02012R0965 — MT — 30.10.2022 — 021.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 (ĠU L 296 25.10.2012, p. 1) |
Emendat bi:
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 965/2012
tal-5 ta’ Ottubru 2012
li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:
“ajruplan” tfisser inġenju tal-ajru itqal mill-arja li jaħdem bil-magna u li għandu ġwienaħ fissi, li huwa sostnut waqt it-titjir mir-reazzjoni dinamika tal-arja fuq il-ġwienaħ tiegħu;
“ħelikopter” tfisser inġenju tal-ajru li huwa itqal mill-arja li huwa sostnut waqt it-titjir prinċipalment mir-reazzjonijiet tal-arja fuq rotor wieħed jew iktar immexxija bil-mutur, fuq assi sostanzjalment vertikali;
“ballun tal-arja” tfisser inġenju tal-ajru eħfef mill-arja b'ekwipaġġ li ma jkollux magna u li jtir permezz ta' gass eħfef mill-arja jew permezz ta' sistema ta' tisħin fl-ajru, inklużi l-blalen tal-gass, il-blalen tal-arja sħuna, il-blalen tal-arja mħallta u, għalkemm bil-magna, l-iġfna tal-ajru tal-arja sħuna;
“glider” tfisser inġenju tal-ajru itqal mill-ajru li huwa sostnut waqt it-titjir mir-reazzjoni dinamika tal-arja mas-superfiċji fissi tar-refgħa tiegħu, li t-titjir ħieles tiegħu ma jiddependix minn magna;
“operazzjoni kummerċjali” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta' inġenju tal-ajru, bi ħlas jew konsiderazzjoni ta' valur oħra, li tkun disponibbli għall-pubbliku jew, meta ma tkunx disponibbli għall-pubbliku, li tkun imwettqa b'kuntratt bejn operatur u klijent, meta dan tal-aħħar m'għandu l-ebda kontroll fuq l-operatur;
“ballun tal-gass marbut” tfisser ballun tal-gass b'sistema ta' rbit li żżomm il-ballun tal-arja kontinwament ankrat f'punt fiss matul l-operat;
“ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B” tfisser ajruplani li jaħdmu b’magni bl-iskrejjen, li jkollhom konfigurazzjoni massima operattiva ta’ sits tal-passiġġieri ta’ disa’ sits jew inqas u li jkollhom massa massima waqt it-tlugħ ta’ 5 700 kilogramma jew inqas;
“sit ta’ interess pubbliku (PIS)” tfisser sit li jintuża esklużivament għal operazzjonijiet li huma fl-interess pubbliku;
“operazzjoni fil-kategorija tal-prestazzjoni 1” tfisser operazzjoni li fiha, f’każ li tiżviluppa ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ikun jista’ jinżel fid-distanza disponibbli għal tlugħ interrott jew ikun jista’ jkompli bit-titjira b’mod sikur sa żona tal-inżul xierqa, skont meta tiżviluppa l-ħsara;
“navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (Performance-based navigation — PBN)” tfisser navigazzjoni taż-żona bbażata fuq rekwiżiti ta’ prestazzjoni għal inġenji tal-ajru li jaħdmu fuq rotta ATS, fuq proċedura ta’ avviċinament bl-istrumenti jew fi spazju tal-ajru ddeżinjat;
“operazzjoni air-taxi” tfisser, għall-iskop tal-limitazzjonijiet fuq il-ħin tat-titjir u l-ħin tas-servizz, operazzjoni ta’ trasport bl-ajru kummerċjali mhux skedata u fuq talba b’ajruplan b’konfigurazzjoni massima operattiva ta’ sits tal-passiġġieri (“MOPSC”) ta’ 19-il sit jew inqas;
“Operazzjoni speċjalizzata” tfisser kwalunkwe operazzjoni minbarra operazzjoni tat-trasport kummerċjali bl-ajru li fiha l-inġenju tal-ajru jintuża għal attivitajiet speċjalizzati bħal agrikoltura, kostruzzjoni, fotografija, servejing, osservazzjoni u pattulja, riklamar fl-ajru, titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni;
“operazzjoni kummerċjali speċjalizzata ta’ riskju għoli” tfisser kwalunkwe operazzjoni kummerċjali speċjalizzata b’inġenju tal-ajru mwettqa fuq żona fejn is-sikurezza ta’ partijiet terzi fuq l-art aktarx li tkun fil-periklu f’każ ta’ emerġenza, jew, kif determinat mill-awtorità kompetenti tal-post fejn issir l-operazzjoni, kwalunkwe operazzjoni kummerċjali speċjalizzata b’inġenju tal-ajru li, minħabba n-natura speċifika tagħha u l-ambjent lokali li fih titwettaq, tkun ta’ riskju għoli, b’mod partikolari għal partijiet terzi fuq l-art;
“titjira introduttorja” tfisser kwalunkwe operazzjoni bi ħlas jew konsiderazzjoni ta' valur oħra li tikkonsisti f'mawra bl-ajru b'tul ta' żmien qasir, bl-għan li jiġu attirati apprendisti jew membri ġodda, imwettqa minn organizzazzjoni ta' taħriġ imsemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 ( 1 ) jew minn organizzazzjoni maħluqa bl-għan li jiġu promossi l-isport tal-ajru jew l-avjazzjoni ta' divertiment;
“titjira ta’ kompetizzjoni” tfisser kwalunkwe attività ta’ titjir li fiha l-inġenju tal-ajru jintuża fi tlielaq jew kompetizzjonijiet tal-ajru, kif ukoll attività li fiha l-inġenju tal-ajru jintuża bħala prattika għal tlielaq jew kompetizzjonijiet tal-ajru u bħala mezz għat-titjir lejn u minn avvenimenti ta’ tlielaq jew kompetizzjoni;
“wirja tat-titjir” tfisser kwalunkwe attività ta’ titjir imwettqa b’mod deliberat għall-fini ta’ wiri jew divertiment f’avveniment irreklamat miftuħ għall-pubbliku, anki meta l-inġenju tal-ajru jintuża matul il-prattika għal wirja tat-titjir u bħala mezz għat-titjir lejn u mill-avveniment reklamat.
Għall-għanijiet tal-Annessi II sa ►M4 VIII ◄ hemm iktar definizzjonijiet, li huma stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 3
Kapaċitajiet ta’ sorveljanza
Is-sistemi tal-amministrazzjoni u tal-ġestjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tal-Aġenzija għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti speċifikati fl-Anness II.
Jekk Stat Membru jaħtar aktar minn entità waħda bħala awtorità kompetenti:
l-oqsma ta’ kompetenza ta’ kull awtorità kompetenti għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar f’termini tar-responsabbiltajiet u tal-limitazzjoni ġeografika; u
għandha tiġi stabbilita koordinazzjoni bejn dawk l-entitajiet sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tal-organizzazzjonijiet u tal-persuni kollha li huma suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u għar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, fil-mandati rispettivi tagħhom.
Il-persunal awtorizzat mill-awtorità kompetenti biex iwettaq il-kompiti ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ superviżjoni għandu jkollu s-setgħa jwettaq mill-inqas il-kompiti li ġejjin:
jeżamina r-rekords, id-dejta, il-proċeduri u kwalunkwe materjal ieħor li jkun rilevanti għat-twettiq tal-kompitu ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ sorveljanza;
jagħmel kopji tat-tali rekords, dejta, proċeduri u materjal ieħor, jew jieħu siltiet minnhom;
jitlob għal spjegazzjoni verbali fuq il-post;
jidħol f’bini, siti tal-operat jew mezzi ta’ trasport rilevanti;
iwettaq verifiki, investigazzjonijiet, valutazzjonijiet u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet fir-rampa u spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel;
jadotta jew jagħti bidu għal miżuri ta’ infurzar kif ikun xieraq.
Artikolu 4
Spezzjonijiet fir-rampa
Artikolu 5
Operazzjonijiet bl-ajru
L-operaturi ►M1 ————— ◄ għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness V meta jkunu qed iħaddmu:
ajruplani u ħelikopters użati:
għal operazzjonijiet li jużaw in-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN);
għal operazzjonijiet imwettqin skont l-ispeċifikazzjonijiet minimi tal-prestazzjoni tan-navigazzjoni (MNPS);
għal operazzjonijiet fi spazju tal-ajru b’valuri minimi ta’ separazzjoni vertikali mnaqqsa (RVSM);
operazzjonijiet f’viżibilità baxxa (LVOs) jew operazzjonijiet bi krediti operazzjonali;
ajruplani u ħelikopters użati għat-trasport ta' oġġetti perikolużi (DG);
ajruplani b’żewġ magni użati għal operazzjonijiet fuq distanza estiża (ETOPS) fit-trasport kummerċjali bl-ajru;
ħelikopters użati għal operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru bl-għajnuna ta’ sistemi ta’ immaġni għall-viżjoni billejl (NVIS);
ħelikopters użati għal operazzjonijiet ta’ rfigħ tat-trasport kummerċjali bl-ajru (HHO); ►M9 ————— ◄
ħelikopters użati għal operazzjonijiet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza tat-trasport kummerċjali bl-ajru (HEMS); u
ħelikopters li jintużaw għal operazzjonijiet lil hinn mill-kosta (HOFO).
L-organizzazzjonijiet ta' taħriġ imsemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 u li għandhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru, meta jwettqu t-taħriġ fit-titjir lejn, ġewwa jew barra mill-Unjoni, għandhom joperaw:
ajruplani u ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni skont id-dispożizzjonijiet speċifikati fl-Anness VI;
ajruplani u ħelikopters oħrajn skont id-dispożizzjonijiet speċifikati fl-Anness VII.
Artikolu 6
Derogi
▼M4 —————
Stat Membru li jkun beħsiebu juża d-deroga li dwarha hemm dispożizzjoni fid-Deċiżjoni C(2009)7633 iżda li mhuwiex Stat li għalih kienet indirizzata dik id-Deċiżjoni, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija b’dan qabel ma jimplimenta d-deroga. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jivvalutaw sa liema punt il-bidla jew l-użu maħsub jiddevjaw mill-kundizzjonijiet mogħtija fid-Deċiżjoni C(2009)7633 jew iħallu impatt fuq il-valutazzjoni inizjali tas-sikurezza mwettqa fil-kuntest ta’ dik id-Deċiżjoni. Jekk il-valutazzjoni turi li l-bidla jew l-użu maħsub ma jikkorrispondux mal-valutazzjoni inizjali tas-sikurezza mwettqa fil-kuntest tad-Deċiżjoni C(2009)7633, l-Istat Membru kkonċernat għandu jressaq talba ġdida għal deroga skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
B'deroga mill-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139 u għas-Subparti P tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 ( 2 ) dwar il-permess għat-titjir, it-titjiriet li ġejjin għandhom ikomplu joperaw skont ir-rekwiżiti speċifikati fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih l-operatur ikollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu, jew, fejn l-operatur ma jkollu l-ebda post prinċipali tan-negozju, il-post fejn l-operatur ikun stabbilit jew residenti:
titjiriet relatati mal-introduzzjoni jew il-modifika ta' tipi ta' ajruplan jew ta' ħelikopter imwettqa minn organizzazzjonijiet tad-disinn jew tal-produzzjoni fl-ambitu tal-privileġġi tagħhom;
titjiriet li ma jġorru l-ebda passiġġier jew merkanzija, meta l-ajruplan jew il-ħelikopter jiġi ttrasportat għal rinnovament, tiswija, spezzjonijiet, kunsinna, esportazzjoni jew għanijiet simili, sakemm l-inġenju tal-ajru ma jkunx elenkat fuq ċertifikat tal-operatur tal-ajru jew fuq dikjarazzjoni.
B'deroga mill-Artikolu 5(1) u (6), l-operazzjonijiet li ġejjin b'ajruplani u ħelikopters ħlief ajruplani u ħelikopters kumplessi li jaħdmu bil-magni jistgħu jitwettqu f'konformità mal-Anness VII:
titjiriet bl-ispejjeż maqsumin minn individwi privati, bil-kundizzjoni li l-ispiża diretta tinqasam bejn l-okkupanti kollha tal-inġenju tal-ajru, inkluż il-bdot u li n-numru ta’ persuni li qed jaqsmu l-ispejjeż diretti huwa limitat għal sitta;
titjiriet ta’ kompetizzjoni jew wirjiet tat-titjir, bil-kundizzjoni li r-remunerazzjoni jew kwalunkwe kunsiderazzjoni ta’ valur mogħtija għat-tali titjiriet tkun limitata għall-irkupru tal-ispejjeż diretti u kontribuzzjoni proporzjonata għall-ispejjeż annwali, kif ukoll premji ta’ mhux iktar minn valur speċifikat mill-awtorità kompetenti;
titjiriet introduttorji, qbiż bil-paraxut, irmunkar ta' gliders jew titjiriet ajrubatiċi mwettqa minn organizzazzjoni ta' taħriġ bil-post prinċipali tan-negozju tagħha fi Stat Membru u msemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, jew minn organizzazzjoni maħluqa bil-għan li tippromwovi l-sport tal-ajru jew l-avjazzjoni ta' divertiment, bil-kundizzjoni li l-inġenju tal-ajru jkun operat mill-organizzazzjoni fuq il-bażi ta' sjieda jew kiri mingħajr ekwipaġġ, li t-titjira ma tiġġenerax profitti mqassmin barra l-organizzazzjoni, u li kull meta jkunu involuti persuni li mhumiex membri tal-organizzazzjoni, it-tali titjiriet jirrappreżentaw biss attività marġinali tal-organizzazzjoni.
Jekk kwalunkwe bidla fl-operazzjoni ta' dawk l-ajruplani li taffettwa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dawk l-eżenzjonijiet hija prevista bejn it-22 ta' Marzu 2017 u t-2 ta' Settembru 2017, dik il-bidla prevista għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija qabel ma tiġi implimentata. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jivvalutaw il-bidla prevista skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
▼M9 —————
Artikolu 7
Ċertifikati tal-operaturi tal-ajru
Madankollu, sa mhux iktar tard mit-28 ta’ Ottubru 2014:
l-operaturi għandhom jadattaw is-sistema ta’ ġestjoni, il-programmi tat-taħriġ, il-proċeduri u l-manwali tagħhom sabiex ikunu konformi mal-Annessi III, IV u V, kif ikun rilevanti;
iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru għandu jinbidel b’ċertifikati maħruġin skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.
Ir-rapport tal-konverżjoni għandu jiddeskrivi:
ir-rekwiżiti nazzjonali li abbażi tagħhom inħarġu ċ-ċertifikati tal-operaturi tal-ajru;
l-ambitu tal-privileġġi li ngħataw lill-operaturi;
id-differenzi bejn ir-rekwiżiti nazzjonali li abbażi tagħhom inħarġu ċ-ċertifikati tal-operaturi tal-ajru u r-rekwiżiti tal-Annessi III, IV u V, flimkien ma’ indikazzjoni dwar kif u meta l-operaturi se jkunu meħtieġa jiżguraw il-konformità sħiħa ma’ dawk l-Annessi.
Ir-rapport tal-konverżjoni għandu jinkludi kopji tad-dokumenti kollha meħtieġa biex jagħtu prova tal-elementi msemmija fil-punti (a) sa (c), inklużi kopji tar-rekwiżiti u l-proċeduri nazzjonali rilevanti.
Artikolu 8
Limitazzjonijiet fuq il-ħin tat-titjir
Artikolu 9
Listi tat-tagħmir minimu
Il-listi tat-tagħmir minimu (“MELs”) approvati mill-Istat tal-Operatur jew mill-Istat tar-Reġistrazzjoni qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu bħala listi approvati skont dan ir-Regolament u jistgħu jkomplu jintużaw mill-operatur.
Wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, kull bidla fil-listi tat-tagħmir minimu msemmija fl-ewwel subparagrafu li għalihom tkun stabbilita Lista tat-Tagħmir Minimu ta’ Referenza (“MMEL”) bħala parti mid-dejta dwar l-adegwatezza operattiva skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 ( 3 ), għandha ssir f’konformità mal-punt ORO.MLR.105 tat-Taqsima 2 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament mill-iktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Diċembru 2017 jew sa sentejn wara li tkun ġiet approvata d-dejta dwar l-adegwatezza operattiva, skont liema minnhom taħbat l-aħħar.
Kwalunkwe bidla f’MEL msemmija fl-ewwel subparagrafu li għaliha ma tkun ġiet stabbilita l-ebda MMEL bħala parti mid-dejta dwar l-adegwatezza operattiva, għandha tkompli ssir skont l-MMEL aċċettata mill-Istat tal-Operatur jew mill-Istat tar-Reġistrazzjoni kif applikabbli.
Artikolu 9a
Taħriġ tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-ekwipaġġ tal-kabina
L-operaturi għandhom jiżguraw li l-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-ekwipaġġ tal-kabina li diġà qegħdin jitħaddmu u li jkunu lestew taħriġ skont is-Subpartijiet FC u CC tal-Anness III li ma jkunx jinkludi l-elementi obbligatorji stabbiliti fid-dejta rilevanti dwar l-adegwatezza operattiva, jirċievu taħriġ li jkopri dawk l-elementi obbligatorji sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Diċembru 2017 jew sa sentejn wara li tiġi approvata din id-dejta dwar l-adegwatezza operattiva, skont liema minnhom taħbat l-aħħar.
Artikolu 9aa
Rekwiżiti tal-ekwipaġġ tat-titjira għal titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni
Bdot li jkun aġixxa, qabel it-25 ta' Settembru 2019, bħala bdot fil-kmand fuq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni li skont id-definizzjoni fil-punt SPO.SPEC.MCF.100 fl-Anness VIII hija kklassifikata bħala titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' Livell A, għandu jingħata kreditu għall-iskop ta' konformità mal-punt SPO.SPEC.MCF.115(a)(1) ta' dak l-Anness. F'dak il-każ, l-operatur għandu jiżgura li l-bdot fil-kmand jirċievi informazzjoni dwar kull differenza identifikata bejn il-prattiċi operattivi stabbiliti qabel it-25 ta' Settembru 2019 u l-obbligi pprovduti fit-Taqsima 5 tas-Subparti E tal-Anness VIII ta' dan ir-Regolament inklużi dawk derivati mill-proċeduri relatati stabbiliti mill-operatur.
Artikolu 9b
Analiżi
Dik l-analiżi għandha tinvolvi għarfien espert xjentifiku u għandha tkun imsejsa fuq dejta operattiva miġbura, bl-għajnuna tal-Istati Membri, fuq bażi ta' perjodu twil ta' żmien wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
L-analiżi għandha tevalwa l-impatt ta' mill-inqas dan li ġej fuq il-viġilanza tal-ekwipaġġ tal-ajru:
xogħol ta' aktar minn 13-il siegħa fl-aktar ħin favorevoli tal-jum;
xogħol ta' aktar minn 10 sigħat fl-inqas ħin favorevoli tal-jum;
xogħol ta' aktar minn 11-il siegħa fil-każ ta' membri tal-ekwipaġġ fi stat mhux magħruf ta' akklimatizzazzjoni;
xogħol li jinkludi livell għoli ta' setturi (aktar minn 6);
xogħol fuq sejħa bħal fil-każ ta' standby jew ta' riżerva segwit bi dmirijiet ta' titjira; u
skedi ta' ħinijiet irregolari.
Dik l-analiżi għandha tinvolvi l-għarfien espert rilevanti u għandha tkun imsejsa fuq id-data miġbura, bl-għajnuna tal-Istati Membri u l-Aġenzija, fuq bażi ta’ perjodu twil ta’ żmien. ◄
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Għandu japplika mit-28 ta' Ottubru 2012.
▼M14 —————
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Definizzjonijiet għat-termini li jintużaw fl-Annessi II sa VIII
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“distanza disponibbli għall-aċċellerazzjoni u l-waqfien (ASDA)” tfisser it-tul tal-ġirja tat-tlugħ disponibbli u t-tul tal-mogħdija tal-waqfien, jekk din il-mogħdija tal-waqfien tkun iddikjarata bħala disponibbli mill-Istat tal-ajrudrom u tkun tista’ ġġorr il-massa tal-ajruplan fil-kundizzjonijiet operattivi li jkun hemm fis-seħħ;
“mezzi aċċettabbli tal-konformità (AMC)” tfisser standards mhux vinkolanti adottati mill-Aġenzija biex juru l-mezzi li bihom tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu;
“lista ta’ kontroll tal-aċċettazzjoni” tfisser dokument użat sabiex jgħin fit-twettiq ta’ kontroll fuq l-apparenza esterna ta’ pakketti li jkun fihom oġġetti perikolużi u tad-dokumenti assoċjati magħhom sabiex jiġi stabbilit li jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti x-xierqa kollha;
“ajrudrom xieraq” tfisser ajrudrom li fih jista’ jitħaddem l-inġenju tal-ajru, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-prestazzjoni u l-karatteristiċi tar-runway applikabbli;
għall-għanijiet tal-klassifikazzjoni tal-passiġġieri:
“adult” tfisser persuna ta’ 12-il sena jew iktar;
“tifel/tfal” tfisser persuni ta’ sentejn jew iktar, iżda li għandhom inqas minn 12-il sena;
“tarbija” tfisser persuna ta’ inqas minn sentejn;
▼M14 —————
“minimi operattivi tal-ajrudrom” tfisser il-limiti tal-użu ta’ ajrudrom għal:
tlugħ, espress f’termini tal-medda viżwali tar-runway (RVR) u/jew tal-viżibbiltà u, jekk ikun meħtieġ, tal-limitu massimu;
inżul f’operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti 2D, espress f’termini ta’ viżibbiltà u/jew ta’ RVR, ta’ altitudni/għoli minimu tal-inżul (MDA/H) u, jekk ikun hemm bżonn, tal-limitu massimu;
inżul f’operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti 3D, espress f’termini ta’ viżibbiltà u/jew ta’ RVR u altitudni/għoli tad-deċiżjoni (DA/H) kif xieraq għat-tip u/jew għall-kategorija tal-operazzjoni;
“titjira megħjuna bl-użu ta’ sistema ta’ immaġni għall-viżjoni billejl (NVIS)” tfisser, fil-każ ta’ operazzjonijiet bin-NVIS, dik il-parti ta’ titjira li ssir skont ir-regoli tat-titjir viżwali (VFR) li tkun imwettqa billejl, meta membru tal-ekwipaġġ ikun qed juża nuċċali għall-viżjoni billejl (NVG);
“inġenju tal-ajru” tfisser makkinarju li jista’ jikseb sostenn fl-atmosfera mir-reazzjonijiet tal-arja ħlief mir-reazzjonijiet tal-arja ma’ wiċċ id-dinja;
“traċċar tal-inġenji tal-ajru” tfisser proċess ibbażat fuq l-art li jżomm u jaġġorna, f'intervalli standardizzati, rekord tal-pożizzjoni ta' erba' dimensjonijiet ta' inġenju tal-ajru waqt titjira;
“sistema ta' traċċar tal-inġenji tal-ajru” tfisser sistema li tiddependi fuq it-traċċar tal-inġenji tal-ajru biex tidentifika mġiba anormali tat-titjira u tagħti twissija;
“ajrudrom alternattiv” tfisser ajrudrom xieraq li inġenju tal-ajru jista’ jipproċedi lejh meta jkun impossibbli jew mhux rakkomandabbli li jipproċedi lejn jew jinżel fl-ajrudrom tal-inżul maħsub, fejn ikunu disponibbli s-servizzi u l-faċilitajiet neċessarji, fejn jistgħu jintlaħqu r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru u li jkun operazzjonali fil-ħin mistenni ta’ użu; “ajrudrom alternattiv” tinkludi dawn li ġejjin:
“ajrudrom alternattiv għat-tlugħ”: ajrudrom alternattiv li inġenju tal-ajru jista’ jinżel fih jekk dan ikun neċessarju ftit wara t-tlugħ u ma jkunx possibbli li jintuża l-ajrudrom tat-tluq;
“ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta (ERA)”: ajrudrom alternattiv li inġenju tal-ajru jista’ jinżel fih jekk issir neċessarja devjazzjoni waqt li jkun fir-rotta;
“ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta (ERA) għall-fjuwil/għall-enerġija (ERA għall-fjuwil/għall-enerġija)” tfisser ajrudrom ERA li huwa meħtieġ fl-istadju tal-ippjanar għall-użu fil-kalkolu tal-fjuwil/tal-enerġija;
“ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni”: ajrudrom alternattiv li inġenju tal-ajru jista’ jinżel fih jekk isir impossibbli jew mhux rakkomandabbli li jsir inżul fl-ajrudrom tal-inżul ippjanat;
“mezzi alternattivi ta’ konformità” tfisser dawk il-mezzi li jipproponu alternattiva għall-mezzi aċċettabbli tal-konformità (AMC) eżistenti, jew dawk li jipproponu mezzi ġodda sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, li għalihom l-Aġenzija ma tkun adottat l-ebda AMC assoċjat;
“proċedura kontra l-formazzjoni tas-silġ”, fil-każ tal-proċeduri ta’ fuq l-art, tfisser proċedura li tipprovdi protezzjoni kontra l-formazzjoni tal-ġlata jew tas-silġ u kontra l-akkumulazzjoni tal-borra fuq l-uċuħ tal-inġenju tal-ajru li jkunu ġew ittrattati għal perjodu taż-żmien limitat (il-ħin taż-żamma);
▼M21 —————
▼M14 —————
“membru tal-ekwipaġġ tal-kabina” tfisser membru tal-ekwipaġġ ikkwalifikat b’mod xieraq, minbarra membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew membru tal-ekwipaġġ tekniku, li jkun assenjat minn operatur biex matul l-operazzjonijiet iwettaq kompiti relatati mas-sikurezza tal-passiġġieri u tat-titjira;
▼M21 —————
“kategorija A għall-ħelikopters” tfisser ħelikopter b'diversi magni ddisinjat b'karatteristiċi ta' iżolament tal-magna u tas-sistema li huma speċifikati fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli u li hu kapaċi jwettaq operazzjonijiet permezz ta' data tat-tlugħ u tal-inżul li jkunu skedati taħt il-kunċett ta' ħsara kritika fil-magna li tiżgura żona tal-wiċċ awtorizzata adegwata u kapaċità ta' prestazzjoni adegwata għal titjir sikur kontinwu jew għat-tlugħ interrott sikur f'każ li tiżviluppa ħsara fil-magna;
“kategorija B għall-ħelikopters” tfisser ħelikopter b’magna waħda jew b’diversi magni li ma jissodisfax l-istandards tal-Kategorija A. Il-ħelikopters tal-Kategorija B m’għandhom l-ebda garanzija li huma kapaċi jkomplu jtiru b’mod sikur f’każ li tiżviluppa ħsara fil-magna, u b’hekk wieħed jassumi li f’każ bħal dan ikollu jsir inżul mhux skedat;
“limitu massimu” tfisser l-għoli ’l fuq mill-art jew mill-ilma tal-bażi tal-aktar saff ta’ sħab baxx taħt 6 000 m (20 000 pied) li jkopri aktar minn nofs is-sema;
“speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni (CS)” tfisser standards tekniċi adottati mill-Aġenzija li jindikaw il-mezzi biex tintwera l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, u li jistgħu jintużaw minn organizzazzjoni għall-għanijiet taċ-ċertifikazzjoni;
“dawran” tfisser il-fażi viżwali ta’ operazzjoni ta’ avviċinament ta’ dawran;
“operazzjoni ta’ avviċinament ta’ dawran” tfisser operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti tat-Tip A sabiex inġenju tal-ajru jinġieb f’pożizzjoni għall-inżul fuq runway/żona ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali (FATO) li ma tkunx tinsab f’post adegwat għall-avviċinament f’linja dritta;
“mogħdija tal-ikklerjar” tfisser żona rettangolari ddefinita fuq l-art jew fl-ilma li taqa’ taħt il-kontroll tal-awtorità x-xierqa, li tiġi magħżula jew ippreparata bħala żona xierqa li fuqha ajruplan ikun jista’ jagħmel parti mit-tlugħ inizjali tiegħu sa għoli speċifikat;
“bażi tas-sħab” tfisser l-għoli tal-bażi tal-element tas-sħab l-iktar baxx osservat jew imbassar fil-viċinanzi ta’ ajrudrom jew ta’ sit tal-operat jew f’żona speċifika ta’ operazzjonijiet, li normalment jitkejjel ‘il fuq mil-livell tal-ajrudrom jew, fil-każ ta’ operazzjonijiet lil hinn mill-kosta, ‘il fuq mil-livell medju tal-baħar;
“reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-bdot (CVR)” tfisser reġistratur tat-titjira protett f'każ ta' ħabta li juża taħlita ta' mikrofoni u inputs oħra tal-awdjo u diġitali biex jiġbor u jirreġistra l-ambjent tas-smigħ tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira u komunikazzjonijiet lil, minn u bejn il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira;
“kondiviżjoni tal-kodiċi” tfisser arranġament li permezz tiegħu operatur iqiegħed il-kodiċi nominattiv tiegħu fuq titjira operata minn operatur ieħor u jbiegħ u joħroġ biljetti għal dik it-titjira;
“kompetenza” tfisser dimensjoni tal-prestazzjoni umana li tintuża biex wieħed ibassar b’mod affidabbli l-prestazzjoni b’suċċess fuq ix-xogħol u li tintwera u tiġi osservata permezz ta’ mġibiet li jimmobilizzaw l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet rilevanti biex jitwettqu attivitajiet jew kompiti taħt kundizzjonijiet speċifikati;
“taħriġ ibbażat fuq il-kompetenza” tfisser programmi ta’ valutazzjoni u taħriġ li huma kkaratterizzati minn orjentazzjoni tal-prestazzjoni, enfasi fuq l-istandards tal-prestazzjoni u l-kejl tagħhom u l-iżvilupp tat-taħriġ skont l-istandards ta’ prestazzjoni speċifikati;
“qafas ta’ kompetenza” tfisser sett komplut ta’ kompetenzi identifikati li huma żviluppati, imħarrġa u vvalutati fil-programm ta’ taħriġ ibbażat fuq l-evidenza tal-operatur bl-użu ta’ xenarji li huma rilevanti għall-operazzjonijiet u li huwa wiesa’ biżżejjed biex iħejji lill-bdot għal theddid u żbalji previsti kif ukoll għal dawk mhux previsti;
“żona kkonġestjonata” tfisser, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ belt jew raħal, kwalunkwe żona li tkun tintuża sostanzjalment għal skopijiet residenzjali, kummerċjali jew ta’ rikreazzjoni;
“runway kontaminata” tfisser runway li porzjon sinifikanti mill-erja tas-superfiċje tagħha (kemm f'żoni iżolati jew le) fit-tul u l-wisa' li tkun qed tintuża hija koperta b'waħda jew aktar mis-sustanzi elenkati taħt id-deskritturi tal-kundizzjoni tas-superfiċje tar-runway;
“fjuwil/enerġija ta’ kontinġenza” tfisser il-fjuwil/l-enerġija meħtieġa biex tikkumpensa għal fatturi mhux mistennija li jistgħu jaffettwaw il-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira lejn l-ajrudrom ta’ destinazzjoni;
“avviċinament finali bi nżul kontinwu (CDFA)” tfisser teknika, konsistenti mal-proċeduri ta’ avviċinament stabbilizzat, għat-titjir tal-parti tal-avviċinament finali (FAS) ta’ proċedura ta’ avviċinament mhux ta’ preċiżjoni (NPA) ta’ strument bħala nżul kontinwu, mingħajr qatt ma jibqa’ livell, minn altitudni/għoli daqs jew ogħla mill-altitudni/għoli tal-avviċinament finali stabbilit:
għall-operazzjonijiet ta’ avviċinament f’linja dritta, sa punt ta’ madwar 15 m (50 pied) ’il fuq mil-limitu tar-runway tal-inżul jew sal-punt fejn għandha tinbeda l-“flare manoeuvre”; jew
għall-operazzjonijiet ta’ avviċinament ta’ dawran, sakemm tintlaħaq l-altitudni/l-għoli tal-manuvra tat-titjir viżwali;
“viżibilità meteoroloġika kkonvertita (CMV)” tfisser valur, li huwa ekwivalenti għal RVR, li jitnissel mill-viżibilità meteoroloġika rrappurtata;
“membru tal-ekwipaġġ” tfisser persuna assenjata minn operatur biex twettaq kompiti abbord inġenju tal-ajru;
“fażijiet kritiċi tat-titjira” fil-każ ta’ ajruplani tfisser il-ġirja tat-tlugħ, il-passaġġ tat-titjira tat-tlugħ, l-avviċinament finali, l-avviċinament mhux milħuq, l-inżul, inkluż il-ġirja sakemm l-ajruplan jinżel, u kwalunkwe fażi oħra tat-titjira, kif stabbilit mill-bdot fil-kmand jew mill-kmandant;
“fażijiet kritiċi tat-titjira” fil-każ ta’ ħelikopters tfisser is-sewqan, it-titjir, it-tlugħ, l-avviċinament finali, l-avviċinament mhux milħuq, l-inżul, u kwalunkwe fażi oħra tat-titjira, kif stabbilit mill-bdot fil-kmand jew mill-kmandant;
“skema attwali tal-fjuwil/tal-enerġija” tfisser l-iskema approvata tal-fjuwil/tal-enerġija li tintuża bħalissa mill-operatur;
▼M16 —————
“oġġetti perikolużi (DG)” tfisser artikli jew sustanzi li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa, is-sikurezza, il-proprjetà jew l-ambjent u li huma inklużi fil-lista ta’ oġġetti perikolużi fl-Istruzzjonijiet Tekniċi jew li jkunu kklassifikati skont dawn l-istess Struzzjonijiet;
“aċċident marbut ma’ oġġetti perikolużi” tfisser ġrajja assoċjata u relatata mat-trasport bl-ajru ta’ oġġetti perikolużi, li twassal għal feriti fatali jew serji f’persuna jew għal ħsara kbira f’xi proprjetà;
“inċident marbut ma’ oġġetti perikolużi” tfisser:
ġrajja, minbarra aċċident marbut ma’ oġġetti perikolużi, assoċjata u relatata mat-trasport bl-ajru ta’ oġġetti perikolużi, li mhux bil-fors isseħħ abbord inġenju tal-ajru, u li twassal għal feriti f’persuna, għal ħsara f’xi proprjetà, għal nirien, ksur, tixrid tal-oġġett, tnixxija ta’ fluwidu jew radjazzjoni jew għal prova oħra li ma nżammitx l-integrità tal-pakkett;
kwalunkwe ġrajja marbuta mat-trasport ta’ oġġetti perikolużi li tipperikola serjament l-inġenju tal-ajru jew l-okkupanti tiegħu;
“altitudni tad-deċiżjoni (DA) jew għoli tad-deċiżjoni (DH)” tfisser altitudni jew għoli speċifikat f’operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti 3D li fiha trid tinbeda proċedura ta’ avviċinament mhux milħuq jekk ir-referenza viżwali meħtieġa biex jitkompla l-avviċinament ma tkunx ġiet stabbilita;
“tneħħija tas-silġ”, fil-każ tal-proċeduri ta’ fuq l-art, tfisser proċedura li permezz tagħha jitneħħew mill-inġenju tal-ajru l-ġlata, is-silġ, il-borra jew is-silġ imfarrak maħmuġ fl-art, sabiex jiġi pprovdut wiċċ li ma jkunx ikkontaminat;
“punt iddefinit wara t-tlugħ (DPATO)” tfisser il-punt, matul il-fażi tat-tlugħ u tat-tlugħ inizjali, li qablu mhijiex assigurata l-kapaċità tal-ħelikopter li jkompli t-titjira b’mod sikur, bil-magna kritika wieqfa, u b’hekk jista’ jkun meħtieġ inżul ta’ emerġenza;
“punt iddefinit qabel l-inżul (DPBL)” tfisser il-punt, matul il-fażi tal-avviċinament u tal-inżul, li warajh mhijiex assigurata l-kapaċità tal-ħelikopter li jkompli t-titjira b’mod sikur, bil-magna kritika wieqfa, u b’hekk jista’ jkun meħtieġ inżul ta’ emerġenza;
“distanza DR” tfisser id-distanza orizzontali li l-ħelikopter ikun ivvjaġġa mit-tarf tad-distanza disponibbli għat-tlugħ;
“ftehim ta’ kiri mingħajr ekwipaġġ” tfisser ftehim bejn impriżi li skont dan l-inġenju tal-ajru jkun operat skont iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC) tal-parti li tħallas il-kera (lessee) jew, fil-każ ta’ operazzjonijiet kummerċjali li mhumiex CAT, taħt ir-responsabilità tal-parti li tħallas il-kera (lessee);
“massa operattiva mingħajr tagħbija” tfisser il-massa totali tal-inġenju tal-ajru li jkun lest għal tip ta’ operazzjoni speċifika, mingħajr il-fjuwil li jista’ jintuża u t-tagħbija tat-traffiku;
“runway xotta” tfisser runway li s-superfiċje tagħha ma jkollhiex umdità viżibbli u ma tkunx kontaminata fiż-żona maħsuba biex tintuża;
“applikazzjoni EFB” tfisser applikazzjoni ta' softwer installata fuq pjattaforma ospitanti tal-EFB li tipprovdi funzjoni operattiva speċifika waħda jew aktar li tkun ta' appoġġ għall-operazzjonijiet ta' titjir;
“pjattaforma EFB ospitanti” tfisser it-tagħmir tal-ħardwer li fih ikunu residenti l-kapaċitajiet tal-kompjuter u tas-softwer bażiku, inklużi s-sistema operattiva u s-softwer tal-input/output;
“sistema EFB” tfisser it-tagħmir tal-ħardwer (inklużi kwalunkwe batterija, dispożizzjonijiet ta' konnettività, komponenti ta' input/output) u softwer (inklużi bażijiet ta' data u s-sistema operattiva) meħtieġa biex tappoġġa l-applikazzjoni(jiet) EFB maħsuba;
“modulu tal-EBT” tfisser kombinazzjoni ta’ sessjonijiet f’tagħmir għat-taħriġ fis-simulazzjoni tat-titjir ikkwalifikat bħala parti mill-perjodu ta’ 3 snin ta’ valutazzjoni u ta’ taħriġ rikorrenti;
“inġenji tal-ajru tat-tip ELA1” tfisser l-inġenji tal-ajru ħfief Ewropej (European Light Aircraft) b’ekwipaġġ li ġejjin:
ajruplan b’massa ta’ tluq massima (MTOM) ta’ 1 200 kilogramma jew inqas, li mhuwiex ikklassifikat bħala inġenju tal-ajru kumpless u li jaħdem bil-magna;
glajder jew glajder bil-mutur b’massa ta’ tluq massima (MTOM) ta’ 1 200 kilogramma jew inqas;
ballun tal-arja bi kwantità massima ta’ gass tat-tlugħ ta’ disinn jew volum massimu ta’ arja sħuna ta’ mhux aktar minn 3 400 m3 għal blalen li jaħdmu bl-arja sħuna, 1 050 m3 għal blalen li jaħdmu bil-gass, 300 m3 għal blalen tal-gass marbutin;
“inġenji tal-ajru tat-tip ‘ELA2’” tfisser l-inġenji tal-ajru ħfief Ewropej (European Light Aircraft) b’ekwipaġġ, li ġejjin:
ajruplan b’massa ta’ tluq massima (MTOM) ta’ 2 000 kilogramma jew inqas, li mhuwiex ikklassifikat bħala inġenju tal-ajru kumpless u li jaħdem bil-magna;
glajder jew glajder bil-mutur b’massa ta’ tluq massima (MTOM) ta’ 2 000 kilogramma jew inqas;
ballun tal-arja;
inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors (Very Light Rotorcraft) b’MTOM ta’ mhux aktar minn 600 kg li huwa ta’ disinn sempliċi, maħsub biex iġorr mhux aktar minn żewġ persuni, mhux imħaddem b’magni tar-rokits u/jew tat-turbina; ristrett għal operazzjonijiet binhar VFR;
“electronic flight bag (EFB)” tfisser sistema ta' informazzjoni elettronika, li tikkonsisti mit-tagħmir u l-applikazzjonijiet għall-ekwipaġġ tat-titjira, li tippermetti l-ħażna, l-aġġornament, il-wiri u l-ipproċessar tal-funzjonijiet tal-EFB b'appoġġ għall-operazzjonijiet jew id-dmirijiet tat-titjira;
“żona ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali elevata (FATO elevata)” tfisser FATO li hija mill-inqas 3 metri ’l fuq mill-wiċċ tal-madwar;
“ħruġ ta' emerġenza” tfisser punt ta' ħruġ installat fuq l-inġenju tal-ajru tat-tip li jippermetti l-evakwazzjoni massima possibbli tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tal-kabina u tal-ekwipaġġ tat-titjira f'perjodu ta' żmien xieraq u jinkludi l-bieb fil-livell tal-art, il-ħruġ mit-twieqi jew kwalunkwe tip ta' ħruġ ieħor, pereżempju l-bokkaport fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira u l-ħruġ mill-koni tad-denb;
▼M20 —————
“sistema ta’ viżjoni tat-titjir imtejba (EFVS)” hija mezz elettroniku biex tipprovdi lill-ekwipaġġ tat-titjira b’wiri f’ħin reali derivat mis-sensuri jew imtejjeb tat-topografija tax-xena esterna (il-karatteristiċi naturali jew magħmula mill-bniedem ta’ post jew reġjun speċjalment b’mod li juri l-pożizzjonijiet relattivi u l-elevazzjoni tiegħu) permezz tal-użu ta’ sensuri tal-immaġni; EFVS hija integrata b’sistema ta’ gwida tat-titjira u tiġi implimentata fuq displej fil-livell tal-għajnejn jew fuq sistema ta’ wiri ekwivalenti; jekk EFVS tiġi ċċertifikata skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli u operatur ikollu l-approvazzjoni speċifika meħtieġa (meta jkun meħtieġ), allura tista’ tintuża għall-operazzjonijiet tal-EFVS u tista’ tippermetti operazzjonijiet bi krediti operattivi;
“operazzjoni tal-EFVS” tfisser operazzjoni li fiha l-kundizzjonijiet tal-viżibbiltà jeħtieġu li tintuża EFVS minflok il-viżjoni naturali sabiex jitwettaq avviċinament jew inżul, jiġu identifikati r-referenzi viżwali meħtieġa jew titwettaq roll-out;
“operazzjoni tal-EFVS 200” tfisser operazzjoni bi kreditu operattiv li fiha l-kundizzjonijiet tal-viżibbiltà jirrikjedu li EFVS tintuża sa 200 pied ’il fuq mil-limitu tal-FATO jew tar-runway. Minn dak il-punt għall-art, tintuża viżjoni naturali. Ir-RVR ma għandhiex tkun anqas minn 550 m;
“sistema ta’ viżjoni mtejba (EVS)” hija mezz elettroniku biex tipprovdi lill-ekwipaġġ tat-titjira b’immaġni f’ħin reali tat-topografija attwali tax-xena esterna (il-karatteristiċi naturali jew magħmula mill-bniedem ta’ post jew ta’ reġjun speċjalment b’mod li juri l-pożizzjonijiet relattivi u l-elevazzjoni tagħhom) permezz tal-użu ta’ sensuri tal-immaġni;
“reġistrazzjoni” tfisser l-azzjoni amministrattiva mwettqa mill-operatur fejn bdot jipparteċipa fil-programm tal-EBT tal-operatur;
“bdot irreġistrat” tfisser il-bdot li jipparteċipa fil-programm ta’ taħriġ rikorrenti tal-EBT;
“ekwivalenza tal-approċċi” tfisser l-approċċi kollha li jpoġġu domanda addizzjonali fuq ekwipaġġ profiċjenti irrispettivament minn jekk jintużawx jew le fil-moduli tal-EBT;
“ekwivalenza tal-ħsarat” tfisser il-ħsarat kollha li jpoġġu domanda sinifikanti fuq ekwipaġġ profiċjenti irrispettivament minn jekk jintużawx jew le fil-moduli tal-EBT;
“fażi ta’ evalwazzjoni” tfisser waħda mill-fażijiet ta’ modulu tal-EBT li hija xenarju ta’ titjir orjentat lejn it-titjir tal-linja tal-ajru, li tirrappreżenta l-ambjent tal-operatur li matulu jkun hemm okkorrenza waħda jew aktar biex jiġu evalwati l-elementi ewlenin tal-qafas ta’ kompetenza definit;
“taħriġ ibbażat fuq l-evidenza (EBT)” tfisser valutazzjoni u taħriġ ibbażati fuq data operattiva li hija kkaratterizzata mill-iżvilupp u mill-valutazzjoni tal-kapaċità ġenerali ta’ bdot f’firxa ta’ kompetenzi (qafas ta’ kompetenza) aktar milli mill-kejl tal-prestazzjoni f’avvenimenti jew f’manuvri individwali;
“żona ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali (FATO)” tfisser żona ddefinita għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter, li ‘l fuq minnha titlesta l-fażi finali tal-manuvra ta’ avviċinament għat-titjir kważi stazzjonarju jew għall-inżul, u minn fejn tinbeda l-manuvra tat-tlugħ. Fil-każ ta’ ħelikopters li joperaw fil-kategorija tal-prestazzjoni 1, iż-żona ddefinita tinkludi ż-żona disponibbli għal tlugħ interrott;
“membru tal-ekwipaġġ tat-titjira” tfisser membru tal-ekwipaġġ liċenzjat inkarigat bi dmirijiet essenzjali għall-operat ta'inġenju tal-ajru waqt perjodu ta' servizz ta' titjir;
“parti tal-avviċinament finali (FAS)” tfisser dik il-parti ta’ proċedura ta’ avviċinament bl-istrumenti (IAP) li fiha jitwettqu l-allinjament u l-inżul għall-inżul;
“il-monitoraġġ tad-dejta tat-titjir (FDM)” tfisser l-użu proattiv u mhux punittiv ta’ dejta diġitali tat-titjir minn operazzjonijiet ta’ rutina biex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni;
“uffiċjal tal-operazzjonijiet tat-titjir” jew “dispatcher tat-titjira” tfisser persuna magħżula mill-operatur biex tinvolvi ruħha fil-kontroll u s-superviżjoni tal-operazzjonijiet tat-titjir, li hija kkwalifikata kif xieraq, li tappoġġa, permezz ta' struzzjonijiet jew għajnuna, jew tat-tnejn, lill-bdot fil-kmand fit-twettiq sikur tat-titjira;
“reġistratur tad-data tat-titjira (FDR)” tfisser reġistratur tat-titjira protett f'każ ta' ħabta li juża taħlita ta' sorsi ta' data biex jiġbor u jirreġistra parametri li jirriflettu l-istat u l-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
“reġistratur tat-titjira” tfisser kull tip ta' reġistratur installat fl-inġenju tal-ajru sabiex jiffaċilita l-investigazzjonijiet tas-sikurezza f'każ ta' aċċident jew inċident
“segwitu tat-titjira” tfisser ir-reġistrazzjoni f’ħin reali tal-messaġġi tat-tluq u tal-wasla mill-persunal operazzjonali sabiex jiġi żgurat li titjira tkun qed topera u tkun waslet fl-ajrudrom tad-destinazzjoni jew f’ajrudrom alternattiv;
“monitoraġġ tat-titjira” tfisser, minbarra r-rekwiżiti definiti għat-titjira li ġejja:
il-monitoraġġ operazzjonali tat-titjiriet minn persunal kwalifikat b’mod xieraq għall-kontroll operazzjonali mit-tluq u tul il-fażijiet kollha tat-titjira;
il-komunikazzjoni tal-informazzjoni kollha disponibbli u rilevanti dwar is-sikurezza bejn il-persunal għall-kontroll operazzjonali fuq l-art u l-ekwipaġġ tat-titjira; u
assistenza kritika lill-ekwipaġġ tat-titjira fil-każ ta’ emerġenza jew ta’ problema ta’ sigurtà matul it-titjira, jew fuq talba tal-ekwipaġġ tat-titjira;
“tagħmir għat-taħriġ fis-simulazzjoni tat-titjir (FSTD)” tfisser tagħmir tat-taħriġ li huwa:
fil-każ tal-ajruplani, simulatur ta’ titjira sħiħa (FFS), tagħmir għat-taħriġ fit-titjir (FTD), tagħmir għat-taħriġ fil-proċeduri tat-titjir u tan-navigazzjoni (FNPT) jew tagħmir bażiku għat-taħriġ fl-istrumenti (BITD);
fil-każ tal-ħelikopters, simulatur ta’ titjira sħiħa (FFS), tagħmir għat-taħriġ fit-titjir (FTD) jew tagħmir għat-taħriġ fil-proċeduri tat-titjir u tan-navigazzjoni (FNPT);
“ħin tat-titjira” tfisser:
għall-ajruplani, il-ħin totali mill-mument li ajruplan jiċċaqlaq għall-ewwel darba għall-fini ta’ tlugħ sal-mument li l-ajruplan finalment jieqaf fi tmiem it-titjira;
għall-ħelikopters, il-ħin totali minn meta l-iskrejjen tal-ħelikopter jibdew iduru għall-fini ta’ tlugħ sakemm il-ħelikopter finalment jieqaf fi tmiem it-titjira, u jitwaqqfu l-iskrejjen;
“għassa tat-titjira” tfisser, minbarra l-elementi kollha ddefiniti għall-“monitoraġġ tat-titjira”, l-ittrekkjar attiv ta’ titjira minn persunal għall-kontroll operazzjonali kwalifikat kif xieraq matul il-fażijiet kollha tat-titjira sabiex jiġi żgurat li t-titjira tkun qed issegwi r-rotta predefinita tagħha mingħajr devjazzjonijiet, diverżjonijiet jew dewmien mhux ippjanati;
▼M20 —————
“sistema tal-inżul GBAS (GLS)” tfisser sistema ta’ avviċinament tal-inżul li tuża informazzjoni miġbura permezz ta’ sistema bis-satellita għan-navigazzjoni globali awmentata bbażata fuq l-art (GNSS/GBAS), biex tiggwida l-inġenju tal-ajru abbażi tal-pożizzjoni laterali u vertikali tal-GNSS tiegħu. Din is-sistema tuża referenza ġeometrika tal-altitudni għall-pendil tal-avviċinament finali tagħha;
“avviċinament b’tidwira” tfisser tranżizzjoni minn operazzjoni ta’ avviċinament għal tlugħ stabbilizzat. Dan jinkludi manuvri mwettqa fl-MDA/H jew fid-DA/H jew ogħla, jew taħt id-DA/H (inżul interrott);
“persunal li jipprovdi servizzi ta’ emerġenza fuq l-art” tfisser kwalunkwe persunal li jipprovdi servizzi ta’ emerġenza fuq l-art (bħal pereżempju l-pulizija, il-pompiera, eċċ), li huwa involut fis-servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter (HEMSs) u li l-kompiti tiegħu huma rilevanti, bi kwalunkwe mod, għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter;
“iż-żamma fuq l-art” tfisser il-projbizzjoni formali ta’inġenju tal-ajru milli jitlaq u t-teħid ta’ dawk il-passi li jkunu meħtieġa għal dan il-għan;
“sistema ta’ wiri waqt l-inżul fil-livell tal-għajnejn (HUDLS)” tfisser is-sistema totali abbord li tipprovdi gwida fil-livell tal-għajnejn għall-bdot biex il-bdot ikun jista’ jew jikkontrolla l-inġenju tal-ajru jew jimmonitorja l-awtopilota matul it-tlugħ (jekk applikabbli), l-avviċinament u l-inżul (u r-roll-out jekk applikabbli), jew l-avviċinament b’tidwira. Din is-sistema tinkludi s-sensers, il-kompjuters, il-provvisti tal-enerġija, l-indikazzjonijiet u l-kontrolli kollha;
▼M21 —————
▼M14 —————
“membru tal-ekwipaġġ f’operazzjoni ta’ rfigħ bil-ħelikopter (HHO)” tfisser membru tal-ekwipaġġ tekniku li jaqdi l-kompiti assenjati lilu marbutin mal-operazzjoni tal-irfigħ;
“pjattaforma għall-ħelikopters” tfisser FATO li tinsab fuq struttura li żżomm f’wiċċ l-ilma jew fuq struttura fissa lil hinn mill-kosta;
“membru tal-ekwipaġġ tal-HEMS” tfisser membru tal-ekwipaġġ tekniku li jkun assenjat f’titjira tal-HEMS bil-għan li jieħu ħsieb kull persuna li jkollha bżonn ta’ għajnuna medika waqt li tkun qiegħda tinġarr fuq il-ħelikopter u li jgħin lill-bdot waqt il-missjoni;
“titjira tal-HEMS” tfisser titjira b’ħelikopter li jopera skont approvazzjoni tal-HEMS, li jkollha l-għan li tiffaċilita l-assistenza medika ta’ emerġenza, f’każ fejn it-trasport rapidu u immedjat ikun essenzjali, billi ġġorr:
persunal mediku;
provvisti mediċi (tagħmir mediku, demm, organi, mediċini); jew
persuni morda jew imweġġgħin u persuni oħra li jkunu kkonċernati b’mod dirett;
“bażi operattiva tal-HEMS” tfisser ajrudrom li fih il-membri tal-ekwipaġġ tal-HEMS u l-ħelikopter tal-HEMS jistgħu jkunu qed jistennew għall-operazzjonijiet tal-HEMS;
“sit tal-operat tal-HEMS” tfisser sit magħżul mill-kmandant waqt titjira tal-HEMS għall-operazzjonijiet ta’ rfigħ bil-ħelikopter u għall-inżul u t-tlugħ;
“titjira tal-HHO” tfisser titjira b’ħelikopter li jopera skont approvazzjoni tal-HHO, li jkollha l-għan li tiffaċilita t-trasferiment ta’ persuni u/jew ta’ merkanzija permezz tal-irfigħ bil-ħelikopter;
“HHO lil hinn mill-kosta” tfisser titjira b’ħelikopter li jopera skont approvazzjoni tal-HHO, li jkollha l-għan li tiffaċilita t-trasferiment ta’ persuni u/jew ta’ merkanzija permezz tal-irfigħ bil-ħelikopter minn jew lejn bastiment jew struttura li tinsab f’żona tal-baħar jew lejn il-baħar stess;
“passiġġier ta’ HHO” tfisser persuna li għandha tiġi ttrasferita permezz tal-irfigħ bil-ħelikopter;
“sit ta’ HHO” tfisser żona speċifika li fiha ħelikopter iwettaq trasferiment bl-irfigħ;
“ħin taż-żamma (HoT)” tfisser il-ħin stmat li fih il-fluwidu ta’ kontra l-formazzjoni tas-silġ jipprevjeni l-formazzjoni tas-silġ u tal-ġlata u l-akkumulazzjoni tal-borra fuq l-uċuħ protetti (ttrattati) tal-ajruplan;
“ambjent ostili” tfisser:
żona li fiha:
ma jistax jitwettaq inżul ta' emerġenza sikur minħabba li l-wiċċ mhuwiex adegwat; jew
l-okkupanti tal-ħelikopter ma jistgħux jiġu protetti b'mod adegwat mill-elementi; jew
ir-rispons/il-kapaċità ta' tiftix u salvataġġ mhumiex ipprovduti b'mod konsistenti mal-esponiment antiċipat; jew
ikun hemm riskju mhux aċċettabbli li jiġu pperikolati persuni jew proprjetà li jinsabu fuq l-art;
fi kwalunkwe każ, iż-żoni li ġejjin:
fil-każ ta' operazzjonijiet fuq il-baħar, iż-żona tal-baħar miftuħ fit-Tramuntana ta' 45N u fin-Nofsinhar ta' 45S, sakemm kwalunkwe Parti mhix nominata bħala partijiet mhux ostili mill-awtorità responsabbli tal-Istat li fih iseħħu l-operazzjonijiet; kif ukoll
dawk il-partijiet ta' żona kkonġestjonata li m'għandhomx żoni adegwati għal inżul ta' emerġenza sikur;
“human–machine interface (HMI) (interfaċċa bniedem-magna)” tfisser komponent ta' ċertu tagħmir li huwa kapaċi jittratta l-interazzjonijiet bejn il-bniedem u l-magna. L-interfaċċa tikkonsisti f'ħardwer u softwer li jippermettu li l-inputs tal-utenti jiġu interpretati u pproċessati minn magni jew sistemi li, min-naħa tagħhom, jipprovdu r-riżultati meħtieġa lill-utent;
“tagħlim fis-sit” tfisser teknika użata fil-fażi ta’ taħriġ tal-manuvri jew fil-fażi ta’ taħriġ ibbażat fuq ix-xenarji, fejn l-għalliema jistgħu:
jipprovdu struzzjonijiet sempliċi lil bdot wieħed; jew
iwettqu eżerċizzji predeterminati filwaqt li jaġixxu, f’sit ta’ pilota, bħala bdot itir (PF) jew bdot ta’ monitoraġġ (PM) għal:
il-wiri ta’ tekniki; u/jew
t-tqanqil tal-bdot l-ieħor biex jintervjeni jew jinteraġixxi;
“il-konkordanza tal-għalliem” tfisser il-konsistenza jew l-istabbiltà ta’ punteġġi bejn għalliema differenti tal-EBT li jagħti punteġġ (jew punteġġi) ta’ kemm hemm omoġeneità, jew kunsens, fil-klassifikazzjonijiet mogħtija mill-għalliema (il-klassifikaturi);
“operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti” tfisser avviċinament u nżul bl-użu ta’ strumenti għal gwida għan-navigazzjoni bbażata fuq proċedura ta’ avviċinament bl-istrumenti (IAP). Hemm żewġ metodi għat-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti:
operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti bidimensjonali (2D), bl-użu ta’ gwida għan-navigazzjoni laterali biss; u
operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti tridimensjonali (3D), bl-użu ta’ gwida għan-navigazzjoni kemm laterali kif ukoll vertikali;
“proċedura ta’ avviċinament bl-istrumenti (IAP)” tfisser sensiela ta’ manuvri determinati minn qabel b’referenza għal strumenti tat-titjir bi protezzjoni speċifikata minn ostakoli mill-punt tal-avviċinament inizjali jew, fejn ikun applikabbli, mill-bidu ta’ rotta tal-wasla definita sa punt minn fejn jista’ jiġi kkompletat l-inżul u wara, jekk l-inżul ma jiġix ikkompletat, sa pożizzjoni li fiha japplikaw kriterji ta’ distanza mill-ostakoli f’punt ta’ stennija jew waqt ir-rotta. L-IAPs huma klassifikati kif ġej:
proċedura ta’ avviċinament mhux ta’ preċiżjoni (NPA), li tfisser IAP iddisinjata għal operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti 2D tat-Tip A;
proċedura ta’ avviċinament bi gwida vertikali (APV) tfisser IAP għan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN) iddisinjata għal operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti 3D tat-Tip A;
proċedura ta’ avviċinament ta’ preċiżjoni (PA) tfisser IAP ibbażata fuq sistemi ta’ navigazzjoni ddisinjata għal operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti 3D tat-Tip A jew B;
“punt ta’ deċiżjoni għall-inżul (LDP)” tfisser il-punt użat biex tiġi stabbilita l-prestazzjoni waqt l-inżul li minnu jista’ jitkompla b’mod sikur l-inżul jew jinbeda nżul interrott, meta tkun ġiet innutata ħsara fil-maġna f’dak il-punt;
“distanza tal-inżul fil-ħin tal-wasla (LDTA)” tfisser distanza tal-inżul li tista' tinkiseb f'operazzjonijiet normali abbażi ta' data dwar il-prestazzjoni tal-inżul u l-proċeduri assoċjati stabbiliti għall-kundizzjonijiet prevalenti fil-ħin tal-inżul;
“id-distanza disponibbli tal-inżul (LDA)” tfisser it-tul tar-runway li hu ddikjarat bħala disponibbli mill-Istat tal-ajrudrom u li jkun xieraq għall-ġirja ta’ fuq l-art ta’ ajruplan li jkun qed jillandja;
“ajruplan tal-art” tfisser inġenju tal-ajru bi ġwienaħ fissi li hu ddisinjat għal tlugħ u nżul minn fuq l-art u li jinkludi l-ajruplani anfibji operati bħala ajruplani tal-art;
“xenarju ta’ titjir orjentat lejn it-titjir tal-linja tal-ajru” tfisser il-valutazzjoni u t-taħriġ li jinvolvu simulazzjoni realistika, “fil-ħin reali”, tal-missjoni sħiħa ta’ xenarji li huma rappreżentattivi tal-operazzjonijiet tat-titjir tal-linja tal-ajru;
“kontroll tat-titjir tal-linja tal-ajru” tfisser kontroll imwettaq mill-operatur u jitlesta mill-bdot jew mill-membru tal-ekwipaġġ tekniku biex juri kompetenza fit-twettiq tal-operazzjonijiet tal-linja normali deskritti fil-manwal tal-operat;
“operazzjoni lokali bil-ħelikopter (LHO)” tfisser operazzjoni tat-trasport kummerċjali bl-ajru b’ħelikopters li għandhom massa massima ċċertifikata waqt it-tlugħ (MCTOM) ta’ iktar minn 3 175 kilogramma u konfigurazzjoni massima operattiva ta’ sits tal-passiġġieri (MOPSC) ta’ disa’ sits jew inqas, matul il-jum, fuq rotot innavigati b’referenza għal għeliem viżwali, li jitwettqu f’żona ġeografika lokali u ddefinita speċifikata fil-manwal tal-operat;
“operazzjonijiet f’viżibbiltà baxxa (LVOs)” tfisser operazzjonijiet ta’ avviċinament jew ta’ tlugħ fuq runway b’medda viżwali tar-runway ta’ inqas minn 550 m jew b’għoli tad-deċiżjoni ta’ inqas minn 200 pied;
“tlugħ f’viżibbiltà baxxa (LVTO)” tfisser tlugħ b’RVR ta’ inqas minn 550 m;
▼M21 —————
“titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni (‘MCF’)” tfisser titjira ta' inġenju tal-ajru b'ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew b'permess għat-titjir li titwettaq għal skopijiet ta' sejbien ta' problemi jew biex jiġi kkontrollat il-funzjonament ta' sistema, partijiet jew tagħmir wieħed jew aktar wara l-manutenzjoni, jekk il-funzjonament tas-sistemi, partijiet jew tagħmir ma jistax jiġi stabbilit matul il-kontrolli fuq l-art u li titwettaq fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
kif meħtieġ skont il-manwal tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru (“AMM”) jew kwalunkwe data oħra ta' manutenzjoni maħruġa minn detentur tal-approvazzjoni tad-disinn li jkun responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru;
wara l-manutenzjoni, kif mitlub mill-operatur jew propost mill-organizzazzjoni responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru;
kif mitlub mill-organizzazzjoni ta' manutenzjoni għall-verifika ta' rettifika ta' difett b'suċċess;
għal-għajnuna f'iżolazzjoni jew individwazzjoni ta' problemi;
“fażi ta’ taħriġ tal-manuvri” tfisser fażi ta’ modulu tal-EBT li matulha, skont il-ġenerazzjoni tal-inġenju tal-ajru, l-ekwipaġġ ikollu żmien biex jipprattika u jtejjeb il-prestazzjoni f’eżerċizzji prinċipalment ibbażati fuq ħiliet psikomotorji bil-kisba ta’ rotta tat-titjira preskritta jew permezz tat-twettiq ta’ avveniment preskritt għal riżultat preskritt;
“programm imħallat tal-EBT” tfisser programm ta’ taħriġ u kontroll rikorrenti ta’ operatur skont il-punt ORO.FC.230, li porzjon minnu huwa ddedikat għall-applikazzjoni tal-EBT iżda li ma jissostitwixxix il-kontrolli tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011;
“il-konfigurazzjoni massima operattiva ta’ sits tal-passiġġieri (MOPSC)” tfisser il-kapaċità massima ta’ sits tal-passiġġieri ta’ inġenju tal-ajru partikulari, minbarra s-sits tal-ekwipaġġ, stabbilita għal skopijiet operattivi u speċifikata fil-manwal tal-operat. Jekk wieħed jieħu bħala punt ta’ referenza l-konfigurazzjoni massima ta’ sits tal-passiġġieri stabbilita matul il-proċess ta’ ċertifikazzjoni mwettaq għaċ-ċertifikat tat-tip (TC), għaċ-ċertifikat tat-tip supplimentari (STC) jew għal bidla fit-TC jew fis-STC, skont xi jkun rilevanti għall-inġenju tal-ajru partikulari, il-MOPSC tista’ tistabbilixxi l-istess numru ta’ sits jew numru iktar baxx, skont il-limitazzjonijiet operattivi;
“passiġġier mediku” tfisser persuna medika li tinġarr f’ħelikopter matul titjira tal-HEMS, u tinkludi tobba, infermiera u paramediċi, iżda mhix limitata għalihom;
“kundizzjoni minuri ta' nuqqas ta' funzjoni” tfisser kundizzjoni ta' ħsara li ma tnaqqasx is-sikurezza tal-inġenji tal-ajru b'mod sinifikanti, u li tinvolvi azzjonijiet tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkunu kapaċi jagħmlu b'mod tajjeb ħafna;
“użu ħażin ta' sustanzi” tfisser l-użu ta' sustanza psikoattiva waħda jew aktar mill-ekwipaġġ tat-titjira, mill-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina u minn persunal ieħor sensittiv mil-lat tas-sikurezza b'mod li:
jikkostitwixxi periklu dirett għall-utent jew jipperikola l-ħajjiet, is-saħħa jew il-benesseri ta' oħrajn, u/jew
jikkawża jew jaggrava problema jew disturb okkupazzjonali, soċjali, mentali jew fiżiku;
“altitudni minima tal-inżul (MDA) jew għoli minimu tal-inżul (MDH)” tfisser altitudni jew għoli speċifikat f’operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti 2D jew f’operazzjoni ta’ avviċinament ta’ dawran li taħtha l-inżul ma jridx isir mingħajr ir-referenza viżwali meħtieġa;
“lejl” tfisser il-perjodu bejn tmiem il-għabex ċivili ta’ filgħaxija u l-bidu tal-għabex ċivili ta’ filgħodu, jew perjodu ieħor bħal dan bejn inżul ix-xemx u t-tlugħ tagħha, kif preskritt mill-awtorità x-xierqa u kif iddefinit mill-Istat Membru;
“nuċċali għall-viżjoni billejl (NVG)” tfisser apparat b’żewġ lentijiet li jintensifika d-dawl u li jintlibes mar-ras, li jtejjeb il-kapaċità li jinżammu referenzi viżwali fuq wiċċ l-art matul il-lejl;
“sistema ta’ immaġni għall-viżjoni billejl (NVIS)” tfisser l-integrazzjoni tal-elementi kollha meħtieġa biex in-NVGs jintużaw b’suċċess u b’mod sikur waqt li jkun qed jitħaddem ħelikopter. Is-sistema tinkludi mill-inqas in-NVGs, id-dawl tan-NVIS, il-komponenti tal-ħelikopter, it-taħriġ u l-ajrunavigabbilità kontinwa;
“ambjent mhux ostili” tfisser ambjent li fih:
jista’ jitwettaq inżul ta’ emerġenza sikur;
l-okkupanti tal-ħelikopter jistgħu jiġu protetti mill-elementi; u
ir-rispons/il-kapaċità ta’ tiftix u salvataġġ huma pprovduti b’mod konsistenti mal-esponiment antiċipat.
