv, il-valur nominali tal-ammonti indebitament miġbura jitħallas lura;

(b) meta tkun ġiet ipprovduta garanzija finanzjarja, din tal-aħħar tiġi rilaxxata kif xieraq.

Artikolu 91

Ir-rinunzja tal-irkupru ta’ ammont riċevibbli stabbilit

(l-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jirrinunzja parti mill-ammont riċevibbli stabbilit jew l-ammont kollu f’dawn il-każijiet biss:

(a) meta l-ispiża mbassra tal-irkupru tkun akbar mill-ammont li għandu jiġi rkuprat u r-rinunzja ma tkunx ta’ ħsara għall-immaġini tal-Unjoni;

(b) meta l-ammont riċevibbli ma jkunx jista’ jiġi rkuprat minħabba ż-żmien jew minħabba l-insolvenza tad-debitur;

(c) meta l-irkupru ma jkunx konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

2.  Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jaġixxi skont il-proċeduri ddeterminati minn qabel stabbiliti f’kull istituzzjoni u japplika l-kriterji li ġejjin li huma obbligatorji u applikabbli fiċ-ċirkostanzi kollha:

(a) il-fatti, billi titqies il-gravità tal-irregolarità li twassal għall-istabbiliment tal-ammont riċevibbli (frodi, reat ripetut, intenzjoni, diliġenza, bona fede, żball ċar);

(b) l-impatt li r-rinunzja tal-irkupru jkollha fuq l-operazzjonijiet tal-Unjoni u l-interessi finanzjarji tagħhom (l-ammont involut, ir-riskju li jinħoloq preċedent, imminar tal-awtorità tal-liġi).

Skont iċ-ċirkostanzi tal-każ, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jkollu bżonn jikkunsidra wkoll il-kriterji addizzjonali li ġejjin:

(a) kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni li tiġi kkawżata mir-rinunzja tal-irkupru;

(b) id-danni ekonomiċi u soċjali li jistgħu jinħolqu li kieku d-dejn kellu jitħallas kollu.

3.  Id-deċiżjoni ta’ rinunzja msemmija fl-Artikolu 80(2) tar-Regolament Finanzjarju tiġi ssostanzjata u tirreferi għad-diliġenza eżerċitata biex isir l-irkupru u għall-punti tal-liġi u l-fatt li fuqhom tkun ibbażata r-rinunzja. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jirrinunzja l-irkupru skont l-Artikolu 84.

4.  Ir-rinunzja tal-irkupru ta’ ammont riċevibbli stabbilit tista’ ma tiġix iddelegata mill-istituzzjoni fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) meta l-ammont li għandu jiġi rrinunzjat ikun ta’ EUR 1 000 000 jew aktar;

(b) meta l-ammont li għandu jiġi rrinunzjat ikun ta’ EUR 100 000 jew aktar, meta dan ikun jirrappreżenta 25 % jew aktar tal-ammont riċevibbli stabbilit.

Taħt il-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, kull istituzzjoni tistabbilixxi fir-regoli interni tagħha l-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex tiddelega l-poter li jiġi rrinunzjat l-irkupru ta’ dejn stabbilit.

5.  Kull istituzzjoni tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar ir-rinunzji msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu li jinvolvu EUR 100 000 jew aktar. Fil-każ tal-Kummissjoni, dak ir-rapport ikun anness mas-sommarju tar-rapporti annwali tal-attività msemmija fl-Artikolu 66(9) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 92

Tħassir ta’ ammont riċevibbli stabbilit

(l-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Fil-każ ta’ żball, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jħassar totalment jew parzjalment l-ammont riċevibbli stabbilit skont l-Artikoli 82 u 84 u jagħti raġunijiet adegwati.

2.  Kull istituzzjoni tistabbilixxi fir-regoli interni tagħha l-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex tiddelega l-poter li jitħassar ammont riċevibbli stabbilit.

Artikolu 93

Regoli għall-perjodi ta’ limitazzjoni

(l-Artikolu 81 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-intitolamenti tal-Unjoni fir-rigward ta’ partijiet terzi jibda jiddekorri malli tinqabeż l-iskadenza kkomunikata lid-debitur fin-nota ta’ debitu kif speċifikat fl-Artikolu 80(3)(b).

Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-intitolamenti ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Unjoni jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha jkun dovut il-ħlas tal-intitolamenti lill-parti terza skont l-impenn legali korrispondenti.

2.  Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-intitolamenti tal-Unjoni fir-rigward ta’ partijiet terzi jiġi interrott bi kwalunkwe att ta’ istituzzjoni, jew ta’ Stat Membru li jaġixxi b’talba ta’ istituzzjoni, innotifikat lill-parti terza u bil-għan li jiġi rkuprat id-dejn.

Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-intitolamenti ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Unjoni jiġi interrott bi kwalunkwe att innotifikat lill-Unjoni mill-kredituri tagħha jew f’isem il-kredituri tagħha bil-għan li jiġi rkuprat id-dejn.

3.  Perjodu ta’ limitazzjoni ġdid ta’ ħames snin jibda jiddekorri mill-ġurnata ta’ wara l-interruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

4.  Kwalunkwe azzjoni legali li tirrigwarda ammont riċevibbli kif imsemmi fil-paragrafu 1, inklużi azzjonijiet miġjuba quddiem qorti li aktar tard tiddikjara lilha nnifisha bħala li ma għandhiex ġurisdizzjoni, tinterrompi l-perjodu ta’ limitazzjoni. Il-perjodu ta’ limitazzjoni ġdid ta’ ħames snin ma jibdiex sakemm tingħata sentenza li jkollha s-saħħa ta’ res judicata jew sakemm tintlaħaq soluzzjoni extraġudizzjarja bejn l-istess partijiet fuq l-istess azzjoni.

5.  Meta l-uffiċjal tal-kontabilità jagħti lid-debitur żmien addizzjonali għall-ħlas skont l-Artikolu 89, dan jitqies bħala interruzzjoni tal-perjodu ta’ limitazzjoni. Il-perjodu ta’ limitazzjoni ġdid ta’ 5 snin jibda jiddekorri mill-ġurnata ta’ wara l-iskadenza taż-żmien estiż għall-ħlas.

6.  Ma jiġux irkuprati intitolamenti wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni, kif stabbilit fil-paragrafi minn 1 sa 5.



KAPITOLU 6

Operazzjonijiet ta’ nefqa

Artikolu 94

Deċiżjoni ta’ finanzjament

(l-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Id-deċiżjoni ta’ finanzjament tistabbilixxi l-elementi essenzjali ta’ azzjoni li tinvolvi nefqa mill-baġit.

2.  B’mod partikolari, id-deċiżjoni ta’ finanzjament tistabbilixxi dawn li ġejjin:

(a) għall-għotjiet:

(i) ir-referenza għall-att bażiku u l-intestatura tal-baġit;

(ii) il-prijoritajiet tas-sena, l-għanijiet li għandhom jintlaħqu u r-riżultati mbassra għall-approprjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja;

(iii) il-kriterji essenzjali ta’ eliġibbiltà, għażla u għoti li għandhom jintużaw sabiex jintgħażlu l-proposti;

(iv) ir-rata massima possibbli ta’ kofinanzjament u, jekk ikunu previsti rati differenti, il-kriterji li għandhom jiġu segwiti għal kull rata;

(v) l-iskeda u l-ammont indikattiv tas-sejħiet għall-proposti;

(b) għall-akkwisti:

(i) il-pakkett baġitarju globali riżervat għall-akkwisti matul is-sena;

(ii) in-numru indikattiv u t-tip ta’ kuntratti previsti u, jekk ikun possibbli, is-suġġett tagħhom f’termini ġeneriċi;

(iii) il-qafas ta’ żmien indikattiv għat-tnedija tal-proċeduri ta’ akkwist;

(c) għall-fondi fiduċjarji msemmija fl-Artikolu 187 tar-Regolament Finanzjarju:

(i) ir-referenza għall-att bażiku u l-intestatura tal-baġit;

(ii) l-approprjazzjonijiet riżervati għall-fond fiduċjarju għas-sena flimkien mal-ammonti ppjanati matul iż-żmien tiegħu;

(iii) l-għanijiet tal-fond fiduċjarju u t-tul ta’ żmien tiegħu;

(iv) ir-regoli ta’ governanza tal-fond fiduċjarju;

(v) il-possibbiltà li l-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lill-entitajiet u lill-persuni msemmija fl-Artikolu 187(2) tar-Regolament Finanzjarju;

(d) għall-premjijiet:

(i) ir-referenza għall-att bażiku u l-intestatura tal-baġit;

(ii) l-għanijiet li għandhom jintlaħqu u r-riżultati previsti;

(iii) il-kundizzjonijiet essenzjali għall-parteċipazzjoni u l-kriterji tal-għoti;

(iv) l-iskeda tal-kompetizzjoni u l-ammont tal-premju jew tal-premjijiet;

(e) għall-istrumenti finanzjarji:

(i) ir-referenza għall-att bażiku u l-intestatura tal-baġit;

(ii) l-għanijiet li għandhom jintlaħqu u r-riżultati previsti;

(iii) l-ammont allokat għall-istrument finanzjarju;

(iv) l-iskeda indikattiva tal-implimentazzjoni.

3.  Meta l-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju jkun fih l-informazzjoni stipulata fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għall-għotjiet iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja, id-deċiżjoni li tadottah titqies li hija d-deċiżjoni ta’ finanzjament għal dawk l-għotjiet.

Fir-rigward tal-akkwisti, il-fondi fiduċjarji, il-premjijiet u l-istrumenti finanzjarji, meta l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet korrispondenti awtorizzati għas-sena finanzjarja tkun prevista minn programm ta’ ħidma li jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, id-deċiżjoni li tadotta dan il-programm ta’ ħidma titqies ukoll li hija d-deċiżjoni ta’ finanzjament għall-akkwisti, il-fondi fiduċjarji, il-premjijiet u l-istrumenti finanzjarji involuti.

Jekk il-programm ta’ ħidma ma jkunx fih informazzjoni bħal din għal azzjoni waħda jew aktar, huwa għandu jiġi mmodifikat kif xieraq jew inkella tiġi adottata deċiżjoni ta’ finanzjament speċifika għall-azzjonijiet ikkonċernati.

4.  Bla ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika ta’ att bażiku, kull tibdil sostanzjali f’deċiżjoni ta’ finanzjament diġà adottata jsegwi l-istess proċedura bħad-deċiżjoni inizjali.



Taqsima 1

Impenn ta’ Nfiq

Artikolu 95

Impenji globali u proviżorji

(l-Artikolu 85 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-impenn baġitarju globali jiġi implimentat billi jintlaħaq ftehim ta’ finanzjament, li fih innifsu jwassal għall-konklużjoni sussegwenti ta’ impenn legali wieħed jew aktar, jew inkella bil-konklużjoni ta’ impenn legali wieħed jew aktar.

Il-ftehimiet ta’ finanzjament fil-qasam tal-għajnuna finanzjarja diretta lil pajjiżi terzi, inkluż l-appoġġ baġitarju, li jikkostitwixxu impenji legali, jistgħu jagħtu lok għal ħlasijiet mingħajr il-konklużjoni ta’ impenji legali oħra.

2.  L-impenn baġitarju provviżorju jiġi implimentat bil-konklużjoni ta’ impenn legali wieħed jew aktar li jagħtu lok għal intitolament għal ħlasijiet sussegwenti jew f’każijiet li jirrigwardaw infiq fuq il-ġestjoni tal-persunal jew li jirrigwardaw ħlasijiet ta’ komunikazzjoni mwettqa mill-istituzzjonijiet biex ikopru l-avvenimenti tal-Unjoni, direttament bil-ħlasijiet.

Artikolu 96

L-adozzjoni ta’ impenn globali

(l-Artikolu 85 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Impenn globali jsir fuq il-bażi ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament.

L-aktar tard li jista’ jsir l-impenn globali huwa qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar l-għażla tal-benefiċjarji u, meta l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ikkonċernati tinvolvi l-adozzjoni ta’ programm ta’ ħidma fis-sens tal-Artikolu 188, kmieni kemm jista’ jkun wara l-adozzjoni ta’ dak il-programm.

2.  Meta l-impenn globali jiġi implimentat bil-konklużjoni ta’ ftehim ta’ finanzjament, ma japplikax it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

Artikolu 97

Firma waħda

(l-Artikolu 85 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Ir-regola li jkun hemm firma waħda biss għall-impenn baġitarju u għall-impenn legali korrispondenti tista’ tiġi dderogata biss fil-każijiet li ġejjin:

(a) meta l-impenji jkunu provviżorji;

(b) meta l-impenji globali jkunu relatati ma’ ftehimiet ta’ finanzjament ma’ pajjiżi terzi;

(c) meta d-deċiżjoni tal-istituzzjoni tkun tikkostitwixxi l-impenn legali;

(d) meta l-impenn globali jiġi implimentat minn għadd ta’ impenji legali, li jkunu responsabbli għalihom uffiċjali awtorizzanti differenti;

(e) meta, b’rabta ma’ kontijiet ta’ imprest disponibbli għal azzjoni esterna, l-impenji legali jridu jiġu ffirmati minn membri tal-persunal tal-unitajiet lokali msemmija fl-Artikolu 72 fuq l-istruzzjoni tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli li, madankollu, jibqa’ responsabbli b’mod sħiħ mit-tranżazzjoni sottostanti.

(f) meta istituzzjoni tkun iddelegat il-poteri tal-uffiċjal awtorizzanti lid-direttur ta’ uffiċċju interistituzzjonali Ewropew skont l-Artikolu 199(1) tar-Regolament Finanzjarju.

2.  Jekk l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli li ffirma l-impenn baġitarju ma jkunx disponibbli u jibqa’ indisponibbli għal perjodu li ma jkunx kompatibbli mal-limiti ta’ żmien għall-konklużjoni tal-impenn legali, dak l-impenn legali jiġi konkluż mill-persuna maħtura skont ir-regoli tad-deputazzjoni adottati minn kull istituzzjoni, bil-kundizzjoni li dik il-persuna jkollha l-istatus ta’ uffiċjal awtorizzanti skont l-Artikolu 65(3) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 98

Nefqa amministrattiva koperta minn impenji provviżorji

(l-Artikolu 85 tar-Regolament Finanzjarju)

L-entrati meqjusa bħala nefqa amministrattiva ta’ rutina li tista’ twassal għal impenji provviżorji jinkludu dawn li ġejjin:

(a) nefqa fuq persunal, koperta jew le mir-Regolamenti tal-Persunal, fuq riżorsi umani oħra u fuq ir-remunerazzjoni tal-esperti;

(b) nefqa relatata ma’ Membri tal-istituzzjoni;

(c) nefqa fuq it-taħriġ;

(d) nefqa fuq kompetizzjonijiet, għażla u reklutaġġ;

(e) spejjeż ta’ missjonijiet;

(f) spejjeż ta’ rappreżentanza;

(g) spejjeż ta’ laqgħat;

(h) interpreti u tradutturi freelance;

(i) skambji ta’ uffiċjali;

(j) il-kiri rikorrenti ta’ proprjetà mobbli u immobbli jew ħlasijiet rikorrenti relatati ma’ kuntratti tal-bini fis-sens tal-Artikolu 121 ta’ dan ir-Regolament jew ħlasijiet tas-self skont l-Artikolu 203(8) tar-Regolament Finanzjarju;

(k) assigurazzjoni mixxellanja;

(l) tindif, manutenzjoni u sigurtà;

(m) nefqa fuq il-benesseri u l-kura medika;

(n) l-użu tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni;

(o) spejjeż finanzjarji;

(p) spejjeż legali;

(q) danni, inkluż l-imgħax;

(r) it-tagħmir tax-xogħol;

(s) l-ilma, il-gass u l-elettriku;

(t) pubblikazzjonijiet fuq karta jew f’verżjonijiet elettroniċi;

(u) attivitajiet ta’ komunikazzjoni li jinvolvu ruħhom fihom l-istituzzjonijiet għall-kopertura tal-avvenimenti tal-Unjoni.

Artikolu 99

Ir-reġistrazzjoni ta’ impenji legali individwali

(l-Artikolu 86 tar-Regolament Finanzjarju)

Fil-każ ta’ impenn baġitarju globali segwit minn impenn legali individwali jew bosta impenji legali individwali, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jirreġistra l-ammonti ta’ dan l-impenn jew impenji legali individwali fil-kontijiet ċentrali.

Ir-reġistrazzjoni fil-kontijiet tindika r-referenzi tal-impenn globali fejn qegħdin jitniżżlu l-impenji individwali.

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jirreġistra l-ammonti fil-kontijiet qabel jiffirma l-impenn legali individwali korrispondenti, għajr fil-każijiet imsemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 86(4) tar-Regolament Finanzjarju.

Fil-każijiet kollha, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jivverifika li l-ammont totali ma jkunx akbar mill-ammont tal-impenn globali li jkoprihom.



Taqsima 2

Validazzjoni tan-Nefqa

Artikolu 100

Validazzjoni u “l-mogħdija għall-pagament”

(l-Artikolu 88 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-validazzjoni ta’ kull nefqa tkun ibbażata fuq id-dokumenti ta’ sostenn fis-sens tal-Artikolu 110 li juru l-intitolament tal-kreditur, fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni tas-servizzi tassew mogħtija, il-provvisti tassew ikkonsenjati jew ix-xogħol tassew imwettaq, jew fuq il-bażi ta’ dokumenti oħra li jiġġustifikaw il-ħlas, inklużi ħlasijiet rikorrenti ta’ sottoskrizzjonijiet jew korsijiet ta’ taħriġ.

2.  L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jivverifika d-dokumenti ta’ sostenn personalment jew, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess, jaċċerta li dan ikun sar, qabel ma jieħu d-deċiżjoni li jivvalida n-nefqa.

3.  Id-deċiżjoni tal-validazzjoni tiġi espressa permezz tal-iffirmar ta’ kupun li jgħid “mgħoddi għall-pagament” mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jew minn membru tal-persunal teknikament kompetenti, li jkun ingħata s-setgħa permezz ta’ deċiżjoni formali tal-uffiċjal awtorizzanti u taħt ir-responsabbiltà tiegħu skont l-Artikolu 65(5) tar-Regolament Finanzjarju. Tali deċiżjonijiet ta’ għoti tas-setgħa jinżammu għal referenza futura.

Artikolu 101

Iċċertifikat korrett għall-ħlasijiet ta’ prefinanzjament

(l-Artikolu 88 tar-Regolament Finanzjarju)

Għall-ħlasijiet ta’ prefinanzjament, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jew membru tal-persunal teknikament kompetenti, li jkun ingħata s-setgħa mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, jiċċertifika bl-approvazzjoni “iċċertifikat korrett” li l-kundizzjonijiet mitluba fl-impenn legali għall-ħlas ta’ prefinanzjament ikunu ssodisfati.

Artikolu 102

Il-mogħdija għall-pagament ta’ kuntratti ta’ akkwist għal ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ

(l-Artikolu 88 tar-Regolament Finanzjarju)

Għal ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ li jikkorrispondu għal kuntratti ta’ akkwist, l-approvazzjoni “mgħoddi għall-pagament” tiċċertifika li:

(a) l-istituzzjoni rċeviet fattura mħejjija mill-kuntrattur u rreġistrata b’mod formali;

(b) il-fattura nnifisha, jew dokument intern li jakkumpanja l-fattura riċevuta, ġie(t) approvat(a) bħala “iċċertifikat(a) korrett(a)” u ffirmat(a) mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jew minn membru tal-persunal teknikament kompetenti, li jkun ingħata s-setgħa mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli;

(c) l-aspetti kollha tal-fattura ġew ivverifikati mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jew fuq responsabbiltà tiegħu bil-għan li jiġi stabbilit, b’mod partikolari, l-ammont li għandu jitħallas u l-validità tal-ħlas bħala ħelsien mid-dejn.

L-approvazzjoni “iċċertifikat korrett”, imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu, tiċċertifika li s-servizzi previsti fil-kuntratt ġew ipprovduti kif suppost, jew li l-provvisti previsti fil-kuntratt ġew ikkonsenjati kif suppost, jew li x-xogħol previst fil-kuntratt sar kif suppost. Għall-provvisti u x-xogħol, l-uffiċjal jew impjegat ieħor teknikament kompetenti jħejji ċertifikat provviżorju ta’ aċċettazzjoni, imbagħad ċertifikat finali ta’ aċċettazzjoni fi tmiem il-perjodu tal-garanzija stipulat fil-kuntratt. Dawn iż-żewġ ċertifikati jgħoddu bħala l-approvazzjoni “iċċertifikat korrett”.

Għall-ħlasijiet rikorrenti, inklużi l-ħlasijiet ta’ sottoskrizzjonijiet jew korsijiet ta’ taħriġ, l-approvazzjoni “iċċertifikat korrett” tiċċertifika li l-intitolament tal-kreditur huwa konformi mad-dokumenti rilevanti li jiġġustifikaw il-ħlas.

Artikolu 103

Il-mogħdija għall-pagament ta’ għotjiet għal ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ

(l-Artikolu 88 tar-Regolament Finanzjarju)

Għal ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ li jikkorrispondu għal għotjiet, l-approvazzjoni “mgħoddi għall-pagament” tiċċertifika li:

(a) l-istituzzjoni rċeviet talba għal ħlas imħejjija mill-benefiċjarju u rreġistrata b’mod formali;

(b) it-talba għall-ħlas innifisha, jew dokument intern li jakkumpanja d-dikjarazzjoni tal-ispejjeż li ġiet riċevuta, ġie(t) approvat(a) bħala “iċċertifikat(a) korrett(a)” u ffirmat(a) minn uffiċjal jew impjegat ieħor teknikament kompetenti, li jkun ingħata s-setgħa mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli;

(c) l-aspetti kollha tat-talba għall-ħlas ġew ivverifikati mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jew fuq responsabbiltà tiegħu bil-għan li jiġi stabbilit, b’mod partikolari, l-ammont li għandu jitħallas u l-validità tal-ħlas bħala ħelsien mid-dejn.

Permezz tal-approvazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu, l-uffiċjal jew impjegat ieħor teknikament kompetenti, li jkun ingħata s-setgħa mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, jiċċertifika li l-programm ta’ azzjoni jew ta’ ħidma esegwit mill-benefiċjarju jkun f’kull rigward konformi mal-ftehim jew mad-deċiżjoni ta’ għotja, inkluż, meta applikabbli, li l-ispejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju huma eliġibbli.

Artikolu 104

Il-mogħdija għall-pagament ta’ nfiq fuq il-persunal

(l-Artikolu 88 tar-Regolament Finanzjarju)

Għal ħlasijiet li jikkorrispondu għal nefqa fuq il-persunal, l-approvazzjoni “mgħoddi għall-pagament” tiċċertifika li jeżistu d-dokumenti ta’ sostenn li ġejjin:

(a) fir-rigward tas-salarju ta’ kull xahar:

(i) il-lista sħiħa tal-persunal, li tinkludi l-komponenti kollha tar-remunerazzjoni;

(ii) formola (dokument b’informazzjoni personali) ibbażata fuq id-deċiżjonijiet meħuda f’kull każ individwali, li turi kwalunkwe bidla f’kull komponent tar-remunerazzjoni, kull meta ssir tali bidla;

(iii) fil-każ ta’ reklutaġġi jew ħatriet, kopja vera ċċertifikata tad-deċiżjoni dwar ir-reklutaġġ jew il-ħatra li takkumpanja l-approvazzjoni tal-ewwel ħlas tas-salarju;

(b) fir-rigward ta’ remunerazzjonijiet oħra bħal persunal mħallas bis-siegħa jew bil-ġurnata: dikjarazzjoni ffirmata mill-membru tal-persunal awtorizzat li turi l-ġranet u s-sigħat li jkunu nħadmu;

(c) fir-rigward tas-sahra: dikjarazzjoni ffirmata mill-membru tal-persunal awtorizzat li tiċċertifika l-ammont ta’ sahra maħduma;

(d) fir-rigward tal-ispejjeż tal-missjonijiet:

(i) l-ordni tal-ivvjaġġar iffirmata mill-awtorità kompetenti;

(ii) id-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-missjonijiet, iffirmata mill-membru tal-persunal tal-missjoni u mis-superjur amministrattiv li lilu ġew iddelegati l-poteri xierqa, jekk l-ispejjeż tal-missjoni jkunu differenti mill-ordni tal-istess missjoni;

(e) fir-rigward ta’ xi nefqa amministrattiva oħra relatata mal-persunal, inklużi sottoskrizzjonijiet jew korsijiet ta’ taħriġ li, skont il-kuntratt, għandhom jitħallsu bil-quddiem: id-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fid-deċiżjoni li fuqha tkun ibbażata n-nefqa u bil-komponenti kollha tal-kalkolu.

Id-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-missjonijiet imsemmija fil-punt (d)(ii) tal-ewwel subparagrafu tindika l-post tal-missjoni, id-dati u l-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla fil-post tal-missjoni, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-ispejjeż tal-għajxien u spejjeż oħra debitament awtorizzati wara l-preżentazzjoni ta’ dokumenti ta’ sostenn.

Artikolu 105

Forma materjali ta’ “mgħoddi għall-pagament”

(l-Artikolu 88 tar-Regolament Finanzjarju)

F’sistema mhux kompjuterizzata, l-approvazzjoni “mgħoddi għall-pagament” tieħu l-forma ta’ timbru li jinkorpora l-firma tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jew ta’ membru tal-persunal teknikament kompetenti, li jkun ingħata s-setgħa mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli skont l-Artikolu 100. F’sistema kompjuterizzata, l-approvazzjoni “mgħoddi għall-pagament” tieħu l-forma ta’ validazzjoni assigurata b’mod elettroniku mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jew minn membru tal-persunal teknikament kompetenti, li jkun ingħata s-setgħa mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.

Artikolu 106

Forma materjali ta’ “iċċertifikat korrett”

(l-Artikolu 88 tar-Regolament Finanzjarju)

F’sistema mhux kompjuterizzata, l-“iċċertifikat korrett” tieħu l-forma ta’ timbru li jinkorpora l-firma tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jew ta’ membru tal-persunal teknikament kompetenti, li jkun ingħata s-setgħa mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli skont l-Artikolu 101. F’sistema kompjuterizzata, l-“iċċertifikat korrett” tista’ tieħu l-forma ta’ validazzjoni assigurata b’mod elettroniku mill-membru tal-persunal teknikament kompetenti, li jkun ingħata s-setgħa mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.



Taqsima 3

Awtorizzazzjoni tal-Ħlasijiet

Artikolu 107

Kontrolli fuq il-ħlasijiet mill-uffiċjal awtorizzanti

(l-Artikolu 89 tar-Regolament Finanzjarju)

Meta jagħmel l-ordni ta’ ħlas, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jiżgura li:

(a) l-ordni ta’ ħlas tkun inħarġet kif suppost, jiġifieri li tkun ittieħdet deċiżjoni ta’ validazzjoni korrispondenti minn qabel fil-forma ta’ “mgħoddi għall-pagament”, li d-dettalji tal-benefiċjarju huma korretti u li l-ammont huwa dovut;

(b) l-ordni ta’ ħlas tikkorrispondi għall-impenn baġitarju rreġistrata taħtu;

(c) in-nefqa tiġi inkluża fil-partita korretta fil-baġit;

(d) l-approprjazzjonijiet ikunu disponibbli.

Artikolu 108

Dettalji obbligatorji fuq l-ordnijiet ta’ ħlas u t-trażmissjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità

(l-Artikolu 89 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-ordni ta’ ħlas tispeċifika:

(a) is-sena finanzjarja fejn għandha tiġi rreġistrata n-nefqa;

(b) l-artikolu fil-baġit u kull subdiviżjoni oħra li tista’ tapplika;

(c) ir-referenzi tal-impenn legali li jwassal għall-intitolament għall-ħlas;

(d) ir-referenzi tal-impenn baġitarju fejn għandha tiġi rreġistrata;

(e) l-ammont li għandu jitħallas, espress fil-munita euro;

(f) l-isem, l-indirizz u d-dettalji tal-kont bankarju tal-benefiċjarju;

(g) l-oġġett tan-nefqa;

(h) il-mezzi tal-ħlas;

(i) id-dħul tal-entrati fl-inventarju skont l-Artikolu 248.

2.  L-ordni ta’ ħlas tiġi ddatata u ffirmata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u mbagħad tintbagħat lill-uffiċjal tal-kontabilità.



Taqsima 4

Ħlasijiet tan-Nefqa

Artikolu 109

Tipi ta’ ħlasijiet

(l-Artikolu 90 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-prefinanzjament jipprovdi float. Dan jista’ jinqasam f’għadd ta’ ħlasijiet skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

2.  Ħlas interim, li jista’ jiġi ripetut, jista’ jkopri n-nefqa magħmula għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni jew tal-ftehim jew biex jitħallsu s-servizzi, il-provvisti jew ix-xogħlijiet li jkunu saru u/jew li ġew ikkonsenjati fl-istadji interim tal-kuntratt. Huwa jista’ jikklerja l-prefinanzjament kollu jew parti minnu, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-att bażiku.

3.  L-għeluq tan-nefqa jieħu l-forma tal-ħlas tal-bilanċ, li ma jistax jiġi ripetut u li jikklerja n-nefqa kollha li tkun saret qabel, jew ordni ta’ rkupru.

Artikolu 110

Dokumenti ta’ sostenn

(l-Artikolu 90 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-prefinanzjament, inkluż fil-każijiet fejn dan jinqasam f’għadd ta’ ħlasijiet, jitħallas fuq il-bażi tal-kuntratt, tad-deċiżjoni, tal-ftehim jew tal-att bażiku, jew fuq il-bażi ta’ dokumenti ta’ sostenn li jagħmluha possibbli li jiġi vverifikat li t-termini tal-kuntratt, tad-deċiżjoni jew tal-ftehim inkwistjoni jkunu qed jiġu rrispettati. Jekk tiġi stabbilita data għall-ħlas tal-prefinanzjament f’dawk l-istrumenti, il-ħlas tal-ammont dovut ma jiddependix fuq talba oħra.

2.  Il-ħlasijiet interim u l-ħlasijiet tal-bilanċi jkunu bbażati fuq dokumenti ta’ sostenn li jagħmluha possibbli li jiġi vverifikat jekk l-azzjoni ffinanzjata saritx skont l-att bażiku jew skont id-deċiżjoni, jew inkella skont it-termini tal-kuntratt jew tal-ftehim.

3.  L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jistabbilixxi, skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, in-natura tad-dokumenti ta’ sostenn imsemmija f’dan l-Artikolu skont l-att bażiku, id-deċiżjonijiet, il-kuntratti u l-ftehimiet. Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni tekniċi u finanzjarji interim u finali jikkostitwixxu dokumenti ta’ sostenn għall-finijiet tal-paragrafu 2.

4.  Id-dokumenti ta’ sostenn jinżammu mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli skont l-Artikolu 48.



Taqsima 5

Limiti ta’ Żmien għall-Operazzjonijiet ta’ Nefqa

Artikolu 111

Limiti ta’ żmien għall-ħlas u l-imgħax awtomatiku

(l-Artikolu 92 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Iż-żmien permess sabiex isiru l-ħlasijiet jinftiehem bħala li jinkludi l-approvazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-ħlas tan-nefqa.

Huwa jibda jiddekorri minn dakinhar li tasal it-talba għal ħlas.

Talba għall-ħlas tiġi rreġistrata mid-dipartiment awtorizzat tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli mill-aktar fis possibbli u titqies li ġiet riċevuta mid-data meta tiġi rreġistrata.

Id-data tal-ħlas titqies li hija d-data meta jiġi debitat il-kont tal-istituzzjoni.

2.  Talba għall-ħlas tinkludi l-elementi essenzjali li ġejjin:

(a) l-identifikazzjoni tal-kreditur;

(b) l-ammont;

(c) il-munita;

(d) id-data.

Fejn ikun hemm mill-anqas element essenzjali wieħed nieqes, it-talba għall-ħlas tiġi rifjutata.

Il-kreditur jiġi mgħarraf bil-miktub dwar ir-rifjut u r-raġunijiet għalih mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-wasla tat-talba tal-ħlas.

3.  Fil-każ ta’ sospensjoni kif imsemmija fl-Artikolu 92(2) tar-Regolament Finanzjarju, iż-żmien li jifdal sabiex isir il-ħlas jerġa’ jibda jiddekorri mid-data meta jaslu l-informazzjoni mitluba jew id-dokumenti riveduti jew minn meta titwettaq il-verifika ulterjuri neċessarja, inklużi l-kontrolli fuq il-post.

4.  Kif jagħlaq iż-żmien stabbilit fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-kreditur ikun intitolat għall-imgħax skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ir-rati tal-imgħax ikunu dawk imsemmija fl-Artikolu 83(2) ta’ dan ir-Regolament;

(b) l-imgħax ikun pagabbli għall-perjodu li jgħaddi mill-jum kalendarju wara l-għeluq tal-limitu taż-żmien għall-ħlas stabbilit fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament Finanzjarju sal-jum tal-ħlas.

Madankollu, meta l-imgħax ikkalkolat skont l-ewwel subparagrafu jkun inqas minn jew ugwali għal EUR 200, dan jitħallas lill-kreditur biss wara talba li tiġi sottomessa fi żmien xahrejn mill-wasla tal-ħlas tard.

5.  Kull istituzzjoni tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-konformità mal-limiti ta’ żmien u dwar is-sospensjoni tal-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 92 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-rapport tal-Kummissjoni jkun anness mas-sommarju tar-rapporti annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 66(9) tar-Regolament Finanzjarju.



KAPITOLU 7

Sistemi tal-IT

Artikolu 112

Deskrizzjoni tas-sistemi tal-IT

(l-Artikolu 93 tar-Regolament Finanzjarju)

Meta jintużaw sistemi u sottosistemi tal-kompjuter għall-ipproċessar ta’ operazzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit, tkun meħtieġa deskrizzjoni sħiħa u aġġornata ta’ kull sistema jew sottosistema.

Kull deskrizzjoni tiddefinixxi l-kontenut ta’ x’għandu jiddaħħal u fejn għandu jiddaħħal u tiddeskrivi kif is-sistema tittratta kull operazzjoni individwali. Hija turi fid-dettall kif is-sistema tiggarantixxi li kull operazzjoni tista’ tkun ivverifikata mill-bidu sat-tmiem.

Artikolu 113

Arkivjar perjodiku

(l-Artikolu 93 tar-Regolament Finanzjarju)

Id-dejta fis-sistemi u s-sottosistemi tal-kompjuter tiġi arkivjata perjodikament u miżmuma f’post sigur.



KAPITOLU 8

L-awditur intern

Artikolu 114

Il-ħatra tal-awditur intern

(l-Artikolu 98 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Kull istituzzjoni taħtar l-awditur intern tagħha skont l-arranġamenti adattati għall-karatteristiċi u r-rekwiżiti speċifiċi tagħha. L-istituzzjoni tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħatra tal-awditur intern.

2.  Skont il-karatteristiċi u r-rekwiżiti speċifiċi tagħha, kull istituzzjoni tiddetermina l-għan tal-missjoni tal-awditur intern u tistabbilixxi fid-dettall l-objettivi u l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ awditjar intern b’rispett xieraq għall-istandards internazzjonali tal-awditjar intern.

3.  L-istituzzjoni tista’ taħtar bħala awditur intern, minħabba l-kompetenza partikolari tiegħu, uffiċjal jew impjegat ieħor kopert mir-Regolamenti tal-Persunal magħżul minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri.

4.  Jekk ikun hemm żewġ istituzzjonijiet jew aktar li jaħtru lill-istess awditur intern, huma jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa għalih sabiex jiġi ddikjarat bħala responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu kif stipulat fl-Artikolu 119.

5.  L-istituzzjoni tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta jintemmu d-dmirijiet tal-awditur intern.

Artikolu 115

Riżorsi għall-awditur intern

(l-Artikolu 99 tar-Regolament Finanzjarju)

L-istituzzjoni tipprovdi r-riżorsi meħtieġa biex l-awditur intern ikun jista’ jaqdi sew il-funzjoni tiegħu ta’ awditjar intern, kif ukoll karta tal-missjoni li tiddeskrivi fid-dettall il-kompiti, id-dmirijiet u l-obbligi tiegħu.

Artikolu 116

Il-programm ta’ ħidma

(l-Artikolu 99 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-awditur intern jadotta l-programm ta’ ħidma tiegħu u jissottomettih lill-istituzzjoni.

2.  L-istituzzjoni tista’ titlob lill-awditur intern biex iwettaq awditi li ma jkunux inklużi fil-programm ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 117

Rapporti tal-awditur intern

(l-Artikolu 99 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-awditur intern jibgħat lill-istituzzjoni r-rapport annwali dwar l-awditjar intern previst fl-Artikolu 99(3) tar-Regolament Finanzjarju, fejn jindika l-għadd u t-tip ta’ awditi interni mwettqa, ir-rakkomandazzjonijiet prinċipali li saru u l-azzjoni li ttieħdet fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

Dak ir-rapport annwali jsemmi wkoll kwalunkwe problema sistemika li tiġi osservata mill-grupp speċjalizzat imwaqqaf skont l-Artikolu 73(6) tar-Regolament Finanzjarju.

2.  Kull istituzzjoni tikkunsidra jekk ir-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-rapporti tal-awditur intern tagħha humiex adatti għal skambju tal-aqwa prattiċi ma’ istituzzjonijiet oħra.

3.  L-awditur intern, waqt li jkun qiegħed jelabora r-rapport tiegħu, jiffoka b’mod partikolari fuq il-konformità ġenerali mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u jiżgura li jkunu ttieħdu l-miżuri xierqa sabiex tittejjeb u tissaħħaħ kontinwament l-applikazzjoni tiegħu.

Artikolu 118

Indipendenza

(l-Artikolu 100 tar-Regolament Finanzjarju)

L-awditur intern igawdi minn indipendenza totali fit-twettiq tal-awditi tiegħu. Huwa ma jistax jingħata struzzjonijiet u ma jistax ikun ristrett b’xi mod fir-rigward tal-funzjonijiet li, minħabba l-ħatra tiegħu, huma mogħtija lilu skont ir-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 119

Ir-responsabbiltà tal-awditur intern

(l-Artikolu 100 tar-Regolament Finanzjarju)

L-istituzzjoni weħidha, billi timxi skont dan l-Artikolu, tista’ taġixxi biex l-awditur intern, bħala uffiċjal jew impjegat ieħor soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal, ikun iddikjarat bħala responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu.

L-istituzzjoni tieħu deċiżjoni motivata biex tibda investigazzjoni. Dik id-deċiżjoni tiġi kkomunikata lill-parti interessata. Taħt ir-responsabbiltà diretta tagħha, l-istituzzjoni tista’ tagħti l-investigazzjoni f’idejn uffiċjal wieħed jew aktar, ta’ grad ugwali jew ogħla minn dak tal-membru tal-persunal ikkonċernat. Il-fehmiet tal-parti interessata jinstemgħu matul l-investigazzjoni.

Ir-rapport tal-investigazzjoni jintbagħat lill-parti interessata, li mbagħad għandha tinstema’ mill-istituzzjoni fuq is-suġġett ta’ dak ir-rapport.

Abbażi tar-rapport u s-smigħ, l-istituzzjoni tadotta deċiżjoni motivata li ttemm il-proċeduri jew deċiżjoni motivata skont l-Artikoli 22, 86 u l-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal. Id-deċiżjonijiet li jimponu miżuri dixxiplinarji jew pieni finanzjarji jiġu nnotifikati lill-parti interessata u jintbagħtu, għall-finijiet ta’ informazzjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Qorti tal-Awdituri.

Il-parti interessata tista’ tressaq azzjoni fir-rigward ta’ tali deċiżjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif previst fir-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 120

Azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(l-Artikolu 100 tar-Regolament Finanzjarju)

Bla ħsara għar-rimedji permessi mir-Regolamenti tal-Persunal, l-awditur intern jista’ jressaq azzjoni direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għal kull att relatat mal-qadi ta’ dmirijietu bħala awditur intern. Azzjoni bħal din għandha tiġi ddepożitata fi żmien tliet xhur mill-jum kalendarju meta jkun innotifikat l-att inkwistjoni.

Tali azzjonijiet jiġu investigati u jinstemgħu kif previst fl-Artikolu 91(5) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.



▼M1

TITOLU V

AKKWISTI PUBBLIĊI U L-KONĊESSJONIJIET

▼B



KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

▼M1



Taqsima 1

Kamp ta' applikazzjoni u prinċipji tal-għoti

Artikolu 121

Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

(L-Artikolu 101(2) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-kuntratti ta' bini jkopru x-xiri, il-kiri fit-tul, l-użufrutt, it-twellija, il-kiri jew lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri, bil-possibbiltà jew le ta' xiri, ta' art, binjiet eżistenti jew proprjetà immobbli oħra.

2.  Il-kuntratti ta' provvista jkopru x-xiri, it-twellija, il-kiri jew il-lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri bil-possibbiltà jew le ta' xiri. Kuntratti ta' provvista jistgħu jinkludu, bħala aspett sekondarju, attivitajiet fuq il-post u ta' installazzjoni.

3.  Kuntratti għal xogħlijiet ikopru jew l-esekuzzjoni, jew kemm l-eżekuzzjoni kif ukoll it-tfassil tax-xogħol relatat ma' waħda mill-attivitajiet imniżżla fl-Anness II tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2014/24/UE ( 4 ) jew it-twettiq, bi kwalunkwe mezz, ta' xogħol li jikkorrispondu mar-rekwiżiti speċifikati mill-awtorità kontraenti waqt li teżerċità influwenza deċiżiva fuq it-tip jew it-tfassil tax-xogħol.

“Xogħol” tfisser l-eżitu ta' xogħlijiet ta' bini jew ta' inġinerija ċivili meħuda fil-kumplessività tagħhom li minnhom infushom jistgħu jaqdu funzjoni ekonomika jew teknika.

4.  Il-kuntratti ta' servizzi jkopru s-servizzi intellettwali u mhux intellettwali kollha għajr dawk li huma koperti minn kuntratti ta' provvista, kuntratti ta' xogħlijiet jew kuntratti ta' bini.

5.  Fil-każ ta' kuntratti mħallta li jikkonsistu minn servizzi u provvisti, l-għan prinċipali jiġi stabbilit bi tqabbil tal-valuri tas-servizzi jew il-provvisti rispettivi.

Kuntratt li jkopri tip wieħed ta' akkwist (xogħlijiet, servizzi jew provvisti) u konċessjonijiet (xogħlijiet jew servizzi) għandu jingħata f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt pubbliku.

6.  Kwalunkwe referenza għan-nomenklaturi fil-kuntest tal-akkwist pubbliku ssir bl-użu tal-“Vokabularju Komuni tal-Akkwist (CPV)” kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).

7.  L-awtorità kontraenti ma tistax teżiġi li grupp ta' operaturi ekonomiċi jkollu forma legali partikolari sabiex jitfa' offerta jew jitlob li jieħu sehem, iżda l-grupp magħżul jista' jintalab jadotta forma legali partikolari wara li jkun ingħatalu l-kuntratt jekk tali bidla tkun meħtieġa għat-twettiq xieraq tal-kuntratt.

8.  L-iskambji kollha mal-kuntratturi, inklużi l-konklużjoni ta' kuntratti u kwalunkwe emenda għalihom, jistgħu jsiru permezz ta' sistemi ta' skambju elettroniċi stabbiliti mill-awtorità kontraenti.

9.  Is-sistema elettronika ta' skambju għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) persuni awtorizzati biss jista' jkollhom aċċess għas-sistema u d-dokumenti trażmessi fiha;

(b) persuni awtorizzati biss jistgħu jiffirmaw jew jittrażmettu dokument permezz tas-sistema;

(c) persuni awtorizzati jridu jiġu identifikati permezz tas-sistema b'mezzi stabbiliti.

(d) il-ħin u d-data tat-tranżazzjoni elettronika jridu jiġu stabbiliti bi preċiżjoni;

(e) trid tinżamm l-integrità tad-dokumenti;

(f) trid tinżamm id-disponibilità tad-dokumenti;

(g) fejn ikun xieraq, trid tinżamm il-kunfidenzjalità tad-dokumenti;

(h) trid tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dejta personali skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

10.  Dejta mibgħuta jew riċevuta permezz ta' sistema bħal din tgawdi mill-preżunzjoni legali tal-integrità tad-dejta u l-preċiżjoni tad-data u l-ħin ta' meta ntbagħtet jew ġiet riċevuta d-dejta indikati mis-sistema.

Dokument mibgħut jew innotifikat permezz ta' sistema bħal din jitqies ekwivalenti għal dokument fuq karta, ikun ammissibbli bħala prova fi proċedimenti legali, jitqies oriġinali u jgawdi l-preżunzjoni legali tal-awtentiċità u l-integrità tiegħu, bil-kundizzjoni li ma jkunx fih karatteristiċi dinamiċi li kapaċi jbiddluh b'mod awtomatiku.

Il-firem elettroniċi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 9 ikollhom l-effett legali ekwivalenti ta' firem bl-idejn.

Artikolu 122

Kuntratti qafas u kuntratti speċifiċi

(L-Artikolu 101(2) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Kuntratt qafas ma jistax ikun għal aktar minn erba' snin, ħlief f'każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati b'mod partikolari mis-suġġett tal-kuntratt qafas.

Kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratti qafas għandhom jingħataw skont il-kondizzjonijiet tal-kuntratt qafas.

Meta jingħataw kuntratti speċifiċi, il-partijiet ma jistgħux jagħmlu tibdil sostanzjali għall-kuntratt qafas.

2.  Meta kuntratt qafas jiġi konkluż ma' operatur ekonomiku wieħed biss, il-kuntratti speċifiċi jingħataw fil-limiti tat-termini stipulati fil-kuntratt qafas.

F'ċirkustanzi debitament ġustifikati, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonsultaw bil-miktub lill-kuntrattur, u jitolbuh jissupplimenta l-offerta tiegħu jekk meħtieġ.

3.  Meta kuntratt qafas ikun irid jiġi konkluż ma' diversi operaturi ekonomiċi (“kuntratt qafas multiplu”), jista' jieħu l-forma ta' kuntratti separati iffirmati b'patti u kundizzjonijiet identiċi ma' kull kuntrattur.

Kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratti qafas konklużi ma' diversi operaturi ekonomiċi għandhom ikunu implimentati b'waħda mill-modi li ġejjin:

(a) skont it-termini tal-kuntratt qafas: mingħajr ma terġa' tinfetaħ il-kompetizzjoni, fejn dan jistabbilixxi l-patti kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti kkonċernati u l-kundizzjonijiet oġġettivi għad-determinazzjoni ta' liema kuntratturi għandhom iwettquhom;

(b) meta mhux it-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti kkonċernati jkunu stabbiliti fil-kuntratt qafas: billi terġa' tinfetaħ il-kompetizzjoni bejn il-kuntratturi, skont il-paragrafu 4 u abbażi ta' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i) l-istess u, fejn neċessarju, b'termini formulati bi preċiżjoni akbar,

(ii) fejn ikun xieraq, fuq il-bażi ta' termini oħra msemmija fid-dokumenti tal-akkwist relatati mal-kuntratt qafas.

(c) parzjalment mingħajr ma tinfetaħ mill-ġdid il-kompetizzjoni skont il-punt (a) u parzjalment bil-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni fost il-kuntratturi skont il-punt (b), fejn din il-possibilità ġiet stipulata mill-awtorità kontraenti fid-dokumenti tal-akkwist relatati mal-kuntratt qafas.

Id-dokumenti tal-akkwist imsemmija fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu għandhom jispeċifikaw ukoll liema termini jistgħu jkunu soġġetti għall-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni.

4.  Kuntratt qafas multiplu bil-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni għandu jiġi konkluż ma' tal-anqas tliet operaturi ekonomiċi, bil-kundizzjoni li jkun hemm għadd suffiċjenti ta' offerti ammissibbli kif imsemmi fl-Artikolu 158(4).

Wara l-għoti ta' kuntratt speċifiku billi terġa' tinfetaħ il-kompetizzjoni bejn il-kuntratturi, l-awtorità kontraenti għandha tikkonsultahom bil-miktub u tiffissa limitu ta' żmien li jkun twil biżżejjed li jippermetti li jiġu ppreżentati offerti speċifiċi. Offerti speċifiċ għandhom jiġu sottomessi bil-miktub. L-awtorità kontraenti għandha tagħti kull kuntratt speċifiku lill-offerent li jkun tefa' l-aktar offerta speċifika ekonomikament vantaġġuża fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stipulati fl-ispeċifikazzjoni tal-kuntratt qafas.

5.  F'setturi soġġetti għal evoluzzjoni mgħaġġla tal-prezzijiet u tat-teknoloġija, il-kuntratti qafas mingħajr ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni jinkludu klawsola dwar reviżjoni ta' nofs it-terminu jew dwar sistema ta' valutazzjoni komparattiva. Wara r-reviżjoni ta' nofs it-terminu, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti inizjalment ma jkunux għadhom adattati għall-evoluzzjoni tal-prezzijiet jew tat-teknoloġija, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tuża l-kuntratt qafas ikkonċernat u tieħu l-miżuri xierqa sabiex ittemmu.

6.  Kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratti qafas għandhom jiġu ppreċeduti minn impenn tal-baġit.



Taqsima 2

Pubbliċità

Artikolu 123

Reklamar ta' proċeduri ugwali jew ogħla mil-limitu minimu skont l-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju jew għal kuntratti li jaqaw fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE

(L-Artikolu 103(1) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-avviżi għal pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha stabbilita fil-formoli standard rilevanti msemmija fid-Direttiva 2014/24/UE biex jiżguraw it-trasparenza tal-proċedura.

2.  L-awtorità kontraenti tista' tħabbar l-intenzjonijiet tagħha ta' akkwisti ppjanati għas-sena finanzjarja permezz ta' pubblikazzjoni ta' avviż ta' informazzjoni minn qabel. Huwa għandu jkopri perjodu li jkun daqs jew inqas minn 12-il xahar mid-data li fiha l-avviż ikun intbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

L-awtorità kontraenti tista' tippubblika avviż ta' informazzjoni minn qabel jew f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew fuq il-profil tax-xerrej tagħha. F'dan il-każ, avviż tal-pubblikazzjoni fuq il-profil tax-xerrej għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.  L-avviż tal-kuntratt għandu jkun użat bħala mezz ta' tnedija ta' proċedura b'valur stmat li jkun daqs jew ogħla mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju, ħlief għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 134 ta' dan ir-Regolament.

4.  L-awtorità kontraenti għandhom jibgħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet avviż ta' għoti fuq ir-riżultati tal-proċedura sa mhux aktar tard minn 30 jum wara l-iffirmar ta' kuntratt jew kuntratt qafas b'valur daqs jew akbar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Madankollu, l-avviżi li jirrigwardaw kuntratti bbażati fuq sistema dinamika ta' xiri jistgħu jinġabru flimkien fuq bażi ta' kull tliet xhur. F'każijiet bħal dawn, l-awtorità kontraenti għandha tibgħat l-avviż lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tmiem ta' kull perjodu ta' tliet xhur.

Avviż ta' għoti ta' kuntratt ma għandux ikun ippublikat għall-kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratti qafas.

5.  L-awtorità kontraenti għandha tippubblika avviż ta' għoti ta' kuntratt:

(a) qabel ma tiffirma kuntratt jew kuntratt qafas b'valur daqs jew akbar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju u mogħti skont il-proċedura skont l-Artikolu 134(1)(b) ta' dan ir-Regolament;

(b) wara li tiffirma kuntratt jew kuntratt qafas b'valur daqs jew akbar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju inkluż dawk mogħtija skont il-proċeduri fil-punti (a) u (c) sa (f) tal-Artikolu 134(1) ta' dan ir-Regolament.

6.  L-awtorità kontraenti għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea avviż ta' modifika ta' kuntratt matul it-tul tiegħu fil-każijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 114a(3) tar-Regolament Finanzjarju, fejn il-valur tal-modifika jkun daqs jew akbar mil-limiti definiti fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju.

7.  F'każ ta' proċedura interistituzzjonali, l-awtorità kontraenti responsabbli għall-proċedura għandha tkun inkarigata li tapplika miżuri ta' pubbliċità.

Artikolu 124

Reklamar ta' proċeduri li jaqgħu taħt il-limitu minimu skont l-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju jew li jaqgħu lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE

(L-Artikolu 103(2) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Proċeduri b'valur stmat tal-kuntratt taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju għandhom ikunu rreklamati b'mezzi xierqa. Tali reklamar jinvolvi pubbliċità ex ante xierqa fuq l-Internet jew avviż ta' kuntratt jew, għal kuntratti mogħtija skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 136 ta' dan ir-Regolament, il-pubblikazzjoni ta' avviż ta' sejħa għal espressjonijiet ta' interess f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan l-obbligu ma għandux japplika għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 134 ta' dan ir-Regolament u l-proċedura negozjata għal kuntratti ta' valur baxx ħafna skont l-Artikolu 137(2) ta' dan ir-Regolament.

2.  Għal kuntratti mogħtija skont il-punti (g) u (i) tal-Artikolu 134 ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kontraenti għandha tibgħat lista tal-kuntratti mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju ta' wara s-sena finanzjarja lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fil-każ tal-Kummissjoni, dik il-lista tiġi annessa mas-sommarju tar-rapporti annwali tal-attività msemmija fl-Artikolu 66(9) tar-Regolament Finanzjarju.

3.  L-informazzjoni dwar l-għoti ta' kuntratt għandha tinkludi l-isem tal-kuntrattur, l-ammont mogħti u s-suġġett tal-kuntratt u, f'każ ta' kuntratti diretti u speċifiċi, din għandha tikkonforma mal-Artikolu 21(3).

L-awtorità kontraenti għandha tippubblika lista ta' kuntratti fuq is-sit tal-Internet tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena finanzjarja segwenti:

(a) kuntratti taħt il-limiti minimi stipulati fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(b) kuntratti mogħtija skont il-punti (h) u (j) sa (m) tal-Artikolu 134 ta' dan ir-Regolament;

(c) modifikazzjonijiet ta' kuntratti kif stabbilit fil-punt (c) tal- Artikolu 114a(3) tar-Regolament Finanzjarju;

(d) il-modifiki tal-kuntratti kif stipulat fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 114a(3) tar-Regolament Finanzjarju, fejn il-valur tal-modifika ikun anqas mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(e) kuntratti speċifiċi f'kuntratt ta' qafas.

Għall-finijiet tal-punt (e) tat-tieni subparagrafu, l-informazzjoni ppubblikata tista' tiġi aggregata għal kull kuntrattur għall-istess suġġett.

4.  Fil-każ ta' kuntratti qafas interistituzzjonali, kull awtorità kontraenti għandha tkun responsabbli għar-reklamar tal-kuntratti speċifiċi tagħha u l-emendi tagħhom skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.

Artikolu 125

Pubblikazzjoni ta' avviżi

(L-Artikolu 103(1) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-awtorità kontraenti għandha tfassal u tibgħat l-avviżi msemmija fl-Artikoli 123 u 124 b'mezzi elettroniċi lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

2.  L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jippubblika l-avviżi msemmija fl-Artikoli 123 u 124 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sa mhux aktar tard minn:

(b) 12-il jum wara d-dispaċċ tagħhom fil-każijiet l-oħra kollha.

3.  L-awtorità kontraenti trid tkun kapaċi tipprovdi evidenza tad-data tal-ħruġ.

Artikolu 126

Forom oħra ta' reklamar

(L-Artikolu 103(2) tar-Regolament Finanzjarju)

Barra mir-reklamar provdut għalih fl-Artikoli 123 u 124, il-proċeduri ta' akkwist jistgħu jkunu rreklamati f'kwalunkwe mod ieħor, notevolment fil-forma elettronika. Kwalunkwe reklamar bħal dan għandu jirreferi għall-avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jekk l-avviż ikun ġie ppubblikat, u ma jistax jippreċedi l-pubblikazzjoni ta' dak l-avviż, li hu biss hu awtentiku.

Tali reklamar ma jista' jintroduċi l-ebda diskriminazzjoni bejn il-kandidati jew l-offerenti u lanqas ma jista' jkun fih dettalji ħlief dawk inklużi fl-avviż tal-kuntratt, jekk l-avviż ikun ġie ppubblikat.



Taqsima 3

Proċeduri ta' akkwist

Artikolu 128

Għadd minimu ta' kandidati u arranġamenti għan-negozjar

(L-Artikolu 104(4) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Fi proċedura ristretta, u fil-proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 136(1) u fl-Artikolu 136a, l-għadd minimu ta' kandidati għandu jkun ħamsa.

2.  Fil-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, id-djalogu kompetittiv, is-sħubija għall-innovazzjoni, ir-riċerka tas-suq lokali skont l-Artikolu 134(1)(g) u l-proċedura negozjata għal kuntratti ta' valur baxx skont l-Artikolu 137(1), l-għadd minimu ta' kandidati għandu jkun tlieta.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw fil-każijiet li ġejjin:

(a) proċeduri nnegozjati għal kuntratti ta' valur baxx ħafna skont l-Artikolu 137(2);

(b) proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 134 ħlief għal kompetizzjonijiet ta' disinn skont l-Artikolu 134(1)(d) u prospetti tas-suq lokali skont l-Artikolu 134(1)(g).

4.  Meta l-għadd ta' kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla jkun anqas mill-għadd minimu speċifikat fil-paragrafi 1 u 2, l-awtorità kontraenti tista' tkompli l-proċedura billi tistieden lill-kandidati li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa. L-awtorità kontraenti ma tistax tinkludi operaturi ekonomiċi li ma jkunux inizjalment talbu li jipparteċipaw jew li ma jkunux inizjalment mistiedna.

5.  Matul in-negozjar, l-awtorità kontraenti għandha tiżgura trattament ugwali lill-offerenti kollha.

Negozjar jista' jsir fi stadji suċċessivi sabiex jonqos l-għadd ta' offerti li jridu jiġu nnegozjati billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist. L-awtorità kontraenti għandha tindika jekk mhux se tuża din l-għażla fid-dokumenti tal-akkwist.

6.  Għall-proċeduri stabbiliti fil-punti (d) u (g) tal-Artikolu 134(1) u l-Artikoli 136a u 137, l-awtorità kontraenti għandha tistieden mill-inqas lill-operaturi ekonomiċi kollha li esprimew interess wara pubbliċità ex ante kif stabbilit fl-Artikolu 124(1) jew prospezzjoni tas-suq lokali jew kompetizzjoni dwar id-disinn.

Artikolu 129

Sħubija għall-innovazzjoni

(L-Artikolu 104(1) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-għan tas-sħubija għall-innovazzjoni għandu jkun l-iżvilupp ta' prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tax-xogħolijiet, il-fornimenti jew is-servizzi li jirriżultaw, dment li dawn jikkorrispondu mal-livelli ta' prestazzjoni maqbula u l-kostijiet massimi miftiehma bejn l-awtoritajiet kontraenti u s-sħab.

Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tiġi strutturata f'fażijiet suċċessivi li jsegwu s-sekwenza ta' passi fil-proċess ta' riċerka u innovazzjoni, li tista' tinkludi t-tlestija tax-xogħlijiet, il-manifattura tal-prodotti jew il-forniment tas-servizzi. Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tistabbilixxi miri intermedji li għandhom jinkisbu mis-sħab.

Abbażi ta' dawk il-miri immedjati, l-awtorità kontraenti tista' tiddeċiedi wara kull fażi li ttemm is-sħubija għall-innovazzjoni jew, f'każ ta' sħubija għall-innovazzjoni b'diversi sħab, li tnaqqas l-għadd ta' sħab billi ttemm il-kuntratti individwali, dment li l-awtorità kontraenti tkun indikat fid-dokumenti ta' akkwist dawk il-possibiltajiet u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.

2.  Qabel ma tniedi sħubija għall-innovazzjoni, l-awtorità kontraenti għandha tikkonsulta s-suq kif provdut fl-Artikolu 137a sabiex jiġi żgurat li x-xogħol, il-provvista jew is-servizz ma jkunx jeżisti fis-suq jew bħala attività ta' żvilupp qrib is-suq.

L-arranġamenti dwar in-negozjar stabbilit fl-Artikolu 104(4) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Artikolu 128(5) ta' dan ir-Regolament għandu jkun segwit.

Fid-dokumenti ta' akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tidentifika l-ħtieġa għal prodotti, servizzi jew xogħlijiet innovattivi li ma jistgħux jiġu sodisfatti billi jinxtraw prodotti, servizzi jew xogħlijiet li diġà huma disponibbli fis-suq. Hija għandha tindika liema elementi ta' din id-deskrizzjoni jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi. L-informazzjoni prevista għandha tkunu preċiża biżżejjed sabiex l-operaturi ekonomiċi jkun jistgħu jidentifikaw in-natura u l-ambitu tas-soluzzjoni meħtieġa u jistgħu jiddeċiedu jekk jitolbux li jieħdu sehem fil-proċedura.

L-awtorità kontraenti tista' tiddeċiedi li tistabbilixxi s-sħubija ta' innovazzjoni ma' sieħeb wieħed jew ahtar li jwettqu attivitajiet separati ta' riċerka u żvilupp.

Il-kuntratti għandhom jingħataw biss fuq il-bażi tal-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità kif stabbilit fl-Artikolu 110(4) tar-Regolament Finanzjarju.

3.  Fid-dokumenti ta' akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika l-arranġamenti applikabbli għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Fil-qafas ta' sħubija għall-innovazzjoni, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tiżvela lill-isħab l-oħra s-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni konfidenzjali oħra kkomunikata minn sieħeb mingħajr il-qbil tiegħu.

L-awtorità kontraenti għandha tiżgura li l-istruttura tas-sħubija u, b'mod partikolari, id-durata u l-valur tal-fażijiet differenti għandhom jirriflettu l-grad ta' innovazzjoni tas-soluzzjoni proposta u s-sekwenza tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni metieġa għall-iżvilupp ta' soluzzjoni innovattiva li għadha mhijiex disponibbli fis-suq. Il-valur stmat tax-xogħolijiet, tal-provvisti jew tas-servizzi ma għandux ikun sproporzjonat fir-rigward tal-investiment meħtieġ għall-iżvilupp tagħhom.

Artikolu 130

Kompetizzjonijiet dwar id-disinn

(L-Artikolu 104(1) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Kompetizzjonijiet dwar id-disinn għandhom ikunu soġġetti għar-regoli dwar il-pubbliċità stabbiliti fl-Artikolu 123 u jistgħu jinkludu l-għoti ta' premjijiet.

Fejn il-kompetizzjonijiet ta' disinn huma limitati għal għadd limitat ta' kandidati, l-awtorità kontraenti għandha tistabbilixxi kriterji tal-għażla ċari u mhux diskriminatorji.

L-għadd ta' kandidati mistiedna sabiex jipparteċipaw jrid jkun biżżejjed biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina.

2.  Il-ġurija għandha tinħatar mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. Hija tkun iffurmata biss minn persuni fiżiċi li ma jkollhomx x'jaqsmu mal-kandidati fil-kompetizzjoni. Meta tkun meħtieġa kwalifika professjonali partikolari minn kandidati f'kompetizzjoni, mill-anqas terz tal-membri tal-ġurija jrid ikollhom l-istess kwalifika jew waħda ekwivalenti.

Il-ġurija għandha tkun awtonoma fl-opinjonijiet tagħha. L-opinjonijiet tagħha jiġu adottati fuq il-bażi tal-proġetti ppreżentati lilha b'mod anonimu mill-kandidati u fid-dawl biss tal-kriterji stipulati fl-avviż dwar il-kompetizzjoni.

3.  Il-proposti u l-osservazzjonijiet tal-ġurija, abbażi tal-merti ta' kull proġett individwali, u l-kalssifikazzjoni u r-rimarki tagħha, għandhom jiġu rreġistrati f'rapport iffirmat mill-membri.

Il-kandidati jridu jibqgħu anonimi sakemm il-ġurija tkun tat l-opinjoni tagħha.

Il-kandidati jistgħu jintalbu mill-ġurija sabiex iwieġbu l-mistoqsijiet irreġistrati fir-rapport biex jiċċaraw proġett. Irid isir rapport sħiħ tad-djalogu li jirriżulta.

4.  L-awtorità kontraenti mbagħad tieħu deċiżjoni ta' għotja li fiha tagħti l-isem u l-indirizz tal-kandidat magħżul u r-raġunijiet għalfejn intgħażel, b'referenza għall-kriterji mħabbra fl-avviż dwar il-kompetizzjoni, speċjalment jekk tkun tiddevja mill-proposti magħmula fl-opinjoni tal-ġurija.

Artikolu 131

Sistema dinamika ta' xiri

(L-Artikolu 104(6) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Is-sistema dinamika ta' xiri hija proċess kompletament elettroniku għal xiri użat b'mod frekwenti, miftuħa matul il-perjodu sħiħ tagħha għal kull operatur ekonomiku li jissodisfa l-kriterji tal-għażla. Hija tista' tiġi diviża f'kategoriji ta' xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma definiti oġġettivament fuq il-bażi ta' karatteristiċi tal-akkwist li għandhom jitwettqu taħt il-kategorija kkonċernata. F'dan il-każ, il-kriterji tal-għażla għandhom jiġu definiti għal kull kategorija.

2.  L-awtorità kontraenti għandha tindika fid-dokumenti ta' akkwist tagħha n-natura u l-kwantità stmata tax-xiri previst u l-informazzjoni kollha neċessarja dwar is-sistema ta' xiri, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet tal-kollegament tekniku.

3.  Matul il-perjodu kollu ta' validità tas-sistema dinamika ta' xiri, l-awtorità kontraenti għandha tagħti, lil kull operatur ekonomiku, il-possibilità li jitlob biex jipparteċipa fis-sistema. Hija għandha tlesti l-evalwazzjoni ta' talbiet bħal dawn fi żmien 10 ijiem ta' xogħol minn meta tasal dik it-talba. Dan il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż għal 15-il jum ta' xogħol fejn ikun ġustifikat. Madankollu, l-awtorità kontraenti tista' testendi l-perjodu ta' evalwazzjoni bil-kundizzjoni li sadanittant ma tinħareġ l-ebda sejħa għall-offerti.

L-awtorità kontraenti għandha tgħarraf lill-kandidat malajr kemm jista' jkun dwar jekk ġiex ammess jew le fis-sistema dinamika ta' xiri.

4.  L-awtorità kontraenti għandha tistieden lill-offerenti kollha ammessi fis-sistema fil-kategorija relevanti biex jitfgħu offerta fi żmien raġonevoli. L-awtorità kontraenti għandha tagħti l-kuntratt lill-offerent li jkun tefa' l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stipulati fl-avviż tal-kuntratt. Dawk il-kriterji jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jiġu fformulati b'mod aktar preċiż fis-sejħa għall-offerti.

5.  L-awtorità kontraenti għandha tindika l-perjodu ta' validità tas-sistema dinamika ta' xiri fl-avviż tal-kuntratt.

Sistema dinamika ta' xiri ma tistax iddum għal aktar minn erba' snin, ħlief f'każijiet eċċezzjonali ġustifikati sewwa.

L-awtorità kontraenti ma tistax tuża din is-sistema biex twaqqaf, tillimita, jew twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.

Artikolu 132

Djalogu kompetittiv

(L-Artikolu 104(1) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-awtorità kontraenti għandha tispeċifika l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tagħha, il-kriterji tal-għoti u skeda ta' żmien indikattiva fl-avviż tal-kuntratt jew f'dokument deskrittiv.

Hija għandha tagħti l-kuntratt lill-offerta li toffri l-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità.

2.  L-awtorità kontraenti għandha tiftaħ djalogu mal-kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla sabiex jidentifikaw u jiddefinixxu l-mezzi l-aktar adatti sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħha. Hija tista' tiddiskuti l-aspetti kollha tal-akkwist mal-kandidati magħżula matul dan id-djalogu iżda ma tistax tbiddel il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tagħha u l-kriterji tal-għoti kif previst fil-paragrafu 1.

Matul id-djalogu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw ugwaljanza tat-trattament fost l-offerenti kollha u ma għandhomx jikxfu s-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra kkomunikata minn offerent mingħajr il-qbil tiegħu li jirrinunzja għall-kunfidenzjalità.

Id-djalogu kompetittiv jista' jsir fi stadji suċċessivi bil-għan li jitnaqqas l-għadd ta' soluzzjonijiet li għandhom jiġu diskussi billi japplikaw il-kriterji tal-għoti mħabbra jekk din il-possibbiltà tiġi prevista fl-avviż tal-kuntratt jew fid-dokument deskrittiv.

3.  L-awtorità kontraenti għandha tkompli bid-djalogu sakemm tkun kapaċi tidentifika s-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet li huma kapaċi jilħqu l-ħtiġijiet tagħha.

Wara li jinfurmaw lill-offerenti li jifdal dwar il-konklużjoni tad-djalogu, l-awtorità kontraenti għandha titlob lil kull wieħed minnhom biex jissottomettu l-offerti finali tagħhom fuq il-bażi tas-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet ippreżentati u speċifikati matul id-djalogu. Dawn l-offerti jinkludu l-elementi kollha meħtieġa u neċessarji għat-twettiq tal-proġett.

Fuq talba tal-awtorità kontraenti, dawn l-offerti finali jistgħu jiġu ċċarati, speċifikati u mtejba bil-kundizzjoni li dan ma jinvolvix bidliet sostanzjali fl-offerta jew fid-dokumenti tal-akkwist.

L-awtorità kontraenti tista' tinnegozja mal-offerent li jkun tefa' bl-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità biex jikkonferma l-impenji kontenuti fiha, bil-kundizzjoni li dan ma jwassalx għal bidla f'aspetti importanti tal-offerta u ma jirriskjax li joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni jew li jikkawża diskriminazzjoni.

4.  L-awtorità kontraenti tista' tispeċifika pagamenti lill-kandidati magħżula li jieħdu sehem fid-djalogu.

Artikolu 133

Proċeduri interistituzzjonali

(l-Artikolu 104a(1) tar-Regolament Finanzjarju)

Fil-każ ta' proċedura interistituzzjonali, awtorità kontraenti għandha timmaniġġja l-proċedura u l-kuntratt qafas jew dirett sussegwenti waqt li taġixxi f'isimha u f'isem l-awtoritajiet kontranti l-oħra kkonċernati.

L-avviż ta' kuntratt għandu jindika l-awtoritajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 104a(1) tar-Regolament Finanzjarju li jkunu involuti fil-proċedura ta' akkwist, l-istituzzjoni responsabbli mill-proċedura u l-volum globali tal-kuntratti għal dawk l-awtoritajiet kontraenti kollha.

Artikolu 134

Użu ta' proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż dwar kuntratt

(L-Artikolu 104(5) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Meta l-awtorità kontraenti tuża l-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż ta' kuntratt, hija għandha ssegwi l-arranġamenti dwar in-negozjar stabbilit fl-Artikolu 104(4) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Artikolu 128(5) ta' dan ir-Regolament.

L-awtorità kontraenti tista' tuża l-proċedura negozjata jkun xi jkun l-ammont stmat tal-kuntratt, fil-każijiet li ġejjin:

(a) fejn l-ebda offerta, jew l-ebda offerta xierqa, jew l-ebda talba għal parteċipazzjoni jew l-ebda talba adatta għall-parteċipazzjoni kif previst fil-paragrafu 2 ma tkun ġiet sottomessa bħala tweġiba għal proċedura miftuħa jew għal proċedura ristretta wara li din il-proċedura tkun tlestiet, sakemm id-dokumenti tal-akkwist oriġinali ma jkunux mibdula sostanzjalment;

(b) fejn ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti biss minn operatur ekonomiku wieħed skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 u għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(i) l-għan tal-akkwist huwa l-ħolqien jew l-akkwist ta' xogħol artistiku uniku jew ta' rappreżentazzjoni artistika unika;

(ii) hemm nuqqas ta' kompetizzjoni minħabba raġunijiet tekniċi;

(iii) il-protezzjoni ta' drittijiet esklużivi, inkluż drittijiet ta' proprjetà intellettwali għandhom jiġu żgurati;

(c) sa fejn hu strettament meħtieġ meta, għal raġunijiet ta' urġenza estrema kkawżati minn avvenimenti imprevedibbli, ma jkunx possibbli li jiġu rrispettati l-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikoli 152, 154 u 275 u meta l-ġustifikazzjoni ta' tali urġenza estrema mhix attribwibbli għall-awtorità kontraenti;

(d) fejn kuntratt ta' servizz isegwi kompetizzjoni dwar id-disinn u huwa għandu jingħata lir-rebbieħ jew lil wieħed mir-rebbieħa; fil-każ ta' diversi rebbieħa, ir-rebbieħa kollha jridu jiġu mistiedna sabiex jieħdu sehem fin-negozjati;

(e) għal servizzi jew xogħlijiet ġodda li jikkonsistu fir-ripetizzjoni ta' servizzi jew xogħlijiet simili fdati lill-operatur ekonomiku li lilu l-istess awtorità kontraenti tkun tat kuntratt oriġinali, sakemm dawn is-servizzi jew xogħlijiet jikkonformaw ma' proġett bażiku li għalih il-kuntratt oriġinali ingħata waar l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' kuntratt, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4;

(f) għal kuntratti ta' provvista:

(i) għal kunsinni addizzjonali li huma maħsuba jew bħala sostituzzjoni ta' provvisti jew installazzjonijiet jew bħala l-estensjoni ta' provvisti jew installazzjonijiet li diġa' jeżistu, fejn bdil tal-fornitur jobbliga lill-awtorità kontraenti biex takkwista provvisti li jkollhom karatteristiċi tekniċi differenti li jirriżultaw f'inkompatibbilità jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fl-operazzjoni u l-manteniment; meta l-istituzzjonijiet jagħtu kuntratti f'isimhom, it-tul ta' tali kuntratti ma jistax jaqbeż it-tliet snin;

(ii) fejn il-prodotti involuti jkunu manifatturati purament għall-finijiet ta' riċerka, esperimentazzjoni, studju jew żvilupp; madankollu, tali kuntratti ma għandhomx jinkludu l-produzzjoni ta' kwantità sabiex tiġi stabbilita l-vijabbiltà kummerċjali jew sabiex jiġu rkuprati l-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp;

(iii) għal provvisti kkwotati u mixtrija f'suq tal-prodotti bażiċi;

(iv) għax-xiri ta' provvisti b'termini partikolarment vantaġġjużi, jew mingħand operatur ekonomiku li qed jagħmel stralċ definittiv tal-attivitajiet ta' negozju tiegħu, jew mil-likwidatur fi proċedura ta' insolvenza, arranġament mal-kredituri, jew proċedura simili skont il-liġi nazzjonali.

(g) għal kuntratti ta' bini, wara stħarriġ tas-suq lokali;

(h) għal kuntratti għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) rappreżentazzjoni legali minn avukat fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE ( 6 ) f'arbitraġġ jew konċiljazzjoni jew proċedimenti ġudizzjarji;

(ii) parir legali mogħti bi tħejjija għall-proċedimenti msemmija hawn fuq jew meta jkun hemm indikazzjoni tanġibbli u probabbiltà għolja li l-kwistjoni li dwarha jingħata l-parir issir is-suġġett ta' tali proċedimenti, dment li l-parir jingħata minn avukat fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/249/KEE;

(iii) għall-esklużjoni tas-servizzi ta' arbitraġġ u ta' konċiljazzjoni.

(iv) servizzi ta' ċertifikazzjoni u awtentikazzjoni ta' dokumenti li għandhom jingħataw minn nutara;

(i) għal kuntratti ddikjarati bħala sigrieti, jew għal kuntratti li t-twettiq tagħhom irid ikun akkumpanjat b'miżuri speċjali ta' sigurtà, skont id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ jew meta l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tal-Unjoni titlob dan, dment li l-interessi essenzjali kkonċernati ma jkunux jistgħu jiġu garantiti permezz ta' miżuri oħrajn; dawn il-miżuri jistgħu jikkonsistu f'rekwiżiti għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali ta' informazzjoni li l-awtorità kontraenti tagħmel disponibbli fi proċedura ta' akkwist;

(j) għal servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta' titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), is-servizzi tal-bank ċentrali u l-operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà;

(k) self, irrispettivament jekk huwiex marbut mal-kwistjoni, bejgħ, xiri jew trasferiment ta' titoli jew strumenti finanzjarji oħra;

(l) għax-xiri ta' netwerks ta' komunikazzjoni pubbliċi u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fit-tifsira tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );

(m) servizzi pprovduti minn organizzazzjoni internazzjonali fejn din ma tistax tipparteċipa fi proċeduri kompetittivi skont l-istatut jew att ta' stabbiliment tagħha.

2.  Offerta għandha titqies bħala mhux adatta meta ma jkollhiex x'taqsam mas-suġġett tal-kuntratt u talba għall-parteċipazzjoni għandha titqies mhux adegwata meta l-operatur ekonomiku ikun f'sitwazzjoni ta' esklużjoni skont l-Artikolu 106(1) tar-Regolament Finanzjarju jew ma jissodisfax il-kriterji tal-għażla.

3.  L-eċċezzjonijiet deskritti fil-punti (ii) u (iii) tal-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss meta ma teżistix alternattiva jew sostitut raġonevoli u n-nuqqas ta' kompetizzjoni mhijiex ir-riżultat ta' limitazzjonijiet artifiċjali fil-parametri meta jkun definit l-akkwist.

4.  Fil-każijiet imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, il-proġett bażiku għandu jindika l-limitu ta' xogħlijiet jew servizzi ġodda possibbli u l-kundizzjonijiet li taħthom se jingħataw. Hekk kif il-proġett bażiku jkun tqiegħed għall-offerta, l-użu possibbli ta' proċedura negozjata għandu jiġi żvelat, u l-ammont totali stmat għal xogħlijiet jew servizzi sussegwenti għandu jkun ikkunsidrat meta jiġu applikati l-limiti msemmija fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju jew fl-Artikoli 265(1)(a), 267(1)(a) jew 269(1)(a) ta' dan ir-Regolament fil-qasam ta' azzjonijiet esterni. Meta l-istituzzjonijiet jagħtu kuntratti f'isimhom stess, dik il-proċedura tista' tintuża biss matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt oriġinali u mhux aktar tard mit-tliet snin ta' wara l-firma tiegħu.

Artikolu 135

Użu ta' proċedura kompetittiva tan-negozjar jew djalogu kompetittiv

(L-Artikolu 104(5) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Meta l-awtorità kontraenti tuża l-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew id-djalogu kompetittiv, hija għandha ssegwi l-arranġamenti dwar in-negozjar stabbilit fl-Artikolu 104(4) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Artikolu 128(5) ta' dan ir-Regolament. L-awtorità kontraenti tista' tuża dawn il-proċeduri jkun xi jkun l-ammont stmat tal-kuntratt, fil-każijiet li ġejjin:

(a) fejn bi tweġiba għal proċedura miftuħa jew ristretta, offerti iregulari u inaċċettabbli biss, kif definiti fil-paragrafi 2 u 3, tressqu wara li din il-proċedura tkun tlestiet, sakemm id-dokumenti tal-akkwist oriġinali ma jinbidlux sostanzjalment; il-pubblikazzjoni ta' avviż ta' kuntratt tista' tiġi eżentata skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4;

(b) fir-rigward ta' xogħlijiet, provvisti jew servizzi li jissodisfaw wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(i) fejn il-ħtigijiet tal-awtorità kontraenti ma jistgħux jiġu ssodisfati mingħajr l-adattament ta' soluzzjoni faċilment disponibbli;

(ii) ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jinkludu disinn jew soluzzjonijiet innovattivi;

(iii) il-kuntratt ma jistax jingħata mingħajr negozjati minn qabel minħabba ċirkustanzi speċifiċi relatati man-natura, mal-kumplessità jew mal-forma legali jew finanzjarja tal-kuntratt jew ir-riskji marbuta mas-suġġett tal-kuntratt;

(iv) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jistgħux ikunu stabbiliti bi preċiżjoni suffiċjenti mill-awtorità kontraenti b'referenza għal xi standard, kif stipulat fl-Artikolu 139(3);

(c) għal kuntratti ta' konċessjoni;

(d) għall-kuntratti ta' servizzi msemmija fl-Anness XIV mad-Direttiva 2014/24/UE;

(e) għal servizzi ta' riċerka u żvilupp ħlief dawk koperti mill-kodiċi CPV 73000000-2 sa 73120000-9, 73300000-5, 73420000-2 u 73430000-5 sakemm il-benefiċċji jakkumulaw esklużivament lill-awtorità kontraenti sabiex tużahom fit-twettiq tal-affarijiet tagħha, jew sakemm is-servizz ipprovdut ma jitħallasx b'mod sħiħ mill-awtorità kontraenti;

(f) għal kuntratti ta' servizz għall-akkwiżizzjoni, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta' materjal għall-programm maħsub għas-servizzi tal-mezzi tal-informazzjoni awdjoviżivi jew tar-radju kif definit fid- Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), jew kuntratti għal ħin ta' xandir jew il-forniment ta' programmi.

2.  Offerta għandha titqies bħala irregolari fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) meta l-offerta ma tikkonformax mar-rekwiżiti minimi speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist;

(b) meta ma tikkonformax mar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 111(4) tar-Regolament Finanzjarju;

(c) meta l-offerent huwa miċħud skont il-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 107(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(d) meta l-awtorità kontraenti ddikjarat li l-offerta li hija baxxa b'mod abnormali.

3.  Offerta għandha titqies inaċċettabbli fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) meta l-prezz tal-offerta jeċċedi l-baġit massimu tal-awtorità kontraenti kif determinat u dokumentat qabel it-tnedija tal-proċedura tal-akkwist;

(b) meta l-offerta tonqos milli tissodisfa l-livelli minimi ta' kwalità għal kriterji ta' għoti.