Fi kwalunkwe każ, dawk il-partijiet ta’ żona kkonġestjonata li jkollhom żoni adegwati għal inżul ta’ emerġenza sikur għandhom jitqiesu bħala partijiet mhux ostili;
▼M21 —————
“membru tal-ekwipaġġ tan-NVIS” tfisser membru tal-ekwipaġġ tekniku assenjat għal titjira bin-NVIS;
“titjira bin-NVIS” tfisser titjira li titwettaq b’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali (VMC) ta’ billejl li matulha l-ekwipaġġ tat-titjira juża n-NVGs f’ħelikopter li jkun qed jopera skont approvazzjoni tan-NVIS;
“altitudni tad-distanza mill-ostakli (OCA) jew għoli tad-distanza mill-ostakli (OCH)” tfisser l-altitudni l-aktar baxxa jew l-għoli l-aktar baxx ’il fuq mill-elevazzjoni tal-limitu rilevanti tar-runway jew l-elevazzjoni tal-ajrudrom, kif applikabbli, użat(a) biex tiġi stabbilita l-konformità mal-kriterji xierqa ta’ distanza mill-ostakli;
“operazzjoni lil hinn mill-kosta” tfisser operazzjoni b'ħelikopter li għandha proporzjon sostanzjali ta' kwalunkwe titjira mwettqa fuq żoni ta' baħar miftuħ lejn jew minn post lil hinn mill-kosta;
“post lil hinn mill-kosta” tfisser faċilità maħsuba biex tintuża għal operazzjonijiet bil-ħelikopter fuq struttura li żżomm f'wiċċ l-ilma jew fuq struttura fissa lil hinn mill-kosta jew bastiment;
“żona f'baħar miftuħ” tfisser żona tal-ilma lejn il-baħar mill-kosta;
“sit tal-operat” tfisser sit, minbarra ajrudrom, magħżul mill-operatur jew mill-bdot fil-kmand jew mill-kmandant għall-inżul, it-tlugħ u/jew l-operazzjonijiet ta’ tagħbija esterna;
“operazzjoni fil-kategorija tal-prestazzjoni 1” tfisser operazzjoni li fiha, f’każ li tiżviluppa ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ikun jista’ jinżel fid-distanza disponibbli għal tlugħ interrott jew ikun jista’ jkompli bit-titjira b’mod sikur sa żona tal-inżul xierqa, skont meta tiżviluppa l-ħsara;
“operazzjoni fil-kategorija tal-prestazzjoni 2” tfisser operazzjoni li fiha, f’każ li tiżviluppa ħsara fil-magna kritika, ikun hemm prestazzjoni disponibbli biex il-ħelikopter ikun jista’ jkompli bit-titjira b’mod sikur, ħlief meta l-ħsara tiżviluppa kmieni matul il-manuvra tat-tlugħ jew tard waqt il-manuvra tal-inżul, f’liema każijiet jista’ jkun meħtieġ inżul ta’ emerġenza;
“operazzjoni fil-kategorija tal-prestazzjoni 3” tfisser operazzjoni li fiha, f’każ li tiżviluppa ħsara fil-magna fi kwalunkwe ħin waqt it-titjira, jista’ jkun meħtieġ inżul ta’ emerġenza fil-każ ta’ ħelikopter b’diversi magni u jkun meħtieġ inżul ta’ emerġenza fil-każ ta’ ħelikopter b’magna waħda;
“kontroll operattiv” tfisser ir-responsabbiltà għall-għoti ta’ bidu għal titjira jew għall-kontinwazzjoni, għat-terminazzjoni jew għad-devjazzjoni tagħha fl-interess tas-sikurezza;
“kreditu operattiv” tfisser kreditu għal operazzjonijiet b’inġenju tal-ajru avvanzat li jippermetti minimi operattivi aktar baxxi tal-ajrudrom milli normalment jiġu stabbiliti mill-operatur għal inġenju tal-ajru bażiku, abbażi tal-prestazzjoni ta’ sistemi avvanzati tal-inġenji tal-ajru li jużaw l-infrastruttura esterna disponibbli. Minimi operattivi aktar baxxi jistgħu jinkludu għoli/altitudni tad-deċiżjoni aktar baxxa jew għoli/altitudni minimu tal-inżul, rekwiżiti ta’ viżibbiltà mnaqqsa jew faċilitajiet ta’ fuq l-art imnaqqsa jew kombinazzjoni ta’ dawn;
“kontroll tal-profiċjenza tal-operatur” tfisser kontroll imwettaq mill-operatur u mwettaq mill-bdot jew mill-membru tal-ekwipaġġ tekniku biex juri kompetenza fit-twettiq ta’ proċeduri normali, mhux normali u ta’ emerġenza;
“ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni A” tfisser ajruplani b’diversi magni li jaħdmu b’turboskrun, li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits jew li jkollhom massa massima waqt it-tlugħ li taqbeż il-5 700 kilogramma, kif ukoll l-ajruplani kollha li jaħdmu b’diversi magni turboġett;
“ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B” tfisser ajruplani li jaħdmu b’magni bl-iskrejjen, li jkollhom MOPSC ta’ disa’ sits jew inqas u li jkollhom massa massima waqt it-tlugħ ta’ 5 700 kilogramma jew inqas;
“ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni Ċ” tfisser ajruplani li jaħdmu b’magni bil-pistuni, li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits jew li jkollhom massa massima waqt it-tlugħ li taqbeż il-5 700 kilogramma;
“sistema ta' apparat għall-ġarr ta' persunal (PCDS)” tfisser sistema li tinkludi apparat(i) li jkunu(u) jew imwaħħal/imwaħħlin ma' parank jew ma' ganċ tal-merkanzija jew immuntat(i) fuq l-inġenju tal-ajru bir-rotors waqt operazzjonijiet ta' rfigħ ta' merkanzija umana esterna (HEC) jew ta' rfigħ bil-ħelikopter (HHO). L-apparati jkollhom il-kapaċità strutturali u l-karatteristiċi meħtieġa biex iġorru l-okkupanti minn barra lejn il-ħelikopter eż. harness tas-sigurtà bi jew mingħajr rilaxx ta' malajr u ċinga b'anell konnettur, basket jew gaġġa riġidi;
“sistema ta' apparat sempliċi għall-ġarr ta' persunal (‘PCDS sempliċi’)” tfisser PCDS li tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikun iddisinjat biex iġorr mhux aktar minn persuna waħda biss (pereżempju, operatur tal-parank jew tal-ganċ tal-merkanzija, speċjalist fil-kompitu jew fotografu) fil-kabina, jew biex iġorr mhux aktar minn żewġ persuni barra mill-kabina;
mhux struttura riġida bħal gaġġa, pjattaforma jew basket;
“il-bdot fil-kmand” tfisser il-bdot maħtur biex ikun fil-kmand u li huwa inkarigat iwettaq it-titjira b’mod sikur. Għall-għanijiet tal-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru, il-“bdot fil-kmand” għandu jissejjaħ il-“kmandant”;
“EFB portabbli” tfisser pjattaforma ospitanti portabbli tal-EFB, użata fil-kabina tal-bdot, li ma tkunx parti mill-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru ċċertifikat;
“portable electronic device (PED) (tagħmir elettroniku portabbli)” tfisser kwalunkwe tip ta' apparat elettroniku, tipikament tal-konsumatur iżda mhux limitat għal dan, li jittella' abbord l-inġenju tal-ajru mill-membri tal-ekwipaġġ, mill-passiġġieri, jew bħala parti mill-merkanzija, li ma jkunx inkluż fil-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru ċċertifikat. Dan jinkludi t-tagħmir kollu li jista' jikkonsma l-enerġija elettrika. L-enerġija elettrika tista' tiġi pprovduta minn sorsi interni bħall-batteriji (li jistgħu jiġu ċċarġjati jew dawk li ma jistgħux jiġu ċċarġjati mill-ġdid) jew l-apparati jistgħu wkoll jiġu konnessi ma' sorsi speċifiċi tal-enerġija tal-inġenju tal-ajru;
“il-post prinċipali tan-negozju” tfisser l-uffiċċju ewlieni jew l-uffiċċju rreġistrat tal-organizzazzjoni li fih jitwettqu l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operattiv tal-attivitajiet imsemmija f’dan ir-Regolament;
“il-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa” tfisser l-allokazzjoni ta’ parti adegwata mill-għadd totali ta’ spezzjonijiet fir-rampa mwettqin minn awtorità kompetenti jew f’isimha fuq bażi annwali kif previst fil-Parti msejħa “ARO”;
“profiċjenti” tfisser li jkunu ntwerew il-ħiliet, l-għarfien u l-attitudnijiet meħtieġa biex jitwettaq kull kompitu definit skont l-istandard preskritt;
“sustanzi psikoattivi” tfisser alkoħol, opjojdi, kannabinojdi, sedattivi u ipnotiċi, kokaina, psikostimulanti oħrajn, alluċinoġeni u solventi volatili, bl-eċċezzjoni tal-kafeina u t-tabakk;
“sit ta’ interess pubbliku (PIS)” tfisser sit li jintuża esklużivament għal operazzjonijiet li huma fl-interess pubbliku;
“spezzjoni fir-rampa” tfisser l-ispezzjoni tal-inġenji tal-ajru, tal-kwalifiki tal-ekwipaġġ tal-kabina u tal-ekwipaġġ tat-titjira u tad-dokumentazzjoni tat-titjira sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli;
“intervall tar-rettifika” tfisser limitazzjoni fuq it-tul ta’ żmien tal-operazzjonijiet imwettqin b’tagħmir li ma jaħdimx;
“id-distanza disponibbli għal tlugħ interrott (RTODAH)” tfisser it-tul taż-żona ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali ddikjarata bħala disponibbli u xierqa għall-ħelikopters operati fil-kategorija tal-prestazzjoni 1 biex fiha jikkompletaw tlugħ interrott;
“id-distanza meħtieġa għal tlugħ interrott (RTODRH)” tfisser id-distanza orizzontali meħtieġa mill-bidu tat-tlugħ sal-punt li fih il-ħelikopter jieqaf għal kollox wara ħsara fil-magna u l-interruzzjoni tat-tlugħ fil-punt ta’ deċiżjoni tat-tlugħ;
“speċifikazzjoni tal-prestazzjoni tan-navigazzjoni meħtieġa (RNP)” tfisser speċifikazzjoni tan-navigazzjoni għall-operazzjonijiet PBN li tinkludi rekwiżit ta' monitoraġġ u twissija tal-prestazzjoni tan-navigazzjoni abbord;
“regoli tal-ajru” tfisser ir-regoli stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 ( 6 );
“rapport dwar il-kundizzjoni tar-runway (RCR)” tfisser rapport komprensiv standardizzat relatat mal-kundizzjonijiet tas-superfiċje tar-runway u l-effett tagħhom fuq il-prestazzjoni tal-inżul u t-tluq tal-ajruplan, deskritt permezz tal-kodiċi tal-kundizzjonijiet tar-runway;
“il-medda viżwali tar-runway (RVR)” tfisser id-distanza sa fejn il-bdot ta’ inġenju tal-ajru li jkun jinsab fuq il-linja taċ-ċentru ta’ runway jista’ jara l-marki ta’ wiċċ ir-runway jew id-dwal li jimmarkaw it-truf tar-runway jew li jidentifikaw il-linja taċ-ċentru tagħha;
“inżul sikur” tfisser, fil-kuntest tal-politika dwar il-fjuwil/l-enerġija jew tal-iskemi tal-fjuwil/tal-enerġija, inżul f’ajrudrom jew f’sit tal-operat xieraq b’mhux inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali li jifdal u f’konformità mal-proċeduri operazzjonali applikabbli u mal-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom;
“inżul ta’ emerġenza sikur” tfisser inżul inevitabbli jew inżul ta’ emerġenza inevitabbli kkontrollat fl-ilma li fih, b’mod raġonevoli, il-persuni li jinsabu fl-inġenju tal-ajru jew fuq l-art jew l-ilma ma jkunux mistennija jweġġgħu;
“persunal sensittiv mil-lat tas-sikurezza” tfisser persuni li jistgħu jipperikolaw is-sikurezza tal-avjazzjoni jekk iwettqu d-dmirijiet u l-funzjonijiet tagħhom b'mod mhux xieraq, li jinkludu l-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-ekwipaġġ tal-kabina, il-persunal tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru u l-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru;
“fażi ta’ taħriġ ibbażat fuq xenarju” tfisser fażi ta’ modulu tal-EBT li tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ kompetenzi, filwaqt li l-bdot ikun imħarreġ biex itaffi r-riskji l-aktar kritiċi identifikati għall-ġenerazzjoni tal-inġenju tal-ajru. Jenħtieġ li tinkludi l-ġestjoni ta’ theddid speċifiku għall-operatur u ta’ żbalji f’ambjent orjentat lejn il-linja tal-ajru f’ħin reali;
“idroplan” tfisser inġenju tal-ajru bi ġwienaħ fissi li hu ddisinjat għal tlugħ u nżul fuq l-ilma u li jinkludi l-ajruplani anfibji operati bħala idroplani;
“runways separati” tfisser runways li jinsabu fl-istess ajrudrom li huma wċuħ tal-inżul separati. Dawn ir-runways jistgħu jgħattu lil xulxin jew jaqsmu minn fuq xulxin b’tali mod li jekk waħda minnhom tkun imblukkata, dan ma jżommx it-tipi ta’ operazzjonijiet ippjanati milli jitwettqu fuq ir-runway l-oħra. Kull runway għandu jkollha proċedura separata ta’ avviċinament ibbażata fuq għajnuna separata għan-navigazzjoni;
“runway tax-xitwa ppreparata apposta” tfisser runway b'superfiċje iffriżata u niexfa ta' borra kumpatta jew silġ li ġie trattat bir-ramel jew żrar jew ġie trattat mekkanikament biex tittejjeb il-frizzjoni tar-runway;
“titjira speċjali tal-VFR” tfisser titjira tal-VFR awtorizzata mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru biex topera f’żona tal-kontroll f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi li huma inqas mill-VMC;
“avviċinament stabbilizzat (SAp)” tfisser avviċinament li jsir b’mod ikkontrollat u xieraq f’dak li għandu x’jaqsam mal-konfigurazzjoni, l-enerġija u l-kontroll tal-passaġġ tat-titjira minn punt jew altitudni/għoli stabbilit minn qabel sa punt li jkun 50 pied ‘il fuq mil-limitu jew sal-punt minn fejn tinbeda l-manuvra tal-“flare” jekk dan ikun ogħla;
“kompartiment sterili tal-ekwipaġġ tat-titjira” ifisser kwalunkwe perjodu ta' ħin li fih il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira ma jkunux disturbati jew distratti, ħlief għal kwistjonijiet li jkunu kritiċi għas-sikurezza tal-operat tal-inġenju tal-ajru jew għas-sikurezza tal-okkupanti;
“ajrudrom alternattiv għat-tlugħ” tfisser ajrudrom alternattiv li fih l-inġenju tal-ajru jista’ jillandja jekk dan ikun meħtieġ ftit wara t-tlugħ u f’każ li ma jkunx jista’ jintuża l-ajrudrom tat-tluq;
“punt ta’ deċiżjoni tat-tlugħ (TDP)” tfisser il-punt użat biex tiġi stabbilita l-prestazzjoni tat-tlugħ li minnu jista’ jew isir tlugħ interrott, jew jitkompla b’mod sikur it-tlugħ, meta tkun ġiet innutata ħsara fil-maġna f’dak il-punt;
“id-distanza disponibbli għat-tlugħ (TODA)”, fil-każ tal-ajruplani, tfisser it-tul tal-ġirja tat-tlugħ disponibbli u t-tul tal-mogħdija tal-ikklerjar, jekk din tkun ipprovduta;
“id-distanza disponibbli għat-tlugħ (TODAH)”, fil-każ tal-ħelikopters, tfisser it-tul taż-żona ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali, u t-tul tal-mogħdija tal-ikklerjar tal-ħelikopter, jekk din tkun ipprovduta, li tkun ġiet iddikjarata bħala disponibbli u xierqa għall-ħelikopters biex dawn jikkompletaw it-tlugħ;
“id-distanza meħtieġa għat-tlugħ (TODRH)”, fil-każ tal-ħelikopters, tfisser id-distanza orizzontali meħtieġa mill-bidu tat-tlugħ sal-punt li fih jintlaħqu, bil-magni li jifdal jaħdmu fil-limiti operattivi approvati, wara li fit-TDP tkun ġiet innutata ħsara fil-maġna kritika, veloċità sikura għat-tlugħ (VTOSS), għoli speċifikat u xaqliba tat-tlugħ pożittiva;
“il-passaġġ tat-titjira tat-tlugħ” tfisser il-passaġġ vertikali u orizzontali, meta l-magna kritika tkun wieqfa, minn punt speċifiku matul it-tlugħ sa 1 500 pied ‘il fuq mill-wiċċ fil-każ ta’ ajruplan u sa 1 000 pied ‘il fuq mill-wiċċ fil-każ ta’ ħelikopter;
“il-massa waqt it-tlugħ” tfisser il-massa, li tinkludi kollox u kull min ikun qed jinġarr fil-bidu tat-tlugħ fil-każ ta’ ħelikopter u fil-bidu tal-ġirja tat-tlugħ fil-każ ta’ ajruplan;
“il-ġirja tat-tlugħ disponibbli (TORA)” tfisser it-tul tar-runway iddikjarat bħala disponibbli mill-Istat tal-ajrudrom u li jkun xieraq għall-ġirja fuq l-art ta’ ajruplan li jkun qed iwettaq it-tlugħ;
“speċjalist fil-kompitu” tfisser persuna assenjata mill-operatur jew parti terza, jew li taġixxi bħala impriża, li twettaq kompiti fuq l-art direttament marbutin ma’ kompitu speċjalizzat jew li twettaq kompiti speċjalizzati abbord jew mill-inġenju tal-ajru;
“membru tal-ekwipaġġ tekniku” tfisser membru tal-ekwipaġġ li jieħu sehem f’operazzjonijiet tal-HEMS, tal-HHO jew bin-NVIS tat-trasport kummerċjali bl-ajru, minbarra membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, li l-operatur ikun qabbdu jaqdi kompiti fl-inġenju tal-ajru jew fuq l-art sabiex jgħin lill-bdot matul operazzjonijiet tal-HEMS, tal-HHO jew bin-NVIS li jkunu jeħtieġu t-tħaddim ta’ tagħmir speċjalizzat abbord;
“Struzzjonijiet Tekniċi (TI)” tfisser l-edizzjoni effettiva l-iktar riċenti tal-“Istruzzjonijiet Tekniċi għat-Trasport Sikur tal-Oġġetti Perikolużi bl-Ajru”, inkluż is-Suppliment tagħha u kwalunkwe Addenda għaliha, approvata u ppubblikata mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;
“tagħbija tat-traffiku” tfisser il-massa totali ta' passiġġieri, bagalji, merkanzija u tagħmir speċjalizzat portabbli inkluża s-saborra;
“applikazzjoni tat-tip A EFB” tfisser applikazzjoni EFB li l-malfunzjoni jew l-użu ħażin tagħha ma għandu l-ebda effett fuq is-sikurezza;
“applikazzjoni tat-tip B EFB” tfisser applikazzjoni EFB li:
il-malfunzjoni jew l-użu ħażin tiegħu huwa kklassifikat bħala kundizzjoni ta' ħsara minuri jew inqas; u
la jissostitwixxi u lanqas jidduplika kwalunkwe sistema jew funzjonalità meħtieġa mir-regolamenti dwar l-ajrunavigabbiltà, ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru, jew ir-regoli operazzjonali;
“taħriġ għall-profiċjenza” tfisser taħriġ iddisinjat sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-prestazzjoni tal-istat aħħari, li jipprovdi assigurazzjoni suffiċjenti li l-individwu mħarreġ ikun kapaċi jwettaq kompiti speċifiċi b’mod konsistenti b’mod sikur u effettiv;
“operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti tat-Tip A” tfisser operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti b’MDH jew b’DH ta’ 250 pied jew aktar;
“operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti tat-Tip B” tfisser operazzjoni b’DH taħt il-250 pied. L-operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti tat-Tip B huma kkategorizzati kif ġej:
Kategorija I (CAT I): b’DH ta’ mhux inqas minn 200 pied u b’viżibbiltà ta’ mhux inqas minn 800 m jew b’RVR ta’ mhux inqas minn 550 m;
Kategorija II (CAT II): b’DH anqas minn 200 pied iżda mhux anqas minn 100 pied, u b’RVR ta’ mhux anqas minn 300 m;
Kategorija III (CAT III): b’DH ta’ inqas minn 100 pied jew l-ebda DH, u b’RVR ta’ inqas minn 300 m jew l-ebda limitazzjoni tar-RVR;
“titjira bin-NVIS mhux megħjuna” tfisser, fil-każ ta’ operazzjonijiet bin-NVIS, dik il-parti ta’ titjira tal-VFR imwettqa billejl li fiha membru tal-ekwipaġġ ma jkunx qed juża n-NVG;
“impriża” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, kemm jekk topera għall-qligħ kif ukoll jekk le, jew kull korp uffiċjali, kemm jekk ikun persuna ġuridika kif ukoll jekk le;
“V1” tfisser il-veloċità massima waqt it-tlugħ li fiha l-bdot irid jieħu l-ewwel azzjoni sabiex iwaqqaf l-ajruplan fid-distanza għall-aċċellerazzjoni u l-waqfien. V1 tfisser ukoll il-veloċità minima waqt it-tlugħ, wara li tkun żviluppat ħsara fil-magna kritika fil-VEF, li fiha l-bdot jista’ jkompli bit-tlugħ u jilħaq l-għoli meħtieġ ‘il fuq mill-wiċċ tat-tlugħ fid-distanza tat-tlugħ;
“VEF” tfisser il-veloċità li fiha wieħed jassumi li l-magna kritika tiżviluppa ħsara matul it-tlugħ;
“viżibbiltà (VIS)” tfisser il-viżibbiltà għal finijiet ajrunawtiċi li hija l-ikbar minn:
l-ikbar distanza fejn oġġett iswed b’dimensjonijiet xierqa, li jkun qiegħed qrib l-art, jista’ jintlemaħ u jiġi rikonoxxut meta jiġi osservat bi sfond ċar; u
l-ikbar distanza fejn dwal qrib l-1 000 candelas jistgħu jintlemħu u jiġu identifikati quddiem sfond mhux mixgħul;
“operazzjoni ta’ avviċinament viżwali” tfisser operazzjoni ta’ avviċinament minn titjira tal-IFR meta parti waħda jew il-partijiet kollha ta’ IAP ma jitlestewx u l-operazzjoni ta’ avviċinament tiġi eżegwita b’referenza viżwali għat-terren;
“ajrudrom funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali” tfisser ajrudrom adegwat fejn, fil-mument tal-użu antiċipat, rapporti meteoroloġiċi, jew previżjonijiet, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn, juru li l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi se jkunu fil-minimu operattiv jew ogħla mill-minimi operattivi meħtieġa tal-ajrudrom, u r-rapporti dwar il-kundizzjoni tal-wiċċ tar-runway juru li nżul bla periklu se jkun possibbli;
“ftehim ta’ kiri bl-ekwipaġġ” tfisser ftehim:
“runway imxarrba” tfisser runway li s-superfiċje tagħha hija koperta minn kwalunkwe umdità jew ilma viżibbli sa u li tinkludi 3 mm fil-fond fiż-żona maħsuba biex tintuża.
ANNESS II
REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ GĦALL-OPERAZZJONIJIET BL-AJRU
[IL-PARTI ARO]
ARO.GEN.005 Kamp ta’ applikazzjoni
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għas-sistema tal-amministrazzjoni u tal-ġestjoni li l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jissodisfaw għall-implimentazzjoni u l-infurzar tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu dwar l-operazzjonijiet tal-avjazzjoni ċivili bl-ajru.
IS-SUBPARTI GEN
REKWIŻITI ĠENERALI
TAQSIMA I
Punti ġenerali
ARO.GEN.115 Dokumentazzjoni tas-sorveljanza
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-atti leġiżlattivi, l-istandards, ir-regoli, il-pubblikazzjonijiet tekniċi u d-dokumenti relatati kollha lill-persunal rilevanti sabiex dawn ikunu jistgħu jaqdu l-kompiti tagħhom u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.
ARO.GEN.120 Mezzi ta’ konformità
(a) L-Aġenzija għandha tiżviluppa Mezzi Aċċettabbli ta' Konformità (“AMC”) li jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
(b) Mezzi ta' konformità alternattivi jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
(c) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema biex tevalwa b'mod konsistenti jekk il-mezzi ta' konformità alternattivi użati minnha jew minn organizzazzjonijiet jew persuni li jaqgħu taħt is-sorveljanza tagħha humiex konformi mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. Dik is-sistema għandha tinkludi proċeduri biex jiġu limitati, revokati jew emendati mezzi ta' konformità alternattivi approvati, jekk l-awtorità kompetenti turi li dawk il-mezzi ta' konformità alternattivi ma jikkonformawx mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.
(d) L-awtorità kompetenti għandha tevalwa l-mezzi alternattivi kollha ta' konformità proposti minn organizzazzjoni skont:
il-punt ORO.GEN.120(b) tal-Anness III (il-Parti-ORO) ta' dan ir-Regolament;
għall-blalen tal-arja bil-punt BOP.ADD.010 tal-Anness II (il-Parti-BOP) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 ( 7 ).
▼M15 —————
billi tanalizza d-dokumentazzjoni pprovduta u, jekk jitqies meħtieġ, billi tagħmel spezzjoni tal-organizzazzjoni.
Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-mezzi ta' konformità alternattivi huma skont ir-Regoli ta' Implimentazzjoni, din għandha mingħajr dewmien żejjed:
tinnotifika lill-applikant li l-mezzi alternattivi ta' konformità jistgħu jiġu implimentati u, jekk ikun applikabbli, temenda l-approvazzjoni, l-awtorizzazzjoni ta' operazzjoni speċjalizzata jew iċ-ċertifikat tal-applikant kif xieraq; u
tinnotifika lill-Aġenzija dwar il-kontenut tagħhom, inklużi kopji tad-dokumentazzjoni rilevanti kollha;
tinforma lil Stati Membri oħra dwar mezzi alternattivi ta' konformità li ġew aċċettati.
(e) Meta l-awtorità kompetenti stess tuża mezzi alternattivi ta’ konformità biex tkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, din għandha:
tqegħedhom għad-dispożizzjoni tal-organizzazzjonijiet u tal-persuni kollha li jaqgħu taħt is-sorveljanza tagħha; u
tavża lill-Aġenzija b’dan mingħajr dewmien żejjed.
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija b’deskrizzjoni sħiħa tal-mezzi alternattivi ta’ konformità, inkluż bi kwalunkwe reviżjoni għall-proċeduri li tista’ tkun rilevanti, kif ukoll b’valutazzjoni li turi li r-Regoli ta’ Implimentazzjoni ġew issodisfati.
ARO.GEN.125 Informazzjoni lill-Aġenzija
(a) L-awtorità kompetenti għandha tavża lill-Aġenzija, mingħajr dewmien żejjed, f’każ ta’ xi problema sinifikanti bl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
(b) L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija bl-informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li toħroġ mir-rapporti ta’ okkorrenza li tkun irċeviet.
ARO.GEN.135 Reazzjoni immedjata għal problema tas-sikurezza
(a) Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), l-awtorità kompetenti għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred informazzjoni ta' sikurezza b'mod xieraq.
(b) L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tanalizza b’mod xieraq kwalunkwe informazzjoni rilevanti marbuta mas-sikurezza li din tkun irċeviet u biex tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed, bi kwalunkwe informazzjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet jew azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu, li huma jkunu jeħtieġu biex jirreaġixxu fil-ħin għal problema tas-sikurezza li tkun tinvolvi prodotti, partijiet, apparat, persuni jew organizzazzjonijiet li huma suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u għar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
(c) Hekk kif tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri adegwati sabiex tindirizza l-problema tas-sikurezza.
(d) Il-miżuri meħudin skont il-punt (c) għandhom jiġu nnotifikati lill-persuni jew lill-organizzazzjonijiet kollha li jridu jkunu konformi magħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll dawk il-miżuri lill-Aġenzija u, meta tkun meħtieġa azzjoni kkombinata, lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati.
TAQSIMA II
Ġestjoni
ARO.GEN.200 Sistema ta’ ġestjoni
(a) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta’ ġestjoni, li tkun tinkludi mill-inqas:
politiki u proċeduri ddokumentati biex jiddeskrivu l-organizzazzjoni tagħha u l-mezzi u l-metodi tagħha biex tikseb konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Il-proċeduri għandhom jinżammu aġġornati u jservu bħala d-dokumenti bażiċi ta’ ħidma f’dik l-awtorità kompetenti għall-kompiti relatati kollha;
numru suffiċjenti ta’ impjegati biex jaqdu l-kompiti tagħha u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħha. Dawn l-impjegati għandhom ikunu kkwalifikati biex iwettqu l-kompiti allokati lilhom u għandu jkollhom l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa, kif ukoll it-taħriġ inizjali u rikorrenti meħtieġ biex jiżguraw kompetenza kontinwa. Għandu jkun hemm sistema fis-seħħ biex tkun tista’ tiġi ppjanata d-disponibbiltà tal-impjegati, sabiex ikun żgurat it-twettiq xieraq tal-kompiti kollha;
faċilitajiet u uffiċċji adegwati biex jitwettqu l-kompiti allokati;
funzjoni biex jiġu mmonitorjati l-konformità tas-sistema ta’ ġestjoni mar-rekwiżiti rilevanti u l-adegwatezza tal-proċeduri, inkluż l-istabbiliment ta’ proċess ta’ verifika interna u ta’ proċess ta’ ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi sistema ta’ reazzjoni u kummenti dwar is-sejbiet tal-verifika lill-ogħla livelli tal-maniġment tal-awtorità kompetenti biex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi kif ikun meħtieġ; u
persuna jew grupp ta’ persuni li jkunu responsabbli għall-kompitu ta’ monitoraġġ tal-konformità u li fl-aħħar mill-aħħar iwieġbu biss lill-ogħla livelli tal-maniġment tal-awtorità kompetenti b’rabta ma’ dan.
(b) L-awtorità kompetenti għandha, għal kull qasam ta’ attività, inkluża s-sistema ta’ ġestjoni, taħtar persuna waħda jew iktar li tkun/ikunu responsabbli b’mod ġenerali għall-ġestjoni tal-kompitu(i) rilevanti.
(c) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-parteċipazzjoni fi skambju reċiproku tal-informazzjoni u l-għajnuna kollha meħtieġa ma’ awtoritajiet kompetenti oħra kkonċernati, inkluż skambju dwar is-sejbiet kollha identifikati u l-azzjonijiet kollha ta’ segwitu mwettqa bħala riżultat tas-sorveljanza ta’ persuni u organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet fit-territorju ta’ Stat Membru, iżda li jkunu ċċertifikati ►M4 jew awtorizzati ◄ ►M1 minn, jew jagħmlu dikjarazzjonijiet lill-awtorita' ◄ kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija.
(d) Kopja tal-proċeduri marbutin mas-sistema ta’ ġestjoni u tal-emendi tagħhom għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija għall-għanijiet tal-istandardizzazzjoni.
ARO.GEN.205 Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet ikkwalifikati
(a) Il-kompiti marbutin maċ-ċertifikazzjoni inizjali ►M4 , mal-awtorizzazzjoni ta' operazzjoni speċjalizzata ◄ jew mas-sorveljanza kontinwa tal-persuni jew tal-organizzazzjonijiet suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u għar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu għandhom jiġu allokati mill-Istati Membri biss lil entitajiet ikkwalifikati. Meta talloka l-kompiti, l-awtorità kompetenti għandha tiżġura:
li hija tkun implimentat sistema biex tivvaluta, fil-bidu u b’mod kontinwu, li l-entità kkwalifikata tkun konformi mal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
Din is-sistema u r-riżultati tal-valutazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati;
li hija tkun stabbiliet ftehim iddokumentat mal-entità kkwalifikata, li jkun approvat miż-żewġ partijiet fil-livell tal-maniġment ix-xieraq, li jiddefinixxi b’mod ċar:
il-kompiti li għandhom jitwettqu;
id-dikjarazzjonijiet, ir-rapporti u r-rekords li għandhom jiġu pprovduti;
il-kundizzjonijiet tekniċi li jridu jintlaħqu fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti;
il-kopertura tar-responsabbiltà relatata; u
il-protezzjoni mogħtija lill-informazzjoni miksuba huma u jitwettqu t-tali kompiti.
(b) L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċess ta’ verifika interna u l-proċess ta’ ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza, li huma meħtieġa skont il-punt ARO.GEN.200 (a)(4), ikopru l-kompiti kollha ta’ ċertifikazzjoni ►M4 , ta' awtorizzazzjoni ◄ jew ta’ sorveljanza kontinwa li jitwettqu f’isimha.
ARO.GEN.210 Tibdil fis-sistema tal-ġestjoni
(a) L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema fis-seħħ sabiex tidentifika l-bidliet li jaffettwaw il-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Din is-sistema għandha tippermettilha tieħu azzjoni xierqa biex tiżgura li s-sistema ta’ ġestjoni tagħha tibqa’ adegwata u effettiva.
(b) L-awtorità kompetenti għandha taġġorna s-sistema ta’ ġestjoni tagħha biex tirrifletti kwalunkwe bidla fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu fil-ħin, sabiex tiżgura implimentazzjoni effettiva tagħhom.
(c) L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-Aġenzija bi kwalunkwe tibdil li jaffettwa l-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
ARO.GEN.220 Żamma tar-rekords
(a) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tipprovdi għall-ħażna adegwata, l-aċċessibbiltà u t-traċċabbiltà affidabbli:
tal-politiki u l-proċeduri ddokumentati tas-sistema ta’ ġestjoni;
tat-taħriġ, il-kwalifiki u l-awtorizzazzjoni tal-impjegati tagħha;
tal-allokazzjoni tal-kompiti, li tkopri l-elementi meħtieġa skont il-punt ARO.GEN.205 kif ukoll id-dettalji tal-kompiti allokati;
tal-proċessi ta’ ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza kontinwa tal-organizzazzjonijiet iċċertifikati;
il-proċess ta’ awtorizzazzjoni ta’ operazzjoni kummerċjali speċjalizzata ta’ riskju għoli u s-sorveljanza kontinwa ta’ detentur tal-awtorizzazzjoni;
proċessi ta’ dikjarazzjoni u s-sorveljanza kontinwa ta’ organizzazzjonijiet ddikjarati;
tad-dettalji tal-korsijiet tat-taħriġ ipprovduti mill-organizzazzjonijiet iċċertifikati u, jekk ikun applikabbli, tar-rekords relatati mal-FSTD użat għat-tali taħriġ;
sorveljanza ta' persuni u organizzazzjonijiet li jeżerċitaw attivitajiet fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri, iżda sorveljati, iċċertifikati jew awtorizzati mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor jew l-Aġenzija, kif mifthiem bejn dawn l-awtoritajiet;
sorveljanza tal-operazzjonijiet b'inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna minn operaturi mhux kummerċjali;
tal-evalwazzjoni u n-notifika lill-Aġenzija tal-mezzi alternattivi ta’ konformità proposti minn organizzazzjonijiet li huma suġġetti għaċ-ċertifikazzjoni ►M4 jew awtorizzazzjoni ◄ u tal-valutazzjoni tal-mezzi alternattivi ta’ konformità użati mill-awtorità kompetenti nfisha;
tas-sejbiet, l-azzjonijiet korrettivi u d-data tal-għeluq tal-azzjoni;
tal-miżuri ta’ infurzar li jkunu ttieħdu;
tal-informazzjoni marbuta mas-sikurezza u tal-miżuri ta’ segwitu; u
tal-użu tad-dispożizzjonijiet tal-flessibbiltà skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;
(b) L-awtorità kompetenti għandha żżomm aġġornata lista taċ-ċertifikati tal-organizzazzjoni u l-awtorizzazzjonijiet ta’ operazzjonijiet speċjalizzati kollha li ħarġet kif ukoll id-dikjarazzjonijiet li rċiviet.
(c) Ir-rekords kollha għandhom jinżammu għall-perjodu minimu taż-żmien speċifikat f’dan ir-Regolament. Jekk it-tali informazzjoni ma tingħatax, ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ 5 snin, skont il-liġijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta.
TAQSIMA III
Sorveljanza, ċertifikazzjoni u infurzar
ARO.GEN.300 Sorveljanza
(a) L-awtorità kompetenti għandha tivverifika:
il-konformità tal-organizzazzjonijiet mar-rekwiżiti applikabbli għalihom jew għat-tip ta’ operazzjonijiet qabel ma toħroġ ċertifikat jew approvazzjoni tal-organizzazzjoni, skont kif ikun applikabbli;
il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli tal-organizzazzjonijiet li hija ċċertifikat, tal-operazzjonijiet speċjalizzati li hija awtorizzat u tal-organizzazzjonijiet li mingħandhom irċeviet dikjarazzjoni;
il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli ta' operaturi mhux kummerċjali ta' inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna; kif ukoll
l-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sikurezza xierqa imposti mill-awtorità kompetenti kif iddefinit fil-punti (c) u (d) ta’ ARO.GEN.135.
(b) Din il-verifika għandha:
tkun appoġġata minn dokumentazzjoni li tkun maħsuba speċifikament biex tipprovdi lill-persunal responsabbli għas-sorveljanza tas-sikurezza bi gwida dwar kif għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu;
tipprovdi lill-persuni u lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati bir-riżultati tal-attività tas-sorveljanza tas-sikurezza;
tkun ibbażata fuq verifiki u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet fir-rampa u spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel; u
tipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-evidenza meħtieġa f’każ li tkun meħtieġa aktar azzjoni, inklużi l-miżuri previsti fil-punti ARO.GEN.350 u ARO.GEN.355.
(c) Il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sorveljanza ddefinita fil-punti (a) u (b) għandu jqis ir-riżultati tal-attivitajiet tas-sorveljanza tal-imgħoddi, kif ukoll il-prijoritajiet tas-sikurezza.
(d) Mingħajr ħsara għall-kompetenzi tal-Istati Membri u għall-obbligi tagħhom kif stabbiliti fit-taqsima ARO.RAMP, il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sorveljanza tal-attivitajiet imwettqin fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuni jew organizzazzjonijiet li huma stabbiliti jew li joqogħdu fi Stat Membru ieħor għandu jiġi stabbilit abbażi tal-prijoritajiet tas-sikurezza, kif ukoll tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-imgħoddi.
(e) Meta attività ta’ persuna jew ta’ organizzazzjoni tkun tinvolvi iktar minn Stat Membru wieħed jew lill-Aġenzija, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-sorveljanza skont il-punt (a) tista’ taqbel li xi kompiti tas-sorveljanza jitwettqu mill-awtorità/l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru/l-Istati Membri fejn l-attività tkun qed isseħħ jew mill-Aġenzija. Kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni li tkun ikkonċernata minn ftehim bħal dan għandha tiġi infurmata dwar l-eżistenza u l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.
(f) L-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni meqjusa bħala utli għas-sorveljanza, inkluża dik għall-ispezzjonijiet fir-rampa u għall-ispezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel.
ARO.GEN.305 Programm ta’ sorveljanza
(a) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta’ sorveljanza li jkopri l-attivitajiet ta’ sorveljanza meħtieġa skont il-punt ARO.GEN.300 u skont it-taqsima ARO.RAMP.
(b) Għall-organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-awtorità kompetenti, il-programm ta’ sorveljanza għandu jiġi żviluppat billi jitqiesu n-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati tal-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ sorveljanza tal-imgħoddi meħtieġa mit-taqsimiet ARO.GEN u ARO.RAMP, u dan il-programm għandu jissejjes fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. F’kull ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza, dan għandu jinkludi:
verifiki u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet fir-rampa u spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel, skont kif ikun meħtieġ; u
laqgħat bejn il-maniġer responsabbli u l-awtorità kompetenti biex ikun żgurat li t-tnejn li huma jibqgħu jkunu infurmati dwar kwistjonijiet sinifikanti.
(c) Għall-organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-awtorità kompetenti, għandu jiġi applikat ċiklu ta’ ppjanar tas-superviżjoni li ma jaqbiżx l-24 xahar.
Iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni tkun naqset.
Iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jiġi estiż għal massimu ta’ 36 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li, matul l-24 xahar ta’ qabel:
l-organizzazzjoni tkun uriet identifikazzjoni effettiva tal-perikli marbutin mas-sikurezza tal-avjazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji assoċjati;
l-organizzazzjoni tkun uriet, b’mod kontinwu, skont il-punt ORO.GEN.130, li hija għandha kontroll sħiħ fuq il-bidliet kollha;
ma jkunu nħarġu l-ebda sejbiet tal-livell 1; u
l-azzjonijiet korrettivi kollha jkunu ġew implimentati fil-perjodu taż-żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti kif iddefinit fil-punt ARO.GEN.350 (d)(2).
Iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jiġi estiż għal darb’oħra għal massimu ta’ 48 xahar jekk, minbarra dan t’hawn fuq, l-organizzazzjoni tkun stabbiliet sistema effettiva ta’ rrappurtar kontinwu lill-awtorità kompetenti dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u l-konformità regolatorja tal-organizzazzjoni nfisha, u l-awtorità kompetenti tkun approvat din is-sistema.
(d) Għall-organizzazzjonijiet li jiddikjaraw l-attività tagħhom lill-awtorità kompetenti, il-programm ta’ sorveljanza għandu jkun ibbażat fuq in-natura speċifika tal-organizzazzjoni, fuq il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u d-dejta tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-passat u fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati mat-tip ta’ attività mwettqa. Dan għandu jinkludi audits u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet tar-rampa u spezzjonijiet għall-għarrieda, skont kif xieraq.
(d1) Għal organizzazzjonijiet b’awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet speċjalizzati, il-programm ta’ sorveljanza għandu jiġi stabbilit b’konformità ma’ (d) u għandu jqis ukoll il-proċess ta’ awtorizzazzjoni tal-imgħoddi u dak attwali u l-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni.
►M1 (e) ◄ Għall-persuni li jkollhom liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti, il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel, skont kif ikun xieraq.
►M1 (f) ◄ Il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi rekords tad-dati meta jmisshom isiru l-verifiki, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat u tad-dati meta jkunu saru t-tali verifiki, spezzjonijiet u laqgħat.
ARO.GEN.310 Proċedura taċ-ċertifikazzjoni inizjali — l-organizzazzjonijiet
(a) Meta tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat għal organizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli. Din il-verifika tista’ tqis id-dikjarazzjoni msemmija fil-punt ORO.AOC.100 (b).
(b) Meta tkun issodisfata li l-organizzazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat(i), kif stabbilit fl-Appendiċi I sa II. Iċ-ċertifikat(i) għandu jinħareġ/għandhom jinħarġu għal perjodu taż-żmien mhux limitat. Il-privileġġi u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li l-organizzazzjoni tkun approvata twettaq għandhom jiġu speċifikati fit-termini tal-approvazzjoni mehmużin maċ-ċertifikat(i).
(c) Biex organizzazzjoni tkun tista’ timplimenta bidliet mingħajr approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti skont il-punt ORO.GEN.130, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-proċedura mressqa mill-organizzazzjoni, li tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tat-tali bidliet u tiddeskrivi kif dawn se jiġu ġestiti u nnotifikati.
ARO.GEN.330 Bidliet — l-organizzazzjonijiet
(a) Meta tirċievi applikazzjoni għal bidla li tkun teħtieġ approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli qabel ma toħroġ l-approvazzjoni.
L-awtorità kompetenti għandha tippreskrivi l-kundizzjonijiet li bihom l-organizzazzjoni tista’ tiffunzjona matul il-bidla, sakemm ma tistabbilixxix li ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni jeħtieġ li jiġi sospiż.
Meta tkun issodisfata li l-organizzazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-bidla.
(b) Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura oħra ta’ infurzar, meta l-organizzazzjoni timplimenta bidliet li jkunu jeħtieġu approvazzjoni minn qabel mingħajr ma tkun irċeviet l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti kif iddefinit fil-punt (a), l-awtorità kompetenti għandha tissospendi, tillimita jew tirrevoka ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni.
(c) Għal bidliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta fin-notifika mibgħuta mill-organizzazzjoni skont il-punt ORO.GEN.130 biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli. F’każ li jkun hemm kwalunkwe nuqqas ta’ konformità, l-awtorità kompetenti għandha:
tgħarraf lill-organizzazzjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità u titlob li jsiru aktar bidliet;
fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 1 jew 2, taġixxi skont il-punt ARO.GEN.350.
ARO.GEN.345 Dikjarazzjoni — organizzazzjonijiet
(a) Meta tirċievi dikjarazzjoni minn organizzazzjoni li twettaq jew li jkollha l-ħsieb li twettaq attivitajiet li għalihom hija meħtieġa dikjarazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li d-dikjarazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa:
skont il-punt ORO.DEC.100 tal-Anness III (il-Parti-ORO) ta' dan ir-Regolament;
għall-operaturi ta' blalen tal-arja skont BOP.ADD.100 tal-Anness II (il-Parti-BOP) tar-Regolament (UE) 2018/395; jew
għall-operaturi ta' gliders skont SAO.DEC.100 tal-Anness II (il-Parti-SAO) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1976.
Wara li tkun ivverifikat l-informazzjoni meħtieġa, l-awtorità kompetenti għandha tikkonferma lill-organizzazzjoni li rċeviet id-dikjarazzjoni.
(b) Jekk id-dikjarazzjoni ma fihiex l-informazzjoni meħtieġa, jew ikun fiha informazzjoni li tindika nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-organizzazzjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità u għandha titlob għal aktar informazzjoni. Jekk jitqies meħtieġ l-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjoni fuq l-organizzazzjoni. Jekk in-nuqqas ta’ konformità hija kkonfermata, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni kif definit f’ARO.GEN.350.
ARO.GEN.350 Sejbiet u azzjonijiet korrettivi — l-organizzazzjonijiet
(a) L-awtorità kompetenti għas-sorveljanza skont il-punt ARO.GEN.300(a) għandu jkollha sistema biex tanalizza s-sejbiet għas-sinifikat tagħhom għas-sikurezza.
(b) Sejba ta' livell 1 għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti meta kwalunkwe nuqqas ta' konformità sinnifikanti tkun identifikata mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni jew mat-termini ta' approvazzjoni, ċertifikat, awtorizzazzjoni ta' operazzjoni speċjalizzata jew mal-kontenut ta' dikjarazzjoni li tbaxxi s-sikurezza jew tkun ta' perikolu serju għas-sikurezza tat-titjira.
Is-sejbiet tal-livell 1 għandhom jinkludu:
in-nuqqas ta' għoti ta' aċċess lill-awtorità kompetenti għall-faċilitajiet tal-organizzazzjoni skont il-punt ORO.GEN.140 tal-Anness III (il-Parti ORO) ta' dan ir-Regolament, jew fil-każ tal-operaturi tal-blalen tal-arja skont il-punti BOP.ADD.015 u BOP.ADD.035 tal-Anness II (il-Parti BOP) tar-Regolament (UE) 2018/395, matul il-ħinijiet normali tax-xogħol u wara żewġ talbiet bil-miktub;
il-kisba jew iż-żamma tal-validità taċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni ►M4 jew l-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet speċjalizzati ◄ bil-falsifikazzjoni tal-evidenza dokumentata ppreżentata;
evidenza ta’ prattika ħażina jew użu qarrieqi taċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni ►M4 jew l-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet speċjalizzati ◄ ; u
in-nuqqas ta’ maniġer responsabbli.
(c) Sejba ta' livell 2 għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti meta kwalunkwe nuqqas ta' konformità tkun identifikata mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni jew mat-termini ta' approvazzjoni, ċertifikat, awtorizzazzjoni ta' operazzjoni speċjalizzata jew mal-kontenut ta' dikjarazzjoni li tista' tbaxxi s-sikurezza jew tista' tkun ta' perikolu serju għas-sikurezza tat-titjira.
(d) Meta tiġi stabbilita sejba waqt is-sorveljanza jew permezz ta’ mezzi oħrajn, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr ħsara għal kwalunkwe azzjoni oħra meħtieġa skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, tikkomunika s-sejba lill-organizzazzjoni bil-miktub u titlob għal azzjoni korrettiva biex ikun indirizzat in-nuqqas ta’ konformità identifikat. Fejn ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Istat li fih ikun irreġistrat l-inġenju tal-ajru.
Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata u xierqa biex twaqqaf jew tillimita l-attivitajiet u, jekk ikun xieraq, għandha tieħu azzjoni biex tirrevoka ċ-ċertifikat ►M4 , l-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet speċjalizzati ◄ jew l-approvazzjoni speċifika jew biex tillimitahom jew tissospendihom kompletament jew parzjalment, skont l-estent tas-sejba tal-livell 1, sa ma l-organizzazzjoni tieħu azzjoni korrettiva b’suċċess.
Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha:
tagħti lill-organizzazzjoni perjodu ta’ implimentazzjoni għall-azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tas-sejba li, fi kwalunkwe każ, fil-bidu m’għandux ikun ta’ iżjed minn tliet (3) xhur. Fi tmiem dak il-perjodu, u skont in-natura tas-sejba, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ tliet (3) xhur suġġett għal pjan sodisfaċenti ta’ azzjoni korrettiva miftiehem mal-awtorità kompetenti; u
tivvaluta l-azzjoni korrettiva u l-pjan ta’ implimentazzjoni proposti mill-organizzazzjoni u, jekk il-valutazzjoni tikkonkludi li dawn ikunu biżżejjed biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ konformità, din għandha taċċettahom.
Meta organizzazzjoni tonqos milli tissottometti pjan aċċettabbli ta’ azzjoni korrettiva, jew milli twettaq l-azzjoni korrettiva fil-perjodu taż-żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, is-sejba għandha tittella’ għal waħda tal-livell 1 u għandha tittieħed azzjoni skont kif stabbilit fil-punt (d)(1).
L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet kollha li tkun stabbiliet jew li jkunu ġew ikkomunikati lilha skont il-punt (e) u, fejn applikabbli, il-miżuri ta' infurzar li tkun applikat, kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi kollha u d-data tal-għeluq tal-azzjoni għas-sejbiet.
(e) Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura ta’ infurzar oħra, meta l-awtorità ta’ Stat Membru li tkun qed taġixxi skont id-dispożizzjonijiet tal-punt ARO.GEN.300 (d) tidentifika kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu min-naħa ta’ organizzazzjoni ċċertifikata ►M4 , jew awtorizzata ◄ ►M1 jew li tagħmel dikjarazzjonijiet dwar l-attivita' tagħha lil awtorita ◄ kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija, din għandha tinforma lil dik l-awtorità kompetenti u tagħtiha indikazzjoni dwar il-livell tas-sejba.
ARO.GEN.355 Sejbiet u miżuri ta’ infurzar — il-persuni
(a) Jekk, waqt is-sorveljanza jew permezz ta’ mezzi oħrajn, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-sorveljanza skont il-punt ARO.GEN.300 (a) issib evidenza li turi nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli min-naħa ta’ persuna li jkollha liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha taġixxi skont il-punti ARA.GEN.355 (a) sa (d) tal-Anness VI ►M4 għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 ◄ ( 9 ) (il-Parti ARA).
(b) Jekk, waqt is-sorveljanza jew permezz ta’ mezzi oħrajn, tinstab evidenza li turi nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli min-naħa ta’ persuna li tkun suġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tagħha u li ma jkollhiex liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa skont dak ir-Regolament u skont ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti li tkun identifikat in-nuqqas ta’ konformità għandha tieħu kwalunkwe miżura ta’ infurzar li tkun meħtieġa biex tiġi evitata l-kontinwazzjoni ta’ dak in-nuqqas ta’ konformità.
ARO.GEN.360 Sejbiet u miżuri ta’ infurzar – l-operaturi kollha
Jekk, matul is-sorveljanza jew b’xi mezz ieħor, tinstab evidenza li turi nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli minn operatur soġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti li identifikat in-nuqqas ta’ konformità għandha tieħu kwalunkwe miżura ta’ infurzar neċessarja biex tevita milli jibqa’ dak in-nuqqas ta’ konformità.
IS-SUBPARTI OPS
OPERAZZJONIJIET BL-AJRU
TAQSIMA I
Ċertifikazzjoni tal-operaturi tat-trasport kummerċjali bl-ajru
ARO.OPS.100 Ħruġ taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru
(a) L-awtorità kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC) meta tkun issodisfata li l-operatur ikun wera konformità mal-elementi meħtieġa skont il-punt ORO.AOC.100.
(b) Iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet assoċjati miegħu.
(c) L-awtorità kompetenti tista’ tiddetermina limitazzjonijiet operazzjonali speċifiċi. It-tali limitazzjonijiet għandhom ikunu dokumentati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet.
ARO.OPS.105 Arranġamenti ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi
Hija u tqis is-sikurezza ta’ ftehim għall-kondiviżjoni tal-kodiċi li jkun jinvolvi operatur minn pajjiż terz, l-awtorità kompetenti għandha:
tkun issodisfata, wara li ssir il-verifika mill-operatur hekk kif stabbilit fil-punt ORO.AOC.115, li l-operatur minn pajjiż terz ikun konformi mal-istandards applikabbli tal-ICAO;
tikkollabora, kif meħtieġ, mal-awtorità kompetenti tal-Istat tal-operatur minn pajjiż terz.
ARO.OPS.110 Ftehimiet ta' kiri għal ajruplani u ħelikopters
(a) L-awtorità kompetenti għandha tapprova ftehim ta’ kiri meta tkun issodisfata li l-operatur iċċertifikat skont l-Anness III (il-Parti ORO) ikun konformi:
mal-punt ORO.AOC.110 (d), meta huwa jikri inġenji tal-ajru minn pajjiż terz mingħajr l-ekwipaġġ;
mal-punt ORO.AOC.110 (c), meta huwa jikri inġenji tal-ajru mingħand operatur minn pajjiż terz bl-ekwipaġġ;
ORO.AOC.110 (e), għal kiri ta' inġenji tal-ajru mingħajr l-ekwipaġġ lil kwalunkwe operatur, għajr għall-każijiet speċifikati fil-punt ORO.GEN.310 tal-Anness III;
mar-rekwiżiti rilevanti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa u tal-operazzjonijiet bl-ajru meta huwa jikri inġenji tal-ajru rreġistrati fl-UE mingħajr l-ekwipaġġ u meta huwa jikri inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ mingħand operatur stabbilit fl-UE.
(b) L-approvazzjoni ta’ ftehim ta’ kiri ta’ inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ mingħand ħaddieħor għandha tiġi sospiża jew irrevokata kull meta:
l-AOC tas-sid jew tal-kerrej ikun sospiż jew irrevokat;
is-sid ikun suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 );
l-awtorizzazzjoni maħruġa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 ( 11 ) ġiet sospiża, revokata jew ċeduta.
(c) L-approvazzjoni ta' ftehim ta' kiri ta' inġenji tal-ajru mingħajr l-ekwipaġġ mingħand ħaddieħor għandha tiġi sospiża jew irrevokata kull meta:
iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru jiġi sospiż jew revokat;
l-inġenju tal-ajru huwa inkluż fil-lista tal-operaturi suġġetti għal restrizzjonijiet operattivi jew huwa reġistrat fi Stat li l-operaturi kollha taħt is-superviżjoni tiegħu huma suġġetti għal projbizzjoni tal-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.
(d) Meta tintalab tapprova minn qabel ftehim ta’ kiri ta’ inġenji tal-ajru mingħajr l-ekwipaġġ lil ħaddieħor skont il-punt ORO.AOC.110(e), l-awtorità kompetenti għandha tiżgura:
koordinazzjoni xierqa mal-awtorità kompetenti li hi responsabbli għas-sorveljanza kontinwa tal-inġenju tal-ajru, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 ( 12 ), jew għall-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru, f'każ li din ma tkunx l-istess awtorità;
li l-inġenju tal-ajru jitneħħa f'waqtu mill-AOC tal-operatur għajr għall-każijiet speċifikati fil-punt ORO.GEN.310 tal-Anness III.
(e) Meta tintalab approvazzjoni minn qabel ta' ftehim ta' kiri mingħajr ekwipaġġ skont il-punt ORO.AOC. 110(d), l-awtorità kompetenti għandha tiżgura koordinazzjoni xierqa mal-Istat tar-Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru kif meħtieġ biex jiġu eżerċitati r-responsabbiltajiet ta' sorveljanza tal-inġenji tal-ajru.
TAQSIMA Ia
L-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati ta’ riskju għoli
ARO.OPS.150 L-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati ta’ riskju għoli
(a) Malli tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati ta’ riskju għoli, l-awtorità kompetenti tal-operatur għandha tirrevedi d-dokumentazzjoni ta’ valutazzjoni tar-riskju u l-proċeduri operattivi standard (SOP) tal-operatur, relatati ma’ operazzjoni ppjanata waħda jew iktar u żviluppati skont ir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness VIII (Parti-SPO).
(b) Meta tkun sodisfatta bil-valutazzjoni tar-riskju u l-SOP, l-awtorità kompetenti tal-operatur għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni, kif stabbilit fl-Appendiċi IV. L-awtorizzazzjoni tista' tinħareġ għal tul ta' żmien limitat jew mhux limitat. Il-kundizzjonijiet li skonthom operatur huwa awtorizzat iwettaq operazzjoni kummerċjali speċjalizzata ta' riskju għoli jew aktar għandhom jiġu speċifikati fl-awtorizzazzjoni.
(c) Malli tirċievi applikazzjoni għal bidla fl-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-operatur għandha tikkonforma ma’ (a) u (b). Għandha tippreskrivi l-kundizzjonijiet li fihom l-operatur jista’ jopera matul il-bidla, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeterminax li l-awtorizzazzjoni għandha bżonn tiġi sospiża.
(d) Malli tirċievi applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-operatur għandha tikkonforma ma’ (a) u (b). Tista’ tieħu f’kunsiderazzjoni l-proċess ta’ awtorizzazzjoni u l-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-imgħoddi.
(e) Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura addizzjonali ta’ infurzar, meta l-operatur jimplimenta bidliet bla ma jippreżenta valutazzjoni tar-riskju emendata u SOP, l-awtorità kompetenti tal-operatur għandha tissospendi, tillimita jew tirrevoka l-awtorizzazzjoni.
(f) Malli tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għal operazzjoni kummerċjali speċjalizzata transfruntiera ta’ riskju għoli, l-awtorità kompetenti tal-operatur għandha tirrevedi d-dokumentazzjoni ta’ valutazzjoni tar-riskju u l-proċeduri operattivi standard (SOP) tal-operatur f’koordinazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-post li fih hemm il-pjan li titwettaq l-operazzjoni. Meta ż-żewġ awtoritajiet ikunu ssodisfati bil-valutazzjoni tar-riskju u l-SOP, l-awtorità kompetenti tal-operatur għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni.
ARO.OPS.155 Il-ftehimiet ta’ kiri
(a) (a) L-awtorità kompetenti għandha tapprova ftehim ta’ kiri li jinvolvi inġenju tal-ajru rreġistrat f’pajjiż terz jew operatur ta’ pajjiż terz meta l-operatur tal-SPO jkun wera konformità ma’ ORO.SPO.100.
(b) (b) L-approvazzjoni ta’ ftehim ta’ kiri mingħajr ekwipaġġ għandha tiġi sospiża jew revokata kull meta jiġi sospiż jew revokat iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru.
TAQSIMA II
Approvazzjonijiet
ARO.OPS.200 Proċedura għal approvazzjoni speċifika
(a) Malli tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ ta’ approvazzjoni speċifika jew għal bidla fiha, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-applikazzjoni skont ir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness V (il-Parti-SPA) u twettaq spezzjoni xierqa tal-operatur, fejn dan ikun rilevanti.
(b) Meta tkun sodisfatta li l-operatur ikun wera konformità mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ jew temenda l-approvazzjoni. L-approvazzjoni għandha tiġi speċifikata:
fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet, kif stabbiliti fl-Appendiċi II, għal operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru; jew
il-lista ta' approvazzjonijiet speċifiċi, kif stabbilit fl-Appendiċi III, għal operazzjonijiet mhux kummerċjali u operazzjonijiet speċjalizzati.
ARO.OPS.205 Approvazzjoni tal-lista ta’ tagħmir minimu
(a) Meta tirċievi applikazzjoni għall-approvazzjoni inizjali ta’ lista ta’ tagħmir minimu (MEL) jew għall-emenda tagħha min-naħa tal-operatur, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta kull oġġett li jkun se jiġi affettwat biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli qabel ma toħroġ l-approvazzjoni.
(b) L-awtorità kompetenti għandha tapprova l-proċedura tal-operatur għall-estensjoni tal-intervalli ta’ rettifika B, C u D applikabbli, jekk l-operatur jagħti prova tal-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt ORO.MLR.105 (f) u l-awtorità kompetenti tkun ivverifikathom.
(c) L-awtorità kompetenti għandha tapprova, abbażi ta’ każ b’każ, l-operazzjoni ta’ inġenju tal-ajru barra l-limiti tal-MEL, iżda fil-limiti tal-lista ta’ tagħmir minimu ta’ referenza (MMEL), jekk l-operatur jagħti prova tal-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt ORO.MLR.105 u l-awtorità kompetenti tkun ivverifikathom.
ARO.OPS.210 Determinazzjoni tad-distanza jew iż-żona lokali
L-awtorità kompetenti tista’ tiddetermina distanza jew żona lokali għall-fini tal-operazzjonijiet.
ARO.OPS.215 Approvazzjoni ta’ operazzjonijiet bil-ħelikopter f’ambjent ostili li jkun jinsab ‘il barra minn żona kkonġestjonata
(a) L-Istat Membru għandu jindika dawk iż-żoni fejn jistgħu jitwettqu operazzjonijiet bil-ħelikopter mingħajr ma jkun hemm garanzija li jista’ jitwettaq inżul ta’ emerġenza sikur, kif deskritt fil-punt CAT.POL.H.420.
(b) Qabel ma tinħareġ l-approvazzjoni msemmija fil-punt CAT.POL.H.420, l-awtorità kompetenti għandha tkun qieset ir-raġunijiet li jkun ta l-operatur dwar għaliex ma jistgħux jintużaw il-kriterji tal-prestazzjoni x-xierqa.
ARO.OPS.220 Approvazzjoni ta’ operazzjonijiet bil-ħelikopter lejn jew minn sit ta’ interess pubbliku
L-approvazzjoni msemmija fil-punt CAT.POL.H.225 għandha tinkludi lista tas-sit(i) ta’ interess pubbliku speċifikati mill-operatur li għalihom tapplika l-approvazzjoni.
ARO.OPS.225 approvazzjoni ta’ skemi tal-fjuwil/tal-enerġija
L-awtorità kompetenti għandha tapprova l-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija proposta minn operatur CAT jekk l-operatur juri konformità mar-rekwiżiti applikabbli kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament relatati mal-fjuwil/mal-enerġija għall-ajruplani jew għall-ħelikopters involuti fis-CAT.
L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta u tissorvelja l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira, l-għażla tal-ajrudrom u, matul it-titjira, il-politiki dwar il-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira assoċjati mal-iskemi tal-fjuwil/tal-enerġija, flimkien mal-proċessi li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dawn l-iskemi tal-fjuwil/tal-enerġija.
Minbarra l-punti (a) u (b), meta tapprova skemi tal-fjuwil/tal-enerġija individwali, l-awtorità kompetenti għandha:
tivverifika li l-operatur ikun wera l-prestazzjoni tas-sikurezza bażi tal-iskema attwali tal-fjuwil/tal-enerġija;
tivvaluta l-kapaċità tal-operatur li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-iskema individwali proposta tal-fjuwil/tal-enerġija; l-elementi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala minimu:
is-sistema ta’ ġestjoni tal-operatur,
il-kapaċitajiet operazzjonali tal-operatur;
tivverifika li l-valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza tal-operatur li tappoġġa l-iskema individwali proposta tal-fjuwil/tal-enerġija tilħaq livell ekwivalenti ta’ sikurezza għal dak tal-iskema attwali tal-fjuwil/tal-enerġija; u
tistabbilixxi pjan ta’ sorveljanza sabiex twettaq valutazzjonijiet perjodiċi tal-iskema individwali approvata tal-fjuwil/tal-enerġija sabiex tivverifika l-konformità tal-iskema jew tiddeċiedi jekk l-iskema jenħtieġx li tiġi emendata jew revokata.
L-approvazzjoni msemmija fil-punt CAT.OP.MPA.182(d)(2) għandha tinkludi lista tal-ajrudromi iżolati li huma speċifikati mill-operatur għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru li għalih tapplika l-approvazzjoni.
Mingħajr preġudizzju għall-punti ARO.GEN.120(d) u (e), l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Aġenzija dwar il-bidu tal-evalwazzjoni ta’ mezz alternattiv ta’ konformità relatat mal-iskemi tal-fjuwil/tal-enerġija.
ARO.OPS.226 Approvazzjoni u sorveljanza ta’ programmi ta’ taħriġ ibbażati fuq l-evidenza
Meta awtorità kompetenti tagħti approvazzjoni għall-programmi tal-EBT, l-ispetturi jridu jirċievu l-kwalifiki u t-taħriġ fil-prinċipji, fl-applikazzjoni, fil-proċessi tal-approvazzjoni u fis-sorveljanza kontinwata tal-EBT.
L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta u tissorvelja l-programm tal-EBT, flimkien mal-proċessi li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-programm tal-EBT u l-effettività tiegħu.
Malli tirċievi applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ programm tal-EBT, l-awtorità kompetenti għandha:
tiżgura r-riżoluzzjoni tas-sejbiet tal-livell 1 fl-oqsma li se jappoġġaw l-applikazzjoni tal-programm tal-EBT;
tivvaluta l-kapaċità tal-operatur li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-programm tal-EBT. L-elementi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala minimu:
il-maturità u l-kapaċità tas-sistema ta’ ġestjoni tal-operatur fl-oqsma li se jappoġġaw l-applikazzjoni tal-programm tal-EBT — b’mod partikolari, it-taħriġ tal-ekwipaġġ tat-titjira;
l-adegwatezza tal-programm tal-EBT tal-operatur – il-programm tal-EBT għandu jikkorrispondi mad-daqs tal-operatur, u man-natura u mal-kumplessità tal-attivitajiet tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-perikli u r-riskji assoċjati inerenti f’dawk l-attivitajiet;
l-adegwatezza tas-sistema taż-żamma tar-rekords tal-operatur, b’mod partikolari fir-rigward tat-taħriġ, tal-kontrolli u tar-rekords tal-kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira, b’mod partikolari r-rekords ORO.GEN.220 u l-punti (c) u (d) ta’ ORO.MLR.115;
l-adegwatezza tas-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-operatur sabiex jiġu vvalutati l-kompetenzi tal-bdoti;
il-kompetenza u l-esperjenza tal-għalliema u ta’ persunal ieħor involut fil-programm tal-EBT fl-użu tal-proċessi u tal-proċeduri li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-programm tal-EBT; u
l-pjan ta’ implimentazzjoni tal-EBT tal-operatur u valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza li tappoġġa l-programm tal-EBT sabiex jintwera kif jista’ jinkiseb livell ekwivalenti ta’ sikurezza għal dak tal-programm ta’ taħriġ attwali.
L-awtorità kompetenti għandha tagħti approvazzjoni għall-programm tal-EBT meta l-valutazzjoni tikkonkludi li l-konformità ma’ mill-inqas ORO.FC.146, ORO.FC.231, u ORO.FC.232 hija żgurata.
Mingħajr preġudizzju għal ARO.GEN.120 (d) u (e), l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Aġenzija meta tibda l-evalwazzjoni ta’ mezzi alternattivi ta’ konformità relatati mal-EBT.
ARO.OPS.230 Determinazzjoni ta’ skedi ta’ ħinijiet irregolari
Għall-iskop ta’ limitazzjonijiet fuq il-ħin tat-titjir, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina, skont id-definizzjonijiet ta’ “tip kmieni” u “tip tard” tal-iskedi ta’ ħinijiet irregolari fil-punt ORO.FTL.105 tal-Anness III, liema minn dawn iż-żewġ tipi ta’ skedi ta’ ħinijiet irregolari għandha tapplika għall-operaturi CAT taħt is-superviżjoni tagħha.
ARO.OPS.235 Approvazzjoni ta’ skemi ta’ speċifikazzjoni tal-ħinijiet ta’ titjir individwali
(a) L-awtorità kompetenti għandha tapprova skemi ta’ speċifikazzjoni tal-ħinijiet ta’ titjir proposti mill-operaturi CAT jekk l-operatur juri konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u s-Subparti FTL tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
(b) Kull meta skema ta’ speċifikazzjoni tal-ħinijiet ta’ titjir proposta minn operatur tiddevja mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli maħruġin mill-Aġenzija, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-proċedura deskritta fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
(c) Kull meta skema ta’ speċifikazzjoni tal-ħinijiet ta’ titjir proposta minn operatur tidderoga mir-regoli ta’ implimentazzjoni applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-proċedura deskritta fl-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
(d) Id-devjazzjonijiet jew id-derogi approvati għandhom ikunu soġġetti, wara li jiġu applikati, għal valutazzjoni biex jiġi ddeterminat jekk devjazzjonijiet jew derogi bħal dawn għandhomx jiġu kkonfermati jew emendati. L-awtorità kompetenti u l-Aġenzija għandhom iwettqu valutazzjoni indipendenti fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-operatur. Il-valutazzjoni għandha tkun proporzjonata, trasparenti u msejsa fuq prinċipji u għarfien xjentifiċi.
ARO.OPS. 240 Approvazzjoni speċifika ta' RNP AR APCH
Meta l-applikant jkun wera l-konformità mar-rekwiżiti fil-parti SPA.PBN.105, l-awtorità kompetenti għandha tagħti approvazzjoni speċifika ġenerika jew approvazzjoni speċifika għall-proċedura għal RNP AR APCH.
Fil-każ ta' approvazzjoni speċifika għall-proċedura, l-awtorità kompetenti għandha:
telenka l-proċeduri approvati ta' avviċinament bl-istrumenti f'ajrudromi speċifiċi fl-approvazzjoni tal-PBN;
tistabbilixxi koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti għal dawn l-ajrudromi, jekk ikun xieraq; kif ukoll
tqis il-krediti possibbli li jirriżultaw mill-approvazzjonijiet speċifiċi tal-RNP AR APCH li nħarġu diġà lill-applikant.
TAQSIMA III
Sorveljanza tal-operazzjonijiet
ARO.OPS.300 Titjiriet introduttorji
L-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi kundizzjonijiet addizzjonali għal titjiriet introduttorji mwettqa skont il-Parti-NCO fit-territorju tal-Istat Membru. It-tali kundizzjonijiet għandhom jiżguraw operazzjonijiet sikuri u jkunu proporzjonati.
IS-SUBPARTI RAMP
SPEZZJONIJIET FIR-RAMPA FUQ INĠENJI TAL-AJRU TA’ OPERATURI LI JAQGĦU TAĦT IS-SORVELJANZA REGOLATORJA TA’ STAT IEĦOR
ARO.RAMP.005 Kamp ta’ applikazzjoni
Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li l-awtorità kompetenti jew l-Aġenzija għandhom isegwu meta dawn ikunu qed iwettqu l-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mat-twettiq ta’ spezzjonijiet fir-rampa fuq inġenji tal-ajru użati minn operaturi minn pajjiżi terzi jew minn operaturi li jaqgħu taħt is-sorveljanza regolatorja ta’ Stat Membru ieħor, meta dawn l-inġenji tal-ajru jkunu niżlu f’ajrudromi li jinsabu fit-territorju li huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat.
ARO.RAMP.100 Punti ġenerali
(a) L-inġenji tal-ajru, kif ukoll l-ekwipaġġ tagħhom, għandhom jiġu spezzjonati skont ir-rekwiżiti applikabbli.
(b) Minbarra li twettaq l-ispezzjonijiet fir-rampa li huma inklużi fil-programm ta’ sorveljanza tagħha stabbilit skont il-punt ARO.GEN.305, l-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjoni fir-rampa fuq inġenju tal-ajru li dwaru jkun hemm suspett li mhuwiex konformi mar-rekwiżiti applikabbli.
(c) Fil-kuntest tal-iżvilupp tal-programm ta’ sorveljanza stabbilit skont il-punt ARO.GEN.305, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi programm annwali għat-twettiq ta’ spezzjonijiet fir-rampa fuq inġenji tal-ajru. Dan il-programm għandu:
jkun ibbażat fuq metodu tal-kalkolu li jqis l-informazzjoni storika dwar l-għadd ta’ operaturi u n-natura tagħhom, u l-għadd ta’ nżul tagħhom fl-ajrudromi tagħha, kif ukoll ir-riskji għas-sikurezza; u
jippermetti lill-awtorità kompetenti tagħti prijorità lill-ispezzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru abbażi tal-lista msemmija fil-punt ARO.RAMP.105 (a).
(d) Meta tqis li huwa neċessarju, l-Aġenzija, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom għandha ssir l-ispezzjoni, għandha twettaq spezzjonijiet fir-rampa fuq inġenji tal-ajru biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-għan:
tal-kompiti ta’ ċertifikazzjoni assenjati lill-Aġenzija mir-Regolament (KE) Nru 216/2008;
tal-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni ta’ Stat Membru; jew
tal-ispezzjonijiet ta’ organizzazzjoni biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli f’sitwazzjonijiet potenzjalment perikolużi.
ARO.RAMP.105 Kriterji ta’ prijoritizzazzjoni
(a) L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti b’lista ta’ operaturi jew ta’ inġenji tal-ajru li jkunu ġew identifikati bħala operaturi jew inġenji tal-ajru li jippreżentaw riskju potenzjali, sabiex ikun hemm prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa.
(b) Din il-lista għandha tinkludi:
l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru identifikati abbażi tal-analiżi tad-dejta disponibbli skont il-punt ARO.RAMP.150 (b)(4);
operaturi jew inġenji tal-ajru li l-Kummissjoni Ewropea tkun għarrfet lill-Aġenzija bihom u li jkunu ġew identifikati abbażi ta’:
opinjoni espressa mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru (ASC) fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, li hemm bżonn ta’ iktar verifiki dwar il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz ta’ spezzjonijiet sistematiċi fir-rampa; jew
informazzjoni li l-Kummissjoni Ewropea tkun kisbet mingħand l-Istati Membri skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005;
inġenji tal-ajru operati lejn it-territorju suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat minn operaturi inklużi fl-Anness B tal-lista tal-operaturi li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005;
inġenji tal-ajru operati minn operaturi ċċertifikati fi Stat li jeżerċita sorveljanza regolatorja fuq operaturi li huma inklużi fil-lista msemmija fil-punt (3);
inġenji tal-ajru użati minn operatur minn pajjiż terz li jopera għall-ewwel darba lejn, fi jew mit-territorju li huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat jew li l-awtorizzazzjoni tiegħu maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 452/2014 tkun limitata jew maħruġa mill-ġdid wara sospensjoni jew revoka.
(c) Il-lista għandha tiġi ppreżentata, skont il-proċeduri stabbiliti mill-Aġenzija, wara kull aġġornament tal-lista Komunitarja tal-operaturi li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u, fi kwalunkwe każ, mill-inqas darba kull erba’ (4) xhur.
ARO.RAMP.106 Ittestjar għall-alkoħol
L-awtorità kompetenti għandha twettaq ittestjar għall-alkoħol fuq l-ekwipaġġ tat-titjira u tal-kabina.
L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti b'lista tal-operaturi tal-Unjoni u tal-pajjiżi terzi għall-prijoritizzazzjoni tal-ittestjar għall-alkoħol fil-programm tal-ispezzjoni fir-rampa skont l-ARO.RAMP.105 fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-Aġenzija, filwaqt li jitqiesu r-robustezza u l-effikaċja tal-programmi eżistenti għall-ittestjar għal sustanzi psikoattivi.
Meta tagħżel l-operaturi għall-ittestjar għall-alkoħol fl-ekwipaġġ tat-titjira u tal-kabina, l-awtorità kompetenti għandha tuża l-lista stabbilita skont il-punt (b).
Kull meta d-dejta dwar it-testijiet għall-alkoħol tiġi inkluża fil-bażi tad-dejta ċentralizzata skont il-punt (b) tal-punt ARO.RAMP.145, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li t-tali dejta teskludi kull dejta personali tal-membru tal-ekwipaġġ ikkonċernat.
Fil-każ ta' kawża jew suspett raġonevoli, it-testijiet għall-alkoħol jistgħu jitwettqu fi kwalunkwe mument.
Il-metodoloġija tal-ittestjar għall-alkoħol għandha tapplika standards ta' kwalità rikonoxxuti li jiżguraw riżultati tal-ittestjar preċiżi.
Kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-ekwipaġġ tal-kabina li jirrifjuta li jikkoopera matul it-testijiet jew li jkun ġie identifikat li huwa taħt l-influwenza tal-alkoħol wara test pożittiv ma għandux jitħalla jkompli jaħdem.
ARO.RAMP.110 Ġbir tal-informazzjoni
L-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni li hija tqis li hija utli għat-twettiq tal-ispezzjonijiet fir-rampa.
ARO.RAMP.115 Kwalifiki tal-ispetturi li jwettqu spezzjonijiet fir-rampa
(a) L-awtorità kompetenti u l-Aġenzija għandu jkollhom spetturi kkwalifikati biex iwettqu l-ispezzjonijiet fir-rampa.
(b) L-ispetturi li jwettqu spezzjonijiet fir-rampa:
għandu jkollhom l-edukazzjoni ajrunawtika meħtieġa jew l-għarfien prattiku meħtieġ, li jkun rilevanti għall-qasam/l-oqsma ta’ spezzjoni tagħhom;
għandhom ikunu temmew b’suċċess:
taħriġ teoretiku u prattiku speċifiku u xieraq f’wieħed mill-oqsma ta’ spezzjoni li ġejjin jew iktar:
il-kabina tal-pilota;
is-sikurezza tal-kabina;
il-kundizzjoni tal-inġenju tal-ajru;
il-merkanzija;
taħriġ xieraq fuq ix-xogħol, mogħti minn spettur tar-rampa b’ħafna esperjenza, li jkun inħatar mill-awtorità kompetenti jew mill-Aġenzija;
għandhom iżommu l-validità tal-kwalifiki tagħhom billi jieħdu taħriġ rikorrenti u billi jwettqu mill-inqas tnax-il (12) spezzjoni f'kull perjodu ta' sena kalendarja.
(c) It-taħriġ imsemmi fil-punt (b)(2)(i) għandu jingħata mill-awtorità kompetenti jew minn kwalunkwe organizzazzjoni tat-taħriġ li tkun approvata skont il-punt ARO.RAMP.120(a).
(d) L-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm sillabi tat-taħriġ u tippromwovi l-organizzazzjoni ta’ korsijiet tat-taħriġ u ta’ laqgħat ta’ ħidma għall-ispetturi sabiex ittejjeb il-fehim u l-implimentazzjoni uniformi ta’ din is-Subparti.
(e) L-Aġenzija għandha tiffaċilita u tikkoordina programm ta’ skambju ta’ spetturi, li jkollu l-għan li jippermetti lill-ispetturi jiksbu esperjenza prattika u li jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tal-proċeduri.
ARO.RAMP.120 Approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ
(a) L-awtorità kompetenti għandha tapprova organizzazzjoni tat-taħriġ li jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha fit-territorju tal-Istat Membru rispettiv, meta tkun issodisfata li l-organizzazzjoni tat-taħriġ:
tkun ħatret kap tat-taħriġ li għandu kapaċitajiet maniġerjali tajbin biex tiżgura li t-taħriġ ipprovdut ikun konformi mar-rekwiżiti applikabbli;
ikollha għad-dispożizzjoni tagħha faċilitajiet tat-taħriġ u tagħmir ta’ struzzjoni xierqa għat-tip ta’ taħriġ ipprovdut;
tipprovdi taħriġ skont is-sillabi żviluppati mill-Aġenzija skont il-punt ARO.RAMP.115(d);
tuża għalliema kkwalifikati għat-taħriġ.
(b) Jekk l-awtorità kompetenti titlob dan, il-verifika tal-konformità u l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (a) għandhom jitwettqu mill-Aġenzija.
(c) L-organizzazzjoni tat-taħriġ għandha tiġi approvata biex tipprovdi wieħed mit-tipi ta’ taħriġ li ġejjin jew aktar:
taħriġ teoretiku inizjali;
taħriġ prattiku inizjali;
taħriġ rikorrenti.
ARO.RAMP.125 Twettiq tal-ispezzjonijiet fir-rampa
(a) L-ispezzjonijiet fir-rampa għandhom jitwettqu b'mod standardizzat.
(b) Meta jkunu qed iwettqu spezzjoni fir-rampa, l-ispetturi għandhom jagħmlu l-isforzi kollha possibbli sabiex jevitaw dewmien bla raġuni tal-inġenju tal-ajru spezzjonat.
(c) Meta titlesta l-ispezzjoni fir-rampa, il-bdot fil-kmand jew, fl-assenza tiegħu, membru ieħor tal-ekwipaġġ tat-titjira jew rappreżentant tal-operatur, għandhom jiġu infurmati bir-riżultati tal-ispezzjoni fir-rampa.
ARO.RAMP.130 Klassifikazzjoni tas-sejbiet
Għal kull element li jkun ġie spezzjonat, huma ddefiniti bħala sejbiet tliet kategoriji ta’ nuqqas ta’ konformità possibbli mar-rekwiżiti applikabbli. Dawn is-sejbiet għandhom jiġu kklassifikati kif ġej:
sejba tal-kategorija 3 hija s-sejba ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sinifikanti mar-rekwiżiti applikabbli jew mat-termini ta’ ċertifikat li jkollu influwenza kbira fuq is-sikurezza;
sejba tal-kategorija 2 hija s-sejba ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli jew mat-termini ta’ ċertifikat li jkollu influwenza sinifikanti fuq is-sikurezza;
sejba tal-kategorija 1 hija s-sejba ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli jew mat-termini ta’ ċertifikat li jkollu influwenza minuri fuq is-sikurezza.