4.  Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tkun meħtieġa tippubblika avviż ta' kuntratt jekk fil-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar tinkludi lil dawk l-offerenti kolha li ssodisfaw il-kriterji ta' esklużjoni u għażla ħlief dawk li jkunu ppreżentaw offerta ddikjarata bħala abnormalment baxxa.

Artikolu 136

Proċedura li tinvolvi sejħa għal espressjonijiet ta' interess

(L-Artikolu 104(5) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Għal kuntratti b'valur taħt il-limitu minimu msemmi fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Fiananzjarju jew l-Artikolu 265(1)(b) ta' dan ir-Regolament u bla ħsara għall-Artikoli 134 u 135 ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kontraenti tista' tuża sejħa għall-espressjonijiet ta' interess biex tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

(a) preselezzjoni tal-kandidati li għandhom jiġu mistiedna sabiex jissottomettu offerti bi tweġiba għal sejħiet għall-offerti futuri ristretti;

(b) ġbir ta' lista ta' bejjiegħa li għandhom jiġu mistiedna jissottomettu talbiet għall-parteċipazzjoni jew offerti.

2.  Il-lista mħejjija wara sejħa għal espressjonijiet ta' interess ma tkunx tgħodd għal aktar minn erba' snin minn meta l-avviż imsemmi tal-Artikolu 124(1) ikun ippubblikat.

Il-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu tista' tinkludi listi sekondarji.

Kwalunkwe operatur ekonomiku jista' jesprimi l-interess tiegħu fi kwalunkwe waqt matul il-perjodu ta' validità tal-lista, ħlief għall-aħħar tliet xhur ta' dak il-perjodu.

3.  Meta jkun irid jingħata kuntratt, l-awtorità kontraenti tistieden lill-kandidati jew lill-bejjiegħa kollha mdaħħla fil-lista jew fil-lista sekondarja rilevanti biex jagħmlu waħda minn dawn li ġejjin:

(a) jissottomettu offerta fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1;

(b) jissottomettu, fil-każ tal-lista msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, waħda minn dawn li ġejjin:

(i) offerti li jinkludu dokumenti relatati mal-kriterji ta' esklużjoni u tal-għażla;

(ii) dokumenti relatati mal-kriterji ta' esklużjoni u tal-għażla u, fit-tieni pass, offerti, għal dawk li jissodisfaw dawn il-kriterji.

Artikolu 136a

Kuntratti b'valur medju

(L-Artikolu 104(1) tar-Regolament Finanzjarju)

Kuntratt ta' valur medju ta' valur taħt il-limitu minimu msemmi fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju jista' jingħata permezz ta' proċedura nnegozjata wara arranġamenti dwar in-negozjar stabbiliti fl-Artikolu 104(4) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Artikolu 128(5) ta' dan ir-Regolament. L-Artikolu 124(1) u l-paragrafi 1 u 4 tal-Artikolu 128 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal tali proċeduri. Huma biss il-kandidati li jiġu mistiedna simultanjament u bil-miktub mill-awtoritajiet kontraenti li jistgħu jagħmlu offerta inizjali.

Artikolu 137

Kuntratti ta' valur baxx

(L-Artikolu 104(1) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Kuntratt ta' valur baxx ta' valur li ma jaqbiżx EUR 60 000 jista' jingħata permezz ta' proċedura nnegozjata wara arranġamenti dwar in-negozjar stabbiliti fl-Artikolu 104(4) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Artikolu 128(5) ta' dan ir-Regolament. L-Artikolu 124(1) u l-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 128 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal tali proċeduri. Huma biss il-kandidati li jiġu mistiedna simultanjament u bil-miktub mill-awtoritajiet kontraenti li jistgħu jagħmlu offerta inizjali.

2.  Kuntratt ta' valur baxx ħafna ta' valur li ma jaqbiżx EUR 15 000 jista' jingħata permezz ta' proċedura nnegozjata wara arranġamenti dwar in-negozjar stabbiliti fl-Artikolu 104(4) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Artikolu 128(5) ta' dan ir-Regolament. L-Artikolu 128(3) ta' dan ir-Regolament għandu japplika għal proċeduri bħal dawn. Huma biss il-kandidati li jiġu mistiedna simultanjament u bil-miktub mill-awtoritajiet kontraenti li jistgħu jagħmlu offerta inizjali.

3.  Ħlasijiet ta' ammonti li ma jaqbżux EUR 1 000 fir-rigward ta' elementi ta' nfiq jistgħu jikkonsistu sempliċement fi ħlasijiet kontra fatturi, mingħajr ma tkun aċċettata offerta minn qabel.

Artikolu 137a

Konsultazzjoni preliminari tas-suq

(L-Artikolu 105(1) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Għal konsultazzjoni preliminari tas-suq, l-awtorità kontraenti tista' tfittex jew taċċetta parir minn esperti indipendenti jew awtoritajiet jew minn operaturi ekonomiċi. Dak il-parir jista' jintuża fl-ippjanar u t-twettiq tal-proċedura tal-akkwist, sakemm dan il-parir ma jkollux l-effett ta' tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u ma jirriżultax fi ksur tal-prinċipji ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni u ta' trasparenza.

2.  Meta operatur ekonomiku jkun ta parir lill-awtorità kontraenti jew kien involut b'xi mod ieħor fit-tħejjija tal-proċedura ta' akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tieħu l-miżuri xierqa kif stipulat fl-Artikolu 142 sabiex tiżgura li l-kompetizzjoni ma tkunx distorta mill-parteċipazzjoni ta' dak l-operatur ekonomiku.

Artikolu 138

Dokumenti tal-akkwist

(L-Artikolu 105(2) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Id-dokumenti ta' akkwist għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) jekk applikabbli, avviż ta' kuntratt jew miżura oħra ta' reklamar kif previst fl-Artikoli 123 sa 126;

(b) l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti,

(c) l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti jew id-dokument deskrittiv, fil-każ ta' proċedura ta' djalogu kompetittiv; huma għandhom jinkludu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji rilevanti;

(d) l-abbozz ta' kuntratt ibbażat fuq il-kuntratt mudell.

Il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ma japplikax għal każijiet li fihom, minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali u ġġustifikati sew, ma jkunx jista' jintuża l-kuntratt mudell.

2.  L-istedina għall-offerti għandha jkun fiha mill-anqas dan li ġej:

(a) tispeċifika r-regoli dwar is-sottomissjoni tal-offerti, inkluż b'mod partikolari l-kondizzjonijiet li jinżammu kunfidenzjali sakemm jinfetħu, id-data ta' għeluq u ż-żmien għar-riċevuta u l-indirizz fejn iridu jintbagħtu jew jiġu kkunsinjati jew l-indirizz tal-Internet f'każ ta' sottomissjoni elettronika;

(b) tiddikjara li s-sottomissjoni ta' offerta timplika l-aċċettazzjoni tal-patti u l-kundizzjonijiet stipulati fid-dokumenti ta' akkwist u li din is-sottomissjoni torbot lill-kuntrattur li lilu jingħata l-kuntratt, waqt it-twettiq tal-kuntratt;

(c) tispeċifika l-perjodu li matulu tibqa' valida l-offerta u ma tista' tkun modifikata fl-ebda rigward;

(d) tipprojbixxi kwalunkwe kuntatt bejn l-awtorità kontraenti u l-offerenti matul il-proċedura, ħlief, b'mod eċċezzjonali, bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 160, u, fejn isir provvediment għal żjara fuq il-post, tispeċifika l-arranġamenti għal tali żjara;

(e) tispeċifika l-mezz ta' prova għall-konformità mad-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti;

(f) tiddikjara li l-preżentazzjoni ta' offerta timplika l-aċċettazzjoni minn meta tkun irċevuta n-notifika tar-riżultat tal-proċedura permezz ta' mezzi elettroniċi.

3.  L-ispeċifikazzjonijiet ta' sejħa għall-offerti għandha tinkludi dan li ġej:

(a) il-kriterji ta' esklużjoni u ta' għażla

(b) il-kriterji tal-għoti u l-importanza relattiva tagħhom jew, fejn għal raġunijiet oġġettivi l-ponderazzjoni mhix possibbli, l-ordni li dejjem tonqos ta' importanza, li għandha tapplika wkoll għal varjanti jekk ikunu awtorizzati fl-avviż tal-kuntrat;

(c) l-ispeċifikazzjoni tekniċi msemmija fl-Artikolu 139;

(d) jekk il-varjanti huma awtorizzati, ir-rekwiżiti minimi li huma għandhom jissodisfaw;

(e) informazzjoni dwar jekk japplikax il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jew, fejn ikun xieraq, il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi jew il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari;

(f) l-evidenza tal-aċċess għall-akkwist, kif preskritt fl-Artikoli 172 u 263;

(g) fil-każ ta' sistema dinamika ta' xiri jew ta' katalgi elettroniċi, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet ta' konnessjoni tekniċi meħtieġa.

4.  L-abbozz ta' kuntratt għandu jkun fih dan li ġej:

(a) jispeċifika d-danni likwidati għan-nuqqas ta' konformità mal-klawsoli tiegħu;

(b) jispeċifika d-dettalji li jridu jkunu inklużi fil-fatturi u fid-dokumenti ta' sostenn relevanti skont l-Artikolu 102;

(c) jiddikjara li, meta l-istituzzjonijiet jagħtu kuntratti f'isimhom stess, il-liġi li tapplika għall-kuntratt hija l-liġi tal-Unjoni u fejn ikun hemm bżonn, ikkumplimentata mil-liġi nazzjonali jew, jekk ikun meħtieġ għal kuntratti msemmija fl-Artikolu 121(1), il-liġi nazzjonali esklużivament;

(d) jispeċifika l-qorti kompetenti għas-smigħ ta' tilwimiet.

(e) jispeċifika li l-kuntrattur għandu jikkonforma mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, ftehimiet kollettivi jew minn dispożizzjonijiet international ambjentali, soċjali u tal-liġi tax-xogħol elenkati fl-Anness X tad-Direttiva 2014/24/UE:

(f) jispeċifika jekk it-trasferiment tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali hux se jkunu meħtieġa;

(g) jiddikjara li l-prezz kwotat fl-offerta huwa fiss u mhux revedibbili jew jistabbilixxi l-kundizzjonijiet jew il-formuli għar-reviżjoni tal-prezzijiet matul il-ħajja tal-kuntratt.

Għall-finijiet tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu, jekk reviżjoni tal-prezzijiet hija stabbilita fil-kuntratt, l-awtorità kontraenti għandha tqis b'mod partikolari:

(i) is-suġġett tal-akkwist u s-sitwazzjoni ekonomika li fih tkun qiegħed isir;

(ii) it-tip ta' kompiti u kuntratt u d-durata tagħhom;

(iii) l-interessi finanzjarji tagħha.

Il-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu rinunzjati għal kuntratti ffirmati skont il-punt (m) tal-Artikolu 134(1).

Artikolu 139

Speċifikazzjonijiet tekniċi

(L-Artikolu 105(2) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jippermettu aċċess ugwali tal-atturi ekonomiċi għall-proċeduri tal-akkwist u ma għandux ikollhom l-effett li joħolqu xkiel mingħajr ġustifikazzjoni għall-ftuħ tal-akkwist għall-kompetizzjoni.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jinkludu l-karatteristiċi meħtieġa ta' xogħlijiet, provvisti jew servizzi, inklużi rekwiżiti minimi, b'tali mod li jissodisfaw l-użu li għalih ikunu maħsuba mill-awtorità kontraenti.

2.  Il-karatteristiċi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu kif xieraq:

(a) il-livelli ta' kwalità;

(b) il-prestazzjoni ambjentali u klimatika;

(c) għal xiri maħsub għall-użu minn persuni fiżiċi, il-kriterji dwar l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità jew id-disinn għall-utenti kollha, ħlief f'każijiet iġġustifikati kif xieraq;

(d) il-livelli u l-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformita;

(e) l-eżekuzzjoni jew l-użu ta' provvista;

(f) is-sigurtà jew il-qisien, inkluż, għall-provvisti, l-isem tal-bejgħ u l-istruzzjonijiet għall-utenti, u, għall-kuntratti kollha, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta' ttestjar, l-ippakkjar, l-immarkar u t-tikkettar, il-proċessi u l-metodi tal-produzzjoni;

(g) għall-kuntratti ta' xogħlijiet, il-proċeduri relatati mal-assigurazzjoni tal-kwalità u r-regoli relatati mad-disinn u l-ipprezzar, il-kundizzjonijiet tal-ittestjar, l-ispezzjoni u l-aċċettazzjoni tax-xogħlijiet u l-metodi jew it-tekniki tal-kostruzzjoni u l-kundizzjonijiet tekniċi l-oħra kollha li l-awtorità kontraenti hija f' pożizzjoni li tippreskrivi f'regolamenti ġenerali jew speċifiċi fir-rigward tax-xogħlijiet lesti u għall-materjali jew il-partijiet li jinvolvu.

3.  L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jiġu fformulati b'xi wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) f'ordni ta' preferenza, b'referenza għal standards Ewropej, il-valutazzjonijiet tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi ta' referenzi tekniċi oħrajn stabbiliti mill-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej jew, f'nuqqas ta' dan, l-ekwivalenti nazzjonali tagħhom; kull referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem “jew ekwivalenti”;

(b) f'termini tar-rekwiżiti ta' rendiment jew ta' funzjoni, inklużi l-karatteristiċi ambjentali, dejjem jekk il-parametri jkunu preċiżi biżżejjed sabiex jippermettu li l-offerenti jiddeterminaw is-suġġett tal-kuntratt u biex jippermettu li l-awtorità kontraenti tagħti l-kuntratt;

(c) b'taħlita taż-żewġ metodi msemmija fil-punti (a) u (b).

4.  Meta l-awtorità kontraenti tuża l-possibbiltà li tirreferi għall-ispeċifikazzjonijiet ipprovduti fil-punt (a) tal-paragrafu 3, hija ma tistax tirrifjuta offerta fuq l-argument li din ma tkunx tikkonforma ma' dawk l-ispeċifikazzjonijiet ladarba l-offerent jew il-kandidat juri, b'mezz xieraq, li l-offerta tissodisfa b'mod ekwivalenti r-rekwiżiti definiti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

5.  Fejn l-awtorità kontraenti tuża l-għażla prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 3 li tifformula speċifikazzjonijiet tekniċi f'termini ta' rekwiżiti ta' twettiq jew funzjonali, ma għandhiex tiirrifjuta offerta li tikkonforma ma' standard nazzjonali li jittrasponi standard Ewropew, approvazzjoni teknika Ewropea, speċifikazzjonjieti tekniċi komuni, standard internazzjonali jew sistemi ta' referenza teknika stabbiliti minn korp ta' standardizzazzjoni Ewropew, fejn dawk l-ispeċifikazzjonijiet jindirizzaw ir-rekwiżiti ta' eżekuzzjoni jew funzjonali li hi tkun stabbilixxiet.

L-offerent għandu juri bi kwalunkwe mezz xieraq, li x-xogħol, il-provvista jew is-servizz konformi mal-istandard jilħaq ir-rekwiżiti ta' eżekuzzjoni u funzjonali stabbiliti mill-awtorità kontraenti.

6.  Fejn awtorità kontraenti għandha l-intenzjoni li tixtri xogħlijiet, provvisti jew servizzi b'karatteristiċi ambjentali, soċjali jew oħrajn speċifiċi, hija tista' teħtieġ tikketta speċifika jew rekwiżiti speċifiċi minn tikketta, sakemm il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a) ir-rekwiżiti tat-tikketta jikkonċernaw biss kriterji li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u huma xierqa sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi ta' xiri;

(b) ir-rekwiżiti tat-tikketta jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi verifikabbli u mhux diskriminatorji;

(c) it-tikketti jkunu stabbiliti fi proċedura miftuħa u trasparenti li fiha jistgħu jipparteċipaw il-partijiet interessati rilevanti kollha;

(d) it-tikketti jkunu aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha;

(e) ir-rekwiżiti tat-tikketta jkunu stipulati minn parti terza li fuqha l-operatur ekonomiku li jkun qed japplika għat-tikketta ma jistax jeżerċita influwenza deċiżiva.

L-awtorità kontraenti tista' teżiġi li l-operaturi ekonomiċi jipprovdu rapport tat-test jew ċertifikat bħala mezz ta' prova ta' konformità mad-dokumenti ta' akkwist minn korp tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditat skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) jew korp ekwivalenti ta' valutazzjoni tal-konformità.

7.  L-awtorità kontraenti għandha taċċetta mezzi xierqa oħra ta' prova differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 6, bħal dossier tekniku tal-manifattur, meta l-operatur ekonomiku ma kellu l-ebda aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew ir-rapporti tat-testijiet, jew ma kellu l-ebda possibbiltà li jiksibhom jew li jikseb tikketta speċifika fil-limiti ta' żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku u dment li l-operatur ekonomiku konċernat jagħti prova li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jkunu se jiġu pprovduti jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tikketta speċifika jew ir-rekwiżiti speċifiċi indikati mill-awtorità kontraenti.

8.  Sakemm dan ma jkunx ġustifikat mis-suġġett tal-kuntratt, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma għandhomx jirreferu għal isem ta' ditta jew provenjenza speċifiċi, jew proċess partikolari li jikkaratterizza l-prodotti jew servizzi fornuti minn operatur ekonomiku speċifiku, jew għal marki kummerċjali, privattivi, tipi jew oriġini jew produzzjoni speċifika bl-effett li jiġu favoriti jew eliminati ċerti prodotti u ċerti operaturi ekonocmiċi.

Tali referenza għandha tkun permessa, fuq bażi eċċezzjonali, meta ma tkunx possibbli deskrizzjoni dettaljata u intelliġibbli biżżejjed tas-suġġett tal-kuntratt. Din ir-referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem “jew ekwivalenti”.

Artikolu 141

Dikjarazzjoni u evidenza tan-nuqqas ta' sitwazzjoni ta' esklużjoni

(l-Artikoli 106 u 107 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Għall-iskop tal-Artikolu 106(10) tar-Regolament Finanzjarju, l-awtorità kontraenti għandha taċċetta d-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist (DEUA) imsemmi fid-Direttiva 2014/24/UE jew, fin-nuqqas ta' dan, dikjarazzjoni fuq l-unur, iffirmata u datata, li tiddikjara li l-operatur ekonomiku mhuwiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 4 tal- Artikolu 106 u fl-Artikolu 107 tar-Regolament Finanzjarju jew li huwa f'wieħed mill-każijiet msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 106(7) tar-Regolament Finanzjarju.

Operatur ekonomiku jista' jerġa' juża d-Dokument Ewropew ta' Akkwist Uniku li jkun diġà ntuża fi proċedura preċedenti, dment li l-operatur ekonomiku jikkonferma li l-informazzjoni li fih għadha korretta.

Meta l-awtorità kontraenti tillimita n-numru ta' kandidati skont l-Artikolu 104(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-kandidati kollha għandhom jipprovdu l-evidenza msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riskju tagħha, l-awtorità kontraenti tista' tiddeċiedi li ma titlobx id-DEUA jew id-dikjarazzjoni fuq l-unur għal kwalunkwe raġuni minn dawn li ġejjin:

(a) proċeduri għal kuntratti ta' valur baxx ħafna skont l-Artikolu 137(2);

(b) proċeduri għal kuntratti fil-qasam tal-azzjonijiet esterni, b'valur li ma jaqbiżx l-EUR 20 000 skont l-Artikoli 265(1), 267(1), jew 269(1).

2.  L-offerent li jirbaħ il-kuntratt għandu jipprovdi, fil-limitu ta' żmien stipulat mill-awtorità kontraenti u qabel il-firma tal-kuntratt, l-evidenza msemmija fil-paragrafu 3, li tikkonferma d-DEUAjew id-dikjarazzjoni fuq l-unur fil-każijiet li ġejjin:

(a) għal kuntratti mogħtija mill-istituzzjonijiet f'isimhom stess, b'valur daqs jew akbar mil-limiti msemmija fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(b) għal kuntratti fil-qasam tal-azzjonijiet esterni, b'valur daqs jew akbar mil-limiti msemmija fl-Artikoli 265(1)(a), 267(1)(a), jew 269(1)(a).

3.  L-awtorità kontraenti għandha taċċetta bħala prova sodisfaċenti li operatur ekonomiku mhuwiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet fil-punti (a), (c), (d) jew (f) tal-Artikolu 106(1) tar-Regolament Finanzjarju, estratt riċenti ta' rekord legali jew, f'nuqqas ta' dan, dokument ekwivalenti maħruġ riċentament minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva fil-pajjiż ta' stabbiliment tiegħu li juri li dawn l-eżigenzi huma ssodisfatti.

Bħala evidenza sodisfaċenti li operatur ekonomiku mhuwiex fis-sitwazzjoni deskritta fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 106(1) tar-Regolament Finanzjarju, l-awtorità kontraenti taċċetta ċertifikat riċenti maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat ikkonċernat.

Fejn iċ-ċertifikat ma jkunx inħareġ fil-pajjiż ikkonċernat, l-operatur ekonomiku jista' jipprovdi dikjarazzjoni ġuramentata magħmula quddiem awtorità ġudizzjarja jew nutar jew, fin-nuqqas ta' dan, dikjarazzjoni solenni magħmula quddiem awtorità amministrattiva jew korp professjonali kkwalifikat fil-pajjiż ta' stabbiliment tiegħu.

4.  L-awtorità kontraenti għandha tirrinunzja għall-obbligu ta' operatur ekonomiku li jissottometti l-evidenza dokumentata msemmija fil-paragrafu 3 fil-każ ta' organizzazzjoni internazzjonali, jekk titsa' taċċessa fuq bażi tad-dejta nazzjonali jew jekk tali evidenza tkun diġà ġiet sottomessa lilha għall-finijiet ta' proċedura oħra u bil-kundizzjoni li d-data tal-ħruġ tad-dokumenti ma taqbiżx is-sena u li jkunu għadhom validi.

F'dan il-każ, l-operatur ekonomiku għandu jiddikjara fuq l-unur tiegħu li l-evidenza dokumentata diġà tkun ġiet ipprovduta fi proċedura preċedenti u jikkonferma li ma jkunux seħħew bidliet fis-sitwazzjoni tiegħu.

Artikolu 142

Miżuri biex tiġi evitata d-ditorsjoni tal-kompetizzjoni

(L-Artikolu 107(1) tar-Regolament Finanzjarju)

Il-miżuri msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 107(1) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jinkludu l-komunikazzjoni lill-kandidati u l-offerenti l-oħra ta' informazzjoni rilevanti skambjata fil-kuntest tal-involviment tal-kandidat jew l-offerent fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist u l-iffissar ta' limiti ta' żmien adegwati għar-riċevuta ta' offerti jew li tirriżulta minn tali involviment.

Il-kandidat jew l-offerent ikkonċernat għandu jiġi rrifjutat biss mill-proċedura fejn ma hemm l-ebda mod ieħor sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju ta' trattament ugwali.

Qabel kull esklużjoni bħal din, il-kandidati jew l-offerenti għandhom jingħataw l-opportuntià li juru li l-involviment tagħhom fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist ma jistax jgħawweġ il-kompetizzjoni.

Artikolu 143

Funzjonament tal-bażi ta' dejta għas-sistema ta' detezzjoni bikrija u ta' esklużjoni

(l-Artikoli 108(1), (2), (3), (4) u (12) tar-Regolament Finanzjarju)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-bażi ta' dejta msemmi fl-Artikolu 108(1) tar-Regolament Finanzjarju, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji, l-aġenziji u l-entitajiet imsemmijin fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 108(2) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jaħtru persuni awtorizzati.

Fejn applikabbli, dawn il-persuni awtorizzati għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 108(3) tar-Regolament Finanzjarju. Huma għandhom jingħataw aċċess skont il-paragrafi 4 u 12 tal-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju.

Persuni awtorizzati diġà maħtura mill-entitajiet msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 108(2) tar-Regolament Finanzjarju f'konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur jistgħu jintużaw għall-finijiet tal-Artikolu 108(12) tar-Regolament Finanzjarju.

Informazzjoni mitluba mill-entitajiet msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 108(2) tar-Regolament Finanzjarju għandha tintbagħat biss permezz tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet li hija s-sistema awtomatizzata ta' informazzjoni stabbilita mill-Kummissjoni li qed tintuża għar-rapportar ta' frodi u irregolaritajiet, b'konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur.

▼M1

Għall-iskop tal-Artikolu 108(4) tar-Regolament Finanzjarju, l-informazzjoni trasmessa permezz ta' din is-sistema ta' informazzjoni awtomatizzata għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni fil-bażi ta' dejta msemmija fl-Artikolu 108(1) tar-Regolament Finanzjarju.

▼M1

Artikolu 144

Panel

(L-Artikolu 108(6) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-president tal-panel għandu jinħatar mill-Kummissjoni. Hu jew hi għandhom jintgħażlu minn fost persuni li kienu Membri tal-Qorti tal-Awdituri, il-Qorti tal-Ġustizzja jew minn dawk li qabel kienu uffiċjali li jkunu mill-anqas fil-grad ta' Direttur Ġenerali f'istituzzjoni tal-Unjoni li mhux il-Kummissjoni. Hu jew hi għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-kwalitajiet personali u professjonali tiegħu, esperjenza estensiva fi kwistjonijiet legali u finanzjarji u kompetenza murija, indipendenza u integrità. It-terminu tal-kariga għandu jkun għal ħames snin u ma għandux ikun jista' jiġġedded. Il-President għandu jinħatar bħala konsulent speċjali skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea.

Il-President tal-panel għandu jippresjedi fis-sessjonijiet kollha tal-bord. Huwa għandu jkun indipendenti fil-qadi ta' dmirijietu. Hu ma għandux ikollu konflitt ta' interessi bejn id-dmirijiet tiegħu bħala President tal-panel u kwalunkwe dmir uffiċjali ieħor.

2.  Żewġ membri permanenti għandhom jinħatru mill-Kummissjoni. Membru wieħed addizzjonali għandu jirrappreżenta lill-awtorità kontraenti li qed tagħmel it-talba u għandu jinħatar skont l-organizzazzjoni interna tagħha stess.

3.  Is-segretarjat permanenti tal-panel għandu jiżgura dan li ġej:

(a) iħejji l-analiżi tal-informazzjoni ppreżentata lill-panel skont l-Artikolu 108(8)(a) tar-Regolament Finanzjarju;

(b) jikkoordina mal-operaturi ekonomiċi u uffiċjali tal-awtorizzazzjoni għall-finijiet tal-punti (b), (c) u (f) tal-Artikolu 108(8) tar-Regolament Finanzjarju;

(c) iżommu r-repożitorju tar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-panel f'konformità mal-Artikolu 108(5) tar-Regolament Finanzjarju u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità kontraenti skont l-Artikolu 106(3) tar-Regolament Finanzjarju;

(d) jiżguraw il-pubblikazzjoni ċentralizzata skont l-Artikoli 106(16) tar-Regolament Finanzjarju;

4.  Kull membru tal-panel għandu jikkunsidra kull każ ippreżentat f'konformità mar-regoli u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament, fir-Regolament Finanzjarju u fi kwalunkwe regoli oħra applikabbli stabbiliti mill-Kummissjoni. Qabel il-ħatra tiegħu jew tagħha, u matul is-servizzi tiegħu jew tagħha, kull membru tal-panel għandu jkollu l-obbligu li jiżvela b'mod immedjat kwalunkwe att li x'aktarx jikkostitwixxi kunflitt ta' interessi fis-sens tal-Artikolu 57 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament. Il-membri tal-panel għandhom jirrestrinġu ruħhom minn kull każ fejn ikollhom kunflitt reali ta' interessi.

5.  Ir-regoli ta' proċedura tal-panel għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.

Artikolu 146

Kriterji ta' għażla

(L-Artikolu 110(2) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-awtorità kontraenti għandha tindika l-kriterji ta' selezzjoni fid-dokumenti tal-akkwist, il-livelli minimi ta' kapaċità u l-evidenza meħtieġa biex tkun ipprovata din il-kapaċità. Ir-rekwiżiti kollha għandhom ikunu relatati u proporzjonati mas-suġġett tal-kuntratt.

Fid-dokumenti tal-akkwist l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika kif gruppi ta' operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-għażla b'kont meħud tal-paragrafu 6.

Fejn kuntratt huwa maqsum f'lottijiet, l-awtorità kontraenti tista' tistabbilixxi livelli minimi ta' kapaċitàgħal kull lott. Hija tista' tistipula livelli minimi addizzjonali ta' kapaċità f'każijiet fejn bosta lottijiet jingħataw lill-istess kuntrattur.

2.  Fir-rigward tal-kapaċità għat-twettiq tal-attività professjonali, l-awtorità kontraenti tista' teżiġi li l-operatur ekonomiku li jissodisfa mill-inqas waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a) jiġi rreġistrat f'reġistru professjonali jew kummerċjali rilevanti, ħlief għal organizzazzjonijiet internazzjonali;

(b) għal kuntratti ta' servizz, ikollu awtorizzazzjoni partikolari li turi li huwa awtorizzat li jwettaq il-kuntratt fil-pajjiż tal-istabbiliment jew li jkun membru ta' organizzazzjoni professjonali speċifika.

3.  Meta tirċievi talbiet għall-parteċipazzjoni jew offerti, l-awtorità kontraenti għandha taċċetta d-DEUA jew, fin-nuqqas ta' dak, dikjarazzjoni fuq l-unur li tgħid li l-kandidat jew l-offerent jissodisfa l-kriterji tal-għażla.

L-awtorità kontraenti tista', fi kwalunkwe mument matul il-proċedura, titlob lill-offerenti u lill-kandidati jissottomettu dikjarazzjoni aġġornaat jew id-dokumenti ta' sostenn kollha jew parti minnhom fejn dan huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata t-tmexxija korretta tal-proċedura.

L-awtorità kontraenti għandha titlob lill-kandidati jew lill-offerent li jirbaħ il-kuntratt biex jippreżentaw dokumenti ta' sostenn aġġornati ħlief fejn din tkun diġà rċeviethom għall-finijiet ta' proċedura oħra u sakemm id-dokumenti għadhom aġġornati jew hija tista' taċċessahom fuq bażi nazzjonali tad-dejta mingħajr ħlas.

4.  L-awtorità kontraenti tista', skont il-valutazzjoni tagħha tar-riskji, tiddeċiedi li ma teħtieġx evidenza tal-kapaċità legali, regolatorja, finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-operaturi ekonomiċi fil-każijiet li ġejjin:

(a) proċeduri għal kuntratti ta' valur medju jew baxx mogħtija mill-istituzzjonijiet f'isimhom stess, b'valur li ma jaqbiżx il-valur imsemmi fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(b) proċeduri għal kuntratti mogħtija fil-qasam tal-azzjonijiet esterni, b'valur li ma jaqbiżx il-limiti minimi msemmija fl-Artikoli 265(1)(a), 267(1)(a) jew 269(1)(a).

Fejn l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li ma teħtieġx provi tal-kapċità legali, regolatorja, finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-operaturi ekonomiċi, ma għandu jsir l-ebda prefinanzjament.

5.  Meta huwa xieraq li jagħmel dan u għal kuntratt partikolari, operatur ekonomiku jista' jserraħ fuq il-kapaċitajiet ta' entitajiet oħra, hi x'inhi n-natura legali tar-rabtiet li huwa jkollu magħhom. Huwa għandu, f'dan il-każ, jagħti prova lill-awtorità kontraenti li huwa se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-mezzi meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt billi jippreżenta impenn minn dawn l-entitajiet għal dan l-effett.

Fir-rigward ta' kriterji tekniċi u professjonali, operatur ekonomiku jista' jserraħ fuq il-kapaċitajiet ta' entitajiet oħra meta dawn tal-aħħar se jwettqu x-xogħlijiet jew is-servizzi li għalihom huma meħtieġa dawn il-kapaċitajiet.

Fejn operatur ekonomiku jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta' entitajiet oħrajn fir-rigward ta' kriterji relatati mal-kapaċità ekonomika u finanzjarja, l-awtorità kontraenti tista' teżiġi li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli b'mod konġunt għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

L-awtorità kontraenti tista' titlob informazzjoni mingħand l-offerent dwar kwalunkwe parti tal-kuntratt li l-offerent għandu f'moħħu li jissottokuntratta terzi u dwar l-identità ta' kwalunkwe sottokuntratturi.

Għal xogħlijiet jew servizzi provduti f'faċilità taħt is-superviżjoni diretta tal-awtorità kontraenti, l-awtorità kontraenti għandha teżiġi lill-kuntrattur biex jindika l-ismijiet, il-kuntatti u r-rappreżentanti awtorizzati ta' sottokuntratturi involuti fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt, inkluż kull tibdil ta' sottokuntratturi.

6.  Meta s-sottokuntrattar jirrapreżenta parti sinifikanti tal-kuntratt, l-awtorità kontraenti għandha tivverifika jekk l-entitajiet li fuq il-kapaċità tagħhom l-operatur ekonomiku għandu l-intenzjoni li jiddependi u s-sottokuntratturi previsti jissodisfawx il-kriterji rilevanti tal-għażla.

L-awtorità kontraenti għandha teżiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità jew sottokuntrattur li ma jissodisfax kriterju tal-għażla rilevanti.

7.  Fil-każ ta' kuntratti ta' xogħlijiet, kuntratti ta' servizzi u operazzjonijiet ta' tqegħid fil-post jew ta' istallazzjoni fil-kuntest ta' kuntratt ta' provvista, l-awtorità kontraenti tista' teżiġi li ċerti kompiti kritiċi jitwettqu direttament mill-offerent stess jew, fejn l-offerta tkun sottomessa minn grupp ta' operaturi ekonomiċi minn parteċipant fil-grupp.

Artikolu 147

Kapaċità ekonomika u finanzjarja

(L-Artikolu 110(2) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Biex ikun żgurat li l-operaturi ekonomiċi għandhom il-kapaċità ekonomika u finanzjarja neċessarja biex jeżegwixxu l-kuntratt, l-awtorità kontraenti tista' teżiġi b'mod partikolari li:

(a) l-operaturi ekonomiċi jkollhom ċertu fatturat annwali minimu, inkluż ċertu fatturat minimu fil-qasam kopert mill-kuntratt;

(b) l-operaturi ekonomiċi jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet annwali tagħhom li turi l-proporzjonijiet bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet;

(c) l-operaturi ekonomiċi jipprovdu livell adegwat ta' assigurazzjoni ta' indennizz għar-riskju professjonali.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-fatturat annwali minimu ma għandux jaqbeż id-doppju tal-valur annwali stmat tal-kuntratt, għajr f'każijiet debitament ġustifikati marbuta man-natura tax-xiri, li l-awtorità kontraenti għandha tispjega fid-dokumenti tal-akkwist.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kontraenti għandha tispjega l-metodi u l-kriterji għal tali proporzjoni fid-dokumenti tal-akkwist.

2.  Fil-każ ta' sistemi dinamiċi ta' xiri, il-fatturat annwali massimu għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-daqs massimu previst ta' kuntratti speċifiċi li se jingħataw skont dik is-sistema.

3.  L-awtorità kontraenti għandha tiddefinixxi fid-dokumenti tal-akkwist l-evidenza li għandha tiġi pprovduta minn operatur ekonomiku biex turi l-kapaċità ekonomika u finanzjarja tagħha. Hija tista' titlob b'mod partikolari dokument wieħed jew aktar mid-dokumenti li ġejjin:

(a) dikjarazzjonijiet xierqa minn banek, jew, fejn xieraq, prova tal-assigurazzjoni ta' indennizz għar-riskju professjonali rilevanti;

(b) rapporti finanzjarji jew l-estratti tagħhom għal perjodu ugwali għall-aħħar tliet snin li għalihom ikunu ngħalqu l-kontijiet, jew inqas;

(c) dikjarazzjoni tal-fatturat kumplessiv tal-operatur ekonomiku u, fejn xierqa, tal-fatturat fil-qasam kopert mill-kuntratt għal massimu tal-aħħar tliet snin finanzjarji disponibbli.

Jekk, għal kwalunkwe raġuni valida, l-operatur ekonomiku ma jkunx jista' jipprovdi r-referenzi mitluba mill-awtorità kontraenti, jista' jagħti prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja permezz ta' kwalunkwe dokument ieħor li l-awtorità kontraenti tqis bħala adatt.

Artikolu 148

Kapaċità teknika u professjonali

(L-Artikolu 110(2) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-awtorità kontraenti għandha tivverifika li l-kandidati jew l-offerenti jissodisfaw il-kriterji minimi tal-għażla li jikkonċernaw il-kapaċità teknika u professjonali f'konformità mal-paragrafi 2 sa 5.

2.  L-awtorità kontraenti għandha tiddefinixxi fid-dokumenti tal-akkwist l-evidenza li għandha tiġi pprovduta minn operatur ekonomiku biex turi l-kapaċità teknika u professjonali tagħha. Hija tista' titlob dokument wieħed jew aktar mid-dokumenti li ġejjin:

(a) għal xogħlijiet, għal provvisti li jeħtieġu operazzjonijiet jew servizzi ta' tqegħid jew installazzjoni, il-kwalifiki edukattivi u professjonali, il-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien espert tal-persuni responsabbli għall-eżekuzzjoni;

(b) lista ta' dawn li ġejjin:

(i) tas-servizzi prinċipali mogħtija u l-provvisti kkonsenjati matul l-aħħar tliet snin, bit-totali, id-dati u l-klijenti, pubbliċi jew privati akkumpanjati, jekk mitluba, minn dikjarazzjonijiet maħruġa mill-klijenti;

(ii) tax-xogħlijiet imwettqa matul l-aħħar ħames snin, li magħha jiġu ppreżentati ċertifikati ta' eżekuzzjoni tajba għax-xogħlijiet l-aktar importanti;

(c) dikjarazzjoni tat-tagħmir tekniku, l-għodod jew l-impjanti disponibbli għall-operatur ekonomiku għall-eżekuzzjoni ta' kuntratt ta' servizzi jew ta' xogħlijiet;

(d) deskrizzjoni tal-faċilitajiet tekniċi u l-mezzi disponibbli għall-operatur ekonomiku għall-iżgurar tal-kwalità, u deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta' studju u riċerka disponibbli;

(e) referenza għat-tekniċi jew il-korpi tekniċi disponibbli għall-operatur ekonomiku, ikunu jew ma jkunux direttament tiegħu, speċjalment dawk responsabbli għall-kontroll tal-kwalità;

(f) fir-rigward tal-provvisti: kampjuni, deskrizzjonijiet jew ritratti awtentiċi jew ċertifikati maħruġa minn istituti jew aġenziji uffiċċjali ta' kontroll tal-kwalità ta' kompetenza magħrufa li jaffermaw il-konformità tal-prodotti identifikata b'mod ċar minn referenza għall-speċifikazzjonijiet jew standards tekniċi;

(g) għal xogħlijiet jew servizzi, dikjarazzjoni tal-medja annwali ta' manodopera u l-għadd ta' persunal maniġerjali tal-operatur ekonomiku tul l-aħħar tliet snin;

(h) indikazzjoni ta' sistemi ta' ġestjoni u ta' traċċar tal-katina tal-provvista li l-operatur ekonomiku ser ikun jista' japplika meta jwettaq il-kuntratt;

(i) indikazzjoni tal-miżuri ta' ġestjoni ambjentali li l-operatur ekonomiku ser ikun jista' japplika meta jonora l-kuntratt;

Għall-finijiet tal- punt (i) tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta' kompetizzjoni, l-awtorità kontraenti tista' tindika li evidenza ta' provvisti jew servizzi rilevanti fornuti jew imwettqa aktar minn tliet snin qabel ikunu kkunsidrati.

Għall-finijiet tal- punt (i) tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta' kompetizzjoni, l-awtorità kontraenti tista' tindika li evidenza ta' xogħlijiet rilevanti fornuti jew imwettqa aktar minn ħames snin qabel ikunu kkunsidrati.

3.  Meta l-provvisti jew is-servizzi jkunu kumplessi jew, b'mod eċċezzjonali, ikunu meħtieġa għal skop partikolari, l-evidenza tal-kapaċità teknika u professjonali tista' tinkiseb permezz ta' kontroll imwettaq mill-awtorità kontraenti jew f'isimha minn korp uffiċjali kompetenti tal-pajjiż li fih ikun stabbilit l-operatur ekonomiku, soġġett għall-qbil ta' dak il-korp. Dawn il-kontrolli jirrigwardaw il-kapaċità teknika u l-kapaċità ta' produzzjoni tal-fornitur u, jekk ikun meħtieġ, il-faċilitajiet ta' studju u riċerka u l-miżuri tiegħu għall-kontroll tal-kwalità.

4.  Meta l-awtorità kontraenti titlob il-preżentazzjoni ta' ċertifikati mħejjija minn korp indipendenti li jiċċertifikaw il-konformità tal-operatur ekonomiku ma' ċerti standards ta' garanzija tal-kwalità, inkluż dak dwar l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità, hija tirreferi għal sistemi ta' garanzija tal-kwalità bbażati fuq is-sensiela rilevanti ta' standards Ewropej iċċertifikati minn korpi akkreditati. L-awtorità kontraenti għandha taċċetta wkoll evidenza oħra ta' miżuri ekwivalenti ta' garanzija tal-kwalità minn operatur ekonomiku li b'mod ċar ma għandux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew ma jkollu ebda possibbiltà li jikseb tali ċertifikati fil-limiti ta' żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku dment li l-operatur ekonomiku jagħti prova li l-miżuri ta' garanzija tal-kwalità jikkonformaw mal-istandards ta' garanziji tal-kwalità meħtieġa.

5.  Meta l-awtorità kontraenti titlob il-forniment ta' ċertifikati mħejjija minn korpi indipendenti li jiddikjaraw li l-operatur ekonomiku huwa konformi ma' ċerti sistemi jew standards ta' ġestjoni ambjentali, hija tirreferi għall-Iskema tal-Unjoni Ewropea ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali jew għal kwalunkwe sistema oħra ta' ġestjoni ambjentali kif rikonoxxuti skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) jew standards oħra ta' ġestjoni ambjentali bbażati fuq l-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti minn korpi akkreditati. Fejn operatur ekonomiku seta' juri li ma għandux aċċess għal tali ċertifikati, jew li ma għandux possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta' żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku, l-awtorità kontraenti għandu jaċċetta wkoll evidenza oħra ta' miżuri ta' ġestjoni ambjentali, dment li l-operatur ekonomiku jagħti prova li dawn il-miżuri huma ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont is-sistema jew standard ta' ġestjoni ambjentali applikabbli.

6.  Awtorità kontraenti tista' tikkonkludi li operatur ekonomiku ma għandux il-kapaċitajiet professjonali meħtieġa sabiex jeżegwixxi l-kuntratt bi standard xieraq ta' kwalità fejn l-awtorità kontraenti tkun stabbiliet li l-operatur ekonomiku għandu interessi kunfliġġenti li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv l-eżekuzzjoni tiegħu.

Artikolu 149

Kriterji tal-għoti

(L-Artikolu 110(3) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-kriterji ta' kwalità jistgħu jinkludu elementi bħall-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibilità, id-disinn għall-utenti kollha, il-karatteristiċi soċjali, ambjentali u dawk innovattivi, il-produzzjoni, il-forniment u l-proċess tan-negozjar u kwalunkwe proċess speċifiku fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, l-organizzazzjoni tal-persunal assenjat biex iwettaq il-kuntratt, is-servizz ta' wara l-bejgħ, l-assistenza teknika u l-kundizzjonijiet tal-forniment bħad-data ta' forniment, il-proċess ta' forniment u l-perjodu ta' forniment jew il-perjodu ta' tlestija.

2.  L-awtorità kontraenti għandha tispeċifika fid-dokumenti tal-akkwist, il-piż relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula sabiex tiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża għajr meta jintuża l-metodu tal-irħas prezz. Dawk il-ponderazzjonijiet jistgħu jiġu espressi bħala medda f'firxa massima xierqa.

Il-ponderazzjoni applikata għall-prezz f'relazzjoni mal-kriterji l-oħrajn ma għandhiex ixxejjen l-importanza tal-prezz jew tal-kost.

Jekk il-ponderazzjoni mhix possibbli, l-awtorità kontraenti għandha tindika l-kriterji f'ordni li tonqos skont l-importanza.

3.  L-awtorità kontraenti tista' tistabbilixxi livelli minimi ta' kwalità. L-offerti li juru livelli ta' kwalità aktar baxxi mil-livelli minimi stabbiliti jiġu rifjutati.

4.  Il-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom ikopru partijiet mill-ispejjeż jew l-ispejjeż kollha li ġejjin, sa fejn ikun rilevanti, matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' xogħlijiet, provvisti jew servizzi:

(a) kostijiet imġarrba mill-awtorità kontraenti jew utenti oħra, bħal:

(i) kostijiet relatati mal-akkwiżizzjoni;

(ii) kostijiet tal-użu, bħal konsum tal-enerġija u riżorsi oħra,

(iii) kostijiet tal-manutenzjoni;

(iv) kostijiet ta' tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja, bħall-kostijiet ta' ġbir u tar-riċiklaġġ

(b) kostijiet attribwiti lil esternalitajiet ambjentali marbuta max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, dment li l-valur monetarju tagħhom ikun jista' jiġi ddeterminat u vverifikat.

5.  Meta l-awtorità kontraenti tivvaluta l-kostijiet permezz ta' approċċ tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, hija għandha tindika fid-dokumenti tal-akkwist id-dejta li għandha tingħata mill-offerenti u l-metodu li hija se tuża biex tiddetermina l-kost taċ-ċiklu tal-ħajja abbażi ta' dik id-dejta.

Il-metodu użat għall-valutazzjoni tal-kostijiet attribwiti lil esternalitajiet ambjentali għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikun ibbażat fuq kriteriji li jistgħu jiġu vverifikati oġġettivament u mingħajr diskriminazzjoni.

(b) ikun aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha;

(c) l-operaturi ekonomiċi jistgħu jipprovdu d-dejta meħtieġa bi sforz raġonevoli.

Fejn applikabbli, l-awtorità kontraenti għandha tuża l-metodi komuni mandatorji għall-kalkolu tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja stipulati fl-Anness XIII tad-Direttiva 2014/24/UE.

Artikolu 150

Użu ta' rkanti elettroniċi

(L-Artikolu 110(5) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-awtorità kontraenti tista' tuża rkantijiet elettroniċi li fihom jiġu ppreżentati prezzijiet ġodda, riveduti 'l isfel, u/jew valuri ġodda li jikkonċernaw ċerti elementi tal-offerti.

L-awtorità kontraenti għandha tistruttura l-irkant elettroniku bħala proċess elettroniku ripetittiv, li jseħħ wara evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti, li jippermetti sabiex dawn jiġu kklassifikati permezz ta' metodi ta' evalwazzjoni awtomatiċi.

2.  Fi proċeduri miftuħa, ristretti jew kompetittivi permezz tan-negozjar, l-awtorità kontraenti jistgħu jiddeċiedu li qabel l-għoti ta' kuntratt pubbliku l-ewwel ikun hemm irkant elettroniku meta d-dokumenti tal-akkwist jistgħu jiġu stabbiliti bi preċiżjoni.

Rkant elettroniku jista' jintuża fil-ftuħ mill-ġdid ta' kompetizzjoni bejn il-partijiet għal kuntratt qafas kif imsemmi fl-Artikolu 122(3)(b) u fil-ftuħ għall-kompetizzjoni tal-kuntratti li jridu jingħataw bis-sistema dinamika ta' xiri msemmija fl-Artikolu 131.

L-irkant elettroniku għandu jkun ibbażat fuq waħda mill-metodi ta' għoti stipulati fl-Artikolu 110(4) tar-Regolament Finanzjarju.

3.  L-awtorità kontraenti li tiddeċiedi li tuża rkant elettroniku għandha tiddikjara dan il-fatt fl-avviż tal-kuntratt.

Id-dokumenti ta' akkwist għandhom jinkludu d-dettalji li ġejjin:

(a) il-valuri tal-elementi li se jkunu s-suġġett ta' rkant elettroniku, bil-kundizzjoni li dawk l-elementi jkunu kwantifikabbli u jistgħu jiġu espressi f'ċifri jew f'perċentwali;

(b) kwalunkwe limiti fuq il-valuri li jistgħu jiġu ppreżentati, peress li jirriżultaw mill-ispeċifikazzjonijiet relatati mas-suġġett tal-kuntratt;

(c) l-informazzjoni li ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-offerenti matul l-irkant elettroniku u, fejn dan ikun adatt, meta ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom;

(d) l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-proċess ta' rkant elettroniku inkluż jekk dan jinkludix fażijiet u kif se jingħalqu, kif stabbilit fil-paragrafu 7;

(e) il-kondizzjonijiet li bihom l-offerenti se jkunu jistgħu jagħmlu l-offerti tagħhom u, b'mod partikolari, id-differenzi minimi li, fejn adatt, se jkunu meħtieġa għal meta jsiru l-offerti;

(f) il-kondizzjonijiet li skonthom l-offerenti ser ikunu jistgħu jagħmlu l-offerti tagħhom u, b'mod partikolari, id-differenzi minimi li, fejn adatt, ser ikunu meħtieġa għal meta jsiru l-offerti.

4.  L-offerenti kollha li jkunu ressqu offerti ammissibbli għandhom jiġu mistiedna b'mod simultanju b'mezzi elettroniċi sabiex jieħdu sehem fl-irkant elettroniku bl-użu tal-konnessjonijiet skont l-istruzzjonijiet. L-istedina għandha tispeċifika d-data u l-ħin tal-bidu tal-irkant elettroniku.

L-irkant elettroniku jista' jseħħ f'għadd ta' fażijiet suċċessivi. L-irkant elettroniku ma jistax jibda qabel jumejn ta' xogħol mid-data li fiha jkunu ħarġu l-istediniet.

5.  L-istedina għandha tkun akkumpanjata mill-eżitu tal-evalwazzjoni sħiħa tal-offerta rilevanti.

L-istedina għandha tiddikjara wkoll l-istat tal-formula matematika li għandha tintuża fl-irkant elettroniku sabiex jiġu determinati l-klassifikazzjonijiet awtomatiċi l-ġodda fuq il-bażi tal-prezzijiet il-ġodda u/jew il-valuri l-ġodda sottomessi. Dik il-formula tinkorpora l-piż tal-kriterji kollha stabbiliti sabiex tiġi determinata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, kif indikat fid-dokumenti tal-akkwist. Madanakollu, għal dak il-fini, kwalunkwe medda għandha titnaqqas minn qabel għal valur speċifikat.

Fejn huma awtorizzati varjanti, għandha tingħata formula separata għal kull varjant.

6.  Matul kull fażi ta' rkant elettroniku l-awtorità kontraenti għandha tikkomunika minnufih lill-offerenti kollha tal-inqas biżżejjed informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jaċċertaw ruħhom mill-klassifikazzjonijiet relattivi f'kull mument. Hija tista' wkoll, fejn dan ikun ġie indikat minn qabel, tikkomunika informazzjoni oħra rigward prezzijiet u valuri oħra sottomessi kif ukoll tħabbar l-għadd ta' parteċipanti fi kwalunkwe fażi speċifika tal-irkant. Madanakollu, hija ma tistax tiddivulga l-identitajiet tal-offerenti matul kwalunkwe fażi tal-irkant elettroniku.

7.  L-awtorità kontraenti għandha tagħlaq irkant elettroniku b'wieħed jew aktar mill-modi li ġejjin:

(a) fid-data u l-ħin indikati preċedentement;

(b) fejn ma tirċevix aktar prezzijiet jew valuri ġodda li jilħqu r-rekwiżiti rigward id-differenzi minimi, sakemm preċedentament ma tkunx iddikjarat iż-żmien li hija se tħalli jgħaddi wara li tirċievi l-aħħar sottomissjoni qabel ma tagħlaq l-irkant elettroniku;

(c) meta jkun tlesta n-numru ta' fażijiet tal-irkant identifikati preċedentement.

8.  Wara li tagħlaq irkant elettroniku, l-awtorità kontraenti taġġudika l-kuntratt fuq il-bażi tar-riżultati tal-irkant elettroniku.

Artikolu 151

Offerti abnormalment baxxi

(L-Artikolu 110(5) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Jekk, għal kuntratt partikolari, il-prezz jew il-kost propost fl-offerta jidhru li huma baxxi b'mod abnormali, l-awtorità kontraenti għandha titlob bil-miktub dettalji tal-elementi kostitwenti tal-prezz jew il-kost li hija tqis rilevanti u għandha tagħti lill-offerent l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

L-awtorità kontraenti tista', b'mod partikolari, tikkunsidra l-osservazzjonijiet dwar:

(a) l-ekonomija tal-proċess tal-manifattura, tal-forniment tas-servizzi jew tal-metodu ta' kostruzzjoni;

(b) is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew il-kundizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli għall-offerent;

(c) l-oriġinalità tal-offerta.

(d) il-konformità tal-offerent ma' kwalunkwe obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol.

(e) il-konformità tas-sottokuntratturi ma' kwalunkwe obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol.

(f) il-possibbiltà li l-offerent jikseb għajnuna mill-Istat f'konformità mar-regoli applikabbli.

2.  L-awtorità kontraenti tista' tirrifjuta l-offerta biss fejn l-evidenza pprovduta ma tagħtix ġustifikazzjoni sodisfaċenti tal-livell baxx tal-prezz jew tal-kostijiet proposti.

L-awtorità kontraenti għandha tirrifjuta l-offerta, fejn ġie stabbilit li l-offerta hija abnormalment baxxa minħabba li ma tikkonformax mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol.

3.  Fejn l-awtorità kontraenti tistabbilixxi li offerta hija abnormalment baxxa għax l-offerent kiseb għajnuna mill-Istat, hija tista' tirrifjuta l-offerta fuq dik ir-raġuni waħedha biss jekk l-offerent, f'limitu ta' żmien suffiċjenti stabbilit mill-awtorità kontraenti, ma jistax juri li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE.

Artikolu 152

Limiti ta' żmien sabiex jintlaqgħu l-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni

(L-Artikolu 111(1) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-awtorità kontraenti għandha tistabbilixxi data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni.

Meta tiffissal-limiti ta' żmien, l-awtorità kontraenti għandha tikkunsidra l-kumplessità tal-kuntratt u ż-żmien meħtieġ għat-tfassil tal-offerti. L-iskadenzi għandhom ikunu itwal mil-limiti ta' żmien minimi stabbiliti f'dan l-Artikolu meta l-offerti jistgħu jsiru biss wara żjara lis-sit jew wara konsultazzjoni fuq il-post tad-dokumenti ta' prova għad-dokumenti tal-akkwist.

Il-limiti ta' żmien għandhom jittawlu b'ħamest ijiem fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) l-awtorità kontraenti ma toffrix aċċess dirett mingħajr ħlas b'mezzi elettroniċi għad-dokumenti tal-akkwist;

(b) l-avviż tal-kuntratt ikun ippubblikat skont il-punt (b) tal-Artikolu 125(2).

▼B

2.  Fi proċeduri miftuħa għal kuntratti b’valur daqs jew ogħla mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 170(1), il-limitu ta’ żmien għar-riċeviment tal-offerti ma jridx ikun inqas minn 42 jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż tal-kuntratt.

3.  Fi proċeduri ristretti, f’każijiet ta’ użu tad-djalogu kompetittiv imsemmi fl-Artikolu 132 u fi proċeduri nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż dwar kuntratt għal kuntratti ’l fuq mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 170(1), il-limitu ta’ żmien għar-riċeviment ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni ma jridx ikun inqas minn 37 jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż tal-kuntratt.

Fi proċeduri ristretti għal kuntratti b’valur daqs jew ogħla mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 170(1), il-limitu ta’ żmien għar-riċeviment tal-offerti ma jridx ikun inqas minn 40 jum mid-data li fiha tintbagħat is-sejħa għall-offerti.

Madankollu, fil-proċeduri wara sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess kif imsemmija fl-Artikolu 136(1), il-limitu ta’ żmien irid ikun:

(a) mhux anqas minn 21 jum mid-data li fiha tintbagħat is-sejħa għall-offerti sabiex jiġu riċevuti l-offerti fil-każ tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 136(1)(a) u l-Artikolu 136(3)(b)(i);

(b) mhux anqas minn 10 ijiem sabiex jiġu riċevuti talbiet għall-parteċipazzjoni u mhux anqas minn 21 jum sabiex jiġu riċevuti offerti fil-każ tal-proċedura f’żewġ passi msemmija fl-Artikolu 136(3)(b)(ii).

▼M1

4.  Fi proċeduri ristretti u fi proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, il-limitu ta' żmien biex jaslu l-offerti għandu jkun mhux inqas minn 30 jum mid-data li fiha toħroġ l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.

5.  F'sistema dinamika ta' xiri, il-limitu ta' żmien biex jaslu l-offerti ma għandux ikun inqas minn 10 ijiem mid-data li fiha tinħareġ l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.

6.  Fil-proċeduri wara sejħa għall-espressjonijiet ta' interess kif imsemmija fl-Artikolu 136(1), il-limitu ta' żmien irid ikun:

(a) mhux anqas minn 10 ijiem mid-data li fiha tintbagħat is-sejħa għall-offerti sabiex jiġu riċevuti l-offerti fil-każ tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 136(1)(a) u l-Artikolu 136(3)(b)(i);

(b) mhux anqas minn 10 ijiem sabiex jiġu riċevuti talbiet għall-parteċipazzjoni u mhux anqas minn 10 jum sabiex jiġu riċevuti offerti fil-każ tal-proċedura f'żewġ passi msemmija fl-Artikolu 136(3)(b)(ii).

7.  L-awtorità kontraenti tista' tnaqqas id-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti b'ħamest ijiem għal proċeduri miftuħa jew ristretti jekk din taċċetta li l-offerti jistgħu jiġu sottomessi b'mezzi elettroniċi.

Artikolu 153

Aċċess għal dokumenti tal-akkwist u limitu ta' żmien sabiex tkun ipprovduta informazzjoni addizzjonali

(L-Artikolu 111(1) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-awtorità kontraenti għandha toffri aċċess dirett mingħajr ħlas b'mezzi elettroniċi għad-dokumenti tal-akkwist mid-data ta' pubblikazzjoni tal-avviż ta' kuntratt jew, għal dawk il-proċeduri mingħajr avviż ta' kuntratt jew skont l-Artikolu 136, mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.

F'każijiet ġustifikati, l-awtorità kontraenti tista' tibgħat id-dokumenti tal-akkwist permezz ta' mezzi oħra speċifikati minnha jekk l-aċċess dirett b'mezzi elettroniċi għal raġunijiet tekniċi ma jkunx possibbli jew jekk id-dokumenti tal-akkwist ikun fihom informazzjoni ta' natura kunfidenzjali. F'dawn il-każijiet għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 152(1) ħlief f'każijiet urġenti kif previst fl-Artikolu 154(1).

L-awtorità kontraenti tista' timponi fuq operaturi ekonomiċi rekwiżiti bil-għan li tipproteġi n-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni li tinsab fid-dokumenti tal-akkwist. Hija għandha tħabbar dawn ir-rekwiżiti kif ukoll kif jinkiseb aċċess għad-dokumenti tal-akkwist kkonċernati.

2.  L-awtorità kontraenti għandha tipprovdi informazzjoni addizzjonali marbuta mad-dokumenti tal-akkwist simultanjament u bil-miktub lill-operaturi ekonomiċi kollha interessati malajr kemm jista' jkun.

L-awtorità kontraenti ma għandhiex tkun marbuta li twieġeb għat-talbiet għal informazzjoni addizzjonali ppreżentati anqas minn sitt ijiem qabel l-iskadenza għall-wasla tal-offerti.

3.  L-awtorità kontraenti għandha testendi d-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti fejn:

(a) ma pprovdietx informazzjoni addizzjonali sa mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel l-iskadenza għall-wasla tal-offerti għalkemm l-operatur ekonomiku talabha fi żmien adegwat;

(b) hija tagħmel bidliet sinifikanti fid-dokumenti tal-akkwist.

Artikolu 154

Limiti ta' żmien f'każijiet urġenti

(L-Artikolu 111(1) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Meta urġenza debitament issostanzjata tirrendi imprattikabbli l-limiti minimi ta' żmien stipulati fl-Artikoli 152(2) u 152(3) għall-proċeduri miftuħa jew ristretti, l-awtorità kontraenti tista' tistabbilixxi:

(a) limitu biex jintlaqgħu talbiet għall-parteċipazzjoni jew offerti fi proċeduri miftuħa li ma għandhomx ikunu inqas minn 15-il jum minn meta joħroġ l-avviż tal-kuntratt;

(b) id-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-proċeduri ristretti li ma għandiex tkun qabel 10 ijiem mid-data li fiha toħroġ l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.

2.  F'każijiet urġenti, il-limitu ta' żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 153(2) u fl-Artikolu 153(3)(a) għandu jkun ta' erbat ijiem.

Artikolu 155

Arranġamenti għall-preżentazzjoni tal-offerti

(l-Artikolu 111(1) u (2) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-arranġamenti għas-sottomissjoni tal-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni jiġu stabbiliti mill-awtorità kontraenti, li tista' tagħżel metodu esklużiv ta' sottomissjoni.

Il-mezzi ta' komunikazzjoni magħżulin jkunu tali li jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) kull sottomissjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tagħha;

(b) tiġi ppreservata l-integrità tad-dejta;

(c) tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-offerti u tat-talbiet għall-parteċipazzjoni u l-awtorità kontraenti teżamina l-kontenut tal-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni biss wara li jkun għadda ż-żmien stipulat għas-sottomissjoni tagħhom;

(d) tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dejta personali skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2.  Ħlief għall-kuntratti b'valur aktar baxx mil-limiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju, l-apparat għar-riċeviment elettroniku tal-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni jrid jiggarantixxi, permezz ta' mezzi tekniċi u proċeduri xierqa, li:

(a) l-operatur ekonomiku jkun jista' jiġi awtentikat b'ċertezza;

(b) il-ħin u d-data eżatti tar-riċeviment tal-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni jkunu jistgħu jiġu determinati b'mod preċiż;

(c) ikun jista' jiġi raġonevolment żgurat li, qabel il-limiti ta' żmien stabbiliti, ħadd ma jkollu aċċess għad-dejta trasmessa taħt dawn ir-rekwiżiti;

(d) il-persuni awtorizzati biss jistgħu jistabbilixxu jew jibdlu d-dati għall-ftuħ tad-dejta li tkun waslet;

(e) matul il-fażijiet differenti tal-proċedura ta' akkwist, persuni awtorizzati biss jista' jkollhom aċċess għad-dejta kollha ppreżentata u jista' jagħtu aċċess għal din id-dejta kif meħtieġ għall-proċedura;

(f) jista' jkun raġonevolment żgurat li kwalunkwe tentattiv biex jinkisru kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (e) jista jkun identifikat.

3.  Meta l-awtorità kontraenti tawtorizza s-sottomissjoni ta' offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni b'mezzi elettroniċi, id-dokumenti elettroniċi sottomessi b'dawn is-sistemi jitqiesu bħala l-oriġinali.

4.  Meta l-għotja tal-offerti ssir bil-posta, il-kandidati jew l-offerenti jistgħu jagħżlu jekk jippreżentawx talba għall-parteċipazzjoni jew offerta:

(a) jew bil-posta jew bis-servizz ta' kurrier, f'liema każ l-evidenza tkun kostitwita mit-timbru jew mid-data tal-irċevuta tad-depożitu;

(b) billi titwassal bl-idejn s'għand l-awtorità kontraenti mill-offerent jew mill-kandidat innifsu jew minn aġent, f'liema każ l-evidenza għandha tkun il-konferma tar-riċevuta.

5.  Bil-preżentazzjoni ta' talba għal parteċipazzjoni jew ta' offerta, il-kandidati jew l-offerenti jaċċettaw li jirċievu notifika tal-eżitu tal-proċedura permezz ta' mezzi elettroniċi.

Artikolu 155a

Katalogi elettroniċi

(L-Artikolu 111(7) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Fejn ikun rikjest l-użu ta' mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni, l-awtorità kontraenti tista' teżiġi li l-offerti jiġu ppreżentati fil-format ta' katalogu elettroniku jew li jiġi inkluż katalogu elettroniku.

2.  Fejn il-preżentazzjoni ta' offerti fil-forma ta' katalogi elettroniċi hija aċċettata jew rikjesta, l-awtorità kontraenti għandha:

(a) tiddikjara dan fl-avviż dwar kuntratt;

(b) tindika l-informazzjoni kollha meħtieġa fid-dokumenti tal-akkwist rigward il-format, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet ta' konnessjonijiet tekniċi għall-katalogu.

3.  Fejn kuntratt qafas multiplu ġie konkluż wara l-preżentazzjoni ta' offerti fil-forma ta' katalogi elettroniċi, l-awtorità kontraenti tista' tipprovdi li l-ftuħ mill-ġdid ta' kompetizzjoni għal kuntratti speċifiċi jseħħ fuq il-bażi ta' katalogi aġġornati bl-użu ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a) l-awtorità kontraenti tistieden lill-kuntratturi jissottomettu mill-ġdid il-katalogi elettroniċi tagħhom, adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt speċifiku inkwistjoni;

(b) l-awtorità kontraenti tinnotifika lill-kuntratturi li għandhom il-ħsieb li jiġbru mill-katalogi elettroniċi li diġà ġew sottomessi dik l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu kostitwiti offerti adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt speċifiku inkwistjoni, dejjem jekk l-użu ta' dan il-metodu jkun tħabbar fid-dokumenti tal-akkwist tal-ftehim qafas.

4.  Meta jintuża l-metodu skont il-punt (b) tal-paragrafu 3, l-awtorità kontraenti għandha tinnotifika kuntratturi bid-data u l-ħin li fiha għandha l-ħsieb li tiġbor l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu kostitwiti offerti adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt speċifiku inkwistjoni u għandha tagħti lill-kuntratturi l-possibilità li jirrifjutaw tali ġbir ta' informazzjoni.

L-awtorità kontraenti għandha tagħti perjodu ta' żmien adegwat bejn in-notifika u l-ġbir attwali tal-informazzjoni.

Qabel ma jagħtu l-kuntratt speċifiku, l-awtorità kontraenti għandha tippreżenta l-informazzjoni miġbura lill-kuntrattur ikkonċernat, sabiex b'hekk jagħtuh l-opportunità li jikkontesta jew jikkonferma li l-offerta hekk ikkostitwita ma fiha l-ebda żball materjali.

Artikolu 156

Garanziji għall-offerti

(L-Artikolu 111(3) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-awtorità kontraenti tista' titlob garanzija għall-offerta, ippreżentata skont l-Artikolu 163, li tirrappreżenta minn 1 % sa 2 % tal-valur totali tal-kuntratt.

2.  L-awtorità kontraenti għandha tiġbed il-garanzija tal-offerta jekk l-offerta tiġi rtirata qabel l-iffirmar tal-kuntratt.

L-awtorità kontraenti għandha tirrilaxxa l-garanzija tal-offerta:

(a) għal offerenti rrifjutati kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 159(2) u l-offerti rrifjutati kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 159(2), wara informazzjoni dwar l-eżitu tal-proċedura;

(b) għall-offerti kklassifikati kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 159(2), meta jiġi ffirmat il-kuntratt.

Artikolu 157

Ftuħ tal-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni

(L-Artikolu 111(4) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Fi proċeduri miftuħa, rappreżentanti awtorizzati minn offerenti jistgħu jattendu s-sessjoni ta' ftuħ.

2.  Meta l-valur ta' kuntratt jkun ugwali jew jaqbeż il-limiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jaħtar kumitat sabiex jiftaħ l-offerti. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista' jneħħi dan l-obbligu abbażi ta' analiżi tar-riskju meta terġa' tinfetaħ il-kompetizzjoni fi ħdan kuntratt qafas u għall-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 134(1) ta' dan ir-Regolament għajr il-punti (d) u (g) ta' dan l-Artikolu.

Il-kumitat ta' ftuħ ikun magħmul mill-inqas minn żewġ persuni li jkunu jirrappreżentaw mill-inqas żewġ entitajiet organizzattivi tal-istituzzjonijiet imdaħħlin, bl-ebda konnessjoni ġerarkika bejniethom. Bil-għan li tiġi evitata kull sitwazzjoni ta' kunflitt ta' imgħax, dawn il-persuni huma soġġetti għall-obbligi mniżżla fl-Artikoli 57 tar-Regolament Finanzjarju.

Fir-rappreżentanzi jew l-unitajiet lokali msemmija fl-Artikolu 72 ta' dan ir-Regolament jew iżolati fi Stat Membru, jekk ma jkunx hemm entitajiet separati, ir-rekwiżit ta' entitajiet organizzattivi mingħajr rabta ġerarkika bejniethom ma japplikax.

3.  Fil-każ ta' proċedura ta' akkwist imnedija fuq bażi interistituzzjonali, il-kumitat tal-ftuħ jinħatar mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-istituzzjoni responsabbli għall-proċedura ta' akkwist.

4.  L-awtorità kontraenti għandha tivverifika u tiżgura l-integrità tal-offerta oriġinali inkluż l-offerta finanzjarja u prova tad-data u l-ħin tal-wasla tagħha kif stipulat fil-punti 2 u 4 tal-Artikolu 155 permezz ta' kwalunkwe metodu xieraq.

5.  Fi proċeduri miftuħa, meta l-kuntratt jingħata skont il-metodi tal-orħos prezz jew l-inqas kost skont l-Artikolu 110(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-prezzijiet ikkwotati f'offerti li jissodisfaw ir-rekwiżiti għandhom jinqraw b'vuċi għolja.

6.  Ir-reġistru miktub tal-ftuħ tal-offerti milqugħa għandu jkun iffirmat mill-persuna jew persuni responsabbli għall-ftuħ jew minn membri tal-kumitat tal-ftuħ. Huwa għandu jidentifika dawk l-offerti li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 155 dawk li ma jissodisfawhomx, u jagħti r-raġunijiet li abbażi tagħhom ikunu ġew irrifjutati offerti kif stipulat fl-Artikolu 111(4) tar-Regolament Finanzjarju. Il-firma tista' ssir b'sistema elettronika li tipprovdi identifikazzjoni suffiċjenti tal-firmatarju.

Artikolu 158

Evalwazzjoni tal-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni

(L-Artikolu 111(5) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jaħtar kumitat ta' evalwazzjoni biex jagħti opinjoni ta' konsulenza dwar kuntratti b'valur daqs jew akbar mil-limiti minimi msemmija fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista' jneħħi dan l-obbligu abbażi ta' analiżi tar-riskju meta terġa' tinfetaħ il-kompetizzjoni fi ħdan kuntratt qafas u għall-każijiet stabbiliti fil-punti (c), (e), (f) (i), (f) (iii) u (h) tal-Artikolu 134(1).

Madankollu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista' jiddeċiedi li l-kumitat ta' evalwazzjoni għandu jevalwa u jikklassifika l-offerti fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti biss u li l-kriterji ta' esklużjoni u tal-għażla għandhom jiġu evalwati b'mezzi xierqa oħra li jiggarantixxu n-nuqqas ta' kunflitti ta' interessi.

2.  Il-kumitat ta' evalwazzjoni jkun iffurmat minn tal-anqas tliet persuni li jirrappreżentaw mill-anqas żewġ entitajiet organizzattivi tal-istituzzjonijiet jew il-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament Finanzjarju mingħajr rabta ġerarkika bejniethom, li mill-anqas wieħed minnhom ma jaqax taħt l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

Fir-rappreżentanzi u l-unitajiet lokali msemmija fl-Artikolu 72 jew iżolati fi Stat Membru, jekk ma jkunx hemm entitajiet separati, ir-rekwiżit ta' entitajiet organizzattivi mingħajr rabta ġerarkika bejniethom ma japplikax.

Esperti esterni jistgħu jassistu lill-kumitat b'deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jiżgura li dawk l-esperti jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament Finanzjarju.

3.  Fil-każ ta' proċedura ta' akkwist imnedija fuq bażi interistituzzjonali, il-kumitat ta' evalwazzjoni jinħatar mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-istituzzjoni responsabbli għall-proċedura ta' akkwist. Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' evalwazzjoni tirrifletti, sa fejn ikun possibbli, il-karattru interistituzzjonali tal-proċedura ta' akkwist.

4.  It-talbiet għall-parteċipazzjoni u l-offerti li huma adattati skont il-paragrafu (2) tal-Artikolu 134, mhux irregolari jew mhux aċċettabbli skont il-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 135 għandhom jiġu kkunsidrati ammissibbli.

Artikolu 159

Riżultati tal-evalwazzjoni u d-deċiżjoni tal-għotja

(l-Artikolu 113(1) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-eżitu tal-evalwazzjoni għandu jkun rapport ta' evalwazzjoni li fih il-proposta biex jingħata l-kuntratt. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jkun datat u ffirmat mill-persuna jew persuni li wettqu l-evalwazzjoni jew mill-membri tal-kumitat ta' evalwazzjoni. Ir-rapport jista' jkun iffirmat b'sistema elettronika li tipprovdi identifikazzjoni suffiċjenti tal-firmatarju.

Jekk il-kumitat ta' evalwazzjoni ma jkunx ingħata r-responsabbiltà li jivverifika l-offerti skont il-kriterji ta' esklużjoni u għażla, ir-rapport ta' evalwazzjoni jiġi ffirmat ukoll mill-persuni li kienu ngħataw dik ir-responsabbiltà mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

2.  Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:

(a) l-isem u l-indirizz tal-awtorità kontraenti, u s-suġġett u l-valur tal-kuntratt jew is-suġġett u l-valur massimu tal-kuntratt qafas.

(b) l-ismijiet tal-kandidati jew l-offerenti li ġew rifjutati u r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom b'referenza għal sitwazzjoni stabbilita fl-Artikolu 107 tar-Regolament Finanzjarju jew għall-kriterji ta' għażla;

(c) ir-referenzi għall-offerti rifjutati u r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom b'referenza għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i) nonkonformità mar-rekwiżiti minimi kif stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(ii) li ma kinux jilħqu l-livelli minimi ta' kwalità stabbiliti fl-Artikolu 149(3) ta' dan ir-Regolament;

(iii) offerti misjuba li kienu abnormalment baxxi kif imsemmi fl-Artikolu 151 ta' dan ir-Regolament;

(d) l-ismijiet tal-kandidati jew offerenti magħżula u r-raġunijiet għall-għażla tagħhom;

(e) l-ismijiet tal-offerenti li għandhom jiġu kklassifikati skont ir-riżultati miksuba u l-ġustifikazzjonijiet tagħhom;

(f) l-ismijiet tal-kandidati proposti jew l-offerenti rebbieħa u r-raġunijiet għall-għażla tagħhom;

(g) jekk ikun magħruf, il-proporzjon tal-kuntratt jew tal-kuntratt qafas li l-kuntrattur propost beħsiebu jissottokuntratta lil partijiet terzi.

3.  L-awtorità kontraenti għandha mbagħad tieħu d-deċiżjoni tagħha billi tipprovdi kwalunkwe punt minn dawn li ġejjin:

(a) approvazzjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni, li jkun fih l-informazzjoni kollha elenkata fil-paragrafu 2 komplimentat b'li ġej:

(i) l-isem tal-offerent magħżul u r-raġunijiet għal dik l-għażla b'referenza għall-kriterji tal-għażla u tal-għoti mħabbra minn qabel, inklużi, meta jkun xieraq, ir-raġunijiet għalfejn ma tkunx ġiet segwita r-rakkomandazzjoni pprovduta fir-rapport ta' evalwazzjoni;

(ii) fil-każ ta' proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew djalogu kompetittiv, iċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikoli 134, 135 u 266 li jiġġustifikaw l-użu tagħhom;

(b) fejn ikun xieraq, ir-raġunijiet għaliex l-awtorità kontraenti tkun iddeċidiet li ma tagħtix kuntratt.

4.  L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jistà jgħaqqad il-kontenut tar-rapport tal-evalwazzjoni u d-deċiżjoni tal-għotja f'dokument wieħed u jiffirmah fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) għal proċeduri taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju, fejn offerta waħda biss kienet riċevuta;

(b) meta terġa' tinfetaħ il-kompetizzjoni fi ħdan kuntratt qafas fejn l-ebda kumitat ta' evalwazzjoni ma ġie nnominat;

(c) għal każijiet taħt il-punti (c), (e), (f) (i), (f)(iii) u (h) tal-Artikolu 134(1) meta ma jkun hemm l-ebda kumitat ta' evalwazzjoni ma ġie nnominat.

5.  Fil-każ ta' proċedura ta' akkwist imnedija fuq bażi interistituzzjonali, id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tittieħed mill-awtorità kontraenti responsabbli għall-proċedura ta' akkwist.

Artikolu 160

Kuntatti bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-kandidati jew l-offerenti

(l-Artikolu 112 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Bħala eċċezzjoni, jista' jsir kuntatt bejn l-awtorità kontraenti u l-kandidati jew l-offerenti matul il-proċedura ta' akkwist, fil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

2.  Qabel id-data tal-għeluq biex jintlaqgħu talbiet għall-parteċipazzjoni jew offerti, l-awtorità kontraenti tista' tikkomunika informazzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 153(2):

(a) fuq talba tal-kandidati jew l-offerenti, għall-iskop biss li tikkjarifika d-dokumenti tal-akkwist;

(b) fuq inizjattiva tagħha stess, jekk tiskopri żball, nuqqas ta' preċiżjoni, ommissjoni jew kwalunkwe tip ieħor ta' difett klerikali fit-test tad-dokumenti tal-akkwist.

3.  F'kull każ fejn ikun sar kuntatt, u fil-każijiet debitament ġustifikati fejn ma jkunx sar kuntatt kif imsemmi fl-Artikolu 96 tar-Regolament Finanzjarju, jinżamm rekord fil-fajl tal-akkwist.

Artikolu 161

Informazzjoni għall-kandidati u għall-offerenti

(l-Artikolu 113(2) u (3) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-awtorità kontraenti għandha tinforma lill-kandidati jew lill-offerenti kollha, fl-istess ħin u b'mod individwali, b'mezz elettroniku bid-deċiżjonijiet meħuda rigward l-eżitu tal-proċedura fl-iqsar żmien possibbli wara kwalunkwe minn dawn l-istadji li ġejjin:

(a) il-fażi ta' ftuħ għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 111(4) tar-Regolament Finanzjarju;

(b) ittieħdet deċiżjoni fuq il-bażi tal-kriterji ta' esklużjoni u għażla, fi proċeduri ta' akkwist organizzati f'żewġ stadji separati;

(c) id-deċiżjoni ta' għoti

F'kull każ, l-awtorità kontraenti għandha tindika r-raġunijiet għaliex it-talba għall-parteċipazzjoni jew l-offerta ma jkunux ġew aċċettati u r-rimedji legali disponibbli.

Meta tinforma lill-offerent rebbieħ, l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika li d-deċiżjoni nnotifikata ma tikkostitwixxix impenn min-naħa tagħha.

2.  L-awtorità kontraenti għandha tikkomunika l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 113(3) tar-Regolament Finanzjarju malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum mill-wasla ta' talba bil-miktub. Meta l-awtorità kontraenti tagħti kuntratti f'isimha stess, hija għandha tuża mezzi elettroniċi. Bl-istess mod, l-offerent jista' jibgħat talba b'mezzi elettroniċi.

3.  Meta l-awtorità kontraenti tikkomunika permezz ta' mezzi elettroniċi, l-informazzjoni għandha tkun meqjusa li ġiet riċevuta minn kandidati jew offerenti jekk l-awtorità kontraenti tista' tagħti prova li bagħtitha fl-indirizz elettroniku msemmi fl-offerta jew fit-talba għall-parteċipazzjoni.

F'dan il-każ, l-informazzjoni għandha titqies li ġiet riċevuta mill-kandidat jew l-offerent fid-data tad-dispaċċ mill-awtorità kontraenti.



Taqsima 4

L-eżekuzzjoni tal-kuntratt, il-garanziji u l-azzjonijiet korrettivi

Artikolu 163

Garanziji

(l-Artikolu 115 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Jekk l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li titlob garanzija, hija għandha tħabbar dan fid-dokumenti tal-akkwist.

2.  Fejn il-kuntratturi jkunu meħtieġa li jippreżentaw garanzija bil-quddiem, din trid tkun għal ammont u perjodu ta' żmien li jkunu biżżejjed biex din tiġi eżerċitata.

3.  Il-garanzija trid tkun ipprovduta minn bank jew istituzzjoni finanzjarja awtorizzata aċċettati mill-awtorità kontraenti. Din tista' tiġi sostitwita b'garanzija in solidum minn parti terza, wara aċċettazzjoni mill-awtorità kontraenti.

Il-garanzija tkun denominata fil-munita euro.

Din tpoġġi lill-bank jew lill-istituzzjoni finanzjarja jew il-parti terza bħala kollateral irrevokabbli, jew bħala l-ewwel garanti tal-obbligi tal-kuntrattur.

Artikolu 164

Garanzija għall-prefinanzjament

(l-Artikolu 115 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Ladarba l-awtorità kontraenti tkun stabbilixxiet il-ħtieġa għal prefinanzjament, hija tivvaluta r-riskji assoċjati mal-ħlasijiet ta' prefinanzjament, qabel ma tniedi l-proċedura ta' akkwist, billi tikkunsidra b'mod partikolari l-kriterji li ġejjin:

(a) il-valur stmat tal-kuntratt;

(b) is-suġġett tiegħu;

(c) it-tul u l-veloċità tiegħu;

(d) l-istruttura tas-suq;

2.  Ma tkun meħtieġa l-ebda garanzija għal kuntratti ta' valur baxx kif imsemmija fl-Artikolu 137(1).

Il-garanzija tinħall kif u meta l-prefinanzjament jitnaqqas mill-ħlasijiet interim jew il-pagamenti tal-bilanċ lill-kuntrattur skont il-patti tal-kuntratt.