ARO.RAMP.135 Azzjonijiet ta’ segwitu marbutin mas-sejbiet
(a) Fil-każ ta’ sejba tal-kategorija 2 jew tal-kategorija 3, l-awtorità kompetenti jew, fejn ikun rilevanti, l-Aġenzija, għandha:
tikkomunika s-sejba bil-miktub lill-operatur, inkluża talba għal evidenza tal-azzjonijiet korrettivi meħudin; u
tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-operatur u, fejn ikun rilevanti, lill-Istat fejn ikun irreġistrat l-inġenju tal-ajru u fejn tkun inħarġet il-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira. Fejn ikun xieraq, l-awtorità kompetenti jew l-Aġenzija għandha titlob konferma tal-aċċettazzjoni tagħhom tal-azzjonijiet korrettivi meħudin mill-operatur skont il-punt ARO.GEN.350 jew il-punt ARO.GEN.355.
(b) Minbarra l-punt (a), fil-każ ta’ sejba tal-kategorija 3, l-awtorità kompetenti għandha tieħu passi immedjati billi:
timponi restrizzjoni fuq l-operazzjonijiet ta’ titjir tal-inġenju tal-ajru;
titlob azzjonijiet korrettivi immedjati;
iżżomm l-inġenju tal-ajru milli jtir skont il-punt ARO.RAMP.140; jew
timponi projbizzjoni immedjata fuq l-operat skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.
(c) Meta l-Aġenzija tistabbilixxi sejba tal-kategorija 3, din għandha titlob lill-awtorità kompetenti fejn ikun illandja l-inġenju tal-ajru sabiex tieħu l-miżuri x-xierqa skont il-punt (b).
ARO.RAMP.140 Żamma tal-inġenji tal-ajru fl-art
(a) Fil-każ ta’ sejba tal-kategorija 3 meta jidher li jkun ippjanat li l-inġenju tal-ajru jittajjar mingħajr ma l-operatur jew is-sid itemm l-azzjoni korrettiva x-xierqa, jew meta jidher li x’aktarx iseħħ dan, l-awtorità kompetenti għandha:
tinnotifika lill-bdot fil-kmand/lill-kmandant jew lill-operatur li l-inġenju tal-ajru m’għandux permess jibda t-titjira sakemm ma jingħata avviż ieħor; u
żżomm dak l-inġenju tal-ajru milli jtir.
(b) L-awtorità kompetenti tal-Istat fejn l-inġenju tal-ajru jinżamm milli jtir għandha tinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-operatur u tal-Istat li fih l-ajruplan ikun irreġistrat, jekk ikun rilevanti, u lill-Aġenzija fil-każ ta’ inġenju tal-ajru miżmum milli jtir użat minn operatur minn pajjiż terz.
(c) L-awtorità kompetenti, f’koordinazzjoni mal-Istat tal-operatur jew mal-Istat tar-reġistrazzjoni, għandha tippreskrivi l-kundizzjonijiet meħtieġa li bihom l-inġenju tal-ajru jista’ jitħalla jitlaq.
(d) Jekk in-nuqqas ta’ konformità jaffettwa l-validità taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbilità tal-inġenju tal-ajru, iż-żamma milli jtir għandha titneħħa biss mill-awtorità kompetenti meta l-operatur jagħti prova li:
tkun reġgħet ġiet stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli;
kiseb permess għat-titjir skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, għal inġenji tal-ajru rreġistrati fi Stat Membru;
kiseb permess għat-titjir jew dokument ekwivalenti mill-Istat tar-reġistrazzjoni jew mill-Istat tal-operatur għal inġenji tal-ajru rreġistrati f’pajjiż terz u mħaddmin minn operatur mill-UE jew minn operatur minn pajjiż terz; u
kiseb permess mingħand il-pajjiżi terzi li fuqhom ikun se jittajjar l-inġenju tal-ajru, jekk dan ikun applikabbli.
ARO.RAMP.145 Rappurtar
(a) L-informazzjoni miġbura skont il-punt ARO.RAMP.125(a) għandha tiddaħħal fil-bażi tad-dejta ċċentralizzata msemmija fil-punt ARO.RAMP.150(b)(2), fi żmien 21 jum kalendarju minn meta ssir l-ispezzjoni.
(b) L-awtorità kompetenti jew l-Aġenzija għandha ddaħħal fil-bażi tad-dejta ċċentralizzata kwalunkwe informazzjoni li tkun utli biex jiġu applikati r-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu u biex l-Aġenzija twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan l-Anness, inkluża l-informazzjoni rilevanti msemmija fil-punt ARO.RAMP.110.
(c) Kull meta l-informazzjoni, kif imsemmi fil-punt ARO.RAMP.110, tindika l-eżistenza ta’ theddida potenzjali għas-sikurezza, it-tali informazzjoni għandha tiġi kkomunikata wkoll mingħajr dewmien lil kull awtorità kompetenti u lill-Aġenzija.
(d) Kull meta l-informazzjoni dwar in-nuqqasijiet tal-inġenji tal-ajru tingħata minn persuna lill-awtorità kompetenti, l-informazzjoni msemmija fil-punt ARO.RAMP.110 u fil-punt ARO.RAMP.125(a) għandu jitneħħilha kull traċċa tas-sors hekk li is-sors tat-tali informazzjoni ma jkunx jista’ jiġi identifikat.
ARO.RAMP.150 Kompiti ta’ koordinazzjoni tal-Aġenzija
(a) L-Aġenzija għandha tamministra u tuża l-għodod u l-proċeduri meħtieġa għall-ħażna u l-iskambju ta’:
l-informazzjoni msemmija fil-punt ARO.RAMP.145.
l-informazzjoni pprovduta minn pajjiżi terzi jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali li magħhom ġew konklużi ftehimiet xierqa mal-UE, jew minn organizzazzjonijiet li magħhom l-Aġenzija tkun ikkonkludiet ftehimiet xierqa skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
(b) Din il-ġestjoni għandha tinkludi l-kompiti li ġejjin:
il-ħażna tad-dejta mill-Istati Membri li tkun rilevanti għall-informazzjoni marbuta mas-sikurezza ta’ inġenji tal-ajru li jinżlu f’ajrudromi li jinsabu fit-territorju li huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat;
l-iżvilupp, iż-żamma u l-aġġornament kontinwu tal-bażi tad-dejta ċċentralizzata li fiha l-informazzjoni kollha msemmija fil-punti (a)(1) u (2);
il-forniment tat-tibdil u t-titjib meħtieġ fl-applikazzjoni tal-bażi tad-dejta;
l-analiżi tal-bażi tad-dejta ċċentralizzata u ta’ informazzjoni rilevanti oħra dwar is-sikurezza tal-inġenji tal-ajru u tal-operaturi tal-ajru u, abbażi ta’ dan:
l-għoti ta’ pariri lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-azzjonijiet immedjati jew il-politika ta’ segwitu;
ir-rappurtar ta’ problemi potenzjali relatati mas-sikurezza lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti;
il-proponiment lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ azzjonijiet ikkoordinati, fejn dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ sikurezza, u l-iżgurar li t-tali azzjonijiet ikunu kkoordinati fuq livell tekniku;
il-kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet u korpi Ewropej oħrajn, ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ma’ awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi b’rabta mal-iskambju tal-informazzjoni.
ARO.RAMP.155 Rapport annwali
L-Aġenzija għandha tħejji u tibgħat lill-Kummissjoni rapport annwali dwar is-sistema ta’ spezzjonijiet fir-rampa, li jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
l-istat tal-progress tas-sistema;
l-istat tal-ispezzjonijiet imwettqa matul is-sena;
analiżi tar-riżultati tal-ispezzjonijiet b’indikazzjoni tal-kategoriji tas-sejbiet;
l-azzjonijiet imwettqa matul is-sena;
proposti għal iktar titjib fis-sistema ta’ spezzjonijiet fir-rampa; u
annessi li jkun fihom il-listi tal-ispezzjonijiet imqassmin skont l-Istat tal-operazzjoni, it-tip ta’ inġenju tal-ajru, l-operatur u r-riżultati għal kull kategorija.
ARO.RAMP.160 Informazzjoni għall-pubbliku u protezzjoni tal-informazzjoni
(a) L-Istati Membri għandhom jużaw l-informazzjoni li jirċievu skont il-punti ARO.RAMP.105 u ARO.RAMP.145 biss għall-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, u għandhom jipproteġuha kif xieraq.
(b) L-Aġenzija għandha tippubblika kull sena rapport bl-informazzjoni aggregata, li għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għandu jkun fih l-analiżi tal-informazzjoni li tkun waslitilha skont il-punt ARO.RAMP.145. Ir-rapport għandu jinkiteb b’mod sempliċi u li jinftiehem faċilment, u fih is-sors tal-informazzjoni m’għandux ikun jista’ jiġi identifikat.
Appendiċi I
DIKJARAZZJONI f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 dwar l-operazzjonijiet bl-ajru |
|||||
Operatur Isem: Il-post li fih l-operatur ikollu s-sede prinċipali tiegħu jew, jekk l-operatur ma jkollu ebda sede prinċipali, il-post li fih l-operatur huwa stabbilit jew jirrisjedi u l-post li minnu jiġu diretti l-operazzjonijiet: Isem u dettalji ta’ kuntatt tal-maniġer responsabbli: |
|||||
Operazzjoni tal-inġenju tal-ajru |
|||||
Data tal-bidu tal-operazzjoni u data tal-applikabbiltà tal-bidla: |
|||||
Informazzjoni dwar l-inġenju tal-ajru, l-operat u l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa(1): |
|||||
Tip(i) ta’ inġenju tal-ajru, ir-reġistrazzjoni/jiet u l-bażi ewlenija: |
|||||
MSN tal-inġenju tal-ajru(2) |
Tip ta’ inġenju tal-ajru |
Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru(3) |
Bażi ewlenija |
Tip(i) ta’ operazzjoni(4) |
Organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa(5) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-operatur għandu jikseb approvazzjoni minn qabel(6) jew approvazzjoni speċifika(7) għal ċerti operazzjonijiet qabel ma jwettaq tali operazzjonijiet. |
|||||
Fejn applikabbli, dettalji tal-approvazzjonijiet fil-pussess (mad-dikjarazzjoni ehmeż lista ta’ approvazzjonijiet speċifiċi, inklużi approvazzjonijiet speċifiċi mogħtija minn pajjiż terz, jekk applikabbli). |
|||||
Fejn applikabbli, dettalji tal-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet speċjalizzati fil-pussess (ehmeż l-awtorizzazzjoni(jiet)). |
|||||
Fejn applikabbli, lista ta’ mezzi ta’ konformità alternattivi (AltMoC) b’referenzi għall-AMC li jissostitwixxu (ehmeż l-AltMoC). |
|||||
Stqarrijiet |
|||||
□ L-operatur jikkonforma, u se jkompli jikkonforma, mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 965/2012. □ Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni, inkluż il-manwal tal-operat, hija konformi mar-rekwiżiti tal-Anness III (il-Parti-ORO), tal-Anness V (il-Parti-SPA), tal-Anness VI (il-Parti-NCC), jew tal-Anness VIII (il-Parti-SPO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u t-titjiriet kollha se jitwettqu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-manwal tal-operat kif meħtieġ mill-punt ORO.GEN.110(b) tal-Anness III (il-Parti-ORO). |
|||||
□ L-inġenji tal-ajru kollha li jitħaddmu għandhom ċertifikat validu tal-ajrunavigabbiltà skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 jew jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ajrunavigabbiltà applikabbli għall-inġenji tal-ajru rreġistrati f’pajjiż terz u soġġetti għal ftehim ta’ kiri. |
|||||
□ Il-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom liċenzja skont l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 kif meħtieġ skont il-punt ORO.FC.100(c) tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u l-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, fejn applikabbli, huma mħarrġa skont is-Subparti CC tal-Anness III (il-Parti-ORO). |
|||||
□ Jekk applikabbli, l-operatur jimplimenta u juri l-konformità ma’ standard tal-industrija rikonoxxut. Referenza tal-istandard: Korp taċ-ċertifikazzjoni: Data tal-aħħar approvazzjoni tal-konformità: |
|||||
□ L-operatur jeħtieġlu jinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi li taffettwa l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 kif iddikjarat lill-awtorità kompetenti permezz ta’ din id-dikjarazzjoni u bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni u fil-listi tal-AltMoC inklużi fi u annessi ma’ din id-dikjarazzjoni, kif meħtieġ mill-punt ORO.GEN.120(a) tal-Anness III (il-Parti-ORO). |
|||||
□ L-operatur jikkonferma li l-informazzjoni żvelata f’din id-dikjarazzjoni hija korretta. |
|||||
Data, isem u firma tal-maniġer responsabbli |
|||||
(1) Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju biex l-informazzjoni tiġi elenkata fid-dikjarazzjoni, l-informazzjoni għandha tiġi elenkata f’anness separat. L-anness għandu jiġi datat u ffirmat. (2) Numru tas-serje tal-manifattur. (3) Jekk l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat ukoll b’detentur ta’ ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC), speċifika n-numru tal-AOC tad-detentur tal-AOC. (4) “Tip(i) ta’ operazzjoni” tirreferi għat-tipi ta’ operazzjonijiet imwettqa b’dan l-inġenju tal-ajru, eż. operazzjonijiet mhux kummerċjali jew operazzjonijiet speċjalizzati bħal titjiriet ta’ fotografija mill-ajru, titjiriet ta’ reklamar mill-ajru, titjiriet tal-midja tal-aħbarijiet, titjiriet tat-televiżjoni u tal-films, operazzjonijiet bil-paraxut, skydiving, titjiriet ta’ kontroll tal-manutenzjoni. (5) L-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni li hija responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa għandha tinkludi l-isem tal-organizzazzjoni, l-indirizz tagħha, u r-referenza tal-approvazzjoni.
(6) — għal operazzjonijiet speċjalizzati, kiri ta’ inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ mingħand ħaddieħor u kiri ta’ inġenji tal-ajru mingħajr l-ekwipaġġ mingħand ħaddieħor, liema inġenji tal-ajru jkunu rreġistrati f’pajjiż terz (il-punt ORO.SPO.100 (c)); — operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati ta’ riskju għoli (il-punt ORO.SPO.110); — operazzjonijiet mhux kummerċjali b’inġenji tal-ajru b’MOPSC ta’ aktar minn 19, li jitwettqu mingħajr membru operattiv tal-ekwipaġġ tal-kabina (il-punt ORO.CC.100 (d)); — l-użu ta’ valuri minimi operattivi tal-IFR li huma aktar baxxi minn dawk ippubblikati mill-Istat (il-punti NCC.OP.110 u SPO.OP.110); — mili tal-fjuwil bil-magna/i u/jew bir-rotors iduru (il-punt NCC.OP.157); — operazzjonijiet speċjalizzati (SPO) mingħajr ossiġenu ogħla minn 10 000 pied (il-punt SPO.OP.195). (7) operazzjonijiet f’konformità mal-Anness V (il-Parti-SPA) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, inklużi s-Subpartijiet B “OPERAZZJONIJIET TA’ NAVIGAZZJONI BBAŻATA FUQ IL-PRESTAZZJONI (PBN)”, C “OPERAZZJONIJIET SKONT L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET MINIMI GĦALL-PRESTAZZJONI TAN-NAVIGAZZJONI (MNPS)”, D “OPERAZZJONIJIET FI SPAZJU TAL-AJRU B’VALURI MINIMI TA’ SEPARAZZJONI VERTIKALI MNAQQSA (RVSM)”, E “OPERAZZJONIJIET F’VIŻIBILITÀ BAXXA (LVO)”, G “TRASPORT TA’ OĠĠETTI PERIKOLUŻI”, K “OPERAZZJONIJIET LIL HINN MILL-KOSTA BIL-ĦELIKOPTER”, u M “ELECTRONIC FLIGHT BAGS (EFBs)”. |
Appendiċi II
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-OPERAZZJONIJIET (soġġetti għall-kundizzjonijiet approvati fil-manwal tal-operat) |
||||||
Dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità tal-ħruġ Telefon (1): ___________________; Faks: ___________________; Posta elettronika: ___________________ |
||||||
AOC (2): |
Isem l-operatur (3): |
Data (4): |
Firma: |
|||
|
Isem kummerċjali li jopera bih |
|||||
Speċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet #: |
||||||
Mudell tal-inġenju tal-ajru (5): Marki ta’ reġistrazzjoni (6): |
||||||
Tipi ta’ operazzjonijiet: Trasport kummerċjali bl-ajru |
||||||
□Passiġġieri |
□Merkanzija |
□Oħrajn (7): _______________ |
||||
Żona ta’ operazzjoni (8): |
||||||
Limitazzjonijiet speċjali (9): |
||||||
Approvazzjonijiet speċifiċi: |
Iva |
Le |
Speċifikazzjoni (10) |
Rimarki |
||
Oġġetti perikolużi: |
□ |
□ |
|
|
||
Operazzjonijiet f’viżibbiltà baxxa |
|
|
|
|
||
Tlugħ |
□ |
□ |
RVR (11):.. m |
|||
Avviċinament u nżul |
□ |
□ |
CAT (12)…. DA/H: piedi, RVR:.. m |
|||
Krediti operattivi |
□ |
□ |
CAT (13)…..DA/H: piedi, RVR:... m |
|||
RVSM (14) |
□Mhux applikabbli |
□ |
□ |
|
|
|
ETOPS (15) |
□Mhux applikabbli |
□ |
□ |
Ħin massimu ta’ devjazzjoni (16): min. |
|
|
Speċifikazzjonijiet tan-navigazzjoni kumplessa għall-operazzjonijiet ta’ PBN (17) |
□ |
□ |
|
|||
Speċifikazzjoni minima tal-prestazzjoni tan-navigazzjoni |
□ |
□ |
|
|
||
Operazzjonijiet ta’ ajruplan b’magna waħda bit-turbini billejl jew f’IMC (SET-IMC) |
□ |
□ |
|
|||
Operazzjonijiet bil-ħelikopter bl-għajnuna ta’ sistemi ta’ immaġni għall-viżjoni billejl |
□ |
□ |
|
|
||
Operazzjonijiet ta’ rfigħ bil-ħelikopter |
□ |
□ |
|
|
||
Operazzjonijiet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter |
□ |
□ |
|
|
||
Operazzjonijiet lil hinn mill-kosta bil-ħelikopter |
□ |
□ |
|
|
||
Taħriġ tal-ekwipaġġ tal-kabina (20) |
□ |
□ |
|
|
||
Ħruġ ta’ attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina (21) |
□ |
□ |
|
|
||
Użu tal-applikazzjonijiet tat-tip B EFB |
□ |
□ |
|
|||
Ajrunavigabbiltà kontinwa |
□ |
□ |
|
|||
Oħrajn (24) |
|
|
|
|
||
(1)
Id-dettalji ta’ kuntatt tat-telefon tal-awtorità kompetenti, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż. Posta elettronika li għandha tiġi pprovduta kif ukoll faks jekk disponibbli.
(2)
Jiddaħħal in-numru taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC) assoċjat.
(3)
Jiddaħħal l-isem reġistrat tal-operatur u l-isem kummerċjali tal-operatur, jekk ikun differenti. Daħħal “Dba” qabel l-isem kummerċjali (għal “Doing business as” - qed jopera bħala).
(4)
Data tal-ħruġ tal-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet (jj-xx-ssss) u l-firma tar-rappreżentant tal-awtorità kompetenti.
(5)
Tiddaħħal id-deżinjazzjoni tal-ICAO tal-għamla, tal-mudell u tas-serje tal-inġenju tal-ajru, jew tas-serje ewlenija, jekk ġiet deżinjata serje (eż. Boeing-737-3K2 jew Boeing-777-232).
(6)
Il-marki tar-reġistrazzjoni huma mniżżlin fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet jew fil-manwal tal-operat. F’dan il-każ tal-aħħar, l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet relatati għandu jkollhom referenza għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat. Fil-każ li mhux l-approvazzjonijiet speċifiċi kollha japplikaw għall-mudell tal-inġenju tal-ajru, il-marki tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru jistgħu jiddaħħlu fil-kolonna tar-rimarki fl-approvazzjoni speċifika relatata.
(7)
Tip ta’ trasport ieħor li għandu jiġi speċifikat (eż. servizz mediku ta’ emerġenza).
(8)
Lista taż-żona/i ġeografika/ġeografiċi ta’ operazzjoni awtorizzata (permezz tal-koordinati ġeografiċi jew ir-rotot speċifiċi, ir-reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjir jew il-fruntieri nazzjonali jew reġjonali).
(9)
Lista tal-limitazzjonijiet speċjali applikabbli (pereżempju VFR biss, Binhar biss, eċċ.).
(10)
F’din il-kolonna niżżel il-kriterji l-aktar permissivi għal kull approvazzjoni jew it-tip ta’ approvazzjoni (bil-kriterji x-xierqa).
(11)
Jiddaħħal il-valur minimu approvat tar-RVR għat-tlugħ, f’metri. Tista’ tintuża linja waħda għal kull approvazzjoni f’każ li jingħataw approvazzjonijiet differenti.
(12)
Tiddaħħal il-kategorija ta’ avviċinament ta’ preċiżjoni applikabbli: CAT II jew CAT III. Jiddaħħal il-valur minimu tar-RVR f’metri u tad-DH f’piedi. Għandha tintuża linja waħda għal kull kategorija ta’ avviċinament imniżżla.
(13)
Jiddaħħal kreditu operattiv applikabbli: SA CAT I, SA CAT II, EFVS, eċċ. Jiddaħħal il-valur minimu tar-RVR f’metri u tad-DH f’piedi. Tintuża linja waħda għal kull kreditu operattiv elenkat.
(14)
Il-kaxxa “Mhux applikabbli” tista’ tiġi mmarkata biss jekk il-limitu massimu tal-inġenju tal-ajru jkun inqas minn FL290.
(15)
L-operazzjonijiet fuq distanza estiża (ETOPS) bħalissa japplikaw biss għall-inġenji tal-ajru b’żewġ magni. Għalhekk, il-kaxxa “Mhux applikabbli” tista’ tiġi mmarkata jekk il-mudell tal-inġenju tal-ajru jkollu aktar jew inqas minn żewġ magni.
(16)
Id-distanza tal-limitu tista’ titniżżel ukoll (f’NM), kif ukoll it-tip ta’ magna.
(17)
In-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN): tintuża linja waħda għal kull approvazzjoni speċifika ta’ PBN kumplessa (eż. RNP AR APCH), bil-limitazzjonijiet xierqa elenkati fil-kolonna tal-“Ispeċifikazzjonijiet” jew fil-kolonna tar-“Rimarki”, jew fit-tnejn. L-approvazzjonijiet speċifiċi għall-proċedura ta’ proċeduri speċifiċi ta’ RNP AR APCH jistgħu jitniżżlu fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet jew fil-manwal tal-operat. F’dan il-każ tal-aħħar, l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet relatati għandu jkollhom referenza għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat.
(18)
Speċifika jekk l-approvazzjoni speċifika hijiex limitata għal ċerti estremitajiet tar-runway, għal ajrudromi, jew għat-tnejn.
(19)
Tiddaħħal il-kombinazzjoni partikolari tal-qafas jew tal-magna tal-inġenju tal-ajru.
(20)
L-approvazzjoni biex iwettqu l-kors tat-taħriġ u l-eżaminazzjoni għandha timtela mill-applikanti għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina kif speċifikat fl-Anness V (il-Parti-CC) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.
(21)
L-approvazzjoni għall-ħruġ ta’ attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina kif speċifikat fl-Anness V (il-Parti-CC) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.
(22)
Tiddaħħal il-lista tal-applikazzjonijiet tat-tip B EFB flimkien mar-referenza tal-ħardwer EFB (għall-EFBs portabbli). Din il-lista tinsab jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet jew fil-manwal tal-operat. F’dan il-każ tal-aħħar, l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet relatati għandu jkollhom referenza għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat.
(23)
L-isem tal-persuna jew tal-organizzazzjoni li għandha r-responsabbiltà li tiżgura li tinżamm l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru u referenza għar-regolament li jeżiġi dan ix-xogħol, jiġifieri s-Subparti G tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.
(24)
Hawnhekk jistgħu jiddaħħlu approvazzjonijiet jew data oħra, fejn tintuża linja waħda (jew blokka waħda b’għadd ta’ linji) għal kull awtorizzazzjoni (eż. għall-operazzjonijiet ta’ nżul b’distanza qasira, għall-operazzjonijiet ta’ avviċinament wieqaf, għal distanza tal-inżul meħtieġa mnaqqsa, għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter lejn/minn sit ta’ interess pubbliku, għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter fuq ambjent ostili li jinsab ’il barra minn żona konġestjonata, għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter mingħajr kapaċità ta’ nżul ta’ emerġenza sikur, għall-operazzjonijiet b’angoli ta’ inklinazzjoni laterali miżjuda, għad-distanza massima minn ajrudrom xieraq għall-ajruplani b’żewġ magni mingħajr approvazzjoni tal-ETOPS). Formola 139 tal-EASA Ħarġa 7. |
Appendiċi III
Lista ta' approvazzjonijiet speċifiċi
Operazzjonijiet mhux kummerċjali
Operazzjonijiet speċjalizzati
(soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati fl-approvazzjoni u li hemm fil-manwal tal-operat jew fil-manwal operattiv tal-bdot)
Awtorità emittenti (1): |
||
Lista ta' approvazzjonijiet speċifiċi # (2): Isem l-operatur: Data (3): Firma: |
||
Mudell tal-inġenju tal-ajru u marki ta' reġistrazzjoni (4): |
||
Tipi ta' operazzjoni speċjalizzata (SPO), jekk applikabbli: □ (5)… |
||
Approvazzjonijiet Speċifiċi (6): |
Speċifikazzjoni (7) |
Rimarki |
|
|
|
… |
|
|
… |
|
|
… |
|
|
… |
|
|
(1)
Jiddaħħlu l-isem u d-dettalji ta' kuntatt.
(2)
Jiddaħħal in-numru assoċjat.
(3)
Id-data tal-ħruġ tal-approvazzjonijiet speċifiċi (jj-xx-ssss) u l-firma tar-rappreżentant tal-awtorità kompetenti.
(4)
Jiddaħħlu d-deżinjazzjoni tal-għamla, tal-mudell u tas-serje tal-inġenju tal-ajru, jew tas-serje ewlenija kif stabbiliti mill-Commercial Aviation Safety Team(CAST)/mill-ICAO, fil-każ li ġiet iddeżinjata serje (preżempju Boeing-737-3K2 jew Boeing-777-232). It-Tassonomija CAST/ICAO hija disponibbli fuq: http://www.intlaviationstandards.org/ Il-marki ta' reġistrazzjoni għandhom jew jiġu elenkati fil-lista ta' approvazzjonijiet speċifiċi jew fil-manwal tal-operat. F'dan il-każ tal-aħħar, il-lista tal-approvazzjonijiet speċifiċi għandha tirreferi għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat.
(5)
Speċifika t-tip ta' operazzjoni, eż. agrikoltura, kostruzzjoni, fotografija, surveying, osservazzjoni u pattulja, riklamar fl-ajru, titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni.
(6)
Elenka f'din il-kolonna kwalunkwe operazzjoni approvata, eż., oġġetti perikolużi, LVO, RVSM, PBN, MNPS, HOFO.
(7)
Elenka f'din il-kolonna l-kriterji l-aktar permissivi għal kull approvazzjoni, eż., l-gћoli tad-deċiżjoni u l-RVR minima għall-CAT II. |
FORMOLA 140 tal-EASA, Ħarġa 2
Appendiċi IV
AWTORIZZAZZJONI TA' OPERAZZJONIJIET KUMMERĊJALI SPEĊJALIZZATI TA' RISKJU GĦOLI |
|
Awtorità emittenti: (1) Nru tal-Awtorizzazzjoni: (2) |
|
Isem l-Operatur: (3) Indirizz tal-Operatur: (4) Telefon: (5) Fax Email: |
|
Mudell tal-inġenju tal-ajru u marki ta' reġistrazzjoni: (6) |
|
Operazzjoni Speċjalizzata Awtorizzata: (7) |
|
Żona awtorizzata jew sit tal-operat: (8) |
|
Limitazzjonijiet speċjali: (9) |
|
Dan sabiex jiġi kkonfermat li … hu/hi awtorizzat(a) j/twettaq operazzjoni(jiet) kummerċjali speċjalizzata/i ta' riskju għoli skont din l-awtorizzazzjoni, il-Proċeduri Operattivi Standard tal-operatur, l-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. |
|
Data tal-ħruġ (10): |
Isem u firma (11): Titolu: |
(1)
Isem u dettalji ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti
(2)
Jiddaħħal in-numru tal-awtorizzazzjoni assoċjat.
(3)
Jiddaħħal l-isem irreġistrat tal-operatur u l-isem kummerċjali tal-operatur, jekk differenti. Daħħal “Dba” qabel l-isem kummerċjali (għal “Doing business as”).
(4)
L-indirizz tas-sede prinċipali tal-operatur.
(5)
Id-dettalji tat-telefon u tal-fax tas-sede prinċipali tal-operatur, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż. L-email għandu jiġi pprovdut jekk ikun disponibbli.
(6)
Jiddaħħlu d-deżinjazzjoni tal-għamla, tal-mudell u tas-serje tal-inġenju tal-ajru, jew tas-serje ewlenija kif stabbiliti mill-Commercial Aviation Safety Team(CAST)/mill-ICAO, fil-każ li ġiet iddeżinjata serje (preżempju Boeing-737-3K2 jew Boeing-777-232). It-Tassonomija CAST/ICAO hija disponibbli fuq: http://www.intlaviationstandards.org. Il-marki ta' reġistrazzjoni għandhom jew jiġu elenkati fil-lista ta' approvazzjonijiet speċifiċi jew fil-manwal tal-operat. F'dan il-każ tal-aħħar, il-lista tal-approvazzjonijiet speċifiċi għandha tirreferi għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat.
(7)
Speċifika t-tip ta' operazzjoni, eż. agrikoltura, kostruzzjoni, fotografija, surveying, osservazzjoni u pattulja, riklamar fl-ajru, titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni.
(8)
Elenkar taż-żona/i jew sit(i) ġeografiku/ċi ta' operazzjoni awtorizzata (permezz ta' koordinati ġeografiċi jew ir-reġjun tal-informazzjoni dwar it-titjira jew il-fruntieri nazzjonali jew reġjonali).
(9)
Lista tal-limitazzjonijiet speċjali applikabbli (pereżempju VFR biss, Binhar biss, eċċ.).
(10)
Id-data tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni (jj-xx-ssss).
(11)
It-titlu, l-isem u l-firma ta' rappreżentant tal-awtorità kompetenti. Barra minn hekk, fuq l-awtorizzazzjoni jista' jiġi applikat timbru uffiċjali. |
FORMOLA 151 tal-EASA, Ħarġa 2
▼M15 —————
ANNESS III
REKWIŻITI TAL-ORGANIZZAZZJONI GĦALL-OPERAZZJONIJIET BL-AJRU
[IL-PARTI-ORO]
ORO.GEN.005 Kamp ta’ applikazzjoni
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jiġu segwiti minn operatur tal-ajru li jwettaq:
operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru (CAT)
operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati;
operazzjonijiet mhux kummerċjali b’inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni.
operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati b’inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni.
IS-SUBPARTI GEN
REKWIŻITI ĠENERALI
TAQSIMA I
Punti ġenerali
ORO.GEN.105 Awtorità kompetenti
Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti li tissorvelja l-operaturi li huma suġġetti għal obbligu ta’ ċertifikazzjoni ►M1 jew ta' dikjarazzjoni ◄ ►M4 jew awtorizzazzjoni ta’ operazzjoni speċjalizzata ◄ għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru rilevanti għal operaturi li għandhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru.
ORO.GEN.110 Responsabbiltajiet tal-operatur
(a) L-operatur huwa responsabbli għat-tħaddim tal-inġenju tal-ajru skont l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, kif applikabbli, skont ir-rekwiżiti rilevanti ta’ dan l-Anness u ċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC) jew l-awtorizzazzjoni ta’ operazzjoni speċjalizzata (awtorizzazzjoni SPO) jew id-dikjarazzjoni tiegħu.
(b) Kull titjira għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet tal-manwal tal-operat.
(c) L-operatur għandu jistabbilixxi u jżomm sistema li teżerċita kontroll operattiv fuq kull titjira operata skont it-termini taċ-ċertifikat ►M4 , tal-awtorizzazzjoni SPO ◄ ►M1 jew id-dikjarazzjoni ◄ tiegħu.
(d) L-operatur għandu jiżgura li l-inġenji tal-ajru tiegħu jkunu mgħammra u li l-ekwipaġġi tiegħu jkunu kkwalifikati kif meħtieġ għaż-żona u t-tip tal-operazzjoni.
(e) L-operatur għandu jiżgura li l-persunal kollu li jkun assenjat għal operazzjonijiet ta’ fuq l-art jew tal-ajru, jew li jkun involut direttament fihom, jingħata struzzjonijiet kif suppost, ikun wera l-ħiliet tiegħu fil-kompiti partikulari tiegħu u jkun konxju mir-responsabbiltajiet tiegħu u mir-relazzjoni bejn it-tali kompiti u l-operazzjoni kollha kemm hi.
(f) L-operatur għandu jistabbilixxi l-proċeduri u l-istruzzjonijiet biex jiġi operat b'mod sikur kull tip ta' inġenju tal-ajru, li jkun fihom il-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-persunal ta' fuq l-art u tal-membri tal-ekwipaġġ għal kull tip ta' operazzjoni fuq l-art u fl-ajru. Dawk il-proċeduri u l-istruzzjonijiet ma għandhomx jeħtieġu li l-membri tal-ekwipaġġ iwettqu xi attività matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira għajr dawk meħtieġa biex l-inġenju tal-ajru jiġi operat b'mod sikur. Għandhom jiġu inklużi wkoll il-proċeduri u l-istruzzjonijiet għall-kompartiment sterili tal-ekwipaġġ tat-titjira.
(g) L-operatur għandu jiżgura li l-persunal kollu jkun jaf li huwa għandu jikkonforma mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta’ dawk l-Istati li fihom jitwettqu l-operazzjonijiet u li huma rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.
(h) L-operatur għandu jistabbilixxi lista ta' kontroll għal kull tip ta' inġenju tal-ajru li l-membri tal-ekwipaġġ għandhom jużaw, għall-fażijiet kollha tat-titjira f'kundizzjonijiet normali, anormali u ta' emerġenza, sabiex ikun żgurat li l-proċeduri operattivi mogħtija fil-manwal tal-operat jiġu segwiti. Id-disinn u l-użu tal-listi ta' kontroll għandhom iħarsu l-prinċipji tal-fatturi umani u għandhom iqisu l-aktar dokumentazzjoni riċenti rilevanti mogħtija mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn.
(i) L-operatur għandu jispeċifika l-proċeduri ta’ ppjanar tat-titjira sabiex jiżgura li t-titjira titwettaq b’mod sikur abbażi tal-kunsiderazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru, ta’ limitazzjonijiet operattivi oħrajn u tal-kundizzjonijiet rilevanti li mistennija jkun hemm tul ir-rotta li għandha tiġi segwita u fl-ajrudromi jew fis-siti tal-operat ikkonċernati. Dawn il-proċeduri għandhom jiġu inklużi fil-manwal tal-operat.
(j) L-operatur għandu jistabbilixxi u jżomm programmi ta' taħriġ dwar l-oġġetti perikolużi għall-persunal, kif inhu meħtieġ mill-istruzzjonijiet tekniċi. Dawn il-programmi ta' taħriġ għandhom ikunu xierqa b'mod proporzjonat għar-responsabbiltajiet tal-persunal. Programmi ta' taħriġ ta' operaturi li jwettqu l-CAT, kemm jekk jittrasportaw oġġetti perikolużi kif ukoll jekk le, u ta' operaturi li jwettqu operazzjonijiet minbarra l-CAT imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-punt ORO.GEN.005 li jittrasportaw oġġetti perikolużi għandhom ikunu suġġetti għall-analiżi u l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.
(k) Minkejja l-punt (j), l-operaturi li jwettqu operazzjonijiet kummerċjali b'xi wieħed mill-inġenji tal-ajru li ġejjin għandhom jiżguraw li l-ekwipaġġ tat-titjira jkun irċieva taħriġ jew struzzjonijiet xierqa dwar l-oġġetti perikolużi, biex ikunu jistgħu jagħrfu oġġetti perikolużi mhux iddikjarati li jkunu ddaħħlu abbord minn passiġġieri jew bħala merkanzija:
ajruplan b'magna waħda li jaħdem bl-iskrejjen b'MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u b'MOPSC ta' 5 jew inqas, li jitħaddem f'titjira bit-tlugħ u l-inżul fl-istess ajrudrom jew sit operatorju, skont il-VFR binhar;
ħelikopter ħlief ħelikopters kumplessi li jaħdmu bil-maġni, b'magna waħda, b'MOPSC ta' 5 jew inqas, operat f'titjira bit-tlugħ u l-inżul fl-istess ajrudrom jew sit operatorju, skont il-VFR binhar.
ORO.GEN.115 ►M4 Applikazzjoni għal AOC ◄
(a) L-applikazzjoni għal ►M4 ajru ◄ ċertifikat ta’ operatur jew għal emenda għal ċertifikat eżistenti għandha ssir fil-forma u l-manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti, billi jitqiesu r-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
(b) L-applikanti għal ċertifikat inizjali għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bid-dokumenti li juru kif se jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Dawn id-dokumenti għandhom jinkludu proċedura li tiddeskrivi kif il-bidliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel se jiġu ġestiti u kif dawn se jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti.
ORO.GEN.120 Mezzi ta’ konformità
(a) Operatur jista juża mezzi alternattivi ta’ konformità minn dawk adottati mill-Aġenzija biex jistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
(b) Meta operatur li jkun suġġett għaċ-ċertifikazzjoni jkun jixtieq juża mezzi alternattivi ta’ konformità mill-Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità (l-AMC) adottati mill-Aġenzija biex jistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, dan għandu, qabel ma jimplimentahom, jipprovdi lill-awtorità kompetenti deskrizzjoni sħiħa tal-mezzi alternattivi ta’ konformità. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe reviżjoni tal-manwali jew tal-proċeduri li tista’ tkun rilevanti, kif ukoll valutazzjoni li turi li r-Regoli ta’ Implimentazzjoni jkunu ġew issodisfati.
L-operatur jista’ jimplimenta dawn il-mezzi alternattivi ta’ konformità jekk jingħata approvazzjoni minn qabel għalihom min-naħa tal-awtorità kompetenti u ladarba jirċievi n-notifika kif previst fil-punt ARO.GEN.120(d).
(c) Operatur li jkun meħtieġ jiddikjara l-attività tiegħu għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti l-lista ta’ mezzi alternattivi ta’ konformità li huwa juża biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
(d) Meta operatur soġġett għal awtorizzazzjoni SPO jkun jixtieq juża mezzi alternattivi ta’ konformità, għandu jikkonforma ma’ (b) kull meta t-tali mezzi alternattivi ta’ konformità jaffettwaw il-proċeduri operattivi standard li huma parti mill-awtorizzazzjoni u ma’ (c) għall-parti ddikjarata tal-organizzazzjoni u l-operazzjoni tiegħu.
ORO.GEN.125 ►M4 Termini ta’ approvazzjoni u privileġġi ta’ detentur ta’ AOC ◄
Operatur iċċertifikat għandu jkun konformi mal-kamp ta’ applikazzjoni u mal-privileġġi ddefiniti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet mehmużin maċ-ċertifikat tal-operatur.
ORO.GEN.130 ►M4 Bidliet relatati ma’ detentur ta’ AOC ◄
(a) Kwalunkwe bidla li taffettwa:
il-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikat jew l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet ta’ operatur; jew
kwalunkwe element tas-sistema ta’ ġestjoni tal-operatur kif meħtieġ skont il-punti ORO.GEN.200(a)(1) u (a)(2),
għandu jkollha l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.
(b) Għal kwalunkwe bidla li teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-operatur għandu japplika għal approvazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti u jiksibha. L-applikazzjoni għandha titressaq qabel ma ssir kwalunkwe bidla bħal din, sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-konformità kontinwa mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu u temenda, jekk ikun meħtieġ, iċ-ċertifikat tal-operatur u t-termini tal-approvazzjoni relatati miegħu mehmuża miegħu.
L-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe dokument li jkun rilevanti.
Il-bidla għandha tiġi implimentata biss meta l-operatur jirċievi l-approvazzjoni formali min-naħa tal-awtorità kompetenti skont il-punt ARO.GEN.330.
L-operatur għandu jiffunzjona skont il-kundizzjonijiet preskritti mill-awtorità kompetenti matul it-tali bidliet, skont kif ikun applikabbli.
(c) Il-bidliet kollha li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel għandhom jiġu ttrattati u nnotifikati lill-awtorità kompetenti hekk kif iddefinit fil-proċedura approvata mill-awtorità kompetenti skont il-punt ARO.GEN.310(c).
ORO.GEN.135 ►M4 Validità ssoktata ta’ AOC ◄
(a) Iċ-ċertifikat tal-operatur għandu jibqa' validu soġġett għal dan kollu li ġej:
l-operatur jibqa' konformi mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet marbuta mat-trattament tas-sejbiet kif speċifikat fil-punt ORO.GEN.150 ta' dan l-Anness;
l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-operatur kif definit fil-punt ORO.GEN.140 ta' dan l-Anness sabiex tiddetermina l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu;
iċ-ċertifikat ma jiġix irtirat jew irrevokat.
(b) Meta jiġi ċedut jew irrevokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.
ORO.GEN.140 Aċċess
(a) Sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, l-operatur għandu jagħti aċċess, fi kwalunkwe ħin, għal kwalunkwe faċilità, inġenju tal-ajru, dokument, rekords, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor li huwa rilevanti għall-attività tiegħu li hija suġġetta għal ċertifikazzjoni, awtorizzazzjoni SPO jew dikjarazzjoni, kemm jekk din hija mogħtija b'kuntratt kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna awtorizzata minn waħda mill-awtoritajiet li ġejjin:
l-awtorità kompetenti ddefinita fil-punt ORO.GEN.105 tal-Anness III ta' dan ir-Regolament;
l-awtorità li taġixxi skont id-dispożizzjonijiet tal-punti ARO.GEN.300(d), ARO.GEN.300(e) jew is-Subparti RAMP tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
(b) L-aċċess għall-inġenji tal-ajru msemmi fil-punt (a) għandu ►M4 , fil-każ ta’ CAT, ◄ jinkludi l-possibbiltà li l-persuna awtorizzata tidħol fl-inġenju tal-ajru u tibqa’ fih matul l-operazzjonijiet ta’ titjir, sakemm il-kmandant ma jiddeċidix mod ieħor għall-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira skont il-punt CAT.GEN.MPA.135 fl-interess tas-sikurezza.
ORO.GEN.150 Sejbiet
Wara li jkun irċieva n-notifika dwar is-sejbiet, l-operatur għandu:
jidentifika l-kawża oriġinali tan-nuqqas ta’ konformità;
jiddefinixxi pjan ta’ azzjoni korrettiva; u
juri l-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti f’perjodu taż-żmien miftiehem ma’ dik l-awtorità, hekk kif iddefinit fil-punt ARO.GEN.350(d).
ORO.GEN.155 Reazzjoni immedjata għal problema tas-sikurezza
L-operatur għandu jimplimenta:
kwalunkwe miżura tas-sikurezza li l-awtorità kompetenti tkun qabbditu jimplimenta skont il-punt ARO.GEN.135(c); u
kwalunkwe informazzjoni obbligatorja rilevanti marbuta mas-sikurezza maħruġa mill-Aġenzija, inklużi d-direttivi tal-ajrunavigabbiltà.
ORO.GEN.160 Rappurtar tal-okkorrenzi
(a) L-operatur għandu jirrapporta lill-awtorità kompetenti u lil kwalunkwe organizzazzjoni oħra li l-Istat tal-operatur jeżiġi li għandha tkun infurmata dwar kwalunkwe aċċident, inċident serju u okkorrenza kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ) u fir-Regolament (UE) Nru 376/2014.
(b) Bla ħsara għall-punt (a), l-operatur għandu jirrapporta lill-awtorità kompetenti u lill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tal-inġenju tal-ajru dwar kwalunkwe inċident, ħsara teknika, difett tekniku, qbiż tal-limiti tekniċi jew okkorrenza li tista’ turi informazzjoni mhux korretta, mhix kompluta jew ambigwa inkluża fid-dejta stabbilita skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012, jew dwar kwalunkwe ċirkostanza irregolari oħra li tkun ipperikolat, jew li setgħet tipperikola, it-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru iżda li ma tkunx wasslet għal aċċident jew inċident serju.
(c) Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 996/2010, u r-Regolament (UE) Nru 376/2014, ir-rapporti msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom isiru f'forma u f'mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti, u għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha pertinenti dwar il-kundizzjonijiet magħrufa mill-operatur.
(d) Ir-rapporti għandhom isiru malajr kemm jista’ jkun, iżda fi kwalunkwe każ fi żmien 72 siegħa minn mindu l-operatur ikun identifika l-kundizzjoni li r-rapport ikun jittratta, sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi straordinarji li jimpedixxu dan.
(e) Fejn ikun rilevanti, l-operatur għandu jipproduċi rapport ta’ segwitu biex jipprovdi d-dettalji tal-azzjonijiet li jkun beħsiebu jieħu biex jevita okkorrenzi simili fil-ġejjieni, hekk kif dawn l-azzjonijiet ikunu ġew identifikati. Dan ir-rapport għandu jsir fil-forma u l-manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti.
TAQSIMA 2
Ġestjoni
ORO.GEN.200 Sistema ta’ ġestjoni
(a) L-operatur għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm sistema ta’ ġestjoni li tkun tinkludi:
linji ta’ responsabbiltà u kontabbiltà fl-organizzazzjoni kollha li jkunu ddefiniti b’mod ċar, inkluża r-responsabbiltà diretta għas-sikurezza tal-maniġer responsabbli;
deskrizzjoni tal-filosofiji u l-prinċipji ġenerali tal-operatur marbutin mas-sikurezza, magħrufa bħala l-politika tas-sikurezza;
l-identifikazzjoni ta’ perikli għas-sikurezza fil-qasam tal-avjazzjoni li jkunu ġejjin mill-attivitajiet tal-operatur, l-evalwazzjoni tagħhom u l-ġestjoni tar-riskji assoċjati magħhom, inkluż it-teħid ta’ azzjonijiet biex jittaffa r-riskju u biex tiġi vverifikata l-effikaċja tagħhom;
iż-żamma ta’ persunal imħarreġ u kompetenti biex jaqdi l-kompiti tiegħu;
id-dokumenti tal-proċessi ewlenin kollha tas-sistema ta’ ġestjoni, inkluż proċess biex l-impjegati jkunu jafu r-responsabbiltajiet tagħhom, u l-proċedura biex jiġu emendati dawn id-dokumenti;
funzjoni biex tkun immonitorjata l-konformità tal-operatur mar-rekwiżiti rilevanti. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi sistema ta’ reazzjoni u kummenti dwar is-sejbiet lill-maniġer responsabbli biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet korrettivi hekk kif ikun meħtieġ; u
kwalunkwe rekwiżit ieħor previst fis-subpartijiet rilevanti ta’ dan l-Anness jew fl-Annessi applikabbli l-oħra.
(b) Is-sistema ta’ ġestjoni għandha tikkorrispondi għad-daqs tal-operatur u għan-natura u l-kumplessità tal-attivitajiet tiegħu, u għandha tqis il-perikli u r-riskji assoċjati magħhom inerenti f’dawn l-attivitajiet.
ORO.GEN.205 Attivitajiet ikkuntrattati
(a) Meta jagħti b'sottokuntratt jew jixtri kwalunkwe servizz jew prodott bħala parti mill-attivitajiet tiegħu, l-operatur għandu jiżgura dan kollu li ġej:
li s-servizzi jew il-prodotti sottokuntrattati jew mixtrija ikunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli;
li kwalunkwe periklu għas-sikurezza tal-avjazzjoni assoċjat ma' servizzi jew prodotti sottokuntrattati jew mixtrija jitqies mis-sistema ta' ġestjoni tal-operatur.
(b) Meta l-operatur iċċertifikat jew id-detentur ta’ awtorizzazzjoni SPO jikkuntratta xi parti mill-attività tiegħu lill-organizzazzjoni li mhijiex iċċertifikata jew awtorizzata skont din il-Parti sabiex twettaq it-tali attività, l-organizzazzjoni kkuntrattata għandha taħdem bl-approvazzjoni tal-operatur. L-organizzazzjoni kontraenti għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni kkuntrattata, sabiex tara li tinżamm konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli.
ORO.GEN.210 Rekwiżiti marbutin mal-persunal
(a) L-operatur għandu jaħtar maniġer responsabbli, li jkollu l-awtorità jiżgura li l-attivitajiet kollha jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati u eżegwiti skont ir-rekwiżiti applikabbli. Il-maniġer responsabbli għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment u ż-żamma ta’ sistema effettiva ta’ ġestjoni.
(b) L-operatur għandu jaħtar persuna jew grupp ta’ persuni li għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li l-operatur jibqa’ konformi mar-rekwiżiti applikabbli. It-tali persuna(i) għandha/għandhom fl-aħħar mill-aħħar jaqgħu taħt l-awtorità tal-maniġer responsabbli.
(c) L-operatur għandu jkollu biżżejjed persunal ikkwalifikat għall-kompiti u l-attivitajiet ippjanati, li għandhom isiru skont ir-rekwiżiti applikabbli.
(d) L-operatur għandu jżomm ir-rekords ix-xierqa tal-esperjenza, tal-kwalifiki u tat-taħriġ biex juri l-konformità mal-punt (c).
(e) L-operatur għandu jiżgura li l-persunal kollu jkun jaf ir-regoli u l-proċeduri li huma rilevanti biex iwettaq il-kompiti tiegħu.
ORO.GEN.215 Rekwiżiti marbutin mal-faċilitajiet
L-operatur għandu jkollu l-faċilitajiet li jippermettu li jitwettqu u jiġu ġestiti l-kompiti u l-attivitajiet ippjanati kollha skont ir-rekwiżiti applikabbli.
ORO.GEN.220 Żamma tar-rekords
(a) L-operatur għandu jistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tippermetti l-ħażna adegwata u t-traċċabbiltà affidabbli tal-attivitajiet kollha żviluppati, li tkun tkopri b’mod partikulari l-elementi kollha indikati fil-punt ORO.GEN.200.
(b) Il-format tar-rekords għandu jiġi speċifikat fil-proċeduri tal-operatur.
(c) Ir-rekords għandhom jinħażnu b’mod li jiżgura l-protezzjoni mill-ħsara, mit-tibdil u mis-serq.
TAQSIMA 3
Rekwiżiti organizzazzjonali addizzjonali
ORO.GEN.310 Użu ta' inġenji tal-ajru elenkati f'AOC għal operazzjonijiet mhux kummerċjali u operazzjonijiet speċjalizzati
Inġenji tal-ajru elenkati fl-AOC ta' operatur jistgħu jibqgħu fuq l-AOC jekk dawn ikunu operat fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
mid-detentur tal-AOC innifsu, għal operazzjonijiet speċjalizzati skont l-Anness VIII (il-Parti-SPO);
minn operaturi oħra, għal operazzjonijiet mhux kummerċjali b'inġenji tal-ajru li jaħdmu bil-magni jew għal operazzjonijiet speċjalizzati mwettqa skont l-Anness VI (il-Parti-NCC), l-Anness VII (il-Parti-NCO) jew l-Anness VIII (il-Parti-SPO), sakemm l-inġenju tal-ajru jintuża għal perjodu kontinwu ta' mhux aktar minn 30 jum.
Meta l-inġenju tal-ajru jintuża skont il-punt (a)(2), id-detentur tal-AOC li jipprovdi l-inġenju tal-ajru u l-operatur li juża l-inġenju tal-ajru għandhom jistabbilixxu proċedura:
li tidentifika b'mod ċar liema operatur huwa responsabbli għall-kontroll operazzjonali ta' kull titjira u li tiddeskrivi kif il-kontroll operazzjonali jiġi trasferit bejniethom;
li tiddeskrivi l-proċedura ta' handover tal-inġenju tal-ajru meta jiġi ritornat lid-detentur tal-AOC.
Dik il-proċedura għandha tiġi inkluża fil-manwal tal-operat ta' kull operatur jew fil-kuntratt ta' bejn id-detentur tal-AOC u l-operatur li juża l-inġenju tal-ajru skont il-punt (a)(2). Id-detentur tal-AOC għandu jistabbilixxi mudell ta' dan il-kuntratt. Il-punt ORO.GEN.220 għandu japplika għaż-żamma ta' rekords ta' dawk il-kuntratti.
Id-detentur tal-AOC u l-operatur li juża l-inġenju tal-ajru skont il-punt (a)(2) għandhom jiżguraw li l-proċedura tiġi kkomunikata lill-persunal rilevanti.
Id-detentur tal-AOC għandu jippreżenta l-proċedura msemmija fil-punt (b) lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni minn qabel.
Id-detentur tal-AOC għandu jaqbel mal-awtorità kompetenti dwar il-mezzi u dwar il-frekwenza li bihom huwa jipprovdilha l-informazzjoni dwar it-trasferimenti tal-kontroll operazzjonali skont il-punt ORO.GEN.130(c).
Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru użat skont il-punt (a) għandha tkun immaniġġjata mill-organizzazzjoni responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru inklużi fl-AOC, skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014.
Id-detentur tal-AOC li jipprovdi l-inġenju tal-ajru skont il-punt (a) għandu:
jindika fil-manwal tal-operat tiegħu l-marki tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru pprovdut u t-tip ta' operazzjonijiet imwettqa ma' dak l-inġenji tal-ajru;
jibqa' infurmat f'kull ħin u jżomm rekord ta' kull operatur li jkollu l-kontroll operazzjonali tal-inġenju tal-ajru f'kull ħin sakemm l-inġenju tal-ajru jiġi ritornat lid-detentur tal-AOC;
jiżgura li l-identifikazzjoni tal-periklu, il-valutazzjoni tar-riskju u l-miżuri ta' mitigazzjoni tiegħu jindirizzaw l-operazzjonijiet kollha mwettqa ma' dak l-inġenju tal-ajru.
Għall-operazzjonijiet skont l-Anness VI (il-Parti-NCC) u l-Anness VIII (il-Parti-SPO), l-operatur li juża l-inġenju tal-ajru skont il-punt (a) għandu jiżgura dan kollu li ġej:
li kull titjira mwettqa taħt il-kontroll operazzjonali tiegħu tkun irreġistrata fis-sistema tar-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru;
li ma jsir l-ebda tibdil fis-sistemi jew fil-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
kwalunkwe difett jew ħsara teknika li jseħħu waqt li l-inġenju tal-ajru jkun taħt il-kontroll operattiv tiegħu jiġu rrappurtati lill-organizzazzjoni msemmija fil-punt (d);
li d-detentur tal-AOC jirċievi kopja ta' kwalunkwe rapport ta' okkorrenzi relatat mat-titjiriet imwettqa bl-inġenju tal-ajru, mimli skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1018 ( *1 ).
IS-SUBPARTI AOC
ĊERTIFIKAZZJONI TAL-OPERATURI TAL-AJRU
ORO.AOC.100 Applikazzjoni għal ċertifikat tal-operatur tal-ajru
(a) Mingħajr ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ), qabel ma jibda ►M4 tat-trasport ◄ l-operazzjonijiet kummerċjali bl-ajru, l-operatur għandu japplika għal ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC) maħruġ mill-awtorità kompetenti u jiksbu.
(b) L-operatur għandu jipprovdi t-tagħrif li ġej lill-awtorità kompetenti:
l-isem uffiċjali u l-isem kummerċjali, l-indirizz u l-indirizz tal-posta tal-applikant;
deskrizzjoni tal-operazzjoni proposta, inklużi t-tip(i), u n-numru ta’ inġenji tal-ajru li se jiġu operati;
deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni, inkluża l-istruttura organizzazzjonali;
l-isem tal-maniġer responsabbli;
l-ismijiet tal-persuni nnominati meħtieġa minn ORO.AOC.135(a) flimkien mal-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom;
kopja tal-manwal tal-operat meħtieġ minn ORO.MLR.100;
dikjarazzjoni li d-dokumentazzjoni kollha mibgħuta lill-awtorità kompetenti ġiet verifikata mill-applikant u nstabet konformi mar-rekwiżiti applikabbli.
(c) L-applikanti għandhom juru lill-awtorità kompetenti li:
dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, ta' dan l-Anness (il-Parti-ORO), tal-Anness IV (il-Parti-CAT) u tal-Anness V (il-Parti-SPA) ta' dan ir-Regolament u l-Anness I (il-Parti 26) tar-Regolament (UE) 2015/640 ( 15 );
l-inġenji tal-ajru kollha għandu jkollhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà (CofA) skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 jew għandu jinkera mingħajr ekwipaġġ skont ORO.AOC.110 (d); u
l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tagħhom hija xierqa u taqbel kif suppost mal-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-operazzjoni.
ORO.AOC.105 Speċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet u privileġġi ta’ detentur ta’ AOC
Il-privileġġi tal-operatur, inklużi dawk mogħtija skont l-Anness V (il-Parti-SPA), għandhom ikunu speċifikati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet taċ-ċertifikat.
ORO.AOC.110 Ftehim ta’ kiri
Kwalunkwe kiri mingħand ħaddieħor
(a) Mingħajr ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, kwalunkwe ftehim ta’ kiri li għandu x’jaqsam ma’ inġenju tal-ajru użat minn operatur li huwa ċċertifikat skont din il-Parti għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.
(b) L-operatur iċċertifikat skont din il-Parti ma għandux jikri inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ inklużi fil-lista tal-operaturi soġġetti għal restrizzjonijiet operazzjonali, reġistrat fi Stat fejn l-operaturi kollha taħt is-sorveljanza tiegħu huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat jew mingħand operatur li huwa soġġett għal projbizzjoni ta' operat skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.
Kiri ta' inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ mingħand ħaddieħor
(c) L-applikant għall-approvazzjoni tal-kiri ta' inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ mingħand operatur minn pajjiż terz għandu juri lill-awtorità kompetenti dan kollu li ġej:
li l-operatur minn pajjiż terz għandu AOC validu, maħruġ skont l-Anness 6 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;
li l-istandards tas-sikurezza tal-operatur minn pajjiż terz fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà kontinwa u l-operazzjonijiet tal-ajru huma ekwivalenti għar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 u minn dan ir-Regolament;
li l-inġenju tal-ajru għandu CofA standard, maħruġ skont l-Anness 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.
Kiri ta' inġenji tal-ajru mingħajr l-ekwipaġġ mingħand ħaddieħor
(d) Applikant għall-approvazzjoni tal-kiri mingħajr ekwipaġġ mingħand ħaddieħor ta' inġenju tal-ajru rreġistrat f'pajjiż terz, għandu juri lill-awtorità kompetenti li:
ġie identifikat bżonn operazzjonali li ma jistax jiġi ssodisfat billi jinkera inġenju tal-ajru rreġistrat fl-UE;
il-perjodu tal-kiri tal-inġenju tal-ajru mingħand ħaddieħor mingħajr l-ekwipaġġ mhux se jaqbeż is-seba' xhur fi kwalunkwe perjodu ta' tnax-il xahar konsekuttivi;
il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 hija żgurata; u
l-inġenju tal-ajru jkun mgħammar skont ir-regolamenti tal-UE għall-Operazzjonijiet tal-Ajru.
Kiri ta’ inġenji tal-ajru mingħajr l-ekwipaġġ lil ħaddieħor
(e) L-operatur iċċertifikat skont din il-Parti li jkun beħsiebu jikri wieħed mill-inġenji tal-ajru tiegħu lil ħaddieħor mingħajr l-ekwipaġġ għandu japplika għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti. Mal-applikazzjoni għandhom jintbagħtu kopji tal-ftehim ta’ kiri maħsub jew id-deskrizzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-kiri, minbarra l-arranġamenti finanzjarji, u kull dokument ieħor rilevanti.
Kiri ta’ inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ lil ħaddieħor
(f) Qabel ma jikri inġenju tal-ajru tiegħu bl-ekwipaġġ lil ħaddieħor, l-operatur iċċertifikat skont din il-Parti għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti b’dan.
ORO.AOC.115 Ftehimiet ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi
(a) Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti tal-UE applikabbli għall-qasam tas-sikurezza għal operaturi u inġenji tal-ajru minn pajjiżi terzi, operatur iċċertifikat skont din il-Parti għandu jidħol fi ftehim għall-kondiviżjoni tal-kodiċi ma’ operatur minn pajjiż terz biss wara li:
jkun ivverifika li l-operatur minn pajjiż terz ikun konformi mal-istandards applikabbli tal-ICAO; u
wara li jkun ipprovda lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni ddokumentata li tippermetti lit-tali awtorità tikkonforma mal-punt ARO.OPS.105.
(b) Huwa u jimplimenta l-ftehim ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi, l-operatur għandu jimmonitorja u jivvaluta b’mod regolari l-konformità kontinwa tal-operatur minn pajjiż terz mal-istandards applikabbli tal-ICAO.
(c) L-operatur iċċertifikat skont din il-Parti la għandu jbigħ u lanqas joħroġ biljetti għal titjira operata minn operatur minn pajjiż terz meta dan tal-aħħar ikun suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jew meta dan tal-aħħar ma jkunx qed jibqa’ konformi mal-istandards applikabbli tal-ICAO.
ORO.AOC.120 Approvazzjonijiet biex jiġi pprovdut taħriġ għall-ekwipaġġ tal-kabina jew biex jinħarġu attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina
(a) Meta l-operatur ikun beħsiebu jipprovdi l-kors tat-taħriġ meħtieġ skont l-Anness V (il-Parti-CC) ►M4 għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 ◄ , huwa għandu japplika għal approvazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti u jiksibha. Għal dan il-għan, l-applikant għandu juri l-konformità mar-rekwiżiti għat-twettiq tal-kors tat-taħriġ u għall-kontenut tiegħu stabbiliti fil-punti CC.TRA.215 u CC.TRA.220 ta’ dak l-Anness, u għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti:
bid-data ppjanata għall-bidu tal-attività;
bid-dettalji personali u l-kwalifiki tal-għalliema, skont kif ikun rilevanti għall-elementi tat-taħriġ li għandhom jiġu koperti;
bl-isem/l-ismijiet u l-indirizz(i) tas-sit(i) fejn se jsir it-taħriġ;
b’deskrizzjoni tal-faċilitajiet, il-metodi tat-taħriġ, il-manwali u l-istrumenti rappreżentattivi li għandhom jintużaw; u
bis-sillabi tal-kors tat-taħriġ u l-programmi assoċjati magħhom.
(b) Jekk Stat Membru jiddeċiedi, skont il-punt ARA.CC.200 tal-Anness VI (il-Parti-ARA) ►M4 għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 ◄ , li l-operaturi jistgħu jkunu approvati biex joħorġu attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-applikant għandu, minbarra li jsegwi d-dispożizzjonijiet mogħtija fil-punt (a):
juri lill-awtorità kompetenti li:
l-organizzazzjoni għandha l-kapaċità u r-responsabbiltà biex twettaq dan il-kompitu;
il-persunal li jwettaq l-eżamijiet huwa kkwalifikat b’mod xieraq u ma għandu l-ebda kunflitt ta’ interess; u
jipprovdi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet speċifikati biex:
iwettaq l-eżami meħtieġ skont il-punt CC.TRA.220;
joħroġ attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina; u
jagħti lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kollha marbutin mal-attestazzjonijiet li se joħroġ u mad-detenturi tagħhom, għall-għanijiet taż-żamma tar-rekords, tas-sorveljanza u tal-azzjonijiet ta’ infurzar min-naħa ta’ dik l-awtorità.
(c) L-approvazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu speċifikati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet.
ORO.AOC.125 Operazzjonijiet mhux kummerċjali ta' detentur ta' AOC b'inġenju tal-ajru elenkat fl-AOC tiegħu
Id-detentur tal-AOC jista' jwettaq operazzjonijiet mhux kummerċjali skont l-Anness VI (il-Parti-NCC) jew l-Anness VII (il-Parti-NCO) b'inġenji tal-ajru elenkati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-AOC tiegħu jew fil-manwal tal-operat tiegħu, diment li d-detentur tal-AOC jiddeskrivi dawn l-operazzjonijiet fid-dettall fil-manwal tal-operat, inkluż dan li ġej:
identifikazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli;
deskrizzjoni ta' kwalunkwe differenzi bejn il-proċeduri operattivi użati fit-twettiq tal-operazzjonijiet CAT u tal-operazzjonijiet mhux kummerċjali;
mezz biex ikun żgurat li l-persunal kollu involut fl-operazzjonijiet ikun kompletament familjari mal-proċeduri assoċjati magħhom.
Id-detentur ta' AOC għandi jkun konformi ma':
L-Anness VIII (il-Parti-SPO) meta jkun qed iwettaq titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni b'inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni;
L-Anness VII (il-Parti-NCO) meta jkun qed iwettaq titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni b'inġenji tal-ajru oħra li mhumiex inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni.
Id-detentur ta' AOC li jwettaq l-operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) ma għandux l-obbligu li jippreżenta dikjarazzjoni skont dan l-Anness.
Id-detentur ta' AOC għandu jispeċifika t-tip ta' titjira, kif elenkat fil-manwal tal-operat tiegħu, fid-dokumenti relatati mat-titjir (il-pjan operattiv tat-titjira, l-iskeda tat-tagħbija u dokumenti oħra ekwivalenti).
ORO.AOC.130 Ajruplani tal-monitoraġġ tad-dejta tat-titjir
L-operatur għandu jistabbilixxi u jżomm sistema ta' monitoraġġ tad-dejta dwar it-titjiriet, li għandha tkun integrata fis-sistema ta' ġestjoni tiegħu, fil-każ ta' ajruplani li għandhom massa massima ċċertifikata waqt it-tlugħ ta' iktar minn 27 000 kilogramm.
Il-programm ta' monitoraġġ ta' dejta tat-titjir ma gћandux ikun wieћed punittiv u gћandu jkollu protezzjoni adegwata biex jitħares/jitħarsu s-sors(i) tad-dejta.
ORO.AOC.135 Rekwiżiti marbutin mal-persunal
(a) |
Skont il-punt ORO.GEN.210(b), l-operatur għandu jaħtar il-persuni li jkunu responsabbli għall-ġestjoni u s-supervizzjoni tal-oqsma li ġejjin:
(1)
l-operazzjonijiet tat-titjir;
(2)
it-taħriġ ta' membri tal-ekwipaġġ;
(3)
l-operazzjonijiet ta' fuq l-art;
(4)
il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jew il-kuntratt għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, skont il-każ. |
(b) |
Adegwatezza u kompetenza tal-persunal
(1) L-operatur għandu jimpjega biżżejjed persunal għall-operazzjonijiet tat-titjir u ta’ fuq l-art ippjanati. (2) Il-persunal kollu assenjat għall-operazzjonijiet tat-titjir u ta’ fuq l-art, jew li jkun direttament involut fihom, għandu:
(i)
ikun imћarreġ kif xieraq;
(ii)
juri l-ћiliet tiegħu fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilu; u
(iii)
ikun konxju mir-responsabbiltajiet tiegħu u mir-relazzjoni bejn il-kompiti tiegħu u l-operazzjoni kollha kemm hi. |
(c) |
Superviżjoni tal-persunal
(1) L-operatur għandu jaħtar għadd suffiċjenti ta’ superviżuri tal-persunal, filwaqt li jqis l-istruttura tal-organizzazzjoni tiegħu u l-għadd ta’ persuni impjegati. (2) Il-kompiti u r-responsabbiltajiet ta’ dawn is-superviżuri għandhom jiġu ddefiniti u għandu jsir kwalunkwe arranġament ieħor meħtieġ biex ikun żgurat li dawn is-superviżuri jkunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet ta’ superviżjoni tagħhom. (3) Is-superviżjoni tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-persunal involut fl-operazzjoni gћandha ssir minn individwi mogħnija b’esperjenza adegwata u bil-ħiliet biex ikun żgurat li l-istandards speċifikati fil-manwal tal-operat jintlaħqu. |
ORO.AOC.140 Rekwiżiti marbutin mal-faċilitajiet
Skont il-punt ORO.GEN.215, l-operatur għandu:
juża faċilitajiet xierqa tal-immaniġġjar fuq l-art biex jiżgura l-immaniġġjar sikur tat-titjiriet tiegћu;
jħejji faċilitajiet ta’ appoġġ operattiv fil-bażi operattiva ewlenija li jkunu xierqa għaż-żona u għat-tip ta’ operazzjoni; u
jiżgura li l-ispazju disponibbli għat-twettiq tax-xogħol f’kull bażi operattiva jkun biżżejjed gћall-persunal li l-azzjonijiet tiegħu jistgħu jaffettwaw is-sikurezza tal-operazzjonijiet tat-titjir. Barra minn hekk, gћandhom jitqiesu l-ћtiġijiet tal-ekwipaġġ ta’ fuq l-art, tal-persunal li għandu f’idejh il-kontroll operattiv, tal-ћażna u l-wiri tar-rekords essenzjali u tal-ippjanar tat-titjiriet min-naħa tal-ekwipaġġi.
ORO.AOC.150 Rekwiżiti marbutin mad-dokumentazzjoni
(a) L-operatur gћandu jagћmel arranġamenti gћall-produzzjoni ta’ manwali u ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni oħra li hija meħtieġa u tal-emendi assoċjati magħhom.
(b) L-operatur gћandu jkun kapaċi jqassam struzzjonijiet operattivi u informazzjoni oħra mingћajr dewmien.
IS-SUBPARTI DEC
DIKJARAZZJONI
ORO.DEC.100 Dikjarazzjoni
L-operatur ta’ inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni attiv f’operazzjonijiet mhux kummerċjali jew operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati, u l-operatur kummerċjali speċjalizzat għandhom:
jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni rilevanti kollha qabel ma jibda bl-operazzjonijiet, bl-użu tal-formola li tinsab fl-Appendiċi I ta’ dan l-Anness;
jinnotifika lill-awtorità kompetenti lista tal-mezzi alternattivi tal-konformità użati;
iżomm konformità mar-rekwiżiti applikabbli u mal-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni;
jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fid-dikjarazzjoni tiegħu jew fil-mezzi tal-konformità li juża permezz ta’ sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni emendata bl-użu tal-formola li tinsab fl-Appendiċi I ta’ dan l-Anness; kif ukoll
jinnotifika lill-awtorità kompetenti meta jieqaf bl-operat tiegħu.
SUBPARTI SPO
OPERAZZJONIJIET KUMMERĊJALI SPEĊJALIZZATI
ORO.SPO.100 Rekwiżiti komuni għal operaturi kummerċjali speċjalizzati
(a) Operatur kummerċjali speċjalizzat għandu jikkonforma wkoll ma’ ORO.AOC.135, ma’ ORO.AOC.140 u ma’ ORO.AOC.150 minbarra ORO.DEC.100.
(b) L-inġenju tal-ajru għandu jkollu ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà (CofA) skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 jew għandu jinkera skont (c).
(c) Operatur kummerċjali speċjalizzat għandu jikseb l-approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti u jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
għall-kiri ta' inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ mingħand operatur minn pajjiż terz bl-ekwipaġġ:
li l-istandards tas-sikurezza ta' operatur minn pajjiż terz fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà kontinwa u l-operazzjonijiet tal-ajru huma ekwivalenti għar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 ( 16 ) u minn dan ir-Regolament;
li l-inġenju tal-ajru tal-operatur minn pajjiż terz għandu CofA standard, maħruġ skont l-Anness 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;
li t-tul ta' żmien tal-kirja bl-ekwipaġġ ma jaqbiżx is-seba' xhur fi kwalunkwe perjodu ta' 12-il xahar konsekuttivi;
għall-kiri ta' inġenju tal-ajru mingħajr ekwipaġġ ta' inġenju tal-ajru minn pajjiż:
li tkun ġiet identifikata ħtieġa operazzjonali li ma tistax tiġi ssodisfata permezz ta' kiri ta' inġenju tal-ajru rreġistrat fl-Unjoni;
li t-tul ta' żmien tal-kirja mingħajr ekwipaġġ ma jaqbiżx is-seba' xhur fi kwalunkwe perjodu ta' 12-il xahar konsekuttivi;
li l-istandards tas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru minn pajjiż terz fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà kontinwa huma ekwivalenti għar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1321/2014;
li l-inġenju tal-ajru huwa mgħammar skont l-Anness VIII (il-Parti SPO).
ORO.SPO.110 Awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati ta’ riskju għoli
(a) Operatur kummerċjali speċjalizzat għandu japplika għal awtorizzazzjoni, u jiksibha, mill-awtorità kompetenti tal-operatur qabel jibda b’operazzjoni kummerċjali speċjalizzata ta’ riskju għoli:
li titwettaq fuq żona fejn is-sikurezza ta’ partijiet terzi fuq l-art aktarx li tkun fil-periklu fil-każ ta’ emerġenza, jew
li, kif determinat mill-awtorità kompetenti tal-post fejn titwettaq l-operazzjoni, minħabba n-natura speċifika tagħha u l-ambjent lokali li fih titwettaq, din tkun ta’ riskju għoli, b’mod partikolari għal partijiet terzi fuq l-art.
(b) L-operatur għandu jipprovdi t-tagħrif li ġej lill-awtorità kompetenti:
l-isem uffiċjali u l-isem kummerċjali, l-indirizz u l-indirizz tal-posta tal-applikant;
deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni, inkluża l-istruttura organizzazzjonali;
deskrizzjoni tal-operazzjoni proposta, inklużi t-tip(i), u n-numru ta’ inġenji tal-ajru li se jiġu operati;
id-dokumentazzjoni ta’ valutazzjoni tar-riskju u l-proċeduri operattivi standard relatati, meħtieġa minn SPO.OP.230;
dikjarazzjoni li d-dokumentazzjoni kollha mibgħuta lill-awtorità kompetenti ġiet verifikata mill-operatur u nstabet b’konformità mar-rekwiżiti applikabbli.
(c) L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew l-emenda tagħha għandha ssir f’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti, filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni r-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
ORO.SPO.115 Bidliet
(a) Kwalunkwe bidla li taffettwa l-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni jew l-operazzjonijiet awtorizzati teħtieġ approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti. Kwalunkwe bidla mhux koperta mill-valutazzjoni tar-riskju inizjali teħtieġ is-sottomissjoni ta’ valutazzjoni tar-riskju emendata u SOP lill-awtorità kompetenti.
(b) L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ bidla għandha tkun sottomessa qabel ma sseħħ kwalunkwe bidla, sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiddetermina l-konformità ssoktata mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu u sabiex, jekk ikun hemm bżonn, temenda l-awtorizzazzjoni. L-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti.