Artikolu 165

Garanzija għal eżekuzzjoni

(l-Artikolu 115 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Fuq bażi ta' każ b'każ u soġġetta għal analiżi preliminari tar-riskju, l-awtorità kontraenti tista' titlob garanzija għall-eżekuzzjoni biex jiġi żgurat li l-kuntrattur jikkonforma mal-obbligi kuntrattwali sostanzjali tiegħu.

2.  Il-garanzija għall-eżekuzzjoni għandha tkun ta' massimu ta' 10 % tal-valur totali tal-kuntratt.

3.  Din għandha tkun kompletament rilaxxata wara l-aċċettazzjoni finali tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi kumplessi, fi żmien perjodu suġġett għall-Artikolu 92(1) tar-Regolament Finanzjarju li għandu jkun speċifikat fil-kuntratt. Hija tista' tiġi rilaxxata parzjalment jew kompletament fuq l-aċċettazzjoni provviżorja tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi kumplessi.

Artikolu 165a

Garanzija ta' żamma ta' flus

(l-Artikolu 115 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Fuq bażi ta' każ b'każ u soġġetta għal analiżi preliminari tar-riskju, l-awtorità kontraenti tista' titlob garanzija ta' żamma ta' flus jiġi żgurat li l-kuntrattur jirrimedja għal difetti matul il-perjodu ta' obbligi kuntrattwali.

Il-garanzija ta' żamma ta' flus ma għandhiex tintuża f'kuntratt fejn intalbet garanzija għal eżekuzzjoni u ma ġietx rilaxxata.

2.  Garanzija ta' żamma ta' flus li tammonta għal massimu ta' 10 % tal-valur totali tal-kuntratt tista' tkun magħmula minn tnaqqis mill-pagamenti interim kif u meta jsiru jew permezz ta' tnaqqis mill-pagament finali.

L-awtorità kontraenti għandha tiddetermina l-ammont li għandu jkun proporzjonat mar-riskji identifikati fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, meta jitqiesu s-suġġett tiegħu u t-termini kummerċjali normali applikabbli għas-settur.

3.  Soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kontraenti, il-kuntrattur jista' jitlob biex jissostitwixxi l-garanzija ta' żamma ta' flus permezz ta' garanzija msemmija fl-Artikolu 163.

4.  L-awtorità kontraenti għandha tirrilaxxa l-garanzija ta' żamma ta' flus wara l-iskadenza ta' perjodu ta' obbligu kuntrattwali, fi żmien perjodu soġġett għall-Artikolu 92(1) tar-Regolament Finanzjarju li għandu jkun speċifikat fil-kuntratt.

Artikolu 166

Sospensjoni fil-każ ta' żbalji jew irregolaritajiet sostanzjali

(L-Artikolu 116(3) tar-Regolament Finanzjarju)

Jekk, wara s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt skont l-Artikolu 116(3) tar-Regolament Finanzjarju, żbalji sostanzjali jew irregolaritajiet jew frodi preżunti ma jkunux ikkonfermati, l-eżekuzzjoni tal-kuntratt titkompla kemm jista' jkun malajr.



KAPITOLU 2

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratti mogħtija mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni minn jeddhom

Artikolu 166a

Korp ċentrali għall-akkwisti

(l-Artikolu 117 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Korp ċentrali għall-akkwisti jista' jaġixxi bħala kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) bħala bejjiegħa bl-ingrossa billi jixtru, ibigħu, jaħżnu, ibigħu mill-ġdid provvisti u servizzi lill-awtoritajiet kontraenti oħra;

(b) bħala intermedjarji billi jagħtu kuntratti qafas jew joperaw sistemi dinamiċi ta' xiri li jistgħu jintużaw minn awtoritajiet kontraenti oħrajn kif imħabbar fl-ewwel avviż.

2.  Il-korp ċentrali għall-akkwist għandu jwettaq il-proċeduri tal-akkwist kollha permezz ta' mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni.

Artikolu 167

Identifikazzjoni tal-livell xieraq għall-kalkolu tal-valur tal-kuntratt

(l-Artikolu 117 tar-Regolament Finanzjarju)

Kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega jew b'sottodelega fi ħdan kull istituzzjoni għandu jivvaluta jekk intlaħqux il-limiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 168

Lott

(L-Artikolu 118(4) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Kull meta jkun xieraq, teknikament fattibbli u kosteffiċjenti, il-kuntratti għandhom jingħataw fil-forma ta' lottijiet separati fl-istess proċedura.

2.  Fejn is-suġġett ta' kuntratt jinfirex fuq diversi lottijiet, li kull wieħed ikun is-suġġett ta' kuntratt individwali, għall-evalwazzjoni globali tal-limitu applikabbli jiġi kkunsidrat il-valur totali tal-lottijiet kollha.

Meta l-valur totali tal-lottijiet kollha ikun daqs jew jaqbeż il-limiti minimi stipulati fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju, l-Artikoli 103(1), 104 u 104a tar-Regolament Finanzjarju għandhom japplikaw għal kull wieħed mil-lottijiet.

3.  Meta kuntratt ikun irid jingħata fil-forma ta' lottijiet separati, l-offerti jiġu evalwati separatament għal kull lott. Jekk jingħataw diversi lottijiet lill-istess offerent, jista' jiġi ffirmat kuntratt wieħed li jkopri dawn il-lottijiet

Artikolu 169

Arranġamenti biex issir stima tal-valur ta' kuntratt

(l-Artikolu 118(4) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-awtorità kontraenti għandha tagħmel stima tal-valur ta' kuntratt abbażi tal-ammont totali pagabbli, inkluż kwalunkwe forma ta' għażliet u kull tiġdid.

Din l-istima għandha ssir mhux aktar tard minn meta l-awtorità kontraenti tniedi l-proċedura ta' akkwist.

2.  Għall-kuntratti qafas u s-sistemi dinamiċi ta' xiri, il-valur li għandu jiġi kkunsidrat ikun il-valur massimu tal-kuntratti kollha previsti matul id-durata kollha tal-kuntratt qafas jew tas-sistema dinamika ta' xiri.

Għal sħubijiet għall-innovazzjoni, il-valur li għandu jiġi kkunsidrat għandu jkun il-valur massimu stmat tal-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp li għandhom isiru matul l-istadji kollha tas-sħubija prevista kif ukoll tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jridu jiġu akkwistati fl-aħħar tas-sħubija prevista.

Meta l-awtorità kontraenti tipprovdi għal pagamenti lil kandidati jew offerenti, għandha tqis dan meta tikkalkula l-valur stmat tal-kuntratt.

3.  Għall-kuntratti ta' servizzi, is-segwenti għandhom jiġu kkunsidrati:

(a) fil-każ tas-servizzi tal-assigurazzjoni, il-primjum li jrid jitħallas u forom oħra ta' remunerazzjoni;

(b) fil-każ tas-servizzi bankarji jew finanzjarji, it-tariffi, il-kummissjonijiet, l-imgħax u tipi oħra ta' remunerazzjoni;

(c) fil-każ tal-kuntratti ta' disinn, it-tariffi, il-kummissjonijiet li jridu jitħallsu u forom oħra ta' remunerazzjoni.

4.  Fil-każ ta' kuntratti ta' servizzi li ma jispeċifikawx prezz totali jew fil-każ ta' kuntratti ta' provvista għal lokazzjoni, kiri jew lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri ta' prodotti, il-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandha tkun:

(a) fil-każ tal-kuntratti b'terminu fiss:

(i) fejn id-durata tagħhom tkun ta' 48 xahar jew anqas fil-każ tas-servizzi jew 12-il xahar jew anqas fil-każ tal-provvisti, il-valur totali tal-kuntratt għal kemm idumu;

(ii) fejn id-durata tagħhom tkun ta' aktar minn 12-il xahar fil-każ tal-provvisti, il-valur totali inkluż il-valur residwu stmat;

(b) fil-każ ta' kuntratti mingħajr terminu indefinit jew, fil-każ tas-servizzi, għal durata ta' aktar minn 48 xahar, il-valur ta' kull xahar immultiplikat għal 48 darba.

5.  Fil-każ ta' kuntratti ta' servizzi jew provvisti li jingħataw b'mod regolari jew li jridu jiġġeddu f'perjodu speċifikat, il-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandha tkun fost dawn li ġejjin:

(a) il-valur totali attwali tal-kuntratti suċċessivi tal-istess tip mogħtija matul it-12-il xahar preċedenti jew is-sena finanzjarja aġġustata, fejn possibbli, biex jitqiesu t-tibdiliet fil-kwantità jew il-valur li jistgħu jseħħu matul it-12-il xahar ta' wara l-kuntratt inizjali;

(b) il-valur totali stmat ta' kuntratti suċċessivi tal-istess tip li għandhom jingħataw matul is-sena finanzjarja.

6.  Fil-każ ta' kuntratti ta' xogħlijiet, irid jitqies mhux biss il-valur tax-xogħlijiet iżda wkoll il-valur totali stmat tal-provvisti u s-servizzi meħtieġa sabiex jitwettqu x-xogħlijiet u magħmula disponibbli għall-kuntrattur mill-awtorità kontraenti.

7.  Fil-każ ta' kuntratti ta' konċessjoni, il-valur għandu jkun il-fatturat totali stmat tal-konċessjonarju ġġenerat matul id-durata tal-kuntratt.

Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta' metodu oġġettiv speċifikat fid-dokumenti tal-akkwist, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari:

(a) id-dħul minn ħlasijiet ta' tariffi u multi mill-utenti tax-xogħlijiet jew servizzi għajr dawk miġbura f'isem l-awtorità kontraenti;

(b) il-valur ta' għotjiet jew ta' kwalunkwe vantaġġ finanzjarju ieħor minn partijiet terzi għat-twettiq tal-konċessjoni;

(c) id-dħul mill-bejgħ ta' kwalunkwe assi li jagħmlu parti mill-konċessjoni;

(d) il-valur tal-provvisti u s-servizzi kollha li jkunu disponibbli għall-konċessjonarju mill-awtoritajiet kontraenti sakemm ikunu neċessarji għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet jew tas-servizzi;

(e) il-ħlasijiet lil kandidati jew offerenti.

Artikolu 171

Perjodu ta' waqfien totali qabel l-iffirmar tal-kuntratt

(l-Artikolu 118(2) u (3) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-perjodu ta' waqfien għandu jibda jgħodd minn waħda mid-dati li ġejjin:

(a) mill-jum wara li jkunu ntbagħtu flimkien in-notifiki lill-offerenti magħżula u lill-offerenti li ma jkunux intgħażlu b'mezzi elettroniċi;

(b) fejn il-kuntratt jew il-kuntratt qafas jingħata skont l-Artikolu 134(1)(b), mill-jum ta' wara li l-avviż tal-għoti tal-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 123(5) jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jekk ikun meħtieġ, l-awtorità kontraenti tista' tissospendi l-iffirmar tal-kuntratt għal aktar studju jekk dan ikun iġġustifikat mit-talbiet jew il-kummenti magħmula mill-kandidati jew l-offerenti li ma jkunux intgħażlu jew li jkollhom xi lment jew minn kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tkun waslet matul il-perjodu stipulati fl-Artikolu 118(3) tar-Regolament Finanzjarju. Fil-każ ta' sospensjoni, il-kandidati jew l-offerenti kollha jridu jiġu infurmati fi żmien tlett ijiem ta' xogħol wara d-deċiżjoni ta' sospensjoni.

Fejn il-kuntratt jew il-kuntratt qafas ma jkunx jista' jiġi ffirmat mal-offerent previst magħżul, l-awtorità kontraenti tista' tagħtih lit-tieni l-aħjar offerent.

2.  Il-perjodu stipulat fil-paragrafu 1 ma japplika fil-każijiet li ġejjin:

(a) kwalunkwe proċedura fejn tkun ġiet ippreżentata offerta waħda biss;

(b) fil-każ ta' kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratt qafas;

(c) sistemi dinamiċi ta' xiri

(d) proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 134 ħlief il-proċedura taħt l-Artikolu 134(1)(b).

Artikolu 172

Evidenza tal-aċċess għall-akkwist

(l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju)

Id-dokumenti tal-akkwist għandhom jitolbu lill-kandidati jew lill-offerenti biex jindikaw f'liema Stat huma stabbiliti u biex jippreżentaw evidenza ta' sostenn normalment aċċettabbli skont il-liġi ta' dak l-Istat.

▼B



TITOLU VI

GĦOTJIET



KAPITOLU 1

Kamp ta’ applikazzjoni u għamla tal-għotjiet

Artikolu 173

Sottoskrizzjonijiet

(l-Artikolu 121 tar-Regolament Finanzjarju)

Is-sottoskrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 121(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju jkunu somom imħallsa lill-korpi li l-Unjoni hija membru fihom, skont id-deċiżjonijiet tal-baġit u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas stabbiliti mill-korp ikkonċernat.

Artikolu 174

Ftehim u deċiżjoni ta’ għotjiet

(l-Artikolu 121(1) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-għotjiet ikunu koperti minn deċiżjoni jew permezz ta’ ftehim bil-miktub.

2.  Biex jiġi ddeterminat l-istrument li għandu jintuża, iridu jittieħdu inkonsiderazzjoni l-elementi li ġejjin:

(a) fejn jinsab il-benefiċjarju, ġewwa jew barra l-Unjoni;

(b) il-kumplessità u l-istandardizzazzjoni tal-kontenut tal-azzjonijiet jew il-programmi ta’ ħidma ffinanzjati.

Artikolu 175

Nefqa fuq il-membri tal-istituzzjonijiet

(l-Artikolu 121 tar-Regolament Finanzjarju)

In-nefqa fuq il-membri tal-istituzzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 121(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju tinkludi l-kontribuzzjonijiet lil assoċjazzjonijiet ta’ eks membri jew membri attwali tal-Parlament Ewropew. Dawn il-kontribuzzjonijiet jiġu implimentati skont ir-regoli amministrattivi interni tal-Parlament Ewropew.

Artikolu 176

Azzjonijiet li jistgħu jirċievu għotjiet

(l-Artikolu 121 tar-Regolament Finanzjarju)

Azzjoni li tista’ tirċievi għotja fis-sens tal-Artikolu 121 tar-Regolament Finanzjarju trid tiġi ddefinita b’mod ċar.

L-ebda azzjoni ma tista’ tinqasam f’azzjonijiet differenti għall-finijiet ta’ evażjoni tar-regoli dwar il-finanzjament stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 177

Korpi b’għan ta’ interess ġenerali tal-Unjoni

(l-Artikolu 121 tar-Regolament Finanzjarju)

Korp b’għan ta’ interess ġenerali tal-Unjoni huwa:

(a) korp involut fl-edukazzjoni, it-taħriġ, it-tagħrif, l-innovazzjoni jew ir-riċerka u l-istudju dwar il-politiki Ewropej, kwalunkwe attività li tikkontribwixxi għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza jew id-drittijiet tal-bniedem, jew korp Ewropew tal-istandards;

(b) entità li tirrappreżenta korpi mingħajr skop ta’ qligħ attivi fl-Istati Membri, fil-pajjiżi kandidati jew fil-pajjiżi potenzjalment kandidati u l-promozzjoni ta’ prinċipji u politiki konsistenti mal-għanijiet tat-Trattati.

Artikolu 178

Sħubiji

(l-Artikolu 121 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Għotjiet speċifiċi għal azzjonijiet u għotjiet operattivi jistgħu jiffurmaw parti minn qafas ta’ sħubija.

2.  Qafas ta’ sħubija jista’ jiġi stabbilit bħala mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni fit-tul bejn il-Kummissjoni u l-benefiċjarji tal-għotjiet. Jista’ jieħu l-forma ta’ ftehim ta’ qafas ta’ sħubija jew deċiżjoni ta’ qafas ta’ sħubija.

Il-ftehim jew id-deċiżjoni ta’ qafas ta’ sħubija jispeċifikaw l-għanijiet komuni, in-natura tal-azzjonijiet ippjanati fuq bażi ta’ darba jew bħala parti minn programm ta’ ħidma annwali approvat, il-proċedura għall-għoti ta’ għotjiet speċifiċi, f’konformità mal-prinċipji u r-regoli proċedurali f’dan it-Titolu, u d-drittijiet u l-obbligi ġenerali ta’ kull parti skont il-ftehimiet jew id-deċiżjonijiet speċifiċi.

Id-dewmien tas-sħubija ma jistax jaqbeż l-erba’ snin, ħlief f’każijiet eċċezzjonali, iġġustifikati mis-suġġett tal-qafas ta’ sħubija.

L-uffiċjali awtorizzanti ma jistgħux jagħmlu użu mhux xieraq tal-ftehimiet jew id-deċiżjonijiet ta’ qafas ta’ sħubija jew jużawhom b’tali mod li l-iskop jew l-effett imur kontra l-prinċipji tat-trasparenza jew tat-trattament indaqs tal-applikanti.

3.  Is-sħubiji qafas jiġu ttrattati bħala għotjiet fir-rigward tal-programmazzjoni, il-pubblikazzjoni u l-għoti ex ante.

4.  Għotjiet speċifiċi bbażati fuq ftehimiet jew deċiżjonijiet ta’ qafas ta’ sħubija jingħataw skont il-proċeduri stabbiliti f’dawk il-ftehimiet jew deċiżjonijiet, u f’konformità ma’ dan it-Titolu.

Iridu jkunu soġġetti għall-proċeduri tal-pubblikazzjoni ex post stabbiliti fl-Artikolu 191.

Artikolu 179

Sistemi ta’ skambju elettroniku

(l-Artikolu 121(1) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-iskambji kollha mal-benefiċjarji, fosthom il-konklużjoni ta’ ftehimiet dwar għoti, in-notifika tad-deċiżjonijiet ta’ għoti u kwalunkwe emendi fihom, jistgħu jsiru permezz ta’ sistemi ta’ skambju elettroniku stabbiliti mill-Kummissjoni.

2.  Dawn is-sistemi jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) persuni awtorizzati biss jista’ jkollhom aċċess għas-sistema u d-dokumenti trażmessi fiha;

(b) persuna awtorizzati biss jistgħu jiffirmaw jew jittrażmettu dokument permezz tas-sistema;

(c) persuni awtorizzati jridu jiġu identifikati permezz tas-sitema permezz ta’ mezzi stabbiliti.

(d) il-ħin u d-data tat-tranżazzjoni elettronika jridu jiġu stabbiliti bi preċiżjoni;

(e) trid tinżamm l-integrità tad-dokumenti;

(f) trid tinżamm id-disponibilità tad-dokumenti;

(g) fejn ikun xieraq, trid tinżamm il-kunfidenzjalità tad-dokumenti;

(h) trid tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dejta personali skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

3.  Dejta mibgħuta jew riċevuta permezz ta’ sistema bħal din tgawdi mill-preżunzjoni legali tal-integrità tad-dejta u l-preċiżjoni tad-data u l-ħin ta’ meta ntbagħtet jew ġiet riċevuta d-dejta indikati mis-sistema.

Dokument mibgħut jew innotifikat permezz ta’ sistema bħal din jitqies ekwivalenti għal dokument fuq karta, ikun ammissibbli bħala prova fi proċedimenti legali, jitqies oriġinali u jgawdi l-preżunzjoni legali tal-awtentiċità u l-integrità tiegħu, bil-kundizzjoni li ma jkunx fih karatteristiċi dinamiċi li kapaċi jbiddluh b’mod awtomatiku.

Il-firem elettroniċi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ikollhom l-effett legali ekwivalenti ta’ firem bl-idejn.

Artikolu 180

Kontenut tal-ftehimiet u d-deċiżjonijiet ta’ għoti

(l-Artikolu 122 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-ftehim ta’ għoti jrid tal-inqas jistabbilixxi dan li ġej:

(a) is-suġġett;

(b) il-benefiċjarju;

(c) id-dewmien, b’mod partikolari:

(i) id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu;

(ii) id-data tal-bidu u d-dewmien tal-azzjoni jew is-sena finanzjarja ffinanzjata;

(d) l-ammont massimu ta’ finanzjament mill-Unjoni mogħti f’euro u l-għamla tal-għotja supplimentata, kif xieraq, bi:

(i) it-total tal-ispejjeż eliġibbli stmati tal-azzjoni jew programm ta’ ħidma u r-rata ta’ finanzjament tal-ispejjeż eliġibbli;

(ii) il-kost unitarju, is-somma f’daqqa jew ir-rata fissa msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 123 tar-Regolament Finanzjarju, fejn ikunu stabbiliti;

(iii) kombinament tal-elementi msemmija fil-punti (i) u (ii) ta’ dan il-punt;

(e) deskrizzjoni tal-azzjoni jew, fil-każ ta’ għotja operattiva, tal-programm ta’ ħidma approvat għal dik is-sena finanzjarja mill-uffiċjal awtorizzanti flimkien ma’ deskrizzjoni tar-riżultati mistennija mill-implimentazzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma;

(f) it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-ftehimiet kollha ta’ dan it-tip, bħall-aċċettazzjoni mill-benefiċjarju tal-verifiki u l-awditjar mill-Kummissjoni, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri;

(g) l-istima tal-baġit globali tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma;

(h) fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni tkun tinvolvi akkwisti, il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 209 jew ir-regoli dwar l-akkwisti li l-benefiċjarju jrid jikkonforma magħhom;

(i) ir-responsabilitajiet tal-benefiċjarju, speċjalment:

(i) f’termini ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u s-sottomissjoni ta’ rapporti tal-attività u finanzjarji; kull meta dan ikun xieraq, iridu jiġu stabbiliti miri intermedji li jridu jsiru r-rapporti dwarhom;

(ii) fil-każ ta’ ftehim bejn il-Kummissjoni u numru ta’ benefiċjarji, l-obbligi speċifiċi tal-koordinatur, jekk ikun hemm, u tal-benefiċjarji l-oħra fir-rigward tal-koordinatur kif ukoll ir-responsabbiltà finanzjarja tal-benefiċjarji għall-ammonti dovuti lill-Kummissjoni;

(j) l-arranġamenti u l-limiti ta’ żmien għall-approvazzjoni ta’ dawk ir-rapporti u għall-ħlas mill-Kummissjoni;

(k) skont kif ikun xieraq, id-dettalji tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma approvat, jew tal-kostijiet unitarji, is-somom f’daqqa jew ir-rati fissi msemmija fl-Artikolu 123 tar-Regolament Finanzjarju;

(l) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-viżibilità tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, ħlief f’każijiet iġġustifikati b’mod xieraq, fejn il-wiri fil-pubbliku ma jkunx possibbli jew xieraq.

Tal-inqas, it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali msemmija fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu għandhom:

(i) jiddikjaraw li l-liġi tal-Unjoni hija l-liġi li tapplika għall-ftehim ta’ għoti, u fejn ikun hemm bżonn, ikkumplimentata mil-liġi nazzjonali kif speċifikat fil-ftehim ta’ għoti. Tista’ ssir deroga fil-ftehimiet konklużi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(ii) jispeċifikaw il-qorti jew it-tribunal tal-arbitraġġ kompetenti għas-smigħ ta’ tilwim.

2.  Il-ftehim ta’ għoti jista’ jistabbilixxi l-arranġamenti u l-limiti ta’ żmien għal sospensjoni jew terminazzjoni skont l-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju.

3.  Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 178, id-deċiżjoni ta’ qafas ta’ sħubija jew il-ftehim ta’ qafas ta’ sħubija jispeċifikaw l-informazzjoni msemmija fil-punti (a),(b), (c)(i), (f), u minn (h) sa (j) u (l) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Id-deċiżjoni jew ftehim ta’ għoti speċifiċi jinkludu l-informazzjoni msemmija fil-punti minn (a) sa (e), (g) u (k) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u, fejn ikun hemm bżonn, il-punt (i) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

4.  Il-ftehimiet ta’ għoti jistgħu jiġu emendati biss bil-miktub. Dawn l-emendi, inklużi dawk bil-għan li jżidu jew ineħħu benefiċjarju, ma jkollhomx l-iskop jew l-effett li jagħmlu bidliet fil-ftehimiet li jistgħu jibdlu d-deċiżjoni ta’ għoti jew imorru kontra t-trattament ugwali tal-applikanti.

5.  Il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 japplikaw mutatis mutandis għad-deċiżjonijiet ta’ għoti.

Parti mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi pprovduta fis-sejħa għall-proposti jew kwalunkwe dokument relatat, minflok id-deċiżjoni ta’ għoti.

Artikolu 181

Forom ta’ għotjiet

(l-Artikolu 123 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-għotjiet fil-forma msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 123(1) tar-Regolament Finanzjarju jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-ispejjeż eliġibbli li jkun għamel il-benefiċjarju, soġġetti għal stima preliminari tal-baġit kif ippreżentata mal-proposta u inkluża fid-deċiżjoni jew ftehim ta’ għoti.

2.  Il-kostijiet unitarji kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 123(1) tar-Regolament Finanzjarju jkopru kull kategorija speċifika tal-ispejjeż eliġibbli jew uħud minnhom li jkunu identifikati b’mod ċar minn qabel b’referenza għal ammont għal kull unità.

3.  Is-somom f’daqqa kif imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 123(1) tar-Regolament Finanzjarju jkopru f’termini globali l-kategoriji speċifiċi kollha tal-ispejjeż eliġibbli jew uħud minnhom li jkunu identifikati b’mod ċar minn qabel.

4.  Il-finanzjament b’rata fissa kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 123(1) tar-Regolament Finanzjarju jkopri kategoriji speċifiċi ta’ spejjeż eliġibbli li jkunu identifikati b’mod ċar minn qabel billi jiġi applikat perċentwal.

Artikolu 182

Somom f’daqqa, kostijiet unitarji u finanzjamenti b’rata fissa

(l-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ somom f’daqqa, kostijiet unitarji jew finanzjamenti b’rata fissa msemmija fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament Finanzjarju tapplika sa tmiem il-programm. Din l-awtorizzazzjoni tista’ tiġi reveduta jekk ikunu meħtieġa bidliet sostanzjali. Id-dejta u l-ammonti jiġu valutati b’mod perjodiku u, fejn ikun xieraq, is-somom f’daqqa, il-kostijiet unitarji jew il-finanzjamenti b’rata fissa għandhom jiġu aġġustati.

Fil-każ ta’ ftehim bejn il-Kummissjoni u numru ta’ benefiċjarji, il-limitu massimu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 124(1) tar-Regolament Finanzjarju japplika għal kull benefiċjarju.

2.  Id-deċiżjoni jew il-ftehim ta’ għoti jinkludi d-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jiġi vverifikat li ġew irrispettati l-kundizzjonijiet għall-ħlas tal-għotja fuq il-bażi ta’ somom f’daqqa, kostijiet unitarji jew finanzjament b’rata fissa.

3.  Il-ħlas tal-għotja fuq il-bażi ta’ somom f’daqqa, kostijiet unitarji jew finanzjamenti b’rata fissa huwa bla ħsara għad-dritt tal-aċċess għar-rekords statutorji tal-benefiċjarji għall-finijiet maħsuba mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u l-Artikolu 137(2) tar-Regolament Finanzjarju.

▼M1

4.  Jekk kontroll ex post jiżvela li l-avveniment ġenerattiv ma jkunx seħħ u jkun sar ħlas mhux dovut lill-benefiċjarju b'għotja bbażata fuq somom f'daqqa, kostijiet unitarji jew finanzjamenti b'rata fissa, il-Kummissjoni tkun intitolata li tirkupra sal-ammont tal-għotja.

▼B



KAPITOLU 2

Prinċipji

Artikolu 183

Il-prinċipju ta’ kofinanzjament

(l-Artikolu 125(3) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Skont il-prinċipju ta’ kofinanzjament, ir-riżorsi li jkunu meħtieġa sabiex titwettaq l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma ma jiġux ipprovduti kollha kemm huma mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

Il-kofinanzjament jista’ jkun fil-forma tar-riżorsi proprji tal-benefiċjarju, dħul iġġenerat mill-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma jew kontribuzzjonijiet finanzjarji in natura minn partijiet terzi.

2.  Il-kontribuzzjonijiet in natura jfissru riżorsi mhux finanzjarji li partijiet terzi jagħmlu disponibbli mingħajr ħlas għall-benefiċjarju.

Artikolu 184

Il-prinċipju li ma jsirx qligħ

(l-Artikolu 125(5) tar-Regolament Finanzjarju)

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn partijiet terzi li jistgħu jintużaw mill-benefiċjarju sabiex ikopri spejjeż għajr dawk eliġibbli skont l-għotja tal-Unjoni jew li ma jkunux dovuti lill-parti terza meta ma jintużawx fi tmiem l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma, ma jitqisux bħala kontribuzzjonijiet finanzjarji speċifikament assenjati mid-donaturi għall-finanzjament tal-ispejjeż eliġibbli fis-sens tal-Artikolu 125(5) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 185

Għotjiet ta’ valur baxx

(l-Artikolu 125(4) tar-Regolament Finanzjarju)

L-għotjiet ta’ valur baxx jitqiesu li huma dawk l-għotjiet b’valur ta’ EUR 60 000 jew inqas.

Artikolu 186

Assistenza teknika

(l-Artikolu 101 u 125 tar-Regolament Finanzjarju)

“Assistenza teknika” tfisser l-appoġġ u l-attivitajiet ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ programm jew azzjoni, b’mod partikolari attivitajiet ta’ preparazzjoni, ġestjoni, monitoraġġ, evalwazzjoni, awditjar u kontroll.

Artikolu 187

Spejjeż eliġibbli

(l-Artikolu 126(3)(c) tar-Regolament Finanzjarju)

Il-VAT titqies bħala mhux rekuperabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli dwar il-VAT, jekk skont il-liġi nazzjonali tkun attribwibbli għal xi waħda mill-attivitajiet li ġejjin:

(a) attivitajiet eżentati mingħajr dritt ta’ tnaqqis;

(b) attivitajiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT;

(c) attivitajiet, kif imsemmija fil-punti (a) jew (b), li l-VAT ma tistax titnaqqas fir-rigward tagħhom iżda tista’ tintradd lura permezz ta’ skemi ta’ rifużjoni jew fondi ta’ kumpens speċifiċi mhux previsti mid-Direttiva 2006/112/KE, anki jekk dik l-iskema jew fond ikunu ġew stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-VAT.

Il-VAT relatata mal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/112/KE għandha titqies imħallsa minn benefiċjarju għajr individwu mhux taxxabbli kif definit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) ta’ dik id-Direttiva, irrispettivament minn jekk dawk l-attivitajiet jitqisux mill-Istat Membru kkonċernat bħala attivitajiet imwettqa minn korpi rregolati mil-liġi pubblika li jaġixxu bħala awtoritajiet pubbliċi.

Artikolu 188

Programmazzjoni

(l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Kull uffiċjal awtorizzanti responsabbli jħejji programm ta’ ħidma annwali jew pluriennali għall-għotjiet. L-istituzzjoni tadotta l-programm ta’ ħidma u dan għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit tal-Internet dwar l-għotjiet tal-istituzzjoni kkonċernata malajr kemm jista’ jkun, u mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ implimentazzjoni.

Il-programm ta’ ħidma jispeċifika l-perjodu li jkopri, l-att bażiku, jekk ikun hemm, l-għanijiet segwiti, ir-riżultati mistennija, l-iskeda ta’ żmien indikattiva tas-sejħiet għall-proposti bl-ammont indikattiv u r-rata massima ta’ kofinanzjament.

Barra minn hekk, il-programm ta’ ħidma jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 94 għad-deċiżjoni li tadottah li trid titqies bħala d-deċiżjoni ta’ finanzjament għall-għotjiet tas-sena kkonċernata.

2.  Kwalunkwe tibdil sostanzjali fil-programm ta’ ħidma jiġi adottat u ppubblikat ukoll kif stipulat fil-paragrafu 1.

Artikolu 189

Kontenut tas-sejħiet għall-proposti

(l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Is-sejħiet għall-proposti jispeċifikaw:

(a) l-għanijiet segwiti;

(b) il-kriterji tal-eliġibbiltà, esklużjoni, għażla u għoti kif imsemmija fl-Artikolu 131 u 132 tar-Regolament Finanzjarju u d-dokumenti ta’ sostenn relevanti;

(c) l-arranġamenti għall-finanzjament mill-Unjoni;

(d) l-arranġamenti u d-data finali għas-sottomissjoni tal-proposti u d-data ppjanata sa meta l-applikanti kollha jridu jiġu mgħarrfa dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom u d-data indikattiva għall-iffirmar tal-ftehimiet ta’ għoti jew in-notifika tad-deċiżjonijiet dwar għoti.

2.  Is-sejħiet għall-proposti jiġu ppubblikati fuq is-sit tal-Internet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jiġu ppubblikati wkoll fuq is-sit tal-Internet bi kwalunkwe mezz xieraq ieħor, inkluż Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn dan ikun meħtieġ sabiex tingħata pubbliċità addizzjonali fost il-benefiċjarji potenzjali. Dawn jistgħu jiġu ppubblikati sa mill-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju, inkluż matul is-sena ta’ qabel l-implimentazzjoni tal-baġit. Kwalunkwe modifika fil-kontenut tas-sejħiet għall-proposti tkun soġġetta għall-pubblikazzjoni bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk tas-sejħiet għal proposti.

Artikolu 190

Eċċezzjonijiet għas-sejħiet għall-proposti

(l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Jistgħu jingħataw għotjiet mingħajr sejħa għall-proposti fil-każijiet li ġejjin biss:

(a) għall-finijiet ta’ għajnuna umanitarja u operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili jew għal għajnuna fil-ġestjoni ta’ kriżi fis-sens tal-paragrafu 2;

(b) f’emerġenzi eċċezzjonali oħra li jkunu ġew sostanzjati kif xieraq;

(c) lil korpi b’monopolju de jure jew de facto, issostanzjati b’mod xieraq fid-deċiżjoni tal-għoti;

(d) lil korpi identifikati minn att bażiku, fis-sens tal-Artikolu 54 tar-Regolament Finanzjarju, bħala benefiċjarji ta’ għotja jew għal korpi maħtura mill-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, meta dawk l-Istati Membri jiġu identifikati minn att bażiku bħala benefiċjarji ta’ għotja;

(e) fil-każ ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku, lil korpi identifikati fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju, meta l-att bażiku jipprovdi b’mod espliċitu għal dik il-possibilità, u bil-kundizzjoni li l-proġett ma jkunx jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ sejħa għall-proposti;

(f) għal azzjonijiet b’karatteristiċi speċifiċi li jeħtieġu tip partikolari ta’ korp minħabba l-kompetenza teknika tiegħu, il-grad għoli ta’ speċjalizzazzjoni tiegħu jew is-setgħa amministrattiva tiegħu, bil-kundizzjoni li l-azzjonijiet ikkonċernati ma jkunux jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ sejħa għall-proposti.

Il-każijiet imsemmija fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu jiġu ssostanzjati kif xieraq fid-deċiżjoni ta’ għoti.

2.  Sitwazzjonijiet ta’ kriżi f’pajjiżi terzi jinftiehmu bħala sitwazzjonijiet ta’ periklu immedjat jew imminenti b’riskju li jiżviluppa f’kunflitt bl-armi jew li jiddestabilizza l-pajjiż. Sitwazzjonijiet ta’ kriżi jinftiehmu wkoll bħala sitwazzjonijiet ikkawżati minn diżastri naturali, kriżijiet maħluqa mill-bniedem bħal gwerer u kunflitti oħrajn jew ċirkustanzi straordinarji b’effetti paragunabbli relatati, fost l-oħrajn, mat-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni tal-ambjent, iċ-ċaħda tal-aċċess għall-enerġija u r-riżorsi naturali jew faqar estrem.

Artikolu 191

Pubblikazzjoni ex post

(l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-informazzjoni relatata ma’ għotjiet mogħtija matul sena finanzjarja tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 21.

2.  Wara l-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, meta tintalab mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni tgħaddilhom rapport dwar:

(a) in-numru ta’ applikanti fis-sena ta’ qabel;

(b) in-numru u l-perċentwal ta’ applikazzjonijiet b’suċċess għal kull sejħa għall-proposti;

(c) id-dewmien medju tal-proċedura mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-proposti sal-għoti ta’ għotja;

(d) in-numru u l-ammont ta’ għotjiet fejn l-obbligu ta’ pubblikazzjoni ex post ikun ġie rrinunzjat is-sena ta’ qabel skont l-Artikolu 21(4).

Artikolu 192

Informazzjoni għall-applikanti

(l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju)

Il-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni u pariri lill-applikanti bil-mezzi li ġejjin:

(a) tistabbilixxi standards konġunti għall-formoli tal-applikazzjoni għal għotjiet simili u tissorvelja d-daqs u l-leġġibbiltà tal-formoli tal-applikazzjoni;

(b) tipprovdi informazzjoni lill-applikanti potenzjali, speċjalment permezz ta’ seminars u l-forniment ta’ manwali;

(c) iżżomm dejta permanenti għall-benefiċjarji fil-Fajl tal-Entità Legali msemmija fl-Artikolu 63.

Artikolu 193

Finanzjament minn intestaturi separati tal-baġit

(l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju)

Azzjoni tista’ tiġi ffinanzjata b’mod konġunt minn intestaturi separati tal-baġit minn uffiċjali awtorizzanti responsabbli differenti.

Artikolu 194

Effett retroattiv tal-finanzjament f’każijiet ta’ urġenza estrema u prevenzjoni ta’ kunflitti

(l-Artikolu 130 tar-Regolament Finanzjarju)

Fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 130(1) tar-Regolament Finanzjarju, in-nefqa mġarrba minn benefiċjarju qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tkun eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ir-raġunijiet għal tali deroga jkunu ġew issostanzjati kif suppost fid-deċiżjoni ta’ finanzjament;

(b) id-deċiżjoni ta’ finanzjament u l-ftehim jew id-deċiżjoni ta’ għoti jistabbilixxu b’mod espliċitu d-data ta’ eliġibbiltà iktar kmieni mid-data għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

Artikolu 195

Sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet

(l-Artikolu 131 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-arranġamenti għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet jiġu deċiżi mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, li jista’ jagħżel il-metodu ta’ sottomissjoni. L-applikazzjonijiet għal għotjiet jistgħu jiġu sottomessi b’ittra jew b’mezzi elettroniċi.

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżulin ma jkunux diskriminatorji fin-natura tagħhom u ma għandux ikollhom l-effett ta’ limitazzjoni tal-aċċess tal-applikanti fil-proċedura tal-għoti.

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżulin ikunu tali li jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) kull sottomissjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tagħha;

(b) trid tiġi ppreservata l-integrità tad-dejta;

(c) trid tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-proposti;

(d) tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dejta personali skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Għall-finijiet tal-punt (c) tat-tielet subparagrafu, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jeżamina l-kontenut tal-applikazzjonijiet iżda biss wara li jkun skada l-limitu taż-żmien stabbilit għas-sottomissjoni tagħhom.

L-uffiċjal awtorizzanti responasbbli jista’ jitlob li s-sottomissjoni elettronika tkun akkumpanjata minn firma elettronika avvanzata fis-sens tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ).

2.  Meta l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jawtorizza s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet b’mezzi elettroniċi, l-għodod użati u l-karatteristiċi tekniċi tagħhom ma jkunux diskriminatorji fin-natura tagħhom, iridu jkunu ġeneralment disponibbli u interoperabbli mal-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li jintużaw b’mod ġenerali. L-informazzjoni relatata mal-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, inkluża l-kodifikazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-applikanti.

Barra minn hekk, l-apparat għar-riċeviment elettroniku tal-applikazzjonijiet jiggarantixxi s-sigurtà u l-kunfidenzjalità. Jiggarantixxi wkoll li jkunu jistgħu jiġu determinati bi preċiżjoni l-ħin u data eżatti ta’ meta jaslu l-applikazzjonijiet.

3.  Meta s-sottomissjoni ssir b’ittra, l-applikanti jistgħu jagħżlu li jippeżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

(a) bil-posta jew bis-servizz ta’ kurrier, f’liema każ is-sejħa għall-proposti tispeċifika li l-evidenza tkun rappreżentata mid-data tad-dispaċċ, it-timbru tal-posta jew id-data tal-irċevuta tad-depożitu;

(b) b’mod personali fil-bini tal-istituzzjoni mill-applikant innifsu jew minn aġent, f’liema każ is-sejħa għall-proposti trid tispeċifika d-dipartiment li fih iridu jitwasslu l-applikazzjonijiet fejn tingħata rċevuta ffirmata u datata.



KAPITOLU 3

Proċedura tal-għoti

Artikolu 196

Kontenut tal-applikazzjonijiet għal għotjiet

(l-Artikolu 131 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-applikazzjonijiet isiru fuq il-formola stabbilita skont l-istandards konġunti stabbiliti skont l-Artikolu 192(a) u magħmula disponibbli mill-uffiċjali awtorizzanti responsabbli, u skont il-kriterji stabbiliti fl-att bażiku u s-sejħa għall-proposti.

Id-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 131(3) tar-Regolament Finanzjarju jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari fir-rapport tal-introjtu u l-karta tal-bilanċi għall-aħħar sena finanzjarja li ngħalqu l-kontijiet għaliha.

2.  Il-baġit stmat għall-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma mehmuż mal-applikazzjoni jrid ikollu d-dħul u n-nefqa fil-bilanċ, soġġett għad-dispożizjonijiet għall-kontinġenzi jew il-varjazzjonijiet possibbli fir-rati tal-kambju li jistgħu jiġu awtorizzati f’każijiet iġġustifikati, u jindika l-ispejjeż eliġibbli stmati tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma.

3.  Meta l-applikazzjoni tkun tikkonċerna għotjiet għal azzjoni li l-ammont għaliha jaqbeż is-EUR 750 000 jew għotjiet operattivi li jaqbżu l-EUR 100 000 , irid jiġi ppreżentat rapport tal-awditjar prodott minn awditur estern approvat. Dak ir-rapport jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli.

L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu japplika biss għall-ewwel applikazzjoni li ssir minn benefiċjarju lil uffiċjal awtorizzanti responsabbli fi kwalunkwe sena finanzjarja partikolari.

Fil-każ ta’ ftehimiet bejn il-Kummissjoni u numru ta’ benefiċjarji, il-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu japplikaw għal kull benefiċjarju.

Fil-każ tas-sħubiji msemmija fl-Artikolu 178, qabel ma jkun jista’ jiġi ffirmat il-ftehim qafas ta’ sħubija jew in-notifika tad-deċiżjoni qafas ta’ sħubija, irid isir ir-rapport tal-awditjar imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu li jkopri l-aħħar sentejn finanzjarji disponibbli.

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, skont il-valutazzjoni tar-riskju, jirrinunzja għall-obbligu ta’ rapport ta’ awditjar imsemmi fl-ewwel subparagrafu għall-istabbilimenti ta’ edukazzjoni u taħriġ u, fil-każ ta’ ftehimiet ma’ numru ta’ benefiċjarji, il-benefiċjarji li jkunu aċċettaw bosta obbligazzjonijiet konġunti jew li ma jġarrbu l-ebda responsabbiltà finanzjarja.

L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-korpi pubbliċi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 43.

4.  L-applikant jindika s-sorsi u l-ammonti ta’ finanzjament tal-Unjoni riċevut jew applikat għall-istess azzjoni jew parti mill-azzjoni jew għat-tħaddim tiegħu matul l-stess sena finanzjarja kif ukoll kwalunkwe finanzjament ieħor riċevut jew applikat għall-istess azzjoni.

▼M1

Artikolu 197

Evidenza ta' ebda esklużjoni

(l-Artikolu 131 tar-Regolament Finanzjarju)

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista', skont valutazzjoni tar-riskju, jitlob lill-applikanti magħżula sabiex jipprovdu l-evidenza msemmija fl-Artikolu 141(3) u suġġett għall-Artikolu 141(4).

Meta jintalab mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, l-applikanti magħżula għandhom jipprovdu l-evidenza msemmija fl-Artikolu 141(3), soġġett għall-Artikolu 141(4), sakemm ma tkunx teżisti impossibbiltà materjali rikonoxxuta mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

▼B

Artikolu 198

Applikanti mingħajr personalità ġuridika

(l-Artikolu 131 tar-Regolament Finanzjarju)

Meta tiġi sottomessa applikazzjoni għal għotja minn applikant li ma jkollux personalità ġuridika, skont l-Artikolu 131(2) tar-Regolament Finanzjarju, ir-rappreżentanti ta’ dak l-applikant juru li għandhom il-kapaċità li jwettqu l-obbligi legali f’isem l-applikant u li l-applikant għandu kapaċità finanzjarja u operattiva ekwivalenti għal dik ta’ persuni ġuridiċi.

Artikolu 199

Entitajiet legali li jifformaw applikant wieħed

(l-Artikolu 131 tar-Regolament Finanzjarju)

Meta bosta entitajiet jissodisfaw il-kriterji biex japplikaw għal għotja u jifformaw flimkien entità waħda, dik l-entità tista’ tiġi trattata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli bħala l-uniku applikant, bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni tidentifika lill-entitajiet involuti fl-azzjoni proposta jew fil-programm ta’ ħidma bħala parti mill-applikant.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 201

Kriterji ta’ eliġibbiltà

(l-Artikolu 131 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-kriterji ta’ eliġibbiltà jiġu ppubblikati fis-sejħa għall-proposti.

2.  Il-kriterji ta’ eliġibbiltà jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’sejħa għall-proposti. Dawk il-kriterji jiġu stabbiliti b’konsiderazzjoni xierqa għall-għanijiet tal-azzjoni u għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ta’ trasparenza u ebda diskriminazzjoni.

Artikolu 202

Kriterji tal-għażla

(l-Artikolu 132(1) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-kriterji tal-għażla jiġu ppubblikati fis-sejħa għall-proposti u għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli li tiġi valutata l-kapaċità finanzjarja u operattiva tal-applikant sabiex ilesti l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma proposti.

2.  L-applikant irid ikollu sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament sabiex imantni l-attività tiegħu tul il-perjodu sħiħ li matulu titwettaq l-azzjoni jew is-sena li għaliha tingħata l-għotja u biex jieħu sehem fil-finanzjament tiegħu. L-applikant irid ikollu l-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex ilesti l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma proposti sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-att bażiku.

3.  Il-kapaċità finanzjarja u operattiva tiġi vverifikata b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ kwalunkwe wieħed mid-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fl-Artikolu 196 u mitluba mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli fis-sejħa għall-proposti.

Jekk ma jkunu ntalbu l-ebda dokumenti ta’ sostenn fis-sejħa għall-proposti u jekk l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jkollu dubji dwar il-kapaċità finanzjarja jew operattiva tal-applikanti, huwa jitlobhom jipprovdu kwalunkwe dokument xieraq.

Fil-każ tas-sħubiji msemmija fl-Artikolu 178, dik il-verifika titwettaq qabel jiġi ffirmat il-ftehim qafas ta’ sħubija jew in-notifika tad-deċiżjoni qafas ta’ sħubija.

Artikolu 203

Kriterji tal-għoti

(l-Artikolu 132(2) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-kriterji tal-għoti jiġu ppubblikati fis-sejħa għall-proposti.

2.  Il-kriterji tal-għoti jkunu tali li jippermettu li l-għotjiet jingħataw jew lill-azzjonijiet li jimmassimizzaw l-effettività globali tal-programm tal-Unjoni li jimplimentaw jew lill-korpi li l-programm ta’ ħidma tagħhom ikun imfassal biex jiksbu l-istess riżultat. Dawk il-kriterji jiġu ddefiniti b’mod li jassiguraw ukoll li l-fondi tal-Unjoni jiġu amministrati sewwa.

Il-kriterji tal-għoti jiġu applikati b’mod li jippermettu l-għażla ta’ azzjonijiet jew programmi ta’ ħidma ppjanati li l-Kummissjoni tista’ tkun kunfidenti li se jikkonformaw mal-għanijiet u l-prijoritajiet tagħha u jiggarantixxu l-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni.

3.  Il-kriterji tal-għoti jiġu ddefiniti b’tali mod li wara jkun possibbli li ssir evalwazzjoni.

Artikolu 204

Evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-għoti

(l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jaħtar kumitat biex jevalwa l-proposti, sakemm il-Kummissjoni ma tiddeċidix mod ieħor fil-qafas ta’ programm settorjali speċifiku.

Il-kumitat ikun iffurmat minn tal-inqas tliet persuni li jirrappreżentaw mill-anqas żewġ entitajiet organizzattivi tal-istituzzjonijiet jew il-korpi msemmijin fl-Artikoli 62 u 208 tar-Regolament Finanzjarju mingħajr l-ebda rabta ġerarkika bejniethom. Biex jiġi evitat kull tip ta’ kunflitt tal’ interessi, dawk il-persuni jkunu soġġetti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament Finanzjarju.

Fir-rappreżentanzi u l-unitajiet lokali msemmija fl-Artikolu 72 ta’ dan ir-Regolament u l-korpi ddelegati msemmija fl-Artikoli 62 u 208 tar-Regolament Finanzjarju, jekk ma jkunx hemm entitajiet separati, ma japplikax ir-rekwiżit tal-entitajiet organizzattivi mingħajr l-ebda rabta ġerarkika bejniethom.

Esperti esterni jistgħu jassistu lill-kumitat b’deċiżjoni tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jiżgura li dawk l-esperti jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament Finanzjarju.

2.  Fejn ikun xieraq, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jaqsam il-proċess f’bosta stadji proċedurali. Ir-regoli li jirregolaw il-proċess jitħabbru fis-sejħa għall-proposti.

Fejn sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta’ sottomissjoni f’żewġ stadji, huma biss dawk l-applikanti li l-proposti tagħhom jissodisfaw il-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-ewwel stadju li jintalbu jippreżentaw proposta sħiħa fit-tieni stadju.

Meta sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta’ evalwazzjoni f’żewġ stadji, huma biss dawk il-proposti li jgħaddu mill-ewwel stadju, fuq il-bażi tal-evalwazzjoni kontra sett limitat ta’ kriterji, li jgħaddu għal evalwazzjoni ulterjuri.

L-applikanti li l-proposti tagħhom jiġu miċħuda fi kwalunkwe stadju jiġu infurmati skont l-Artikolu 133(3) tar-Regolament Finanzjarju.

Kull stadju sussegwenti tal-proċedura jrid ikun separat b’mod ċar minn ta’ qablu.

L-istess dokumenti u informazzjoni ma jkunux meħtieġa li jiġu pprovduti iktar minn darba matul l-istess proċedura.

3.  Il-kumitat ta’ evalwazzjoni jew, fejn ikun xieraq, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jitlob lil applikant biex jipprovdi iktar informazzjoni jew sabiex jiċċara d-dokumenti ta’ sostenn ippreżentati b’rabta mal-applikazzjoni, bil-kundizzjoni li dik l-informazzjoni jew kjarifika ma tibdilx il-proposta b’mod sostanzjali. Skont l-Artikolu 96 tar-Regolament Finanzjarju, fil-każ ta’ żbalji ta’ kopjar ovvji, il-kumitat ta’ evalwazzjoni jew l-uffiċjal awtorizzanti jistgħu ma jagħmlux dan biss f’każijiet debitament iġġustifikati. L-uffiċjal awtorizzanti jżomm rekords xierqa tal-kuntatti mal-applikanti matul il-proċedura.

4.  Mat-tlestija tal-ħidma tiegħu, il-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni jiffirmaw rekord tal-proposti kollha eżaminati, li jkun fih valutazzjoni tal-kwalità tagħhom u li jidentifika dawk li jistgħu jirċievu finanzjament. Dawk ir-rekords jistgħu jiġu ffirmati f’sistema elettronika li tipprovdi biżżejjed awtentikazzjoni tal-firmatarju.

Fejn ikun meħtieġ, dak ir-rekord jikklassifika l-proposti eżaminati, jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar l-ammont massimu li għandu jingħata u aġġustamenti mhux sostanzjali possibbli fl-applikazzjoni għal għotja.

Ir-rekord jinżamm għal referenza fil-ġejjieni.

5.  L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jistieden lil applikant sabiex jaġġusta l-proposta tiegħu fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat ta’ evalwazzjoni. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jżomm rekords xierqa tal-kuntatti mal-applikanti matul il-proċedura.

Wara l-evalwazzjoni, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jieħu d-deċiżjoni tiegħu billi tal-inqas jagħti:

(a) is-suġġett u l-ammont globali tad-deċiżjoni;

(b) isem l-applikanti magħżula, it-titlu tal-azzjonijiet, l-ammonti aċċettati u r-raġunijiet għal dik l-għażla, anki fejn din tkun inkonsistenti mal-opinjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni;

(c) l-ismijiet ta’ kwalunkwe applikazzjoni miċħuda u r-raġunijiet għal dik iċ-ċaħda.

6.  Il-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu mhumiex obbligatorji għall-għoti ta’ għotjiet skont l-Artikolu 190 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 125(7) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 205

Informazzjoni għall-applikanti

(l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju)

L-applikanti rifjutati jiġu infurmati malajr kemm jista’ jkun dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum kalendarji wara li l-informazzjoni tkun intbagħtet lill-applikanti magħżula.



KAPITOLU 4

Ħlas u kontroll

Artikolu 206

Garanzija ta’ prefinanzjament

(l-Artikolu 134 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Sabiex jiġu limitati r-riskji finanzjarji marbuta mal-ħlas ta’ prefinanzjament, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jitlob lill-benefiċjarju jipprovdi garanzija minn qabel, sa ammont li jilħaq dak tal-prefinanzjament, ħlief għal għotjiet b’valur baxx, jew jaqsam il-ħlas f’bosta pagamenti parzjali.

2.  Kull meta jkun hemm bżonn ta’ garanzija, din tkun soġġetta għall-valutazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.

Il-garanzija tkun valida għal perjodu twil biżżejjed biex tkun tista’ tiġi attivata.

3.  Il-garanzija tiġi pprovduta minn banek jew istituzzjonijiet finanzjarji approvati stabbiliti f’wieħed mill-Istati Membri. Meta l-benefiċjarju jkun stabbilit f’pajjiż terz, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jaqbel li bank jew istituzzjoni finanzjarja stabbiliti f’dak il-pajjiż terz jistgħu jipprovdu l-garanzija jekk iħoss li l-bank jew l-istituzzjoni finanzjarja joffru sigurtà u karatteristiċi ekwivalenti bħal dawk offruti minn bank jew istituzzjoni finanzjarja stabbiliti fi Stat Membru.

B’talba tal-benefiċjarju, il-garanzija msemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tiġi sostitwita minn bosta garanziji konġunti minn parti terza jew mill-garanzija konġunta irrevokabbli u inkondizzjonata tal-benefiċjarji ta’ azzjoni li jkunu partijiet għall-istess ftehim jew deċiżjoni ta’ għoti, wara li l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jaċċetta.

Il-garanzija tkun denominata fil-munita euro.

Din ikollha l-effett li l-bank jew l-istituzzjoni finanzjarja, il-parti terza jew il-benefiċjarji l-oħrajn jitqiegħdu bħala garanti b’ipoteka irrevokabbli, jew l-ewwel garanti tal-obbligi tal-benefiċjarju ta’ għotja.

4.  Il-garanzija tiġi rilaxxata hekk kif il-prefinanzjament jiġi approvat b’mod gradwali kontra ħlasijiet interim jew ħlasijiet ta’ bilanċi lill-benefiċjarju skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim jew deċiżjoni ta’ għoti.

Artikolu 207

Dokumenti ta’ sostenn għat-talbiet ta’ ħlas

(l-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Għal kull għotja, il-prefinanzjament jista’ jinqasam f’diversi ħlasijiet parzjali skont ġestjoni finanzjarja soda.

Il-ħlas sħiħ tal-ħlas tal-prefinanzjament il-ġdid ikun soġġett għall-konsum ta’ mill-anqas 70 % tal-ammont totali ta’ kwalunkwe prefinanzjament li sar qabel.

Meta l-konsum tal-prefinanzjament ta’ qabel ikun inqas minn 70 %, l-ammont tal-prefinanzjament il-ġdid jitnaqqas bl-ammonti mhux użati tal-prefinanzjament ta’ qabel.

Id-dikjarazzjoni tan-nefqa tal-benefiċjarju tiġi prodotta biex issostni kwalunkwe talba għal ħlas ġdid.

2.  Bla ħsara għall-Artikolu 110, il-benefiċjarju jiċċertifika fuq l-unur tiegħu li l-informazzjoni li hemm fit-talbiet ta’ ħlas hija sħiħa, kredibbli u vera. Jiċċertifika wkoll li l-ispejjeż imġarrba jistgħu jitqiesu eliġibbli skont il-ftehim jew id-deċiżjoni ta’ għoti u li t-talbiet ta’ ħlas ikunu ssostanzjati minn dokumenti ta’ sostenn adegwati li jistgħu jiġu vverifikati.

3.  Ċertifikat fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma u l-kontijiet sottostanti, prodott minn awditur estern approvat jew fil-każ tal-korpi pubbliċi, minn uffiċjal pubbliku kompetenti u indipendenti, jista’ jintalab mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli bħala prova għal kwalunkwe ħlas, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju. Iċ-ċertifikat ikun mehmuż mat-talba ta’ ħlas. Iċ-ċertifikat jiċċertifika, skont metodoloġija approvata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u fuq il-bażi ta’ proċeduri maqbula u li jkunu konformi ma’ standards internazzjonali, li l-ispejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li fuqhom tkun ibbażata t-talba ta’ ħlas huma veri, irreġistrati b’mod preċiż u eliġibbli skont il-ftehim jew id-deċiżjoni ta’ għoti.

F’każijiet speċifiċi u debitament iġġustifikati, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jitlob iċ-ċertifikat fil-forma ta’ opinjoni jew format ieħor skont l-istandards internazzjonali.

Iċ-ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet sottostanti jkun obbligatorju għall-ħlasijiet interim u għall-ħlasijiet tal-bilanċi fil-każijiet li ġejjin:

(a) għotjiet għal azzjoni li l-ammont mogħti għaliha fil-forma msemmija fl-Artikolu 123(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju jkun ta’ EUR 750 000 jew iktar, meta l-ammonti kumulattivi tat-talbiet ta’ ħlas f’dik il-forma jkunu tal-inqas EUR 325 000 ;

(b) għotjiet operattivi li l-ammont mogħti għalihom fil-forma msemmija fl-Artikolu 123(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju jkun ta’ EUR 100 000 jew iktar.

Skont valutazzjoni tar-riskju, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jirrinunzja wkoll għall-obbligu li jiġi pprovdut dan iċ-ċertifikat fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet sottostanti fil-każ ta’:

(a) korpi pubbliċi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 43;

(b) il-benefiċjarji ta’ għotjiet b’rabta ma’ għajnuna umanitarja, operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili f’emerġenzi u l-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi, ħlief fir-rigward tal-ħlasijiet ta’ bilanċi;

(c) għall-ħlasijiet ta’ bilanċi, il-benefiċjarji ta’ għotjiet b’rabta ma’ għajnuna umanitarja li jkunu ffirmaw ftehim qafas ta’ sħubija jew ġew innotifikati deċiżjoni qafas ta’ sħubija, kif imsemmi fl-Artikolu 178, u li jkollhom fis-seħħ sistema ta’ kontroll li toffri garanziji ekwivalenti għal dawn il-ħlasijiet;

(d) il-benefiċjarji ta’ bosta għotjiet li jkunu pprovdew ċertifikazzjoni indipendenti u li joffru garanziji ekwivalenti fuq is-sistemi ta’ kontroll u l-metodoloġija użata biex jitħejjew it-talbiet tagħhom.

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jirrinunzja wkoll għall-obbligu li jiġi pprovdut ċertifikat fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet sottostanti meta jkun sar jew ikun se jsir awditjar direttament mill-persunal tal-Kummissjoni stess jew minn korp awtorizzat biex jagħmel dan f’isimha, li jipprovdi garanziji biżżejjed dwar l-ispejjeż iddikjarati.

Fil-każ ta’ ftehim bejn il-Kummissjoni u numru ta’ benefiċjarji, il-limiti msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tielet subparagrafu japplikaw għal kull benefiċjarju.

4.  Rapport ta’ verifika operattiva, magħmul minn parti terza indipendenti approvata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, jista’ jintalab mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli bħala appoġġ għal kwalunkwe ħlas, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskji. Meta jintalab mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, ir-rapport ta’ verifika jiġi mehmuż mat-talba ta’ ħlas u l-ispejjeż korrispondenti jkunu eliġibbli bl-istess kundizzjonijiet bħall-ispejjeż relatati maċ-ċertifikati maċ-ċertifikati tal-awditjar kif stabbiliti fl-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-rapport ta’ verifika jiddikjara li l-verifika operattiva tkun saret b’metodoloġija approvata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u jekk fil-verità, l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma jkunux ġew implimentati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim jew fid-deċiżjoni ta’ għoti.

Artikolu 208

Sospensjoni u tnaqqis ta’ għotjiet

(l-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-implimentazzjoni tal-ftehim jew id-deċiżjoni ta’ għoti, il-parteċipazzjoni ta’ benefiċjarju fl-implimentazzjoni tagħhom jew il-ħlasijiet jistgħu jiġu sospiżi sabiex jiġi vverifikat jekk l-allegazzjonijiet ta’ żbalji sostanzjali jew irregolaritajiet jew frodi jew ksur tal-obbligi seħħewx fil-verità. Jekk ma jiġux ikkonfermati, l-implimentazzjoni tkompli kemm jista’ jkun malajr.

2.  Meta l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma maqbula ma jitwettqux jew ma jitwettqux kif suppost, b’mod sħiħ u fil-ħin, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, wara li jagħti l-opportunità lill-benefiċjarju li jippreżenta l-kummenti tiegħu, irid inaqqas jew jirkupra l-għotja b’mod proporzjonat, skont l-istadju tal-proċedura.



KAPITOLU 5

Implimentazzjoni

Artikolu 209

Kuntratti ta’ implimentazzjoni

(l-Artikolu 137 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE, fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratt ta’ akkwist, il-benefiċjarju jagħti l-kuntratt lill-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża jew, skont kif ikun xieraq, lill-offerta li toffri l-inqas prezz, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interessi.

2.  Fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratt ta’ akkwist b’valur ta’ iktar minn EUR 60 000 , l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jesiġi li l-benefiċjarju jikkonforma ma’ regoli speċjali minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

Dawk ir-regoli speċjali jkunu bbażati fuq ir-regoli kontenuti fir-Regolament Finanzjarju u stabbiliti wara li jitqies il-valur tal-kuntratti kkonċernati, id-daqs relattiv tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-ispiża totali tal-azzjoni u r-riskju. Dawn ir-regoli speċjali jiġu inklużi fid-deċiżjoni jew ftehim ta’ għoti.

Artikolu 210

Appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi

(l-Artikolu 137 tar-Regolament Finanzjarju)

Sakemm l-għanijiet jew ir-riżultati li jridu jinkisbu jkunu dettaljati biżżejjed fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 137(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-marġni ta’ diskrezzjoni jista’ jitqies bħala eżawrit biss jekk id-deċiżjoni jew il-ftehim ta’ għoti jispeċifikaw ukoll dan li ġej:

(a) l-ammont massimu ta’ appoġġ finanzjarju li jista’ jitħallas lil parti terza li ma jaqbiżx is-EUR 60 000 , ħlief meta l-appoġġ finanzjarju jkun l-għan primarju tal-azzjoni, u l-kriterji sabiex jiġi stabbilit l-ammont eżatt;

(b) it-tipi differenti ta’ attivitajiet li jistgħu jirċievu tali appoġġ finanzjarju, fuq il-bażi ta’ lista fissa;

(c) id-definizzjoni tal-persuni jew il-kategoriji ta’ persuni li jistgħu jirċievu tali appoġġ finanzjarju u l-kriterji biex dan jingħata.



TITOLU VII

PREMJIJIET

Artikolu 211

Programmazzjoni

(l-Artikolu 138(2) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Programm ta’ ħidma annwali jew pluriennali għall-premjijiet għandu jitħejja minn kull uffiċjal awtorizzanti responsabbli. Il-programm ta’ ħidma jiġi adottat mill-istituzzjoni u jiġi ppubblikat fuq is-sit tal-Internet tal-istituzzjoni kkonċernata malajr kemm jista’ jkun, u mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ implimentazzjoni.

Il-programm ta’ ħidma jispeċifika l-perjodu li jkopri, l-att bażiku, jekk ikun hemm, l-għanijiet segwiti, ir-riżultati mistennija, l-iskeda taż-żmien indikattiva tal-kompetizzjonijiet bl-ammont indikattiv tal-premjijiet.

Barra minn hekk, il-programm ta’ ħidma jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 94 sabiex id-deċiżjoni li tadottah titqies bħala d-deċiżjoni ta’ finanzjament għall-premjijiet tas-sena kkonċernata.

2.  Kwalunkwe tibdil sostanzjali fil-programm ta’ ħidma jiġi adottat u ppubblikat ukoll kif stipulat fil-paragrafu 1.

Artikolu 212

Regoli tal-kompetizzjonijiet

(l-Artikolu 138(2) tar-Regolament Finanzjarju)

▼M1

1.  Ir-regoli tal-kompetizzjonijiet jistabbilixxu dan li ġej:

(a) il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, li jridu mill-anqas:

(i) jispeċifikaw il-kriterji ta' eliġibbiltà;

(ii) jispeċifikaw l-arranġamenti u d-data finali għar-reġistrazzjoni tal-parteċipanti, jekk meħtieġ, u għas-sottomissjoni tal-entrati, bil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2;

(iii) jipprovdu għall-esklużjoni ta' parteċipanti li jkunu f'waħda mis-sitwazzjoniijet imsemmija fl-Artikolu 106(1) u l-Artikolu 107 tar-Regolament Finanzjarju;

(iv) jipprovdu għall-unika responsabbiltà tal-parteċipanti fil-każ ta' talba relatata mal-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-kompetizzjoni;

(v) jipprovdu għall-aċċettazzjoni mir-rebbieħa tal-verifiki u tal-awditjar mill-Kummissjoni, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri u tal-obbligi ta' reklamar kif speċifikati fir-regoli tal-kompetizzjoni;

(vi) jiddikjaraw li l-liġi tal-Unjoni hija l-liġi li tapplika għall-kompetizzjoni, ikkumplimentata, fejn ikun hemm bżonn, mil-liġi nazzjonali kif speċifikat fir-regoli tal-kompetizzjoni;

(vii) jispeċifikaw il-qorti jew it-tribunal tal-arbitraġġ kompetenti għas-smigħ ta' tilwim;

(viii) jiddikjaraw li penali finanzjarji u deċiżjonijiet ta' esklużjoni jistgħu jiġu imposti fuq il-parteċipanti skont l-Artikolu 106 tar-Regolament Finanzjarju;

(b) il-kriterji tal-għoti, li jkunu tali li jagħmluha possibbli li tiġi valutata l-kwalità tal-entrati fir-rigward tal-għanijiet segwiti u r-riżultati mistennija u sabiex jiġi stabbilit b'mod oġġettiv jekk l-entrati jikkwalifikawx bħala r-rebbieħa;

(c) l-ammont tal-premju jew premjijiet;

(d) l-arranġamenti għall-ħlas tal-premjijiet lir-rebbieħa wara l-għoti tagħhom.

Għall-finijiet tal-punt (i) tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-benefiċjarji ta' għotjiet mill-Unjoni jkunu eliġibbli, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fir-regoli tal-kompetizzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (vi) tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, tista' ssir deroga fil-każ tal-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

▼B

2.  L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jagħżel mezzi ta’ komunikazzjoni mhux diskriminatorji għas-sottomissjoni tal-entrati u li ma jkollhom l-ebda effett ta’ restrizzjoni tal-aċċess tal-parteċipanti għall-kompetizzjoni.

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżulin jkunu tali li jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) kull entrata jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tagħha;

(b) tiġi ppreservata l-integrità tad-dejta;

(c) tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-entrati;

(d) tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dejta personali skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

3.  Ir-regoli tal-kompetizzjonijiet jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għat-tħassir tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari meta l-għanijiet tagħha ma jkunux jistgħu jintlaħqu jew meta persuna ġuridika jew fiżika li ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tikkwalifika bħala r-rebbieħa.

4.  Ir-regoli tal-kompetizzjonijiet jiġu ppubblikati fuq is-sit tal-Internet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Minbarra l-pubblikazzjoni fuq is-sit tal-Internet, ir-regoli tal-kompetizzjonijiet jistgħu jiġu ppubblikati wkoll b’mezzi xierqa oħra, inkluż Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi pprovduta pubbliċità addizzjonali fost il-parteċipanti potenzjali. Dawn jistgħu jiġu ppubblikati sa mill-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju, inkluż matul is-sena ta’ qabel l-implimentazzjoni tal-baġit. Kwalunkwe modifika fil-kontenut tar-regoli tal-kompetizzjonijiet tkun soġġetta wkoll għal pubblikazzjoni bl-istess kundizzjonijiet.

Artikolu 213

Pubblikazzjoni ex post

(l-Artikolu 138(2) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-informazzjoni relatata mal-premjijiet mogħtija matul sena finanzjarja tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 21.

2.  Wara l-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, meta tintalab mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni tgħaddilhom rapport dwar:

(a) in-numru ta’ parteċipanti fis-sena ta’ qabel;

(b) in-numru ta’ parteċipanti u l-perċentwal ta’ entrati magħżula għal kull kompetizzjoni;

(c) lista tal-esperti li ħadu sehem fil-bordijiet fis-sena ta’ qabel, flimkien ma’ referenza għall-proċedura tal-għażla tagħhom.

Artikolu 214

Evalwazzjoni

(l-Artikolu 138(3) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Għall-finijiet ta’ evalwazzjoni tal-entrati, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jaħtar bord ta’ mill-anqas tliet esperti, li jistgħu jkunu esperti jew persuni esterni li jirrappreżentaw mill-inqas żewġ entitajiet organizzattivi tal-istituzzjonijiet jew korpi msemmija fl-Artikoli 62 u 208 tar-Regolament Finanzjarju mingħajr ebda rabta ġerarkika bejniethom, ħlief fir-rappreżentanzi jew il-korpi lokali msemmija fl-Artikolu 72 ta’ dan ir-Regolament u l-korpi delegati msemmija fl-Artikoli 62 u 208 tar-Regolament Finanzjarju, jekk ma jkunx hemm entitajiet separati.

L-esperti msemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu soġġetti għar-rekwiżiti dwar il-kunflitt ta’ interessi stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament Finanzjarju.

L-esperti esterni jiddikjaraw li mhumiex f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi fil-mument tal-ħatra u jwiegħdu li jinfurmaw lill-uffiċjal awtorizzanti jekk jinħoloq xi kunflitt ta’ interessi matul il-proċedura ta’ evalwazzjoni.

2.  Mat-tlestija ta’ xogħolhom, il-membri tal-bord jiffirmaw rekord tal-entrati kollha eżaminati, li jinkludi valutazzjoni tal-kwalità tagħhom u li jidentifika lil dawk li jistgħu jingħataw il-premjijiet. Ir-rekord jista’ jiġi ffirmat f’sistema elettronika li tipprovdi biżżejjed awtentikazzjoni tal-firmatarju.

Ir-rekord imsemmi fl-ewwel subparagrafu jinżamm għal referenza fil-ġejjieni.

3.  L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli mbagħad jiddeċiedi jagħtix il-premjijiet jew le. Dik id-deċiżjoni tispeċifika dan li ġej:

(a) is-suġġett u l-ammont totali tal-premjijiet mogħtija, jekk ikun hemm;

(b) l-ismijiet tal-parteċipanti rebbieħa, jekk ikun hemm, l-ammont tal-premjijiet mogħtija lil kull parteċipant rebbieħ u r-raġunijiet għal dik l-għażla;

(c) l-ismijiet ta’ kwalunkwe parteċipant rifjutat u r-raġunijiet għal dak ir-rifjut.

Artikolu 215

Informazzjoni u notifika

(l-Artikolu 138(3) tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-parteċipanti jiġu infurmati malajr kemm jista’ jkun dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-entrata tagħhom u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum kalendarju wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni ta’ għoti mill-uffiċjal awtorizzanti.

2.  Id-deċiżjoni li jingħata l-premju tiġi nnotifikata lill-parteċipant rebbieħ u għandha sservi ta’ impenn legali fis-sens tal-Artikolu 86 tar-Regolament Finanzjarju.



TITOLU VIII

STRUMENTI FINANZJARJI

Artikolu 216

Għażla tal-entitajiet fdati bl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji f’ġestjoni indiretta

(l-Artikolu 139 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Għall-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji taħt ġestjoni indiretta, il-Kummissjoni tikseb evidenza li l-entità fdata tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 60(2) tar-Regolament Finanzjarju. Ladarba tinkiseb dik l-evidenza, din tkun valida għal kwalunkwe implimentazzjoni ġejjiena tal-istrumenti finanzjarji mill-entità relevanti, sakemm ma jkunux saru bidliet sostanzjali fis-sistemi, fir-regoli u fil-proċeduri koperti minn dawk ir-rekwiżiti tal-entitajiet fdati.

2.  Għall-għażla tal-entitajiet fdati bl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 61(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tippubblika sejħa għall-entitajiet fdati potenzjali. Dik is-sejħa tinkludi l-kriterji tal-għażla u tal-għoti.

Is-sejħa msemmija fl-ewwel subparagrafu tindika wkoll jekk l-entità fdata hijiex meħtieġa talloka r-riżorsi finanzjarji proprji tagħha għall-istrument finanzjarju speċifiku jew taqsamx ir-riskju. Meta ssir din l-indikazzjoni u meta tkun meħtieġa mitigazzjoni ta’ kunflitt possibbli tal-interessi, is-sejħa tindika wkoll li l-entità fdata hija meħtieġa tipproponi miżuri dwar l-allinjament tal-interess, kif stipulat fl-Artikolu 140(2) tar-Regolament Finanzjarju. Il-miżuri dwar l-allinjament tal-interess jiġu inklużi fil-ftehim tal-istrument finanzjarju speċifiku.

Il-Kummissjoni tiftaħ djalogu mal-entitajiet li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla b’mod trasparenti u oġġettiv mingħajr ma toħloq kunflitt ta’ interessi. Wara d-djalogu, il-Kummissjoni tiffirma ftehimiet ta’ delega mal-entità jew l-entitajiet li jkunu ppreżentaw l-aktar proposti ekonomikament vantaġġużi fosthom, fejn applikabbli, l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji proprji jew il-kondiviżjoni tar-riskju.

3.  Il-Kummissjoni tista’ tidħol f’negozjati diretti ma’ entitajiet fdati potenzjali qabel tiffirma ftehimiet ta’ delega meta l-entità fdata tkun identifikata fl-att bażiku relevanti jew tkun elenkata fl-Artikolu 58(1)(c)(iii) tar-Regolament Finanzjarju, jew f’każijiet eċċezzjonali debitament iġġustifikati u dokumentati sewwa, b’mod partikolari meta:

(a) ma jkunu ġew ippreżentati l-ebda proposti xierqa wara sejħa għal entitajiet fdati potenzjali;

(b) strumenti finanzjarji b’karatteristiċi speċifiċi jkunu jeħtieġu tip partikolari ta’ entità fdata minħabba l-kompetenza teknika tagħha, il-grad għoli ta’ speċjalizzazzjoni tagħha jew is-setgħa amministrattiva tagħha;

(c) għal raġunijiet ta’ urġenza estrema kkawżati minn avvenimenti imprevisti mhux attribwibbli lill-Unjoni, ikun impossibbli li tiġi osservata l-proċedura msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 217

Kontenut tal-ftehim mal-entitajiet fdati bl-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji f’ġestjoni indiretta

(l-Artikolu 139 tar-Regolament Finanzjarju)

Minbarra r-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 40, il-ftehim ta’ delega mal-entitajiet fdati bl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji jinkludi arranġamenti xierqa għall-iżgurar tal-konformità mal-prinċipji u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 140 tar-Regolament Finanzjarju. B’mod partikolari, il-ftehimiet ta’ delega jinkludu:

(a) id-deskrizzjoni tal-istrument finanzjarju, inklużi l-istrateġija jew il-politika ta’ investiment tiegħu, it-tip ta’ appoġġ mogħti, il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-intermedjarji finanzjarji u l-benefiċjarji finali kif ukoll rekwiżiti operattivi addizzjonali li jittrasponu l-għanijiet tal-politika tal-istrument;

(b) ir-rekwiżiti għal medda ta’ valuri fil-mira għall-effett ta’ ingranaġġ;

(c) definizzjoni tal-attivitajiet mhux eliġibbli u l-kriterji ta’ esklużjoni;

(d) dispożizzjonijiet li jiżguraw allinjament tal-interess u li jindirizzaw kunflitti possibbli tal-interessi;

(e) dispożizzjonijiet għall-għażla tal-intermedjarji finanzjarji skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 139(4) tar-Regolament Finanzjarju u għall-istabbiliment ta’ strumenti ta’ investiment iddedikati, jekk applikabbli;

(f) dispożizzjonijiet dwar l-obbligazzjoni tal-entità fdata u ta’ entitajiet oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju;

(g) dispożizzjonijiet dwar is-soluzzjoni għal tilwim;

(h) dispożizzjonijiet dwar ir-regolamentazzjoni tal-istrument finanzjarju;

(i) dispożizzjonijiet dwar l-użu u l-użu mill-ġdid tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 140(6) tar-Regolament Finanzjarju;

(j) dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet mill-Unjoni u tal-kontijiet fiduċjarji, inklużi r-riskji tal-kontroparti, operazzjonijiet tat-teżor aċċettabbli, responsabilitajiet tal-partijiet ikkonċernati, azzjonijiet ta’ rimedju fil-każ ta’ bilanċi eċċessivi fuq kontijiet fiduċjarji, iż-żamma ta’ rekords u r-rapportar;

(k) dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni tal-entità fdata, inklużi r-rati tat-tariffi tal-ġestjoni u dwar il-kalkolu u l-ħlas tal-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni lill-entità fdata skont l-Artikolu 218;

(l) fejn ikunu xierqa, dispożizzjonijiet dwar qafas ta’ kundizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet mill-fondi msemmija fl-Artikolu 175 tar-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond tas-Sajd tal-Ġejjieni (minn hawn ’il quddiem il-“Fondi tas-QSK”);

(m) dispożizzjonijiet dwar it-tul, il-possibilità ta’ estensjoni, u t-terminazzjoni tal-istrument finanzjarju, inklużi l-kundizzjonijiet għal terminazzjoni bikrija u, fejn xieraq, l-istrateġiji ta’ ħruġ;

(n) dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-appoġġ għall-intermedjarji finanzjarji u l-benefiċjarji finali, inkluż ir-rapportar mill-intermedjarji finanzjarji;

(o) fejn applikabbli, it-tip u n-natura ta’ kwalunkwe operazzjoni ta’ ħħeġġjar imsemmija fl-Artikolu 219.

Artikolu 218

L-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni għall-entitajiet fdati

(l-Artikolu 139 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-Kummissjoni tħallas lill-entitajiet fdati għall-implimentazzjoni ta’ strument finanzjarju permezz ta’ tariffi bbażati fuq il-prestazzjoni, rimborż ta’ spejjeż eċċezzjonali u, meta l-entità fdata timmaniġġa t-teżor tal-istrument finanzjarju, tariffi għall-immaniġġar tat-teżor.

2.  It-tariffi bbażati fuq il-prestazzjoni jinvolvu t-tariffi amministrattivi biex titħallas l-entità fdata għax-xogħol imwettaq fl-implimentazzjoni ta’ strument finanzjarju. Fejn ikun xieraq, dawn jistgħu jinkludu wkoll inċentivi relatati mal-politika biex tiġi promossal-kisba tal-għanijiet tal-politika jew tiġi inċentivata l-prestazzjoni finanzjarja tal-istrument finanzjarju.

Artikolu 219

Regoli speċifiċi għall-kontijiet fiduċjarji f’ġestjoni indiretta

(l-Artikolu 139 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-entitajiet fdati bl-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji jistgħu jiftħu kontijiet fiduċjarji fis-sens tal-Artikolu 68(7) tar-Regolament Finanzjarju, f’isimhom u esklużivament f’isem il-Kummissjoni. Dawk l-entitajiet fdati jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet korrispondenti lis-servizz responsabbli tal-Kummissjoni.

2.  Il-kontijiet fiduċjarji jżommu likwidità xierqa u l-assi miżmuma fil-kontijiet fiduċjarji jiġu mmaniġġati skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u jsegwu regoli prudenzjali xierqa skont l-Artikolu 140(7) tar-Regolament Finanzajrju.

3.  Għall-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, l-entitajiet fdati ma jwettqux operazzjonijiet ta’ ħħeġġjar għal skopijiet spekulattivi. It-tip u n-natura ta’ kwalunkwe operazzjoni ta’ ħħeġġjar jiġu maqbula ex ante mill-Kummissjoni u inklużi fil-ftehimiet ta’ delega msemmija fl-Artikolu 217.

Artikolu 220

Strumenti finanzjarji implimentati direttament

(l-Artikolu 139 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  F’każijiet eċċezzjonali, l-istrumenti finanzjarji jistgħu jiġu implimentati direttament skont l-Artikolu 139(4) tar-Regolament Finanzjarju permezz ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) strument ta’ investiment iddedikat li fih il-Kummissjoni tieħu sehem flimkien ma’ investituri pubbliċi jew privati oħrajn bil-għan li żżid l-effett ta’ ingranaġġ tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

(b) self, garanziji, parteċipazzjonijiet ta’ ekwità u strumenti oħrajn ta’ kondiviżjoni tar-riskju minbarra investimenti fi strumenti ta’ investiment iddedikati, ipprovduti direttament lill-benefiċjarji finali jew permezz ta’ intermedjarji finanzjarji.