(c) Il-bidla għandha tkun implimentata biss mal-wasla tal-approvazzjoni formali mill-awtorità kompetenti skont ARO.OPS.150.
(d) L-operatur għandu jopera bil-kundizzjonijiet preskritti mill-awtorità kompetenti matul it-tali bidliet, skont kif ikun applikabbli.
ORO.SPO.120 Validità ssoktata
(a) Operatur b’awtorizzazzjoni ta’ operazzjoni speċjalizzata għandu jikkonforma mal-kamp ta’ applikazzjoni u l-privileġġi definiti fl-awtorizzazzjoni.
(b) L-awtorizzazzjoni tal-operatur għandha tibqa’ valida soġġetta:
għaż-żamma tal-konformità mill-operatur mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament tas-sejbiet kif speċifikat f’ORO.GEN.150;
għall-għoti tal-aċċess lill-awtorità kompetenti għall-operatur kif definit f’ORO.GEN.140 biex din tiżgura li tinżamm konformità mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu; u
għan-nuqqas ta’ ċediment jew revoka tal-awtorizzazzjoni.
(b) Mar-revoka jew iċ-ċediment, l-awtorizzazzjoni għandha tintradd lura lill-awtorità kompetenti bla dewmien.
IS-SUBPARTI MLR
MANWALI, ĠURNALI U REĠISTRI
ORO.MLR.100 Manwal tal-operat — punti ġenerali
(a) L-operatur għandu jistabbilixxi manwal tal-operat (OM), hekk kif speċifikat fil-punt 8.b. tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
(b) Il-kontenut tal-OM għandu jirriflettu r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness, fl-Anness IV (il-Parti-CAT), fl-Anness V (il-Parti-SPA), fl-Anness VI (il-Parti-NCC) u fl-Anness VIII (il-Parti-SPO), kif applikabbli, u ma għandux jikser il-kondizzjonijiet li hemm fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet mehumiżin maċ-ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (l-AOC), fl-awtorizzazzjoni SPO jew fid-dikjarazzjoni u l-lista ta’ approvazzjonijiet speċifiċi, kif applikabbli.
(c) L-OM jista’ jinħareġ f’diversi partijiet separati.
(d) Il-persunal kollu tal-operazzjonijiet għandu jkollu aċċess faċli għall-partijiet tal-OM li huma rilevanti għall-kompiti tiegħu.
(e) L-OM għandu jinżamm aġġornat. Il-persunal kollu għandu jiġi mgħarraf dwar il-bidliet li jkunu rilevanti għall-kompiti tiegħu.
(f) Kull membru tal-ekwipaġġ għandu jingħata kopja personali tat-taqsimiet rilevanti tal-OM li jkunu jikkonċernaw il-kompiti tiegħu. Kull detentur ta’ OM, jew ta’ partijiet xierqa minnu, għandu jkun responsabbli biex iżomm il-kopja tiegħu aġġornata bl-emendi jew ir-reviżjonijiet mogħtija mill-operatur.
(g) Għad-detenturi ta’ AOC:
għall-emendi li jeħtieġ li jiġu nnotifikati skont il-punti ORO.GEN.115(b) u ORO.GEN.130(c), l-operatur għandu jibgħat l-emendi ppjanati lill-awtorità kompetenti, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom; u
għall-emendi ta’ proċeduri assoċjati ma’ oġġetti li jeħtieġu approvazzjoni minn qabel skont il-punt ORO.GEN.130, l-approvazzjoni għandha tinkiseb qabel ma l-emenda tidħol fis-seħħ.
(g1) Għall-awtorizzazzjoni ta’ detenturi tal-SPO, kwalunkwe emenda assoċjata mal-proċeduri operattivi standard awtorizzati, l-approvazzjoni minn qabel għandha tinkiseb qabel ma l-emenda ssir effettiva.
(h) Minkejja l-punt (g) ►M4 u l-punt (g1) ◄ , meta jkun hemm bżonn isiru emendi jew reviżjonijiet immedjati fl-interess tas-sikurezza, dawn jistgħu jiġu ppubblikati u applikati immedjatament, dejjem jekk tkun saret applikazzjoni għall-approvazzjoni meħtieġa.
(i) L-operatur għandu jinkludi l-emendi u r-reviżjonijiet kollha mitluba mill-awtorità kompetenti.
(j) L-operatur għandu jiżgura li l-informazzjoni meħuda minn dokumenti approvati, u minn kwalunkwe emenda tagħhom, tidher b’mod korrett fl-OM. Dan ma jwaqqafx lill-operatur milli jippubblika dejta u proċeduri iktar konservattivi fl-OM.
(k) L-operatur gћandu jiżgura li l-persunal kollu jkun kapaċi jifhem il-lingwa li fiha jkunu miktuba dawk il-partijiet tal-OM li jkunu jikkonċernaw il-kompiti u r-responsabbiltajiet tiegħu. Il-kontenut tal-OM għandu jkun ippreżentat f’forma li tista’ tintuża mingħajr diffikultajiet u li tħares il-prinċipji tal-fatturi umani.
ORO.MLR.101 Manwal tal-Operat — struttura għat-trasport kummerċjali bl-ajru
Ħlief għall-operazzjonijiet b'ajruplani b'magna waħda li jaħdmu bl-iskrejjen b'MOPSC ta' 5 jew inqas jew ħelikopters ħlief ħelikopters kumplessi li jaħdmu bil-maġni, b'magna waħda, b'MOPSC ta' 5 jew inqas, operat f'titjira bit-tlugħ u l-inżul fl-istess ajrudrom jew sit operatorju, skont il-VFR binhar, l-istruttura prinċipali tal-OM għandha tkun kif ġej:
Parti A: Parti ġenerali/bażika, li tinkludi l-politiki, l-istruzzjonijiet u l-proċeduri operattivi kollha li mhumiex relatati mat-tip;
Parti B: Parti dwar il-kwistjonijiet tal-operat tal-inġenji tal-ajru, li tinkludi l-istruzzjonijiet u l-proċeduri kollha relatati mat-tip, li tqis id-differenzi bejn it-tipi/il-kategoriji, il-varjanti jew l-inġenji tal-ajru individwali użati mill-operatur;
Parti C: Parti dwar l-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru, li tinkludi l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar ir-rotta/ir-rwol/iż-żona u dwar l-ajrudrom/is-sit tal-operat;
Parti D: Parti dwar it-taħriġ, li tinkludi l-istruzzjonijiet kollha tat-taħriġ għall-persunal li huma meħtieġa għal operazzjonijiet sikuri.
ORO.MLR.105 Lista tat-tagħmir minimu
(a) Għandha tiġi stabbilita lista tat-tagħmir minimu (MEL) kif speċifikat fil-punt 8.a.3. tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, imsejsa fuq il-lista rilevanti ta' tagħmir minimu ta' referenza (MMEL), kif iddefinit fid-dejta stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012. Jekk ma tkunx ġiet stabbilita MMEL bħala parti mid-dejta ta' operat xieraq, l-MEL tista' tissejjes fuq l-MMEL rilevanti aċċettata bħala applikabbli mill-Istat tal-Operatur jew mir-Reġistru.
(b) L-MEL u kull emenda tagħha għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti.
(c) L-operatur għandu jemenda l-MEL wara li ssir kwalunkwe bidla applikabbli fl-MMEL, fil-limiti taż-żmien aċċettabbli.
(d) Minbarra l-lista ta’ oġġetti, l-MEL għandha tinkludi:
preambolu, li jinkludi gwida u definizzjonijiet għall-ekwipaġġi tat-titjira u għall-persunal tal-manutenzjoni li jkunu qed jużaw l-MEL;
l-istat ta’ reviżjoni tal-MMEL li fuqha hi bbażata l-MEL u l-istat ta’ reviżjoni tal-MEL;
il-kamp ta’ applikazzjoni, l-estent u l-għan tal-MEL.
(e) L-operatur għandu:
jistabbilixxi intervalli ta’ rettifika għal kull strument, oġġett tat-tagħmir jew funzjoni mniżżel/imniżżla fl-MEL li ma jaħdimx/ma taħdimx. L-intervall ta’ rettifika mogħti fl-MEL m’għandux ikun inqas restrittiv mill-intervall korrispondenti ta’ rettifika mogħti fl-MMEL;
jistabbilixxi programm effettiv ta’ rettifika;
iħaddem l-inġenju tal-ajru wara li jiskadi l-intervall ta’ rettifika speċifikat fl-MEL biss meta:
id-difett ikun tranġa; jew
l-intervall ta’ rettifika jkun ġie estiż skont il-punt (f).
(f) Suġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, l-operatur jista’ juża proċedura għall-estensjoni ta’ darba biss tal-intervalli ta’ rettifika tal-kategoriji B, C, u D, sakemm:
l-estensjoni tal-intervall ta’ rettifika tkun taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-MMEL għat-tip ta’ inġenju tal-ajru;
l-estensjoni tal-intervall ta’ rettifika tkun, bħala massimu, ta’ perjodu li jkun daqs l-intervall ta’ rettifika speċifikat fl-MEL;
l-estensjoni tal-intervall ta’ rettifika ma tintużax bħala mezz normali biex jitwettqu r-rettifiki ta’ oġġetti mniżżlin fl-MEL u tintuża biss meta avvenimenti li l-operatur ma jkollux kontroll fuqhom ikunu żammew ir-rettifika milli ssir;
l-operatur ikun stabbilixxa deskrizzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet speċifiċi għall-kontroll tal-estensjonijiet;
l-awtorità kompetenti tkun mgħarrfa dwar kwalunkwe estensjoni tal-intervall ta’ rettifika applikabbli; u
ikun ġie stabbilit pjan biex ir-rettifika titwettaq mill-aktar fis possibbli.
(g) L-operatur għandu jistabbilixxi l-proċeduri operattivi u ta’ manutenzjoni msemmija fl-MEL, filwaqt li jqis il-proċeduri operattivi u ta’ manutenzjoni msemmija fl-MMEL. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu parti mill-manwali tal-operatur jew mill-MEL.
(h) L-operatur għandu jemenda l-proċeduri operattivi u ta’ manutenzjoni msemmija fl-MEL wara li ssir kwanlunkwe bidla applikabbli fil-proċeduri operattivi u ta’ manutenzjoni msemmija fl-MMEL.
(i) Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-MEL, l-operatur għandu jtemm:
il-proċeduri operattivi msemmija fl-MEL meta jkun qed jippjana għal oġġett imniżżel fil-lista li ma jkunx qed jaħdem u/jew meta jkun qed juża oġġett bħal dan; u
il-proċeduri ta’ manutenzjoni msemmija fl-MEL qabel ma juża l-oġġett imniżżel fil-lista li ma jkunx qed jaħdem.
(j) Suġġett għal approvazzjoni speċifika ta’ każ b’każ min-naħa tal-awtorità kompetenti, l-operatur jista’ jħaddem inġenju tal-ajru bi strumenti, oġġetti tat-tagħmir jew funzjonijiet li ma jkunux qed jaħdmu, b’mod li jmur lil hinn mil-limiti tal-MEL iżda li jħares il-limiti tal-MMEL, sakemm:
l-istrumenti kkonċernati, l-oġġetti tat-tagħmir jew tal-funzjonijiet jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-MMEL, kif iddefinit fil-punt (a);
l-approvazzjoni ma tintużax bħala mezz normali biex jitwettqu operazzjonijiet li jmorru lil hinn mil-limiti tal-MEL approvata, u tintuża biss meta avvenimenti li l-operatur ma jkollux kontroll fuqhom ikunu żammewh milli jikkonforma mal-MEL;
l-operatur ikun stabbilixxa deskrizzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet speċifiċi għall-kontroll tat-tħaddim tal-inġenju tal-ajru skont din l-approvazzjoni; u
ikun ġie stabbilit pjan biex jitranġaw l-istrumenti, l-oġġetti tat-tagħmir jew il-funzjonijiet li ma jkunux qed jaħdmu jew biex it-tħaddim tal-inġenju tal-ajru jerġa’ jibda jsir skont il-limiti tal-MEL mill-aktar fis possibbli.
ORO.MLR.110 Ġurnal tal-vjaġġ
Għal kull titjira, jew għal kull serje ta’ titjiriet, għandhom jinżammu d-dettalji tal-inġenju tal-ajru, tal-ekwipaġġ tiegħu u ta’ kull vjaġġ, f’forma ta’ ġurnal tal-vjaġġ jew ta’ dokument ekwivalenti.
ORO.MLR.115 Żamma tar-rekords
(a) Dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal mill-inqas 5 snin.
għall-operaturi tal-CAT ir rekords tal-attivitajiet imsemmija fil-ORO.GEN.200;
għal operaturi dikjarati, kopja tad-dikjarazzjoni tal-operatur, id-dettalji tal-approvazzjonijiet miżmuma u l-manwal tal-operat;
għad-detenturi ta’ awtorizzazzjoni SPO, minbarra (a)(2), ir-rekords relatati mal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont SPO.OP.230 u l-proċeduri operattivi standard relatati.
(b) L-informazzjoni li ġejja, użata fil-preparazzjoni u t-twettiq ta’ titjira, u r-rapporti assoċjati magħha, għandhom jinħażnu għal tliet (3) xhur:
il-pjan operattiv tat-titjira, jekk dan ikun applikabbli;
l-avviż(i) speċifiċi dwar ir-rotta lill-membri tal-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru (NOTAM) u d-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ informazzjoni dwar is-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika (AIS), f’każ li dawn ikunu editjati mill-operatur;
id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa;
in-notifiki dwar tagħbija speċjali, inkluża l-informazzjoni bil-miktub lill-kmandant/lill-bdot fil-kmand dwar oġġetti perikolużi ►M4 , jekk applikabbli ◄ ;
il-ġurnal tal-vjaġġ jew dokument ekwivalenti; u
ir-rapport(i) tat-titjira sabiex jiġu rreġistrati d-dettalji ta’ kwalunkwe okkorrenza jew ta’ kwalunkwe avveniment li l-kmandant/il-bdot fil-kmand iqis li huwa meħtieġ li jirrapporta jew jirreġistra.
(c) Ir-rekords tal-persunal għandhom jinżammu għall-perjodi indikati hawn taħt:
Liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira u attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina |
Sakemm il-membru tal-ekwipaġġ juża l-privileġġi tal-liċenzja jew tal-attestazzjoni għall-operatur tal-inġenju tal-ajru |
Taħriġ, kontroll u kwalifiki tal-membri tal-ekwipaġġ |
Tliet (3) snin |
Rekords dwar l-esperjenza riċenti tal-membri tal-ekwipaġġ |
Ħmistax-il (15-il) xahar |
Kompetenza tal-membru tal-ekwipaġġ marbuta mar-rotta u mal-ajrudrom/mal-kompitu u maż-żona, skont kif ikun xieraq |
Tliet (3) snin |
Taħriġ dwar l-oġġetti perikolużi, skont kif ikun xieraq |
Tliet (3) snin |
Rekords tat-taħriġ/tal-kwalifiki ta’ persunal ieħor li għalih huwa meħtieġ programm tat-taħriġ |
L-aħħar żewġ rekords tat-taħriġ |
(d) L-operatur għandu:
iżomm rekords tat-taħriġ, tal-kontrolli u tal-kwalifiki kollha ta’ kull membru tal-ekwipaġġ, kif preskritt fil-Parti-ORO; u
iqiegħed dawn ir-rekords għad-dispożizzjoni tal-membru tal-ekwipaġġ ikkonċernat fuq talba tiegħu.
(e) L-operatur għandu jżomm l-informazzjoni użata għall-preparazzjoni u t-twettiq ta’ titjira u r-rekords tat-taħriġ tal-persunal, anki jekk huwa ma jibqax l-operatur ta’ dak l-inġenju tal-ajru jew jekk ma jibqax iħaddem lil dak il-membru tal-ekwipaġġ, sakemm dan ikun fil-limiti taż-żmien preskritti fil-punt (c).
(f) Jekk membru tal-ekwipaġġ isir membru tal-ekwipaġġ ta’ operatur ieħor, l-operatur għandu jqiegħed ir-rekords tal-membru tal-ekwipaġġ għad-dispożizzjoni tal-operatur il-ġdid, sakemm dan ikun fil-limiti taż-żmien preskritti fil-punt (c).
IS-SUBPARTI SEC
SIGURTÀ
ORO.SEC.100 Sigurtà tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira — ajruplani
F'ajruplan li jkun mgħammar b'bieb sikur tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, dan il-bieb għandu jkun jista' jissakkar, u għandhom jiġu pprovduti mezzi li bihom l-ekwipaġġ tal-kabina jkun jista' jinnotifika lill-ekwipaġġ tat-titjira f'każ ta' attività suspettuża jew ta' ksur tar-regoli tas-sigurtà fil-kabina.
L-ajruplani kollha li jġorru l-passiġġieri li huma involuti fit-trasport kummerċjali tal-passiġġieri għandhom ikunu mgħammra b'bieb sikur approvat tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkun kapaċi li jissakkar u jinfetaħ mill-istazzjon tal-bdot u ddisinjat biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli, fejn tali ajruplani jaqgħu taħt kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin:
ajruplani li għandhom MCTOM ta' aktar minn 54 500 kg;
ajruplani li għandhom MCTOM ta' aktar minn 45 500 kg jew li għandhom MOPSC ta' aktar minn 19-il sit; jew
ajruplani li għandhom MOPSC ta' aktar minn 60.
Fl-ajruplani kollha li huma mgħammra b'bieb sikur tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira skont il-punt (b):
dan il-bieb għandu jingħalaq qabel ma tinxtegħel il-magna għat-tlugħ u għandu jissakkar meta dan ikun meħtieġ mill-proċeduri tas-sigurtà jew mill-bdot fil-kmand sakemm il-magna tintefa' wara l-inżul, ħlief meta jitqies li huwa meħtieġ li persuni awtorizzati jidħlu jew joħorġu, f'konformità mal-programmi nazzjonali għas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili;
għandhom jiġu pprovduti mezzi għall-monitoraġġ taż-żona kollha tal-bieb li tkun tinsab 'il barra mill-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira minn kull post tal-bdot, sabiex ikunu identifikati l-persuni li jitolbu li jidħlu u sabiex tkun identifikata mġiba suspettuża jew theddida potenzjali.
ORO.SEC.105 Sigurtà tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira – ħelikopters
Jekk ikun installat, il-bieb tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira f’ħelikopter imħaddem bil-għan li jinġarru l-passiġġieri, għandu jkun jista’ jissakkar minn ġewwa l-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex ikun evitat kwalunkwe aċċess mhux awtorizzat.
IS-SUBPARTI FC
EKWIPAĠĠ TAT-TITJIRA
ORO.FC.005 Kamp ta’ applikazzjoni
Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-operatur b’rabta mat-taħriġ, mal-esperjenza u mal-kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira u hija kkostitwita minn:
TAQSIMA 1 li tispeċifika r-rekwiżiti komuni applikabbli kemm għal operazzjonijiet mhux kummerċjali ta’ inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni kif ukoll għal kwalunkwe operazzjoni kummerċjali;
It-TAQSIMA 2 li tispeċifika rekwiżiti addizzjonali applikabbli għal operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru, bl-eċċezzjoni tal-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru ta' passiġġieri li jsiru skont il-VFR binhar, li jibdew u jintemmu fl-istess ajrudrom jew sit tal-operat u f'żona lokali speċifikata mill-awtorità kompetenti, bi:
ajruplani b'magna waħda li jaħdmu bl-iskrejjen b'MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u b'MOPSC ta' 5 jew inqas; jew
ħelikopters ħlief ħelikopters kumplessi li jaħdmu bil-maġni, b'magna waħda, b'MOPSC ta' 5 jew inqas;
TAQSIMA 3 li tispeċifika r-rekwiżiti addizzjonali għal operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati u għal dawk imsemmija f’b(1) u (2).
TAQSIMA 1
Rekwiżiti komuni
ORO.FC.100 Kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tat-titjira
(a) Il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tat-titjira u l-għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ tat-titjira f’postijiet magħżula tal-ewkipaġġ m’għandhomx ikunu inqas mill-kompożizzjoni u l-għadd minimi speċifikati fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru jew fil-limitazzjonijiet operattivi preskritti għall-inġenju tal-ajru.
(b) L-ekwipaġġ tat-titjira għandu jinkludi membri addizzjonali tal-ekwipaġġ tat-titjira meta t-tip ta’ operazzjoni tkun teħtieġ dan, u l-għadd ta’ membri m’għandux jitnaqqas għal inqas mill-għadd speċifikat fil-manwal tal-operat.
(c) Il-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jkollhom liċenzja u klassifikazzjonijiet maħruġin jew aċċettati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 ( 17 ) u li jkunu xierqa għall-kompiti assenjati lilhom.
(d) Waqt it-titjira, membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jista’ jiġi sostitwit minn membru ieħor tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkun ikkwalifikat b’mod xieraq għall-qadi tal-kompiti tiegħu jew tagħha mal-kontrolli.
(e) Meta juża s-servizzi ta’ membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkunu jaħdmu bħala ħaddiema indipendenti jew ħaddiema part-time, l-operatur għandu jivverifika li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti applikabbli kollha ta’ din is-Subparti u mal-elementi rilevanti tal-Anness I (il-Parti-FCL) għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, inklużi r-rekwiżiti dwar l-esperjenza riċenti, filwaqt li jqis is-servizzi kollha mogħtija mill-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira lil operatur(i) ieħor/oħrajn, biex jistabbilixxi, b’mod partikulari:
l-għadd totali ta’ tipi jew varjanti ta’ inġenji tal-ajru mħaddmin; u
il-limitazzjonijiet applikabbli fuq il-ħin tat-titjir u l-ħin tas-servizz, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-mistrieħ applikabbli.
(f) Rekwiżiti speċifiċi għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter
Jekk il-ħelikopter jitħaddem b’ekwipaġġ ta’ żewġ bdoti, kull bdot għandu:
ikollu ċertifikat ta’ tlestija sodisfaċenti ta’ kors ta’ kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed (MCC) fil-ħelikopters f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1178/2011; jew
ikollu mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed.
ORO.FC.105 Ħatra bħala bdot fil-kmand/kmandant
F’konformità mal-punt 8.6 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-operatur għandu jaħtar bdot wieħed minn fost l-ekwipaġġ tat-titjira, li jkun ikkwalifikat bħala bdot fil-kmand f’konformità mal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, bħala bdot fil-kmand jew, għal operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru, bħala kmandant.
L-operatur għandu jaħtar biss membru tal-ekwipaġġ tat-titjira biex jaġixxi bħala bdot fil-kmand/kmandant jekk japplikaw dawn kollha li ġejjin:
il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jkollu l-livell minimu ta’ esperjenza speċifikat fil-manwal tal-operat;
il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jkollu għarfien xieraq tar-rotta jew taż-żona li fiha se jittajjar l-inġenju tal-ajru u tal-ajrudromi, inkluż l-ajrudromi alternattivi, u tal-faċilitajiet u l-proċeduri li għandhom jintużaw;
fil-każ ta’ operazzjonijiet b’diversi ekwipaġġi, il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jkun lesta kors tal-kmand organizzat mill-operatur jekk ikun qed jitla’ mill-grad ta’ kobdot għall-grad ta’ bdot fil-kmand/kmandant.
Fil-każ ta’ operazzjonijiet kummerċjali ta’ ajruplani u ħelikopters, il-bdot fil-kmand/il-kmandant jew il-bdot li lilu tista’ tingħata t-tmexxija tat-titjira, għandu jkun ingħata taħriġ ta’ familjarizzazzjoni inizjali dwar ir-rotta jew iż-żona li fiha se jittajjar l-inġenju tal-ajru u dwar l-ajrudromi, il-faċilitajiet u l-proċeduri li għandhom jintużaw u għandu jkollu dan l-għarfien li ġej:
Il-validità tal-għarfien dwar l-ajrudrom għandha tinżamm billi dak li jkun jopera mill-inqas darba fl-ajrudrom fi żmien perjodu ta’ 12-il xahar tal-kalendarju.
L-għarfien dwar ir-rotta jew iż-żona għandu jinżamm billi dak li jkun jopera mill-inqas darba fir-rotta jew fiż-żona f’perjodu ta’ 36 xahar. Barra minn hekk, huwa meħtieġ taħriġ ta’ aġġornament fir-rigward tal-għarfien dwar ir-rotot jew iż-żona jekk dak li jkun ma jkunx qed jopera fuq rotta jew żona għal 12-il xahar fil-perjodu ta’ 36 xahar.
Minkejja l-punt (c), fil-każ ta’ operazzjonijiet skont il-VFR binhar b’ajruplani u b’ħelikopters tal-klassi tal-prestazzjoni B u C, it-taħriġ ta’ familjarizzazzjoni fuq ir-rotta u fuq l-ajrudromi jista’ jiġi sostitwit b’taħriġ ta’ familjarizzazzjoni maż-żona.
ORO.FC.110 Inġinier tat-titjira
Meta post separat għall-inġinier tat-titjira jkun inkorporat fid-disinn ta’ ajruplan, l-ekwipaġġ tat-titjira għandu jinkludi membru wieħed tal-ekwipaġġ li jkun ikkwalifikat b’mod xieraq skont ir-regoli nazzjonali applikabbli.
ORO.FC.115 Taħriġ fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ (CRM)
(a) Qabel ma jibda jaħdem, il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jkun irċieva taħriġ fis-CRM li jkun adattat għar-rwol tiegħu, hekk kif speċifikat fil-manwal tal-operat.
(b) Elementi tat-taħriġ dwar is-CRM għandhom jiġu inklużi fit-taħriġ dwar it-tip jew il-kategorija tal-inġenji tal-ajru u fit-taħriġ rikorrenti, kif ukoll fil-kors tal-kmand.
ORO.FC.120 Taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur
(a) Fil-każ ta’ operazzjonijiet b’ajruplan jew b’ħelikopter, il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jtemm il-kors tat-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur qabel ma jibda t-titjir tal-linja tal-ajru bla superviżjoni:
meta jaqleb għal inġenju tal-ajru li jkun jeħtieġ klassifikazzjoni ġdida tal-kategorija jew tat-tip;
meta jingħaqad ma’ operatur.
(b) Il-kors tat-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur għandu jinkludi taħriġ fuq it-tagħmir installat fuq l-inġenju tal-ajru, skont kif ikun rilevanti għar-rwol tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira.
ORO.FC.125 Taħriġ dwar id-differenzi, taħriġ ta’ familjarizzazzjoni, dwar it-tagħmir u dwar il-proċedura
Il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ilestu t-taħriġ dwar id-differenzi jew il-familjarizzazzjoni meta dan ikun meħtieġ mill-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.
Il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ilestu t-taħriġ tat-tagħmir u tal-proċedura meta jibdlu t-tagħmir jew jibdlu l-proċeduri li jeħtieġu għarfien addizzjonali dwar it-tipi jew il-varjanti li bħalissa qed jitħaddmu.
Il-manwal tal-operat għandu jispeċifika meta tali taħriġ dwar id-differenzi jew taħriġ ta’ familjarizzazzjoni, jew dwar it-tagħmir jew il-proċedura jkun meħtieġ.
ORO.FC.130 Taħriġ rikorrenti u kontrolli regolari
(a) Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jtemm taħriġ rikorrenti annwali dwar il-proċeduri ta’ fuq l-art u dwar it-titjira li jkun rilevanti għat-tip jew il-varjant, u dwar it-tagħmir assoċjat ta’ inġenju tal-ajru li jaħdem fuqu, inkluż taħriġ dwar fejn jinsab it-tagħmir kollu tal-emerġenza u tas-sikurezza li jkun qiegħed jinġarr abbord u dwar kif jintuża dan it-tagħmir abbord l-inġenju tal-ajru.
(b) Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jiġi kkontrollat b’mod regolari sabiex juri li huwa kapaċi jwettaq il-proċeduri normali, mhux normali u ta’ emerġenza.
ORO.FC.135 Kwalifika tal-bdot sabiex jaħdem fi kwalunkwe sit tal-bdot
Il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jistgħu jkunu assenjati sabiex jaħdmu fi kwalunkwe sit tal-bdot għandhom itemmu taħriġ u kontrolli xierqa, kif speċifikat fil-manwal tal-operat.
ORO.FC.140 Operazzjoni fuq diversi tipi jew fuq varjanti
Il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jħaddmu iktar minn tip wieħed jew varjant wieħed ta’ inġenju tal-ajru għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti preskritti f’din is-Subparti għal kull tip jew varjant, ħlief jekk il-krediti relatati mar-rekwiżiti tat-taħriġ, tal-kontrolli u tal-esperjenza reċenti jkunu definiti fid-data stabbilita f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għat-tipi u l-varjanti rilevanti.
L-operatur jista’ jiddefinixxi gruppi ta’ tipi ta’ ħelikopters b’magna waħda. Kontroll tal-profiċjenza tal-operatur fuq tip wieħed għandu jkun validu għat-tipi l-oħra kollha fil-grupp jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
il-grupp jew jinkludi biss ħelikopters b’magna waħda bit-turbini mħaddma skont il-VFR jew jinkludi biss ħelikopters b’magna waħda bil-pistuni mħaddma skont il-VFR;
għall-operazzjonijiet tal-CAT, għandhom jitwettqu mill-inqas żewġ kontrolli tal-profiċjenza tal-operatur għal kull tip f’ċiklu ta’ 3 snin.
Għal operazzjonijiet speċjalizzati, l-elementi tat-taħriġ tal-inġenju tal-ajru/FSTD u tal-kontroll tal-profiċjenza tal-operatur li jkopru l-aspetti rilevanti assoċjati mal-kompitu speċjalizzat u li ma humiex relatati mat-tip jew mal-grupp ta’ tipi jistgħu jiġu kkreditati għall-gruppi jew għat-tipi l-oħrajn, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur.
Għal operazzjonijiet fuq aktar minn tip jew varjant wieħed ta’ ħelikopter li jintużaw għat-twettiq ta’ operazzjonijiet simili biżżejjed, jekk il-kontrolli tat-titjir tal-linja tal-ajru jduru bejn it-tipi jew il-varjanti, kull kontroll tal-linja għandu jivvalida mill-ġdid il-kontroll tal-linja tal-ajru għat-tipi jew il-varjanti l-oħra ta’ ħelikopters.
Il-proċeduri x-xierqa u kwalunkwe restrizzjoni operattiva għal kwalunkwe operazzjoni fuq iktar minn tip wieħed jew minn varjant wieħed għandhom jiġu speċifikati fil-manwal tal-operat.
ORO.FC.145 Għoti ta’ taħriġ, kontroll u valutazzjoni
It-taħriġ, il-kontrolli u l-valutazzjonijiet kollha meħtieġa f’din is-Subparti għandhom jitwettqu f’konformità mal-programmi u s-sillabi tat-taħriġ stabbiliti mill-operatur fil-manwal tal-operat;
Meta jkun qed jistabbilixxi l-programmi u s-sillabi tat-taħriġ, l-operatur għandu jinkludi l-elementi rilevanti definiti fil-parti mandatorja tad-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012.
Fil-każ ta’ operazzjonijiet tal-CAT, programmi ta’ taħriġ u ta’ kontroll, inklużi s-sillabi u l-użu tal-mezzi biex jitwettaq il-programm bħal apparati individwali ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir (FSTDs) u soluzzjonijiet oħra ta’ taħriġ, għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti.
L-FSTD użat biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din is-Subparti għandu jkun ikkwalifikat f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 u għandu jirreplika l-inġenju tal-ajru użat mill-operatur, sa fejn ikun prattikabbli. Id-differenzi bejn l-FSTD u l-inġenju tal-ajru għandhom ikunu deskritti u indirizzati permezz ta’ taħriġ jew għoti ta’ informazzjoni, skont kif ikun xieraq.
L-operatur għandu jistabbilixxi sistema biex jissorvelja b’mod xieraq il-bidliet fl-FSTD u biex jiżgura li dawn il-bidliet ma jaffettwawx l-adegwatezza tal-programmi tat-taħriġ.
L-operatur għandu jimmonitorja l-validità ta’ kull taħriġ u kontroll rikorrenti.
Il-perjodi ta’ validità meħtieġa f’din is-Subparti għandhom jingħaddu mill-aħħar tax-xahar li fih tkun tlestiet l-attività reċenti, it-taħriġ jew il-kontroll.
ORO.FC.146 Persunal li jipprovdi taħriġ, kontrolli u valutazzjoni
It-taħriġ, il-kontrolli u l-valutazzjonijiet kollha meħtieġa f’din is-Subparti għandhom jitwettqu minn persunal ikkwalifikat b’mod xieraq.
Fil-każ ta’ taħriġ, kontroll u valutazzjoni tat-titjir u simulazzjoni tat-titjir, il-persunal li jipprovdi t-taħriġ u jwettaq il-kontroll jew il-valutazzjoni għandu jkun ikkwalifikat f’konformità mal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. Barra minn hekk, il-persunal li jipprovdi taħriġ u li jwettaq kontrolli għall-operazzjonijiet speċjalizzati għandu jkun ikkwalifikat kif xieraq għall-operazzjoni rilevanti.
Għal programm tal-EBT, il-persunal li jwettaq il-valutazzjoni u li jipprovdi t-taħriġ għandu:
ikollu ċertifikat ta’ għalliem jew ta’ eżaminatur tal-Anness I (il-Parti-FCL);
ilesti l-programm ta’ standardizzazzjoni għall-għalliema tal-EBT tal-operatur. Dan għandu jinkludi programm ta’ standardizzazzjoni inizjali u programm ta’ standardizzazzjoni rikorrenti.
It-tlestija tal-istandardizzazzjoni inizjali tal-EBT tal-operatur se tikkwalifika lill-għalliem biex iwettaq valutazzjoni prattika tal-EBT.
Minkejja l-punt (b), l-evalwazzjoni tal-kompetenza b’rabta mal-attivitajiet tal-linja tal-ajru tista’ titwettaq minn kmandant ikkwalifikat b’mod xieraq maħtur mill-operatur li huwa standardizzat fil-kunċetti tal-EBT u fil-valutazzjoni tal-kompetenzi (evalwatur tal-linja).
Minkejja l-punt (b), it-taħriġ tal-inġenju tal-ajru/FSTD u l-kontroll tal-profiċjenza tal-operatur jistgħu jitwettqu minn kmandant ikkwalifikat b’mod xieraq li jkollu ċertifikat ta’ FI/TRI/SFIs u jkun innominat mill-operatur għal kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin:
Operazzjonijiet tal-CAT ta’ ħelikopters li jissodisfaw il-kriterji ddefiniti fil-punt ORO.FC.005(b)(2);
Operazzjonijiet tal-CAT ta’ ħelikopters għajr ħelikopters kumplessi li jaħdmu bil-magni matul il-jum u fuq rotot innavigati b’referenza għal għeliem viżwali;
Operazzjonijiet tal-CAT ta’ ajruplani tal-klassi tal-prestazzjoni b li ma jissodisfawx il-kriterji ddefiniti fil-punt ORO.FC.005(b)(1).
Minkejja l-punt (b), it-taħriġ tal-inġenju tal-ajru/FSTD u d-dimostrazzjoni tal-kontroll tal-kompetenza/tal-profiċjenza tal-operatur jistgħu jitwettqu minn bdot fil-kmand/kmandant ikkwalifikat kif xieraq maħtur mill-operatur għal kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin:
operazzjonijiet speċjalizzati;
Operazzjonijiet tal-CAT ta’ ajruplani li jissodisfaw il-kriterji definiti fil-punt ORO.FC.005(b)(2).
Minkejja l-punt (b), il-kontroll tat-titjir tal-linja tal-ajru jista’ jitwettaq minn kmandant ikkwalifikat kif xieraq maħtur mill-operatur.
L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar il-persuni nnominati skont il-punti (e) sa (g).
TAQSIMA 2
Rekwiżiti addizzjonali għal operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru
ORO.FC.200 Kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tat-titjira
(a) Fi kwalunkwe ekwipaġġ tat-titjira, m’għandux ikun hemm iktar minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira mingħajr esperjenza.
(b) Il-kmandant jista’ jiddelega t-tmexxija tat-titjira lil bdot ieħor ikkwalifikat b’mod xieraq skont l-Anness I (il-Parti-FCL) għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, sakemm jitħarsu r-rekwiżiti tal-punti ORO.FC.105(b)(1), (b)(2) u (c).
(c) Rekwiżiti speċifiċi għall-operazzjonijiet b’ajruplan imwettqin skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR) jew billejl.
L-għadd minimu ta’ ekwipaġġ tat-titjira għandu jkun ta’ żewġ bdoti għall-ajruplani kollha li jaħdmu b’turboskrun li għandhom konfigurazzjoni massima operattiva ta’ sits tal-passiġġieri (MOPSC) ta’ iktar minn disa’ sits u għall-ajruplani kollha li jaħdmu b’turboġett.
L-ajruplani l-oħra minbarra dawk koperti mill-punt (c)(1) għandhom jitħaddmu b’ekwipaġġ minimu ta’ żewġ bdoti, sakemm ma jitħarsux ir-rekwiżiti tal-punt ORO.FC.202, f’liema każ jistgħu jitħaddmu minn bdot wieħed.
(d) Rekwiżiti speċifiċi għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter
Għall-operazzjonijiet kollha tal-ħelikopters b’MOPSC ta’ aktar minn 19 u għall-operazzjonijiet skont l-IFR ta’ ħelikopters b’MOPSC ta’ aktar minn 9, l-ekwipaġġ minimu tat-titjira għandu jkun żewġ bdoti.
ORO.FC.A.201 Tibdil tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira waqt it-titjira
(a) Il-kmandant jista’ jiddelega t-tmexxija tat-titjira:
lil kmandant ikkwalifikat ieħor; jew
għal operazzjonijiet ‘il fuq minn livell tat-titjir (FL) 200 biss, lil bdot li jkollu l-kwalifiki minimi li ġejjin:
ATPL;
taħriġ ta’ adattament u kontrolli, inkluż taħriġ dwar il-klassifikazzjoni tat-tip, skont il-punt ORO.FC.220;
it-taħriġ rikorrenti kollu u l-kontrolli regolari kollha skont il-punti ORO.FC.230 u ORO.FC.240;
kompetenza b’rabta mar-rotta/maż-żona u mal-ajrudrom, skont il-punt ORO.FC.105.
(b) Il-kobdot jista’ jinbidel:
minn bdot ieħor ikkwalifikat b’mod xieraq; jew
għall-operazzjonijiet ‘il fuq minn FL 200 biss, minn kobdot ta’ sostituzzjoni waqt it-titjir fl-istess livell (“cruising”) li jkollu l-kwalifiki minimi li ġejjin:
liċenzja valida ta’ bdot kummerċjali (CPL) bi klassifikazzjoni tal-istrumenti;
taħriġ ta’ adattament u kontrolli, inkluż taħriġ dwar il-klassifikazzjoni tat-tip, skont il-punt ORO.FC.220, ħlief għar-rekwiżiti marbutin mat-taħriġ dwar it-tlugħ u l-inżul;
taħriġ rikorrenti u kontrolli regolari skont il-punt ORO.FC.230, ħlief għar-rekwiżiti marbutin mat-taħriġ dwar it-tlugħ u l-inżul.
(c) Inġinier tat-titjira jista’ jinbidel waqt it-titjira minn membru tal-ekwipaġġ ikkwalifikat b’mod xieraq skont ir-regoli nazzjonali applikabbli.
ORO.FC.202 Operazzjonijiet bi bdot wieħed imwettqin skont l-IFR jew billejl
Sabiex ikunu jistgħu jitwettqu titjiriet skont l-IFR jew billejl b’għadd minimu ta’ ekwipaġġ tat-titjira ta’ bdot wieħed, għandu jkun hemm konformità mal-affarijiet li ġejjin:
L-operatur għandu jinkludi, fil-manwal tal-operat, programm ta’ taħriġ rikorrenti u ta’ taħriġ ta’ adattament għall-bdoti, li jinkludi r-rekwiżiti addizzjonali għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed. Il-bdot għandu jkun wettaq taħriġ dwar il-proċeduri tal-operatur, b’mod partikulari dwar:
il-ġestjoni tal-magni u l-immaniġġjar tal-emerġenzi;
l-użu ta’ listi ta’ kontroll normali, mhux normali u ta’ emerġenza;
il-komunikazzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC);
il-proċeduri tat-tluq u tal-avviċinament;
il-ġestjoni tal-awtobdot, jekk dan ikun applikabbli;
l-użu ta’ dokumentazzjoni ssimplifikata waqt it-titjira;
il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ ta’ bdot wieħed.
SPAZJU MĦOLLI VOJT APPOSTA
Għall-operazzjonijiet b’ajruplan imwettqin skont l-IFR, il-bdot għandu:
jkollu għadd minimu ta’ 50 siegħa ta’ ħin tat-titjir skont l-IFR fuq it-tip jew il-kategorija ta’ ajruplan rilevanti, li 10 sigħat minnhom ikunu bħala kmandant; u
jkun temm, matul id-90 jum ta’ qabel, fuq it-tip jew il-kategorija ta’ ajruplan rilevanti:
ħames titjiriet bl-IFR, inklużi tliet avviċinamenti bl-istrumenti, li matulhom kien l-uniku bdot abbord; jew
kontroll tal-avviċinament bi strument skont l-IFR.
Għall-operazzjonijiet b’ajruplan imwettqin billejl, il-bdot għandu:
jkollu għadd minimu ta’ 15-il siegħa ta’ ħin tat-titjir billejl, li jistgħu jkunu inklużi fil-50 siegħa ta’ ħin tat-titjir skont l-IFR imsemmija fil-punt (c)(1); u
jkun temm, matul id-90 jum ta’ qabel, fuq it-tip jew il-kategorija ta’ ajruplan rilevanti:
tliet proċeduri ta’ tlugħ u nżul billejl li matulhom kien l-uniku bdot abbord; jew
kontroll tat-tlugħ u l-inżul billejl.
Għall-operazzjonijiet b’ħelikopter imwettqin skont l-IFR, il-bdot għandu:
jkollu għadd totali ta’ 25 siegħa esperjenza ta’ titjir bl-IFR fl-ambjent operattiv rilevanti; u
jkollu 25 siegħa esperjenza ta’ titjir bħala l-uniku bdot abbord fuq it-tip ta’ ħelikopter speċifiku approvat għal titjir skont l-IFR bi bdot wieħed abbord, li 10 sigħat minnhom jistgħu jkunu magħmulin taħt superviżjoni, inklużi ħames setturi ta’ titjir tal-linja tal-ajru skont l-IFR taћt superviżjoni bl-użu tal-proċeduri ta’ bdot wieħed; u
jkun temm, matul id-90 jum ta’ qabel:
ħames titjiriet bl-IFR bħala l-uniku bdot abbord, inklużi tliet avviċinamenti bl-istrumenti, imwettqin b’ħelikopter approvat għal dan il-għan; jew
kontroll tal-avviċinament bi strument skont l-IFR bħala l-uniku bdot abbord fuq it-tip ta’ ħelikopter rilevanti, fuq it-tagħmir għat-taħriġ fit-titjir (FTD) jew fuq is-simulatur ta’ titjira sħiħa (FFS).
ORO.FC.205 Kors tal-kmand
(a) Għall-operazzjonijiet b’ajruplan u bil-ħelikopter, il-kors tal-kmand għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
it-taħriġ f’FSTD, li jinkludi t-taħriġ fit-titjir orjentat lejn it-titjir tal-linja tal-ajru(LOFT) u/jew it-taħriġ fit-titjir;
il-kontroll tal-ħiliet min-naħa tal-operatur li jkun qed jaħdem bħala kmandant;
taħriġ fir-responsabbiltajiet tal-kmand;
it-taħriġ fit-titjir tal-linja tal-ajru bħala kmandant taħt superviżjoni, għal għadd minimu ta’:
10 setturi tat-titjir, fil-każ tal-ajruplani; u
10 sigħat, inklużi mill-inqas 10 setturi tat-titjir, fil-każ tal-ħelikopters;
it-twettiq ta’ kontroll tat-titjir tal-linja tal-ajru bħala kmandant u l-wiri ta’ għarfien xieraq tar-rotta jew taż-żona li fiha se jittajjar l-inġenju tal-ajru u tal-ajrudromi, inklużi l-ajrudromi alternattivi, u tal-faċilitajiet u l-proċeduri li għandhom jintużaw; u
taħriġ fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ.
ORO.FC.215 Taħriġ inizjali fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ (CRM) tal-operatur
(a) Il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jkun temm kors ta’ taħriġ inizjali fis-CRM qabel ma jibda t-titjir tal-linja tal-ajru bla superviżjoni.
(b) It-taħriġ inizjali fis-CRM għandu jingħata mill-inqas minn għalliem wieħed tas-CRM ikkwalifikat b’mod xieraq li jista’ jkun megħjun minn esperti sabiex jindirizza oqsma speċifiċi.
(c) Jekk il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira ma jkunx irċieva taħriġ teoretiku fil-fatturi umani sal-livell tal-ATPL qabel, dan għandu jlesti, qabel jew flimkien mat-taħriġ inizjali fis-CRM, kors teoretiku mogħti mill-operatur u bbażat fuq is-sillabu tal-prestazzjoni u l-limitazzjonijiet umani għall-ATPL, kif stabbilit fl-Anness I (il-Parti-FCL) għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.
ORO.FC.220 Taħriġ ta’ adattament u kontrolli tal-operatur
(a) It-taħriġ fis-CRM għandu jkun integrat fil-kors tat-taħriġ ta’ adattament tal-operatur.
(b) Ladarba jkun beda kors ta’ adattament tal-operatur, il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira ma għandux ikun assenjat kompiti ta’ titjir fuq tipi jew kategoriji ta’ inġenji tal-ajru oħrajn sakemm il-kors ikun tlesta jew intemm. Il-membri tal-ekwipaġġ li jħaddmu ajruplani tal-klassi tal-prestazzjoni B biss jistgħu jiġu assenjati għal titjiriet fuq tipi ta’ ajruplani oħrajn tal-klassi tal-prestazzjoni B matul il-korsijiet ta’ adattament, safejn ikun meħtieġ sabiex tinżamm l-operazzjoni. Il-membri tal-ekwipaġġ jistgħu jiġu assenjati għal titjiriet fuq ħelikopters b’magna waħda matul kors ta’ adattament tal-operatur fuq ħelikopter b’magna waħda, dment li t-taħriġ ma jkunx affettwat.
(c) L-ammont ta’ taħriġ meħtieġ mill-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira b’rabta mal-kors ta’ adattament tal-operatur għandu jiġi stabbilit skont l-istandards tal-kwalifiki u tal-esperjenza speċifikati fil-manwal tal-operat, filwaqt li jitqiesu t-taħriġ u l-esperjenza preċedenti tiegħu.
(d) Il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jtemm:
il-kontroll tal-ħiliet min-naħa tal-operatur u t-taħriġ dwar it-tagħmir tas-sikurezza u tal-emerġenza u l-kontrolli assoċjati miegħu qabel ma jibda t-titjir tal-linja tal-ajru taћt superviżjoni (LIFUS); u
il-kontroll tat-titjir tal-linja tal-ajru mat-tmiem tat-titjir tal-linja tal-ajru taħt superviżjoni. Għall-ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B, il-LIFUS jista’ jitwettaq fuq kwalunkwe ajruplan tal-kategorija applikabbli.
(e) Fil-każ tal-ajruplani, il-bdoti li tkun inħarġitilhom klassifikazzjoni tat-tip ibbażata fuq kors tat-taħriġ bl-ebda ħin tat-titjir (“ZFTT”) għandhom:
jibdew it-titjir tal-linja tal-ajru taħt superviżjoni mhux iktar tard minn 21 jum wara li jlestu t-test tal-ħiliet jew wara li jsegwu taħriġ xieraq mogħti mill-operatur. Il-kontenut ta’ dan it-taħriġ għandu jkun deskritt fil-manwal tal-operat;
mhux iktar tard minn 21 jum wara li jlestu t-test tal-ħiliet, jitilqu u jinżlu sitt darbiet f’FSTD taħt is-superviżjoni ta’ għalliem tal-klassifikazzjoni tat-tip għall-ajruplani (“TRI(A)”), li jkun bilqiegħda fis-sit tal-bdot l-ieħor. L-għadd ta’ tlugħ u nżul jista’ jitnaqqas meta l-krediti jkunu ddefiniti fil-parti mandatorja tad-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012. Jekk dawn il-proċeduri ta’ tlugħ u nżul ma jitwettqux fi żmien 21 jum, l-operatur għandu jipprovdi taħriġ ta’ aġġornament, li l-kontenut tiegħu għandu jkun deskritt fil-manwal tal-operat;
iwettqu l-ewwel erba’ proċeduri ta’ tlugħ u nżul tal-LIFUS fl-ajruplan taħt is-superviżjoni ta’ TRI(A) li jkun bilqiegħda fis-sit tal-bdot l-ieħor. L-għadd ta’ tlugħ u nżul jista’ jitnaqqas meta l-krediti jkunu ddefiniti fil-parti mandatorja tad-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012.
(f) Jekk iċ-ċirkostanzi operattivi, bħall-applikazzjoni għal AOCs ġodda jew iż-żieda ta’ tip jew klassi ta’ inġenji tal-ajru ġodda mal-flotta, ma jippermettux lill-operatur jikkonforma mar-rekwiżiti f’(d), l-operatur jista’ jiżviluppa kors ta’ adattament speċifiku, li għandu jintuża temporanjament għal għadd limitat ta’ bdoti.
ORO.FC.230 Taħriġ rikorrenti u kontrolli regolari
(a) Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jtemm taħriġ u kontrolli rikorrenti li jkunu rilevanti għat-tip jew għall-varjant, u għat-tagħmir assoċjat ta’ inġenju tal-ajru li jaħdem fuqu.
(b) Kontroll tal-profiċjenza tal-operatur
Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jlesti kontrolli tal-profiċjenza tal-operatur bħala parti mill-kumpliment tal-ekwipaġġ normali.
Meta l-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jkun meħtieġ jaħdem skont l-IFR, il-kontroll tal-profiċjenza tal-operatur għandu jitwettaq mingħajr referenzi viżwali esterni, kif ikun xieraq.
Il-perjodu ta’ validità tal-kontroll tal-profiċjenza tal-operatur għandu jkun ta’ 6 xhur tal-kalendarju. Għal operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR li jsiru binhar b’ajruplani tal-klassi tal-prestazzjoni B li jitwettqu matul staġuni li ma jkunux itwal minn tmien (8) xhur konsekuttivi, kontroll tal-profiċjenza tal-operatur għandu jkun biżżejjed. Il-kontroll tal-profiċjenza gћandu jitwettaq qabel ma jinbdew l-operazzjonijiet tal-CAT.
(c) Kontroll tat-titjir tal-linja tal-ajru
Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jwettaq kontroll tat-titjir tal-linja tal-ajru fuq l-inġenju tal-ajru. Il-perjodu ta’ validità tal-kontroll tat-titjir tal-linja tal-ajru għandu jkun ta’ tnax-il (12-il) xahar tal-kalendarju.
(d) Taħriġ dwar it-tagħmir tas-sikurezza u tal-emerġenza u l-kontrolli assoċjati miegħu
Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jtemm taħriġ rikorrenti dwar fejn jinsab it-tagħmir kollu tal-emerġenza u tas-sikurezza li jkun qiegħed jinġarr abbord l-inġenju tal-ajru u dwar kif jintuża dan it-tagħmir. Il-perjodu ta’ validità tat-taħriġ dwar it-tagħmir tas-sikurezza u tal-emerġenza u l-kontrolli assoċjati miegħu għandu jkun ta’ tnax-il (12-il) xahar tal-kalendarju.
(e) Taħriġ fis-CRM
L-elementi tas-CRM għandhom jiġu integrati fil-fażijiet kollha x-xierqa tat-taħriġ rikorrenti.
Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jattendi għal taħriġ modulari speċifiku fis-CRM. Is-suġġetti ewlenin kollha tat-taħriġ fis-CRM għandhom ikunu koperti billi s-sessjonijiet ta’ taħriġ modulari jitqassmu b’mod kemm jista’ jkun uniformi matul kull perjodu ta’ tliet (3) snin.
(f) Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jattendi għal taħriġ dwar il-proċeduri ta’ fuq l-art u għal taħriġ fit-titjir f’FSTD jew f’inġenju tal-ajru, jew għal taħriġ li jkun jikkombina t-taħriġ b’FSTD u fuq inġenju tal-ajru, tal-inqas kull tnax-il (12-il) xahar tal-kalendarju.
ORO.FC.231 Taħriġ ibbażat fuq l-evidenza
PROGRAMM EBT
L-operatur jista’ jissostitwixxi r-rekwiżiti ta’ ORO.FC.230 billi jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm programm tal-EBT xieraq approvat mill-awtorità kompetenti.
L-operatur għandu juri l-kapaċità tiegħu li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-programm tal-EBT (inkluż pjan ta’ implimentazzjoni) u li jwettaq valutazzjoni tar-riskju tas-sikurezza li turi kif jinkiseb livell ekwivalenti ta’ sikurezza.
Il-programm tal-EBT għandu:
jikkorrispondi għad-daqs tal-operatur, u għan-natura u għall-kumplessità tal-attivitajiet tiegħu, filwaqt li jqis il-perikli u r-riskji assoċjati inerenti f’dawk l-attivitajiet;
jiżgura l-kompetenza tal-bdoti billi jivvaluta u jiżviluppa l-kompetenzi tal-bdoti meħtieġa għal operazzjoni sikura, effettiva u effiċjenti tal-inġenji tal-ajru;
jiżgura li kull bdot ikun espost għas-suġġetti ta’ valutazzjoni u ta’ taħriġ derivati f’konformità ma’ ORO.FC.232;
jinkludi mill-inqas sitt moduli tal-EBT distribwiti fuq programm ta’ 3 snin; kull modulu tal-EBT għandu jikkonsisti minn fażi ta’ evalwazzjoni u minn fażi ta’ taħriġ. Il-perjodu ta’ validità ta’ modulu tal-EBT għandu jkun ta’ 12-il xahar;
Il-fażi ta’ evalwazzjoni tinkludi xenarju (jew xenarji) ta’ titjir orjentat lejn it-titjir tal-linja tal-ajru sabiex jiġu vvalutati l-kompetenzi kollha u jiġu identifikati l-ħtiġijiet individwali tat-taħriġ.
Il-fażi ta’ taħriġ tinkludi:
il-fażi ta’ taħriġ tal-manuvri, li tinkludi taħriġ għall-profiċjenza f’ċerti manuvri definiti;
il-fażi ta’ taħriġ ibbażat fuq ix-xenarji, li tinkludi xenarju (jew xenarji) ta’ titjir orjentat lejn it-titjir tal-linja tal-ajru sabiex jiġu żviluppati kompetenzi u jiġu indirizzati ħtiġijiet individwali ta’ taħriġ.
Il-fażi ta’ taħriġ għandha titwettaq b’mod f’waqtu wara l-fażi ta’ evalwazzjoni.
L-operatur għandu jiżgura li kull bdot irreġistrat fil-programm tal-EBT ilesti:
minimu ta’ żewġ moduli tal-EBT fil-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni tat-tip, separati b’perjodu ta’ mhux inqas minn 3 xhur. Il-modulu tal-EBT jitlesta meta:
il-kontenut tal-programm tal-EBT jitlesta għal dak il-modulu tal-EBT (espożizzjoni tal-bdot għas-suġġetti ta’ valutazzjoni u taħriġ); u
jintwera livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni fil-kompetenzi kollha osservati;
evalwazzjoni(jiet) tal-kompetenza tal-linja; u
taħriġ ta’ fuq l-art.
L-operatur għandu jistabbilixxi programm ta’ assigurazzjoni tal-istandardizzazzjoni u l-konkordanza tal-għalliema tal-EBT sabiex jiżgura li l-għalliema involuti fl-EBT ikunu kwalifikati kif suppost biex iwettqu l-kompiti tagħhom.
L-għalliema kollha jridu jkunu soġġetti għal dan il-programm;
L-operatur għandu juża metodi u metriċi xierqa biex jivvaluta l-konkordanza;
L-operatur għandu juri li l-għalliema għandhom konkordanza suffiċjenti.
Il-programm tal-EBT jista’ jinkludi proċeduri ta’ kontinġenza għal ċirkostanzi mhux previsti li jistgħu jaffettwaw it-twettiq tal-moduli tal-EBT. L-operatur għandu juri l-ħtieġa għal dawk il-proċeduri. Il-proċeduri għandhom jiżguraw li bdot ma jkomplix bl-operazzjonijiet tat-titjir tal-linja tal-ajru jekk il-prestazzjoni osservata kienet taħt il-livell minimu aċċettabbli. Dawn jistgħu jinkludu:
perjodu ta’ separazzjoni differenti bejn il-moduli tal-EBT; u
ordni differenti tal-fażijiet tal-modulu tal-EBT.
QAFAS TA’ KOMPETENZA
L-operatur għandu juża qafas ta’ kompetenza għall-aspetti kollha tal-valutazzjoni u t-taħriġ fi ħdan programm tal-EBT. Il-qafas ta’ kompetenza għandu:
jkun komprensiv, preċiż u ta’ tip li jista’ jintuża;
jinkludi mġibiet osservabbli meħtieġa għal operazzjonijiet sikuri, effettivi u effiċjenti;
jinkludi sett definit ta’ kompetenzi, id-deskrizzjonijiet tagħhom u l-imġibiet osservabbli assoċjati magħhom.
PRESTAZZJONI TAS-SISTEMA TA’ TAĦRIĠ
Il-prestazzjoni tas-sistema tal-EBT għandha titkejjel u tiġi evalwata permezz ta’ proċess ta’ feedback sabiex:
jiġi vvalidat u rfinat il-programm tal-EBT tal-operatur;
jiġi aċċertat li l-programm tal-EBT tal-operatur jiżviluppa l-kompetenzi tal-bdot.
Il-proċess ta’ feedback għandu jiġi inkluż fis-sistema ta’ ġestjoni tal-operatur.
L-operatur għandu jiżviluppa proċeduri li jirregolaw il-protezzjoni tad-data tal-EBT.
SISTEMA TA’ KLASSIFIKAZZJONI
L-operatur għandu juża sistema ta’ klassifikazzjoni biex jivvaluta l-kompetenzi tal-bdoti. Is-sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tiżgura:
livell suffiċjenti ta’ dettall li jippermetti kejl akkurat u utli tal-prestazzjoni individwali;
kriterju ta’ prestazzjoni u skala għal kull kompetenza, b’punt fuq l-iskala li jiddetermina l-livell minimu aċċettabbli li għandu jinkiseb għat-twettiq ta’ operazzjonijiet tat-titjir tal-linja tal-ajru. L-operatur għandu jiżviluppa proċeduri biex jindirizza prestazzjoni baxxa tal-bdot;
integrità tad-data;
sigurtà tad-data.
L-operatur għandu jivverifika f’intervalli regolari l-preċiżjoni tas-sistema ta’ klassifikazzjoni skont sistema ta’ referenza bbażata fuq kriterji.
TAGĦMIR ADATTAT TA’ TAĦRIĠ U VOLUM TA’ SIGĦAT BIEX JITLESTA L-PROGRAMM TAL-EBT TAL-OPERATUR
Kull modulu tal-EBT għandu jitwettaq f’FSTD b’livell ta’ kwalifika adegwat biex jiġi żgurat it-twassil korrett tas-suġġetti tal-valutazzjoni u t-taħriġ.
L-operatur għandu jipprovdi volum suffiċjenti ta’ sigħat fit-tagħmir ta’ taħriġ xieraq għall-bdot biex ilesti l-programm tal-EBT tal-operatur. Il-kriterji biex jiġi ddeterminat il-volum tal-programm tal-EBT huma kif ġej:
Il-volum jikkorrispondi għad-daqs u l-kumplessità tal-programm tal-EBT;
Il-volum huwa biżżejjed biex jitlesta l-programm tal-EBT;
Il-volum jiżgura programm tal-EBT effettiv li jqis ir-rakkomandazzjonijiet ipprovduti mill-ICAO, mill-Aġenzija u mill-awtorità kompetenti;
Il-volum jikkorrispondi għat-teknoloġija tal-mezzi ta’ taħriġ użati.
EKWIVALENZA TAL-ĦSARAT
Kull bdot għandu jirċievi valutazzjoni u taħriġ fil-ġestjoni tal-ħsarat fis-sistema tal-inġenju tal-ajru.
Ħsarat fis-sistemi tal-inġenji tal-ajru li jqiegħdu domanda sinifikanti fuq ekwipaġġ profiċjenti għandhom jiġu organizzati b’referenza għall-karatteristiċi li ġejjin:
immedjatezza;
kumplessità;
degradazzjoni tal-kontroll tal-inġenju tal-ajru;
telf tal-istrumentazzjoni;
ġestjoni tal-konsegwenzi.
Kull bdot għandu jkun espost għal mill-inqas malfunzjonament wieħed għal kull karatteristika fil-frekwenza stabbilita mit-tabella tas-suġġetti tal-valutazzjoni u tat-taħriġ.
Il-profiċjenza murija fil-ġestjoni ta’ ħsara waħda titqies ekwivalenti għall-profiċjenza murija fil-ġestjoni ta’ ħsarat oħra bl-istess karatteristiċi.
EKWIVALENZA TAL-APPROĊĊI RILEVANTI GĦALL-OPERAZZJONIJIET
L-operatur għandu jiżgura li kull bdot jirċievi taħriġ regolari fit-twettiq tat-tipi ta’ approċċi u l-metodi ta’ approċċi rilevanti għall-operazzjonijiet.
Dan it-taħriġ għandu jinkludi approċċi li jqiegħdu domanda addizzjonali fuq ekwipaġġ profiċjenti.
Dan it-taħriġ għandu jinkludi l-approċċi li jeħtieġu approvazzjoni speċifika f’konformità mal-Anness V (il-Parti-SPA) ta’ dan ir-Regolament.
EVALWAZZJONI TAL-KOMPETENZA B’RABTA MAL-ATTIVITAJIET TAL-LINJA TAL-AJRU
Perjodikament, kull bdot għandu jagħmel evalwazzjoni tal-kompetenza b’rabta mal-attivitajiet tat-titjir tal-linja tal-ajru f’inġenju tal-ajru biex juri t-twettiq sikur, effettiv u effiċjenti tal-operazzjonijiet normali tat-titjir tal-linja tal-ajru deskritti fil-manwal tal-operat.
Il-perjodu ta’ validità ta’ evalwazzjoni tal-kompetenza b’rabta mal-attivitajiet tal-linja tal-ajru għandu jkun ta’ 12-il xahar.
L-operatur approvat għall-EBT jista’, bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, jestendi l-validità tal-kompetenza b’rabta mal-attivitajiet tal-linja tal-ajru:
jew għal sentejn, soġġett għal valutazzjoni tar-riskju;
jew għal 3 snin, soġġett għal proċess ta’ feedback għall-monitoraġġ ta’ operazzjonijiet tat-titjir tal-linja tal-ajru li jidentifika theddid għall-operazzjonijiet, jimminimizza r-riskji ta’ tali theddid, u jimplimenta miżuri għall-ġestjoni ta’ żbalji umani fl-operazzjonijiet.
Għat-tlestija b’suċċess tal-evalwazzjoni tal-kompetenza b’rabta mal-attivitajiet tal-linja tal-ajru, il-bdot għandu juri livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni fil-kompetenzi kollha osservati.
TAĦRIĠ TA’ FUQ L-ART
Kull 12-il xahar kalendarju, kull bdot għandu jwettaq:
taħriġ tekniku fuq l-art;
valutazzjoni u taħriġ dwar il-post fejn ikun jinsab u dwar l-użu tat-tagħmir kollu tal-emerġenza u tas-sikurezza li jkun qed jinġarr fuq l-inġenju tal-ajru.
L-operatur jista’, bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti u soġġett għal valutazzjoni tar-riskju, jestendi l-perjodu ta’ valutazzjoni u taħriġ dwar il-post fejn ikun jinsab u dwar l-użu tat-tagħmir kollu ta’ emerġenza u sikurezza li jinġarr fuq l-inġenju tal-ajru għal 24 xahar.
ORO.FC.232 Suġġetti tal-valutazzjoni u tat-taħriġ tal-programm tal-EBT
L-operatur għandu jiżgura li kull bdot ikun espost għas-suġġetti tal-valutazzjoni u tat-taħriġ.
Is-suġġetti tal-valutazzjoni u tat-taħriġ għandhom ikunu:
derivati mid-data tas-sikurezza u minn dik operattiva li tintuża għall-identifikazzjoni ta’ oqsma għat-titjib u għall-prijoritizzazzjoni tat-taħriġ tal-bdoti bħala gwida għall-bini ta’ programmi xierqa tal-EBT;
imqassma fuq perjodu ta’ 3 snin bi frekwenza definita;
rilevanti għat-tip jew għall-varjant ta’ inġenju tal-ajru li fuqu jopera l-bdot.
ORO.FC.235 Kwalifika tal-bdot sabiex jaħdem fi kwalunkwe sit tal-bdot — l-ajruplani
Il-kmandanti tal-ajruplani li d-dmirijiet tagħhom jirrikjedu li joperaw fis-sit tal-bdot u li jwettqu d-dmirijiet ta’ kobdot, jew il-kmandanti meħtieġa biex iwettqu kompiti ta’ taħriġ jew ta’ kontroll għandhom ilestu taħriġ u kontrolli addizzjonali biex jiżguraw li jkunu profiċjenti fit-twettiq tal-proċeduri normali, mhux normali u ta’ emerġenza rilevanti minn kwalunkwe sit. Tali taħriġ u kontrolli għandhom jiġu speċifikati fil-manwal tal-operat. Il-kontroll jista’ jitwettaq flimkien mal-kontroll tal-profiċjenza tal-operatur preskritt f’ORO.FC.230(b) jew fil-programm tal-EBT preskritt f’ORO.FC.231.
It-taħriġ u l-kontrolli addizzjonali għandhom jinkludu mill-inqas l-affarijiet li ġejjin:
ħsara fil-magna matul it-tlugħ;
avviċinament u avviċinament b’tidwira b’magna waħda ma taħdimx; u
inżul b’magna waħda wieqfa.
Il-perjodu ta’ validità għandu jkun ta’ tnax-il (12-il) xahar tal-kalendarju. Għall-operaturi bi programm tal-EBT approvat, il-validità tiġi ddeterminata mis-suġġetti tal-valutazzjoni u tat-taħriġ f’konformità ma’ ORO.FC.232.
Meta wieħed jaħdem mis-sit tal-kobdot, il-kontrolli meħtieġa skont ORO.FC.230 jew il-valutazzjoni u t-taħriġ meħtieġa minn ORO.FC.231 sabiex dak li jkun jaħdem mis-sit tal-kmandant għandhom ikunu validi u attwali.
Il-bdot li jieħu post il-kmandant għandu jkun wera, flimkien mal-kontrolli tal-profiċjenza tal-operatur preskritti f’ORO.FC.230(b) jew il-valutazzjoni u t-taħriġ meħtieġa minn ORO.FC.231, prattika ta’ eżerċizzji u proċeduri li normalment ma jkunux fir-responsabbiltà tiegħu jew tagħha. Meta d-differenzi bejn is-sits tan-naħa tax-xellug u tal-lemin ma jkunux sinifikanti, il-prattika tista’ titwettaq fi kwalunkwe sit.
Il-bdot, li ma jkunx il-kmandant, li jokkupa s-sit tal-kmandant, għandu juri prattika ta’ eżerċizzji u proċeduri, flimkien mal-kontrolli tal-profiċjenza tal-operatur preskritti f’ORO.FC.230(b) jew il-valutazzjoni u t-taħriġ, meħtieġa minn ORO.FC.231, li huma r-responsabbiltà tal-kmandant li jaġixxi bħala monitoraġġ tal-bdot. Meta d-differenzi bejn is-sits tan-naħa tax-xellug u tal-lemin ma jkunux sinifikanti, il-prattika tista’ titwettaq fi kwalunkwe sit.
ORO.FC.236 Kwalifika tal-bdot sabiex jaħdem fi kwalunkwe sit tal-bdot — il-ħelikopters
Il-bdoti tal-ħelikopters li d-dmirijiet tagħhom jirrikjedu li joperaw fis-sit ta’ kwalunkwe bdot għandhom ilestu taħriġ u kontrolli addizzjonali biex jiżguraw li jkunu profiċjenti fit-twettiq tal-proċeduri normali, mhux normali u ta’ emerġenza rilevanti minn kwalunkwe sit. Il-perjodu ta’ validità ta’ din il-kwalifika għandu jkun ta’ tnax-il (12-il) xahar tal-kalendarju.
L-FIs jew it-TRIs attwali fuq it-tip rilevanti jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżit tal-punt (a) jekk kellhom attività ta’ FI jew ta’ TRI fl-aħħar 6 xhur fuq dak it-tip u fuq il-ħelikopter.
ORO.FC.240 Operazzjoni fuq diversi tipi jew varjanti ta’ inġenji tal-ajru
(a) Il-proċeduri jew ir-restrizzjonijiet operattivi għall-operazzjoni fuq diversi tipi jew varjanti ta’ inġenji tal-ajru, li huma stabbiliti fil-manwal tal-operat u approvati mill-awtorità kompetenti, għandhom ikopru:
il-livell minimu ta’ esperjenza tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira;
il-livell minimu ta’ esperjenza fuq tip jew varjant wieħed qabel ma jinbeda t-taħriġ fuq tip jew varjant ieħor u t-tħaddim ta’ dan it-tip jew il-varjant l-ieħor;
il-proċess li bih l-ekwipaġġ tat-titjira kkwalifikat f’tip jew varjant wieħed se jitħarreġ fuq tip jew varjant ieħor u jiġi kkwalifikat fih; u
ir-rekwiżiti applikabbli kollha tal-esperjenza riċenti għal kull tip jew varjant.
(b) SPAZJU MĦOLLI VOJT APPOSTA
(c) Il-punt (a) ma għandux japplika għall-operazzjonijiet b’ajruplan tal-klassi tal-prestazzjoni B, jekk dawn ikunu limitati gћall-kategoriji ta’ ajruplani li jaħdmu b’magni bil-pistuni u bi bdot wieћed li jwettqu titjir skont il-VFR binhar.
ORO.FC.A.245 Programm alternattiv tat-taħriġ u tal-kwalifiki
(a) L-operatur ta’ ajruplan li jkollu esperjenza xierqa jista’ jissostitwixxi wieħed jew iktar mir-rekwiżiti tat-taћriġ u ta’ kontroll li ġejjin għall-ekwipaġġ tat-titjira bi programm alternattiv tat-taħriġ u tal-kwalifiki (ATQP), li jkun approvat mill-awtorità kompetenti:
stabbiliti fil-punt SPA.LVO.120 dwar it-taħriġ u l-kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira;
stabbiliti fil-punt ORO.FC.220 dwar it-taħriġ ta’ adattament u l-kontrolli;
stabbiliti fil-punt ORO.FC.125 dwar it-taħriġ dwar id-differenzi, taħriġ ta’ familjarizzazzjoni, dwar it-tagħmir u dwar il-proċedura;
stabbiliti fil-punt ORO.FC.205 fuq il-kors tal-kmand;
stabbiliti fil-punt ORO.FC.230 dwar it-taħriġ u l-kontrolli rikorrenti; u
stabbiliti fil-punt ORO.FC.240 dwar it-tħaddim fuq aktar minn tip wieħed jew varjant wieħed.
(b) L-ATQP għandu jinkludi t-taħriġ u l-kontrolli li jistabbilixxu u jżommu mill-inqas livell ekwivalenti ta’ ħiliet miksuba billi jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-punti ORO.FC.220 u ORO.FC.230. Il-livell ta’ ħiliet tat-taħriġ u tal-kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom jintwerew qabel ma tingħata l-approvazzjoni għall-ATQP mill-awtorità kompetenti.
(c) L-operatur li jkun qed japplika għall-approvazzjoni għall-ATQP għandu jagħti lill-awtorità kompetenti pjan ta’ implimentazzjoni li jinkludi deskrizzjoni tal-livell ta’ ħiliet tat-taħriġ u tal-kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira li għandu jintlaħaq.
(d) Minbarra l-kontrolli meħtieġa skont il-punti ORO.FC.230 u FCL.060 tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jtemm evalwazzjoni orjentata lejn it-titjir tal-linja tal-ajru (LOE) imwettqa f’FSTD. Il-perjodu ta’ validità ta’ LOE għandu jkun ta’ tnax-il (12-il) xahar tal-kalendarju. Il-LOE jitlesta meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
jitlesta s-sillabu tal-LOE; u
il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira ikun wera livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni.
(e) Wara sentejn (2) ta’ operat b’ATQP approvat, l-operatur jista’, bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, jestendi l-perjodi ta’ validità tal-kontrolli msemmija fil-punt ORO.FC.230 kif ġej:
Il-kontroll tal-profiċjenza tal-operatur għal tnax-il (12-il) xahar tal-kalendarju.
Il-kontroll tat-titjir tal-linja tal-ajru għal 24 xahar tal-kalendarju.
Il-kontroll dwar it-tagħmir tal-emerġenza u tas-sikurezza għal 24 xahar tal-kalendarju.
(f) Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jattendi għal taħriġ modulari speċifiku fis-CRM. Is-suġġetti ewlenin kollha tat-taħriġ fis-CRM għandhom ikunu koperti billi s-sessjonijiet ta’ taħriġ modulari jitqassmu b’mod kemm jista’ jkun uniformi matul kull perjodu ta’ tliet (3) snin.
(g) Il-programm ATQP għandu jinkludi 48 siegħa fuq kwalifika ta’ titjir għal kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira, imqassma b’mod ugwali fuq programm ta’ 3 snin. L-operatur jista’ jnaqqas l-għadd ta’ FSTDs, iżda mhux inqas minn 36 siegħa, dment li juri li l-livell ta’ sikurezza li jinkiseb huwa ekwivalenti għal dak tal-programm li l-ATQP jista’ jissostitwixxi f’konformità mal-punt (a).