2.  Għall-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, il-Kummissjoni ma twettaqx operazzjonijiet ta’ ħħeġġjar għal skopijiet spekulattivi. It-tip u n-natura ta’ kwalunkwe operazzjoni ta’ ħħeġġjar jiġu maqbula ex ante mill-Kummissjoni u inklużi fil-ftehimiet mal-entitajiet li jimplimentaw l-istrument finanzjarju.

Artikolu 221

Għażla tal-intermedjarji finanzjarji, maniġers ta’ strumenti ta’ investiment iddedikati u tal-benefiċjarji finali

(l-Artikolu 139 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Fejn il-Kummissjoni timplimenta l-istrumenti finanzjarji b’mod dirett jew indirett permezz ta’ strumenti ta’ investiment iddedikati, dawn l-istrumenti jiġu stabbiliti skont il-liġijiet ta’ Stat Membru. Jistgħu jiġu stabbiliti wkoll skont il-liġijiet ta’ pajjiż li mhuwiex Stat Membru fil-qasam tal-azzjoni esterna. Il-maniġers ta’ dawn l-istrumenti jkunu obbligati bil-liġi jew b’kuntratt sabiex jaġixxu bid-diliġenza ta’ maniġer professjonali u in bona fide.

2.  Il-maniġers tal-istrumenti ta’ investiment iddedikati msemmija fil-paragrafu 1 u l-intermedjarji finanzjarji jew il-benefiċjarji finali tal-istrumenti finanzjarji jintgħażlu billi jiġu kkunsidrati n-natura tal-istrument finanzjarju li jrid jiġi implimentat, l-esperjenza u l-kapaċità operattiva u finanzjarja tal-entitajiet ikkonċernati, u/jew il-vijabilità ekonomika tal-proġetti tal-benefiċjarji finali. L-għażla trid tkun trasparenti, iġġustifikata minn raġunijiet oġġettivi u ma għandhiex twassal għal kunflitt ta’ interessi.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 222

Kundizzjonijiet għall-użu tal-istrumenti finanzjarji

(l-Artikolu 140 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-istrumenti finanzjarji jindirizzaw id-difetti jew in-nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investimenti mhux ottimali u jipprovdu appoġġ biss lill-benefiċjarji finali li jitqiesu bħala potenzjalment ekonomikament vijabbli fi żmien l-appoġġ mill-Unjoni permezz ta’ strument finanzjarju.

2.  L-istrumenti finanzjarji jipprovdu appoġġ lill-benefiċjarji finali b’mod proporzjonat. B’mod partikolari, it-trattament preferenzjali ta’ investituri li jipprovdu kofinanzjament jew kondiviżjoni tar-riskju għandu jkun ġustifikat, proporzjonat mar-riskji meħuda mill-investituri fi strument finanzjarju u limitat għall-minimu neċessarju sabiex jassigura l-investiment jew il-kondiviżjoni tar-riskju tagħhom.

Artikolu 223

Effett ta’ ingranaġġ

(l-Artikolu 140 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-istrumenti finanzjarji jkollhom l-għan li jiksbu effett ta’ ingranaġġ tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni billi jimmobilizzaw investiment globali li jaqbeż id-daqs tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

L-effett ta’ ingranaġġ tal-fondi tal-Unjoni jkun daqs l-ammont ta’ finanzjament lill-benefiċjarji finali eliġibbli maqsum bl-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

2.  Il-medda ta’ valuri fil-mira għall-effett ta’ ingranaġġ tkun ibbażata fuq evalwazzjoni ex-ante għall-istrument finanzjarju korrispondenti.

Artikolu 224

Evalwazzjoni ex-ante tal-istrumenti finanzjarji

(l-Artikolu 140 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-istrumenti finanzjarji jkunu bbażati fuq evalwazzjonijiet ex-ante li jidentifikaw id-difetti jew in-nuqqasijiet tas-suq, jew sitwazzjonijiet ta’ investiment mhux ottimali u jivvalutaw il-ħtiġijiet ta’ investiment fir-rigward tal-għanijiet tal-politika.

2.  L-evalwazzjoni ex-ante turi li l-ħtiġijiet identifikati tas-suq ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod xiearq u fil-ħin permezz ta’ attivitajiet immexxija mis-suq jew tipi ta’ interventi mill-Unjoni għajr finanzjament bi strument finanzjarju, bħal regolamentazzjoni, liberalizzazzjoni, riforma jew azzjoni ta’ politika oħra. Hija tivvaluta l-probabbiltà u l-ispejjeż possibbli tat-tfixkil tas-suq u tal-eliminazzjoni tal-finanzjament privat permezz tal-istrumenti finanzjarji u għandha tidentifika mezzi biex jiġu minimizzati l-effetti negattivi ta’ tali tfixkil.

3.  Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-evalwazzjoni ex-ante turi li strument finanzjarju fil-livell tal-Unjoni jindirizza l-ħtiġijiet identifikati tas-suq b’mod iktar xieraq minn strumenti finanzjarji simili fil-livell nazzjonali jew reġjonali, inklużi dawk iffinanzjati mill-Fondi tal-QSK. Fatturi bħal aċċess diffiċli għall-finanzjament fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari għal proġetti transkonfinali, ekonomiji tal-kobor jew effetti ta’ wiri b’saħħithom marbutin mat-tixrid tal-aħjar prattiki fl-Istati Membri jiġu kkunsidrati meta jiġi valutat il-valur miżjud tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

4.  L-evalwazzjoni ex-ante tistabbilixxi l-iktar mod effiċjenti għall-forniment tal-istrument finanzjarju.

5.  L-evalwazzjoni ex-ante turi wkoll li l-istrument finanzjarju ppjanat huwa konsistenti ma’:

(a) strumenti finanzjarji ġodda u eżistenti, biex hekk jiġu evitati sovrapożizzjonijiet mhux mixtieqa u jinkisbu sinerġiji u ekonomiji tal-kobor;

(b) strumenti finanzjarji u forom oħrajn ta’ intervent pubbliku li jindirizzaw l-istess ambjent ekonomiku, biex hekk jiġu evitati l-inkonsistenzi u jiġu esplorati sinerġiji possibbli.

6.  L-evalwazzjoni ex-ante tivvaluta l-proporzjonalità tal-intervent previst fir-rigward tad-daqs tad-diskrepanza identifikata fil-finanzjament, l-effett ta’ ingranaġġ mistenni tal-istrument finanzjarju ppjanat u teżamina wkoll effetti kwalitattivi addizzjonali, bħad-diffużjoni tal-aħjar prattiki, il-promozzjoni effettiva tal-għanijiet tal-politika tal-Unjoni fi ħdan il-katina ta’ implimentazzjoni jew l-aċċess għal kompetenza speċifika disponibbli mill-atturi involuti fil-katina ta’ implimentazzjoni.

7.  L-evalwazzjoni ex-ante tistabbilixxi sett ta’ indikaturi xierqa tal-prestazzjoni għall-istrumenti finanzjarji proposti u tispeċifika l-eżitu, ir-riżultati u l-impatt mistennijin.

8.  Evalwazzjoni ex ante separata tal-istrumenti finanzjarji ssir biss meta tali evalwazzjoni li tikkonforma b’mod sħiħ mal-kriterji fil-paragrafi minn 1 sa 7 ma tkunx inkluża fl-evalwazzjoni ex ante jew valutazzjoni tal-impatt tal-programm jew l-attività koperti minn att bażiku.

Artikolu 225

Monitoraġġ tal-istrumenti finanzjarji

(l-Artikolu 140 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Biex ikun żgurat il-monitoraġġ armonizzat tal-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 140(12) tar-Regolament Finanzjarju, trid tiġi implimentata sistema ta’ monitoraġġ mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli sabiex tikkontribwixxi għall-forniment ta’ garanzija raġonevoli li l-fondi tal-Unjoni qegħdin jintużaw skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament Finanzjarju.

2.  Is-sistema ta’ monitoraġġ tintuża biex jiġi valutat il-progress tal-implimentazzjoni lejn il-kisba tal-għanijiet tal-politika riflessi fl-indikaturi tal-eżitu u r-riżultati relevanti stabbiliti skont l-evalwazzjoni ex-ante, u biex tiġi analizzata l-konformità tal-implimentazzjoni mar-rekwiżiti definiti skont l-Artikolu 140(2) tar-Regolament Finanzjarju u tipprovdi l-bażi għar-rapportar tal-Kummissjoni meħtieġ mill-Artikoli 38(5) u 140(8) tar-Regolament Finanzjarju.

3.  Fil-każ ta’ ġestjoni indiretta, il-monitoraġġ mill-Kummissjoni jibni fuq ir-rapportar u l-kontijiet ipprovduti mill-entitajiet fdati u fuq l-awditjar disponibbli u l-kontrolli mwettqa mill-entità fdata, waqt li jitqiesu d-dikjarazzjoni tal-maniġment tal-entità fdata u l-opinjoni tal-korp tal-awditjar indipendenti msemmi fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament Finanzjarju. Il-Kummissjoni tirrevedi l-informazzjoni pprovduta mill-entitajiet fdati u tista’ twettaq kontrolli, inkluż fuq il-bażi ta’ kampjuni, fil-livelli xierqa tal-implimentazzjoni sal-benefiċjarji finali.

Il-monitoraġġ mill-entità fdata jibni fuq ir-rapportar u l-kontijiet ipprovduti mill-intermedjarji finanzjarji u fuq l-awditjar disponibbli u l-kontrolli mwettqa mill-intermedjarju finanzjarju, filwaqt li tittieħed inkonsiderazzjoni d-dikjarazzjoni tal-maniġment tal-intermedjarju finanzjarju u l-opinjoni tal-awdituri indipendenti.

Meta ma jkun jeżisti l-ebda intermedjarju finanzjarju, l-entità fdata tissorvelja direttament l-użu tal-istrument finanzjarju fuq il-bażi tar-rapportar u l-kontijiet ipprovduti mill-benefiċjarji finali.

L-entità fdata tirrevedi, fejn ikun xieraq fuq il-bażi ta’ kampjuni, l-informazzjoni pprovduta mill-intermedjarji finanzjarji jew il-benefiċjarji finali u għandha twettaq kontrolli kif stabbilit fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 217.

4.  Fil-każ ta’ ġestjoni diretta, il-monitoraġġ mill-Kummissjoni jkun ibbażat fuq ir-rapportar u l-kontijiet ipprovduti mill-intermedjarji finanzjarji u l-benefiċjarji finali, soġġett għal kontrolli xierqa. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 3 japplikaw għall-ġestjoni diretta mutatis mutandis.

5.  Il-ftehimiet li jimplimentaw l-istrument finanzjarju jinkludu d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafi minn 1 sa 4.

Artikolu 226

Trattament tal-kontribuzzjonijiet mill-Fondi tal-QSK

(l-Artikolu 140 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Iridu jinżammu rekords separati għall-kontribuzzjonijiet mill-Fondi tal-QSK għall-istrumenti finanzjarji stabbiliti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju u sostnuti mill-Fondi tal-QSK skont ir-regoli speċifiċi tas-settur.

2.  Il-kontribuzzjonijiet mill-Fondi tal-QSK jitqiegħdu f’kontijiet separati u jintużaw skont l-għanijiet tal-Fondi rispettivi tal-QSK għall-azzjonijiet u l-benefiċjarji finali b’mod konsistenti mal-programm jew il-programmi li minnhom isiru l-kontribuzzjonijiet.

3.  Fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet mill-Fondi tal-QSK għall-istrumenti finanzjarji stabbiliti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju, japplikaw ir-regoli speċifiċi għas-settur.



TITOLU IX

PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET U L-KONTABILITÀ



KAPITOLU 1

Preżentazzjoni tal-kontijiet

Artikolu 227

Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja matul is-sena

(l-Artikolu 142 tar-Regolament Finanzjarju)

Ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja matul is-sena jagħti deskrizzjoni preċiża ta’:

(a) il-kisba tal-għanijiet għas-sena, skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;

(b) is-sitwazzjoni finanzjarja u l-avveniment li kellhom influwenza notevoli fuq l-attivitajiet matul is-sena.

Ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja jkun separat mir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit.

Artikolu 228

Eċċezzjoni għall-prinċipji kontabilistiċi

(l-Artikolu 144 tar-Regolament Finanzjarju)

Meta, f’każ speċifiku, l-uffiċjal tal-kontabilità jħoss li għandha ssir eċċezzjoni għall-kontenut ta’ wieħed mill-prinċipji kontabilistiċi stipulati fir-regoli tal-Unjoni dwar il-kontabilità, dik l-eċċezzjoni tkun issostanzjata kif suppost u rrapportata fin-noti mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 232.

Artikolu 229

Dokumenti ta’ sostenn

(l-Artikolu 144 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Kull entrata għandha tkun ibbażata fuq dokumenti ta’ sostenn datati u numerati, prodotti fuq karta jew fuq mezz li jiggarantixxi l-kredibilità u s-salvagwardja tal-kontenut tagħha għall-perjodi stabbiliti fl-Artikolu 48.

2.  Operazzjonijiet tal-istess tip, imwettqa fl-istess post u fl-istess jum jistgħu jiġu sintetizzati f’dokument ta’ sostenn wieħed.

Artikolu 230

Dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni finanzjarja

(l-Artikolu 145 tar-Regolament Finanzjarju)

Id-dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni finanzjarja turi d-dħul u l-ispejjeż għas-sena, ikklassifikati skont in-natura tagħhom.

Artikolu 231

Dikjarazzjoni dwar il-flussi tal-flus

(l-Artikolu 145 tar-Regolament Finanzjarju)

Id-dikjarazzjoni dwar il-flussi tal-flus tirrapporta l-flussi tal-flus matul il-perjodu li juru l-moviment bejn l-ammonti tat-teżor fil-ftuħ u l-għeluq.

It-teżor ikun imsawwar b’dan li ġej:

(a) flus fl-idejn;

(b) kontijiet tal-bank u depożiti pagabbli meta jintalbu;

(c) assi disponibbli oħra li malajr jistgħu jissarrfu fi flus u li għandhom valur stabbli.

Artikolu 232

Noti mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji

(l-Artikolu 145 tar-Regolament Finanzjarju)

In-noti msemmija fl-Artikolu 145 tar-Regolament Finanzjarju jkunu parti integrali mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Bħala minimu, in-noti jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-prinċipji, ir-regoli u l-metodi tal-kontabilità;

(b) noti ta’ spjega, li jipprovdu informazzjoni addizzjonali mhux inkluża fit-test tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li tkun meħtieġa biex tingħata ħarsa vera u ġusta.

Artikolu 233

Kontijiet tar-riżultat tal-baġit

(l-Artikolu 146 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-kontijiet tar-riżultat tal-baġit ikun fihom:

(a) informazzjoni dwar id-dħul li tinkludi:

(i) bidliet fl-istimi tad-dħul fil-baġit;

(ii) ir-riżultat tad-dħul;

(iii) l-intitolamenti stabbiliti;

(b) informazzjoni li turi bidliet fl-approprjazzjonijiet totali disponibbli ta’ impenn u għal pagamenti;

(c) informazzjoni li turi l-użu li sar mill-approprjazzjonijiet totali disponibbli ta’ impenn u għal pagamenti;

(d) informazzjoni li turi l-impenji pendenti, dawk riportati mis-sena ta’ qabel u dawk li saru matul is-sena.

2.  Fir-rigward tal-informazzjoni dwar id-dħul, trid tiġi mehmuża wkoll dikjarazzjoni li turi, għal kull Stat Membru, l-analiżi tal-ammonti ta’ riżorsi proprji li għad iridu jiġu rkuprati fi tmiem is-sena finanzjarja u koperti minn ordni ta’ rkupru.

Artikolu 234

Modalitajiet ta’ trażmissjoni tal-kontijiet

(l-Artikolu 148 tar-Regolament Finanzjarju)

Il-kontijiet provviżorji u l-kontijiet finali msemmija fl-Artikoli 147 u 148 tar-Regolament Finanzjarju jistgħu jintbagħtu b’mezzi elettroniċi.



KAPITOLU 2

Kontabilità



Taqsima 1

Organizzazzjoni tal-Kontijiet

Artikolu 235

Organizzazzjoni tal-Kontijiet

(l-Artikolu 151 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-uffiċjal tal-kontabilità ta’ kull istituzzjoni u korp imsemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju jipprepara u jżomm aġġornati dokumenti li jiddeskrivu l-organizzazzjoni tal-kontijiet u l-proċeduri tal-kontabilità tal-istituzzjoni u l-korp tiegħu.

2.  Id-dħul u l-infiq tal-baġit jiġu rreġistrati fis-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 236, skont in-natura ekonomika tal-operazzjoni, bħala dħul jew nefqa kurrenti jew bħala kapital.

Artikolu 236

Sistemi kompjuterizzati

(l-Artikolu 151 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-kontijiet jinżammu bl-għajnuna ta’ sistema kompjuterizzata integrata.

2.  Meta l-kontijiet jinżammu bl-użu ta’ sistemi u subsistemi kompjuterizzati, dawn is-sistemi u subsistemi jiġu deskritti b’mod sħiħ.

Dik id-deskrizzjoni tiddefinixxi l-kontenut ta’ kull sezzjoni ta’ dejta u tispeċifika kif is-sistema tittratta l-operazzjonijiet individwali. Trid tiddikjara kif is-sistema tiggarantixxi l-eżistenza ta’ rekord sħiħ għall-awditjar għal kull operazzjoni u għal kull bidla li tkun saret fis-sistemi u s-subsistemi kompjuterizzati sabiex dejjem ikun possibbli li tiġi identifikata n-natura tal-bidla u l-persuna li għamlitha.

Id-deskrizzjoni tas-sistemi u s-subsistemi kompjuterizzati tal-kontabilità tindika kwalunkwe rabta bejn dawk is-sistemi u s-sistema ċentrali tal-kontabilità, speċjalment fir-rigward tat-trasferiment ta’ dejta u r-rikonċiljazzjoni tal-bilanċi.

3.  L-aċċess għas-sistemi u s-subsistemi kompjuterizzati jingħata biss lil persuni inklużi f’lista ta’ utenti awtorizzati li tinżamm u tiġi aġġornata minn kull istituzzjoni.



Taqsima 2

Kotba tal-kontijiet

Artikolu 237

Kotba tal-kontijiet

(l-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju)

Kull istituzzjoni u kull korp imsemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju jżommu ġurnal, ktieb ġenerali u tal-inqas sottokotba għad-debituri, kredituri u assi fissi, sakemm dan ma jkunx iġġustifikat minn kunsiderazzjonijiet ta’ spejjeż u benefiċċji.

Il-kotba tal-kontijiet jikkonsistu f’dokumenti elettroniċi li jkunu identifikati mill-uffiċjal tal-kontabilità u joffru garanziji sħaħ għall-użu bħala evidenza.

L-entrati fil-ġurnal jiġu ttrasferiti fil-ktieb ġenerali, u jiddaħħlu bħala partiti skont it-tabella tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 212.

Il-ġurnal u l-ktieb ġenerali jistgħu jinqasmu f’kemm ikun hemm bżonn ġurnali speċjali u kotba speċjali biex jintlaħqu r-rekwiżiti.

L-entrati rreġistrati f’ġurnali speċjali u kotba speċjali jiġu ċċentralizzati tal-inqas kull xahar fil-ġurnal u fil-ktieb ġenerali.

Artikolu 238

Bilanċ ta’ tqabbil preliminari

(l-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju)

Kull istituzzjoni u korp imsemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju jistabbilixxu bilanċ ta’ tqabbil preliminari li jkopri l-kontijiet kollha tal-kontijiet ġenerali, inklużi l-kontijiet approvati matul is-sena u f’kull każ, flimkien ma’:

(a) in-numru tal-kont;

(b) deskrizzjoni;

(c) id-djun totali;

(d) il-krediti totali;

(e) il-bilanċ.

Artikolu 239

Rikonċiljazzjonijiet tal-kontijiet

(l-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Id-dejta fil-ktieb ġenerali tinżamm u tiġi organizzata b’mod li jiġġustifika l-kontenut ta’ kull wieħed mill-kontijiet inklużi fil-bilanċ ta’ tqabbil preliminari.

2.  Fir-rigward tal-inventarju tal-assi fissi, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli minn 246 sa 253.



Taqsima 3

Reġistrazzjoni

Artikolu 240

Entrati fil-kontijiet

(l-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-entrati jsiru bl-użu tal-metodu ta’ entrati doppji korrispondenti, fejn kwalunkwe moviment jew varjazzjoni rreġistrati fil-kontijiet għandhom ikunu rrappreżentati minn entrata li tistabbilixxi ekwivalenza bejn l-ammont debitat u l-ammont kreditat fid-diversi kontijiet affettwati minn dik l-entrata.

2.  Il-kontroparti fil-munita euro ta’ tranżazzjoni denominata f’munita li ma tkunx l-euro tiġi kkalkolata u tiddaħħal fil-kontijiet.

It-tranżazzjonijiet f’muniti barranin f’kontijiet li jistgħu jiġu rivalorizzati jiġu rivalwati kull darba li jingħalqu l-kontijiet.

Dik ir-rivalwazzjoni tkun ibbażata fuq ir-rati stabbiliti skont l-Artikolu 6.

Ir-rata li għandha tintuża għall-konverżjoni bejn l-euro u munita oħra biex titfassal il-karta tal-bilanċi fil-31 ta’ Diċembru tas-sena N tkun dik tal-aħħar jum ta’ xogħol tas-sena N.

3.  Ir-regoli tal-kontabilità tal-Unjonji adottati fl-Artikolu 152 tar-Regolament Finanzjarju jispeċifikaw ir-regoli ta’ konverżjoni u rievalwazzjoni li għandhom jiġu pprovduti għall-finijiet ta’ kontabilità bbażata fuq id-dovuti.

Artikolu 241

Kotba tal-kontijiet

(l-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju)

Il-kotba kollha tal-kontijiet jispeċifikaw l-oriġini, il-kontenut u r-referenza tat-tidħil fil-kotba ta’ kull element tad-dejta u r-referenzi tad-dokumenti ta’ sostenn relevanti.

Artikolu 242

Tniżżil fil-ġurnal

(l-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju)

L-operazzjonijiet tal-kontabilità jitniżżlu fil-ġurnal b’wieħed mill-metodi li ġejjin, li wieħed minnhom ma jeskludix lill-ieħor:

(a) jum b’jum, operazzjoni b’operazzjoni;

(b) fil-forma ta’ sommarju kull xahar tal-ammonti totali involuti fl-operazzjonijiet, bil-kundizzjoni li jinżammu d-dokumenti kollha li jippermettu l-verifika tal-operazzjonijiet individwali jum b’jum.

Artikolu 243

Validazzjoni tal-entrati

(l-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-entrati fil-ġurnal u s-sottokotba jsiru finali permezz ta’ proċedura ta’ validazzjoni li tipprojbixxi kwalunkwe bidla fl-entrata jew it-tħassir tagħha.

2.  Proċedura tal-għeluq imfassla biex tiffriża l-kronoloġija tar-rekords u tiggarantixxi l-invjolabbiltà tagħhom tiġi implimentata mhux iktar tard minn qabel ma jiġu ppreżentati d-dikjarazzjonijiet finanzjarji finali.



Taqsima 4

Rikonċiljazzjoni u Verifika

Artikolu 244

Rikonċiljazzjoni tal-kontijiet

(l-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-bilanċ tal-kontijiet fil-bilanċ ta’ tqabbil preliminari jiġi rikonċiljat b’mod perjodiku u tal-inqas fl-għeluq ta’ kull sena, bid-dejta mis-sistemi ta’ ġestjoni użati mill-uffiċjali awtorizzanti għall-ġestjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet u għat-tidħil ta’ kuljum fis-sistema kontabilistika.

2.  B’mod perjodiku, u tal-inqas kull meta jingħalqu l-kontijiet, l-uffiċjal tal-kontabilità jivverifika li l-bilanċi tal-bank jikkorrispondu għas-sitwazzjoni proprja, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a) il-flus fil-bank, b’rikonċiljazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-kont mill-istituzzjonijiet finanzjarji;

(b) il-flus fl-uffiċċji tal-flus, b’rikonċiljazzjoni mad-dejta fil-libro-kassa.

Il-kontijiet tal-assi fissi jiġu riveduti skont l-Artikolu 250.

3.  Il-kontijiet ta’ assoċjazzjonijiet interistituzzjonali jiġu rikonċiljati darba fix-xahar.

4.  Il-kontijiet ta’ sospiża jinfetħu u jiġu riveduti darba fis-sena mill-uffiċjal tal-kontabilità. Dawk il-kontijiet ikunu r-responsabbiltà tal-uffiċjal awtorizzanti u hu għandu japprovahom malajr kemm jista’ jkun.



Taqsima 5

Kontijiet Baġitarji

Artikolu 245

Il-kontenut u ż-żamma tal-kontijiet baġitarji

(l-Artikolu 156 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Għal kull sottotaqsima tal-baġit, il-kontijiet baġitarji juru:

(a) fil-każ ta’ nefqa:

(i) l-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit inizjali, l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġits emendatorji, l-approprjazzjonijiet riportati, l-approprjazzjonijiet disponibbli wara l-ġbir tad-dħul assenjat, it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet u t-total ta’ approprjazzjonijiet li b’hekk ikunu disponibbli;

(ii) l-impenji u l-ħlasijiet fir-rigward tas-sena finanzjarja;

(b) fil-każ ta’ dħul:

(i) l-istimi mdaħħla fil-baġit inizjali, l-istimi mdaħħla fil-baġits emendatorji, id-dħul assenjat u l-ammont totali ta’ stimi stabbiliti b’dan il-mod;

(ii) l-intitolamenti stabbiliti u l-ammonti rkuprati fir-rigward tas-sena finanzjarja inkwistjoni;

(c) l-impenji li għad iridu jitħallsu u d-dħul li għad irid jiġi rkuprat riportati mis-snin finanzjarji ta’ qabel.

L-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jiddaħħlu u jintwerew b’mod separat.

L-impenji provviżorji globali relatati mal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (minn hawn ’il quddiem il-“FAEG”) u l-ħlasijiet korrispondenti jitniżżlu wkoll fil-kontijiet baġitarji.

Dawk l-impenji jiġu ppreżentati fir-rigward tal-approprjazzjonijiet totali tal-FAEG.

2.  Il-kontijiet baġitarji juru b’mod separat:

(a) l-użu tal-approprjazzjonijiet riportati u l-approprjazzjonijiet għas-sena;

(b) l-approvazzjoni tal-impenji pendenti.

Fuq in-naħa tad-dħul, l-ammonti li jkunu għad iridu jiġu rkuprati mis-snin finanzjarji ta’ qabel jintwerew b’mod separat.

3.  Il-kontijiet baġitarji jistgħu jiġu organizzati b’tali mod li jiżviluppaw sistema kontabilistika tal-ispejjeż.

4.  Il-kontijiet baġitarji jinżammu bl-użu ta’ sistemi tal-kompjuter, f’kotba jew fuq karti tal-iskedar.



KAPITOLU 3

Inventarji tal-proprjetà

Artikolu 246

Inventarji tal-proprjetà

(l-Artikolu 157 tar-Regolament Finanzjarju)

Is-sistema ta’ inventarji tal-proprjetà tiġi stabbilita mill-uffiċjal awtorizzanti bl-assistenza teknika mill-uffiċjal tal-kontabilità. Dik is-sistema ta’ inventarji trid tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għaż-żamma tal-kontijiet u s-salvagwardja tal-assi.

Artikolu 247

Salvagwardja tal-proprjetà

(l-Artikolu 157 tar-Regolament Finanzjarju)

Kull istituzzjoni u korp imsemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju jadottaw dispożizzjonijiet dwar is-salvagwardja tal-assi inkluż fil-karti tal-bilanċi rispettivi tagħhom u jiddeċiedu liema dipartimenti amministrattivi huma responsabbli għas-sistema tal-inventarji.

Artikolu 248

Id-dħul ta’ oġġetti fl-inventarju

(l-Artikolu 157 tar-Regolament Finanzjarju)

L-oġġetti kollha miksuba b’perjodu ta’ użu ta’ iktar minn sena, li mhumiex konsumabbli, u li l-prezz tax-xiri jew l-ispejjeż għall-produzzjoni tagħhom ikun ogħla minn dak indikat fir-regoli tal-kontabilità tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 152 tar-Regolament Finanzjarju, jiddaħħlu fl-inventarju u jiġu rreġistrati fil-kontijiet tal-assi fissi.

Artikolu 249

Kontenut tal-inventarju għal kull oġġett

(l-Artikolu 157 tar-Regolament Finanzjarju)

L-inventarju jinkludi deskrizzjoni xierqa ta’ kull oġġett u jispeċifika l-post tiegħu, jew għal oġġetti mobbli, is-servizz jew il-persuna responsabbli, id-data tax-xiri u l-kost unitarju tiegħu.

Artikolu 250

Kontrolli tal-inventarji ta’ proprjetà mobbli

(l-Artikolu 157 tar-Regolament Finanzjarju)

Il-kontrolli tal-inventarji mwettqa mill-istituzzjonijiet u l-korpi msemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju jsiru b’tali mod li jassigura li kull oġġett ikun jeżisti b’mod fiżiku u jaqbel mal-entrata relevanti fl-inventarju. Dawn il-kontrolli jitwettqu skont programm ta’ verifika annwali, ħlief għal assi fissi tanġibbli jew intanġibbli, li tal-inqas jiġu vverifikati fuq bażi ta’ kull tliet snin.

Artikolu 251

Bejgħ mill-ġdid ta’ proprjetà

(l-Artikolu 157 tar-Regolament Finanzjarju)

Il-membri, l-uffiċjali jew aġenti oħra u kwalunkwe membru ieħor tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-korpi msemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju ma jistgħux jixtru oġġetti li jerġgħu jinbiegħu minn dawn l-istituzzjonijiet u l-korpi, ħlief meta dawk l-oġġetti jinbiegħu mill-ġdid permezz ta’ proċedura pubblika ta’ offerti.

Artikolu 252

Proċedura għall-bejgħ ta’ assi tanġibbli

(l-Artikolu 157 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-bejgħ ta’ assi tanġibbli jiġi rreklamat lokalment b’mod xieraq, jekk il-valur tax-xiri ta’ unità jkun ta’ EUR 8 100 jew iktar. Il-perjodu bejn il-pubblikazzjoni tal-aħħar tħabbir u l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ ma jkunx inqas minn erbatax-il jum kalendarju.

Il-bejgħ imsemmi fl-ewwel subparagrafu jkun is-suġġett ta’ avviż ta’ bejgħ ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk il-valur tax-xiri ta’ unità jkun ta’ EUR 391 100 jew iktar. Jista’ jsir ukoll reklamar xieraq fl-istampa tal-Istati Membri. Il-perjodu bejn id-data ta’ pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ ma jkunx inqas minn xahar.

2.  L-istituzzjonijiet u l-korpi msemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju jistgħu ma jirreklamawx meta l-ispejjeż tar-reklamar jaqbżu d-dħul mistenni mill-operazzjoni.

3.  L-istituzzjonijiet u l-korpi msemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju dejjem għandhom jaraw li jiksbu l-aħjar prezz għall-bejgħ tal-assi tanġibbli.

4.  Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma japplikawx għal bejgħ bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-korpi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 253

Proċedura għat-tneħħija ta’ assi tanġibbli

(l-Artikolu 157 tar-Regolament Finanzjarju)

L-uffiċjal awtorizzanti jħejji dikjarazzjoni jew rekord kull meta proprjetà fl-inventarju, inkluż bini, tinbiegħ, tingħata b’xejn, tiġi skrappjata, tinkera lil xi ħadd jew tintilef minħabba telf, serq jew xi raġuni oħra.

Id-dikjarazzjoni jew ir-rekord jindikaw b’mod partikolari jekk l-oġġett iridx jiġi sostitwit bl-ispejjeż jitħallsu minn uffiċjal jew aġent ieħor tal-Unjoni jew kwalunkwe persuna oħra.

Meta proprjetà immobbli jew installazzjonijiet kbar isiru disponibbli b’xejn, irid jitfassal kuntratt u l-każ irid jiġi nnotifikat f’rapport annwali mibgħut lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta jiġi ppreżentat l-abbozz tal-baġit.

Il-membri, l-uffiċjali jew aġenti oħra u kwalunkwe membru ieħor tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-korpi msemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju ma jistgħux ikunu r-riċevituri tal-proprjetà fl-inventarju mogħtija b’xejn jew skrappjata.

Artikolu 254

Inventarju u reklamar ta’ bejgħ f’delegazzjonijiet tal-Unjoni

(l-Artikolu 157 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Fil-każ tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, l-inventarji permanenti tal-proprjetà mobbli li tappartjeni għall-Unjoni jinżammu lokalment. Iridu jintbagħtu b’mod regolari lid-dipartimenti ċentrali skont ir-regoli adottati minn kull istituzzjoni.

Il-proprjetà mobbli fi tranżitu lejn id-delegazzjonijiet tal-Unjoni tiddaħħal f’lista provviżorja qabel tiġi rreġistrata f’inventarji permanenti.

2.  Ir-reklamar għall-bejgħ ta’ proprjetà mobbli tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jsir skont l-użu lokali.



IT-TIENI PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI



TITOLU I

RIĊERKA

Artikolu 255

Tipi ta’ operazzjonijiet

(l-Artikolu 181 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-azzjoni diretta titwettaq mill-istabbilimenti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (minn hawn ’il quddiem “il-JRC”) u fil-prinċipju tiġi ffinanzjata kollha kemm hi mill-baġit. Din tikkonsisti minn:

(a) programmi ta’ riċerka;

(b) attivitajiet ta’ riċerka ta’ esplorazzjoni;

(c) attivitajiet xjentifiċi u ta’ appoġġ tekniku ta’ natura istituzzjonali.

2.  Il-JRC jista’ jipparteċipa f’azzjonijiet indiretti bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 183 tar-Regolament Finanzjarju.

3.  L-istima tal-ammont riċevibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 181(2) tar-Regolament Finanzjarju tintbagħat lill-uffiċjal tal-kontabilità għar-reġistrazzjoni.

Artikolu 256

Regoli Addizzjonali applikabbli għall-JRC

(l-Artikolu 183 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-attivitajiet ta’ natura kompetittiva mwettqa mill-JRC jikkonsistu minn:

(a) attivitajiet imwettqa wara proċeduri ta’ għoti jew ta’ akkwist;

(b) attivitajiet f’isem partijiet terzi;

(c) attivitajiet imwettqa skont ftehim amministrattiv ma’ istituzzjonijiet oħra jew dipartimenti oħra tal-Kummissjoni għall-forniment ta’ servizzi tekniċi-xjentifiċi.

2.  Fejn l-attivitajiet imwettqa mill-JRC għal partijiet terzi jinvolvu akkwisti, il-proċedura tal-akkwisti tikkonforma mal-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament ugwali.

3.  L-istimi tal-ammonti riċevibbli msemmija fl-Artikolu 183(2) tar-Regolament Finanzjarju jintbagħtu lill-uffiċjal tal-kontabilità għar-reġistrazzjoni.



TITOLU II

AZZJONIJIET ESTERNI



KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 257

Azzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati

(l-Artikolu 184 tar-Regolament Finanzjarju)

L-approprjazzjonijiet għall-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tat-Tieni Parti tar-Regolament Finanzjarju jistgħu, b’mod partikolari, jiffinanzjaw kuntratti ta’ akkwist, għotjiet, inklużi sussidji fir-rati tal-imgħax, self speċjali, garanziji ta’ self u assistenza finanzjarja, appoġġ baġitarju u forom speċifiċi oħra ta’ għajnuna baġitarja.



KAPITOLU II

Appoġġ baġitarju u fondi fiduċjarji b’bosta donaturi

Artikolu 258

Użu tal-Appoġġ Baġitarju

(l-Artikolu 186 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Meta dan jiġi stipulat fl-atti bażiċi relevanti, il-Kummissjoni tista’ tuża appoġġ baġitarju ġenerali jew settorjali f’pajjiż terz jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tal-pajjiż imsieħeb tkun trasparenti, kredibbli u effettiva biżżejjed;

(b) il-pajjiż imsieħeb ikun implimenta politiki settorjali u nazzjonali kredibbli u relevanti biżżejjed, u;.

(c) fejn il-pajjiż imsieħeb ikun implimenta politiki makroekonomiċi orjentati lejn l-istabilità.

2.  Il-ftehimiet konklużi mal-pajjiż imsieħeb jinkludu obbligu għal dak il-pajjiż sabiex jipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni kredibbli u f’waqtha li tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa kemm ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 259

Fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni

(l-Artikolu 187 tar-Regolament Finanzjarju)

Il-kontribuzzjonijiet ta’ donaturi oħrajn jiġu kkunsidrati meta jissarrfu f’kont bankarju speċifiku tal-fond fiduċjarju u għall-ammont f’euro li jirriżulta mill-konverżjoni fir-riċevuta tagħhom fil-kont bankarju speċifiku.

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tiġi ttrasferita fil-ħin biex tkopri l-impenji legali tal-fond fiduċjarju filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-fondi disponibbli pprovduti mid-donaturi l-oħrajn.

L-imgħaxijiet akkumulati fil-kont tal-bank speċifiku tal-fond fiduċjarju jiġu investiti fil-fond fiduċjarju ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor fl-att ta’ stabbiliment tal-fond fiduċjarju.

It-tranżazzjonijiet kollha li jsiru fil-kont tal-bank imsemmija fit-tielet paragrafu jiddaħħlu fil-kontijiet tal-fond fiduċjarju matul is-sena.

Ir-rapportar finanzjarju fuq l-operazzjonijiet imwettqa minn kull fond fiduċjarju jrid jiġi stabbilit darbtejn fis-sena mill-uffiċjal awtorizzanti.

Il-fondi fiduċjarji jkunu soġġetti għal awditjar estern indipendenti kull sena.

Il-bord tal-fond fiduċjarju japprova r-rapport annwali tal-fond fiduċjarju mfassal mill-uffiċjal awtorizzanti flimkien ma’ kontijiet annwali mfassla mill-uffiċjal tal-kontabilità. Dawk ir-rapporti jiġu mehmuża mar-rapport annwali tal-uffiċjal awtorizzanti b’delega u ppreżentati lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza tal-Kummissjoni.

Ir-regoli għall-kompożizzjoni tal-bord u r-regoli interni tiegħu jiġu stabbiliti fl-att ta’ stabbiliment tal-fond fiduċjarju adottat mill-Kummissjoni u tinżamm konformità magħhom mid-donaturi. Dawk ir-regoli jiżguraw rappreżentanza ġusta tad-donaturi u jinkludu r-rekwiżit li jkollhom il-vot pożittiv tal-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali dwar l-użu tal-fondi.

▼M1



KAPITOLU III

Akkwist

Artikolu 260

Kiri ta' bini

(l-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju)

L-uniċi kuntratti ta' bini li jistgħu jitħallsu minn appropjazzjonijiet operattivi għal azzjonijiet esterni huma dawk li għandhom x'jaqsmu ma' kiri ta' bini li jkun diġa mibni meta ssir il-kera. Dawn il-kuntratti jiġu ppubblikati kif stipulat fl-Artikolu 124.

Artikolu 261

Kuntratti tas-servizzi

(l-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-kuntratti ta' servizzi għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) kuntratt ta' studju konkluż bejn kuntrattur u l-awtorità kontraenti li jinkludi studji għall-identifikazzjoni u t-tħejjija ta' proġetti, studji dwar il-fattibilità, studji ekonomiċi u tas-suq, studji tekniċi u awditjar.

(b) kuntratt ta' assistenza teknika huwa meta l-kuntrattur jissejjaħ sabiex ikollu rwol konsultattiv, biex jamministra jew jissorvelja proġett jew biex jipprovdi l-konsulenti speċifikati fil-kuntratt.

2.  Meta pajjiż terz ikollu persunal tal-maniġment ikkwalifikat fid-dipartimenti jew l-entitajiet tiegħu b'parteċipazzjoni mis-settur pubbliku, il-kuntratti jistgħu jitwettqu direttament minn dawn id-dipartimenti jew entitajiet b'xogħol dirett.

Artikolu 262

Dispożizzjonijiet speċjali relatati mal-limiti u l-arranġamenti għall-għoti ta' kuntratti esterni

(l-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju)

L-Artikoli minn 123 sa 126, bl-eċċezzjoni tad-definizzjonijiet, l-Artikolu 128, il-punt (a) tal-Artikolu 134(1), il-punti (a) u (c) sa (f) tal-Artikolu 135(1), l-Artikolu 135(4), l-Artikoli 137 u 137a, il-paragrafi minn 3 sa 7 tal-Artikolu 139, l-Artikoli 148(4), 151(3), l-Artikolu 152, il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 153, l-Artikoli 154, 155, 157, 158 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 158(4), u l-Artikolu 160 ta' dan ir-Regolament ma japplikawx għal kuntratti ta' akkwist konklużi mill-awtoritajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 190(2) tar-Regolament Finanzjarju jew f'isimhom.