ORO.FC.A.250 Kmandanti li għandhom CPL(A)
(a) Id-detentur ta' CPL(A) (ajruplan) għandu jaġixxi biss bħala kmandant fit-trasport kummerċjali bl-ajru fuq ajruplan bi bdot wieħed jekk tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
meta jkun qed iġorr passiġġieri b'titjir skont il-VFR barra raġġ ta' 50 NM (90 kilometru) mill-ajrudrom tat-tluq, huwa jkollu għadd minimu ta' ħin tat-titjir fuq l-ajruplani ta' 500 siegħa jew ikollu kwalifika ta' titjir bl-istrumenti valida;
meta jkun qed jaħdem fuq tip ta' ajruplan b'diversi magni skont l-IFR, huwa jkollu għadd minimu ta' ħin tat-titjir fuq l-ajruplani ta' 700 siegħa, li jinkludu 400 siegħa bħala bdot fil-kmand. Dawn is-sigħat għandhom jinkludu 100 siegħa ta' titjir skont l-IFR u 40 siegħa f'operazzjonijiet b'ajruplani b'diversi magni. L-400 siegħa bħala bdot fil-kmand jistgħu jinbidlu b'sigħat ta' ħidma bħala kobdot f'sistema stabbilita ta' ekwipaġġ b'diversi bdoti li tkun preskritta fil-manwal tal-operat, fuq il-bażi li sagħtejn ta' titjir bħala kobdot jikkorrispondu għal siegħa ta' titjir bħala bdot fil-kmand;
meta jkun qed jaħdem fuq ajruplan b'magna waħda skont l-IFR, huwa jkollu għadd minimu ta' ħin tat-titjir fuq l-ajruplani ta' 700 siegħa, li jinkludu 400 siegħa bħala bdot fil-kmand. Dawk is-sigħat għandhom jinkludu 100 siegħa ta' titjir skont l-IFR. L-400 siegħa bħala bdot fil-kmand jistgħu jinbidlu b'sigħat ta' ħidma bħala kobdot f'sistema stabbilita ta' ekwipaġġ b'diversi bdoti li tkun preskritta fil-manwal tal-operat, fuq il-bażi li sagħtejn ta' titjir bħala kobdot jikkorrispondu għal siegħa ta' titjir bħala bdot fil-kmand.
(b) Il-punt (a)(1) m’għandux japplika għal operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR li jsiru binhar b’ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B.
ORO.FC.H.250 Kmandanti li għandhom CPL(H)
(a) Id-detenturi ta’ CPL(H) (għall-ħelikopters) għandhom jaġixxu biss bħala kmandanti fl-operazzjonijiet tal-CAT fuq ħelikopter bi bdot wieħed jekk:
meta jaħdmu skont l-IFR, huma jkollhom għadd minimu ta’ ħin tat-titjir totali fuq il-ħelikopters ta’ 700 siegħa, li jinkludu 300 siegħa bħala bdot fil-kmand. Il-ħin tat-titjir totali fuq il-ħelikopters għandu jinkludi 100 siegħa skont l-IFR. Sa 50 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti mwettaq fuq kwalifika tal-livell B tal-FFS(H) jew tal-livell 3 tal-FTD jew kwalifika ogħla għat-taħriġ fl-istrumenti, jista’ jiġi kkreditat għall-100 siegħa. It-300 siegħa bħala bdot fil-kmand jistgħu jiġu sostitwiti b’sigħat ta’ ħidma bħala kobdot f’sistema stabbilita ta’ ekwipaġġ b’diversi bdoti li tkun preskritta fil-manwal tal-operat, fuq il-bażi li sagħtejn (2) ta’ titjir bħala kobdot jikkorrispondu għal siegħa (1) ta’ titjir bħala bdot fil-kmand;
meta jaħdem f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali (VMC) billejl, huwa jkollu:
klassifikazzjoni valida tal-istrumenti; jew
300 siegħa ta’ titjir fuq il-ħelikopters, li jinkludu 100 siegħa bħala bdot fil-kmand u 10 sigħat bħala bdot billejl.
TAQSIMA 3
Rekwiżiti addizzjonali għall-operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati u għal operazzjonijiet CAT imsemmija f’ORO.FC.005 b (1) u (2)
ORO.FC.320 Taħriġ ta’ adattament u l-kontrolli tal-operatur
Il-kors ta’ adattament tal-operatur għandu jinkludi kontroll tal-profiċjenza tal-operatur.
ORO.FC.325 Taħriġ u kontrolli dwar it-tagħmir u l-proċedura
Jekk membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jgħaddi minn taħriġ ta’ tagħmir u ta’ proċedura li jeħtieġ taħriġ fuq FSTD xieraq jew fuq l-inġenju tal-ajru, fir-rigward ta’ proċeduri operattivi standard relatati ma’ operazzjoni speċjalizzata, il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza tal-operatur.
ORO.FC.330 Taħriġ u kontrolli rikorrenti — kontroll tal-profiċjenza tal-operatur
Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jwettaq taħriġ rikorrenti u kontrolli tal-profiċjenza tal-operatur. Fil-każ ta’ operazzjonijiet speċjalizzati, it-taħriġ u l-kontrolli rikorrenti għandhom ikopru l-aspetti rilevanti assoċjati mal-kompiti speċjalizzati deskritti fil-manwal tal-operat.
Għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa meta l-operazzjonijiet jitwettqu skont l-IFR jew billejl.
Il-perjodu ta’ validità tal-kontroll tal-profiċjenza tal-operatur għandu jkun ta’ 12-il xahar tal-kalendarju.
IS-SUBPARTI CC
EKWIPAĠĠ TAL-KABINA
ORO.CC.005 Kamp ta’ applikazzjoni
Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li l-operatur għandu jissodisfa meta jkun qed jopera inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ tal-kabina u tinkludi:
Taqsima 1 li tispeċifika rekwiżiti komuni applikabbli għall-operazzjonijiet kollha; u
Taqsima 2 li tispeċifika r-rekwiżiti addizzjonali applikabbli għal operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru.
TAQSIMA 1
Rekwiżiti komuni
ORO.CC.100 Numru u kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina
Għall-operazzjonijiet ta' inġenju tal-ajru li jkollu MOPSC ta' iktar minn 19-il sit, meta dan ikun qed iġorr passiġġier wieħed jew aktar, għandu jiġi assenjat mill-inqas membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina.
Għall-iskop tal-konformità mal-punt (a), l-għadd minimu ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkun l-akbar għadd minn fost dawn li ġejjin:
l-għadd ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina stabbilit matul il-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli, għall-konfigurazzjoni tal-kabina tal-inġenju tal-ajru li l-operatur juża;
jekk l-għadd imsemmi fil-punt (1) ma jkunx ġie stabbilit, l-għadd ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina stabbilit matul il-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru għall-konfigurazzjoni massima ċċertifikata ta' sits tal-passiġġieri, imnaqqas b'wieħed (1) għal kull numru sħiħ ta' sits tal-passiġġieri tal-konfigurazzjoni tal-kabina tal-inġenju tal-ajru li l-operatur juża li jidħol bl-eżatt f'50 u li jkun inqas mill-kapaċità massima ċċertifikata ta' sits tal-passiġġieri;
membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina għal kull 50 sit tal-passiġġier, jew frazzjoni ta' 50, installati fl-istess kabina tal-inġenju tal-ajru li għandu jitħaddem.
Għall-operazzjonijiet li jkollhom aktar minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-operatur għandu jaħtar membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina li jagħti rendikont lill-bdot fil-kmand jew lill-kmandant.
B'deroga mill-punt (a), l-operazzjonijiet mhux kummerċjali b'inġenju tal-ajru li jkollu MOPSC ta' iktar minn 19 jistgħu jitwettqu mingħajr membru operattiv tal-ekwipaġġ tal-kabina, soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti. Biex jikseb l-approvazzjoni, l-operatur għandu jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikun hemm massimu ta' 19-il passiġġier abbord;
l-operatur ikun żviluppa proċeduri għal dik l-operazzjoni.
ORO.CC.110 Kundizzjonijiet għall-assenjazzjoni tal-kompiti
(a) Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom ikunu assenjati għal kompiti fuq inġenju tal-ajru biss jekk huma:
jkollhom mill-inqas 18-il sena;
ikunu ġew ivvalutati, skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-Anness IV (il-Parti-MED) għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, bħala fiżikament u mentalment b’saħħithom biex jaqdu l-kompiti u biex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom b’mod sikur; u
ikunu temmew b’suċċess it-taħriġ u l-kontrolli kollha applikabbli, kif meħtieġ minn din is-Subparti, u jkunu kapaċi jaqdu l-kompiti assenjati lilhom skont il-proċeduri speċifikati fil-manwal tal-operat.
(b) Qabel ma jassenja kompiti lil membri tal-ekwipaġġ tal-kabina li jkunu jaħdmu bħala ħaddiema indipendenti jew ħaddiema part-time, l-operatur għandu jivverifika li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti applikabbli kollha ta’ din is-Subparti, filwaqt li jqis is-servizzi kollha mogħtija mill-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina lil kwalunkwe operatur ieħor, biex jistabbilixxi, b’mod partikulari:
l-għadd totali ta’ tipi u varjanti ta’ inġenji tal-ajru mħaddmin; u
il-limitazzjonijiet applikabbli fuq il-ħin tat-titjir u l-ħin tas-servizz, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-mistrieħ applikabbli.
(c) Il-membri operattivi tal-ekwipaġġ tal-kabina, kif ukoll ir-rwol tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mas-sikurezza tal-passiġġieri u tat-titjira, għandhom ikunu identifikati b’mod ċar għall-passiġġieri.
ORO.CC.115 Twettiq tal-korsijiet tat-taħriġ u tal-kontrolli assoċjati magħhom
(a) L-operatur għandu jistabbilixxi programm u sillabu ddettaljati għal kull kors tat-taħriġ skont ir-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti u, fejn applikabbli, tal-Anness V (il-Parti-CC) ►M4 għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 ◄ , biex jiġu koperti l-kompiti u r-responsabbiltajiet li għandhom jitwettqu mill-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina.
(b) Kull kors tat-taħriġ għandu jinkludi tagħlim teoretiku u prattiku, flimkien ma’ prattika b’mod individwali jew bħala grupp, skont kif ikun rilevanti għal kull suġġett tat-taħriġ, sabiex il-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina jilħaq u jżomm il-livell ix-xieraq ta’ kompetenza skont din is-Subparti.
(c) Kull kors tat-taħriġ għandu:
jitwettaq b’mod strutturat u realistiku; u
jitwettaq minn persunal li jkun ikkwalifikat b’mod xieraq fis-suġġett li għandu jiġi kopert.
(d) Matul it-taħriġ meħtieġ minn din is-Subparti, jew wara li jitlesta dan it-taħriġ kollu, kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jgħaddi minn eżami li jkun ikopri l-elementi kollha tat-taħriġ tal-programm tat-taħriġ rilevanti, ħlief għat-taħriġ fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ (CRM). L-eżamijiet għandhom jitwettqu minn persunal li jkun ikkwalifikat b’mod xieraq biex jivverifika li l-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina jkun kiseb u/jew ikun qed iżomm il-livell ta’ kompetenza meħtieġ.
(e) Il-korsijiet tat-taħriġ fis-CRM u, fejn ikun applikabbli, il-moduli dwar is-CRM, għandhom jitwettqu minn għalliem tas-CRM tal-ekwipaġġ tal-kabina. Meta l-elementi tas-CRM jiġu integrati f’taħriġ ieħor, id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tas-sillabu għandhom ikunu ġestiti minn għalliem tas-CRM tal-ekwipaġġ tal-kabina.
ORO.CC.120 Kors ta’ taħriġ inizjali
(a) Kull applikant ġdid li ma jkollux diġà attestazzjoni valida tal-ekwipaġġ tal-kabina maħruġa skont l-Anness V (il-Parti-CC) ►M4 għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 ◄ :
għandu jingħata kors ta’ taħriġ inizjali kif speċifikat fil-punt CC.TRA.220 ta’ dak l-Anness; u
għandu jagħmel l-eżami assoċjat miegħu u jgħaddi minnu qabel ma jsegwi taħriġ ieħor meħtieġ skont din is-Subparti.
(b) L-elementi tal-programm ta’ taħriġ inizjali jistgħu jkunu kkombinati mal-ewwel taħriġ speċifiku għat-tip ta’ inġenju tal-ajru u mat-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur, dejjem jekk jitħarsu r-rekwiżiti tal-punt CC.TRA.220 u jekk kwalunkwe element ta’ dan it-tip jiġi rreġistrat bħala element tal-kors ta’ taħriġ inizjali fir-rekords tat-taħriġ tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina kkonċernati.
ORO.CC.125 Taħriġ speċifiku għat-tip ta’ inġenju tal-ajru u taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur
(a) Kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkun lesta taħriġ speċifiku xieraq għat-tip ta’ inġenju tal-ajru u taħriġ ta’ adattament xieraq organizzat mill-operatur, kif ukoll il-kontrolli assoċjati magħhom, qabel ma jkun:
assenjat mill-operatur sabiex jaħdem għall-ewwel darba bħala membru tal-ekwipaġġ tal-kabina; jew
assenjat minn dak l-operatur sabiex jaħdem fuq tip ta’ inġenju tal-ajru ieħor.
(b) Meta jkun qed jistabbilixxi l-programmi u s-sillabi tat-taħriġ speċifiku għat-tip ta’ inġenju tal-ajru u tat-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur, l-operatur għandu jinkludi l-elementi rilevanti ddefiniti fil-parti mandatorja tad-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, meta dawn ikunu disponibbli.
(c) Il-programm ta’ taħriġ speċifiku għat-tip ta’ inġenju tal-ajru għandu:
jinvolvi taħriġ u prattika fuq tagħmir tat-taħriġ rappreżentattiv jew fuq l-inġenju tal-ajru nnifsu; u
ikopri mill-inqas l-elementi li ġejjin tat-taħriġ speċifiku għat-tip ta’ inġenju tal-ajru:
deskrizzjoni tal-inġenju tal-ajru kif inhi rilevanti għall-kompiti tal-ekwipaġġ tal-kabina;
it-tagħmir u s-sistemi kollha tas-sikurezza installati li huma rilevanti għall-kompiti tal-ekwipaġġ tal-kabina;
it-tħaddim u l-ftuħ reali, minn kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, ta’ kull tip jew varjant ta’ bieb u ħruġ normali u ta’ emerġenza f’sitwazzjonijiet normali u ta’ emerġenza;
il-wiri tat-tħaddim tal-ħruġ l-ieħor, inklużi t-twieqi tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira;
it-tagħmir ta’ protezzjoni kontra n-nar u d-duħħan, jekk dan ikun installat;
taħriġ dwar iż-żurżieqa tal-evakwazzjoni, jekk din tkun installata;
it-tħaddim tat-tagħmir tas-sits, tas-sistema ta’ restrizzjoni u tas-sistema tal-ossiġnu li hu rilevanti f’każ ta’ inkapaċità tal-bdot.
(d) Il-programm tat-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru li għandu jitħaddem, għandu:
jinvolvi taħriġ u prattika fuq tagħmir tat-taħriġ rappreżentattiv jew fuq l-inġenju tal-ajru nnifsu;
jinkludi taħriġ dwar il-proċeduri operattivi standard tal-operatur għall-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina li għandhom ikunu assenjati għall-ewwel darba għal kompiti mill-operatur;
ikopri mill-inqas l-elementi li ġejjin tat-taħriġ speċifiku tal-operatur, skont kif ikun rilevanti għat-tip ta’ inġenju tal-ajru li għandu jitħaddem:
deskrizzjoni tal-konfigurazzjoni tal-kabina;
il-post fejn jinsab it-tagħmir portabbli kollu tal-emerġenza u tas-sikurezza li jkun qiegħed jinġarr abbord, u t-tneħħija u l-użu ta’ dan it-tagħmir;
il-proċeduri normali u ta’ emerġenza kollha;
l-immaniġġjar tal-passiġġieri u l-kontroll tal-folla;
taħriġ dwar in-nar u d-duħħan, li jinkludi l-użu tat-tagħmir kollu relatat mat-tifi tan-nar u tat-tagħmir protettiv kollu, li jirrappreżenta dak li jinġarr abbord;
il-proċeduri ta’ evakwazzjoni;
il-proċeduri f’każ ta’ inkapaċità tal-bdot;
il-proċeduri u r-rekwiżiti tas-sikurezza applikabbli;
il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ.
ORO.CC.130 Taħriġ dwar id-differenzi
(a) Minbarra t-taħriġ meħtieġ skont il-punt ORO.CC.125, il-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jlesti taħriġ u kontrolli xierqa li jkopru kwalunkwe differenza qabel ma jkun assenjat fuq:
varjant ta’ tip ta’ inġenju tal-ajru mħaddem attwalment; jew
tip jew varjant ta’ inġenju tal-ajru mħaddem attwalment li jkollu:
tagħmir tas-sikurezza differenti;
post differenti fejn jinsab it-tagħmir tal-emerġenza u tas-sikurezza; jew
proċeduri normali u ta’ emerġenza differenti.
(b) Il-programm ta’ taħriġ dwar id-differenzi għandu:
jiġi stabbilit skont il-bżonn abbażi ta’ tqabbil mal-programm ta’ taħriġ imwettaq mill-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, skont il-punt ORO.CC.125(c) u (d), għat-tip ta’ inġenju tal-ajru rilevanti; u
jinvolvi taħriġ u prattika f’tagħmir tat-taħriġ rappreżentattiv jew fl-inġenju tal-ajru nnifsu, skont kif ikun rilevanti għall-element tat-taħriġ dwar id-differenzi li għandu jiġi kopert.
(c) Meta jkun qed jistabbilixxi l-programm u s-sillabu tat-taħriġ dwar id-differenzi għal varjant ta’ inġenju tal-ajru mħaddem dal-ħin, l-operatur għandu jinkludi l-elementi rilevanti ddefiniti fil-parti mandatorja tad-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont ir-Regolament (EU) Nru 748/2012, fejn dawn ikunu disponibbli.
ORO.CC.135 Familjarizzazzjoni
Wara t-tlestija tat-taħriġ speċifiku għat-tip ta’ inġenju tal-ajru u tat-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur fuq tip ta’ inġenju tal-ajru, kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jtemm familjarizzazzjoni xierqa taħt superviżjoni fuq it-tip qabel ma jiġi assenjat biex jaħdem bħala membru tal-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġ skont il-punt ORO.CC.100.
ORO.CC.140 Taħriġ rikorrenti
(a) Kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jtemm taħriġ rikorrenti u kontrolli regolari kull sena.
(b) It-taħriġ rikorrenti għandu jkopri l-azzjonijiet assenjati lil kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina fil-proċeduri u l-eżerċizzji normali u ta’ emerġenza rilevanti għal kull tip u/jew varjant ta’ inġenju tal-ajru li għandu jitħaddem.
(c) Elementi tat-taħriġ speċifiku għat-tip ta’ inġenju tal-ajru:
It-taħriġ rikorrenti għandu jinkludi taħriġ prattiku ta’ kull sena minn kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina sabiex ikun simulat it-tħaddim ta’ kull tip jew varjant ta’ bieb u ta’ ħruġ normali u ta’ emerġenza għall-evakwazzjoni tal-passiġġieri.
It-taħriġ rikorrenti għandu jinkludi wkoll, f’intervalli ta’ mhux iktar minn tliet (3) snin:
it-tħaddim u l-ftuħ reali, minn kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, f’tagħmir tat-taħriġ rappreżentattiv jew fl-inġenju tal-ajru stess, ta’ kull tip jew varjant ta’ ħruġ normali u ta’ emerġenza f’sitwazzjonijiet normali u ta’ emerġenza;
it-tħaddim reali, minn kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, f’tagħmir tat-taħriġ rappreżentattiv jew fl-inġenju tal-ajru stess, tal-bieb tas-sikurezza tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, kemm f’sitwazzjonijiet normali kif ukoll f’dawk ta’ emerġenza, u tas-sistema tas-sits u ta’ restrizzjoni, u wiri prattiku tat-tagħmir tas-sistema tal-ossiġnu li hu rilevanti f’każ ta’ inkapaċità tal-bdot;
il-wiri tat-tħaddim tal-ħruġ l-ieħor kollu, inklużi t-twieqi tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira; u
il-wiri tal-użu taċ-ċattra ta’ salvataġġ, jew taċ-ċattra ta’ salvataġġ li tkun żurżieqa, jekk din tkun installata.
(d) Elementi tat-taħriġ speċifiku tal-operatur:
It-taħriġ rikorrenti għandu jinkludi, ta’ kull sena:
min-naħa ta’ kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina:
is-sejbien tal-post fejn jinsab it-tagħmir kollu tal-emerġenza u tas-sikurezza li jkun installat jew li jkun qed jinġarr abbord, u l-immaniġġjar tat-tali tagħmir; u
l-ilbies ta’ ġkieket tas-salvataġġ u tat-tagħmir portabbli tal-ossiġnu u dak protettiv għat-teħid tan-nifs (PBE);
l-istivar ta’ oġġetti fil-kompartiment tal-passiġġieri;
il-proċeduri marbutin mal-kontaminazzjoni tal-wiċċ tal-inġenju tal-ajru;
il-proċeduri ta’ emerġenza;
il-proċeduri ta’ evakwazzjoni;
l-analiżi tal-inċidenti u tal-aċċidenti;
il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ;
l-aspetti ajrumediċi u l-ewwel għajnuna inkluż it-tagħmir relatat;
il-proċeduri tas-sikurezza.
It-taħriġ rikorrenti għandu jinkludi wkoll, f’intervalli ta’ mhux iktar minn tliet (3) snin:
l-użu tal-piroteknika (tagħmir rappreżentattiv jew reali);
il-wiri prattiku tal-użu tal-listi ta’ kontroll tal-ekwipaġġ tat-titjira;
taħriġ realistiku u prattiku fl-użu tat-tagħmir kollu għat-tifi tan-nar, inkluż l-ilbies protettiv, li jirrappreżenta t-tagħmir li jinġarr fl-inġenju tal-ajru;
min-naħa ta’ kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina:
it-tifi ta’ nar li jkun karatteristiku ta’ nar ġewwa l-inġenju tal-ajru;
l-ilbies u l-użu ta’ PBE f’ambjent simulat magħluq u mimli duħħan.
(e) Perjodi ta’ validità:
Il-perjodu ta’ validità għat-taħriġ rikorrenti ta’ kull sena għandu jkun ta’ 12-il xahar tal-kalendarju, li jingħaddu mill-aħħar tax-xahar meta jkun twettaq il-kontroll.
Jekk it-taħriġ rikorrenti u l-kontrolli regolari meħtieġa skont il-punt (a) isiru matul l-aħħar tliet (3) xhur tal-kalendarju tal-perjodu ta’ validità, il-perjodu ta’ validità l-ġdid għandu jingħadd mid-data tal-iskadenza oriġinali.
Għall-elementi tat-taħriġ addizzjonali ta’ kull tliet snin speċifikati fil-punti (c)(2) u (d)(2), il-perjodu ta’ validità għandu jkun ta’ 36 xahar tal-kalendarju, li jingħaddu mill-aħħar tax-xahar meta jkunu twettqu l-kontrolli.
ORO.CC.145 Taħriġ ta’ aġġornament
(a) Meta matul is-sitt (6) xhur preċedenti fil-perjodu ta’ validità tal-aħħar taħriġ rikorrenti u kontrolli regolari rilevanti, membru tal-ekwipaġġ tal-kabina:
ma jkun wettaq l-ebda kompitu ta’ titjir, huwa għandu, qabel ma jerġa’ jiġi assenjat għal kompiti bħal dawn, ilesti taħriġ ta’ aġġornament u kontroll għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru li għandu jitħaddem; jew
ma jkunx wettaq kompiti ta’ titjir fuq tip ta’ inġenju tal-arju wieħed partikulari, huwa għandu, qabel ma jerġa’ jiġi assenjat għal dawn il-kompiti, ilesti fuq dak it-tip ta’ inġenju tal-ajru partikulari:
taħriġ ta’ aġġornament u kontroll; jew
żewġ titjiriet ta’ familjarizzazzjoni skont il-punt ORO.CC.135.
(b) Il-programm ta’ taħriġ ta’ aġġornament għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru għandu jkopri mill-inqas:
il-proċeduri ta’ emerġenza;
il-proċeduri ta’ evakwazzjoni;
it-tħaddim u l-ftuħ reali, minn kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, ta’ kull tip jew varjant ta’ ħruġ normali u ta’ emerġenza, kif ukoll tal-bieb tas-sikurezza tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, f’sitwazzjonijiet normali u ta’ emerġenza;
il-wiri tat-tħaddim tal-ħruġ l-ieħor kollu, inklużi t-twieqi tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira;
il-post fejn jinsab it-tagħmir kollu tal-emerġenza u tas-sikurezza rilevanti li jkun installat jew li jkun qed jinġarr abbord, u l-immaniġġjar tat-tali tagħmir.
(c) L-operatur jista’ jiddeċiedi li jibdel it-taħriġ ta’ aġġornament b’taħriġ rikorrenti, jekk l-istabbiliment mill-ġdid tal-kompiti ta’ titjir ta’ membru tal-ekwipaġġ tal-kabina jibda fil-perjodu ta’ validità tal-aħħar taħriġ rikorrenti u kontrolli regolari. Jekk dak il-perjodu ta’ validità jkun skada, it-taħriġ ta’ aġġornament jista’ jinbidel biss b’taħriġ speċifiku għat-tip ta’ inġenju tal-ajru u b’taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur, kif speċifikat fil-punt ORO.CC.125.
TAQSIMA 2
Rekwiżiti addizzjonali għall-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru
ORO.CC.200 Membru għoli tal-ekwipaġġ tal-kabina
(a) Meta jkun hemm bżonn ta’ iktar minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina, il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha tinkludi membru għoli tal-ekwipaġġ tal-kabina maħtur mill-operatur.
(b) L-operatur għandu jaħtar il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għall-pożizzjoni ta’ membru għoli tal-ekwipaġġ tal-kabina biss jekk huma:
ikollhom tal-anqas sena esperjenza bħala membri operattivi tal-ekwipaġġ tal-kabina; u
ikunu temmew b’suċċess kors ta’ taħriġ tal-ekwipaġġ għoli tal-kabina u l-kontroll assoċjat miegħu.
(c) Il-kors ta’ taħriġ tal-ekwipaġġ għoli tal-kabina għandu jkopri l-kompiti u r-responsabbiltajiet kollha tal-membri għolja tal-ekwipaġġ tal-kabina u għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
l-għoti ta’ informazzjoni qabel it-titjira;
il-kooperazzjoni mal-ekwipaġġ;
reviżjoni tar-rekwiżiti tal-operatur u tar-rekwiżiti legali;
ir-rappurtar dwar l-aċċidenti u l-inċidenti;
il-fatturi umani u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ (CRM); u
il-limitazzjonijiet fuq il-ħin tat-titjir u l-ħin tas-servizz u r-rekwiżiti tal-mistrieħ.
(d) Il-membru għoli tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkun responsabbli lejn il-kmandant għat-twettiq u l-koordinazzjoni tal-proċeduri normali u ta’ emerġenza speċifikati fil-manwal tal-operat, inkluż għall-waqfien tal-kompiti li m’għandhomx x’jaqsmu mas-sikurezza minħabba raġunijiet ta’ sigurtà jew ta’ sikurezza.
(e) L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri biex jagħżel il-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina bl-iktar kwalifiki xierqa biex jaġixxi bħala l-membru l-għoli tal-ekwipaġġ tal-kabina f’każ li l-membru l-għoli maħtur tal-ekwipaġġ tal-kabina ma jkunx jista’ jkompli jaħdem. Kwalunkwe bidla f’dawn il-proċeduri għandha tiġi mgħarrfa lill-awtorità kompetenti.
ORO.CC.205 Tnaqqis tal-għadd ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina waqt l-operazzjonijiet ta' fuq l-art u f'ċirkostanzi mhux mistennija
Kull meta l-passiġġieri jkunu abbord inġenju tal-ajru, l-għadd minimu ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġ skont il-punt ORO.CC.100 għandu jkun preżenti fl-inġenju tal-ajru u għandu jkun lest biex jaġixxi.
B'deroga mill-punt (a), l-għadd minimu ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jista' jitnaqqas fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
waqt l-operazzjonijiet normali ta' fuq l-art li ma jinvolvux l-għoti ta' fjuwil mill-ġdid lill-inġenju tal-ajru jew it-tneħħija tal-fjuwil minnu, meta l-inġenju tal-ajru jkun jinsab fl-istazzjon tal-parkeġġ tiegħu;
f'ċirkustanzi mhux mistennija f'każ li jitnaqqas l-għadd ta' passiġġieri li se jinġarru fuq dik it-titjira. F'dan il-każ għandu jiġi ppreżentat rapport lill-awtorità kompetenti wara li tintemm it-titjira;
għall-fini ta' mistrieħ waqt it-titjira fil-fażi tal-cruising, jew skont il-punt ORO.FTL.205(e) jew bħala mitigazzjoni tal-għeja implimentata mill-operatur.
Għall-finijiet tal-punti (b)(1) u (b)(2), il-proċeduri tal-operatur tal-manwal tal-operat għandhom jiżguraw li:
jintlaħaq livell ekwivalenti ta' sikurezza bl-għadd imnaqqas ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, b'mod partikolari għall-evakwazzjoni tal-passiġġieri;
minkejja l-għadd imnaqqas ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, ikun hemm preżenti membru għoli tal-ekwipaġġ tal-kabina skont il-punt ORO.CC.200;
tal-inqas membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina hu meħtieġ għal kull 50 passiġġier, jew frazzjoni ta' 50, li jkunu preżenti fl-istess kabina tal-inġenju tal-ajru;
fil-każ ta' operazzjonijiet normali ta' fuq l-art, b'inġenji tal-ajru li jeħtieġu iktar minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-għadd stabbilit skont il-punt (3) għandu jiżdied b'membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina għal kull par ta' ħruġ ta' emerġenza fil-livell tal-art.
Għall-finijiet tal-punt (b)(3), l-operatur għandu:
iwettaq valutazzjoni tar-riskju biex jiddetermina l-għadd ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina li jridu jkunu preżenti u lesti li jaġixxu l-ħin kollu waqt il-fażi tal-cruising;
jidentifika miżuri biex jittaffew l-effetti li jkun hemm għadd iżgħar ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina preżenti u lesti biex jaġixxu waqt il-fażi tal-cruising;
jistabbilixxi proċeduri speċifiċi fil-manwal tal-operat, inkluż għall-mistrieħ tal-membru għoli tal-ekwipaġġ tal-kabina waqt it-titjira, li jiżguraw li f'kull ħin ikun hemm l-immaniġġjar xieraq tal-passiġġieri u l-ġestjoni effiċjenti ta' kwalunkwe sitwazzjoni anormali jew ta' emerġenza;
jispeċifika, fl-iskema tal-ispeċifikazzjoni tal-ħin tat-titjira, f'konformità mal-punt ORO.FTL.125, il-kundizzjonijiet li taħthom il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jistgħu jieħdu l-mistrieħ tagħhom waqt it-titjira.
ORO.CC.210 Kundizzjonijiet addizzjonali għall-assenjazzjoni tal-kompiti
Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom jiġu assenjati biss għal kompiti fuq tip jew varjant ta’ inġenju tal-ajru partikulari, u għandhom jaħdmu fuqu biss jekk huma:
jkollhom attestazzjoni valida maħruġa skont l-Anness V (il-Parti-CC) ►M4 għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 ◄ ;
ikunu kkwalifikati fit-tip jew il-varjant partikulari skont din is-Subparti;
ikunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli l-oħra ta’ din is-Subparti u tal-Anness IV (il-Parti-CAT);
jilbsu l-uniformi tal-ekwipaġġ tal-kabina tal-operatur.
ORO.CC.215 Programmi tat-taħriġ u tal-kontrolli u dokumentazzjoni relatata magħhom
(a) Il-programmi tat-taħriġ u tal-kontrolli li jinkludu s-sillabi meħtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti u jkunu speċifikati fil-manwal tal-operat.
(b) Wara li membru tal-ekwipaġġ tal-kabina jkun temm b’suċċess kors tat-taħriġ u l-kontroll assoċjat miegħu, l-operatur għandu:
jaġġorna r-rekords tat-taħriġ tal-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina skont il-punt ORO.MLR.115; u
jipprovdilu lista li turi l-perjodi ta’ validità aġġornati kif rilevanti għat-tip(i) u l-varjant(i) ta’ inġenju tal-ajru li l-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina hu kkwalifikat jaħdem fuqhom.
ORO.CC.250 Operazzjoni fuq diversi tipi jew varjanti ta’ inġenji tal-ajru
(a) Membru tal-ekwipaġġ tal-kabina m’għandux ikun assenjat sabiex jaħdem fuq iktar minn tliet tipi ta’ inġenji tal-ajru, ħlief li, bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, il-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina jista’ jkun assenjat sabiex jaħdem fuq erba’ tipi ta’ inġenju tal-ajru jekk, għal mill-inqas tnejn minn dawn it-tipi:
it-tagħmir kollu tal-emerġenza u tas-sikurezza u l-proċeduri normali u ta’ emerġenza speċifiċi għat-tip ikunu simili; u
il-proċeduri normali u ta’ emerġenza li mhumiex speċifiċi għat-tip ikunu l-istess.
(b) Għall-għanijiet tal-punt (a) u għat-taħriġ u l-kwalifiki tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-operatur għandu jistabbilixxi:
kull inġenju tal-ajru bħala tip jew varjant filwaqt li jqis, fejn din tkun disponibbli, l-elementi rilevanti ddefiniti fil-parti mandatorja tad-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 għat-tip jew il-varjant ta’ inġenju tal-ajru rilevanti; u
il-varjanti ta’ tip ta’ inġenju tal-ajru bħala tipi differenti, jekk ma jkunux simili fl-aspetti li ġejjin:
fit-tħaddim tal-ħruġ ta’ emerġenza;
fil-post fejn jinsab it-tagħmir portabbli tal-emerġenza u tas-sikurezza u fit-tip ta’ dan it-tagħmir;
fil-proċeduri ta’ emerġenza speċifiċi għat-tip.
ORO.CC.255 Operazzjonijiet b’membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina
(a) L-operatur għandu jagħżel, jirrekluta, iħarreġ u jikkontrolla l-ħiliet tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina li għandhom jiġu assenjati għall-operazzjonijiet b’membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina skont kriterji li jkunu xierqa għal din it-tip ta’ operazzjoni.
(b) Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina li m’għandhom l-ebda esperjenza operattiva preċedenti bħala membri uniċi tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom ikunu assenjati biss għal din it-tip ta’ operazzjoni wara li jkunu:
lestew it-taħriġ kif meħtieġ skont il-punt (c), minbarra t-taħriġ u l-kontrolli applikabbli l-oħrajn li huma meħtieġa skont din is-Subparti;
għaddew b’suċċess mill-kontrolli li jivverifikaw il-ħiliet tagħhom fil-qadi tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħhom skont il-proċeduri speċifikati fil-manwal tal-operat; u
wettqu titjir ta’ familjarizzazzjoni ta’ mill-inqas 20 siegħa u 15-il settur fuq it-tip ta’ inġenju tal-ajru rilevanti, taħt is-superviżjoni ta’ membru tal-ekwipaġġ tal-kabina li jkollu l-esperjenza x-xierqa.
(c) L-elementi ta’ taħriġ addizzjonali li ġejjin għandhom ikunu koperti, b’enfasi partikulari fuq l-operazzjonijiet imwettqin b’membru wieħed biss tal-ekwipaġġ tal-kabina:
ir-responsabbiltà lejn il-kmandant għat-twettiq tal-proċeduri normali u ta’ emerġenza;
l-importanza tal-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni mal-ekwipaġġ tat-titjira, b’mod partikulari fil-ġestjoni ta’ passiġġieri indixxiplinati jew li joħolqu sfrattu;
reviżjoni tar-rekwiżiti tal-operatur u tar-rekwiżiti legali;
id-dokumentazzjoni;
ir-rappurtar dwar l-aċċidenti u l-inċidenti; u
il-limitazzjonijiet fuq il-ħin tat-titjir u l-ħin tas-servizz u r-rekwiżiti tal-mistrieħ.
IS-SUBPARTI TC
EKWIPAĠĠ TEKNIKU FL-OPERAZZJONIJIET TAL-HEMS, TAL-HHO JEW BIN-NVIS
ORO.TC.100 Kamp ta’ applikazzjoni
Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li l-operatur għandu jissodisfa meta jkun qed jopera inġenju tal-ajru b’membri tal-ekwipaġġ tekniku f’operazzjonijiet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza (HEMS), b’sistema ta’ immaġni għall-viżjoni billejl (NVIS) jew ta’ rfigħ bil-ħelikopter (HHO) tat-trasport kummerċjali bl-ajru.
ORO.TC.105 Kundizzjonijiet għall-assenjazzjoni tal-kompiti
(a) Il-membri tal-ekwipaġġ tekniku f’operazzjonijiet tal-HEMS, tal-HHO jew bin-NVIS tat-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom ikunu assenjati kompiti biss jekk:
ikollhom mill-inqas 18-il sena;
ikunu fiżikament u mentalment b’saħħithom biex jaqdu l-kompiti u r-responsabbiltajiet assenjati lilhom b’mod sikur;
ikunu temmew it-taħriġ kollu applikabbli li hu meħtieġ skont din is-Subparti sabiex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom;
ikunu għaddew minn kontrolli li juru li huma kompetenti biex jaqdu l-kompiti kollha assenjati lilhom skont il-proċeduri speċifikati fil-manwal tal-operat.
(b) Qabel ma jassenja kompiti lil membri tal-ekwipaġġ tekniku li jkunu jaħdmu għal rashom u/jew li jkunu jaħdmu bħala ħaddiema indipendenti jew ħaddiema part-time, l-operatur għandu jivverifika li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti applikabbli kollha ta’ din is-Subparti, filwaqt li jqis is-servizzi kollha mogħtija mill-membru tal-ekwipaġġ tekniku lil operatur(i) ieħor/oħrajn, biex jistabbilixxi, b’mod partikulari:
l-għadd totali ta’ tipi u varjanti ta’ inġenji tal-ajru mħaddmin; u
il-limitazzjonijiet applikabbli fuq il-ħin tat-titjir u l-ħin tas-servizz, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-mistrieħ applikabbli.
ORO.TC.110 Taħriġ u kontrolli
(a) L-operatur għandu jistabbilixxi programm tat-taħriġ skont ir-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti biex ikopri l-kompiti u r-responsabbiltajiet li għandhom jitwettqu mill-membri tal-ekwipaġġ tekniku.
(b) Wara t-tlestija tat-taħriġ inizjali, tat-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur, tat-taħriġ dwar id-differenzi u tat-taħriġ rikorrenti, kull membru tal-ekwipaġġ tekniku għandu jgħaddi minn kontroll sabiex juri l-ħiliet tiegħu fit-twettiq tal-proċeduri normali u ta’ emerġenza.
(c) Għal kull kors tat-taħriġ, it-taħriġ u l-kontrolli għandhom jitwettqu minn persunal li jkollu l-kwalifiki u l-esperjenza x-xierqa fis-suġġett li għandu jiġi kopert. L-operatur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti dwar min ikun qed iwettaq il-kontrolli.
ORO.TC.115 Taħriġ inizjali
Qabel ma jsegwi t-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur, kull membru tal-ekwipaġġ tekniku għandu jlesti taħriġ inizjali, li jkun jinkludi:
għarfien teoretiku ġenerali dwar l-avjazzjoni u r-regolamenti tal-avjazzjoni, li jkopri l-elementi kollha li huma rilevanti għall-kompiti u r-responsabbiltajiet mitluba min-naħa tal-ekwipaġġ tekniku;
taħriġ dwar in-nar u d-duħħan;
taħriġ dwar is-sopravivenza fuq l-art u fl-ilma, li jkun xieraq għaż-żona u t-tip ta’ operazzjoni partikulari;
aspetti ajrumediċi u l-ewwel għajnuna;
il-komunikazzjoni u l-elementi tas-CRM rilevanti mogħtija fil-punti ORO.FC.115 u ORO.FC.215.
ORO.TC.120 Taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur
Kull membru tal-ekwipaġġ tekniku għandu jlesti:
taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur, li jinkludi l-elementi tas-CRM rilevanti,
qabel ma jkun assenjat għall-ewwel darba mill-operatur bħala membru tal-ekwipaġġ tekniku; jew
meta jibdel għal kategorija jew tip ta’ inġenju tal-ajru differenti, f’każ li kwalunkwe tagħmir jew kwalunkwe proċedura msemmija fil-punt (b) ikunu differenti.
It-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur għandu jinkludi:
il-post fejn jinsab it-tagħmir kollu tas-sikurezza u tas-sopravivenza li jkun qed jinġarr fuq l-inġenju tal-ajru, u l-użu ta’ dan it-tagħmir;
il-proċeduri normali u ta’ emerġenza kollha;
it-tagћmir abbord li jintuża għat-twettiq ta’ kompiti fl-inġenju tal-ajru jew fuq l-art biex il-bdot jiġi megħjun matul l-operazzjonijiet tal-HEMS, tal-HHO jew bin-NVIS.
ORO.TC.125 Taħriġ dwar id-differenzi
(a) Kull membru tal-ekwipaġġ tekniku għandu jwettaq taħriġ dwar id-differenzi meta jkun hemm bidla fit-tagħmir jew fil-proċeduri użati fuq it-tipi jew il-varjanti li jkunu qed jitħaddmu attwalment.
(b) L-operatur għandu jispeċifika fil-manwal tal-operat f’liema każijiet ikun meħtieġ dan it-tip ta’ taħriġ dwar id-differenzi.
ORO.TC.130 Titjiriet ta’ familjarizzazzjoni
Wara t-tlestija tat-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur, kull membru tal-ekwipaġġ tekniku għandu jwettaq titjiriet ta’ familjarizzazzjoni qabel ma jibda jaħdem bħala membru tal-ekwipaġġ tekniku meħtieġ f’operazzjonijiet tal-HEMS, tal-HHO jew bin-NVIS.
ORO.TC.135 Taħriġ rikorrenti
(a) F’kull perjodu ta’ tnax-il (12-il) xahar, kull membru tal-ekwipaġġ tekniku għandu jsegwi taħriġ rikorrenti li jkun rilevanti għat-tip jew għall-kategorija ta’ inġenju tal-ajru li fuqu jaħdem il-membru tal-ekwipaġġ tekniku u għat-tagħmir li huwa jħaddem. L-elementi tas-CRM għandhom jiġu integrati fil-fażijiet kollha x-xierqa tat-taħriġ rikorrenti.
(b) It-taħriġ rikorrenti għandu jinkludi tagħlim teoretiku u prattiku, kif ukoll il-prattika.
ORO.TC.140 Taħriġ ta’ aġġornament
(a) Kull membru tal-ekwipaġġ tekniku li ma jkun wettaq l-ebda kompitu fis-sitt (6) xhur preċedenti, għandu jlesti t-taħriġ ta’ aġġornament speċifikat fil-manwal tal-operat.
(b) Il-membru tal-ekwipaġġ tekniku li ma jkun wettaq l-ebda kompitu ta’ titjir fuq tip wieħed jew kategorija waħda partikulari ta’ inġenju tal-ajru matul is-sitt (6) xhur preċedenti għandu, qabel ma jiġi assenjat fuq dak it-tip jew dik il-kategorija ta’ inġenju tal-ajru, ilesti jew:
taħriġ ta’ aġġornament fuq it-tip jew il-kategorija ta’ inġenju tal-ajru; jew
żewġ setturi ta’ familjarizzazzjoni fuq it-tip jew il-kategorija ta’ inġenju tal-ajru.
SUBPARTI FTL
LIMITAZZJONIJIET FUQ IL-ĦIN TAT-TITJIR U L-ĦIN TAS-SERVIZZ U R-REKWIŻITI TAL-MISTRIEĦ
TAQSIMA 1
Ġenerali
ORO.FTL.100 Ambitu
Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jintlaħqu minn operatur u l-membri tal-ekwipaġġ tiegħu rigward il-limitazzjonijiet fuq il-ħin tat-titjir u l-ħin tas-servizz u r-rekwiżiti tal-mistrieħ għall-membri tal-ekwipaġġ.
ORO.FTL.105 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din is-Subparti, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“akklimatizzat” tfisser l-istat li fih l-arloġġ bijoloġiku ċirkadjan ta’ membru tal-ekwipaġġ ikun sinkronizzat maż-żona tal-ħin fejn ikun jinsab il-membru tal-ekwipaġġ. Membru tal-ekwipaġġ huwa kkunsidrat li jkun akklimatizzat għal żona tal-ħin b’tul ta’ sagħtejn madwar il-ħin lokali tal-punt tat-tluq. Meta l-ħin lokali fil-post fejn jibda d-dmir ivarja b’aktar minn sagħtejn mill-ħin lokali fil-post fejn jibda d-dmir li jmiss, il-membru tal-ekwipaġġ, għall-kalkolu tal-perjodu massimu tad-dmir tat-titjir ta’ kuljum, jitqies li jkun akklimatizzat skont il-valuri fit-Tabella 1.
Tabella 1
Id-differenza fil-ħin (h) bejn il-ħin ta’ referenza u l-ħin lokali fejn il-membru tal-ekwipaġġ jibda d-dmir li jmiss |
Il-ħin li jgħaddi mir-rappurtar għax-xogħol fil-ħin ta’ referenza |
||||
|
< 48 |
48–71:59 |
72–95:59 |
96–119:59 |
≥ 120 |
< 4 |
B |
D |
D |
D |
D |
≤ 6 |
B |
X |
D |
D |
D |
≤ 9 |
B |
X |
X |
D |
D |
≤ 12 |
B |
X |
X |
X |
D |
“B” |
tfisser akklimatizzat għall-ħin lokali taż-żona tal-ħin tal-punt tat-tluq. |
“D” |
tfisser akklimatizzat għall-ħin lokali fejn il-membru tal-ekwipaġġ jibda d-dmir li jmiss; u |
“X” |
tfisser li l-membru tal-ekwipaġġ jinsab fi stat mhux magħruf ta’ akklimatizzazzjoni. |
“ħin ta’ referenza” tfisser il-ħin lokali fil-punt tar-rappurtar li jkun jinsab f’żona ta’ ħin b’tul ta’ sagħtejn madwar il-ħin lokali fejn il-membru tal-ekwipaġġ ikun akklimatizzat;
“akkomodazzjoni” tfisser, għall-iskop ta’ dmir ta’ standby u dmir maqsum, post kwiet u komdu, mhux miftuħ għall-pubbliku, li jkollu d-disponibbiltà li jiġu kkontrollati d-dawl u t-temperatura, mgħammar b’għamara xierqa li tipprovdi l-membru tal-ekwipaġġ bil-possibbiltà li jorqod, b’biżżejjed kapaċità biex jakkomoda l-membri kollha tal-ekwipaġġ li jkunu preżenti fl-istess ħin u b’aċċess għall-ikel u x-xorb;
“akkomodazzjoni xierqa” tfisser, għall-iskop ta’ standby, dmir maqsum u ta’ mistrieħ, kamra separata għal kull membru tal-ekwipaġġ li tinsab f’ambjent kwiet u mgħammra b’sodda, li hija ventilata biżżejjed, għandha mekkaniżmu biex jirregola t-temperatura u l-intensità tad-dawl, u b’aċċess għall-ikel u x-xorb;
“ekwipaġġ tat-titjira supplimentari” tfisser ekwipaġġ ta’ titjira li jinkludi iktar min-numru minimu meħtieġ biex jopera l-inġenju tal-ajru, li jippermetti lil kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira li jħalli l-kariga assenjata, għall-iskop ta’ mistrieħ meħud matul it-titjira, u li jiġi sostitwit minn membru ieħor tal-ekwipaġġ tat-titjira bi kwalifiki xierqa;
“pawża” tfisser perjodu ta’ żmien matul il-perjodu tad-dmir tat-titjira, iqsar minn perjodu ta’ mistrieħ, li jgħodd bħala dmir u li matulu l-membru tal-ekwipaġġ ikun ħieles mill-kompiti kollha;
“rappurtar tard” tfisser il-posponiment ta’ FDP skedat mill-operatur qabel ma membru tal-ekwipaġġ ikun telaq mill-post ta’ mistrieħ;
“skeda ta’ ħinijiet irregolari” tfisser roster ta’ membru tal-ekwipaġġ li tfixkel l-opportunità ta’ rqad matul l-aħjar perjodu ta’ ħin ta’ rqad billi tinkludi FDP jew kombinazzjoni ta’ FDPs li jitrikkbu, jibdew jew jispiċċaw matul kwalunkwe parti tal-ġurnata jew tal-lejl fejn il-membru tal-ekwipaġġ ikun akklimatizzat; Skeda jista’ jkollha ħinijiet irregolari minħabba li s-servizz jista’ jibda kmieni, jispiċċa tard jew minħabba xiftijiet ta’ billejl.
“tip kmieni” ta’ skeda ta’ ħinijiet irregolari tfisser:
f’każ ta’ “bidu bikri” perjodu ta’ dmir li jibda fil-perjodu bejn il-05:00 u s-05:59 fiż-żona tal-ħin li fiha jkun akklimatizzat il-membru tal-ekwipaġġ; kif ukoll
f’każ ta’ “tmiem fit-tard” perjodu ta’ dmir li jispiċċa fil-perjodu bejn il-23:00 u s-01:59 fiż-żona tal-ħin li fiha jkun akklimatizzat il-membru tal-ekwipaġġ.
“tip tard” ta’ skeda ta’ ħinijiet irregolari tfisser:
f’każ ta’ “bidu bikri” perjodu ta’ dmir li jibda fil-perjodu bejn il-05:00 u s-06:59 fiż-żona tal-ħin li fiha jkun akklimatizzat il-membru tal-ekwipaġġ; kif ukoll
f’każ ta’ “tmiem fit-tard” perjodu ta’ dmir li jispiċċa fil-perjodu bejn 00:00 u s-01:59 fiż-żona tal-ħin li fiha jkun akklimatizzat il-membru tal-ekwipaġġ.
“dmir billejl” tfisser perjodu ta’ dmir li jitrikkeb fi kwalunkwe parti tal-perjodu bejn is-02:00 u l-04:59 fiż-żona tal-ħin li fiha jkun akklimatizzat l-ekwipaġġ;
“dmir” tfisser kwalunkwe kompitu li membru tal-ekwipaġġ iwettaq għall-operatur, inkluż xogħol f’titjir, xogħol amministrattiv, li jagħti jew jirċievi taħriġ u verifiki, pożizzjonament, u xi elementi ta’ dmir ta’ standby;
“perjodu ta’ dmir” tfisser perjodu li jibda meta membru tal-ekwipaġġ ikun mitlub minn operatur biex jirraporta għal jew biex jibda xogħol u jispiċċa meta dik il-persuna tkun ħielsa mid-dmirijiet kollha, inkluż id-dmir ta’ wara t-titjira;
“perjodu tad-dmir tat-titjira (flight duty period ‘FDP’)” tfisser perjodu li jibda meta l-membru tal-ekwipaġġ ikun mitlub li jirrapporta għax-xogħol, li jinkludi settur jew sensiela ta’ setturi, u jispiċċa meta l-inġenju tal-ajru finalment jieqaf u l-magni jkunu ntfew, fi tmiem l-aħħar settur li fuqu l-membru tal-ekwipaġġ jaġixxi bħala membru operattiv tal-ekwipaġġ;
“ħin tat-titjira” tfisser, għall-ajruplani, il-ħin bejn meta l-inġenju tal-ajru jiċċaqlaq għall-ewwel darba mill-post fejn ikun ipparkjat għall-iskop li jitlaq, sa meta jieqaf fil-post ippjanat għall-ipparkjar u l-magni u l-iskrejjen kollha jkunu ntfew;
“bażi tas-servizz” tfisser il-post, assenjat mill-operatur lill-membru tal-ekwipaġġ, li minnu l-membru tal-ekwipaġġ normalment jibda u jispiċċa perjodu ta’ dmir jew sensiela ta’ perjodi ta’ dmir u fejn, f’kundizzjonijiet normali, l-operatur ma jkunx responsabbli għall-akkomodazzjoni tal-membru tal-ekwipaġġ ikkonċernat;
“jum lokali” tfisser perjodu ta’ 24 siegħa li jibda f’00:00 ħin lokali;
“lejl lokali” tfisser perjodu ta’ 8 sigħat li jseħħ bejn l-22:00 u t-08:00 ħin lokali;
“membru operattiv tal-ekwipaġġ” tfisser membru tal-ekwipaġġ li jwettaq dmirijiet f’inġenju tal-ajru waqt settur;
“pożizzjonament” tfisser it-trasferiment ta’ membru mhux operattiv tal-ekwipaġġ minn post għal ieħor, fuq it-talba tal-operatur esklużi:
“faċilità ta’ mistrieħ” tfisser sodda jew sit b’appoġġ xieraq għar-riġlejn u s-saqajn sabiex membri tal-ekwipaġġ ikunu jistgħu jorqdu abbord inġenju tal-ajru.
“riżerva” tfisser perjodu ta’ żmien definit li matulu membru tal-ekwipaġġ ikun mitlub mill-operatur li jkun disponibbli sabiex jirċievi assenjazzjoni għal FDP, pożizzjonament jew dmirijiet oħra, innotifikat minn tal-anqas 10 sigħat qabel.
“perjodu ta’ mistrieħ” tfisser perjodu ta’ żmien kontinwu, mhux interrott u definit, wara d-dmir jew qabel id-dmir, li matulu membru tal-ekwipaġġ ikun ħieles mid-dmirijiet kollha, id-dmir ta’ standby u r-riżerva.
“rotazzjoni” huwa dmir jew sensiela ta’ dmirijiet, inkluż tal-inqas dmir ta’ titjira waħda u perjodi ta’ mistrieħ ‘il barra mill-bażi tas-servizz, li jibda mill-bażi tas-servizz u li jintemm mar-ritorn fil-bażi tas-servizz għal perjodu ta’ mistrieħ fejn l-operatur ma jibqax responsabbli għall-akkomodazzjoni tal-membru tal-ekwipaġġ.
“ġurnata waħda ħielsa mid-dmir” tfisser, għall-iskop ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE ( 18 ), ħin ħieles mid-dmirijiet kollha u mid-dmir ta’ standby li tikkonsisti f’jum wieħed u żewġt iljieli lokali, li jiġi nnotifikat minn qabel. Perjodu ta’ mistrieħ jista’ jiġi inkluż bħala parti mill-ġurnata waħda ħielsa mis-servizz.
“settur” tfisser il-parti ta’ FDP bejn meta l-ajruplan jiċċaqlaq għall-ewwel darba sa meta jieqaf wara l-inżul fil-post tal-parkeġġ ippjanat.
“dmir ta’ standby” tfisser perjodu ta’ żmien innotifikat minn qabel u definit li waqtu membru tal-ekwipaġġ ikun mitlub mill-operatur biex ikun disponibbli sabiex jirċievi assenjazzjoni għal titjira, pożizzjonament jew dmirijiet oħra mingħajr perjodu ta’ mistrieħ fil-frattemp.
“dmir ta’ standby fl-ajruport” tfisser standby imwettaq fl-ajruport;
“dmir ieħor ta’ standby” tfisser standby kemm fid-dar jew f’akkomodazzjoni xierqa;
“window of circadian low (‘WOCL’)” tfisser il-perjodu bejn is-02:00 u s-05:59 fiż-żona tal-ħin li għaliha membru tal-ekwipaġġ ikun akklimatizzat.
ORO.FTL.110 Responsabbiltajiet tal-operatur
Operatur għandu:
jippubblika r-rosters tax-xogħol kmieni biżżejjed biex jipprovdi l-opportunità li l-membri tal-ekwipaġġ jippjanaw mistrieħ xieraq;
jiżgura li l-perjodi tad-dmirijiet tat-titjir ikunu ppjanati b’mod li jippermettu li l-membri tal-ekwipaġġ jibqgħu ħielsa biżżejjed mill-għeja biex ikunu jistgħu joperaw f’livell sodisfaċenti ta’ sikurezza fiċ-ċirkostanzi kollha.
jispeċifika l-ħinijiet ta’ rappurtar li jippermettu ħin suffiċjenti għad-dmirijiet fuq l-art;
jikkunsidra r-relazzjoni bejn il-frekwenza u l-mudell tal-perjodi tad-dmirijiet tat-titjir u l-perjodi ta’ mistrieħ u jikkunsidra l-effetti kumulattivi ta’ sigħat twal ta’ xogħol flimkien ma’ perjodi minimi ta’ mistrieħ;
jalloka mudelli tax-xogħolli jevitaw prattiki li jikkawżaw tfixkil serju f’mudell stabbilit ta’ rqad/xogħol, bħall-alternazzjoni bejn dmirijiet matul il-ġurnata/il-lejl;
jikkonforma mad-dispożizzjonijiet dwar skedi ta’ ħinijiet irregolari skont ARO.OPS.230;
jipprovdi perjodi ta’ ħin ta’ mistrieħ suffiċjenti biex il-membri tal-ekwipaġġ ikunu jistgħu jegħlbu l-effetti tad-dmirijiet ta’ qabel u jkunu mistrieħa biżżejjed mal-bidu tal-perjodu tad-dmir tat-titjir li jkun imiss;
jippjana perjodi ta’ mistrieħ u ta’ rkupru estiżi u rikorrenti u jinnotifika lill-membri tal-ekwipaġġ kmieni biżżejjed;
jippjana d-dmirijiet tat-titjira sabiex jintemmu fi żmien il-perjodu tad-dmir tat-titjira permissibbli filwaqt li jikkunsidra l-ħin meħtieġ għad-dmirijiet ta’ qabel it-titjira, is-settur u l-ħinijiet ta’ tibdil bejn il-wasla u tluq (turnaround);
jibdel l-iskeda u/jew l-arranġamenti tal-ekwipaġġ jekk l-operazzjoni effettiva taqbeż il-perjodu tad-dmir tat-titjira f’aktar minn 33 % tad-dmirijiet tat-titjiriet f’dik l-skeda matul il-perjodu staġonali ta’ dik l-iskeda.
ORO.FTL.115 Responsabbiltajiet tal-membri tal-ekwipaġġ
Il-membri tal-ekwipaġġ għandhom:
jikkonformaw mal-punt CAT.GEN.MPA.100 (b) tal-Anness IV (il-Parti-CAT); kif ukoll
jagħmlu użu tajjeb mill-opportunitajiet u mill-faċilitajiet ipprovduti għall-mistrieħ, u għandhom jippjanaw u jużaw il-perjodi ta’ mistrieħ tagħhom tajjeb.
ORO.FTL.120 Ġestjoni tar-riskju tal-għeja (Fatigue risk management - FRM)
(a) Meta FRM hija meħtieġa minn din is-Subparti, jew minn speċifikazzjoni ta’ ċertifikazzjoni applikabbli, l-operatur għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm FRM bħala parti integrali mis-sistema ta’ ġestjoni tiegħu. L-FRM għandha tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali fil-punti 7.f, 7.g u 8.f tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. L-FRM għandha tkun deskritta fil-manwal tal-operat.
(b) L-FRM stabbilita, implimentata u miżmuma għandha tipprovdi għal titjib kontinwu fil-prestazzjoni globali tal-FRM u għandha tinkludi:
deskrizzjoni tal-filosofija u tal-prinċipji tal-operatur fir-rigward tal-FRM, imsejħa l-politika tal-FRM;
dokumentazzjoni tal-proċessi tal-FRM, inkluż proċess biex il-persunal ikun jaf ir-responsabbiltajiet tiegħu u l-proċedura biex jemenda din id-dokumentazzjoni;
prinċipji u għarfien xjentifiċi;
proċess ta’ identifikazzjoni tal-perikli u valutazzjoni tar-riskju li jippermettu ġestjoni operattiva fuq bażi kontinwa tar-riskju(i) tal-operatur li jirriżulta(w) minn għeja ta’ membru tal-ekwipaġġ;
proċess ta’ tnaqqis tar-riskju li jipprovdi sabiex l-azzjonijiet ta’ rimedju jiġu implimentati fil-pront, li huma neċessarji sabiex jitnaqqas b’mod effettiv ir-riskju(i) tal-operatur li jirriżulta(w) mill-għeja ta’ membru tal-ekwipaġġ u għal monitoraġġ kontinwu u valutazzjoni regolari ta’ tnaqqis tar-riskji ta’ għeja miksub minn dawn l-azzjonijiet;
proċessi ta’ assigurazzjoni tas-sikurezza tal-FRM;
proċessi ta’ promozzjoni tal-FRM
(c) L-FRM għandha tikkorrispondi mal-iskema ta’ speċifikazzjoni tal-ħin tat-titjir, id-daqs tal-operatur u n-natura u l-kumplessità tal-attivitajiet tiegħu, u għandha tqis il-perikli u r-riskji assoċjati magħhom inerenti f’dawn l-attivitajiet u l-iskema ta’ speċifikazzjoni tal-ħin tat-titjir applikabbli.
(d) L-operatur għandu jieħu azzjonijiet ta’ tnaqqis meta l-proċess ta’ assigurazzjoni tas-sikurezza tal-FRM juri li l-prestazzjoni tas-sikurezza meħtieġa mhix qed tinżamm.
ORO.FTL.125 Skemi ta’ speċifikazzjoni tal-ħin tat-titjir
(a) L-operaturi għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu skemi ta’ speċifikazzjoni tal-ħin tat-titjir li jkunu xierqa gћat-tip(i) ta’ operazzjoni mwettqa u li jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 216/2008, din is-Subparti u leġiżlazzjoni applikabbli oħra, inkluża d-Direttiva 2000/79/KE.
(b) Qabel ma jiġu implimentati, l-iskemi ta’ speċifikazzjoni tal-ħin tat-titjir, inkluża kwalunkwe FRM relattiva fejn meħtieġ, għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti.
(c) Biex juri l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u din is-Subparti, l-operatur għandu japplika l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli adottati mill-Aġenzija. Alternattivament, jekk l-operatur ikun irid jiddevja minn dawk l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, għandu jipprovdi deskrizzjoni sħiħa tad-devjazzjoni maħsuba lill-awtorità kompetenti qabel ma jimplementaha. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe reviżjoni fil-manwali jew fil-proċeduri li jistgħu jkunu rilevanti, kif ukoll valutazzjoni li turi li r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u ta’ din is-Subparti ntlaħqu.
(d) Għall-iskop tal-punt ARO.OPS.235(d), fi żmien sentejn mill-implimentazzjoni ta’ devjazzjoni jew ta’ deroga, l-operatur għandu jiġbor dejta dwar id-devjazzjoni jew id-deroga mogħtija u janalizza dik id-dejta billi juża prinċipji xjentifiċi bil-għan li jevalwa l-effetti tad-devjazzjoni jew tad-deroga fuq l-għeja tal-ekwipaġġ tal-ajru. Din l-analiżi għandha tingħata fil-forma ta’ rapport lill-awtorità kompetenti.
TAQSIMA 2
Operaturi tat-trasport tal-ajru kummerċjali
ORO.FTL.200 Bażi tas-servizz
Operatur għandu jassenja bażi tas-servizz lil kull membru tal-ekwipaġġ.
ORO.FTL.205 Perjodu tad-dmir tat-titjira (Flight duty period - FDP)
(a) L-operatur għandu:
jiddefinixxi l-ħinijiet ta’ rappurtar xierqa għal kull operazzjoni individwali b’kunsiderazzjoni għal ORO.FTL.110(c);
jistabbilixxi proċeduri li jispeċifikaw kif il-kmandant għandu, fil-każ ta’ ċirkostanzi speċjali li jistgħu jwasslu għall-għeja gravi, u wara konsultazzjoni mal-membri tal-ekwipaġġ ikkonċernati, inaqqas il-ħin tad-dmir fuq titjira u/jew iżid il-ħin ta’ mistrieħ biex jelimina kull effett ħażin fuq is-sikurezza tat-titjira;
(b) FDP massimu bażiku ta’ kuljum
L-FDP massimu ta’ kuljum mingħajr l-użu ta’ estensjonijiet għall-membri tal-ekwipaġġ akklimatizzati għandu jkun skont it-tabella li ġejja:
Tabella 2
FDP massimu ta’ kuljum — Membri tal-ekwipaġġ akklimatizzati
Bidu ta’ FDP f’ħin ta’ referenza |
Setturi 1–2 |
Settur 3 |
Settur 4 |
Settur 5 |
Settur 6 |
Settur 7 |
Settur 8 |
Settur 9 |
Settur 10 |
0600–1329 |
13:00 |
12:30 |
12:00 |
11:30 |
11:00 |
10:30 |
10:00 |
09:30 |
09:00 |
1330–1359 |
12:45 |
12:15 |
11:45 |
11:15 |
10:45 |
10:15 |
09:45 |
09:15 |
09:00 |
1400–1429 |
12:30 |
12:00 |
11:30 |
11:00 |
10:30 |
10:00 |
09:30 |
09:00 |
09:00 |
1430–1459 |
12:15 |
11:45 |
11:15 |
10:45 |
10:15 |
09:45 |
09:15 |
09:00 |
09:00 |
1500–1529 |
12:00 |
11:30 |
11:00 |
10:30 |
10:00 |
09:30 |
09:00 |
09:00 |
09:00 |
1530–1559 |
11:45 |
11:15 |
10:45 |
10:15 |
09:45 |
09:15 |
09:00 |
09:00 |
09:00 |
1600–1629 |
11:30 |
11:00 |
10:30 |
10:00 |
09:30 |
09:00 |
09:00 |
09:00 |
09:00 |
1630–1659 |
11:15 |
10:45 |
10:15 |
09:45 |
09:15 |
09:00 |
09:00 |
09:00 |
09:00 |
1700–0459 |
11:00 |
10:30 |
10:00 |
09:30 |
09:00 |
09:00 |
09:00 |
09:00 |
09:00 |
0500–0514 |
12:00 |
11:30 |
11:00 |
10:30 |
10:00 |
09:30 |
09:00 |
09:00 |
09:00 |
0515–0529 |
12:15 |
11:45 |
11:15 |
10:45 |
10:15 |
09:45 |
09:15 |
09:00 |
09:00 |
0530–0544 |
12:30 |
12:00 |
11:30 |
11:00 |
10:30 |
10:00 |
09:30 |
09:00 |
09:00 |
0545–0559 |
12:45 |
12:15 |
11:45 |
11:15 |
10:45 |
10:15 |
09:45 |
09:15 |
09:00 |
L-FDP massimu ta’ kuljum meta l-membri tal-ekwipaġġ ikunu fi stat mhux magħruf ta’ akklimatizzazzjoni għandu jkun skont it-tabella li ġejja:
Tabella 3
Membri tal-ekwipaġġ fi stat mhux magħruf ta’ akklimatizzazzjoni
FDP massimu ta’ kuljum skont is-setturi |
||||||
1–2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
11:00 |
10:30 |
10:00 |
09:30 |
09:00 |
09:00 |
09:00 |
L-FDP massimu ta’ kuljum meta l-membri tal-ekwipaġġ ikunu fi stat mhux magħruf ta’ akklimatizzazzjoni u l-operatur ikun implimenta FRM għandu jkun skont it-tabella li ġejja:
Tabella 4
Membri tal-ekwipaġġ fi stat mhux magħruf ta’ akklimatizzazzjoni skont l-FRM
FDP massimu ta’ kuljum skont is-setturi |
||||||
1–2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
12:00 |
11:30 |
11:00 |
10:30 |
10:00 |
09:30 |
09:00 |
(c) FDP b’ħin differenti ta’ rappurtar għall-ekwipaġġ tat-titjira u għall-ekwipaġġ tal-kabina.
Kull meta l-ekwipaġġ tal-kabina jkun jeħtieġ aktar ħin mill-ekwipaġġ tat-titjira għall-għoti ta’ informazzjoni qabel it-titjira tagħhom għall-istess settur jew sensiela ta’ setturi, l-FDP tal-ekwipaġġ tal-kabina jista’ jigi estiż bid-differenza fil-ħin ta’ rappurtar bejn l-ekwipaġġ tal-kabina u l-ekwipaġġ tat-titjira. Id-differenza m’għandhiex taqbeż siegħa. L-FDP massimu ta’ kuljum għall-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkun ibbażat fuq il-ħin li fih l-ekwipaġġ tat-titjira jirrapporta għall-FDP tiegħu, iżda l-FDP għandu jibda mill-ħin tar-rapport tal-ekwipaġġ tal-kabina.
(d) L-FDP massimu ta’ kuljum għal membri tal-ekwipaġġ li jkunu akklimatizzati bl-użu ta’ estensjonijiet mingħajr mistrieħ meħud waqt it-titjira.
L-FDP massimu ta’ kuljum jista’ jiġi estiż sa massimu ta’ siegħa mhux aktar minn darbtejn f’7 ijiem konsekuttivi. F’dak il-każ:
il-perjodi minimi ta’ mistrieħ ta’ qabel it-titjira u wara t-titjira għandhom jiżdiedu b’sagħtejn; jew
il-perjodu ta’ wara t-titjira għandu jiżdied b’4 sigħat;
Meta l-estensjonijiet jiġu użati għal FDPs konsekuttivi, il-mistrieħ miżjud ta’ qabel u wara t-titjira bejn iż-żewġ FDPs estiżi meħtieġa skont is-subparagrafu 1 għandu jingħata b’mod konsekuttiv.
L-użu tal-estensjoni għandu jiġi ppjanat minn qabel, u għandu jkun limitat għal massimu ta’:
5 setturi meta d-WOCL ma tkunx imrikkba jew
4 setturi, meta d-WOCL tkun imrikkba b’sagħtejn jew inqas; jew
2 setturi, meta d-WOCL tkun imrikkba b’aktar minn sagħtejn;
L-estensjoni tal-FDP ta’ kuljum massimu bażiku mingħajr mistrieħ meħud waqt it-titjira m’għandhiex tkun ikkombinata ma’ estensjonijiet mogħtija minħabba mistrieħ meħud waqt it-titjira jew dmir maqsum fl-istess perjodu ta’ dmir.
L-iskemi ta’ speċifikazzjoni tal-ħin tat-titjir għandhom jispeċifikaw il-limiti għall-estensjonijiet tal-FDP bażiku massimu ta’ kuljum skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għat-tip ta’ operazzjoni, b’kunsiderazzjoni għal:
l-għadd ta’ setturi ta’ titjir; kif ukoll
ir-rikba tad-WOCL.
(e) L-FDP massimu ta’ kuljum bl-użu ta’ estensjonijiet minħabba mistrieħ meħud matul it-titjira
L-iskemi ta’ speċifikazzjoni tal-ħin tat-titjir għandhom jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għall-estensjonijiet tal-FDP bażiku massimu ta’ kuljum skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għat-tip ta’ operazzjoni, b’kunsiderazzjoni għal:
l-għadd ta’ setturi ta’ titjir;
il-mistrieħ minimu meħud matul it-titjira allokat għal kull membru tal-ekwipaġġ;
it-tip ta’ faċilitajiet għall-mistrieħ waqt it-titjira; kif ukoll
iż-żieda fl-ekwipaġġ bażiku tat-titjira.
(f) Ċirkostanzi mhux mistennija f’operazzjonijiet ta’ titjir — id-diskrezzjoni tal-kmandant
Il-kundizzjonijiet li jimmodifikaw il-limiti tad-dmir tat-titjira, il-perjodi ta’ dmir u ta’ mistrieħ mill-kmandant fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux mistennija f’operazzjonijiet ta’ titjir, li jibdew fi jew wara l-ħin tar-rappurtar, għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej:
L-FDP massimu ta’ kuljum li jirriżulta wara li jiġu applikati l-punti (b) u (e) tal-punt ORO.FTL.205 jew tal-punt ORO.FTL.220 ma jistax jiżdied b’aktar minn sagħtejn sakemm ma kienx hemm żieda fl-ekwipaġġ tat-titjira, f’liema każ, il-perjodu massimu ta’ dmir tat-titjira ma jistax jiżdied b’aktar minn 3 sigħat;
jekk fl-aħħar settur ta’ FDP iż-żieda permessa tinqabeż minħabba ċirkostanzi mhux mistennija wara t-tluq, it-titjira tista’ tkompli lejn id-destinazzjoni ppjanata jew ajrudrom alternattiv; kif ukoll
il-perjodu ta’ mistrieħ wara l-FDP jista’ jitnaqqas imma qatt ma jista’ jkun inqas minn 10 sigħat.
Fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux mistennija li jistgħu jwasslu għal għeja gravi, il-kmandant għandu jnaqqas il-perjodu tad-dmir tat-titjira u/jew iżid il-perjodu ta’ mistrieħ biex jelimina kull effett ħażin fuq is-sikurezza tat-titjira.
Il-kmandant għandu jikkonsulta l-membri kollha tal-ekwipaġġ dwar il-livelli tal-viġilanza tagħhom qabel ma jiddeċiedi l-modifiki skont is-subparagrafi 1 u 2.
Il-kmandant gћandu jibgħat rapport lill-operatur meta FDP jiżdied jew meta perjodu ta’ mistrieħ jitnaqqas skont id-diskrezzjoni tiegħu.
Fejn iż-żieda ta’ FDP jew it-tnaqqis ta’ perjodu ta’ mistrieħ ikun ta’ aktar minn siegħa, kopja tar-rapport, li miegħu l-operatur għandu jżid il-kummenti tiegħu, għandhom jintbagħtu mill-operatur lill-awtorità kompetenti sa mhux aktar tard minn 28 jum wara li dan ikun seħħ.
L-operatur għandu jimplimenta proċess mhux punittiv għall-użu tad-diskrezzjoni deskritta skont din id-dispożizzjoni u għandu jiddeskrivih fil-manwal tal-operat.
(g) Ċirkostanzi mhux mistennija f’operazzjonijiet ta’ titjir — ir-rappurtar tard
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri fil-manwal tal-operat, għar-rappurtar tard fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux mistennija, skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għat-tip ta’ operazzjoni.
ORO.FTL.210 Il-ħinijiet tat-titjir u l-perjodi tad-dmir
(a) Il-perjodi totali ta’ dmirijiet li jistgħu jiġu assenjati lil membru tal-ekwipaġġ m’għandux jaqbeż:
60 siegħa ta’ dmir f’7 ijiem konsekuttivi;
110 sigħat ta’ dmir f’14-il jum konsekuttiv; kif ukoll
190 siegħa ta’ dmir fi 28 jum konsekuttiv, mifruxa bl-aktar mod indaqs prattikabbli matul dak il-perjodu;
(b) Il-ħin totali ta’ titjir tas-setturi li jiġu assenjati lil membru individwali tal-ekwipaġġ bħala membru operattiv tal-ekwipaġġ m’għandux jaqbeż:
100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fi 28 jum konsekuttiv;
900 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fi kwalunkwe sena kalendarja; kif ukoll
1 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fi 12-il xahar konsekuttiv tal-kalendarju;
(c) Id-dmir ta’ wara t-titjira għandu jgħodd bħala perjodu ta’ dmir. L-operatur għandu jispeċifika fil-manwal tal-operat tiegħu l-perjodu minimu għad-dmirijiet ta’ wara t-titjira
ORO.FTL.215 Pożizzjonament
Jekk operatur jippożizzjona membru tal-ekwipaġġ, għandu japplika dan li ġej:
Il-pożizzjonamnet wara r-rappurtar imma qabel l-operat għandu jingħadd bħala FDP iżda m’għandux jgħodd bħala settur;
Il-ħin kollu mqatta’ fuq il-pożizzjonament għandu jgħodd bħala perjodu ta’ dmir.
ORO.FTL.220 Dmir maqsum
Il-kundizzjonijiet biex jiġi estiż l-FDP bażiku massimu ta’ kuljum minħabba waqfa fuq l-art għandhom ikunu skont dan li ġej:
L-iskemi ta’ speċifikazzjoni tal-ħin tat-titjir għandhom jispeċifikaw l-elementi li ġejjin għal dmir maqsum skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għat-tip ta’ operazzjoni:
it-tul ta’ żmien minimu ta’ waqfa fuq l-art; kif ukoll
il-possibbiltà li jestendu l-FDP preskritt fil-punt ORO.FTL.205(b) meta jiġu kkunsidrati t-tul tal-waqfa fuq l-art, il-faċilitajiet tal-mistireħ mogħtija lill-membri tal-ekwipaġġ u fatturi rilevanti oħra.
Il-waqfa fuq l-art għandha tgħodd bis-sħiħ bħala FDP.
Dmir maqsum m’għandux isegwi perjodu ta’ mistrieħ imnaqqas.
ORO.FTL.225 Dmirijiet ta’ standby u dmirijiet fl-ajruport
Jekk operatur jassenja dmir ta’ standby jew kwalunkwe dmir fl-ajruport lill-membri tal-ekwipaġġ, dan li ġej għandu japplika skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għat-tip ta’ operazzjoni:
Dmir ta’ standby jew kwalunkwe dmir fl-ajruport għandu jkun fir-roster u l-bidu u t-tmiem tal-ħin ta’ standby għandhom jiġu ddefiniti u nnotifikati bil-quddiem lill-membri tal-ekwipaġġ ikkonċernati sabiex ikollhom l-opportunità li jippjanaw il-mistrieħ xieraq.
Membru tal-ekwipaġġ jitqies li jkun fuq dmir ta’ standby fl-ajruport minn meta jirrapporta fil-punt tar-rappurtar sat-tmiem tal-perjodu nnotifikat tad-dmir ta’ standby fl-ajruport.
Id-dmir ta’ standby fl-ajruport għandu jgħodd bis-sħiħ bħala perjodu ta’ dmir għall-iskopijiet tal-punti ORO.FTL.210 u ORO.FTL.235.
Kull dmir fl-ajruport għandu jgħodd bis-sħiħ bħala perjodu ta’ dmir u l-FDP għandu jgħodd bis-sħiħ mill-ħin tar-rappurtar tad-dmir fl-ajruport.
L-operatur għandu jipprovdi akkomodazzjoni lil membru tal-ekwipaġġ li jkun fuq dmir ta’ standby fl-ajruport.
L-iskemi ta’ speċifikazzjoni tal-ħin tat-titjir għandhom jispeċifikaw l-elementi li ġejjin:
it-tul massimu ta’ kwalunkwe dmir ta’ standby;
l-impatt tal-ħin imqatta’ fuq dmir ta’ standby fuq l-FDP massimu li jista’ jiġi assenjat, meta jitqiesu l-faċilitajiet tal-mistrieħ ipprovduti lill-membri tal-ekwipaġġ u fatturi rilevanti oħra, bħal:
il-perjodu minimu ta’ mistrieħ wara dmir ta’ standby li ma jwassalx għal assenjament ta’ FDP;
kif għandu jingħadd il-ħin imqatta’ fuq dmir ta’ standby minbarra d-dmir ta’ standby fl-ajruport għall-iskop ta’ perjodi ta’ dmir kumulattivi.
ORO.FTL.230 Riżerva
Jekk operatur jassenja riżerva lill-membri tal-ekwipaġġ, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għat-tip ta’ operazzjoni:
Ir-riżerva għandha tkun fir-roster;
L-iskemi ta’ speċifikazzjoni tal-ħin tat-titjir għandhom jispeċifikaw l-elementi li ġejjin:
it-tul massimu ta’ kwalunkwe perjodu ta’ riżerva waħda;
in-numru ta’ jiem ta’ riżerva konsekuttivi li jista’ jiġi assenjat lil membru tal-ekwipaġġ.
ORO.FTL.235 Perjodi ta’ mistrieħ
(a) Il-perjodu minimu ta’ mistrieħ fil-bażi tas-servizz.
Il-perjodu minimu ta’ mistrieħ ipprovdut qabel ma jitwettaq FDP li jibda mill-bażi tas-servizz għandu jkun twil tal-inqas daqs il-perjodu ta’ dmir preċedenti jew 12-il siegħa, skont liema minnhom huwa l-itwal.
B’deroga mill-punt (1), il-mistrieħ minimu stipulat fil-punt (b) japplika jekk l-operatur jipprovdi akkomodazzjoni xierqa lill-membri tal-ekwipaġġ fil-bażi tas-servizz.
(b) Il-perjodu minimu ta’ mistrieħ ‘il bogħod mill-bażi tas-servizz.
Il-perjodu minimu ta’ mistrieħ ipprovdut qabel ma jitwettaq FDP li jibda ‘l bogħod mill-bażi tas-servizz għandu jkun twil tal-inqas daqs il-perjodu ta’ dmir preċedenti jew 10 sigħat, skont liema minnhom huwa l-itwal. Dan il-perjodu għandu jinkludi opportunità ta’ raqda ta’ 8 sigħat minbarra l-ħin għall-ivvjaġġar u l-ħtiġijiet fiżjoloġiċi.
(c) Mistrieħ imnaqqas
B’deroga mill-punti (a) u (b), l-iskemi ta’ speċifikazzjoni tal-ħin tat-titjir jistgħu jnaqqsu l-perjodi minimi ta’ mistrieħ skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għat-tip ta’ operazzjoni u billi jitqiesu l-elementi li ġejjin:
il-perjodu minimu ta’ mistrieħ imnaqqas;
iż-żieda tal-perjodu ta’ mistrieħ sussegwenti; kif ukoll
it-tnaqqis tal-FDP wara l-mistrieħ imnaqqas.
(d) Perjodi ta’ mistrieħ u ta’ rkupru estiżi u rikorrenti
L-iskemi ta’ speċifikazzjoni tal-ħin tat-titjir għandhom jispeċifikaw il-perjodi ta’ mistrieħ u ta’ rkupru estiżi u rikorrenti sabiex jikkumpensaw għall-għeja kumulattiva. Il-perjodu minimu ta’ mistrieħ u ta’ rkupru estiż u rikorrenti għandu jkun ta’ 36 siegħa, inklużi 2 iljieli lokali, u fi kwalunkwe każ, il-ħin bejn it-tmiem ta’ perjodu ta’ mistrieħ u ta’ rkupru estiż u rikorrenti u l-bidu tal-perjodu ta’ mistrieħ u ta’ rkupru estiż li jmiss m’għandhomx ikunu aktar minn 168 siegħa. Il-perjodu ta’ mistrieħ u ta’ rkupru estiż u rikorrenti għandu jiżdied għal jumejn lokali darbtejn kull xahar.
(e) L-iskemi ta’ speċifikazzjoni tal-ħin tat-titjir għandhom jispeċifikaw il-perjodi ta’ mistrieħ addizzjonali skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli biex jikkumpensaw għal:
l-effetti tad-differenzi fiż-żoni tal-ħin u l-estensjonijiet tal-FDP;
l-għeja kumulattiva addizzjonali minħabba skedi ta’ tfixkil; kif ukoll
il-bidla ta’ bażi tas-servizz.
ORO.FTL.240 Nutrizzjoni
(a) Matul l-FDP għandu jkun hemm l-opportunità għal ikla u xarba biex jiġi evitat tnaqqis fil-prestazzjoni ta’ membru tal-ekwipaġġ, speċjalment meta l-FDP jaqbeż is-sitt (6) sigħat.
(b) Operatur għandu jispeċifika fil-manwal tal-operat tiegħu kif tkun żgurata n-nutrizzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ matul FDP.
ORO.FTL.245 Rekords tal-bażi tas-servizz, il-ħinijiet tat-titjir u l-perjodi ta’ dmir u ta’ mistrieħ
(a) Operatur għandu jżomm, għal perjodu ta’ 24 xahar:
Rekords individwali għal kull membru tal-ekwipaġġ inkluż:
il-ħinijiet tat-titjir;
il-bidu, it-tul u t-tmiem ta’ kull perjodu ta’ dmir u FDP;
il-perjodi ta’ mistrieħ u ġranet ħielsa mid-dmirijiet kollha; kif ukoll
il-bażi tas-servizz assenjata
Rapporti dwar il-perjodi ta’ dmir tat-titjir estiżi u perjodi ta’ mistrieħ imnaqqsa.
(b) Fuq talba, l-operatur għandu jipprovdi kopji tar-rekords individwali tal-ħinijiet tat-titjiriet, il-perjodi ta’ dmir u l-perjodi ta’ mistrieħ għal:
il-membru tal-ekwipaġġ ikkonċernat; kif ukoll
operatur ieħor, fir-rigward ta’ membru tal-ekwipaġġ li huwa jew li jsir membru tal-ekwipaġġ tal-operatur ikkonċernat.
(c) Ir-rekords imsemmija fil-punt CAT.GEN.MPA.100(b)(5) fir-rigward ta’ membri tal-ekwipaġġ li jwettqu dmirijiet għal iktar minn operatur wieħed għandhom jinżammu għal perjodu ta’ 24 xahar.
ORO.FTL.250 Taħriġ fil-ġestjoni tal-għeja
(a) L-operatur għandu jipprovdi taħriġ inizjali u rikorrenti dwar il-ġestjoni tal-għeja għall-membri tal-ekwipaġġ, għall-persunal responsabbli għat-tħejjija u l-manutenzjoni tar-rosters tal-ekwipaġġ u għall-persunal tal-ġestjoni kkonċernat.
(b) Dan it-taħriġ għandu jsegwi programm ta’ taħriġ stabbilit mill-operatur u jkun deskritt fil-manwal tal-operat. Is-sillabu tat-taħriġ għandu jkopri l-kawżi possibbli u l-effetti tal-għeja u l-kontramiżura għall-għeja.
Appendiċi I
DIKJARAZZJONI f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 dwar l-operazzjonijiet bl-ajru |
|||||
Operatur Isem: Il-post li fih l-operatur ikollu s-sede prinċipali tiegħu jew, jekk l-operatur ma jkollu ebda sede prinċipali, il-post li fih l-operatur huwa stabbilit jew jirrisjedi u l-post li minnu jiġu diretti l-operazzjonijiet: Isem u dettalji ta’ kuntatt tal-maniġer responsabbli: |
|||||
Operazzjoni tal-inġenju tal-ajru |
|||||
Data tal-bidu tal-operazzjoni u data tal-applikabbiltà tal-bidla: |
|||||
Informazzjoni dwar l-inġenju tal-ajru, l-operat u l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa (1): |
|||||
Tip(i) ta’ inġenju tal-ajru, ir-reġistrazzjoni/jiet u l-bażi ewlenija: |
|||||
MSN tal-inġenju tal-ajru (2) |
Tip ta’ inġenju tal-ajru |
Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru (3) |
Bażi ewlenija |
Tip(i) ta’ operazzjoni (4) |
Organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa (5) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-operatur għandu jikseb approvazzjoni minn qabel (6) jew approvazzjoni speċifika (7) għal ċerti operazzjonijiet qabel ma jwettaq tali operazzjonijiet. |
|||||
Fejn ikun applikabbli, jinżammu d-dettalji tal-approvazzjonijiet. Ehmeż il-lista ta’ approvazzjonijiet speċifiċi. Inkludi: — approvazzjonijiet speċifiċi mogħtija minn pajjiż terz, jekk applikabbli; — l-isem tal-operazzjonijiet imwettqa bi krediti operattivi (eż. EFVS 200, SA CAT I, eċċ.). |
|||||
Fejn ikun applikabbli, jinżammu d-dettalji tal-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet speċjalizzati (ehmeż l-awtorizzazzjoni(jiet), jekk applikabbli). |
|||||
Fejn ikun applikabbli, lista ta’ mezzi ta’ konformità alternattivi (AltMoC) b’referenzi għall-AMC assoċjati li huma jissostitwixxu (ehmeż l-AltMoC). |
|||||
Stqarrijiet |
|||||
□ L-operatur jikkonforma, u jkompli jikkonforma, mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 965/2012. □ Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni, inkluż il-manwal tal-operat, għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Anness III (il-Parti-ORO), tal-Anness V (il-Parti-SPA), tal-Anness VI (il-Parti-NCC) jew tal-Anness VIII (il-Parti-SPO) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 u t-titjiriet kollha għandhom jitwettqu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-manwal tal-operat kif meħtieġ skont il-punt ORO.GEN.110(b) tal-Parti-ORO. |
|||||
□ L-inġenji tal-ajru operati kollha għandu jkollhom: — ċertifikat validu tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 jew, għal inġenji tal-ajru reġistrati f’pajjiż terz, f’konformità mal-Anness 8 tal-ICAO; u — meta jintuża għall-attivitajiet SPO, ftehim ta’ kiri validu skont ORO.SPO.100. |
|||||
□ Il-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jkollhom liċenzja f’konformità mal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 kif meħtieġ skont il-punt ORO.FC.100(c) tal-Parti-ORO, u l-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, fejn applikabbli, għandhom ikunu mħarrġa f’konformità mas-Subparti CC tal-Parti-ORO. |
|||||
□ (Jekk applikabbli) L-operatur għandu jimplimenta u juri l-konformità ma’ standard tal-industrija rikonoxxut. Referenza tal-istandard: Korp taċ-ċertifikazzjoni: Data tal-aħħar verifika tal-konformità: |
|||||
□ L-operatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi li taffettwa l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 kif iddikjarat lill-awtorità kompetenti permezz ta’ din id-dikjarazzjoni, u bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni u fil-listi tal-AltMoC inklużi fi u annessi ma’ din id-dikjarazzjoni, kif meħtieġ skont il-punt ORO.GEN.120(a) tal-Parti-ORO. |
|||||
□ L-operatur għandu jikkonferma li l-informazzjoni żvelata f’din id-dikjarazzjoni hija korretta. |
|||||
Data, isem u firma tal-maniġer responsabbli |
|||||
(1)
Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju biex l-informazzjoni tiġi elenkata fid-dikjarazzjoni, l-informazzjoni għandha tiġi elenkata f’anness separat. L-anness għandu jiġi datat u ffirmat.
(2)
Numru tas-serje tal-manifattur.
(3)
Jekk l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat ukoll b’detentur ta’ AOC, speċifika n-numru tal-AOC tad-detentur tal-AOC.
(4)
“Tip(i) ta’ operazzjoni” tirreferi għat-tip ta’ operazzjonijiet imwettqa b’dan l-inġenju tal-ajru, eż. operazzjonijiet mhux kummerċjali jew operazzjonijiet speċjalizzati, eż. titjiriet ta’ fotografija mill-ajru, titjiriet ta’ reklamar mill-ajru, titjiriet tal-midja tal-aħbarijiet, titjiriet tat-televiżjoni u tal-films, operazzjonijiet bil-paraxut, skydiving, titjiriet ta’ kontroll tal-manutenzjoni.
(5)
L-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa għandha tinkludi l-isem tal-organizzazzjoni, l-indirizz tagħha, u r-referenza tal-approvazzjoni.
(6)
(a) operazzjonijiet bi kwalunkwe strument jew biċċa tagħmir jew oġġett jew funzjoni difettuż, taħt lista tat-tagħmir minimu (MEL) (il-punti ORO.MLR.105 (b), (f), u (j), NCC.IDE.A.105, NCC.IDE.H.105, SPO.IDE.A.105, u SPO.IDE.H.105). (b) Operazzjonijiet li jeħtieġu awtorizzazzjoni jew approvazzjoni minn qabel, inklużi dawn kollha li ġejjin: — ħal operazzjonijiet speċjalizzati, kiri ta’ inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ mingħand ħaddieħor u kiri ta’ inġenji tal-ajru mingħajr l-ekwipaġġ mingħand ħaddieħor, liema inġenji tal-ajru jkunu reġistrati f’pajjiż terz (il-punt ORO.SPO.100 (c)); — operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati ta’ riskju għoli (il-punt ORO.SPO.110); — operazzjonijiet mhux kummerċjali b’inġenji tal-ajru b’MOPSC ta’ aktar minn 19, li jitwettqu mingħajr membru operattiv tal-ekwipaġġ tal-kabina (il-punt ORO.CC.100 (d)); — l-użu ta’ minimi operattivi tal-IFR li huma aktar baxxi minn dawk ippubblikati mill-Istat (il-punti NCC.OP.110 u SPO.OP.110); — mili tal-fjuwil bil-magna/i u/jew bir-rotors iduru (il-punt NCC.OP.157); — operazzjonijiet speċjalizzati (SPO) mingħajr ossiġenu ogħla minn 10 000 pied (il-punt SPO.OP.195).
(7)
Operazzjonijiet f’konformità mal-Anness V (il-Parti-SPA) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, inklużi s-Subpartijiet B “Operazzjonijiet ta’ navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN)”, C “Operazzjonijiet skont l-ispeċifikazzjonijiet minimi għall-prestazzjoni tan-navigazzjoni (MNPS)”, D “Operazzjonijiet fi spazju tal-ajru b’valuri minimi ta’ separazzjoni vertikali mnaqqsa (RVSM)”, E “Operazzjonijiet f’viżibbiltà baxxa (LVOs) u operazzjonijiet bi krediti operattivi”, G “Trasport ta’ oġġetti perikolużi”, K “Operazzjonijiet lil hinn mill-kosta bil-ħelikopter” u N “Avviċinamenti u tluq mill-punt fi spazju tal-ħelikopters b’minimi tal-VFR imnaqqsa”. |
ANNESS IV
OPERAZZJONIJIET TAT-TRASPORT KUMMERĊJALI BL-AJRU
[IL-PARTI-CAT]
IS-SUBPARTI A
REKWIŻITI ĠENERALI
CAT.GEN.100 Awtorità kompetenti
L-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-operatur għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu.
▼M14 —————
TAQSIMA 1
Inġenji tal-ajru li jaħdmu bil-mutur
CAT.GEN.MPA.100 Responsabbiltajiet tal-ekwipaġġ
Il-membru tal-ekwipaġġ għandu jkun responsabbli għat-twettiq xieraq tal-kompiti tiegħu jew tagħha li huma:
relatati mas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-okkupanti tiegћu; u
speċifikati fl-istruzzjonijiet u fil-proċeduri mogħtija fil-manwal tal-operat.
Il-membru tal-ekwipaġġ għandu:
jirrapporta lill-kmandant dwar kwalunkwe ћsara, nuqqas, funzjonament ħażin jew difett li jemmen li jista’ jaffettwa l-ajrunavigabbiltà jew it-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, inkluż is-sistemi tal-emerġenza, jekk dan ma jkunx ġie rrapportat diġà minn membru ieħor tal-ekwipaġġ;
jirrapporta lill-kmandant dwar kwalunkwe inċident li pperikola, jew li seta’ pperikola, is-sikurezza tal-operazzjoni, jekk dan ma jkunx ġie rrapportat diġà minn membru ieħor tal-ekwipaġġ;
jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tal-iskemi ta’ rappurtar tal-okkorrenzi tal-operatur;
ikun konformi mal-limitazzjonijiet kollha fuq il-ħin tat-titjir u l-ħin tas-servizz (FTL) u mar-rekwiżiti tal-mistrieħ kollha applikabbli għall-attivitajiet tiegħu;
meta jwettaq kompiti ma’ iktar minn operatur wieħed:
iżomm ir-rekords individwali tiegħu jew tagħha rigward il-ħinijiet tat-titjir u tas-servizz u l-perjodi tal-mistrieħ kif imsemmija fir-rekwiżiti FTL applikabbli;
jagħti lil kull operatur id-data meħtieġa sabiex jiskeda l-attivitajiet f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-FTL; u
jipprovdi lil kull operatur bid-data meħtieġa dwar l-operazzjonijiet fuq aktar minn tip jew varjant wieħed.
Il-membru tal-ekwipaġġ ma għandux iwettaq xogħlijiet fuq inġenju tal-ajru:
meta jkun taħt l-influwenza ta’ sustanzi psikoattivi jew meta ma jkunx f’sikktu minħabba korriment, għeja, mediċini, mard jew kawżi simili oħrajn;
sakemm jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien wara li jogħdos f’ilma fond jew wara li jagħti d-demm;
jekk ma jissodisfax ir-rekwiżiti mediċi applikabbli;
jekk ikollu xi dubju dwar jekk hux se jkun kapaċi jwettaq id-dmirijiet assenjati lilu; jew
jekk ikun jaf jew jissuspetta li qed ibati minn gћeja kbira kif imsemmi fl-Anness V, il-punt 7.5, tar-Regolament (UE) Nru 2018/1139 jew jekk ma jkunx jiflaħ, tant li t-titjira tista’ tiġi pperikolata.
CAT.GEN.MPA.105 Responsabbiltajiet tal-kmandant
(a) Minbarra li jikkonforma mal-punt CAT.GEN.MPA.100, il-kmandant għandu:
ikun responsabbli għas-sikurezza tal-membri kollha tal-ekwipaġġ, tal-passiġġiera kollha u tal-merkanzija kollha abbord, minn x’ħin jitla’ abbord l-inġenju tal-ajru sa ma joħroġ minnu fi tmiem it-titjira;
ikun responsabbli għat-tħaddim u s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru:
għall-ajruplani, mill-mument li fih l-ajruplan ikun lest biex jitmexxa ħalli jinsaq qabel it-tlugћ tiegћu, sal-mument li fl-aћћar jieqaf għal kollox fi tmiem it-titjira u l-magna/il-magni li tkun intużat/ikunu ntużaw bћala unità/unitajiet primarja/primarji ta’ propulsjoni tkun intfiet/ikunu ntfew;
għall-ħelikopters, meta r-rotors ikunu qed iduru;
ikollu l-awtorità jagћti l-ordnijiet kollha u jieħu kwalunkwe azzjoni li tkun xierqa biex tkun żgurata s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-persuni u/jew tal-proprjetà li jkun hemm fih, skont il-punt 7.c. tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 216/2008;
ikollu l-awtorità jniżżel minn fuq l-inġenju tal-ajru lil kwalunkwe persuna, jew kwalunkwe parti mit-tagћbija, li tista’ tirrappreżenta periklu potenzjali gћas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-okkupanti tiegћu;
ma jћallix lil persuna tinġarr fl-inġenju tal-ajru jekk din tidher li tkun taћt l-influwenza tal-alkoћol jew tad-droga, tant li x’aktarx tipperikola s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-okkupanti tiegћu;
ikollu d-dritt jirrifjuta li jittrasporta passiġġieri li mhumiex ammissibbli, persuni deportati jew persuni li jkunu fil-kustodja tal-pulizija, jekk il-ġarr tagħhom iżid ir-riskju gћas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-okkupanti tiegћu;
jiżgura li l-passiġġieri kollha jkunu mgћarrfa dwar fejn jinsabu l-ћruġ tal-emerġenza u dwar fejn jinsab it-tagħmir tal-emerġenza u tas-sikurezza rilevanti, kif ukoll dwar l-użu ta’ dan it-tagħmir;
jiżgura li jkun hemm konformità mal-proċeduri operattivi kollha u mal-listi kollha ta’ kontroll skont il-manwal tal-operat;
ma jippermetti lill-ebda membru tal-ekwipaġġ iwettaq kwalunkwe attività matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira, ћlief il-kompiti meћtieġa għat-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru;
iżgura li:
ir-reġistraturi tat-titjira ma jiġux inattivati jew mitfija matul it-titjira;
fil-każ ta' okkorrenza għajr aċċident jew inċident serju li għandu jiġi rrappurtat skont il-punt ORO.GEN.160(a), ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira ma jitħassrux apposta; kif ukoll
fil-każ ta' aċċident jew inċident serju, jew jekk iż-żamma tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira tkun immexxija mill-awtorità ta' investigazzjoni:
ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira ma jitħassrux apposta;
ir-reġistraturi tat-titjira jiġu diżattivati minnufih wara li titlesta t-titjira; kif ukoll
jittieħdu miżuri ta' prekawzjoni għaż-żamma tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira qabel ma jiġi evakwat il-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira;
jiddeċiedi dwar l-aċċettazzjoni ta’ inġenju tal-ajru li jkollu ħsarat li ma jippermettulux li jaħdem tajjeb, skont il-lista ta’ devjazzjonijiet tal-konfigurazzjoni (CDL) jew il-lista tat-tagħmir minimu (MEL);
jiżgura li l-ispezzjoni ta' qabel it-titjira twettqet skont ir-rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014;
ikun issodisfat li t-tagħmir ta' emerġenza rilevanti għadu faċilment aċċessibbli biex jintuża minnufih;
jirrekordja, fit-tmiem tat-titjira, id-data dwar l-utilizzazzjoni u d-difetti kollha magħrufa jew suspettati tal-inġenju tal-ajru fir-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru jew fir-reġistru tal-vjaġġ tal-inġenju tal-ajru biex tiġi żgurata s-sikurezza kontinwa tat-titjira.
(b) Il-kmandant, jew il-bdot li f’idejh tkun ġiet fdata t-titjira, gћandu, fi kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza li tkun teћtieġ deċiżjoni u azzjoni immedjata, jieћu kwalunkwe azzjoni li huwa jqis bħala meћtieġa f’dawk iċ-ċirkustanzi skont il-punt 7.d. tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 216/2008. F’dawk il-każijiet, huwa jista’ jiddevja mir-regoli u mill-proċeduri operattivi u mill-metodi stabbiliti fl-interess tas-sikurezza.
(c) Kull meta inġenju tal-ajru, waqt it-titjira, jkun immanuvrat b’reazzjoni gћal avviż ta’ riżoluzzjoni (RA) mis-sistema għall-prevenzjoni tal-ħabtiet fl-ajru (ACAS), il-kmandant gћandu jibgħat rapport tal-ACAS lill-awtorità kompetenti.
(d) Perikli ta’ ħbit u ħbit ma’ għasafar:
Kull meta jiġi osservat periklu ta’ ħbit potenzjali ma’ għasafar, il-kmandant gћandu jinforma lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) hekk kif l-ammont ta’ xogħol tal-ekwipaġġ tat-titjira jkun jippermetti dan.
Kull meta inġenju tal-ajru li gћalih il-kmandant huwa responsabbli jaћbat ma’ għasafar b’mod li ssir ћsara sostanzjali fl-inġenju tal-ajru jew li jkun hemm telf jew funzjonament ħażin ta’ kwalunkwe servizz essenzjali, wara l-inżul il-kmandant gћandu jibgħat rapport bil-miktub lill-awtorità kompetenti dwar il-ħbit mal-għasafar.
Il-kmandant għandu, malajr kemm jista' jkun, jirrapporta lill-unità xierqa tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) dwar kwalunkwe kundizzjoni perikoluża tat-temp jew tat-titjira li magħha huwa ltaqa' u li x'aktarx taffettwa s-sikurezza ta' inġenji tal-ajru oħrajn.
CAT.GEN.MPA.110 Awtorità tal-kmandant
L-operatur gћandu jieћu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jiżgura li l-persuni kollha li jkunu qed jinġarru fl-inġenju tal-ajru jobdu l-ordnijiet leġittimi kollha mogħtija mill-kmandant biex tkun żgurata s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-persuni jew tal-proprjetà li jkun hemm fih.
CAT.GEN.MPA.115 Persunal jew membri tal-ekwipaġġ fil-kompartiment tal-passiġġieri, minbarra l-ekwipaġġ tal-kabina
L-operatur għandu jiżgura li l-persunal jew il-membri tal-ekwipaġġ li jkunu qed jaqdu l-kompiti tagħhom fil-kompartiment tal-passiġġieri ta’ inġenju tal-ajru, minbarra l-membri operattivi tal-ekwipaġġ tal-kabina:
ma jitћawdux mill-passiġġieri mal-membri operattivi tal-ekwipaġġ tal-kabina;
ma jokkupawx il-postijiet assenjati lill-ekwipaġġ tal-kabina meћtieġ;
ma jfixklux lill-membri operattivi tal-ekwipaġġ tal-kabina fil-qadi tal-kompiti tagħhom.
CAT.GEN.MPA.120 Lingwa komuni
L-operatur għandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ ikunu jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin b’lingwa komuni.
CAT.GEN.MPA.124 Taxiing tal-inġenji tal-ajru
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri għat-taxiing tal-inġenji tal-ajru sabiex jiżgura operat b'mod sikur u sabiex tiżdied is-sikurezza tar-runway.
CAT.GEN.MPA.125 Sewqan tal-ajruplani
L-operatur għandu jiżgura li ajruplan jinsaq biss fiż-żona tal-moviment ta’ ajrudrom jekk il-persuna fil-post tal-kontroll:
tkun bdot ikkwalifikat b’mod xieraq; jew
tkun inħatret mill-operatur u:
tkun imħarrġa biex issuq l-inġenju tal-ajru;
tkun imħarrġa biex tuża t-telefonija bir-radju;
tkun irċeviet struzzjonijiet dwar it-tqassim tal-ajrudrom, ir-rotot, is-sinjali, il-marki, id-dwal, is-sinjali u l-istruzzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC), il-lingwaġġ u l-proċeduri;
u tkun kapaċi tikkonforma mal-istandards operattivi meћtieġa gћall-moviment sikur tal-ajruplan fl-ajrudrom.
CAT.GEN.MPA.130 Tħaddim tar-rotor — il-ħelikopters
Ir-rotor tal-ħelikopter għandu jitqabbad bil-magni biss għall-għanijiet ta’ titjira li fiha jkun hemm bdot ikkwalifikat fil-post tal-kontroll.
CAT.GEN.MPA.135 Dħul fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira
(a) L-operatur għandu jiżgura li l-ebda persuna, minbarra membru tal-ekwipaġġ tat-titjira assenjat fuq titjira, ma jidћol jew jinġarr fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, sakemm dik il-persuna ma tkunx:
membru operattiv tal-ekwipaġġ;
rappreżentant tal-awtorità kompetenti jew tal-awtorità li tkun qed tagħmel spezzjoni, jekk din il-persuna tkun meħtieġa tkun hemmhekk biex twettaq il-kompiti uffiċjali tagħha; jew
awtorizzata u tinġarr skont l-istruzzjonijiet mogħtija fil-manwal tal-operat.
(b) Il-kmandant għandu jiżgura li:
id-dħul fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira ma jikkawża l-ebda distrazzjoni jew tfixkil fl-operazzjoni tat-titjira; u
il-persuni kollha li jinġarru fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira jkunu familjari mal-proċeduri rilevanti tas-sikurezza.
(c) Il-kmandant għandu jieħu d-deċiżjoni finali dwar id-dħul fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tal-kabina.
CAT.GEN.MPA.140 Tagħmir elettroniku portabbli
L-operatur m’gћandu jħalli lill-ebda persuna tuża, abbord inġenju tal-ajru, tagħmir elettroniku portabbli (PED) li jista’ jaffettwa ħażin il-funzjonament tas-sistemi u tat-tagħmir tal-inġenju tal-ajru, u huwa għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jipprevjeni t-tali użu.
CAT.GEN.MPA.141 Użu tal-electronic flight bags (EFBs)
Meta jintuża EFB abbord inġenju tal-ajru, l-operatur għandu jiżgura li dan ma jaffettwax b'mod negattiv il-prestazzjoni tas-sistemi jew it-tagħmir tal-inġenju tal-ajru, jew il-kapaċità tal-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira li jopera l-inġenju tal-ajru.
L-operatur ma għandux juża applikazzjoni tat-tip B EFB sakemm ma jkunx approvat skont is-Subparti M tal-Anness V (il-Parti SPA).
CAT.GEN.MPA.145 Informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord
L-operatur għandu jkollu listi bl-informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru tiegħu, li għandhom ikunu dejjem disponibbli sabiex jiġu kkomunikati minnufih liċ-ċentri tal-koordinazzjoni tas-salvataġġ (RCCs).
CAT.GEN.MPA.150 Inżul ta' emerġenza — l-ajruplani
L-operatur għandu jħaddem ajruplan b'konfigurazzjoni ta' sits tal-passiġġieri ta' iktar minn 30 sit f'titjiriet fuq l-ilma, f'distanza mill-art li tkun xierqa gћal inżul ta' emerġenza, li tkun ta' iktar minn dik magħmula f'120 minuta b'veloċità regolari, jew ta' iktar minn 400 mil nawtiku, skont liema minn dawn ikun l-inqas, biss jekk l-ajruplan ikun konformi mad-dispożizzjonijiet għall-inżul ta' emerġenza preskritti fl-ispeċifikazzjoni(jiet) ta' ċertifikazzjoni applikabbli.
CAT.GEN.MPA.155 Ġarr ta’ armi tal-gwerra u ta’ munizzjon tal-gwerra
(a) L-operatur gћandu jġorr armi tal-gwerra jew munizzjon tal-gwerra bl-ajru biss f’każ li jkun ingћata approvazzjoni jagћmel dan mill-Istati kollha li l-ispazju tal-ajru tagħhom huwa ppjanat li jintuża għat-titjira.
(b) Meta jkun ingħata approvazzjoni, l-operatur għandu jiżgura li l-armi tal-gwerra u l-munizzjon tal-gwerra:
ikunu stivati fl-inġenju tal-ajru f’post li ma jkunx aċċessibbli għall-passiġġiera matul it-titjira; u
fil-każ tal-armi tan-nar, li dawn ma jkunux ikkargati.
(c) L-operatur għandu jiżgura li, qabel ma tibda titjira, il-kmandant ikun mgħarraf bid-dettalji ta’ kwalunkwe armi tal-gwerra jew munizzjon tal-gwerra li jkunu ppjanati jinġarru u bil-post fejn dawn ikunu jinsabu abbord l-inġenju tal-ajru.
CAT.GEN.MPA.160 Ġarr ta’ armi u munizzjon sportivi
(a) L-operatur gћandu jieћu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li kwalunkwe arma sportiva li jkun ippjanat li tinġarr bl-ajru tkun irrappurtata lill-operatur.
(b) L-operatur li jaċċetta li jġorr armi sportivi gћandu jiżgura li dawn:
ikunu stivati fl-inġenju tal-ajru f’post li ma jkunx aċċessibbli għall-passiġġiera matul it-titjira; u
fil-każ tal-armi tan-nar jew ta’ armi oћrajn li jista’ jkollhom il-munizzjon fihom, li dawn ma jkunux ikkargati.
(c) Il-munizzjon tal-armi sportivi jista’ jinġarr fil-bagalji tal-passiġġiera li jkunu ġew ikkontrollati, suġġett gћal ċerti limitazzjonijiet, skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi.
CAT.GEN.MPA.161 Ġarr ta’ armi u munizzjon sportivi — mitigazzjonijiet
Minkejja l-punt CAT.GEN.MPA.160(b), għall-ħelikopters li għandhom massa massima ċċertifikata waqt it-tlugħ (MCTOM) ta’ 3 175 kilogramma jew inqas u li jitħaddmu binhar fuq rotot innavigati b’referenza għal għeliem viżwali, arma sportiva tista’ tinġarr f’post li jkun aċċessibbli waqt it-titjira, sakemm l-operatur ikun stabbilixxa proċeduri xierqa u ma jkunx prattiku li din tiġi stivata f’post ta’ stivar li ma jkunx aċċessibbli waqt it-titjira.
CAT.GEN.MPA.165 Metodu ta’ ġarr tal-persuni
L-operatur gћandu jieћu l-miżuri kollha possibbli biex jiżgura li l-ebda persuna, waqt titjira, ma tkun fi kwalunkwe parti ta’ inġenju tal-ajru li ma tkunx iddisinjata biex takkomoda l-persuni, sakemm din ma tkunx ingћatat aċċess temporanju mill-kmandant:
sabiex tittieħed azzjoni li tkun meħtieġa għas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew ta’ kwalunkwe persuna, annimal jew merkanzija li jkun hemm fih; jew
għal parti tal-inġenju tal-ajru li fiha jinġarru t-tagћbija jew il-provvisti, li tkun iddisinjata biex persuna jkollha aċċess għaliha waqt li l-inġenju tal-ajru jkun qed itir.
CAT.GEN.MPA.170 Sustanzi psikoattivi
L-operatur għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li l-ebda persuna ma tidħol jew tkun f'inġenju tal-ajru waqt li tkun taħt l-influwenza ta' sustanzi psikoattivi sal-punt li aktarx li tkun fil-periklu s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-okkupanti tiegħu.
L-operatur għandu jiżviluppa u jimplimenta politika dwar il-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-użu ħażin ta' sustanzi psikoattivi minn membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-kabina u minn persunal ieħor sensittiv mil-lat tas-sikurezza taħt il-kontroll dirett tiegħu, sabiex jiżgura li s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-okkupanti tiegħu ma tiġix ipperikolata.
Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta dwar l-ittestjar ta' individwi, l-operatur għandu jiżviluppa u jimplimenta proċedura oġġettiva, trasparenti u mhux diskriminatorja għall-prevenzjoni u d-detezzjoni ta' każijiet ta' użu ħażin ta' sustanzi psikoattivi mill-ekwipaġġ tat-titjira u tal-kabina tiegħu u minn persunal ieħor sensittiv mil-lat tas-sikurezza.
Fil-każ ta' riżultat tat-test pożittiv ikkonfermat, l-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tiegħu u lill-awtorità responsabbli għall-persunal ikkonċernat, bħal pereżempju assessur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.
CAT.GEN.MPA.175 Perikli għas-sikurezza
L-operatur għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li l-ebda persuna ma taġixxi bi traskuraġni, b'mod intenzjonat jew b'negliġenza jew tonqos milli taġixxi b'mod li:
tpoġġi fil-periklu inġenju tal-ajru jew lill-persuni ta' ġo fih; jew
tikkawża jew tippermetti li inġenju tal-ajru jipperikola kwalunkwe persuna jew proprjetà.
L-operatur għandu jiżgura li l-ekwipaġġ tat-titjira tkun saritlu valutazzjoni psikoloġika qabel ma jibda t-titjir tal-linja sabiex:
jiġu identifikati attributi psikoloġiċi u l-adegwatezza tal-ekwipaġġ tat-titjira fir-rigward tal-ambjent tax-xogħol; u
titnaqqas il-probabbiltà ta' interferenza negattiva mat-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru.
Meta wieħed iqis id-daqs, in-natura u l-kumplessità tal-attività ta' operatur, operatur jista' jissostitwixxi l-valutazzjoni psikoloġika msemmija fil-punt (b) b'valutazzjoni interna tal-attributi psikoloġiċi u tal-adegwatezza tal-ekwipaġġ tat-titjira.
CAT.GEN.MPA.180 Dokumenti, manwali u informazzjoni li għandhom jinġarru abbord
(a) Id-dokumenti, il-manwali u l-informazzjoni li ġejjin għandhom jinġarru abbord waqt kull titjira, bħala oriġinali jew kopji, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor:
il-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (AFM), jew dokument(i) ekwivalent(i);
iċ-ċertifikat oriġinali tar-reġistrazzjoni;
iċ-ċertifikat oriġinali tal-ajrunavigabbilità (CofA);
iċ-ċertifikat tal-istorbju, inkluża traduzzjoni bl-Ingliż, f’każ li din tkun ġiet ipprovduta mill-awtorità responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-istorbju;
kopja vera ċċertifikata taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC), inkluża traduzzjoni fl-Ingliż meta l-AOC jinħareġ f’lingwa oħra;
l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet rilevanti għat-tip ta’ inġenju tal-ajru, maħruġin mal-AOC, inkluża traduzzjoni fl-Ingliż meta l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet jinħarġu f’lingwa oħra;
il-liċenzja oriġinali tar-radju tal-inġenju tal-ajru, jekk ikun applikabbli;
iċ-ċertifikat(i) tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà fil-konfront ta’ terzi persuni;
il-ġurnal tal-vjaġġ tal-inġenju tal-ajru, jew dokument ekwivalenti;
ir-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru skont l-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014;
id-dettalji tal-pjan tat-titjira tal-ATS li jkun ġie ffajljat, jekk ikun applikabbli;
mapep ajrunawtiċi attwali u xierqa għar-rotta tat-titjira proposta u għar-rotot kollha li fuqhom wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li tista’ tiġi ddevjata t-titjira;
il-proċeduri u l-informazzjoni dwar is-sinjali viżwali għall-użu min-naħa ta’ inġenji tal-ajru interċettati u ta’ inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni;
informazzjoni dwar is-servizzi ta’ tiftix u ta’ salvataġġ għaż-żona tat-titjira ppjanata, li għandha tkun aċċessibbli b’mod faċli fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira;
il-partijiet attwali tal-manwal tal-operat li huma rilevanti għall-kompiti tal-membri tal-ekwipaġġ, li għandhom ikunu aċċessibbli b’mod faċli għall-membri tal-ekwipaġġ;
it-MEL;
l-avviżi x-xierqa lill-membri tal-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru (NOTAMs) u d-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ informazzjoni dwar is-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika (AIS);
l-informazzjoni meteoroloġika x-xierqa;
il-manifesti tal-merkanzija u/jew tal-passiġġieri, jekk dan ikun applikabbli;
id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa;
il-pjan operattiv tat-titjira, jekk dan ikun applikabbli;
l-avviżi dwar kategoriji speċjali ta’ passiġġieri (SCPs) u dwar tagħbijiet speċjali, jekk dan ikun applikabbli; u
kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jkun rilevanti għat-titjira jew li huwa meћtieġ mill-Istati li għandhom x’jaqsmu mat-titjira.
(b) Minkejja l-punt (a), għall-operazzjonijiet ta' titjir skont ir-regoli tat-titjir viżwali (VFR) li jsiru binhar bl-użu ta' inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, li jitilqu minn ajrudrom u jinżlu fl-istess ajrudrom jew fl-istess sit tal-operat fi żmien 24 siegħa, jew li jibqgħu fil-limiti ta' żona lokali speċifikata fil-manwal tal-operat, id-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin jistgħu jinżammu fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat minflok:
iċ-ċertifikat tal-istorbju;
il-liċenzja tar-radju tal-inġenju tal-ajru;
il-ġurnal tal-vjaġġ, jew dokument ekwivalenti;
il-ġurnal tekniku tal-inġenju tal-ajru;
in-NOTAMs u d-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-AIS;
l-informazzjoni meteoroloġika;
l-avviżi dwar is-SCPs u dwar it-tagħbijiet speċjali, jekk dan ikun applikabbli; u
id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa.
(c) Minkejja l-punt (a), f’każ ta’ telf jew serq tad-dokumenti speċifikati fil-punt (a)(2) sal-punt (a)(8), l-operazzjoni tista’ titkompla sakemm it-titjira tilħaq id-destinazzjoni tagħha jew post fejn ikunu jistgħu jingħataw dokumenti ta’ sostituzzjoni.
CAT.GEN.MPA.185 Informazzjoni li għandha tinżamm fuq l-art
(a) L-operatur għandu jiżgura li, tal-inqas għal kemm iddum kull titjira jew serje ta’ titjiriet:
tinżamm fuq l-art l-informazzjoni rilevanti gћat-titjira u xierqa gћat-tip ta’ operazzjoni;
li l-informazzjoni tinżamm sakemm din tkun ġiet idduplikata fil-post li fih tkun se tinћażen; jew, jekk dan ma jkunx possibbli,
li l-istess informazzjoni tinġarr abbord l-inġenju tal-ajru f’kontenitur li jkun jiflaћ gћan-nar.
(b) L-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tinkludi:
kopja tal-pjan operattiv tat-titjira, fejn ikun xieraq;
kopji tal-parti(jiet) rilevanti tal-ġurnal tekniku tal-inġenju tal-ajru;
id-dokumentazzjoni tan-NOTAM li tkun speċifiċa gћar-rotta, jekk din tkun ġiet editjata b’mod speċifiku mill-operatur;
id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa; jekk dan ikun meħtieġ; u
l-avviżi dwar it-tagħbijiet speċjali.
CAT.GEN.MPA.190 Għoti ta’ dokumenti u rekords
Fi żmien raġonevoli minn meta jintalab jagћmel dan minn persuna awtorizzata mill-awtorità, il-kmandant għandu jagħti lil dik il-persuna d-dokumentazzjoni li jkun jeћtieġ li tinġarr abbord.
CAT.GEN.MPA.195 Trattament tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira: żamma, produzzjoni, protezzjoni u użu
Wara aċċident, inċident serju jew okkorrenza identifikata mill-awtorità ta' investigazzjoni, l-operatur ta' inġenju tal-ajru gћandu jżomm id-data oriġinali li tkun ġiet irreġistrata mir-reġistraturi tat-titjira gћal perjodu ta' 60 jum jew sakemm l-awtorità ta' investigazzjoni ma tordnalux jagħmel mod ieћor.
L-operatur għandu jwettaq kontrolli operattivi u evalwazzjonijiet tar-reġistrazzjonijiet biex jiżgura l-funzjonalità kontinwa tar-reġistraturi tat-titjira li huma meħtieġa li jinġarru skont dan ir-Regolament.
L-operatur għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet tal-parametri tat-titjira u l-messaġġi tal-komunikazzjoni b'kollegament tad-data meħtieġa biex jiġu rreġistrati fuq ir-reġistraturi tat-titjira jiġu ppreservati. Madankollu, għall-iskop ta' ttestjar u manutenzjoni tar-reġistraturi tat-titjira, tista' titħassar sa siegħa tal-eqdem data rreġistrata fil-mument tal-ittestjar.
L-operatur għandu jaħżen u jżomm aġġornata d-dokumentazzjoni li tippreżenta l-informazzjoni meħtieġa sabiex id-data tat-titjira li ma tkunx ipproċessata tinqaleb f'parametri tat-titjira espressi f'unitajiet tal-inġinerija.
L-operatur għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni kwalunkwe reġistrazzjoni tar-reġistratur tat-titjira li tkun ġiet ippreservata, jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk.
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 996/2010 u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ):
Ħlief għall-iżgurar tal-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira, reġistrazzjonijiet tal-awdjo minn reġistratur tat-titjira m'għandhomx jiġu żvelati jew użati sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
tkun fis-seħħ proċedura marbuta mat-trattament ta' tali reġistrazzjonijiet tal-awdjo u tat-traskrizzjoni tagħhom;
il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-manutenzjoni kollha kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel;
tali reġistrazzjonijiet tal-awdjo jintużaw biss għaż-żamma jew għat-titjib tas-sikurezza.
Meta jiġu spezzjonati reġistrazzjonijiet tal-awdjo tar-reġistratur tat-titjira biex jiżgura l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira, l-operatur għandu jipproteġi l-privatezza ta' dawk ir-reġistrazzjonijiet tal-awdjo u jiżgura li dawn ma jiġux żvelati jew użati għal finijiet oħra ħlief biex tiġi żgurata l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira.
Il-parametri tat-titjira jew messaġġi b'kollegament tad-data rreġistrati minn reġistratur tat-titjira ma għandhomx jintużaw gћal finijiet oħra ħlief gћall-investigazzjoni ta' aċċident jew inċident li jkun suġġett gћar-rappurtar obbligatorju, sakemm dawn ir-reġistrazzjonijiet ma jissodisfawx kwalunkwe kundizzjoni minn dawn li ġejjin:
jintużaw mill-operatur għall-finijiet tal-ajrunavigabbiltà jew tal-manutenzjoni biss;
ikun tneħħilhom kull sors ta' identifikazzjoni;
ikunu żvelati skont proċeduri sikuri.
Ħlief għall-iżgurar tal-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira, l-immaġni tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira li huma rreġistrati minn reġistratur tat-titjira ma għandhomx jiġu żvelati jew użati sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
tkun fis-seħħ proċedura relatata mat-trattament ta' tali reġistrazzjonijiet ta' immaġni;
il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-manutenzjoni kollha kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel;
tali reġistrazzjonijiet tal-immaġni jintużaw biss għaż-żamma jew għat-titjib tas-sikurezza.
Meta l-immaġni tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira li jiġu rreġistrati minn reġistratur tat-titjira jiġu spezzjonati biex tiġi żgurata l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira:
dawk l-immaġni ma għandhomx jiġu żvelati jew użati għal finijiet oħra minbarra biex tiġi żgurata l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira;
jekk ikun probabbli li partijiet tal-ġisem tal-membri tal-ekwipaġġ ikunu viżibbli fuq l-immaġni, l-operatur għandu jiżgura l-privatezza ta' dawk l-immaġni.
CAT.GEN.MPA.200 Trasport ta’ oġġetti perikolużi
(a) Sakemm ma jkunx permess mod ieħor skont dan l-Anness, it-trasport tal-oġġetti perikolużi bl-ajru għandu jitwettaq skont l-Anness 18 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, kif emendata l-aħħar u mwessgħa mill-“Istruzzjonijiet Tekniċi għat-Trasport Sikur tal-Oġġetti Perikolużi bl-Ajru” (id-dokument 9284-AN/905 tal-ICAO), inklużi s-supplimenti tagħha u kwalunkwe addenda għaliha jew rettifika oħra tagħha.
(b) L-oġġetti perikolużi għandhom jinġarru biss minn operatur li jkun ġie approvat skont is-Subparti G tal-Anness V (il-Parti-SPA), ħlief meta:
dawn ma jkunux suġġetti għall-Istruzzjonijiet Tekniċi skont il-Parti 1 ta’ dawk l-Istruzzjonijiet; jew
dawn jinġarru mill-passiġġieri jew mill-membri tal-ekwipaġġ, jew ikunu f’bagalja, skont il-Parti 8 tal-Istruzzjonijiet Tekniċi.
(c) Operatur għandu jistabbilixxi proċeduri li bihom jiżgura li jittieħdu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jiġi evitat il-ġarr bi żball ta’ oġġetti perikolużi abbord.
(d) L-operatur għandu jipprovdi lill-persunal bl-informazzjoni meħtieġa biex huma jkunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom, kif meħtieġ mill-Istruzzjonijiet Tekniċi.
(e) Skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi, l-operatur għandu jirrapporta mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti u lill-awtorità x-xierqa tal-Istat tal-okkorrenza fil-każ:
ta’ kwalunkwe aċċident jew inċident marbut ma’ oġġetti perikolużi;
tas-sejba ta’ oġġetti perikolużi mhux iddikjarati jew iddikjarati ħażin fil-merkanzija jew fil-posta; jew
tas-sejba ta’ oġġetti perikolużi li kienu qed jinġarru mill-passiġġieri jew mill-membri tal-ekwipaġġ, jew fil-bagalji tagħhom, meta dan ma jkunx skont il-Parti 8 tal-Istruzzjonijiet Tekniċi.
(f) L-operatur għandu jiżgura li l-passiġġieri jingħataw informazzjoni dwar l-oġġetti perikolużi skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi.
(g) L-operatur għandu jiżgura li fil-postijiet tal-aċċettazzjoni tal-merkanzija jingħataw avviżi b’informazzjoni dwar it-trasport tal-oġġetti perikolużi kif meħtieġ mill-Istruzzjonijiet Tekniċi.
CAT.GEN.MPA.205 Sistema ta' traċċar tal-inġenji tal-ajru — Ajruplani
Sa mhux aktar tard mis-16 ta' Diċembru 2018, bħala parti mis-sistema biex ikun hemm kontroll operattiv fuq it-titjiriet, l-operatur għandu jistabbilixxi u jżomm sistema ta' traċċar tal-inġenji tal-ajru li jkun fiha t-titjiriet eliġibbli għal (b) meta mwettqa bl-ajruplani li ġejjin:
ajruplani li għandhom massa ta' tluq massima ċċertifikata (MCTOM) aktar minn 27 000 kg, b'MOPSC iktar minn 19, u li nħarġilhom għall-ewwel darba ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà (CofA) individwali qabel is-16 ta' Diċembru 2018, mgħammra b'kapaċità li jipprovdu pożizzjoni addizzjonali għat-transponder tar-radar sekondarju ta' sorveljanza;
l-ajruplani kollha b'MCTOM iktar minn 27 000 kg, b'MOPSC iktar minn 19, u li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fis-16 ta' Diċembru 2018 jew wara; kif ukoll
l-ajruplani kollha b'MCTOM aktar minn 45 500 kg u li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fis-16 ta' Diċembru 2018 jew wara.
L-operatur għandu jissorvelja t-titjiriet mit-tlugћ sal-inżul, ħlief meta r-rotta pjanata jew ir-rotot ta' devjazzjoni pjanati jkunu inklużi b'mod sħiħ fi blokok tal-ispazju tal-ajru fejn:
normalment jingħata servizz ta' sorveljanza ATS li huwa appoġġat minn sistemi ta' sorveljanza ATC li jillokalizzaw l-inġenju tal-ajru f'intervalli ta' ħin b'tul ta' ħin xieraq; kif ukoll
l-operatur ikun ta lill-fornituri tas-servizz ta' navigazzjoni bl-ajru kompetenti l-informazzjoni meħtieġa ta' kuntatt.
CAT.GEN.MPA.210 Fejn ikun jinsab l-inġenju tal-ajru f'diffikultà — Ajruplani
L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b'mezzi awtomatiċi u robusti biex, wara li b'inċident l-ajruplan ikun ġarrab ħsara konsiderevoli, jiddeterminaw il-punt eżatt fejn tkun intemmet it-titjira:
l-ajruplani kollha b'MCTOM ta' iktar minn 27 000 kg, b'MOPSC ta' iktar minn 19 u li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Jannar 2023 jew wara;
l-ajruplani kollha b'MCTOM ta' aktar minn 45 500 kg u li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Jannar 2023 jew wara.
CAT.GEN.MPA.215 Programm ta' appoġġ
L-operatur għandu jippermetti, jiffaċilita u jiżgura l-aċċess għal programm ta' appoġġ proattiv u nonpunittiv li jgħin u jappoġġa lill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira biex jirrikonoxxu, jittrattaw u jegħlbu kwalunkwe problema li tista' taffettwa b'mod negattiv l-kapaċità tagħhom li jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom b'mod sikur. It-tali aċċess għandu jkun disponibbli għall-ekwipaġġ tat-titjira kollu.
Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tad-dejta għandha tkun prerekwiżit għal programm ta' appoġġ effikaċi minħabba li tħeġġeġ l-użu ta' programm bħal dan u tiżgura l-integrità tiegħu.
▼M14 —————
IS-SUBPARTI B
PROĊEDURI OPERATTIVI
TAQSIMA 1
Inġenji tal-ajru li jaħdmu bil-mutur
CAT.OP.MPA.100 Użu tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru
(a) L-operatur għandu jiżgura li:
is-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) x-xierqa għall-ispazju tal-ajru u r-regoli applikabbli tal-ajru jintużaw għat-titjiriet kollha kull meta dawn ikunu disponibbli;
l-istruzzjonijiet operattivi ta’ waqt it-titjira li jinvolvu bidla fil-pjan tat-titjira tal-ATS, fejn dan ikun possibbli, ikunu kkoordinati mal-unità x-xierqa tal-ATS qabel ma jiġu trażmessi lil inġenju tal-arju.
(b) Minkejja l-punt (a), l-użu tal-ATS mhuwiex meħtieġ, sakemm dan ma jkunx obbligatorju skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru, għal:
operazzjonijiet ta' titjir skont il-VFR li jsiru binhar, b'ajruplani ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna;
ħelikopters li għandhom MCTOM ta’ 3 175 kilogramma jew inqas u li jitħaddmu binhar fuq rotot innavigati b’referenza għal għeliem viżwali; jew
operazzjonijiet lokali bil-ħelikopter,
sakemm ikunu jistgħu jinżammu l-arranġamenti tas-servizzi ta’ tiftix u ta’ salvataġġ.
CAT.OP.MPA.101 Kontrolli u ssettjar tal-altimetru
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri għall-kontrolli tal-altimetru qabel kull tluq.
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri għall-issettjar tal-altimetru għall-fażijiet kollha tat-titjira, li għandhom iqisu l-proċeduri stabbiliti mill-Istat tal-ajrudrom jew mill-Istat tal-ispazju tal-ajru, jekk applikabbli.
CAT.OP.MPA.105 Użu ta’ ajrudromi u ta’ siti tal-operat
(a) L-operatur gћandu juża biss ajrudromi u siti tal-operat li jkunu xierqa gћat-tip(i) ta’ inġenji tal-ajru u ta’ operazzjoni(jiet) ikkonċernati.
(b) L-użu tas-siti tal-operat għandu japplika biss għal:
ajruplani ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna; u
għall-ħelikopters.
▼M20 —————
CAT.OP.MPA.107 Ajrudrom adegwat
L-operatur għandu jqis ajrudrom bħala wieħed xieraq jekk, fil-ħin li mistenni jintuża, l-ajrudrom ikun disponibbli u jkun mgħammar bis-servizzi sekondarji meħtieġa, bħalma huma s-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS), dawl suffiċjenti, il-komunikazzjonijiet, rapporti meteoroloġiċi, l-għajnuniet għan-navigazzjoni u s-servizzi ta’ emerġenza.
CAT.OP.MPA.110 Minimi operattivi tal-ajrudrom
L-operatur għandu jistabbilixxi l-minimi operattivi tal-ajrudrom għal kull tluq, ajrudrom tad-destinazzjoni jew ajrudrom alternattiv li huwa ppjanat li jintuża sabiex tiġi żgurata s-separazzjoni tal-inġenju tal-ajru minn terren u minn ostakli u biex jittaffa r-riskju ta’ telf ta’ referenzi viżwali matul il-parti viżwali tat-titjir tal-operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti.
Il-metodu użat biex jiġu stabbiliti l-minimi operattivi tal-ajrudrom għandu jqis l-elementi kollha li ġejjin:
it-tip, il-prestazzjoni u l-karatteristiċi tal-immaniġġar tal-inġenju tal-ajru;
it-tagħmir disponibbli fuq l-inġenju tal-ajru għall-finijiet tan-navigazzjoni, l-akkwist ta’ referenzi viżwali, u/jew il-kontroll tat-trajettorja tat-titjira matul it-tlugħ, l-avviċinament, l-inżul, u l-avviċinament mhux milħuq;
kwalunkwe kundizzjoni jew limitazzjoni ddikjarata fil-manwal tat-titjira tal-inġenju tal-ajru (AFM);
l-esperjenza operattiva rilevanti tal-operatur;
id-dimensjonijiet u l-karatteristiċi tar-runways jew taż-żoni ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali (FATOs) li jistgћu jintgћażlu biex jintużaw;
l-adegwatezza u l-prestazzjoni tal-għajnuna viżwali u mhux viżwali u l-infrastruttura disponibbli;
l-altitudni/l-gћoli tad-distanza mill-ostakli (OCA/H) gћall-proċeduri ta’ avviċinament bl-istrumenti (IAPs);
l-ostakli fiż-żoni ta’ tlugħ u l-marġni ta’ spazju meħtieġ;
il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tat-titjira, il-kompetenza u l-esperjenza tagћhom;
l-IAP;
il-karatteristiċi tal-ajrudrom u s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ANS) disponibbli;
kwalunkwe minimu li jista’ jiġi ppromulgat mill-Istat tal-ajrudrom;
il-kundizzjonijiet preskritti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet inkluż kwalunkwe approvazzjoni speċifika għal operazzjonijiet f’viżibbiltà baxxa (LVOs) jew operazzjonijiet bi krediti operattivi.
kwalunkwe karatteristika mhux standard tal-ajrudrom, tal-IAP jew tal-ambjent
L-operatur għandu jispeċifika metodu li bih jiġu stabbiliti l-minimi operattivi tal-ajrudrom fil-manwal tal-operat.
Il-metodu użat mill-operatur biex jistabbilixxi l-minimi operattivi tal-ajrudrom u kwalunkwe bidla għal dak il-metodu għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti.
CAT.OP.MPA.115 Teknika ta’ titjir għall-avviċinament — l-ajruplani
L-operazzjonijiet kollha ta’ avviċinament għandhom isiru bħala operazzjonijiet ta’ avviċinament stabbilizzat, sakemm ma jkunx ġie approvat mod ieħor mill-awtorità kompetenti għal avviċinament partikulari għal runway partikulari.
It-teknika tal-avviċinament finali bi nżul kontinwu (CDFA) għandha tintuża għall-operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-użu ta’ proċeduri ta’ avviċinament mhux ta’ preċiżjoni (NPA) ħlief għal tali runways partikolari li għalihom l-awtorità kompetenti tkun approvat teknika oħra ta’ titjir.
▼M9 —————
CAT.OP.MPA.125 Proċeduri tat-tluq u tal-avviċinament bi strument
(a) L-operatur għandu jiżgura li jintużaw il-proċeduri tat-tluq u tal-avviċinament bi strument stabbiliti mill-Istat tal-ajrudrom.
(b) Minkejja l-punt (a), il-kmandant jista’ jaċċetta awtorizzazzjoni tal-ATC biex jiddevja minn rotta tat-tluq jew tal-wasla ppubblikata, sakemm jitћarsu l-kriterji tad-distanza mill-ostakli u jitqiesu b’mod sћiћ il-kundizzjonijiet operattivi. Fi kwalunkwe każ, l-avviċinament finali għandu jsir b’mod viżwali jew skont il-proċeduri ta’ avviċinament bi strument stabbiliti.
(c) Minkejja l-punt (a), l-operatur jista’ juża proċeduri differenti minn dawk imsemmija fil-punt (a) jekk dawn ikunu ġew approvati mill-Istat fejn jinsab l-ajrudrom u jkunu speċifikati fil-manwal tal-operat.
CAT.OP.MPA.126 Navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni
Meta tkun meħtieġa navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN) għar-rotta jew għall-proċedura li għandha tiġi segwita fl-ajru, l-operatur għandu jiżgura li:
l-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni PBN rilevanti hija ddikjarata fl-AFM jew f'dokument ieħor li jkun ġie approvat mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni bħala parti mill-valutazzjoni tal-ajrunavigabbiltà jew tkun ibbażata fuq approvazzjoni simili; kif ukoll
l-inġenju tal-ajru jiġi operat f'konformità mal-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni rilevanti u mal-limitazzjonijiet tal-AFM jew xi dokument ieħor imsemmi hawn fuq.
CAT.OP.MPA.130 Proċeduri għat-tnaqqis tal-istorbju — l-ajruplani
(a) Ħlief għall-operazzjonijiet ta' titjir skont il-VFR b'ajruplani ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, l-operatur għandu jistabbilixxi l-proċeduri operattivi xierqa ta' tluq u ta' nżul/avviċinament għal kull tip ta' ajruplan, filwaqt li jqis il-ħtieġa li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-effetti tal-istorbju maħluq mill-inġenju tal-ajru.
(b) Il-proċeduri għandhom:
jiżguraw li s-sikurezza tingħata iktar prijorità mit-tnaqqis tal-istorbju; u
ikunu jistgħu jitħaddmu b’mod sempliċi u sikur, mingħajr żieda sinifikanti fl-ammont ta’ xogħol tal-ekwipaġġ waqt il-fażijiet kritiċi tat-titjira.
CAT.OP.MPA.131 Proċeduri għat-tnaqqis tal-istorbju — l-ħelikopters
(a) L-operatur għandu jiżgura li l-proċeduri ta’ tlugħ u ta’ nżul iqisu l-ħtieġa li jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-effetti tal-istorbju maħluq mill-ħelikopter.
(b) Il-proċeduri għandhom:
jiżguraw li s-sikurezza tingħata iktar prijorità mit-tnaqqis tal-istorbju; u
ikunu jistgħu jitħaddmu b’mod sempliċi u sikur, mingħajr żieda sinifikanti fl-ammont ta’ xogħol tal-ekwipaġġ waqt il-fażijiet kritiċi tat-titjira.
CAT.OP.MPA.135 Rotot u żoni tal-operat — punti ġenerali
(a) L-operatur għandu jiżgura li l-operazzjonijiet jitwettqu biss tul ir-rotot, jew fiż-żoni, li għalihom:
jiġu pprovduti faċilitajiet ibbażati fl-ispazju, faċilitajiet u servizzi fuq l-art, inklużi servizzi meteoroloġiċi, li jkunu xierqa għall-operazzjoni ppjanata;
il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru tkun adegwata biex tikkonforma mar-rekwiżiti minimi tal-altitudni ta’ titjira;
it-tagħmir tal-inġenju tal-ajru jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-operazzjoni ppjanata; u
ikunu disponibbli mapep u ċarts xierqa.
(b) L-operatur għandu jiżgura li l-operazzjonijiet jitwettqu skont kwalunkwe restrizzjoni fuq ir-rotot jew fuq iż-żoni tal-operat li jkunu speċifikati mill-awtorità kompetenti.
(c) il-punt (a)(1) m'għandux japplika għall-operazzjonijiet ta' titjir skont il-VFR li jsiru binhar, b'inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, fuq titjiriet li jitilqu minn ajrudrom u jinżlu fl-istess ajrudrom jew fl-istess sit tal-operat.
CAT.OP.MPA.136 Rotot u żoni ta' operazzjoni — ajruplani b'magna waħda
Sakemm ma jkunx approvat mill-awtorità kompetenti skont l-Anness V (il-Parti-SPA), is-Subparti L — OPERAZZJONIJIET TA' AJRUPLANI B'MAGNA WAĦDA BIT-TURBINI BILLEJL JEW F'IMC (SET-IMC), l-operatur għandu jiżgura li l-operazzjonijiet ta' ajruplani b'magna waħda jitwettqu biss tul rotot, jew f'żoni, fejn ikun hemm uċuħ ta' art disponibbli li fuqhom jista' jitwettaq inżul ta' emerġenza sikur.
CAT.OP.MPA.137 Rotot u żoni tal-operat — il-ħelikopters
L-operatur għandu jiżgura li:
għall-ħelikopters li jitħaddmu fil-kategorija tal-prestazzjoni 3, ikun hemm uċuħ disponibbli li fuqhom jista’ jitwettaq inżul ta’ emerġenza sikur, ħlief meta l-ħelikopter ikollu approvazzjoni sabiex jopera skont il-punt CAT.POL.H.420;
għall-ħelikopters li jitħaddmu fil-kategorija tal-prestazzjoni 3 u li jwettqu operazzjonijiet ta’ “tranżitu mal-kosta”, il-manwal tal-operat jinkludi proċeduri li jiżguraw li l-wisa’ tal-kuritur ta’ mal-kosta, u t-tagħmir ittrasportat, ikunu konsistenti mal-kundizzjonijiet li jkun hemm dak il-ħin.
CAT.OP.MPA.140 Distanza massima minn ajrudrom xieraq għall-ajruplani b’żewġ magni mingħajr approvazzjoni tal-ETOPS
(a) Sakemm ma jkunx approvat mill-awtorità kompetenti skont is-Subparti F tal-Anness V (il-Parti-SPA), l-operatur m'għandux iħaddem ajruplan b'żewġ magni fuq rotta li jkollha punt aktar 'il bogħod minn ajrudrom xieraq, f'kundizzjonijiet standard ta' arja kalma, mid-distanza xierqa għat-tip ta' ajruplan partikolari fost dawn li ġejjin:
għal ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni A b'konfigurazzjoni operazzjonali massima ta' passiġġieri bil-qiegħda (MOPSC) ta' 20 sit jew aktar, id-distanza koperta f'60 minuta bil-veloċità ta' cruising b'magna waħda wieqfa (OEI) stabbilita skont il-punt (b);
għal ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni A b'MOPSC ta' 19-il sit jew inqas, id-distanza koperta f'perjodu ta' 120 minuta jew, suġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, f'perjodu sa 180 minuta għall-ajruplani b'magni turboġett, f'veloċità ta' cruising b'OEI, stabbilita skont il-punt (b);
għall-ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B jew C, skont liema tkun inqas:
id-distanza koperta f'perjodu ta' 120 minuta f'veloċità ta' cruising b'OEI, stabbilita skont il-punt (b);
300 NM.
(b) L-operatur għandu jistabbilixxi veloċità għall-kalkolu tad-distanza massima lejn ajrudrom xieraq għal kull tip jew varjant ta’ ajruplan b’żewġ magni mħaddem, li ma taqbiżx il-VMO (il-veloċità massima operattiva), u li tkun ibbażata fuq il-veloċità reali tal-ajru li l-ajruplan jista’ jżomm meta jkollu magna waħda wieqfa.
(c) L-operatur gћandu jinkludi d-dejta li ġejja, li hija speċifika gћal kull tip jew varjant, fil-manwal tal-operat:
il-veloċità regolari b’OEI stabbilita; u
id-distanza massima stabbilita minn ajrudrom xieraq.
(d) Sabiex jikseb l-approvazzjoni msemmija fil-punt (a)(2), l-operatur għandu jipprovdi evidenza li:
ġew stabbiliti proċeduri għall-ippjanar u l-bgħit tat-titjira;
ġew stabbiliti struzzjonijiet speċifiċi tal-manutenzjoni u proċeduri biex jiġu żgurati l-livelli intenzjonati tal-ajrunavigabbiltà u tal-affidabilità kontinwa tal-ajruplan inklużi l-magni tiegħu u dawn ġew inklużi fil-programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru tal-operatur skont l-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, fosthom:
programm ta' konsum taż-żejt tal-magna;
programm ta' monitoraġġ tal-kondizzjoni tal-magna.
CAT.OP.MPA.145 Twaqqif tal-valuri minimi tal-altitudni tat-titjira
(a) Għall-partijiet kollha tar-rotta li fihom għandu jtir l-inġenju tal-ajru, l-operatur għandu jistabbilixxi:
il-valuri minimi tal-altitudni tat-titjira li jipprovdu d-distanza meћtieġa mill-art, filwaqt li jqis ir-rekwiżiti tas-Subparti C; u
metodu għall-ekwipaġġ tat-titjira biex bih jistabbilixxi dawk il-valuri tal-altitudni.
(b) Il-metodu biex jiġu stabbiliti l-valuri minimi tal-altitudni tat-titjira għandu jkun approvat mill-awtorità kompetenti.
(c) Fejn il-valuri minimi tal-altitudni tat-titjira stabbiliti mill-operatur u minn Stat li fuqu tkun se tgħaddi t-titjira jkunu differenti, gћandhom japplikaw l-ogћla valuri.
CAT.OP.MPA.150 SPAZJU MĦOLLI VOJT APPOSTA
▼M20 —————
CAT.OP.MPA.155 Ġarr ta’ kategoriji speċjali ta’ passiġġieri (SCPs)
(a) Persuni li jeħtieġu kundizzjonijiet, assistenza u/jew tagħmir speċjali meta jinġarru fuq titjira għandhom jitqiesu bħala SCPs, inklużi, mill-inqas:
il-persuni b’mobbiltà mnaqqsa (PMMs) li, mingħajr ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1107/2006, huma meqjusin li huma kwalunkwe persuna li l-mobbiltà tagħha hija mnaqqsa minħabba kwalunkwe diżabbiltà fiżika, sensorja jew lokomotorja, permanenti jew temporanja, diżabbiltà jew indeboliment intellettwali, u minħabba kwalunkwe kawża oħra ta’ diżabbiltà, jew minħabba l-età;
it-trabi u t-tfal mhux akkumpanjati; u
il-persuni deportati, il-passiġġieri li mhumiex ammissibbli jew il-priġunieri li jkunu fil-kustodja tal-pulizija.
(b) Is-SCPs għandhom jinġarru b’kundizzjonijiet li jiżguraw is-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-okkupanti tiegħu skont il-proċeduri stabbiliti mill-operatur.
(c) Is-SCPs la għandhom jingħataw, u lanqas m’għandhom jokkupaw, sits li jagħtu aċċess dirett għall-ħruġ tal-emerġenza jew sits fejn il-preżenza tagћhom tista’:
tfixkel lill-membri tal-ekwipaġġ fil-qadi tal-kompiti tagħhom;
tostakola l-aċċess gћat-tagћmir tal-emerġenza; jew
tfixkel l-evakwazzjoni tal-inġenju tal-ajru f’każ ta’ emerġenza.
(d) Il-kmandant għandu jkun mgħarraf minn qabel meta xi SCPs jkunu se jinġarru abbord.
CAT.OP.MPA.160 Stivar tal-bagalji u tal-merkanzija
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri sabiex jiżgura li:
fil-kompartiment tal-passiġġieri jittieħdu biss bagalji tal-idejn li jistgħu jiġu stivati b’mod xieraq u sikur; u
li l-bagalji u l-merkanzija kollha abbord li jistgћu jikkawżaw ћsara jew dannu, jew li jistgħu jostakolaw il-kurituri u l-ћruġ jekk ikunu mċaqalqa, jiġu stivati b’mod li jkun evitat kwalunkwe ċaqliq tagħhom.
CAT.OP.MPA.165 Għoti ta’ sits lill-passiġġieri
L-operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex jiżgura li l-passiġġieri jitpoġġew bilqiegћda f’sits fejn, f’każ li jkun hemm bżonn ta’ evakwazzjoni ta’ emerġenza, dawn ikunu jistgћu jgћinu u mhux ifixklu l-evakwazzjoni tal-inġenju tal-ajru.
CAT.OP.MPA.170 Għoti ta’ informazzjoni lill-passiġġieri
L-operatur għandu jiżgura li l-passiġġieri:
jingħataw informazzjoni u jintwerew l-affarijiet marbutin mas-sikurezza f’forma li tiffaċilita l-applikazzjoni tal-proċeduri applikabbli f’każ ta’ emerġenza; u
jingћataw karta bl-informazzjoni dwar is-sikurezza, li fuqha jkun hemm struzzjonijiet mogħtija f'forma ta' stampi, li jindikaw kif għandhom jitħaddmu t-tagћmir ta' sikurezza u emerġenza u l-ћruġ ta' emerġenza li x'aktarx jintużaw mill-passiġġieri.
CAT.OP.MPA.175 Preparazzjoni tat-titjira
(a) Għandu jitfassal pjan operattiv tat-titjira għal kull titjira ppjanata, li għandu jkun ibbażat fuq kunsiderazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru, fuq limitazzjonijiet operattivi oħrajn u fuq il-kundizzjonijiet rilevanti li mistennija jkun hemm fuq ir-rotta li għandha tiġi segwita u fl-ajrudromi/is-siti tal-operat ikkonċernati.
(b) It-titjira m’gћandhiex tibda sakemm il-kmandant ma jkunx issodisfat:
li jista’ jkun hemm konformità mal-affarijiet kollha stipulati fil-punt 2.a.3 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 dwar l-ajrunavigabbiltà u r-reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru, tal-istrumenti u t-tagħmir, tal-post tal-massa u taċ-ċentru tal-gravità (CG), tal-bagalji u tal-merkanzija u l-limitazzjonijiet operattivi tal-inġenju tal-ajru;
li l-inġenju tal-ajru jkun qed jitħaddem skont id-dispożizzjonijiet mogħtija fil-lista ta’ devjazzjonijiet tal-konfigurazzjoni (CDL);
li l-partijiet tal-manwal tal-operat li jkunu meћtieġa biex titwettaq it-titjira jkunu disponibbli;
li d-dokumenti, l-informazzjoni addizzjonali u l-formoli li jridu jkunu disponibbli skont il-punt CAT.GEN.MPA.180 ikunu abbord;
li l-mapep attwali, iċ-ċarts u d-dokumentazzjoni assoċjata magħhom jew id-dejta ekwivalenti jkunu disponibbli biex ikopru l-operazzjoni ppjanata tal-inġenju tal-ajru, inkluż kwalunkwe devjazzjoni li tista’ tkun mistennija b’mod raġonevoli;
faċilitajiet ibbażati fl-ispazju, faċilitajiet u servizzi fuq l-art meћtieġa gћat-titjira ppjanata jkunu disponibbli u xierqa;
li, għat-titjira ppjanata, jista’ jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet speċifikati fil-manwal tal-operat għall-fjuwil/għall-enerġija, iż-żejt, l-ossiġenu, l-altitudni minima sikura, il-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom u d-disponibbiltà ta’ ajrudromi alternattivi, fejn dan ikun meħtieġ;
kwalunkwe bażi tad-dejta tan-navigazzjoni meħtieġa għal navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni tkun xierqa u aġġornata; kif ukoll
li jista’ jkun hemm konformità ma’ kwalunkwe limitazzjoni operattiva addizzjonali oħra.