L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-akkwisti f'dan il-Kapitolu tiġi deċiża mill-Kummissjoni, inklużi l-kontrolli xierqa li jridu jiġu applikati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli meta l-Kummissjoni ma tkunx l-awtorità kontraenti.

Artikolu 263

Evidenza tal-aċċess għall-akkwist

(l-Artikolu 191 tar-Regolament Finanzjarju)

Id-dokumenti tal-akkwist għandhom jitolbu lill-kandidati jew lill-offerenti biex jindikaw f'liema Stat huma stabbiliti effettivament u biex jippreżentaw evidenza ta' sostenn normalment aċċettabbli skont il-liġi ta' dak l-Istat.

Artikolu 264

Reklamar

(l-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Jekk applikabbli, l-avviż minn qabel ta' informazzjoni għal sejħiet internazzjonali għall-offerti jintbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet b'mezzi elettroniċi kemm jista' jkun malajr.

2.  Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, l-avviż dwar il-kuntratt jiġi ppubblikat:

(a) tal-inqas f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal sejħiet għall-offerti internazzjonali;

(b) tal-inqas f'gazzetta uffiċjali waħda tal-Istat riċevitur jew fi kwalunkwe pubblikazzjoni ekwivalenti oħra għal sejħiet lokali għall-offerti.

Meta l-avviż dwar il-kuntratt ikun ippubblikat ukoll lokalment, dan irid ikun identiku għal dak ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jrid jiġi ppubblikat b'mod simultanju. Il-Kummissjoni tkun responsabbli għall-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jekk l-avviż jiġi ppubblikat lokalment, dan jista' jsir mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 190(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju.

3.  L-avviż ta' għoti tal-kuntratt jintbagħat meta jiġi ffirmat il-kuntratt ħlief meta, jekk ikun għadu meħtieġ, il-kuntratt ikun ġie ddikjarat sigriet jew fejn it-twettiq tal-kuntratt ikun irid isir b'miżuri ta' sigurtà speċjali, jew fejn il-protezzjoni tal-interessi essenzjali tal-Unjoni, jew il-pajjiż terz titlob dan, u fejn il-pubblikazzjoni tal-avviż ta' għoti ma tkunx ikkunsidrata bħala xierqa.

4.  Avviż għal modifika tal-kuntratt għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-każijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 114a(3) tar-Regolament Finanzjarju, fejn il-valur tal-modifika jkun daqs jew akbar mil-limiti stipulati fl-Artikoli 265(1)(a), 267(1) (a) jew 269(1)(a) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 265

Limiti minimi u proċeduri għall-aġġudikazzjoni ta' kuntratti ta' servizz u kuntratti tal-konċessjoni tas-servizz

(l-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-limiti minimi u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju għandhom ikunu kif ġej għall-kuntratti ta' servizzi u għall-kuntratti ta' konċessjoni tas-servizz:

(a) għal kuntratti b'valur ta' EUR 300 000 jew aktar:

(i) sejħa internazzjonali ristretta għall-offerti fis-sens tal-Artikolu 104(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 264(2)(a) ta' dan ir-Regolament;

(ii) sejħa internazzjonali miftuħa għall-offerti fis-sens tal-Artikolu 104(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 264(2)(a) ta' dan ir-Regolament.

(b) għal kuntratti b'valur ta' inqas minn EUR 300 000 : proċedura kompetittiva nnegozjata fis-sens tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

(c) Il-kuntratti li ma jaqbżux l-EUR 20 000 jistgħu jingħataw fuq il-bażi ta' offerta unika.

(d) il-ħlasijiet għal ammonti li ma jaqbżux l-EUR 2 500 fir-rigward ta' element ta' nefqa jistgħu jikkonsistu f'sempliċi ħlas kontra fattura mingħajr aċċettazzjoni ta' offerta minn qabel.

2.  Fil-proċedura internazzjonali ristretta msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-avviż dwar il-kuntratt jiddikjara l-għadd ta' kandidati li se jiġu mistiedna jitfgħu offerti. Għall-kuntratti ta' servizzi, jiġu mistiedna minimu ta' erba' kandidati. L-għadd ta' kandidati li jitħallew jissottomettu offerti jrid ikun biżżejjed biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina.

Il-lista tal-kandidati magħżulin tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni.

Jekk l-għadd ta' kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla jew il-livelli minimi ta' kapaċità jkun inqas mill-għadd minimu, l-awtorità kontraenti tista' tistieden sabiex jissottomettu offerti biss lil dawk il-kandidati li jissodisfaw il-kriterji għas-sottomissjoni ta' offerta.

3.  Fil-proċedura nnegozjata kompetittiva msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti tipprepara lista ta' mill-anqas tliet offerenti tal-għażla tagħha mingħajr pubblikazzjoni ta' avviż.

L-offerenti għall-proċedura kompetittiva nnegozjata jistgħu jintgħażlu minn lista ta' bejjiegħa kif imsemmija fl-Artikolu 136(1)(b) irreklamat permezz ta' sejħa għal espressjonijiet ta' interess.

Jekk wara l-konsultazzjoni tal-offerenti l-awtorità kontraenti tirċievi biss offerta waħda li tkun amministrattivament u teknikament valida, il-kuntratt jista' jingħata bil-kundizzjoni li jintlaħqu l-kriterji tal-għoti.

4.  Għas-servizzi legali mhux koperti skont il-punt (h) tal-Artikolu 134(1), l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw il-proċedura negozjata kompetittiva, hu x'inhu l-valur stmat tal-kuntratt.

Artikolu 266

Użu tal-proċedura nnegozjata għall-kuntratti ta' servizzi, ta' forniment u ta' xogħlijiet

(l-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw il-proċedura nnegozjata b'offerta waħda fil-każijiet li ġejjin:

(a) fejn is-servizzi jkunu fdati lil korpi mis-settur pubbliku jew istituzzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u jkunu relatati ma' attivitajiet ta' natura istituzzjonali u mfassla biex jipprovdu assistenza lil nies fil-qasam soċjali;

(b) meta l-proċedura ta' ħruġ tal-offerti ma tkunx irnexxiet, jiġifieri, meta ma tkun intlaqgħet l-ebda offerta siewja kemm finanzjarjament kif ukoll teknikament, f'dak il-każ, wara li titħassar il-proċedura għall-offerti, l-awtorità tal-appalti tista' tinnegozja ma' wieħed minn dawk li tefgħu l-offerti jew aktar, milli tkun għażlet hi fost dawk li ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, sakemm id-dokumenti tax-xiri ma jinbidlux sostanzjalment;

(c) meta jkun irid jiġi konkluż kuntratt ġdid wara terminazzjoni bikrija ta' kuntratt eżistenti.

2.  Għall-iskopijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 134(1), l-operazzjonijiet li jsiru f'sitwazzjonijiet ta' kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 190(2) jitqiesu li jissodisfaw il-prova ta' urġenza estrema. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega, fejn ikun xieraq flimkien mal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b'delega l-oħra kkonċernati, jistabbilixxi li teżisti sitwazzjoni ta' emerġenza estrema u għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu b'mod regolari fir-rigward tal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba.

3.  L-attivitajiet ta' natura istituzzjonali msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jinkludu servizzi marbutin direttament mal-missjoni statutorja tal-korpi tas-settur pubbliku.

Artikolu 267

Limiti u proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' provvista

(l-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-limiti u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju jkunu kif ġej għall-kuntratti ta' provvista:

(a) għal kuntratti b'valur ta' EUR 300 000 jew aktar: sejħa internazzjonali miftuħa għall-offerti fis-sens tal-Artikolu 104(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 264(2)(a) ta' dan ir-Regolament;

(b) għal kuntratti b'valur ta' inqas minn EUR 300 000 :

(i) għal kuntratti b'valur ta' EUR 100 000 jew aktar iżda inqas minn EUR 300 000 : sejħa lokali miftuħa għall-offerti fis-sens tal-Artikolu 104(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 264(2)(b) ta' dan ir-Regolament;

(ii) għal kuntratti b'valur ta' inqas minn EUR 100 000 : proċedura kompetittiva nnegozjata fis-sens tal-paragrafu 2.

(c) ħlasijiet għal ammonti li ma jaqbżux l-EUR 2 500 fir-rigward ta' element ta' nefqa jistgħu jikkonsistu f'sempliċi ħlas kontra fattura mingħajr aċċettazzjoni ta' offerta minn qabel.

(d) Il-kuntratti li ma jabqużx l-EUR 20 000 jistgħu jingħataw fuq il-bażi ta' offerta unika.

2.  Fil-proċedura nnegozjata kompetittiva msemmija fil-punt (ii) tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti tipprepara lista ta' mill-anqas tliet fornituri tal-għażla tagħha mingħajr pubblikazzjoni ta' avviż.

Jekk wara l-konsultazzjoni tal-fornituri, l-awtorità kontraenti tirċievi biss offerta waħda li tkun amministrattivament u teknikament valida, il-kuntratt jista' jingħata jekk jintlaħqu l-kriterji tal-għoti.

Artikolu 269

Limiti u proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' xogħlijiet u konċessjonijiet

(l-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Il-limiti u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju jkunu kif ġej għall-kuntratti ta' xogħlijiet u kuntratti ta' konċessjoni ta' xogħlijiet:

(a) għal kuntratti b'valur ta' EUR 5 000 000 jew aktar, waħda minn dawn li ġejjin:

(i) sejħa internazzjonali miftuħa għall-offerti fis-sens tal-Artikolu 104(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 264(2)(a) ta' dan ir-Regolament;

(ii) fid-dawl tal-karatteristiċi ta' ċertu xogħlijiet, sejħa internazzjonali ristretta għall-offerti fis-sens tal-Artikolu 104(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 264(2)(a) ta' dan ir-Regolament;

(b) għal kuntratti b'valur ta' EUR 300 000 jew aktar iżda inqas minn EUR 5 000 000 : sejħa lokali miftuħa għall-offerti fis-sens tal-Artikolu 104(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 264(2)(b) ta' dan ir-Regolament;

(c) għal kuntratti b'valur ta' inqas minn EUR 300 000 : proċedura kompetittiva nnegozjata fis-sens tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(d) Il-kuntratti li ma jabqużx l-EUR 20 000 jistgħu jingħataw fuq il-bażi ta' offerta unika.

(e) Il-ħlasijiet għal ammonti li ma jaqbżux l-EUR 2 500 fir-rigward ta' element ta' nefqa jistgħu jikkonsistu f'sempliċi ħlas kontra fattura mingħajr aċċettazzjoni ta' offerta minn qabel.

2.  Fil-proċedura nnegozjata kompetittiva msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kontraenti tipprepara lista ta' mill-anqas tliet kuntratturi tal-għażla tagħha mingħajr pubblikazzjoni ta' avviż.

Jekk wara l-konsultazzjoni tal-kuntratturi, l-awtorità kontraenti tirċievi biss offerta waħda li tkun amministrattivament u teknikament valida, il-kuntratt jista' jingħata jekk jintlaħqu l-kriterji tal-għoti.

Artikolu 273

Speċifikazzjonijiet tal-Offerti

(l-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju)

B'deroga għall-Artikolu 138(3), għall-proċeduri kollha li jinvolvu talba għal parteċipazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti jistgħu jinqasmu skont iż-żewġ stadji tal-proċedura u l-ewwel pass jista' jkun fih biss l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (f) tal-Artikolu 138(3).

Artikolu 274

Garanziji

(l-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  B'deroga mill-Artikolu 163, il-garanziji għandhom ikunu denominati fil-munita euro jew fil-munita tal-kuntratt li jkopru.

2.  L-awtorità kontraenti tista' titlob garanzija tal-offerta f'konformità mal-Artikolu 156. B'deroga mill-Artikolu 156(2), l-awtorità kontraenti għandha tirrilaxxa l-garanizja tal-offerta meta jiġi ffirmat il-kuntratt.

3.  B'deroga mill-Artikolu 165(1), għandha tintalab garanzija għal eżekuzzjoni meta jinqabżu l-limiti li ġejjin:

(a) EUR 345 000 għall-kuntratti ta' xogħlijiet,

(b) EUR 150 000 għall-kuntratti ta' provvista.

4.  L-awtorità kontraenti tista' titlob garanzija ta' żamma tal-flus f'konformità mal-Artikolu 165a.

Artikolu 275

Limiti ta' żmien għall-proċeduri

(l-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  L-offerti jridu jaslu għand l-awtorità kontraenti fl-indirizz tagħha u mhux aktar tard mid-data murija fis-sejħa għall-offerti. Il-limitu ta' żmien għar-riċeviment tal-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni, stabbilit mill-awtoritajiet kontraenti, irid ikun twil biżżejjed biex il-partijiet interessati jkollhom perjodu raġonevoli u xieraq biex iħejju u jissottomettu l-offerti tagħhom.

Għall-kuntratti ta' servizzi, iż-żmien minimu bejn id-data ta' meta tintbagħat l-ittra tas-sejħa għall-offerti u d-data finali għar-riċeviment tal-offerti tkun ta' 50 jum. Madankollu, f'ċerti każijiet eċċezzjonali jistgħu jiġu awtorizzati limiti ta' żmien oħrajn.

2.  L-offerenti jistgħu jagħmlu mistoqsijiet bil-miktub qabel id-data tal-għeluq għar-riċeviment tal-offerti. L-awtorità kontraenti trid tipprovdi t-tweġibiet għall-mistoqsijiet qabel id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-offerti.

3.  Fi proċeduri internazzjonali ristretti, il-limitu ta' żmien għar-riċeviment tal-offerti ma jkunx inqas minn 30 jum mid-data li fiha jiġi ppubblikat l-avviż dwar kuntratt. Il-perjodu bejn id-data li fiha tintbagħat l-ittra ta' stedina u d-data finali għar-riċeviment tal-offerti ma tkunx inqas minn 50 jum. Madankollu, f'ċerti każijiet eċċezzjonali jistgħu jiġu awtorizzati limiti ta' żmien oħrajn.

4.  Fi proċeduri miftuħa internazzjonali, il-limiti ta' żmien għar-riċeviment tal-offerti, li jibdew mid-data li fiha jintbagħat l-avviż dwar il-kuntratt, ikunu ta':

(a) 90 jum għal kuntratti ta' xogħlijiet,

(b) 60 jum għall-kuntratti ta' provvista.

Madankollu, f'ċerti każijiet eċċezzjonali jistgħu jiġu awtorizzati limiti ta' żmien oħrajn.

5.  Fi proċeduri lokali miftuħa, il-limiti ta' żmien għar-riċeviment tal-offerti, li jibdew mid-data li fiha jiġi ppubblikat l-avviż dwar il-kuntratt, ikunu tal-inqas:

(a) 60 jum għal kuntratti ta' xogħlijiet,

(b) 30 jum għall-kuntratti ta' provvista.

Madankollu, f'ċerti każijiet eċċezzjonali jistgħu jiġu awtorizzati limiti ta' żmien oħrajn.

6.  Għall-proċeduri kompetittivi nnegozjati msemmija fl-Artikoli 265(1)(b), 267(1)(b)(ii) u 269(1)(c), il-kandidati jingħataw minimu ta' 30 jum mid-data li fiha tintbagħat l-ittra ta' sejħa għall-offerti li fihom iridu jissottomettu l-offerti tagħhom.

Artikolu 276

Kumitat ta' evalwazzjoni

(l-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  It-talbiet kollha għal parteċipazzjoni u l-offerti ddikjarati li jissodisfaw ir-rekwiżiti jiġu evalwati u kklassifikati minn kumitat ta' evalwazzjoni fuq il-bażi tal-kriterji ta' esklużjoni, għażla u għoti mħabbra minn qabel. Dan il-kumitat ikollu numru bil-fard ta' membri, mill-anqas tlieta, bil-kompetenza teknika u amministrattiva kollha meħtieġa sabiex jivvalutaw l-offerti. Il-membri tal-kumitat ta' evalwazzjoni għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni ta' imparzjalità u ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess.

2.  Jekk il-Kummissjoni ma tkunx l-awtorità kontraenti, hija tista' titlob li tirċievi kopja tad-dokumenti tal-akkwist, l-offerti, l-evalwazzjoni tal-offerti u l-kuntratti ffirmati. Tista' tieħu sehem ukoll bħala osservatur għall-ftuħ u l-evalwazzjoni tal-offerti.

3.  L-offerti li ma jkunx fihom l-elementi essenzjali kollha mitluba fid-dokumenti tal-akkwist jew li ma jikkorrispondux għar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti jiġu eliminati.

Madankollu, il-kumitat ta' evalwazzjoni jew l-awtorità kontraenti jistgħu jitolbu lill-kandidati jew lill-offerenti biex jipprovdu materjal addizzjonali jew biex jiċċaraw id-dokumenti ta' sostenn sottomessi b'rabta mal-kriterji ta' esklużjoni, tal-għażla u tal-għoti, fi ħdan il-limitu ta' żmien li jispeċifikaw u fir-rigward tal-prinċipju tat-trattament ugwali.

4.  Fil-każ ta' offerti abnormalment baxxi, kif imsemmija fl-Artikolu 151, il-kumitat jitlob il-kjarifiki meħtieġa dwar il-kompożizzjoni tal-offerta.

5.  L-obbligu li jkun stabbilit kumitat ta' evalwazzjoni jista' jiġi rrinunzjat għall-proċeduri b'valur ta' anqas minn jew ugwali għal EUR 20 000 u fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju meta terġa' tinfetaħ il-kompetizzjoni fi ħdan kuntratt ta' qafas u fil-każ ta' proċeduri nnegozjati msemmija fil-punti (c), (e), (f) (i), (f) (iii) u (h) tal-Artikolu 134(1).

▼B



KAPITOLU IV

Għotjiet

Artikolu 277

Finanzjament sħiħ

(l-Artikolu 192 tar-Regolament Finanzjarju)

F’każ ta’ deroga mir-rekwiżit ta’ kofinanzjament, iridu jiġu pprovduti raġunijiet fid-deċiżjoni ta’ għoti.



TITOLU III

UFFIĊĊJI EWROPEJ

Artikolu 278

L-uffiċċji Ewropej u t-twaqqif ta’ uffiċċji oħra

(l-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju)

L-uffiċċji msemmija fl-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju huma kif ġej:

(a) l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet;

(b) l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi;

(c) L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal u l-Iskola Ewropea tal-Amministrazzjoni li hija marbuta miegħu b’mod amministrattiv;

(d) l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali;

(e) l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u Loġistika fi Brussell u l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u Loġistika fil-Lussemburgu.

Istituzzjoni waħda jew aktar jistgħu jiftħu uffiċċji ġodda jekk dan ikun jista’ jiġi ġġustifikat minn studju tal-ispejjeż u l-benefiċċji u jiggarantixxi l-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni.

Artikolu 279

Delegazzjonijiet mill-istituzzjonijiet għall-uffiċċji interistituzzjonali Ewropej

(l-Artikoli 195 u 199 tar-Regolament Finanzjarju)

Kull istituzzjoni tkun responsabbli għall-impenji baġitarji. L-istituzzjonijiet jistgħu jiddelegaw lid-Direttur tal-uffiċċju interistituzzjonali Ewropew ikkonċernat l-atti sussegwenti kollha, speċjalment l-impenji legali, l-approvazzjoni tan-nefqa, l-awtorizzazzjoni tal-ħlasijiet u l-implimentazzjoni tad-dħul, u jistabbilixxu l-limiti u l-kundizzjonijiet għal tali delega tas-setgħat.

Artikolu 280

Regoli speċifiċi għall-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

(l-Artikoli 195 u 199 tar-Regolament Finanzjarju)

Fir-rigward tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, kull istituzzjoni tiddeċiedi dwar il-politika tal-pubblikazzjonijiet tagħha. Ir-rikavat nett mill-bejgħ tal-pubblikazzjonijiet jerġa’ jintuża bħala dħul assenjat mill-istituzzjoni li hija l-awtur ta’ dawk il-pubblikazzjonijiet, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 281

Delega ta’ ċerti kompiti mill-uffiċjal tal-kontabilità

(l-Artikolu 196 tar-Regolament Finanzjarju)

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-kumitat ta’ ġestjoni tal-Uffiċċju inkwistjoni, jista’ jiddelega lil membru tal-persunal tal-Uffiċċju wħud mill-kompiti tiegħu relatati mal-ġbir tad-dħul u l-ħlas tal-ispejjeż li saru direttament mill-Uffiċċju inkwistjoni.

Artikolu 282

Teżor — kontijiet tal-bank

(l-Artikolu 196 tar-Regolament Finanzjarju)

Biex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-flus ta’ Uffiċċju interistituzzjonali, il-kontijiet tal-bank jew il-kontijiet giro tal-uffiċċju tal-posta jistgħu jinfetħu f’ismu mill-Kummissjoni, li taġixxi fuq proposta mill-kumitat ta’ ġestjoni. Il-pożizzjoni tal-likwidità finali għal kull sena tiġi rikonċiljata u aġġustata bejn l-Uffiċċju inkwistjoni u l-Kummisjoni fi tmiem is-sena finanzjarja.



TITOLU IV

APPROPRJAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

Artikolu 283

Dispożizzjonijiet ġenerali

(l-Artikolu 201 tar-Regolament Finanzjarju)

L-approprjazzjonijiet amministrattivi koperti minn dan it-Titolu jkunu dawk stabbiliti fl-Artikolu 41 tar-Regolament Finanzjarju.

L-impenji baġitarji li jikkorrispondu għal approprjazzjonijiet amministrattivi ta’ tip komuni għal diversi titoli u li jkunu ġestiti b’mod globali jistgħu jiġu rreġistrati fil-kontabilità tal-baġit wara l-klassifikazzjoni tas-sommarju skont it-tip kif stabbilit fl-Artikolu 25.

In-nefqa korrispondenti tiġi rreġistrata fl-intestaturi tal-baġit ta’ kull titolu skont l-istess distribuzzjoni bħalma jsir għall-approprjazzjonijiet.

Artikolu 284

Garanziji għall-kirja

(l-Artikolu 201 tar-Regolament Finanzjarju)

Il-garanziji għall-kirja pprovduti mill-istituzzjonijiet jieħdu l-forma ta’ garanzija mill-bank jew depożitu fuq kont bankarju mblokkat f’isem l-istituzzjoni jew il-lokatur, denominati fl-euro, ħlief f’każijiet issostanzjati sewwa.

Madankollu, fejn, għal tranżazzjonijiet f’pajjiżi terzi, ma jkunx possibbli li tintuża xi waħda minn dawk il-forom ta’ garanziji għall-kirja, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jaċċetta forom oħra jekk dawk il-forom jiżguraw protezzjoni ekwivalenti tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Artikolu 285

Ħlasijiet bil-quddiem lill-persunal u l-membri tal-istituzzjonijiet

(l-Artikolu 201 tar-Regolament Finanzjarju)

Jistgħu jsiru ħlasijiet bil-quddiem lill-persunal u lill-membri tal-istituzzjonijiet skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti dwar il-Persunal.

Artikolu 286

Bini

(l-Artikolu 203 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  In-nefqa msemmija fl-Artikolu 203(3)(a) tar-Regolament Finanzjarju tinkludi l-ispejjeż tat-tagħmir tal-bini. Ma tinkludix l-imposti.

2.  Il-proċedura ta’ informazzjoni bikrija stabbilita fl-Artikolu 203(4) tar-Regolament Finanzjarju u l-proċedura ta’ approvazzjoni minn qabel stabbilita fl-Artikolu 203(5) tar-Regolament Finanzjarju ma japplikawx għall-akkwist ta’ art b’xejn jew għal ammont simboliku.

3.  Il-proċedura ta’ informazzjoni bikrija u approvazzjoni minn qabel stabbiliti fil-punti minn 3 sa 7 tal-Artikolu 203 tar-Regolament Finanzjarju ma japplikawx għal bini residenzjali. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu mill-Istituzzjoni inkarigata kwalunkwe informazzjoni relatata mal-bini residenzjali.

4.  F’ċirkustanzi politiċi eċċezzjonali jew urġenti, l-informazzjoni bikrija msemmija fl-Artikolu 203(4) tar-Regolament Finanzjarju dwar proġetti ta’ bini relatati mad-delegazzjonijiet jew l-uffiċċji tal-Unjoni f’pajjiżi terzi tista’ tiġi sottomessa b’mod konġunt mal-proġett tal-bini skont l-Artikolu 203(5) tar-Regolament Finanzjarju. F’dawn il-każijiet, il-proċeduri ta’ informazzjoni bikrija u ta’ approvazzjoni minn qabel jiġu konklużi fl-ewwel opportunità possibbli.

5.  Il-proċedura ta’ approvazzjoni minn qabel stabbilita fil-paragrafu 5 u 6 tal-Artikolu 203 tar-Regolament Finanzjarju ma tapplikax għal kuntratti preparatorji jew studji meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-ispejjeż dettaljati u l-finanzjament tal-proġett ta’ bini.

6.  Il-limiti ta’ EUR 750 000 jew EUR 3 000 000 imsemmija fil-punti (ii), (iii) u (iv) tal-Artikolu 203(7) tar-Regolament Finanzjarju jinkludu l-ispejjeż għat-tagħmir tal-bini. Għall-kuntratti ta’ kiri u użufrutt, dawk il-limiti jieħdu inkonsiderazzjoni l-kostijiet tat-tagħmir tal-bini iżda mhux spejjeż oħrajn.

7.  Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu minn 3 sa 8 tal-Artikolu 203 tar-Regolament Finanzjarju.



TITOLU V

ESPERTI

Artikolu 287

Esperti esterni li jitħallsu

(l-Artikolu 204 tar-Regolament Finanzjarju)

1.  Għal valuri aktar baxxi mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 170(1), jistgħu jintgħażlu esperti esterni li jitħallsu fuq il-bażi tal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2.

2.  Sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew fejn din tkun meħtieġa biex tipprovdi pubbliċità fost il-kandidati potenzjali, fuq is-sit tal-Internet tal-istituzzjoni kkonċernata.

Is-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess trid tinkludi deskrizzjoni tal-kompiti, kemm idumu u l-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni. Dawk il-kundizzjonijiet jistgħu jkunu bbażati fuq prezzijiet ta’ unità.

Trid titfassal lista ta’ esperti wara s-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess. Din ma tkunx valida għal iktar minn ħames snin mill-pubblikazzjoni tagħha jew it-tul ta’ programm pluriennalo relatat mal-kompiti.

▼M1

3.  Kwalunkwe persuna fiżika interessata tista' tissottometti applikazzjoni f'kull waqt matul il-perjodu ta' validità tas-sejħa għal espressjonijiet ta' interess, ħlief għall-aħħar tliet xhur ta' dak il-perjodu.

▼B

4.  L-iskambji kollha mal-esperti magħżula, inklużi l-konklużjoni ta’ kuntratti u kwalunkwe emenda għalihom, jistgħu jsiru permezz ta’ sistemi ta’ skambju elettroniċi stabbiliti mill-istituzzjoni.

Dawn is-sistemi jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) persuni awtorizzati biss jista’ jkollhom aċċess għas-sistema u d-dokumenti trażmessi fiha;

(b) persuna awtorizzati biss jistgħu jiffirmaw jew jittrażmettu dokument permezz tas-sistema;

(c) persuni awtorizzati jridu jiġu identifikati permezz tas-sistema permezz ta’ mezzi stabbiliti.

(d) il-ħin u d-data tat-tranżazzjoni elettronika jridu jiġu stabbiliti bi preċiżjoni;

(e) trid tinżamm l-integrità tad-dokumenti;

(f) trid tinżamm id-disponibilità tad-dokumenti;

(g) fejn ikun xieraq, trid tinżamm il-kunfidenzjalità tad-dokumenti;

(h) trid tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dejta personali skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Dejta mibgħuta jew riċevuta permezz ta’ sistema bħal din tgawdi mill-preżunzjoni legali tal-integrità tad-dejta u l-preċiżjoni tad-data u l-ħin ta’ meta ntbagħtet jew ġiet riċevuta d-dejta indikati mis-sistema.

Dokument mibgħut jew innotifikat permezz ta’ sistema bħal din jitqies bħala ekwivalenti għal dokument fuq karta, għandu jkun ammissibbli bħala prova fi proċeduri legali, għandu jitqies li huwa l-oriġinali tad-dokument u għandu jgawdi l-preżunzjoni legali tal-awtentiċità u l-integrità tiegħu, bil-kundizzjoni li ma jkunx fih karatteristiċi dinamiċi li kapaċi jibdluh b’mod awtomatiku.

Il-firem elettroniċi msemmija fil-punt (b) tat-tieni paragrafu jkollhom l-effett legali ekwivalenti ta’ firem bl-idejn.

5.  Il-lista ta’ esperti u s-suġġett tal-kompiti jiġu ppubblikati b’mod annwali. Ir-remunerazzjoni tiġi ppubblikata meta tkun taqbeż il-EUR 15 000 għall-kompitu mwettaq.

6.  Il-paragrafu 5 ma japplikax jekk tali pubblikazzjoni tkun ta’ periklu għad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi kkonċernati kif protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew ixxekkel l-interessi kummerċjali tal-esperti.



IT-TIELET PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻITORJI

Artikolu 288

Dispożizzjonijiet tranżitorji

L-Artikoli minn 35 sa 43 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 jibqgħu japplikaw għall-impenji li saru sal-31 ta’ Diċembru 2013. L-Artikoli minn 33 sa 44 ta’ dan ir-Regolament japplikaw biss għall-impenji li saru sal-1 ta’ Jannar 2014.

It-Titolu VI tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 jibqa’ japplika għall-ftehimiet ta’ għoti ffirmati u d-deċiżjonijiet ta’ għoti nnotifikati sal-31 ta’ Diċembru 2013 fil-kuntest tal-impenji globali fil-baġit 2012 jew fis-snin ta’ qabel, f’każ li jiddeċiedi hekk l-uffiċjal awtorizzanti, meta jitqiesu b’mod xieraq il-prinċipji ta’ trattament ugwali u trasparenza.

Artikolu 289

Tħassir

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 huwa mħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness.

Artikolu 290

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Madankollu, l-Artikoli minn 216 sa 226 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002

Regolament Attwali

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 4a

Artikolu 2

Artikolu 5

Artikolu 3

Artikolu 6

Artikolu 4

Artikolu 7

Artikolu 5

Artikolu 8

Artikolu 6

Artikolu 10

Artikolu 7

Artikolu 11

Artikolu 8

Artikolu 12

Artikolu 9

Artikolu 13

Artikolu 10

Artikolu 13a

Artikolu 11

Artikolu 15

Artikolu 12

Artikolu 17

Artikolu 13

Artikolu 17a

Artikolu 14

Artikolu 18

Artikolu 15

Artikolu 19

Artikolu 16

Artikolu 20

Artikolu 17

Artikolu 21

Artikolu 18

Artikolu 22

Artikolu 19

Artikolu 23

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 26

Artikolu 24

Artikolu 27

Artikolu 25

Artikolu 28

Artikolu 26

Artikolu 29

Artikolu 27

Artikolu 30

Artikolu 28

Artikolu 43a

Artikolu 29

Artikolu 32a

Artikolu 30

Artikolu 33

Artikolu 31

Artikolu 34

Artikolu 32

Artikolu 33

Artikolu 36

Artikolu 34

Artikolu 37

Artikolu 35

Artikolu 40

Artikolu 36

Artikolu 35a

Artikolu 37

Artikolu 38

Artikolu 39

Artikolu 41

Artikolu 40

Artikolu 41

Artikolu 42

Artikolu 42

Artikolu 43

Artikolu 43

Artikolu 39

Artikolu 44

Artikolu 44

Artikolu 45

Artikolu 45

Artikolu 46

Artikolu 46

Artikolu 47

Artikolu 49

Artikolu 48

Artikolu 47

Artikolu 49

Artikolu 50

Artikolu 50

Artikolu 51

Artikolu 51

Artikolu 53

Artikolu 52

Artikolu 54

Artikolu 53

Artikolu 55

Artikolu 54

Artikolu 56

Artikolu 55

Artikolu 57

Artikolu 56

Artikolu 58

Artikolu 57

Artikolu 59

Artikolu 58

Artikolu 60

Artikolu 59

Artikolu 61

Artikolu 60

Artikolu 62

Artikolu 61

Artikolu 63

Artikolu 62

Artikolu 64

Artikolu 63

Artikolu 65

Artikolu 64

Artikolu 255

Artikolu 65

Artikolu 66

Artikolu 66

Artikolu 67

Artikolu 67

Artikolu 68

Artikolu 68

Artikolu 69

Artikolu 69

Artikolu 70

Artikolu 70

Artikolu 71

Artikolu 71

Artikolu 254

Artikolu 72

Artikolu 73

Artikolu 72

Artikolu 74

Artikolu 74

Artikolu 75

Artikolu 75

Artikolu 76

Artikolu 73

Artikolu 77

Artikolu 76

Artikolu 78

Artikolu 77

Artikolu 79

Artikolu 78

Artikolu 80

Artikolu 79

Artikolu 81

Artikolu 80

Artikolu 82

Artikolu 86

Artikolu 83

Artikolu 81

Artikolu 84

Artikolu 85

Artikolu 82

Artikolu 86

Artikolu 83

Artikolu 87

Artikolu 84

Artikolu 88

Artikolu 85

Artikolu 89

Artikolu 85a

Artikolu 90

Artikolu 87

Artikolu 91

Artikolu 88

Artikolu 92

Artikolu 85b

Artikolu 93

Artikolu 90

Artikolu 94

Artikolu 91

Artikolu 95

Artikolu 92

Artikolu 96

Artikolu 94

Artikolu 97

Artikolu 96

Artikolu 98

Artikolu 95

Artikolu 99

Artikolu 97

Artikolu 100

Artikolu 101

Artikolu 98

Artikolu 102

Artikolu 99

Artikolu 103

Artikolu 100

Artikolu 104

Artikolu 101

Artikolu 105

Artikolu 106

Artikolu 102

Artikolu 107

Artikolu 103

Artikolu 108

Artikolu 105

Artikolu 109

Artikolu 104

Artikolu 110

Artikolu 106

Artikolu 111

Artikolu 107

Artikolu 112

Artikolu 108

Artikolu 113

Artikolu 109

Artikolu 114

Artikolu 110

Artikolu 115

Artikolu 111

Artikolu 116

Artikolu 112

Artikolu 117

Artikolu 113

Artikolu 118

Artikolu 114

Artikolu 119

Artikolu 115

Artikolu 120

Artikolu 116

Artikolu 121

Artikolu 117

Artikolu 122

Artikolu 118

Artikolu 123

Artikolu 119

Artikolu 124

Artikolu 120

Artikolu 125

Artikolu 121

Artikolu 126

Artikolu 122

Artikolu 127

Artikolu 123

Artikolu 128

Artikolu 124

Artikolu 129

Artikolu 125

Artikolu 130

Artikolu 125a

Artikolu 131

Artikolu 125b

Artikolu 132

Artikolu 125c

Artikolu 133

Artikolu 126

Artikolu 134

Artikolu 127

Artikolu 135

Artikolu 128

Artikolu 136

Artikolu 129

Artikolu 137

Artikolu 130

Artikolu 138

Artikolu 131

Artikolu 139

Artikolu 132

Artikolu 140

Artikolu 133

Artikolu 141

Artikolu 133a

Artikolu 142

Artikolu 134

Artikolu 143

Artikolu 134a

Artikolu 144

Artikolu 134b

Artikolu 145

Artikolu 135

Artikolu 146

Artikolu 136

Artikolu 147

Artikolu 137

Artikolu 148

Artikolu 138

Artikolu 149

Artikolu 138a

Artikolu 150

Artikolu 139

Artikolu 151

Artikolu 140

Artikolu 152

Artikolu 141

Artikolu 153

Artikolu 142

Artikolu 154

Artikolu 143

Artikolu 155

Artikolu 144

Artikolu 156

Artikolu 145

Artikolu 157

Artikolu 146

Artikolu 158

Artikolu 147

Artikolu 159

Artikolu 148

Artikolu 160

Artikolu 149

Artikolu 161

Artikolu 149a

Artikolu 162

Artikolu 150

Artikolu 163

Artikolu 151

Artikolu 164

Artikolu 152

Artikolu 165

Artikolu 153

Artikolu 166

Artikolu 154

Artikolu 167

Artikolu 155

Artikolu 168

Artikolu 156

Artikolu 169

Artikolu 158

Artikolu 170

Artikolu 158a

Artikolu 171

Artikolu 159

Artikolu 172

Artikolu 160a

Artikolu 173

Artikolu 160e

Artikolu 174

Artikolu 160f

Artikolu 175

Artikolu 161

Artikolu 176

Artikolu 162

Artikolu 177

Artikolu 163

Artikolu 178

Artikolu 179

Artikolu 164

Artikolu 180

Artikolu 180a

Artikolu 181

Artikolu 181

Artikolu 182

Artikolu 165a

Artikolu 183

Artikolu 165

Artikolu 184

Artikolu 185

Artikolu 236(1)

Artikolu 186

Artikolu 172a

Artikolu 187

Artikolu 166

Artikolu 188

Artikolu 167

Artikolu 189

Artikolu 168

Artikolu 190

Artikolu 169

Artikolu 191

Artikolu 169a

Artikolu 192

Artikolu 170

Artikolu 193

Artikolu 171

Artikolu 194

Artikolu 172c

Artikolu 195

Artikolu 173

Artikolu 196

Artikolu 174

Artikolu 197

Artikolu 174a

Artikolu 198

Artikolu 199

Artikolu 175

Artikolu 200

Artikolu 175a

Artikolu 201

Artikolu 176

Artikolu 202

Artikolu 177

Artikolu 203

Artikolu 178

Artikolu 204

Artikolu 179

Artikolu 205

Artikolu 182

Artikolu 206

Artikolu 180

Artikolu 207

Artikolu 183

Artikolu 208

Artikolu 184

Artikolu 209

Artikolu 184a

Artikolu 210

Artikolu 211

Artikolu 212

Artikolu 213

Artikolu 214

Artikolu 215

Artikolu 216

Artikolu 217

Artikolu 218

Artikolu 219

Artikolu 220

Artikolu 221

Artikolu 222

Artikolu 223

Artikolu 224

Artikolu 225

Artikolu 226

Artikolu 185

Artikolu 227

Artikolu 186

Artikolu 228

Artikolu 215

Artikolu 229

Artikolu 199

Artikolu 230

Artikolu 201

Artikolu 231

Artikolu 203

Artikolu 232

Artikolu 205

Artikolu 233

Artikolu 234

Artikolu 207

Artikolu 235

Artikolu 208

Artikolu 236

Artikolu 209

Artikolu 237

Artikolu 210

Artikolu 238

Artikolu 211

Artikolu 239

Artikolu 213

Artikolu 240

Artikolu 214

Artikolu 241

Artikolu 216

Artikolu 242

Artikolu 217

Artikolu 243

Artikolu 218

Artikolu 244

Artikolu 219

Artikolu 245

Artikolu 220

Artikolu 246

Artikolu 221

Artikolu 247

Artikolu 222

Artikolu 248

Artikolu 223

Artikolu 249

Artikolu 224

Artikolu 250

Artikolu 225

Artikolu 251

Artikolu 226

Artikolu 252

Artikolu 227

Artikolu 253

Artikolu 256

Artikolu 254

Artikolu 229

Artikolu 255

Artikolu 230

Artikolu 256

Artikolu 231

Artikolu 257

Artikolu 258

Artikolu 259

Artikolu 235

Artikolu 260

Artikolu 236

Artikolu 261

Artikolu 237

Artikolu 262

Artikolu 239

Artikolu 263

Artikolu 240

Artikolu 264

Artikolu 241

Artikolu 265

Artikolu 242

Artikolu 266

Artikolu 243

Artikolu 267

Artikolu 244

Artikolu 268

Artikolu 245

Artikolu 269

Artikolu 246

Artikolu 270

Artikolu 247

Artikolu 271

Artikolu 248

Artikolu 272

Artikolu 249

Artikolu 273

Artikolu 250

Artikolu 274

Artikolu 251

Artikolu 275

Artikolu 252

Artikolu 276

Artikolu 253

Artikolu 277

Artikolu 257

Artikolu 278

Artikolu 258

Artikolu 279

Artikolu 258a

Artikolu 280

Artikolu 259

Artikolu 281

Artikolu 260

Artikolu 282

Artikolu 262

Artikolu 283

Artikolu 264

Artikolu 284

Artikolu 265

Artikolu 285

Artikolu 263

Artikolu 286

Artikolu 265a

Artikolu 287

Artikolu 288

Artikolu 272

Artikolu 289

Artikolu 273

Artikolu 290



( 1 ) ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 03 p. 169).

( 2 ) ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 1 p. 89).

( 3 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 26 p. 102).

( 4 ) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

( 5 ) Ir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV) (ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1).

( 6 ) Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 77/249/KEE tat-22 ta' Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU L 78, 26.3.1977, p. 17).

( 7 ) Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

( 8 ) Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

( 9 ) Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

( 10 ) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

( 11 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).

( 12 ) ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 24 p. 239).