(c) Minkejja l-punt (a), mhux meħtieġ pjan operattiv tat-titjira għall-operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR li jsiru:
b'ajruplani ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, li jitilqu minn ajrudrom u jinżlu fl-istess ajrudrom jew fl-istess sit tal-operat; jew
b’ħelikopters li għandhom MCTOM ta’ 3 175 kilogramma jew inqas u li jitħaddmu binhar fuq rotot innavigati b’referenza għal għeliem viżwali f’żona lokali kif speċifikat fil-manwal tal-operat.
CAT.OP.MPA.177 Tressiq tal-pjan tat-titjira tal-ATS
Jekk pjan tat-titjira tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) ma jkunx ippreżentat għaliex mhuwiex meħtieġ mir-regoli tal-ajru, għandha tiġi ddepożitata informazzjoni adegwata sabiex is-servizzi ta’ twissija jkunu jistgħu jiġu attivati jekk ikun hemm bżonn.
Meta jkun qed jaħdem minn sit minn fejn ikun impossibbli li jintbagħat pjan tat-titjira tal-ATS, il-kmandant jew l-operatur għandu jittrażmetti l-pjan tat-titjira tal-ATS mill-iktar fis possibbli wara t-tlugħ.
CAT.OP.MPA.180 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — l-ajruplani
L-operatur għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm sistema tal-fjuwil/tal-enerġija li:
tkun xierqa għat-tip(i) ta’ operazzjoni mwettqa;
tikkorrispondi għall-kapaċità tal-operatur li jappoġġa l-implimentazzjoni tagħha; u
hija jew:
skema bażika tal-fjuwil/tal-enerġija, li għandha tifforma l-bażi għal skema bażika tal-fjuwil/tal-enerġija b’varjazzjonijiet u skema individwali tal-fjuwil/tal-enerġija; l-iskema bażika tal-fjuwil/tal-enerġija ġejja minn analiżi fuq skala kbira tad-data dwar is-sikurezza u operazzjonali mill-prestazzjoni u mill-esperjenza preċedenti tal-industrija, bl-applikazzjoni tal-prinċipji xjentifiċi; l-iskema bażika tal-fjuwil/tal-enerġija għandha tiżgura, f’din l-ordni, tħaddim sikur, effettiv u effiċjenti tal-inġenju tal-ajru; jew
skema bażika tal-fjuwil/tal-enerġija b’varjazzjonijiet, li hija skema bażika tal-fjuwil/tal-enerġija fejn tintuża l-analiżi msemmija fil-punt (i) sabiex tiġi stabbilita varjazzjoni għall-iskema bażika tal-fjuwil/tal-enerġija li tiżgura, f’din l-ordni, tħaddim sikur, effettiv u effiċjenti tal-inġenju tal-ajru; jew
skema individwali tal-fjuwil/tal-enerġija, li tirriżulta minn analiżi komparattiva tad-data dwar is-sikurezza u operazzjonali tal-operatur, bl-applikazzjoni tal-prinċipji xjentifiċi; l-analiżi tintuża sabiex tiġi stabbilita skema tal-fjuwil/tal-enerġija b’livell ogħla jew ekwivalenti ta’ sikurezza għal dak tal-iskema bażika tal-fjuwil/tal-enerġija li tiżgura, f’din l-ordni, tħaddim sikur, effettiv u effiċjenti tal-inġenju tal-ajru.
L-iskemi kollha tal-fjuwil/tal-enerġija għandhom jinkludu:
politika dwar l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira;
politika dwar l-għażla tal-ajrudrom; u
politika ta’ ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira.
L-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija u kwalunkwe bidla fiha għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.
Meta l-operatur ikollu l-ħsieb li japplika għal skema individwali tal-fjuwil/tal-enerġija, huwa għandu:
jistabbilixxi prestazzjoni tas-sikurezza tal-linja bażi tal-iskema attwali tiegħu tal-fjuwil/tal-enerġija;
juri l-kapaċità tiegħu li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-iskema individwali proposta tal-fjuwil/tal-enerġija, inkluża l-kapaċità li jeżerċita kontroll operazzjonali adegwat u li jiżgura l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza bejn il-persunal ta’ kontroll operazzjonali u l-ekwipaġġ tat-titjira; u
jagħmel valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza li turi kif jinkiseb livell ekwivalenti ta’ sikurezza għal dak tal-iskema attwali tal-fjuwil/enerġija.
CAT.OP.MPA.181 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u politika dwar l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira — l-ajruplani
L-operatur għandu:
jistabbilixxi politika dwar l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u dwar l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira bħala parti mill-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija;
jiżgura li l-ajruplan iġorr ammont suffiċjenti ta’ fjuwil/ta’ enerġija li tista’ tintuża sabiex titlesta t-titjira ppjanata b’mod sikur u sabiex ikun hemm lok għal devjazzjonijiet mill-operazzjoni ppjanata;
jiżviluppa proċeduri għall-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u għall-politika dwar l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira li għandhom ikunu inklużi fil-manwal tal-operat.
jiżgura li l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija tat-titjira jkun ibbażat fuq:
id-data attwali speċifika għall-inġenju tal-ajru derivata minn sistema ta’ monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija jew, jekk ma tkunx disponibbli;
data mogħtija mill-manifattur tal-ajruplan.
L-operatur għandu jiżgura li l-ippjanar tat-titjiriet jinkludi l-kundizzjonijiet operattivi li fihom għandha titwettaq it-titjira; il-kundizzjonijiet operattivi għandhom jinkludu tal-anqas:
id-data dwar il-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija tal-inġenju tal-ajru;
il-mases antiċipati;
il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi antiċipati;
l-effetti tal-oġġetti ta’ manutenzjoni differita u/jew tad-devjazzjonijiet tal-konfigurazzjoni;
ir-rotot u r-runways tat-tluq u tal-wasla mistennijin; u
id-dewmien antiċipat.
L-operatur għandu jiżgura li l-kalkolu ta’ qabel it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża u li hija meħtieġa għal titjira jkun jinkludi:
il-fjuwil/l-enerġija tat-taxiing li ma għandhomx ikunu inqas mill-ammont mistenni li jintuża qabel it-tlugħ;
il-fjuwil/l-enerġija tal-vjaġġ li għandha tkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li huwa meħtieġ sabiex l-ajruplan ikun jista’ jtir mit-tlugħ, jew mill-punt tal-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira, sal-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni;
fjuwil/enerġija ta’ kontinġenza li għandhom ikunu l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija meħtieġ sabiex jikkumpensa għal fatturi mhux previsti;
fjuwil/enerġija alternattiva tad-destinazzjoni:
meta titjira titħaddem b’mill-inqas ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni wieħed, dan għandu jkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija meħtieġ għat-titjir mill-ajrudrom tad-destinazzjoni sal-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni; jew
meta titjira titħaddem mingħajr ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni, għandu jkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija meħtieġ li jinżamm fl-ajrudrom tad-destinazzjoni, filwaqt li jippermetti lill-ajruplan iwettaq inżul sikur, u jippermetti devjazzjonijiet mill-operat ippjanat; bħala minimu, dan l-ammont għandu jkun fjuwil/enerġija għal 15-il minuta bil-veloċità tal-istennija biex imissu jillandja (holding speed) f’1 500 pied (450 m) ’il fuq mill-elevazzjoni tal-ajrudrom f’kundizzjonijiet standard, ikkalkolat skont il-massa stmata tal-ajruplan mal-wasla fl-ajrudrom tad-destinazzjoni;
il-fjuwil/l-enerġija finali ta’ riżerva li għandha tkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jiġi kkalkolat bil-veloċità tal-istennija biex imissu jillandja (holding speed) f’1 500 pied (450 m) ’il fuq mill-elevazzjoni tal-ajrudrom f’kundizzjonijiet standard skont il-massa stmata tal-ajruplan mal-wasla fl-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni, jew fl-ajrudrom tad-destinazzjoni meta ma jkun meħtieġ l-ebda ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni, u ma għandux ikun inqas minn:
għall-ajruplani b’magni bil-pistuni, il-fjuwil/l-enerġija għal titjir għal 45 minuta; jew
għall-ajruplani b’magni bit-turbina, il-fjuwil/l-enerġija għal titjir għal 30 minuta;
il-fjuwil/l-enerġija addizzjonali, jekk tkun meħtieġa għat-tip ta’ operazzjoni speċifika; għandu jkun l-ammont tal-fjuwil/tal-enerġija li jippermetti li l-ajruplan jinżel f’ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta tal-fjuwil/tal-enerġija (xenarju kritiku tal-ajrudrom ERA tal-fjuwil/tal-enerġija) fil-każ ta’ ħsara fl-inġenju tal-ajru li żżid b’mod sinifikanti l-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija fl-aktar punt kritiku tul ir-rotta; dan il-fjuwil/din l-enerġija addizzjonali hija meħtieġa biss jekk l-ammont minimu ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jiġi kkalkolat skont il-punti (c)(2) sa (c)(5) ma jkunx biżżejjed għal avveniment bħal dan;
fjuwil/enerġija żejda biex jitqiesu d-dewmien antiċipat jew ir-restrizzjonijiet operazzjonali speċifiċi; u
il-fjuwil/l-enerġija diskrezzjonali, jekk il-kmandant jesiġi dan.
L-operatur għandu jiżgura li l-proċeduri ta’ ppjanar mill-ġdid waqt it-titjira għall-kalkolu tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża u li tkun meħtieġa meta titjira tipproċedi tul rotta jew lejn ajrudrom tad-destinazzjoni li ma jkunux dawk oriġinarjament ippjanati jinkludu l-punti (c)(2) sa (c)(7).
CAT.OP.MPA.182 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — politika dwar l-għażla tal-ajrudrom — l-ajruplani
Fl-istadju tal-ippjanar, l-operatur għandu jiżgura li ladarba t-titjira tkun bdiet, ikun hemm ċertezza raġonevoli li jkun hemm disponibbli ajrudrom fejn jista’ jsir inżul sikur fil-ħin stmat tal-użu ta’ dak l-ajrudrom.
Fl-istadju tal-ippjanar, sabiex ikun jista’ jsir inżul sikur f’każ ta’ sitwazzjoni anormali jew ta’ emerġenza wara t-tlugħ, l-operatur għandu jagħżel u jispeċifika fil-pjan operattiv tat-titjira ajrudrom alternattiv għat-tlugħ jekk jew:
il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi fl-ajrudrom tat-tluq ikunu anqas mill-valuri minimi stabbiliti tal-inżul fl-ajrudrom tal-operatur għal dik l-operazzjoni; jew
ikun impossibbli li jsir ritorn lejn l-ajrudrom tat-tluq għal raġunijiet oħra.
L-ajrudrom alternattiv għat-tlugħ għandu jkun jinsab f’distanza mill-ajrudrom tat-tluq li timminimizza r-riskju ta’ esponiment għal sitwazzjonijiet anormali jew ta’ emerġenza potenzjali. Meta jagħżel l-ajrudrom alternattiv għat-tlugħ, l-operatur għandu jqis tal-inqas dawn li ġejjin:
il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi attwali u mbassra;
id-disponibbiltà u l-kwalità tal-infrastruttura tal-ajrudrom;
il-kapaċitajiet tan-navigazzjoni u tal-inżul tal-inġenju tal-ajru f’kundizzjonijiet anormali jew ta’ emerġenza, filwaqt li jqis ir-ridondanza tas-sistemi kritiċi; u
l-approvazzjonijiet miżmuma (eż. operazzjonijiet fuq distanza estiża li jsiru b’ajruplani b’żewġ magni (ETOPS), operazzjoni b’viżibilità baxxa (LVO), eċċ.).
Fl-istadju tal-ippjanar, għal kull titjira li ssir skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR), l-operatur għandu jagħżel u jispeċifika fil-pjanijiet tat-titjira operazzjonali u tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) ajrudrom wieħed jew aktar sabiex ikunu disponibbli żewġ għażliet ta’ nżul sikur matul operazzjoni normali meta:
jasal fl-ajrudrom tad-destinazzjoni; jew
jilħaq il-punt ta’ ebda ritorn, għal kwalunkwe ajrudrom ERA tal-fjuwil/tal-enerġija disponibbli matul operazzjonijiet iżolati tal-ajrudrom; titjira lejn ajrudrom iżolat ma għandhiex titkompla lil hinn mill-punt ta’ ebda ritorn sakemm valutazzjoni attwali tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, tat-traffiku, u ta’ kundizzjonijiet operazzjonali oħra ma tindikax li jista’ jsir inżul sikur fl-ajrudrom tad-destinazzjoni fil-ħin stmat tal-użu.
L-operatur għandu jikseb approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti għall-użu ta’ ajrudrom iżolat bħala ajrudrom tad-destinazzjoni.
L-operatur għandu jipprovdi marġini xierqa ta’ sikurezza għall-ippjanar tat-titjira sabiex iqis deterjorament possibbli tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mbassra disponibbli fil-ħin stmat tal-inżul.
Għal kull titjira IFR, l-operatur għandu jiżgura li jkun hemm biżżejjed mezzi disponibbli biex jinnaviga u jinżel fl-ajrudrom tad-destinazzjoni jew fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni fil-każ ta’ telf ta’ kapaċità għall-operazzjonijiet maħsubin tal-avviċinament jew tal-inżul.
CAT.OP.MPA.185 Skema tal-fjuwil/enerġija — politika dwar il-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija matul it-titjira — l-ajruplani
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri għall-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira li jiżguraw:
validazzjoni kontinwa tas-suppożizzjonijiet li saru matul l-istadju tal-ippjanar (ippjanar mill-ġdid ta’ qabel it-titjira jew waqt it-titjira, jew it-tnejn);
l-analiżi mill-ġdid u l-aġġustament, jekk neċessarji;
li l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jistgħu jintużaw li jifdal abbord ikun protett u mhux inqas mill-fjuwil/mill-enerġija meħtieġa sabiex isir proċediment lejn ajrudrom fejn jista’ jsir inżul sikur; u
għandha tiġi rreġistrata d-data rilevanti dwar il-fjuwil/l-enerġija għall-finijiet tal-punti (1), (2), u (3).
L-operatur għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li jirrikjedu lill-kmandant jikseb informazzjoni dwar id-dewmien minn sors affidabbli meta ċirkostanzi mhux previsti jkunu jistgħu jirriżultaw fl-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni b’inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali flimkien ma’ kwalunkwe:
fjuwil/enerġija biex isir proċediment lejn ajrudrom alternattiv, jekk ikun meħtieġ; jew
fjuwil/enerġija meħtieġa biex isir proċediment lejn ajrudrom iżolat.
Il-kmandant għandu jagħti pariri lill-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) dwar stat “fjuwil/enerġija minima” billi jiddikjara “FJUWIL MINIMU” meta l-kmandant ikun:
ħa impenn li jinżel f’ajrudrom speċifiku; u
ikkalkola li kwalunkwe bidla fl-awtorizzazzjoni eżistenti għal dak l-ajrudrom tista’ tirriżulta fi nżul b’inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.
Il-kmandant għandu jiddikjara sitwazzjoni ta’ “emerġenza tal-fjuwil/tal-enerġija” billi jibgħat “MAYDAY MAYDAY MAYDAY FUEL” meta l-fjuwil/l-enerġija li tista’ tintuża li tiġi kkalkolata bħala disponibbli mal-inżul fl-eqreb ajrudrom fejn ikun jista’ jsir inżul sikur tkun inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.
▼M20 —————
CAT.OP.MPA.190 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — il-ħelikopters
L-operatur għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm sistema tal-fjuwil/tal-enerġija li tinkludi:
politika dwar l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira; u
politika ta’ ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira.
L-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija għandha:
tkun xierqa għat-tip(i) ta’ operazzjoni mwettqa; u
tikkorrispondi għall-kapaċità tal-operatur li jappoġġa l-implimentazzjoni tagħha.
L-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija u kwalunkwe bidla fiha għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.
CAT.OP.MPA.191 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — Ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u politika dwar l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira — il-ħelikopters
Bħala parti mill-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija, l-operatur għandu jistabbilixxi politika dwar l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u dwar l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija sabiex jiżgura li l-inġenju tal-ajru jġorr ammont suffiċjenti ta’ fjuwil/ta’ enerġija li tista’ tintuża biex ilesti t-titjira ppjanata b’mod sikur u biex jagħti lok għal devjazzjonijiet mill-operazzjoni ppjanata.
L-operatur għandu jiżgura li l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija tat-titjiriet ikun ibbażat, mill-inqas, fuq l-elementi li ġejjin:
il-proċeduri inklużi fil-manwal tal-operat kif ukoll:
id-data attwali speċifika għall-inġenju tal-ajru li tkun ġejja minn sistema għall-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija; jew
id-data mogħtija mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru; u
il-kundizzjonijiet operattivi li fihom għandha titwettaq it-titjira, li jinkludu:
id-data dwar il-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija tal-inġenju tal-ajru;
il-mases antiċipati;
il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi antiċipati;
l-effetti tal-oġġetti ta’ manutenzjoni differita jew tad-devjazzjonijiet tal-konfigurazzjoni, jew it-tnejn; u
il-proċeduri u r-restrizzjonijiet introdotti mill-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru.
L-operatur għandu jiżgura li l-kalkolu ta’ qabel it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża u li hija meħtieġa għal titjira jkun jinkludi:
il-fjuwil/l-enerġija tat-taxiing, li ma għandhomx ikunu inqas mill-ammont mistenni li jintuża qabel it-tlugħ;
il-fjuwil/l-enerġija tal-vjaġġ;
il-fjuwil/l-enerġija ta’ kontinġenza;
il-fjuwil/l-enerġija alternattiva tad-destinazzjoni jekk ikun meћtieġ ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni;
il-fjuwil/l-enerġija ta’ riżerva finali, li ma għandhiex tkun inqas minn:
jekk it-titjir isir skont ir-regoli tat-titjir viżwali (VFR) u n-navigazzjoni ssir matul il-jum b’referenza għal għeliem viżwali, il-fjuwil/l-enerġija għal 20 minuta bil-veloċità ta’ awtonomija massima (best-range speed); jew
jekk it-titjir isir skont il-VFR u n-navigazzjoni ssir b’mezzi oħra għajr b’referenza għal għeliem viżwali jew billejl, il-fjuwil/l-enerġija għal 30 minuta bil-veloċità ta’ awtonomija massima; jew
jekk it-titjir isir skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR), il-fjuwil/l-enerġija għal 30 minuta bil-veloċità tal-istennija biex imissu jillandja (holding speed) f’1 500 pied (450 m) ’il fuq mill-elevazzjoni tal-ajrudrom f’kundizzjonijiet standard, ikkalkolati skont il-massa stmata tal-ħelikopter mal-wasla fl-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni jew fl-ajrudrom tad-destinazzjoni meta ma jkun meħtieġ l-ebda ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni;
fjuwil/enerġija żejda biex jitqiesu d-dewmien antiċipat jew ir-restrizzjonijiet operazzjonali speċifiċi; u
il-fjuwil/l-enerġija diskrezzjonali, jekk il-kmandant jesiġi dan.
L-operatur għandu jiżgura li jekk titjira jkollha tipproċedi tul rotta jew lejn ajrudrom tad-destinazzjoni għajr dawk ippjanati oriġinarjament, il-proċeduri ta’ ppjanar mill-ġdid waqt it-titjira għall-kalkolu tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża meħtieġa jinkludu:
il-fjuwil/l-enerġija tal-vjaġġ għall-bqija tat-titjira;
il-fjuwil/l-enerġija ta’ riżerva li tikkonsisti f’dawn:
il-fjuwil/l-enerġija ta’ kontinġenza;
il-fjuwil/l-enerġija alternattiva jekk ikun meћtieġ ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni;
il-fjuwil/l-enerġija tar-riżerva finali; u
il-fjuwil/l-enerġija addizzjonali, jekk tkun meћtieġa għat-tip ta’ operazzjoni speċifika;
fjuwil/enerġija żejda biex jitqiesu d-dewmien antiċipat jew ir-restrizzjonijiet operazzjonali speċifiċi; u
il-fjuwil/l-enerġija diskrezzjonali, jekk il-kmandant jesiġi dan.
Bħala alternattiva għall-punti (b) sa (d), għal ħelikopters li għandhom massa massima ċċertifikata waqt it-tlugħ (MCTOM) ta’ 3 175 kg jew inqas, li jtiru matul il-jum u fuq rotot innavigati b’referenza għal għeliem viżwali, jew għal operazzjonijiet lokali tal-ħelikopters (LHO), il-politika dwar il-fjuwil/l-enerġija għandha tiżgura li mat-tlestija tat-titjira, jew tas-serje ta’ titjiriet, il-fjuwil/l-enerġija ta’ riżerva finali hija biżżejjed għal:
30 minuta ta’ titjir b’veloċità ta’ awtonomija massima; jew
20 minuta ta’ titjir b’veloċità ta’ awtonomija massima, jekk l-operazzjoni ssir f’żona li tipprovdi siti tal-operat kontinwi u adattati.
CAT.OP.MPA.192 Għażla tal-ajrudromi u tas-siti tal-operat — il-ħelikopters
Għal titjiriet f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi tal-istrument (IMC), l-operatur għandu jagħżel ajrudrom alternattiv għat-tlugħ li jkun jinsab sa massimu ta’ siegħa titjir ’il bogħod b’titjir f’veloċità regolari normali jekk ma jkunx possibbli li dan jirritorna lejn is-sit tat-tluq għal raġunijiet meteoroloġiċi.
Fl-istadju tal-ippjanar, għal kull titjira li ssir skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR), l-operatur għandu jagħżel u jispeċifika fil-pjanijiet tat-titjira operazzjonali u tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) ajrudrom jew sit tal-operat wieħed jew aktar sabiex ikunu disponibbli żewġ għażliet ta’ nżul sikur matul operazzjoni normali, ħlief kif previst fil-punt SPA.HOFO.120(b).
L-operatur għandu japplika marġini xierqa ta’ sikurezza għall-ippjanar tat-titjira sabiex iqis deterjorament possibbli tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mbassra disponibbli fil-ħin stmat tal-inżul.
Għal kull titjira IFR, l-operatur għandu jiżgura li jkun hemm biżżejjed mezzi disponibbli biex jinnaviga u jinżel fl-ajrudrom tad-destinazzjoni jew fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni fil-każ ta’ telf ta’ kapaċità għall-operazzjonijiet maħsubin tal-avviċinament jew tal-inżul.
CAT.OP.MPA.195 Skema tal-fjuwil/enerġija — politika dwar il-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija matul it-titjira — il-ħelikopters
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri biex jiżgura li waqt it-titjira jitwettqu kontrolli tal-ammont tal-fjuwil/tal-enerġija u tal-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija.
Il-kmandant għandu jimmonitorja l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jistgħu jintużaw li jifdal abbord sabiex jiżgura li jkun protett u mhux inqas mill-fjuwil/mill-enerġija meħtieġa sabiex isir proċediment lejn ajrudrom jew sit tal-operat fejn jista’ jsir inżul sikur.
Il-kmandant għandu jagħti pariri lill-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) dwar stat “fjuwil/enerġija minima” billi jiddikjara “FJUWIL MINIMU” meta l-kmandant ikun:
ħa impenn li jinżel f’ajrudrom jew f’sit tal-operat; u
ikkalkola li kwalunkwe bidla fl-awtorizzazzjoni eżistenti għal dak l-ajrudrom jew għal dak is-sit tal-operat, jew dewmien ieħor fit-traffiku tal-ajru, jista’ jirriżulta fi nżul b’inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.
Il-kmandant għandu jiddikjara sitwazzjoni ta’ “emerġenza tal-fjuwil/tal-enerġija” billi jibgħat “MAYDAY MAYDAY MAYDAY FUEL” meta l-fjuwil/l-enerġija stmata li tista’ tintuża bħala disponibbli mal-inżul fl-eqreb ajrudrom jew sit tal-operat fejn ikun jista’ jsir inżul sikur tkun inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.
CAT.OP.MPA.200 Mili jew tneħħija speċjali tal-fjuwil tal-inġenju tal-ajru
Mili jew tneħħija speċjali tal-fjuwil għandhom jitwettqu biss jekk l-operatur:
ikun wettaq valutazzjoni tar-riskju;
ikun żviluppa proċeduri; u
ikun stabbilixxa programm ta’ taħriġ għall-persunal tiegħu involut f’tali operazzjonijiet.
Mili jew tneħħija speċjali tal-fjuwil tapplika għal:
mili tal-fjuwil bil-magna jew bir-rotors iduru;
mili tal-fjuwil/tneħħija tal-fjuwil waqt li l-passiġġieri jkunu qed jitilgħu abbord, meta dawn ikunu abbord jew meta jkunu qed jiżbarkaw; u
mili tal-fjuwil/tneħħija tal-fjuwil fil-każ tal-fjuwil tat-tip “wide-cut”.
Għall-ajruplani, kwalunkwe proċedura speċjali ta’ mili jew ta’ tneħħija tal-fjuwil u kwalunkwe bidla fihom għandha teħtieġ approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti.
Għall-ħelikopters, il-proċeduri ta’ mili tal-fjuwil bir-rotors iduru u kwalunkwe bidla fihom għandhom jeħtieġu approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti.
CAT.OP.MPA.205 Imbuttar lura u rmonkar — l-ajruplani
Il-proċeduri ta’ mbuttar lura u rmonkar speċifikati mill-operatur għandhom jitwettqu skont l-istandards u l-proċeduri tal-avjazzjoni stabbiliti.
CAT.OP.MPA.210 Membri tal-ekwipaġġ fil-postijiet tagћhom
(a) Membri tal-ekwipaġġ tat-titjira
(1) Matul it-tlugħ u l-inżul kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkun meħtieġ jaqdi dmiru fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jkun fil-post assenjat lilu.
(2) Matul il-fażijiet l-oħra kollha tat-titjira, kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkun meħtieġ jaqdi dmiru fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira gћandu jibqa’ fil-post assenjat lilu, sakemm ma jkunx hemm bżonn jiċċaqlaq minn hemm biex iwettaq kompiti relatati mal-operazzjoni jew minħabba raġunijiet fiżjoloġiċi, sakemm mill-inqas bdot wieħed ikkwalifikat kif xieraq jibqa’ fil-post tal-kontroll tal-inġenju tal-ajru l-ћin kollu.
(3) Matul il-fażijiet kollha tat-titjira, kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkun meħtieġ jaqdi dmiru fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira gћandu jibqa’ attent. F’każ li jkun hemm nuqqas ta’ attenzjoni, gћandhom jittieħdu l-kontromiżuri x-xierqa kollha. Jekk ikun hemm xi gћeja kbira mhux mistennija, tista’ tintuża, jekk l-ammont tax-xogћol jippermetti, proċedura ta’ mistrieħ ikkontrollat li tkun organizzata mill-kmandant. Il-mistrieħ ikkontrollat meħud b’dan il-mod m’għandux jitqies bħala parti minn perjodu ta’ mistrieћ għall-għanijiet tal-kalkolu tal-limitazzjonijiet tal-ћin tat-titjir u m’għandux jintuża biex tiġi ġġustifikata kwalunkwe estensjoni tal-perjodu tas-servizz.
(b) Membri tal-ekwipaġġ tal-kabina
Matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira, kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkun bilqiegћda fil-post assenjat lilu u m’għandu jwettaq l-ebda attività oħra, minbarra dawk meħtieġa biex l-inġenju tal-ajru jitħaddem b’mod sikur.
CAT.OP.MPA.215 Użu tal-kuffji tal-widna — l-ajruplani
(a) Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkun meħtieġ jaqdi dmiru fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jilbes kuffji tal-widna li jkollhom mikrofonu tal-kuffja jew apparat ekwivalenti. Il-kuffji tal-widna għandhom jintużaw bħala l-mezz ewlieni ta’ komunikazzjoni bil-vuċi mal-ATS:
meta l-inġenju tal-ajru jkun fuq l-art:
meta tkun qed tasal l-awtorizzazzjoni għat-tluq min-naħa tal-ATC permezz tal-komunikazzjoni bil-vuċi; u
meta l-magni jkunu qed jaħdmu;
waqt it-titjira:
meta l-inġenju tal-ajru jkun jinsab ‘l isfel mill-altitudni ta’ tranżizzjoni; jew
meta jkun jinsab f’altitudni ta’ 10 000 pied, skont liema minnhom tkun l-ogħla;
u
kull meta l-kmandant iqis li dan huwa meħtieġ.
(b) Fil-kundizzjonijiet mogħtija fil-punt (a), il-mikrofonu tal-kuffja jew l-apparat ekwivalenti għandu jkun f’pożizzjoni li tippermetti l-użu tiegħu għall-komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet permezz tar-radju.
CAT.OP.MPA.216 Użu tal-kuffji tal-widna — l-ħelikopters
Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkun meħtieġ jaqdi dmiru fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jilbes kuffji tal-widna li jkollhom mikrofonu tal-kuffja jew apparat ekwivalenti u għandu jużahom bħala l-mezz ewlieni biex jikkomunika mal-ATS.
CAT.OP.MPA.220 Mezzi ta’ assistenza gћall-evakwazzjoni ta’ emerġenza
L-operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex ikun żgurat li qabel is-sewqan, it-tlugħ u l-inżul, u meta jkun sikur u prattiku li dan isir, ikunu attivati l-mezzi ta’ assistenza kollha gћall-evakwazzjoni ta’ emerġenza li jkunu jaħdmu b’mod awtomatiku.
CAT.OP.MPA.225 Sits, ċinturini tas-sikurezza u sistemi ta’ restrizzjoni
(a) Membri tal-ekwipaġġ
(1) Matul it-tlugħ u l-inżul, u kull meta l-kmandant jiddeċiedi hekk fl-interess tas-sikurezza, kull membru tal-ekwipaġġ gћandu jkun marbut sewwa biċ-ċinturini tas-sikurezza u bis-sistemi ta’ restrizzjoni kollha pprovduti.
(2) Matul il-fażijiet l-oћra tat-titjira, kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkun fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira gћandu jżomm iċ-ċinturin tas-sikurezza tal-post assenjat lilu maqful waqt li huwa jkun f’postu.
(b) Passiġġieri
(1) Qabel it-tlugħ u l-inżul u matul is-sewqan, u kull meta jitqies neċessarju fl-interess tas-sikurezza, il-kmandant gћandu jkun issodisfat li kull passiġġier abbord ikun bilqiegћda f’sit jew post u jkollu ċ-ċinturin tas-sikurezza jew is-sistema ta’ restrizzjoni tiegћu maqfula sewwa.
(2) L-operatur gћandu jagћmel dispożizzjonijiet biex l-użu tas-sits tal-inġenju tal-ajru minn iktar minn persuna waħda jkun permess biss għal ċerti sits speċifiċi. Il-kmandant għandu jkun issodisfat li l-użu ta’ sit minn iktar minn persuna waħda jseħħ biss fil-każ ta’ adult wieћed u tarbija waћda li tkun marbuta sewwa permezz ta’ ċinturin żejjed tas-sikurezza jew permezz ta’ tagћmir ieħor ta’ restrizzjoni.
CAT.OP.MPA.230 Preparazzjoni tal-kompartiment tal-passiġġieri u tal-passaġġ(i)
(a) L-operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex jiżgura li qabel is-sewqan, it-tlugħ u l-inżul, ma jkunx hemm ostakli fil-ћruġ u fil-passaġġi tal-evakwazzjoni kollha.
(b) Il-kmandant gћandu jiżgura li qabel it-tlugħ u l-inżul, u kull meta jitqies neċessarju fl-interess tas-sikurezza, it-tagћmir u l-bagalji kollha jkunu marbutin sewwa.
CAT.OP.MPA.235 Ġkieket tas-salvataġġ — il-ħelikopters
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri sabiex jiżgura li, meta ħelikopter jitħaddem fuq l-ilma fil-kategorija tal-prestazzjoni 3, jitqies it-tul tal-ħin tat-titjira u l-kundizzjonijiet li l-ħelikopter għandu jiltaqa’ magħhom, meta jkun qed jiġi deċiż jekk l-okkupanti għandhomx kollha jilbsu l-ġkieket tas-salvataġġ jew le.
CAT.OP.MPA.240 It-tipjip abbord
Il-kmandant m’għandux jippermetti t-tipjip abbord:
kull meta dan jitqies li hu neċessarju fl-interess tas-sikurezza;
waqt li l-inġenju tal-ajru jkun qed jingħata l-fjuwil jew waqt li jkun qed jitneħħilu l-fjuwil;
waqt li l-inġenju tal-ajru jkun fuq l-art, sakemm l-operatur ma jkunx stabbilixxa proċeduri biex jitnaqqsu r-riskji waqt l-operazzjonijiet ta’ fuq l-art;
f’postijiet li mhumiex fiż-żoni awtorizzati gћat-tipjip, fil-kuritur(i) u fil-loki(jiet);
fil-kompartimenti tal-merkanzija u/jew f’żoni oћrajn fejn tinġarr il-merkanzija li ma tkunx maћżuna f’kontenituri li jkunu jifilћu gћan-nar jew li ma tkunx mgћottija b’kanvas li jiflaћ gћan-nar; u
f’dawk iż-żoni tal-kompartiment tal-passiġġieri fejn ikun qed jingћata l-ossiġnu.
CAT.OP.MPA.245 Kundizzjonijiet meteoroloġiċi — l-inġenji tal-ajru kollha
Fuq titjiriet li jsiru skont l-IFR, il-kmandant għandu:
jibda t-titjira; jew
ikompli lil hinn mill-punt li minnu japplika pjan rivedut tat-titjira tal-ATS fil-każ ta’ ppjanar mill-ġdid waqt it-titjira,
biss meta jkun hemm informazzjoni disponibbli li tkun turi li l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija fil-ħin tal-wasla fl-ajrudrom(i) tad-destinazzjoni u/jew fl-ajrudrom(i) alternattiv(i) meħtieġ(a), ikunu fil-livell tal-minimi tal-ippjanar jew f’livell ogħla minnhom.
Fuq titjiriet li jsiru skont l-IFR, il-kmandant għandu jkompli biss lejn l-ajrudrom tad-destinazzjoni ppjanat meta l-iktar informazzjoni reċenti disponibbli tkun tindika li, fil-ћin mistenni tal-wasla, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi fid-destinazzjoni, jew tal-inqas f’ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni wieћed, ikunu fil-livell tal-minimi operattivi tal-ajrudrom applikabbli jew f’livell ogħla minnhom.
Fuq titjiriet li jsiru skont il-VFR, il-kmandant gћandu jagћti bidu gћat-titjira biss meta r-rapporti meteoroloġiċi u/jew it-tbassir tat-temp ix-xierqa jkunu jindikaw li l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi tul il-parti tar-rotta li fiha l-inġenju tal-ajru se jittajjar skont il-VFR se jkunu, fil-mument ix-xieraq, fil-limiti tal-VFR jew ogħla minnhom.
CAT.OP.MPA.246 Kundizzjonijiet meteoroloġiċi — l-ajruplani
Minbarra l-punt CAT.OP.MPA.245, fuq titjiriet bl-ajruplani li jsiru skont l-IFR, il-kmandant għandu jkompli:
lil hinn mill-punt tad-deċiżjoni meta jkun qed juża proċedura tal-fjuwil/tal-enerġija ta’ kontinġenza mnaqqas/mnaqqsa (RCF); jew
il-punt tal-ebda ritorn meta tintuża l-proċedura tal-ajrudrom iżolat,
biss meta jkun hemm informazzjoni disponibbli li tkun turi li l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija fil-ħin tal-wasla fl-ajrudrom(i) tad-destinazzjoni u/jew fl-ajrudrom(i) alternattiv(i) meħtieġ(a) se jkunu fil-minimi operattivi tal-ajrudrom applikabbli jew f’livell ogħla minnhom.
CAT.OP.MPA.247 Kundizzjonijiet meteoroloġiċi — il-ħelikopters
Minbarra l-punt CAT.OP.MPA.245:
Fil-każ ta’ titjiriet li jsiru skont il-VFR bil-ħelikopters f’żoni fuq l-ilma fejn l-art ma tkunx tidher, il-kmandant għandu jagħti bidu għat-tlugħ biss meta r-rapporti meteoroloġiċi u/jew it-tbassir tat-temp ix-xierqa jkunu jindikaw li l-limitu massimu se jkun ’il fuq minn 600 pied matul il-jum jew 1 200 pied matul il-lejl.
▼M9 —————
It-titjir bil-ħelikopters lejn pjattaforma għall-ħelikopters jew lejn FATO elevata għandu jsir biss meta l-veloċità medja tar-riħ fil-pjattaforma għall-ħelikopters jew fil-FATO elevata tkun irrappurtata li hi ta’ inqas minn 60 kt.
CAT.OP.MPA.250 Silġ u kontaminanti oћrajn — il-proċeduri ta’ fuq l-art
(a) L-operatur għandu jistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta jkun hemm bżonn isiru l-proċeduri ta’ fuq l-art għat-tneħħija tas-silġ u għal kontra l-formazzjoni tas-silġ fuq inġenju tal-ajru, u l-ispezzjonijiet relatati magħhom, sabiex l-inġenju tal-ajru jkun jista’ jitħaddem b’mod sikur.
(b) Il-kmandant gћandu jagћti bidu gћat-tlugħ biss jekk l-inġenju tal-ajru ma jkollu l-ebda depożitu fuqu li jista’ jaffettwa b’mod ħażin il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew is-setgħa tal-kontroll tiegħu, ħlief hekk kif inhu permess skont il-punt (a) u skont l-AFM.
CAT.OP.MPA.250 Silġ u kontaminanti oћrajn — il-proċeduri waqt it-titjir
(a) L-operatur gћandu jistabbilixxi l-proċeduri gћat-titjiriet f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistennija jew attwali.
(b) Il-kmandant għandu jagћti bidu gћal titjira jew itajjar l-ajruplan intenzjonalment f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistennija jew attwali biss jekk l-inġenju tal-ajru jkun iċċertifikat għal dan u jkun mgħammar biex ilaħħaq ma’ kundizzjonijiet bħal dawn.
(c) Jekk il-formazzjoni tas-silġ taqbeż l-intensità tal-formazzjoni ta’ silġ li għaliha jkun iċċertifikat l-inġenju tal-ajru, jew jekk inġenju tal-ajru li ma jkunx iċċertifikat għat-titjir f’kundizzjonijiet ta’ formazzjoni tas-silġ magħrufa jiltaqa’ mal-formazzjoni tas-silġ, il-kmandant għandu joħroġ l-inġenju tal-ajru minn dawk il-kundizzjonijiet ta’ formazzjoni tas-silġ minnufih, billi jibdel il-livell u/jew ir-rotta, u jekk ikun neċessarju billi jiddikjara stat ta’ emerġenza lill-ATC.
CAT.OP.MPA.260 Provvista tal-fjuwil/tal-enerġija u taż-żejt
Il-kmandant għandu jagħti bidu għal titjira jew, fil-każ ta’ ppjanar mill-ġdid waqt it-titjira, ikompli bit-titjira, biss meta jkun issodisfat li l-inġenju tal-ajru jkollu mill-inqas l-ammont ippjanat ta’ fjuwil/enerġija u żejt li jista’ jintuża biex it-titjira tkun tista’ titwettaq b’mod sikur, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet operattivi mistennija.
CAT.OP.MPA.265 Kundizzjonijiet tat-tlugħ
Qabel ma jagħti bidu għat-tlugħ, il-kmandant gћandu jkun issodisfat:
il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tar-runway/tal-FATO ppjanat li jintuża mhux se jostakolaw tlugħ u tluq sikur; u
il-minimi operattivi tal-ajrudrom magħżula huma konsistenti ma’ dawn kollha li ġejjin:
it-tagħmir operattiv ta’ fuq l-art;
is-sistemi operattivi tal-inġenji tal-ajru;
il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira.
CAT.OP.MPA.270 Valuri minimi tal-altitudni tat-titjira
Il-kmandant jew il-bdot li f’idejh tkun ġiet fdata t-titjira m’gћandux iwettaq it-titjira f’altitudni li tkun iktar baxxa mill-valuri minimi tal-altitudni speċifikati, ћlief meta:
dan ikun meћtieġ gћat-tlugħ jew għall-inżul; jew
ikun qed jitwettaq inżul skont il-proċeduri approvati mill-awtorità kompetenti.
CAT.OP.MPA.275 Simulazzjoni ta’ sitwazzjonijiet mhux normali waqt it-titjira
L-operatur għandu jiżgura li ma ssirx simulazzjoni tal-affarijiet li ġejjin meta jkunu qed jinġarru l-passiġġieri jew il-merkanzija:
ta’ sitwazzjonijiet mhux normali jew ta’ emerġenza li jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ proċeduri mhux normali jew ta’ emerġenza; jew
ta’ titjir f’IMC permezz ta’ mezzi artifiċjali.
CAT.OP.MPA.280 [SPAZJU MĦOLLI VOJT APPOSTA
▼M20 —————
CAT.OP.MPA.285 Użu ta’ ossiġnu supplimentari
Il-kmandant gћandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkunu qed iwettqu kompiti li jkunu essenzjali gћat-tћaddim sikur ta’ inġenju tal-ajru waqt it-titjira, jużaw ossiġnu supplimentari b’mod kontinwu kull meta l-altitudni tal-kabina taqbeż l-10 000 pied gћal perjodu ta’ iktar minn 30 minuta u kull meta l-altitudni tal-kabina taqbeż it-13 000 pied.
CAT.OP.MPA.290 Osservazzjoni ta’ qrubija lejn l-art
Meta qrubija eċċessiva lejn l-art tiġi nnutata minn membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew permezz ta’ sistema ta’ twissija ta’ qrubija lejn l-art, il-bdot tat-titjira gћandu jieħu azzjoni korrettiva minnufih biex ikunu stabbiliti kundizzjonijiet sikuri tat-titjir.
CAT.OP.MPA.295 Użu ta' sistema għall-prevenzjoni tal-kolliżjonijiet fl-ajru (ACAS)
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri operattivi u programmi ta' taħriġ meta s-sistema tal-ACAS tkun installata u tista' titħaddem, biex l-ekwipaġġ tat-titjira jkun imħarreġ b'mod xieraq fl-evitar ta' kolliżjonijiet u jkun kompetenti fl-użu tat-tagħmir tal-ACAS II.
CAT.OP.MPA.300 Kundizzjonijiet għall-avviċinament u għall-inżul
Qabel ma jagħti bidu gћal operazzjoni ta’ avviċinament, il-kmandant gћandu jkun issodisfat li:
il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tar-runway/tal-FATO maħsub biex jintuża ma jipprevjenux avviċinament sikur, inżul jew avviċinament b’tidwira, meta titqies l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li tinsab fil-manwal tal-operat; u
il-minimi operattivi tal-ajrudrom magħżula huma konsistenti ma’ dawn kollha li ġejjin:
it-tagħmir operattiv ta’ fuq l-art;
is-sistemi operattivi tal-inġenji tal-ajru;
il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira.
CAT.OP.MPA.301 Kundizzjonijiet ta' avviċinament u nżul — ħelikopters
Qabel ma jibda avviċinament għall-inżul, il-kmandant gћandu jkun issodisfat li, skont l-informazzjoni li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, it-temp fl-ajrudrom u l-kundizzjoni taż-żona ta' tlugħ u ta' avviċinament finali (FATO) li beħsiebhom jintużaw m'għandhomx jipprevjenu avviċinament, inżul jew avviċinament mhux milћuq sikuri, waqt li titqies l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li jkun hemm fil-manwal tal-operat (OM).
CAT.OP.MPA.303 Verifika waqt it-titjira tad-distanza tal-inżul fil-ħin tal-wasla — ajruplani
L-ebda avviċinament lejn l-art m'għandu jitkompla sakemm id-distanza tal-inżul disponibbli (LDA) fuq ir-runway maħsuba ma tkunx mill-inqas 115 % tad-distanza tal-inżul fil-ħin stmat tal-inżul, stabbilita skont l-informazzjoni tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tad-distanza tal-inżul fil-ħin tal-wasla (LDTA) u l-avviċinament lejn l-art jitwettaq bl-ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni A li huma ċċertifikati skont waħda mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li ġejjin, kif indikat fiċ-ċertifikat tat-tip:
CS-25 jew ekwivalenti;
CS-23 fil-livell 4 b'livell tal-prestazzjoni “Veloċità għolja” jew ekwivalenti.
Għal ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni A minbarra dawk imsemmija fil-punt (a), l-ebda avviċinament lejn l-art ma għandu jitkompla, ħlief f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
l-LDA fuq ir-runway maħsuba hija mill-inqas 115 % tad-distanza tal-inżul fil-ħin stmat tal-inżul, iddeterminata skont l-informazzjoni tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-LDTA;
jekk informazzjoni tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-LDTA ma tkunx disponibbli, l-LDA fuq ir-runway maħsuba fil-ħin stmat tal-inżul hija tal-inqas id-distanza tal-inżul meħtieġa stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.230 jew il-punt CAT.POL.A.235, kif applikabbli.
Għall-ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B, l-ebda avviċinament lejn l-art ma għandu jitkompla, ħlief f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
l-LDA fuq ir-runway maħsuba hija mill-inqas 115 % tad-distanza tal-inżul fil-ħin stmat tal-inżul, iddeterminata skont l-informazzjoni tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-LDTA;
jekk informazzjoni tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-LDTA ma tkunx disponibbli, l-LDA fuq ir-runway maħsuba fil-ħin stmat tal-inżul hija tal-inqas id-distanza tal-inżul meħtieġa stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.330 jew il-punt CAT.POL.A.335, kif applikabbli.
Għall-ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni C, l-ebda avviċinament lejn l-art ma għandu jitkompla, ħlief f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
l-LDA fuq ir-runway maħsuba hija mill-inqas 115 % tad-distanza tal-inżul fil-ħin stmat tal-inżul, iddeterminata skont l-informazzjoni tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-LDTA;
jekk informazzjoni tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-LDTA ma tkunx disponibbli, l-LDA fuq ir-runway maħsuba fil-ħin stmat tal-inżul hija tal-inqas id-distanza tal-inżul meħtieġa stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.430 jew il-punt CAT.POL.A.435, kif applikabbli.
L-informazzjoni tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-LDTA għandha tkun ibbażata fuq data approvata li tinsab fl-AFM. Meta data approvata li tinsab fl-AFM ma tkunx biżżejjed fir-rigward tal-valutazzjoni tal-LDTA, din għandha tiġi ssupplimentata b'data oħra li tkun iddeterminata skont l-istandards taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għall-ajruplani jew li tkun iddeterminata skont l-AMCs maħruġa mill-Aġenzija.
L-operatur għandu jispeċifika fl-OM, l-informazzjoni tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-LDTA u s-suppożizzjonijiet magħmula għall-iżvilupp tagħha, inkluża data oħra li, skont il-punt (e), tista' tintuża biex tissupplimenta dik li tinsab fl-AFM.
CAT.OP.MPA.305 Bidu u kontinwazzjoni tal-avviċinament
Għall-ajruplani, jekk il-viżibbiltà (VIS) irrapportata jew ir-RVR ta’ kontroll għar-runway li għandha tintuża għall-inżul tkun inqas mill-minimu applikabbli, f’dak il-każ operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti ma għandhiex titkompla:
lil hinn minn punt li fih l-ajruplan ikun 1 000 pied ’il fuq mill-elevazzjoni tal-ajrudrom; jew
fil-parti tal-avviċinament finali (FAS) jekk id-DH jew l-MDH ikunu ogħla minn 1 000 pied.
Għall-ħelikopters, jekk ir-RVR irrapportata tkun inqas minn 550 m u r-RVR ta’ kontroll għar-runway li għandha tintuża għall-inżul tkun inqas mill-minimu applikabbli, f’dak il-każ, operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti ma għandhiex titkompla:
lil hinn minn punt li fih il-ħelikopter ikun 1 000 pied ’il fuq mill-elevazzjoni tal-ajrudrom; jew
fl-FAS jekk id-DH jew l-MDH ikunu ogħla minn 1 000 pied.
Jekk ir-referenza viżwali meħtieġa ma tiġix stabbilita, allura għandu jitwettaq avviċinament mhux milħuq waqt jew qabel id-DA/H jew l-MDA/H.
Jekk ir-referenza viżwali meħtieġa ma tinżammx wara d-DA/H jew l-MDA/H, allura għandu jitwettaq avviċinament b’tidwira minnufih.
Minkejja l-punt (a), fil-każ fejn ma tiġi rrapportata l-ebda RVR, u l-VIS irrapportata tkun inqas mill-minimu applikabbli, iżda l-viżibbiltà meteoroloġika kkonvertita (CMV) tkun daqs jew akbar mill-minimu applikabbli, allura l-avviċinament tal-istrument jista’ jitkompla sad-DA/H jew sal-MDA/H.
CAT.OP.MPA.310 Proċeduri operattivi — għoli tal-qsim tal-limitu — l-ajruplani
L-operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri operattivi ddisinjati biex ikun żgurat li ajruplan li jkun qed iwettaq operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti 3D jaqsam il-limitu tar-runway b’marġni sikur, waqt li jkun qiegħed fil-konfigurazzjoni u l-attitudni tal-inżul.
CAT.OP.MPA.311 Rappurtar dwar l-azzjoni tal-ibbrejkjar fir-runway
Kull meta l-azzjoni tal-ibbrejkjar fir-runway li sseħħ waqt l-inżul ma tkunx daqshekk tajba daqs dik irrapportata mill-operatur tal-ajrudrom fir-rapport tal-kundizzjoni tar-runway (RCR), il-kmandant għandu jinnotifika lis-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) permezz ta' rapport tal-ajru speċjali (AIREP) malajr kemm jista' jkun.
CAT.OP.MPA.312 EFVS 200 operazzjonijiet
Operatur li beħsiebu jwettaq operazzjonijiet tal-EFVS 200 għandu jiżgura li:
l-inġenju tal-ajru jkun iċċertifikat għall-operazzjonijiet maħsuba;
jintużaw biss ir-runways, il-FATO u l-proċeduri ta’ avviċinament bl-istrumenti (IAPs) adattati għall-operazzjonijiet tal-EFVS;
il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira jkunu kompetenti biex iwettqu l-operazzjoni maħsuba, u jiġi stabbilit programm ta’ taħriġ u ta’ kontroll għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u għall-persunal rilevanti involut fit-tħejjija tat-titjira;
jiġu stabbiliti proċeduri operattivi;
kwalunkwe informazzjoni rilevanti tkun iddokumentata fil-lista tat-tagħmir minimu (MEL);
kwalunkwe informazzjoni rilevanti tiġi dokumentata fil-programm ta’ manutenzjoni;
jitwettqu valutazzjonijiet tas-sikurezza u jiġu stabbiliti indikaturi tal-prestazzjoni sabiex jiġi mmonitorjat il-livell ta’ sikurezza tal-operazzjoni; u
il-minimi operattivi tal-ajrudrom iqisu l-kapaċità tas-sistema użata.
L-operatur ma għandux iwettaq operazzjonijiet tal-EFVS 200 meta jwettaq l-LVOs.
Minkejja l-punt (a)(1), l-operatur jista’ juża l-EVSs li jissodisfaw il-kriterji minimi biex iwettaq operazzjonijiet tal-EFVS 200, dment li dan jiġi approvat mill-awtorità kompetenti.
CAT.OP.MPA.315 Rappurtar tas-sigħat ta’ titjir — il-ħelikopters
L-operatur għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti s-sigħat ta’ titjir ta’ kull ħelikopter li kien imħaddem matul is-sena kalendarja ta’ qabel.
CAT.OP.MPA.320 Kategoriji ta' ajruplani
Il-kategoriji ta' ajruplani għandhom ikunu bbażati fuq il-veloċità tal-ajru indikata fil-limitu (VAT), li tkun hija ugwali għall-veloċità ta' meta l-magna tieqaf taћdem (VSO) immultiplikata b'1.3 jew għall-veloċità ta' waqfien g-wieħed (il-gravità) (VS1 g) immultiplikata b'1.23 fil-konfigurazzjoni tal-inżul bil-massa massima ċċertifikata waqt l-inżul. Jekk VSO u VS1 g ikunu t-tnejn disponibbli, għandha tintuża l-ogħla VAT riżultanti.
Għandhom jintużaw il-kategoriji tal-ajruplani li huma speċifikati fit-tabella ta' hawn taħt.
Tabella 1: Kategoriji ta' ajruplani li jikkorrispondu għall-valuri ta' VAT
Kategorija tal-ajruplan |
VAT |
A |
Inqas minn 91 kt |
B |
Minn 91 sa 120 kt |
C |
Minn 121 sa 140 kt |
D |
Minn 141 sa 165 kt |
E |
Minn 166 sa 210 kt |
Il-konfigurazzjoni tal-inżul li għandha titqies għandha tkun speċifikata fil-manwal tal-operat.
L-operatur jista' japplika massa tal-inżul iktar baxxa biex jistabbilixxi l-VAT, jekk dan ikun approvat mill-awtorità kompetenti. Din il-massa tal-inżul iktar baxxa għandha tkun valur permanenti u għandha tkun indipendenti mill-kundizzjonijiet li jinbidlu tal-operazzjonijiet ta' kuljum.
▼M14 —————
IS-SUBPARTI C
PRESTAZZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU U LIMITAZZJONIJIET OPERATTIVI
TAQSIMA 1
L-Ajruplani
CAT.POL.A.100 Kategoriji tal-prestazzjoni
(a) L-ajruplan għandu jitħaddem skont ir-rekwiżiti tal-kategorija tal-prestazzjoni applikabbli.
(b) Meta ma tkunx tista’ tintwera konformità sħiħa mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din it-Taqsima minħabba karatteristiċi speċifiki tad-disinn, l-operatur għandu japplika standards tal-prestazzjoni approvati li jiżguraw livell tas-sikurezza li jkun ekwivalenti għal dak tal-kapitolu x-xieraq.
CAT.POL.A.105 Punti ġenerali
(a) Il-massa tal-ajruplan:
fil-bidu tat-tlugħ; jew
fil-każ ta’ ppjanar mill-ġdid waqt it-titjira, mill-mument li fih jibda japplika l-pjan operattiv irrivedut tat-titjira,
m’għandhiex tkun iżjed mill-massa li fiha r-rekwiżiti tal-kapitolu x-xieraq jistgħu jintlaħqu, għat-titjira li għandha titwettaq. Jistgħu jitqiesu wkoll it-tnaqqis mistenni fil-massa hija u tipproċedi t-titjira u r-rimi tal-fjuwil.
(b) Id-dejta tal-prestazzjoni approvata inkluża fl-AFM għandha tintuża biex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti tal-kapitolu x-xieraq, u din għandha tiġi ssupplimentata, skont il-bżonn, b’dejta oħra kif preskritt fil-kapitolu rilevanti. L-operatur għandu jispeċifika d-dejta l-oħra fil-manwal tal-operat. Meta jiġu applikati l-fatturi preskritti fil-kapitolu x-xieraq, jista’ jitqies kwalunkwe fattur operattiv li jkun diġà ġie inkorporat fid-dejta tal-prestazzjoni tal-AFM biex b’hekk tiġi evitata l-applikazzjoni doppja tal-fatturi.
(c) Il-konfigurazzjoni tal-ajruplan, il-kundizzjonijiet ambjentali u t-tħaddim ta’ sistemi li jkollhom effetti negattivi fuq il-prestazzjoni għandhom jitqiesu kif xieraq.
(d) L-operatur għandu jqis il-preċiżjoni taċ-ċarts meta jkun qed jivvaluta r-rekwiżiti tat-tlugħ tal-kapitoli applikabbli.
▼M16 —————
CAT.POL.A.200 Punti ġenerali
(a) Id-dejta tal-prestazzjoni approvata mogħtija fl-AFM għandha tkun issupplimentata kif meħtieġ b’dejta oħra jekk id-dejta tal-prestazzjoni approvata mogħtija fl-AFM ma tkunx biżżejjed f’dak li għandu x’jaqsam ma’ elementi bħal dawn li ġejjin:
li jitqiesu kundizzjonijiet operattivi negattivi li jkunu mistennija b’mod raġonevoli bħalma huma t-tlugħ u l-inżul fuq runways ikkontaminati; u
li titqies ħsara fil-magna fil-fażijiet kollha tat-titjira.
(b) Fil-każ ta’ runway imxarrba jew ikkontaminata, għandha tintuża d-dejta tal-prestazzjoni li tkun stabbilita skont l-istandards applikabbli għaċ-ċertifikazzjoni tal-ajruplani l-kbar jew skont standards ekwivalenti għalihom.
(c) L-użu tad-dejta l-oħra msemmija fil-punt (a) u tar-rekwiżiti ekwivalenti msemmija fil-punt (b) għandu jiġi speċifikat fil-manwal tal-operat.
CAT.POL.A.205 Tlugħ
(a) Il-massa tat-tlugħ m’għandhiex taqbeż il-massa massima waqt it-tlugħ speċifikata fl-AFM għall-altitudni tal-pressjoni u għat-temperatura tal-ambjent fl-ajrudrom tat-tluq.
(b) Għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin meta tkun qed tiġi stabbilita l-massa massima awtorizzata waqt it-tlugħ:
id-distanza għall-aċċellerazzjoni u l-waqfien m’għandhiex taqbeż id-distanza disponibbli għall-aċċellerazzjoni u l-waqfien (ASDA);
id-distanza tat-tlugħ m’għandhiex taqbeż id-distanza disponibbli għat-tlugħ, u d-distanza tal-mogħdija tal-ikklerjar m’għandhiex taqbeż nofs il-ġirja tat-tlugħ disponibbli (TORA);
il-ġirja tat-tlugħ m’għandhiex taqbeż it-TORA;
valur wieħed ta’ V1 għandu jintuża għat-tlugħ interrott u għal dak issoktat; u
fuq runway imxarrba jew ikkontaminata, il-massa waqt it-tlugħ m’għandhiex taqbeż dik awtorizzata għat-tlugħ fuq runway xotta mwettaq bl-istess kundizzjonijiet.
(c) Hija u tintwera l-konformità mal-punt (b), għandhom jitqiesu l-affarijiet li ġejjin:
l-altitudni tal-pressjoni fl-ajrudrom;
it-temperatura tal-ambjent fl-ajrudrom;
il-kundizzjoni ta’ wiċċ ir-runway u t-tip ta’ wiċċ tar-runway;
il-pendil tar-runway fid-direzzjoni tat-tlugħ;
mhux iktar minn 50 % tal-komponent tar-riħ minn faċċata rrappurtat jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent tar-riħ minn wara rrappurtat; u
it-telf, jekk ikun hemm, tat-tul tar-runway minħabba l-allinjament tal-ajruplan qabel it-tlugħ.
CAT.POL.A.210 Distanza mill-ostakli waqt it-tlugħ
(a) Il-passaġġ nett tat-titjira tat-tlugħ għandu jkun stabbilit b’tali mod li l-ajruplan jgħaddi minn mal-ostakli kollha f’distanza vertikali ta’ mill-inqas 35 pied minnhom jew f’distanza orizzontali ta’ mill-inqas 90 metru u 0,125 × D minnhom, fejn D hija d-distanza orizzontali li l-ajruplan ikun ivvjaġġa mit-tarf tad-distanza disponibbli għat-tlugħ (TODA) jew mit-tarf tad-distanza tat-tlugħ jekk tkun skedata dawra qabel tarf it-TODA. Għall-ajruplani li t-tul tal-ġwienaħ tagħhom ikun ta’ inqas minn 60 metru, tista’ tintuża distanza orizzontali mill-ostakli li tkun daqs nofs it-tul tal-ġwienaħ tal-ajruplan u 60 metru u 0,125 × D.
(b) Hija u tintwera l-konformità mal-punt (a):
għandhom jitqiesu l-affarijiet li ġejjin:
il-massa tal-ajruplan fil-bidu tal-ġirja tat-tlugħ;
l-altitudni tal-pressjoni fl-ajrudrom;
it-temperatura tal-ambjent fl-ajrudrom; u
mhux iktar minn 50 % tal-komponent tar-riħ minn faċċata rrappurtat jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent tar-riħ minn wara rrappurtat.
il-bidliet fir-rotta m’għandhomx ikunu awtorizzati sal-punt li fih il-passaġġ nett tat-titjira tat-tlugħ ikun kiseb għoli li jkun daqs nofs it-tul tal-ġwienaħ, iżda mhux inqas minn 50 pied ‘il fuq mill-elevazzjoni ta’ tarf it-TORA. Minn dak il-punt ‘il quddiem, sa għoli ta’ 400 pied, huwa meqjus li l-ajruplan ikun miel mhux iktar minn 15°. ‘Il fuq minn 400 pied, jistgħu jiġu skedati angoli ta’ timjil li jkunu ta’ iktar minn 15°, iżda mhux ta’ iktar minn 25°;
fi kwalunkwe parti mill-passaġġ nett tat-titjira tat-tlugħ li fiha l-ajruplan ikun miel b’iktar minn 15°, l-ajruplan għandu jgħaddi minn mal-ostakli kollha li jkunu jinsabu f’distanza orizzontali li tkun fil-limiti speċifikati fil-punti (a), (b)(6) u (b)(7) minnu b’distanza vertikali ta’ mill-inqas 50 pied minnhom;
l-operazzjonijiet li japplikaw angoli ta’ timjil laterali miżjuda ta’ mhux iktar minn 20° bejn 200 u 400 pied, jew mhux iktar minn 30° ‘il fuq minn 400 pied, għandhom jitwettqu skont il-punt CAT.POL.A.240;
għandu jitqies b’mod xieraq l-effett tal-angolu ta’ timjil laterali fuq il-veloċitajiet operattivi u l-passaġġ tat-titjira, inklużi ż-żidiet fid-distanza li jkunu ġejjin minn veloċitajiet operattivi miżjuda;
F’każijiet fejn il-passaġġ ippjanat tat-titjira ma jkunx jeħtieġ bidliet fir-rotta ta’ iktar minn 15°, l-operatur m’għandux għalfejn iqis dawk l-ostakli li jkollhom distanza laterali ta’ iktar minn:
300 metru, jekk il-bdot ikun kapaċi jżomm il-preċiżjoni tan-navigazzjoni meħtieġa fiż-żona tar-responsabbiltà għall-ostakli; jew
600 metru, għal titjiriet bil-kundizzjonijiet l-oħra kollha.
F’każijiet fejn il-passaġġ ippjanat tat-titjira jkun jeħtieġ bidliet fir-rotta ta’ iktar minn 15°, l-operatur m’għandux għalfejn iqis dawk l-ostakli li jkollhom distanza laterali ta’ iktar minn:
600 metru, jekk il-bdot ikun kapaċi jżomm il-preċiżjoni tan-navigazzjoni meħtieġa fiż-żona tar-responsabbiltà għall-ostakli; jew
900 metru, għal titjiriet bil-kundizzjonijiet l-oħra kollha.
(c) L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri ta’ kontinġenza biex jissodisfa r-rekwiżiti mogħtija fil-punti (a) u (b) u biex jipprovdi rotta sikura li tevita l-ostakli, biex b’hekk l-ajruplan ikun jista’ jew jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ waqt ir-rotta mogħtija fil-punt CAT.POL.A.215, jew jinżel fl-ajrudrom tat-tluq jew f’ajrudrom alternattiv għat-tlugħ.
CAT.POL.A.215 Waqt ir-rotta — magna waħda wieqfa (OEI)
(a) Id-dejta tal-passaġġ nett tat-titjira b’OEI ta’ waqt ir-rotta mogħtija fl-AFM, li tkun adattata għall-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija għat-titjira, għandha tippermetti li tintwera konformità mal-punti (b) jew (c) matul ir-rotta kollha. Il-passaġġ nett tat-titjira għandu jkollu xaqliba pożittiva meta l-inġenju tal-ajru jkun 1 500 pied ‘il fuq mill-ajrudrom fejn ikun se jsir l-inżul wara li tiżviluppa ħsara fil-magna. F’kundizzjonijiet meteoroloġiċi li jkunu jeħtieġu t-tħaddim ta’ sistemi ta’ ħarsien mis-silġ, għandu jitqies l-effett tal-użu ta’ dawn is-sistemi fuq il-passaġġ nett tat-titjira.
(b) Ix-xaqliba tal-passaġġ nett tat-titjira ta' waqt ir-rotta għandha tkun waħda pożittiva sa mill-inqas 1 000 pied 'il fuq mill-art u mill-ostakli kollha li jkun hemm tul ir-rotta f'distanza ta' 9,3 kilometri (5 mili nawtiċi) fuq kull naħa tar-rotta prevista.
(c) Il-passaġġ nett tat-titjira ta' waqt ir-rotta għandu jippermetti lill-ajruplan ikompli bit-titjira mill-altitudni ta' veloċità ta' cruising lejn ajrudrom fejn ikun jista' jsir inżul skont il-punt CAT.POL.A.230 jew il-punt CAT.POL.A.235, kif xieraq. Il-passaġġ nett tat-titjira ta' waqt ir-rotta għandu jgħaddi minn mal-art u minn mal-ostakli kollha tul ir-rotta li jkunu jinsabu sa 9,3 kilometri (5 mili nawtiċi) fuq kull naħa tar-rotta prevista, f'distanza vertikali ta' mill-inqas 2 000 pied, fejn jitqiesu l-elementi li ġejjin:
wieħed ikun assuma li l-magna tieqaf fil-punt l-aktar kritiku tul ir-rotta;
jitqiesu l-effetti tar-riħ fuq il-passaġġ tat-titjira;
ir-rimi tal-fjuwil huwa permess safejn dan ikun konsistenti mal-fatt li l-ajruplan jasal fl-ajrudrom fejn dan huwa mistenni li jinżel bir-riżervi tal-fjuwil meħtieġa wara ħsara fil-magna skont il-punt CAT.OP.MPA.150, adattat għal ajrudrom alternattiv, jekk tintuża proċedura sikura;
l-ajrudrom fejn l-ajruplan ikun previst li se jinżel wara ħsara fil-magna għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni għall-massa tal-inżul mistennija huma ssodisfati;
ir-rapporti tat-temp jew it-tbassir tat-temp u r-rapporti dwar il-kundizzjoni tar-runway jkunu jindikaw li jista' jsir inżul sikur fil-ħin stmat tal-inżul;
jekk l-AFM ma jkunx fih data dwar il-passaġġ nett tat-titjira ta' waqt ir-rotta, il-passaġġ tat-titjira OEI gross matul ir-rotta għandu jitnaqqas b'xaqliba tiela' 'l fuq ta' 1,1 % għal ajruplani b'żewġ magni, 1,4 % għal ajruplani bi tliet magni, u 1,6 % għal ajruplani b'erba' magni.
(d) L-operatur għandu jżid il-marġnijiet tal-wisa' previsti fil-punti (b) u (c) għal 18,5 kilometri (10 mili nawtiċi), jekk il-preċiżjoni tan-navigazzjoni ma tkunx tissodisfa tal-inqas l-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni RNAV 5.
CAT.POL.A.220 Waqt ir-rotta — ajruplani bi tliet magni jew iżjed li jkollhom żewġ magni weqfin
Ajruplan li jkollu tliet magni jew aktar ma għandux ikun 'il bogħod minn ajrudrom li fih jiġu ssodisfati kif xieraq ir-rekwiżiti tal-punti CAT.POL.A.230 jew CAT.POL.A.235(a) għall-massa mistennija tal-inżul, fi kwalunkwe punt matul it-triq intenzjonata għal aktar minn 90 minuta, bil-magni kollha joperaw b'potenza jew thrust ta' cruising, kif xieraq, f'temperatura standard f'arja kalma, sakemm il-punti (b) sa (f) ta' dan il-punt ma jiġux imħarsa.
Id-data tal-passaġġ nett tat-titjira b'żewġ magni weqfin ta' waqt ir-rotta għandha tippermetti lill-ajruplan ikompli bit-titjira, fil-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija, mill-punt li fih wieħed jassumi li ż-żewġ magni jkunu waqfu fl-istess ħin lejn ajrudrom li fih l-ajruplan ikun jista' jinżel u jieqaf kompletament billi juża l-proċedura preskritta għal inżul b'żewġ magni weqfin. Il-passaġġ nett tat-titjira ta' waqt ir-rotta għandu jgħaddi minn mal-art u minn mal-ostakli kollha tul ir-rotta li jkunu jinsabu sa 9,3 kilometri (5 mili nawtiċi) fuq kull naħa tar-rotta prevista, f'distanza vertikali ta' mill-inqas 2 000 pied. F'altitudni u f'kundizzjonijiet meteoroloġiċi li jkunu jeħtieġu li jkunu jistgħu jitħaddmu s-sistemi ta' ħarsien mis-silġ, għandu jitqies l-effett tagħhom tal-użu ta' dawn is-sistemi fuq id-data tal-passaġġ nett tat-titjira ta' waqt ir-rotta. Jekk il-preċiżjoni tan-navigazzjoni ma tkunx tissodisfa tal-inqas l-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni RNAV 5, l-operatur għandu jżid il-marġni tal-wisa' preskritt mogħti hawn fuq fit-tieni sentenza għal 18,5 kilometri (10 mili nawtiċi).
Wieħed jassumi li ż-żewġ magni jkunu waqfu fl-aktar punt kritiku ta' dak il-porzjon tar-rotta fejn l-ajruplan jitħaddem għal aktar minn 90 minuta, bil-magni kollha joperaw b'potenza jew thrust ta' cruising, kif xieraq, f'temperatura standard f'arja kalma, 'il bogħod mill-ajrudrom imsemmi fil-punt (a).
Il-passaġġ nett tat-titjira għandu jkollu xaqliba pożittiva meta l-ajruplan ikun 1 500 pied 'il fuq mill-ajrudrom fejn ikun se jsir l-inżul wara li tiżviluppa l-ħsara f'żewġ magni.
Ir-rimi tal-fjuwil għandu jkun permess safejn dan ikun konsistenti mal-fatt li l-ajruplan jasal fl-ajrudrom bir-riżervi tal-fjuwil meħtieġa msemmija fil-punt (f), jekk tintuża proċedura sikura.
Il-massa mistennija tal-ajruplan fil-punt li fih wieħed jassumi li ż-żewġ magni jkunu waqfu m’għandhiex tkun inqas minn dik li tinkludi biżżejjed fjuwil/enerġija biex l-ajruplan ikompli sejjer lejn ajrudrom fejn wieħed jassumi li jkun se jsir l-inżul, u biex dan jasal hemm f’altitudni ta’ mill-inqas 1 500 pied (450 m) direttament fuq iż-żona tal-inżul u biex, minn dak il-punt ’il quddiem, itir fl-istess livell għal 15-il minuta b’potenza jew thrust ta’ cruising, kif xieraq.
CAT.POL.A.225 Inżul — ajrudromi tad-destinazzjoni u ajrudromi alternattivi
(a) Il-massa tal-inżul tal-ajruplan stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.105(a) m’għandhiex taqbeż il-massa massima tal-inżul speċifikata għall-altitudni u għat-temperatura tal-ambjent mistennija fil-ħin stmat tal-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u fl-ajrudrom alternattiv.
CAT.POL.A.230 Inżul — runways xotti
Il-massa tal-inżul tal-ajruplan stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.105(a) għall-ħin stmat tal-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv ieħor għandha tippermetti nżul b'waqfien sħiħ tal-ajruplan minn 50 pied 'il fuq mil-limitu:
għall-ajruplani li jaħdmu b'magni turboġett, f'60 % tad-distanza disponibbli tal-inżul (LDA);
għall-ajruplani li jaħdmu b'turboskrun, f'70 % tal-LDA;
permezz ta' deroga mill-punti (a)(1) u (a)(2), għall-ajruplani li huma approvati għal operazzjonijiet ta' distanza tal-inżul imnaqqsa skont il-punt CAT.POL.A.255, fi ħdan 80 % tal-LDA.
Għall-operazzjonijiet ta' avviċinament wieqaf, l-operatur għandu juża d-data tad-distanza tal-inżul li fuqha jkunu ġew applikati l-fatturi skont il-punt (a)(1) jew (a)(2), kif applikabbli, ibbażata fuq għoli tal-iskrin ta' inqas minn 60 pied, iżda ta' mhux inqas minn 35 pied, u huwa għandu jkun konformi mal-punt CAT.POL.A.245.
Għall-operazzjonijiet ta' nżul b'distanza qasira, l-operatur għandu juża d-data tad-distanza tal-inżul li fuqha jkunu ġew applikati l-fatturi skont il-punt (a)(1) jew (a)(2), u huwa għandu jkun konformi mal-punt CAT.POL.A.250.
Meta jkun qed jistabbilixxi l-massa tal-inżul, l-operatur għandu jqis dan li ġej:
mhux aktar minn 50 % tal-komponent tar-riħ minn faċċata jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent tar-riħ minn wara;
korrezzjonijiet kif provduti fl-AFM.
Għall-bgħit tal-ajruplan, l-ajruplan għandu jew:
jinżel fuq l-aktar runway favorevoli, f'arja kalma;
jinżel fuq ir-runway li l-aktar probabbli tiġi assenjata lilu meta jitqiesu l-veloċità u d-direzzjoni probabbli tar-riħ, il-karatteristiċi tal-immaniġġjar tal-ajruplan fuq l-art u kundizzjonijiet oħrajn bħalma huma l-għajnuna għall-inżul u t-tip ta' terren.
Jekk l-operatur ma jkunx jista' jikkonforma mal-punt (e)(2) għall-ajrudrom tad-destinazzjoni, l-ajruplan għandu jitħalla jitlaq biss jekk ikun intgħażel ajrudrom alternattiv li jippermetti konformità sħiħa ma' wieħed minn dawn li ġejjin:
il-punti (a) sa (d), jekk ir-runway fil-ħin stmat tal-wasla tkun xotta;
il-punti CAT.POL.A.235 (a) sa (d), jekk ir-runway fil-ħin stmat tal-wasla tkun imxarrba jew ikkontaminata.
CAT.POL.A.235 Inżul — runways imxarrba u kkontaminati
Meta r-rapporti tat-temp jew it-tbassir tat-temp ix-xierqa, jew it-tnejn li huma, ikunu jindikaw li, fil-ħin stmat tal-wasla, ir-runway tista' tkun imxarrba, l-LDA għandha tkun waħda mid-distanzi li ġejjin:
distanza tal-inżul provduta fl-AFM għall-użu fuq runways imxarrba fil-ħin tal-bgħit, imma mhux inqas minn dik meħtieġa mill-punt CAT.POL.A.230(a)(1) jew (a)(2), kif applikabbli;
jekk ma tkunx provduta distanza tal-inżul fl-AFM għall-użu fuq runways imxarrba fil-ħin tal-bgħit, mill-inqas 115 % tad-distanza tal-inżul meħtieġa, stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.230 (a)(1) jew (a)(2), kif applikabbli;
distanza tal-inżul iqsar minn dik meħtieġa mill-punt (a)(2), imma mhux inqas minn dik meħtieġa mill-punt CAT.POL.A.230(a)(1) jew (a)(2), kif applikabbli, jekk ir-runway għandha karatteristiċi speċifiċi li jtejbu l-frizzjoni u l-AFM jinkludi informazzjoni addizzjonali speċifika għad-distanza tal-inżul fuq dak it-tip ta' runway;
permezz ta' deroga mill-punti (a)(1), (a)(2) u (a)(3), għall-ajruplani li huma approvati għal operazzjonijiet ta' distanza tal-inżul imnaqqsa taħt il-punt CAT.POL.A.255, id-distanza tal-inżul stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.255(b)(2)(v)(B).
Meta r-rapporti tat-temp jew it-tbassir tat-temp xierqa jkunu jindikaw li, fil-ħin stmat tal-wasla, ir-runway tista' tkun ikkontaminata, l-LDA għandha tkun waħda minn dawn id-distanzi li ġejjin:
mill-inqas id-distanza tal-inżul stabbilita skont il-punt (a), jew mill-inqas 115 % tad-distanza tal-inżul stabbilita skont id-data approvata dwar id-distanza tal-inżul ikkontaminata jew ekwivalenti, skont liema minnhom ikun l-ikbar;
fuq runways tax-xitwa ppreparati apposta, tista' tintuża distanza tal-inżul li tkun iqsar minn dik meħtieġa skont il-punt (b)(1), iżda li ma tkunx inqas minn dik meħtieġa skont il-punt (a), jekk l-AFM ikun jinkludi informazzjoni addizzjonali speċifika dwar id-distanzi tal-inżul fuq runways ikkontaminati. Tali distanza tal-inżul għandha tkun mill-inqas 115 % tad-distanza tal-inżul li tinsab fl-AFM.
B'deroga mill-punt (b), iż-żieda ta' 15 % m'għandhiex għalfejn tiġi applikata jekk tkun diġà inkluża fid-data approvata tad-distanza tal-inżul jew ekwivalenti.
Għall-punti (a) u (b), il-kriterji tal-punti CAT.POL.A.230(b), (c) u (d) għandhom japplikaw kif xieraq.
Għall-bgħit tal-ajruplan, l-ajruplan għandu jew:
jinżel fuq l-aktar runway favorevoli, f'arja kalma;
jinżel fuq ir-runway li l-aktar probabbli tiġi assenjata lilu meta jitqiesu l-veloċità u d-direzzjoni probabbli tar-riħ, il-karatteristiċi tal-immaniġġjar tal-ajruplan fuq l-art u kundizzjonijiet oħrajn bħalma huma l-għajnuna għall-inżul u t-tip ta' terren.
Jekk l-operatur ma jkunx jista' jikkonforma mal-punt (e)(1) għal ajrudrom ta' destinazzjoni fejn ir-rapporti jew it-tbassir tat-temp xieraq jindikaw li r-runway fil-ħin stmat tal-wasla tista' tkun ikkontaminata u fejn l-inżul jiddependi fuq komponent speċifiku tar-riħ, l-ajruplan għandu jintbagħat biss jekk jiġu magħżula żewġ ajrudromi alternattivi.
Jekk l-operatur ma jkunx jista' jikkonforma mal-punt (e)(2) għall-ajrudrom tad-destinazzjoni fejn ir-rapporti jew it-tbassir tat-temp xierqa jindikaw li r-runway fil-ħin stmat tal-wasla tista' tkun imxarrba jew ikkontaminata, l-ajruplan għandu jintbagħat biss jekk ajrudrom alternattiv jiġi magħżul.
Għall-punti (f) u (g), l-ajrudrom jew l-ajrudromi alternattiv/i magħżul/a għandhom jippermettu l-konformità ma' waħda minn dawn li ġejjin:
il-punti CAT.POL.A.230(a) sa (d), jekk ir-runway fil-ħin stmat tal-wasla tkun niexfa;
il-punti CAT.POL.A.235 (a) sa (d), jekk ir-runway fil-ħin stmat tal-wasla tkun imxarrba jew ikkontaminata.
CAT.POL.A.240 Approvazzjoni ta’ operazzjonijiet b’angoli ta’ timjil laterali miżjuda
(a) L-operazzjonijiet b’angoli ta’ timjil laterali miżjuda jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.
(b) Sabiex jikseb l-approvazzjoni, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li ntlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
li l-AFM fih dejta approvata għaż-żieda meħtieġa fil-veloċità operattiva u dejta biex ikun jista’ jiġi ffurmat il-passaġġ tat-titjira meta jitqiesu ż-żidiet fl-angoli ta’ timjil laterali u fil-veloċitajiet;
li hemm gwida viżwali disponibbli għall-preċiżjoni tan-navigazzjoni;
li ġew speċifikati l-valuri minimi tat-temp u l-limitazzjonijiet tar-riħ għal kull runway; u
l-ekwipaġġ tat-titjira kiseb għarfien xieraq tar-rotta li fiha għandu jittajjar l-inġenju tal-ajru u tal-proċeduri li għandhom jintużaw skont il-Subparti FC tal-Parti-ORO.
CAT.POL.A.245 Approvazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ avviċinament wieqaf
(a) L-operazzjonijiet ta’ avviċinament wieqaf li jużaw angoli ta’ pendil tal-inżul ta’ 4.5° jew iktar u li jkollhom għoli tal-iskrin ta’ inqas minn 60 pied, iżda ta’ mhux inqas minn 35 pied, jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.
(b) Sabiex jikseb l-approvazzjoni, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li ntlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
li l-AFM jagħti l-angolu massimu ta’ pendil tal-inżul approvat, kwalunkwe limitazzjonijiet oħrajn, il-proċeduri normali, mhux normali jew ta’ emerġenza għall-avviċinament wieqaf, kif ukoll l-emendi fid-dejta dwar it-tul taż-żona għal meta jkunu qed jintużaw il-kriterji tal-avviċinament wieqaf;
li, għal kull ajrudrom li fih għandhom jitwettqu operazzjonijiet ta’ avviċinament wieqaf:
għandha tkun disponibbli, sistema ta’ referenza adattata tal-passaġġ tal-inżul li tkun tinkludi mill-inqas sistema ta’ indikazzjoni viżwali tal-passaġġ tal-inżul;
għandhom ikunu speċifikati l-valuri minimi tat-temp; u
għandhom jitqiesu l-affarijiet li ġejjin:
is-sitwazzjoni tal-ostakli;
it-tip ta’ referenza tal-passaġġ tal-inżul u ta’ gwida tar-runway;
ir-referenza viżwali minima li għandha tkun meħtieġa fl-għoli tad-deċiżjoni (DH) u fl-MDA;
it-tagħmir disponibbli li jkun hemm abbord;
il-kwalifiki tal-bdot u familjarizzazzjoni speċjali mal-ajrudrom;
il-limitazzjonijiet u l-proċeduri mogħtija fl-AFM; u
il-kriterji tal-avviċinament mhux milħuq.
CAT.POL.A.250 Approvazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ nżul b’distanza qasira
(a) L-operazzjonijiet ta’ nżul b’distanza qasira jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.
(b) Sabiex jikseb l-approvazzjoni, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li ntlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
li d-distanza użata għall-kalkolu tal-massa tal-inżul awtorizzata tista’ tikkonsisti mit-tul li jista’ jintuża taż-żona ddikjarata bħala sikura u l-LDA ddikjarata;
li l-Istat tal-ajrudrom ikun stabbilixxa interess pubbliku u ħtieġa operattiva għall-operazzjoni, jew minħabba d-distanza tal-ajruport jew minħabba l-limitazzjonijiet fiżiċi marbutin mal-estensjoni tar-runway;
li d-distanza vertikali bejn il-passaġġ ta’ għajnejn il-bdot u l-passaġġ tal-iktar parti baxxa tar-roti, meta l-ajruplan ikun stabbilit fuq il-passaġġ ta’ nżul normali, ma tkunx taqbeż it-tliet (3) metri;
li r-RVR/il-VIS minima m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 1 500 metru u li l-limitazzjonijiet tar-riħ ikunu speċifikati fil-manwal tal-operat;
li l-esperjenza minima tal-bdot, ir-rekwiżiti tat-taħriġ u l-familjarizzazzjoni speċjali mal-ajrudrom ikunu speċifikati u jkunu ntlaħqu;
li l-għoli tal-qsim fil-bidu tat-tul li jista’ jintuża taż-żona ddikjarata bħala sikura jkun ta’ 50 pied;
li l-użu taż-żona ddikjarata bħala sikura jkun approvat mill-Istat tal-ajrudrum;
li t-tul li jista’ jintuża taż-żona ddikjarata bħala sikura ma jkunx jaqbeż id-90 metru;
li l-wisa’ taż-żona ddikjarata bħala sikura ċċentrata fuq il-linja estiża taċ-ċentru tar-runway ma tkunx inqas mid-doppju tal-wisa’ tar-runway jew mid-doppju tat-tul tal-ġwienaħ, skont liema minnhom ikun l-akbar;
li ż-żona ddikjarata bħala sikura ma jkun fiha l-ebda ostaklu jew ħofra li jistgħu jpoġġu fil-periklu ajruplan li jinżel qabel ma tibda r-runway u li l-ebda oġġett mobbli ma jkun permess fiż-żona ddikjarata bħala sikura waqt li r-runway tkun qed tintuża għall-operazzjonijiet ta’ nżul b’distanza qasira;
li l-pendil taż-żona ddikjarata bħala sikura la jkun jaqbeż il-5 % ‘l fuq u lanqas it-2 % ‘l isfel fid-direzzjoni tal-inżul; u
operazzjonijiet ta' distanza tal-inżul meħtieġa mnaqqsa skont il-punt CAT.POL.A.255 huma pprojbiti;
il-kundizzjonijiet addizzjonali, jekk ikunu speċifikati mill-awtorità kompetenti, li jqisu l-karatteristiċi tat-tip ta’ ajruplan, il-karatteristiċi orografiċi fiż-żona tal-avviċinament, l-għajnuna disponibbli għall-avviċinament u l-kunsiderazzjonijiet marbutin mal-avviċinament mhux milħuq/mal-inżul interrott.
CAT.POL.A.255 Approvazzjoni ta' operazzjonijiet ta' distanza tal-inżul meħtieġa mnaqqsa
Operatur tal-ajruplan jista' jwettaq operazzjonijiet tal-inżul sa 80 % tad-distanza tal-inżul disponibbli (LDA) jekk jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-ajruplan għandu MOPSC ta' 19 jew inqas;
l-ajruplan għandu dikjarazzjoni ta' eliġibbiltà għal distanza tal-inżul meħtieġa mnaqqsa fl-AFM;
l-ajruplan jintuża f'operazzjonijiet fuq talba u mhux skedati tat-trasport bl-ajru kummerċjali (CAT);
il-massa tal-inżul tal-ajruplan tippermetti nżul b'waqfien sħiħ f'dik id-distanza tal-inżul imnaqqsa;
l-operatur ikun irċieva l-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.
Sabiex jikseb l-approvazzjoni msemmija fil-punt (a)(5), l-operatur għandu jipprovdi evidenza ta' waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
saret valutazzjoni tar-riskju biex turi li jinkiseb livell ta' sikurezza ekwivalenti għal dak maħsub mill-punt CAT.POL.A.230(a)(1) jew (2), kif applikabbli;
li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:
proċeduri ta' avviċinament speċjali, bħal avviċinamenti wieqfa, għoli ppjanat tal-iskrin ogħla minn 60 pied jew inqas minn 35 pied, operazzjonijiet ta' viżibilità baxxa, avviċinamenti barra l-kriterji ta' avviċinament stabilizzat approvati taħt il-punt CAT.OP.MPA.115(a), huma pprojbiti;
operazzjonijiet ta' nżul b'distanza qasira imnaqqsa skont CAT.POL.A.250 huma pprojbiti;
inżul fuq runways ikkontaminati huwa pprojbit;
huwa stabbilit proċess adegwat ta' taħriġ, kontroll u monitoraġġ għall-ekwipaġġ tat-titjira;
programm ta' analiżi tal-inżul fl-ajrudrom (ALAP) huwa stabbilit mill-operatur biex jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-ebda riħ minn wara ma huwa mbassar fil-ħin mistenni tal-wasla;
jekk ir-runway hija mistennija li tkun imxarrba fil-ħin mistenni tal-wasla, id-distanza tal-inżul fil-bgħit għandha jew tiġi stabbilita skont il-punt CAT.OP.MPA.303(a) jew (b) kif applikabbli, jew għandha tkun 115 % tad-distanza tal-inżul stabbilita għal runways xotti, skont liema tkun itwal;
ma jeżisti l-ebda tbassir tal-kundizzjonijiet tar-runway ikkontaminat fil-ħin mistenni tal-wasla;
ma jeżisti l-ebda tbassir tal-kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena fil-ħin mistenni tal-wasla;
it-tagħmir kollu li jaffettwa l-prestazzjoni tal-inżul huwa operattiv qabel ma tibda t-titjira;
l-ekwipaġġ tat-titjira jikkonsisti minn mill-inqas żewġ bdoti kwalifikati u mħarrġa li għandhom taħriġ riċenti f'operazzjonijiet ta' distanza tal-inżul meħtieġa mnaqqsa;
abbażi tal-kundizzjonijiet prevalenti għat-titjira maħsuba, il-kmandant għandu jieħu d-deċiżjoni finali li jwettaq operazzjonijiet ta' distanza tal-inżul meħtieġa mnaqqsa u jista' jiddeċiedi li ma jagħmilx hekk meta hu jew hi jikkunsidra/tikkunsidra li dan ikun fl-interess tas-sikurezza;
kundizzjonijiet addizzjonali tal-ajrudrom, jekk speċifikati mill-awtorità kompetenti li ċċertifikat l-ajrudrom, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi orografiċi taż-żona tal-avviċinament, l-għajnuniet disponibbli għall-avviċinament, l-avviċinament mhux milħuq u l-konsiderazzjonijiet tal-inżul interrott (balked-landing).
CAT.POL.A.300 Punti ġenerali
(a) Sakemm ma jkunx approvat mill-awtorità kompetenti skont l-Anness V (il-Parti-SPA), is-Subparti L — OPERAZZJONIJIET TA' AJRUPLANI B'MAGNA WAĦDA BIT-TURBINI BILLEJL JEW F'IMC (SET-IMC), l-operatur m'għandux jopera ajruplan b'magna waħda:
billejl; jew
f'IMC, ħlief skont VFR speċjali.
(b) L-operatur għandu jittratta l-ajruplani b’żewġ magni li ma jilħqux ir-rekwiżiti tat-tlugħ mogħtija fil-punt CAT.POL.A.340 bħala ajruplani b’magna waħda.
CAT.POL.A.305 Tlugħ
(a) Il-massa tat-tlugħ m’għandhiex taqbeż il-massa massima waqt it-tlugħ speċifikata fl-AFM għall-altitudni tal-pressjoni u għat-temperatura tal-ambjent fl-ajrudrom tat-tluq.
(b) Id-distanza tat-tlugħ mingħajr fatturi speċifikata fl-AFM m’għandhiex tkun itwal minn:
meta din tiġi mmultiplikata b’fattur ta’ 1.25, il-ġirja tat-tlugħ disponibbli (TORA); jew
meta jkun hemm mogħdija tal-waqfien u/jew tal-ikklerjar disponibbli, l-affarijiet li ġejjin:
it-TORA;
meta din tiġi mmultiplikata b’fattur ta’ 1.15, id-distanza disponibbli għat-tlugħ (TODA),; jew
meta din tiġi mmultiplikata b’fattur ta’ 1.3, l-ASDA.
(c) Hija u tintwera l-konformità mal-punt (b), għandhom jitqiesu l-affarijiet li ġejjin:
il-massa tal-ajruplan fil-bidu tal-ġirja tat-tlugħ;
l-altitudni tal-pressjoni fl-ajrudrom;
it-temperatura tal-ambjent fl-ajrudrom;
il-kundizzjoni ta’ wiċċ ir-runway u t-tip ta’ wiċċ tar-runway;
il-pendil tar-runway fid-direzzjoni tat-tlugħ; u
mhux iktar minn 50 % tal-komponent tar-riħ minn faċċata rrappurtat jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent tar-riħ minn wara rrappurtat.
CAT.POL.A.310 Distanza mill-ostakli waqt it-tlugħ — l-ajruplani b’diversi magni
(a) Il-passaġġ tat-titjira tat-tlugħ ta’ ajruplani b’żewġ magni jew iktar għandu jkun stabbilit b’tali mod li l-ajruplan jgħaddi minn mal-ostakli kollha f’distanza vertikali ta’ mill-inqas 50 pied minnhom jew f’distanza orizzontali ta’ mill-inqas 90 metru u 0,125 × D minnhom, fejn D hija d-distanza orizzontali li l-ajruplan ikun ivvjaġġa mit-tarf tat-TODA jew mit-tarf tad-distanza tat-tlugħ jekk tkun skedata dawra qabel tarf it-TODA, ħlief hekk kif previst fil-punti (b) u (c). Għall-ajruplani li t-tul tal-ġwienaħ tagħhom ikun ta’ inqas minn 60 metru, tista’ tintuża distanza orizzontali mill-ostakli li tkun daqs nofs it-tul tal-ġwienaħ tal-ajruplan u 60 metru u 0,125 × D. Wieħed għandu jassumi:
li l-passaġġ tat-titjira tat-tlugħ jibda f’għoli ta’ 50 pied ‘il fuq minn wiċċ l-art f’tarf id-distanza tat-tlugħ meħtieġa skont il-punt CAT.POL.A.305(b) u jintemm f’għoli ta’ 1 500 pied ‘il fuq minn wiċċ l-art;
li l-ajruplan ma jkunx immejjel b’mod laterali qabel ma jilħaq għoli ta’ 50 pied ‘il fuq minn wiċċ l-art, u li wara dan il-punt l-angolu ta’ timjil laterali ma jkunx ta’ iktar minn 15°;
li l-ħsara fil-magna kritika tiżviluppa fil-punt fil-passaġġ tat-titjira tat-tlugħ bil-magni kollha jaħdmu li fih ir-referenza viżwali biex ikunu evitati l-ostakli tkun mistennija tintilef;
li x-xaqliba tal-passaġġ tat-titjira tat-tlugħ minn 50 pied sal-għoli li fih wieħed jassumi li tiżviluppa l-ħsara fil-magna tkun daqs ix-xaqliba medja tal-ajruplan bil-magni kollha jaħdmu matul it-tlugħ u t-tranżizzjoni għall-konfigurazzjoni ta’ waqt ir-rotta, immultiplikata b’fattur ta’ 0.77; u
li x-xaqliba tal-passaġġ tat-titjira tat-tlugħ mill-għoli milħuq skont il-punt (a)(4) sa tarf il-passaġġ tat-titjira tat-tlugħ tkun daqs ix-xaqliba waqt it-tlugħ ta’ waqt ir-rotta b’OEI mogħtija fl-AFM.
(b) F’każijiet fejn il-passaġġ ippjanat tat-titjira ma jkunx jeħtieġ bidliet fir-rotta ta’ iktar minn 15°, l-operatur m’għandux għalfejn iqis dawk l-ostakli li jkollhom distanza laterali ta’ iktar minn:
300 metru, jekk it-titjira titwettaq b’kundizzjonijiet li jippermettu navigazzjoni viżwali bi gwida għad-direzzjoni, jew jekk ikunu disponibbli għajnuniet għan-navigazzjoni li jgħinu lill-bdot iżomm il-passaġġ ippjanat tat-titjira bl-istess preċiżjoni; jew
600 metru, għal titjiriet bil-kundizzjonijiet l-oħra kollha.
(c) F’każijiet fejn il-passaġġ ippjanat tat-titjira jkun jeħtieġ bidliet fir-rotta ta’ iktar minn 15°, l-operatur m’għandux għalfejn iqis dawk l-ostakli li jkollhom distanza laterali ta’ iktar minn:
600 metru, għal titjiriet b’kundizzjonijiet li jippermettu navigazzjoni viżwali bi gwida għad-direzzjoni; jew
900 metru, għal titjiriet bil-kundizzjonijiet l-oħra kollha.
(d) Hija u tintwera l-konformità mal-punti (a) sa (c), għandhom jitqiesu l-affarijiet li ġejjin:
il-massa tal-ajruplan fil-bidu tal-ġirja tat-tlugħ;
l-altitudni tal-pressjoni fl-ajrudrom;
it-temperatura tal-ambjent fl-ajrudrom; u
mhux iktar minn 50 % tal-komponent tar-riħ minn faċċata rrappurtat jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent tar-riħ minn wara rrappurtat.
(e) (e) Ir-rekwiżiti f’(a)(3), (a)(4), (a)(5), (b)(2) u (c)(2) ma għandhomx ikunu applikabbli għal operazzjonijiet VFR binhar.
CAT.POL.A.315 Waqt ir-rotta — l-ajruplani b’diversi magni
(a) Fil-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija għat-titjira u f’każ li tiżviluppa ħsara f’waħda mill-magni, l-ajruplan għandu jkun kapaċi jkompli t-titjira, bil-magni li jibqa’ jaħdmu bil-kundizzjonijiet speċifikati tal-qawwa massima kontinwa, fl-altitudni minima rilevanti għat-titjir sikur imniżżla fil-manwal tal-operat jew ‘il fuq minnha, sa punt li jkun 1 000 pied ‘il fuq minn ajrudrom li fih ikunu jistgħu jintlaħqu r-rekwiżiti tal-prestazzjoni.
(b) Wieħed għandu jassumi li, fil-punt li fih tiżviluppa l-ħsara fil-magna:
l-ajruplan ma jkunx qed itir f’altitudni li tkun iktar minn dik li fiha r-rata tat-tlugħ tkun daqs 300 pied kull minuta, meta l-magni kollha jkunu qed jaħdmu bil-kundizzjonijiet speċifikati tal-qawwa massima kontinwa; u
ix-xaqliba waqt ir-rotta b’OEI għandha tkun ix-xaqliba grossa tal-inżul jew tat-tlugħ, skont kif ikun xieraq, miżjuda b’xaqliba ta’ 0,5 % jew imnaqqsa b’xaqliba ta’ 0,5 % rispettivament.
CAT.POL.A.320 Waqt ir-rotta — ajruplani b'magna waħda
Fil-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija għat-titjira, u f'każ li tiżviluppa ħsara fil-magna, l-ajruplan għandu jkun kapaċi jilħaq post li fih ikun jista' jitwettaq inżul ta' emerġenza sikur, ħlief jekk l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti skont l-Anness V (il-Parti-SPA), is-Subparti L — OPERAZZJONIJIET TA' AJRUPLANI B'MAGNA WAĦDA BIT-TURBINI BILLEJL JEW F'IMC (SET-IMC) u jagħmel użu minn perjodu ta' riskju.
Għall-finijiet tal-punt (a), wieħed għandu jassumi li, fil-punt li fih tiżviluppa l-ħsara fil-magna:
l-ajruplan ma jkunx qed itir f'altitudni li tkun iktar minn dik li fiha r-rata tat-tlugħ tkun daqs 300 pied kull minuta, meta l-magna tkun qed topera bil-kundizzjonijiet speċifikati tal-qawwa massima kontinwa; u
ix-xaqliba waqt ir-rotta tkun ix-xaqliba grossa tal-inżul miżjuda b'xaqliba ta' 0,5 %.
CAT.POL.A.325 Inżul — ajrudromi tad-destinazzjoni u ajrudromi alternattivi
Il-massa tal-inżul tal-ajruplan stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.105(a) m’għandhiex taqbeż il-massa massima tal-inżul speċifikata għall-altitudni u għat-temperatura tal-ambjent mistennija fil-ħin stmat tal-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u fl-ajrudrom alternattiv.
CAT.POL.A.330 Inżul — runways xotti
Il-massa tal-inżul tal-ajruplan stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.105(a) għall-ħin stmat tal-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv ieħor għandha tippermetti nżul b'waqfien sħiħ tal-ajruplan minn 50 pied 'il fuq mil-limitu f'70 % tal-LDA.
B'deroga mill-punt (a), u fejn ikun hemm konformità mal-punt CAT.POL.A.355, il-massa tal-inżul tal-ajruplan stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.105(a) għall-ħin stmat tal-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni għandha tkun tali li tippermetti nżul b'waqfien sħiħ minn 50 pied 'il fuq mil-limitu sa 80 % tal-LDA.
Meta jkun qed jistabbilixxi l-massa tal-inżul, l-operatur għandu jqis l-affarijiet li ġejjin:
l-altitudni tal-ajrudrom;
mhux aktar minn 50 % tal-komponent tar-riħ minn faċċata jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent tar-riħ minn wara;
it-tip ta' superfiċje tar-runway;
il-pendil tar-runway fid-direzzjoni tal-inżul.
Għall-operazzjonijiet ta' avviċinament wieqaf, l-operatur għandu juża d-data tad-distanza tal-inżul li fuqha jkunu ġew applikati l-fatturi skont il-punt (a), ibbażata fuq għoli tal-iskrin ta' inqas minn 60 pied, iżda ta' mhux inqas minn 35 pied, u huwa għandu jkun konformi mal-punt CAT.POL.A.345.
Għall-operazzjonijiet ta' nżul b'distanza qasira, l-operatur għandu juża d-data tad-distanza tal-inżul li fuqha jkunu ġew applikati l-fatturi skont il-punt (a), u huwa għandu jkun konformi mal-punt CAT.POL.A.350.
Għall-bgħit tal-ajruplan, l-ajruplan għandu jew:
jinżel fuq l-aktar runway favorevoli, f'arja kalma;
jinżel fuq ir-runway li l-aktar probabbli tiġi assenjata lilu meta jitqiesu l-veloċità u d-direzzjoni probabbli tar-riħ, il-karatteristiċi tal-immaniġġjar tal-ajruplan fuq l-art u kundizzjonijiet oħrajn bħall-għajnuna għall-inżul u t-tip ta' terren.
Jekk l-operatur ma jkunx jista' jikkonforma mal-punt (f)(2) għall-ajrudrom tad-destinazzjoni, l-ajruplan għandu jitħalla jitlaq biss jekk ikun intgħażel ajrudrom alternattiv li jippermetti konformità sħiħa mal-punti (a) sa (f).
CAT.POL.A.335 Inżul — runways imxarrba u kkontaminati
Meta r-rapporti tat-temp jew it-tbassir tat-temp xierqa jkunu jindikaw li, fil-ħin stmat tal-wasla, ir-runway tista' tkun imxarrba, l-LDA għandha tkun waħda minn dawn id-distanzi li ġejjin:
distanza tal-inżul ipprovduta fl-AFM għall-użu fuq runways imxarrba fil-ħin tal-bgħit, iżda mhux inqas minn dik meħtieġa mill-punt CAT.POL.A.330;
jekk ma tkunx ipprovduta distanza tal-inżul fl-AFM għall-użu fuq runways imxarrba fil-ħin tal-bgħit, mill-inqas 115 % tad-distanza tal-inżul meħtieġa, stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.330(a);
distanza tal-inżul iqsar minn dik meħtieġa mill-punt (a)(2), iżda mhux inqas minn dik meħtieġa mill-punt CAT.POL.A.330(a), kif applikabbli, jekk ir-runway għandha karatteristiċi speċifiċi li jtejbu l-frizzjoni u l-AFM jinkludi informazzjoni addizzjonali speċifika għad-distanza tal-inżul fuq dak it-tip ta' runway;
permezz ta' deroga mill-punti (a)(1), (a)(2) u (a)(3), għall-ajruplani li huma approvati għal operazzjonijiet ta' distanza tal-inżul imnaqqsa skont il-punt CAT.POL.A.355, id-distanza tal-inżul stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.355(b)(7)(iii).
Meta r-rapporti tat-temp jew it-tbassir tat-temp xierqa jkunu jindikaw li, fil-ħin stmat tal-wasla, ir-runway tista' tkun ikkontaminata, id-distanza tal-inżul m'għandhiex taqbeż l-LDA. L-operatur għandu jispeċifika fil-manwal tal-operat, id-data tad-distanza tal-inżul li għandha tiġi applikata.
CAT.POL.A.340 Rekwiżiti tat-tlugħ waqt it-tlugħ u waqt l-inżul
L-operatur ta’ ajruplan b’żewġ magni għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-tlugħ li ġejjin waqt it-tlugħ u l-inżul:
(a) It-tlugħ waqt it-tlugħ
(1) Bil-magni kollha jaħdmu
(i) Ix-xaqliba stabbli tat-tlugħ wara t-tlugħ għandha tkun ta’ mill-inqas 4 %:
bil-qawwa tat-tlugħ fuq kull magna;
bit-tagħmir għall-inżul estiż, ħlief għall-fatt li, meta t-tagħmir għall-inżul ikun jista’ jitreġġa’ lura f’mhux iktar minn seba’ (7) sekondi, wieħed jista’ jassumi li dan ikun imreġġa’ lura;
bil-“flaps” tal-ġwienaħ fil-pożizzjoni(jiet) tat-tlugħ; u
b’veloċità tat-tlugħ li ma tkunx ta’ inqas mill-akbar valur minn fost dawn li ġejjin: 1,1 VMC (il-veloċità minima tal-kontroll fuq jew qrib l-art) u 1,2 VS1 (il-veloċità ta’ waqfien jew il-veloċità minima ta’ titjir kostanti fil-konfigurazzjoni tal-inżul).
(2) B’OEI
(i) Ix-xaqliba stabbli tat-tlugħ f’altitudni ta’ 400 pied ‘il fuq mill-wiċċ tat-tlugħ għandu jkun pożittiv b’mod li jista’ jitkejjel:
bil-magna kritika wieqfa u bl-iskrun tagħha fil-pożizzjoni tar-reżistenza minima tal-arja;
bil-magna li jibqa’ fil-qawwa tat-tlugħ;
bit-tagħmir għall-inżul imreġġa’ lura;
bil-“flaps” tal-ġwienaħ fil-pożizzjoni(jiet) tat-tlugħ; u
b’veloċità tat-tlugħ li tkun daqs dik milħuqa f’għoli ta’ 50 pied.
(ii) Ix-xaqliba stabbli tat-tlugħ m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 0,75 % f’altitudni ta’ 1 500 pied ‘il fuq mill-wiċċ tat-tlugħ:
bil-magna kritika wieqfa u bl-iskrun tagħha fil-pożizzjoni tar-reżistenza minima tal-arja;
bil-magna li jibqa’ f’qawwa li ma tkunx iktar mill-qawwa massima kontinwa;
bit-tagħmir għall-inżul imreġġa’ lura;
bil-“flaps” tal-ġwienaħ imreġġgħin lura; u
b’veloċità tat-tlugħ ta’ mhux inqas minn 1,2 VS1.
(b) It-tlugħ waqt l-inżul
(1) Bil-magni kollha jaħdmu
(i) Ix-xaqliba stabbli tat-tlugħ għandha tkun ta’ mill-inqas 2,5 %:
b’mhux iktar mill-qawwa jew mill-forza propulsiva li tkun disponibbli tmien (8) sekondi wara l-bidu tal-moviment tal-kontrolli tal-qawwa mill-pożizzjoni minima wieqfa tat-titjira;
bit-tagħmir għall-inżul estiż;
bil-“flaps” tal-ġwienaħ fil-pożizzjoni tal-inżul; u
b’veloċità tat-tlugħ li tkun daqs VREF (il-veloċità ta’ referenza tal-inżul).
(2) B’OEI
(i) Ix-xaqliba stabbli tat-tlugħ m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 0,75 % f’altitudni ta’ 1 500 pied ‘il fuq mill-wiċċ tal-inżul:
bil-magna kritika wieqfa u bl-iskrun tagħha fil-pożizzjoni tar-reżistenza minima tal-arja;
bil-magna li jibqa’ f’qawwa li ma tkunx iktar mill-qawwa massima kontinwa;
bit-tagħmir għall-inżul imreġġa’ lura;
bil-“flaps” tal-ġwienaħ imreġġgħin lura; u
b’veloċità tat-tlugħ ta’ mhux inqas minn 1,2 VS1.
CAT.POL.A.345 Approvazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ avviċinament wieqaf
(a) L-operazzjonijiet ta’ avviċinament wieqaf li jużaw angoli ta’ pendil tal-inżul ta’ 4,5° jew iktar u li jkollhom għoli tal-iskrin ta’ inqas minn 60 pied, iżda ta’ mhux inqas minn 35 pied, jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.
(b) Sabiex jikseb l-approvazzjoni, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li ntlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
li l-AFM jagħti l-angolu massimu ta’ pendil tal-inżul approvat, kwalunkwe limitazzjonijiet oħrajn, il-proċeduri normali, mhux normali jew ta’ emerġenza għall-avviċinament wieqaf, kif ukoll l-emendi fid-dejta dwar it-tul taż-żona għal meta jkunu qed jintużaw il-kriterji tal-avviċinament wieqaf; u
li, għal kull ajrudrom li fih għandhom jitwettqu operazzjonijiet ta’ avviċinament wieqaf:
tkun disponibbli sistema ta’ referenza adattata tal-passaġġ tal-inżul li tkun tinkludi mill-inqas sistema ta’ indikazzjoni viżwali tal-passaġġ tal-inżul;
ikunu speċifikati l-valuri minimi tat-temp; u
jitqiesu l-affarijiet li ġejjin:
is-sitwazzjoni tal-ostakli;
it-tip ta’ referenza tal-passaġġ tal-inżul u ta’ gwida tar-runway;
ir-referenza viżwali minima li għandha tkun meħtieġa fid-DH u fl-MDA;
it-tagħmir disponibbli li jkun hemm abbord;
il-kwalifiki tal-bdot u familjarizzazzjoni speċjali mal-ajrudrom;
il-limitazzjonijiet u l-proċeduri mogħtija fl-AFM; u
il-kriterji tal-avviċinament mhux milħuq.
CAT.POL.A.350 Approvazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ nżul b’distanza qasira
(a) L-operazzjonijiet ta’ nżul b’distanza qasira jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.
(b) Sabiex jikseb l-approvazzjoni, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li ntlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
li d-distanza użata għall-kalkolu tal-massa tal-inżul awtorizzata tista’ tikkonsisti mit-tul li jista’ jintuża taż-żona ddikjarata bħala sikura u l-LDA ddikjarata;
li l-użu taż-żona ddikjarata bħala sikura jkun approvat mill-Istat tal-ajrudrum;
li ż-żona ddikjarata bħala sikura ma jkun fiha l-ebda ostaklu jew ħofra li jistgħu jpoġġu fil-periklu ajruplan li jinżel qabel ma tibda r-runway u li l-ebda oġġett mobbli ma jkun permess fiż-żona ddikjarata bħala sikura waqt li r-runway tkun qed tintuża għall-operazzjonijiet ta’ nżul b’distanza qasira;
li l-pendil taż-żona ddikjarata bħala sikura la jkun jaqbeż pendil ta’ 5 % ‘l fuq u lanqas pendil ta’ 2 % ‘l isfel fid-direzzjoni tal-inżul;
li t-tul li jista’ jintuża taż-żona ddikjarata bħala sikura ma jkunx jaqbeż id-90 metru;
li l-wisa’ taż-żona ddikjarata bħala sikura ċċentrata fuq il-linja estiża taċ-ċentru tar-runway ma tkunx inqas mid-doppju tal-wisa’ tar-runway;
li l-għoli tal-qsim fil-bidu tat-tul li jista’ jintuża taż-żona ddikjarata bħala sikura jkun ta’ mill-inqas 50 pied;
li l-valuri minimi tat-temp ikunu speċifikati għal kull runway li għandha tintuża u ma jkunux inqas mill-valur li huwa l-ikbar minn fost il-valuri minimi tal-VFR jew tan-NPA;
li l-esperjenza tal-bdot, ir-rekwiżiti tat-taħriġ u l-familjarizzazzjoni speċjali mal-ajrudrom ikunu speċifikati u jkunu ntlaħqu;
il-kundizzjonijiet addizzjonali, jekk ikunu speċifikati mill-awtorità kompetenti, li jqisu l-karatteristiċi tat-tip ta’ ajruplan, il-karatteristiċi orografiċi fiż-żona tal-avviċinament, l-għajnuna disponibbli għall-avviċinament u l-kunsiderazzjonijiet marbutin mal-avviċinament mhux milħuq/mal-inżul interrott.
CAT.POL.A.355 Approvazzjoni ta' operazzjonijiet ta' distanza tal-inżul meħtieġa mnaqqsa
Operazzjonijiet b'massa tal-inżul tal-ajruplan li tippermetti nżul b'waqfien sħiħ f'80 % tad-distanza tal-inżul disponibbli (LDA) jeħtieġu approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti. Approvazzjoni bħal din għandha tinkiseb għal kull runway li fuqha jitwettqu operazzjonijiet b'distanza tal-inżul meħtieġa mnaqqsa.
Biex jikseb l-approvazzjoni msemmija fil-punt (a), l-operatur għandu jwettaq valutazzjoni tar-riskju biex juri li jinkiseb livell ta' sikurezza ekwivalenti għal dak maħsub mill-punt CAT.POL.A.330(a) u mill-inqas il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
l-Istat tal-ajrudrom ikun stabbilixxa interess pubbliku u ħtieġa operattiva għall-operazzjoni, jew minħabba d-distanza mbiegħda tal-ajrudrom jew minħabba l-limitazzjonijiet fiżiċi marbutin mal-estensjoni tar-runway;
operazzjonijiet ta' nżul b'distanza qasira skont il-punt CAT.POL.A.350 u avviċinamenti barra l-kriterji ta' avviċinament stabilizzat approvati skont il-punt CAT.OP.MPA.115(a) huma pprojbiti;
inżul fuq runways ikkontaminati huwa pprojbit;
proċedura speċifika ta' kontroll taż-żona tal-illandjar hija ddefinita fil-manwal tal-operat (OM) u implimentata; din il-proċedura għandha tinkludi struzzjonijiet adegwati dwar it-tmexxija u l-inżul interrott (balked-landing) meta l-illandjar fiż-żona ddefinita ma jistax jinkiseb;
huwa stabbilit programm adegwat ta' taħriġ u kontroll tal-ajrudrom għall-ekwipaġġ tat-titjira;
l-ekwipaġġ tat-titjira huwa kkwalifikat u għandu taħriġ riċenti f'operazzjonijiet ta' distanza tal-inżul meħtieġa mnaqqsa fl-ajrudrom ikkonċernat;
programm ta' analiżi tal-inżul fl-ajrudrom (ALAP) huwa stabbilit mill-operatur biex jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-ebda riħ minn wara ma huwa mbassar fil-ħin mistenni tal-wasla;
jekk ir-runway hija mbassra li tkun imxarrba fil-ħin mistenni tal-wasla, id-distanza tal-inżul fil-bgħit għandha jew tiġi ddeterminata skont il-punt CAT.OP.MPA.303(c), jew għandha tkun 115 % tad-distanza tal-inżul stabbilita għal runways xotti, skont liema hi itwal;
ma jeżisti l-ebda tbassir tal-kundizzjonijiet tar-runway ikkontaminat fil-ħin mistenni tal-wasla;
ma jeżisti l-ebda tbassir tal-kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena fil-ħin mistenni tal-wasla;
proċeduri operazzjonali huma stabbiliti biex jiżguraw li:
it-tagħmir kollu li jaffettwa l-prestazzjoni tal-inżul u d-distanza tal-inżul huwa operattiv qabel ma tibda t-titjira;
l-apparati tad-deċellerazzjoni huma użati sew mill-ekwipaġġ tat-titjira;
struzzjonijiet speċifiċi ta' manutenzjoni u proċeduri operazzjonali huma stabbiliti għall-apparat ta' deċellerazzjoni tal-ajruplan biex itejbu l-affidabilità ta' dawk is-sistemi;
l-avviċinament finali u l-inżul isiru taħt kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali (VMC) biss;
kundizzjonijiet addizzjonali tal-ajrudrom, jekk speċifikati mill-awtorità kompetenti li ċċertifikat l-ajrudrom, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi orografiċi taż-żona tal-avviċinament, l-għajnuniet disponibbli għall-avviċinament, l-avviċinament mhux milħuq u l-konsiderazzjonijiet tal-inżul interrott (balked-landing).
CAT.POL.A.400 Tlugħ
(a) Il-massa tat-tlugħ m’għandhiex taqbeż il-massa massima waqt it-tlugħ speċifikata fl-AFM għall-altitudni tal-pressjoni u għat-temperatura tal-ambjent fl-ajrudrom tat-tluq.
(b) Għall-ajruplani li jkollhom dejta dwar it-tul taż-żona tat-tlugħ fl-AFM tagħhom, li iżda ma tkunx tinkludi r-responsabbiltà għall-ħsara fil-magna, id-distanza mill-bidu tal-ġirja tat-tlugħ meħtieġa mill-ajruplan biex dan jilħaq għoli ta’ 50 pied ‘il fuq minn wiċċ l-art, bil-magni kollha jaħdmu bil-kundizzjonijiet speċifikati tal-qawwa massima tat-tlugħ, meta mmultiplikata b’wieħed minn dawn il-fatturi:
1,33 għall-ajruplani b’żewġ magni;
1,25 għall-ajruplani bi tliet magni; jew
1,18 għall-ajruplan b’erba’ magni,
m’għandhiex taqbeż il-ġirja tat-tlugħ disponibbli (TORA) fl-ajrudrom li fih ikun se jsir it-tlugħ.
(c) Għall-ajruplani li jkollhom dejta dwar it-tul taż-żona tat-tlugħ fl-AFM tagħhom li tkun tqis ukoll il-ħsara fil-magna, għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin skont l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fl-AFM:
id-distanza għall-aċċellerazzjoni u l-waqfien m’għandhiex taqbeż l-ASDA;
id-distanza tat-tlugħ m’għandhiex taqbeż id-distanza disponibbli għat-tlugħ (TODA) u d-distanza tal-mogħdija tal-ikklerjar m’għandhiex taqbeż nofs it-TORA;
il-ġirja tat-tlugħ m’għandhiex taqbeż it-TORA;
għandu jintuża valur wieħed ta’ V1 għat-tlugħ interrott u għal dak issoktat; u
fuq runway imxarrba jew ikkontaminata, il-massa waqt it-tlugħ m’għandhiex taqbeż dik awtorizzata għat-tlugħ fuq runway xotta mwettaq bl-istess kundizzjonijiet.
(d) Għandhom jitqiesu l-affarijiet li ġejjin:
l-altitudni tal-pressjoni fl-ajrudrom;
it-temperatura tal-ambjent fl-ajrudrom;
il-kundizzjoni ta’ wiċċ ir-runway u t-tip ta’ wiċċ tar-runway;
il-pendil tar-runway fid-direzzjoni tat-tlugħ;
mhux iktar minn 50 % tal-komponent tar-riħ minn faċċata rrappurtat jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent tar-riħ minn wara rrappurtat; u
it-telf, jekk ikun hemm, tat-tul tar-runway minħabba l-allinjament tal-ajruplan qabel it-tlugħ.
CAT.POL.A.405 Distanza mill-ostakli waqt it-tlugħ
(a) Il-passaġġ tat-titjira tat-tlugħ b’OEI għandu jkun stabbilit b’tali mod li l-ajruplan jgħaddi minn mal-ostakli kollha f’distanza vertikali ta’ mill-inqas 50 pied u 0,01 × D minnhom jew f’distanza orizzontali ta’ mill-inqas 90 metru u 0,125 × D minnhom, fejn D hija d-distanza orizzontali li l-ajruplan ikun ivvjaġġa mit-tarf tat-TODA. Għall-ajruplani li t-tul tal-ġwienaħ tagħhom ikun ta’ inqas minn 60 metru, tista’ tintuża distanza orizzontali mill-ostakli li tkun daqs nofs it-tul tal-ġwienaħ tal-ajruplan u 60 metru u 0,125 × D.
(b) Il-passaġġ tat-titjira tat-tlugħ għandu jibda f’għoli ta’ 50 pied ‘il fuq minn wiċċ l-art f’tarf id-distanza tat-tlugħ meħtieġa skont il-punt ►M4 CAT.POL.A.400 (b) jew (c) ◄ , skont kif ikun applikabli, u għandu jintemm f’għoli ta’ 1 500 pied ‘il fuq minn wiċċ l-art.
(c) Hija u tintwera l-konformità mal-punt (a), għandhom jitqiesu l-affarijiet li ġejjin:
il-massa tal-ajruplan fil-bidu tal-ġirja tat-tlugħ;
l-altitudni tal-pressjoni fl-ajrudrom;
it-temperatura tal-ambjent fl-ajrudrom; u
mhux iktar minn 50 % tal-komponent tar-riħ minn faċċata rrappurtat jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent tar-riħ minn wara rrappurtat.
(d) Il-bidliet fir-rotta m’għandhomx ikunu awtorizzati sa dak il-punt tal-passaġġ tat-titjira tat-tlugħ li fih ikun inkiseb għoli ta’ 50 pied ‘il fuq minn wiċċ l-art. Minn dak il-punt ‘il quddiem, sa għoli ta’ 400 pied, huwa meqjus li l-ajruplan ikun miel mhux iktar minn 15°. ‘Il fuq minn 400 pied, jistgħu jiġu skedati angoli tat-timjil li jkunu ta’ iktar minn 15°, iżda mhux ta’ iktar minn 25°. Għandu jitqies b’mod xieraq l-effett tal-angolu ta’ timjil laterali fuq il-veloċitajiet operattivi u l-passaġġ tat-titjira, inklużi ż-żidiet fid-distanza li jkunu ġejjin minn veloċitajiet operattivi miżjuda.
(e) F’każijiet li ma jkunux jeħtieġu bidliet fir-rotta ta’ iktar minn 15°, l-operatur m’għandux għalfejn iqis dawk l-ostakli li jkollhom distanza laterali ta’ iktar minn:
300 metru, jekk il-bdot ikun kapaċi jżomm il-preċiżjoni tan-navigazzjoni meħtieġa fiż-żona tar-responsabbiltà għall-ostakli; jew
600 metru, għal titjiriet bil-kundizzjonijiet l-oħra kollha.
(f) F’każijiet li jkunu jeħtieġu bidliet fir-rotta ta’ iktar minn 15°, l-operatur m’għandux għalfejn iqis dawk l-ostakli li jkollhom distanza laterali ta’ iktar minn:
600 metru, jekk il-bdot ikun kapaċi jżomm il-preċiżjoni tan-navigazzjoni meħtieġa fiż-żona tar-responsabbiltà għall-ostakli; jew
900 metru, għal titjiriet bil-kundizzjonijiet l-oħra kollha.
(g) L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri ta’ kontinġenza biex jissodisfa l-punti (a) sa (f) u biex jipprovdi rotta sikura li tevita l-ostakli, biex b’hekk l-ajruplan ikun jista’ jew jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ waqt ir-rotta mogħtija fil-punt CAT.POL.A.410, jew jinżel fl-ajrudrom tat-tluq jew f’ajrudrom alternattiv għat-tlugħ.
CAT.POL.A.410 Waqt ir-rotta — bil-magni kollha jaħdmu
(a) Fil-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija għat-titjira u fi kwalunkwe punt fir-rotta tiegħu jew fi kwalunkwe devjazzjoni ppjanata minnha, l-ajruplan għandu jkun kapaċi jżomm rata tat-tlugħ ta’ mill-inqas 300 pied kull minuta, bil-magni kollha jaħdmu bil-kundizzjonijiet speċifikati tal-qawwa massima kontinwa:
fil-valuri minimi tal-altitudni għat-titjir sikur f’kull stadju tar-rotta li fiha l-ajruplan għandu jittajjar, jew ta’ kwalunkwe devjazzjoni ppjanata minnha, li jkunu speċifikati fil-manwal tal-operat għall-ajruplan, jew li jkunu kkalkulati mill-informazzjoni li jkun hemm f’dan il-manwal tal-operat; u
fil-valuri minimi tal-altitudni meħtieġa għall-konformità mal-kundizzjonijiet preskritti fil-punti CAT.POL.A.415 u 420, kif xieraq.
CAT.POL.A.415 Waqt ir-rotta — b’OEI
(a) Fil-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija għat-titjira u f’każ li, fi kwalunkwe punt fir-rotta tiegħu jew fi kwalunkwe devjazzjoni ppjanata minnha, waħda mill-magni ma tibqax taħdem, l-ajruplan għandu jkun kapaċi jkompli t-titjira, bil-magna/bil-magni l-oħra(jn) jaħdmu bil-kundizzjonijiet speċifikati tal-qawwa massima kontinwa, mill-altitudni ta’ veloċità regolari sa ajrudrom fejn ikun jista’ jsir l-inżul skont il-punti CAT.POL.A.430 jew CAT.POL.A.435, kif ikun xieraq. L-ajruplan għandu jgħaddi minn mal-ostakli li jkunu jinsabu sa 9,3 kilometri (5 mili nawtiċi) fuq kull naħa tar-rotta prevista, f’distanza vertikali ta’ mill-inqas:
1 000 pied minnhom, meta r-rata tat-tlugħ tkun ta’ żero jew tkun iktar minn hekk; jew
2 000 pied minnhom, meta r-rata tat-tlugħ tkun ta’ inqas minn żero.
(b) Il-passaġġ tat-titjira għandu jkollu pendil pożittiv f’altitudni ta’ 450 metru (1 500 pied) ‘il fuq mill-ajrudrom fejn ikun se jsir l-inżul wara li tiżviluppa ħsara f’waħda mill-magni.
(c) Ir-rata tat-tlugħ disponibbli tal-ajruplan għandha titqies li hija 150 pied kull minuta inqas mir-rata grossa tat-tlugħ speċifikata.
(d) Il-marġnijiet tal-wisa' mogħtija fil-punt (a) għandhom jiżdiedu għal 18,5 kilometri (10 mili nawtiċi) jekk il-preċiżjoni tan-navigazzjoni ma tkunx tissodisfa tal-inqas l-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni RNAV 5.
(e) Ir-rimi tal-fjuwil huwa permess safejn dan ikun konsistenti mal-fatt li l-ajruplan jasal fl-ajrudrom fejn dan huwa mistenni li jinżel bir-riżervi tal-fjuwil meħtieġa wara ħsara fil-magna skont il-punt CAT.OP.MPA.150, adattat għal ajrudrom alternattiv, jekk tintuża proċedura sikura.
CAT.POL.A.420 Waqt ir-rotta — ajruplani bi tliet magni jew iżjed li jkollhom żewġ magni weqfin
Ajruplan li jkollu tliet magni jew aktar m'għandux ikun 'il bogħod minn ajrudrom li fih jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-punt CAT.POL.A.430 għall-massa tal-inżul mistennija, fi kwalunkwe punt matul ir-rotta prevista għal aktar minn 90 minuta bil-magni kollha li qed joperaw bil-potenza jew thrust ta' cruising, kif xieraq, f'temperatura standard f'arja kalma, sakemm ma jkunx hemm konformità mal-punti (b) sa (e) ta' dan il-punt.
Il-passaġġ tat-titjira b'żewġ magni weqfin għandu jippermetti lill-ajruplan ikompli bit-titjira, fil-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija, lejn ajrudrom li fih ikunu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni applikabbli għall-massa tal-inżul mistennija, filwaqt li jgħaddi minn mal-ostakli li jkunu jinsabu sa 9,3 kilometri (5 mili nawtiċi) fuq kull naħa tar-rotta prevista f'distanza vertikali ta' mill-inqas 2 000 pied.
Wieħed jassumi li ż-żewġ magni jkunu waqfu fl-aktar punt kritiku ta' dak il-porzjon tar-rotta fejn l-ajruplan jitħaddem għal aktar minn 90 minuta, bil-magni kollha joperaw b'potenza jew thrust ta' cruising, kif xieraq, f'temperatura standard f'arja kalma, 'il bogħod mill-ajrudrom imsemmi fil-punt (a).
Il-massa mistennija tal-ajruplan fil-punt li fih wieħed jassumi li ż-żewġ magni jkunu waqfu m’għandhiex tkun inqas minn dik li tinkludi biżżejjed fjuwil/enerġija biex l-ajruplan ikompli sejjer lejn ajrudrom fejn wieħed jassumi li jkun se jsir l-inżul, u biex dan jasal hemm f’altitudni ta’ mill-inqas 1 500 pied (450 m) direttament fuq iż-żona tal-inżul u biex, minn dak il-punt ’il quddiem, itir fl-istess livell għal 15-il minuta b’potenza jew thrust ta’ cruising, kif xieraq.
Ir-rata tat-tlugħ disponibbli tal-ajruplan għandha tkun150 pied kull minuta inqas minn dik speċifikata.
Il-marġnijiet tal-wisa' mogħtija fil-punt (b) għandhom jiżdiedu għal 18,5 kilometri (10 mili nawtiċi) jekk il-preċiżjoni tan-navigazzjoni ma tkunx tissodisfa tal-inqas l-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni RNAV 5.
Ir-rimi tal-fjuwil huwa permess safejn dan ikun konsistenti mal-fatt li l-ajruplan jasal fl-ajrudrom bir-riżervi tal-fjuwil meħtieġa f'konformità mal-punt (d), jekk tintuża proċedura sikura.
CAT.POL.A.425 Inżul — ajrudromi tad-destinazzjoni u ajrudromi alternattivi
Il-massa tal-inżul tal-ajruplan stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.105(a) m’għandhiex taqbeż il-massa massima tal-inżul speċifikata fl-AFM għall-altitudni u, jekk din tkun meqjusa fl-AFM, għat-temperatura tal-ambjent mistennija fil-ħin stmat tal-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u fl-ajrudrom alternattiv.
CAT.POL.A.430 Inżul — runways xotti
(a) Il-massa tal-inżul tal-ajruplan stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.105(a) għall-ħin stmat tal-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv ieħor għandha tippermetti nżul b’waqfien sħiħ tal-ajruplan minn 50 pied ‘il fuq mil-limitu tar-runway f’70 % tal-LDA, filwaqt li jitqiesu:
l-altitudni tal-ajrudrom;
mhux iktar minn 50 % tal-komponent tar-riħ minn faċċata jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent tar-riħ minn wara;
it-tip ta’ wiċċ tar-runway; u
l-inklinazzjoni tar-runway fid-direzzjoni tal-inżul.
(b) Sabiex l-ajruplan jitħalla jitlaq, wieħed għandu jassumi li:
l-ajruplan se jinżel fuq l-iktar runway favorevoli, f’arja kalma; u
l-ajruplan se jinżel fuq ir-runway li l-aktar probabbli tiġi assenjata lilu meta jitqiesu l-veloċità u d-direzzjoni probabbli tar-riħ, il-karatteristiċi tal-immaniġġjar tal-ajruplan fuq l-art u kundizzjonijiet oħrajn bħalma huma l-għajnuna għall-inżul u t-tip ta’ terren.
(c) Jekk l-operatur ma jkunx jista’ jikkonforma mal-punt (b)(2) għall-ajrudrom tad-destinazzjoni, l-ajruplan għandu jitħalla jitlaq biss jekk ikun intgħażel ajrudrom alternattiv li jippermetti konformità sħiħa mal-punti (a) u (b).
CAT.POL.A.435 Inżul — runways imxarrbin u kkontaminati
(a) Meta r-rapporti tat-temp jew it-tbassir tat-temp xierqa jkunu jindikaw li, fil-ħin stmat tal-wasla, ir-runway tista' tkun imxarrba, l-LDA għandha tkun waħda minn dawn id-distanzi li ġejjin:
distanza tal-inżul ipprovduta fl-AFM għall-użu fuq runways imxarrba fil-ħin tal-bgħit, iżda mhux inqas minn dik meħtieġa mill-punt CAT.POL.A.430;
jekk ma tkunx ipprovduta distanza tal-inżul fl-AFM għall-użu fuq runways imxarrba fil-ħin tal-bgħit, mill-inqas 115 % tad-distanza tal-inżul meħtieġa, stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.430.
(b) Meta r-rapporti tat-temp u/jew it-tbassir tat-temp ix-xierqa jkunu jindikaw li, fil-ħin stmat tal-wasla, ir-runway tista’ tkun ikkontaminata, id-distanza tal-inżul m’għandhiex taqbeż il-LDA. L-operatur għandu jispeċifika fil-manwal tal-operat id-dejta tad-distanza tal-inżul li għandha tiġi applikata.
TAQSIMA 2
Ħelikopters
CAT.POL.H.100 Applikabbiltà
(a) Il-ħelikopters għandhom jitħaddmu skont ir-rekwiżiti tal-kategorija tal-prestazzjoni applikabbli.
(b) Il-ħelikopters għandhom jitħaddmu fil-kategorija tal-prestazzjoni 1:
meta jitħaddmu lejn/minn ajrudromi jew siti tal-operat li jkunu jinsabu f’ambjent ostili kkonġestjonat, ħlief meta dawn jitħaddmu lejn/minn sit ta’ interess pubbliku (PIS) skont il-punt CAT.POL.H.225; jew
meta jkollhom MOPSC ta’ iktar minn 19-il sit, ħlief meta jitħaddmu lejn/minn pjattaforma għall-ħelikopters fil-kategorija tal-prestazzjoni 2 skont approvazzjoni mogħtija skont il-punt CAT.POL.H.305.
(c) Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-punt (b), il-ħelikopters li jkollhom MOPSC ta’ 19-il sit jew inqas, iżda ta’ iktar minn disa’ sits, għandhom jitħaddmu fil-kategorija tal-prestazzjoni 1 jew 2.
(d) Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-punt (b), il-ħelikopters li jkollhom MOPSC ta’ disa’ sits jew inqas għandhom jitħaddmu fil-kategorija tal-prestazzjoni 1, 2 jew 3.
CAT.POL.H.105 Punti ġenerali
(a) Il-massa tal-ħelikopter:
fil-bidu tat-tlugħ; jew
fil-każ ta’ ppjanar mill-ġdid waqt it-titjira, mill-mument li fih jibda japplika l-pjan operattiv irrivedut tat-titjira,
m’għandhiex tkun iżjed mill-massa li fiha r-rekwiżiti applikabbli ta’ din it-Taqsima jistgħu jintlaħqu, għat-titjira li għandha titwettaq, filwaqt li jitqiesu t-tnaqqis mistenni fil-massa hija u tipproċedi t-titjira u r-rimi tal-fjuwil, hekk kif previst fir-rekwiżit rilevanti.
(b) Id-dejta tal-prestazzjoni approvata inkluża fl-AFM għandha tintuża biex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti ta’ din it-Taqsima, u din għandha tiġi ssupplimentata, skont il-bżonn, b’dejta oħra kif preskritt fir-rekwiżit rilevanti. L-operatur għandu jispeċifika dejta oħra bħal din fil-manwal tal-operat. Meta jiġu applikati l-fatturi preskritti f’din it-Taqsima, jista’ jitqies kwalunkwe fattur operattiv li jkun diġà ġie inkorporat fid-dejta tal-prestazzjoni tal-AFM biex b’hekk tiġi evitata l-applikazzjoni doppja tal-fatturi.
(c) Hija u tintwera l-konformità mar-rekwiżiti ta’ din it-Taqsima, għandhom jitqiesu l-parametri li ġejjin:
il-massa tal-ħelikopter;
il-konfigurazzjoni tal-ħelikopter;
il-kundizzjonijiet ambjentali, b’mod partikulari:
l-altitudni tal-pressjoni u t-temperatura;
ir-riħ:
ħlief hekk kif previst fil-punt (C), għar-rekwiżiti tat-tlugħ, tal-passaġġ tat-titjira tat-tlugħ u tal-inżul, wieħed m’għandux iqis iktar minn 50 % ta’ kwalunkwe komponent tar-riħ minn faċċata fiss irrappurtat ta’ 5 kt jew iktar;
f’każ li l-AFM ikun jippermetti t-tlugħ jew l-inżul b’komponent tar-riħ minn wara, u fil-każijiet kollha għall-passaġġ tat-titjira tat-tlugħ, għandu jitqies mhux inqas minn 150 % ta’ kwalunkwe komponent tar-riħ minn wara irrappurtat; u
f’każ li t-tagħmir għall-kejl preċiż tar-riħ jippermetti kejl preċiż tal-veloċità tar-riħ fuq il-punt tat-tlugħ u tal-inżul, l-operatur jista’ jistabbilixxi l-komponenti tar-riħ f’ammonti li jaqbżu l-50 %, sakemm huwa juri lill-awtorità kompetenti li l-qrubija lejn il-FATO u l-preċiżjoni mtejba tat-tagħmir għall-kejl tar-riħ joffru livell ekwivalenti ta’ sikurezza;
it-tekniki operattivi; u
l-użu ta’ kwalunkwe sistema li taffettwa ħażin il-prestazzjoni.
CAT.POL.H.110 Kunsiderazzjoni tal-ostakli
(a) Għall-għanijiet tar-rekwiżiti tad-distanza mill-ostakli, ostaklu li jkun jinsab lil hinn mill-FATO, fil-passaġġ tat-titjira tat-tlugħ jew fil-passaġġ tat-titjira ta’ avviċinament mhux milħuq għandu jitqies jekk id-distanza laterali tiegħu, mill-eqreb punt fuq wiċċ l-art taħt il-passaġġ previst tat-titjira, ma tkunx iktar mid-distanzi li ġejjin:
għall-operazzjonijiet ta’ titjir skont l-VFR:
nofs il-wisa’ minima ddefinita fl-AFM — jew, jekk il-wisa’ ma tkunx iddefinita, “0,75 × D”, fejn D hija l-akbar dimensjoni tal-ħelikopter meta r-rotors ikunu qed iduru;
flimkien mal-akbar valur minn fost “0,25 × D” jew “tliet (3) metri”;
flimkien ma’:
0.10 × id-distanza DR għall-operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR li jsiru binhar; jew
0,15 × id-distanza DR għall-operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR li jsiru billejl;
għall-operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR:
“1,5 D” jew 30 metru, skont liema minnhom ikun l-akbar, flimkien ma’:
0,10 × id-distanza DR, għall-operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR bi gwida preċiża għad-direzzjoni;
0,15 × id-distanza DR, għall-operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR bi gwida standard għad-direzzjoni; jew
0,30 × id-distanza DR, għall-operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR mingħajr gwida għad-direzzjoni;
meta jitqies il-passaġġ tat-titjira ta’ avviċinament mhux milħuq, id-diverġenza taż-żona tal-kunsiderazzjoni tal-ostakli tapplika biss wara tarf id-distanza disponibbli għat-tlugħ;
Għall-operazzjonijiet li fihom it-tlugħ inizjali jitwettaq b’mod viżwali u mbagħad jinqaleb għall-IFR/IMC f’punt ta’ tranżizzjoni, il-kriterji meħtieġa skont il-punt (1) japplikaw sal-punt ta’ tranżizzjoni, filwaqt li l-kriterji meħtieġa skont il-punt (2) japplikaw wara l-punt ta’ tranżizzjoni. Il-punt ta’ tranżizzjoni ma jistax ikun jinsab qabel tarf id-distanza meħtieġa għat-tlugħ (it-TODRH) għall-ħelikopters li jkunu qed jaħdmu fil-kategorija tal-prestazzjoni 1 jew qabel il-punt iddefinit wara t-tlugħ (id-DPATO) għall-ħelikopters li jkunu qed jaħdmu fil-kategorija tal-prestazzjoni 2.
(b) Għat-tlugħ permezz ta’ proċedura ta’ riżerva jew ta’ tranzizzjoni laterali, għall-għanijiet tar-rekwiżiti tad-distanza mill-ostakli, ostaklu li jkun jinsab fiż-żona ta’ riżerva jew fiż-żona ta’ tranżizzjoni laterali għandu jitqies jekk id-distanza laterali tiegħu mill-eqreb punt fuq wiċċ l-art taħt il-passaġġ previst tat-titjira ma tkunx ta’ iktar minn:
nofs il-wisa’ minima ddefinita fl-AFM jew, jekk il-wisa’ ma tkunx iddefinita, “0,75 × D”;
flimkien mal-akbar valur minn fost “0,25 × D” jew “tliet (3) metri”;
flimkien ma’:
0,10 × id-distanza koperta minn fuq wara tal-FATO għall-operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR li jsiru binhar, jew
0,15 × id-distanza koperta minn fuq wara tal-FATO għall-operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR li jsiru billejl.
(c) L-ostakli jistgħu jiġu injorati jekk dawn ikunu jinsabu lil hinn minn:
7 × ir-raġġ tar-rotor (R) għall-operazzjonijiet li jsiru binhar, jekk ikun żgurat li l-preċiżjoni tan-navigazzjoni tista’ tintlaħaq b’referenza għal informazzjoni viżwali xierqa matul it-tlugħ;
10 × R għall-operazzjonijiet li jsiru billejl, jekk ikun żgurat li l-preċiżjoni tan-navigazzjoni tista’ tintlaħaq b’referenza għal informazzjoni viżwali xierqa matul it-tlugħ;
300 metru jekk il-preċiżjoni tan-navigazzjoni tkun tista’ tintlaħaq permezz ta’ għajnuniet xierqa għan-navigazzjoni; jew
900 metru fil-każijiet l-oħra kollha.
CAT.POL.H.200 Punti ġenerali
Il-ħelikopters li jitħaddmu fil-kategorija tal-prestazzjoni 1 għandhom jiġu ċċertifikati fil-Kategorija A jew f’kategorija ekwivalenti, skont kif ikun deċiż mill-Aġenzija.
CAT.POL.H.205 Tlugħ
(a) Il-massa waqt it-tlugħ m’għandhiex taqbeż il-massa massima waqt it-tlugħ speċifikata fl-AFM għall-proċedura li għandha tintuża.
(b) Il-massa waqt it-tlugħ għandha tkun tali li:
ikun jista’ jiġi interrott it-tlugħ u jsir inżul fuq il-FATO f’każ li l-ħsara fil-magna kritika tiġi rrikonoxxuta fil-punt tad-deċiżjoni tat-tlugħ (TDP) jew qablu;
id-distanza meħtieġa għal tlugħ interrott (RTODRH) ma tkunx taqbeż id-distanza disponibbli għal tlugħ interrott (RTODAH); u
it-TODRH ma tkunx taqbeż id-distanza disponibbli għat-tlugħ (it-TODAH);
minkejja l-punt (b)(3), it-TODRH tista’ taqbeż it-TODAH jekk il-ħelikopter, f’każ li jkollu ħsara fil-magna kritika li tiġi rrikonoxxuta fit-TDP, meta jkompli t-tlugħ ikun jista’ jgħaddi minn mal-ostakli kollha li jkun hemm sa tarf it-TODRH b’marġni vertikali ta’ mhux inqas minn 10,7 metri (35 pied) minnhom.
(c) Hija u tintwera l-konformità mal-punti (a) u (b), għandhom jitqiesu l-parametri x-xierqa tal-punt CAT.POL.H.105(c) fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat tat-tluq.
(d) Dik il-parti tat-tlugħ sat-TDP, inkluż it-TDP, għandha titwettaq b’mod li wiċċ l-art ikun jidher biex b’hekk ikun jista’ jitwettaq tlugħ interrott.
(e) Għat-tlugħ permezz ta’ proċedura ta’ riżerva jew ta’ tranżizzjoni laterali, f’każ li l-ħsara fil-magna kritika tiġi rrikonoxxuta fit-TDP jew qablu, il-ħelikopter għandu jgħaddi minn mal-ostakli kollha li jkunu jinsabu fiż-żona ta’ riżerva jew fiż-żona ta’ tranżizzjoni laterali b’marġni xieraq minnhom.
CAT.POL.H.210 Passaġġ tat-titjira tat-tlugħ
(a) Minn tarf it-TODRH f’każ li l-ħsara fil-magna kritika tiġi rrikonoxxuta fit-TDP:
Il-massa waqt it-tlugħ għandha tkun tali li l-passaġġ tat-titjira tat-tlugħ jipprovdi distanza vertikali, ‘il fuq minn kull ostaklu li jkun jinsab fil-passaġġ tat-tlugħ, ta’ mhux inqas minn 10,7 metri (35 pied) minnhom għall-operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR u ta’ 10,7 metri (35 pied) + 0,01 × id-distanza DR minnhom għall-operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR. Iridu jitqiesu biss dawk l-ostakli li huma speċifikati fil-punt CAT.POL.H.110.
F’każijiet fejn titwettaq bidla fid-direzzjoni ta’ iktar minn 15°, għandu jitqies b’mod xieraq l-effett tal-angolu tat-timjil laterali fuq il-kapaċità ta’ konformità mar-rekwiżiti tad-distanza mill-ostakli. Din id-dawra m’għandhiex tinbeda qabel ma jintlaħaq għoli ta’ 61 metru (200 pied) ‘il fuq mill-wiċċ tat-tlugħ, sakemm ma tkunx parti minn proċedura approvata mogħtija fl-AFM.
(b) Hija u tintwera l-konformità mal-punt (a), għandhom jitqiesu l-parametri x-xierqa tal-punt CAT.POL.H.105(c) fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat tat-tluq.
CAT.POL.H.215 Waqt ir-rotta — bil-magna kritika wieqfa
(a) Il-massa tal-ħelikopter u l-passaġġ tat-titjira fil-punti kollha matul ir-rotta, bil-magna kritika wieqfa u l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija għat-titjira, għandhom jippermettu konformità mal-punti (1), (2) jew (3):
meta jkun ippjanat li t-titjira titwettaq fi kwalunkwe ħin mingħajr ma jkun jidher wiċċ l-art, il-massa tal-ħelikopter għandha tippermetti rata tat-tlugħ ta’ mill-inqas 50 pied kull minuta, bil-magna kritika wieqfa, f’altitudni ta’ mill-inqas 300 metru (1 000 pied), jew 600 metru (2 000 pied) fil-każ ta’ żoni b’art muntanjuża, ‘il fuq mill-art u mill-ostakli kollha li jkun hemm tul ir-rotta f’distanza ta’ 9,3 kilometri (5 mili nawtiċi) fuq kull naħa tar-rotta prevista;
meta jkun ippjanat li t-titjira titwettaq mingħajr ma jkun jidher wiċċ l-art, il-passaġġ tat-titjira għandu jippermetti lill-ħelikopter ikompli t-titjira mill-altitudni ta’ veloċità regolari sa għoli ta’ 300 metru (1 000 pied) ‘il fuq minn sit ta’ nżul fejn ikun jista’ jitwettaq inżul skont il-punt CAT.POL.H.220. Il-passaġġ tat-titjira għandu jgħaddi minn mal-art u minn mal-ostakli kollha tul ir-rotta li jkunu jinsabu sa 9,3 kilometri (5 mili nawtiċi) fuq kull naħa tar-rotta prevista f’distanza vertikali ta’ mill-inqas 300 metru (1 000 pied) minnhom, jew 600 metru (2 000 pied) minnhom fil-każ ta’ żoni b’art muntanjuża. Jistgħu jintużaw it-tekniki ta’ nżul progressiv;
meta jkun ippjanat li t-titjira titwettaq f’VMC b’wiċċ l-art jidher, il-passaġġ tat-titjira għandu jippermetti lill-ħelikopter ikompli t-titjira mill-altitudni ta’ veloċità regolari sa għoli ta’ 300 metru (1 000 pied) ‘il fuq minn sit ta’ nżul fejn ikun jista’ jitwettaq inżul skont il-punt CAT.POL.H.220, mingħajr ma l-ħelikopter qatt jittajjar f’altitudni li tkun taħt l-altitudni minima x-xierqa tat-titjira. Għandhom jitqiesu l-ostakli li jkunu jinsabu sa 900 metru fuq kull naħa tar-rotta.
(b) Hija u tintwera l-konformità mal-punti (a)(2) jew (a)(3):
wieħed jassumi li l-magna kritika tieqaf fil-punt l-iktar kritiku tul ir-rotta;
għandhom jitqiesu l-effetti tar-riħ fuq il-passaġġ tat-titjira;
ir-rimi tal-fjuwil għandu jkun ippjanat li jitwettaq biss safejn dan ikun konsistenti mal-fatt li l-ħelikopter jasal fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat bir-riżervi tal-fjuwil meħtieġa u billi juża proċedura sikura; u
ir-rimi tal-fjuwil m’għandux ikun ippjanat li jseħħ f’punt li jkun jinsab taħt l-1 000 pied ‘il fuq mill-art.
(c) Il-marġnijiet tal-wisa’ mogħtija fil-punti (a)(1) u (a)(2) għandhom jiżdiedu għal 18,5 kilometri (10 mili nawtiċi) jekk il-preċiżjoni tan-navigazzjoni ma tkunx tista’ tintlaħaq tal-inqas għal 95 % tal-ħin totali tat-titjira.
CAT.POL.H.220 Inżul
(a) Il-massa tal-inżul tal-ħelikopter fil-ħin stmat tal-inżul m’għandhiex taqbeż il-massa massima speċifikata fl-AFM għall-proċedura li għandha tintuża.
(b) F’każ li l-ħsara fil-magna kritika tiġi rrikonoxxuta fi kwalunkwe punt fil-punt tad-deċiżjoni tal-inżul (LDP) jew qablu, wieħed jista’ jew jinżel u jieqaf fil-FATO, jewinkella jwettaq inżul interrott u jgħaddi minn mal-ostakli kollha fil-passaġġ tat-titjira b’marġni vertikali ta’ 10,7 metri (35 pied) minnhom. Iridu jitqiesu biss dawk l-ostakli li huma speċifikati fil-punt CAT.POL.H.110.
(c) F’każ li l-ħsara fil-magna kritika tiġi rrikonoxxuta fi kwalunkwe punt fil-LDP jew warajh, weħed jista’:
jgħaddi f’ċertu distanza minn mal-ostakli kollha fil-passaġġ tal-avviċinament; u
jinżel u jieqaf fil-FATO.
(d) Hija u tintwera l-konformità mal-punti (a) sa (c), għandhom jitqiesu l-parametri x-xierqa tal-punt CAT.POL.H.105(c) għall-ħin stmat tal-inżul fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat tad-destinazzjoni, jew fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv ieħor jekk dan ikun meħtieġ.
(e) Dik il-parti tal-inżul mil-LDP sal-kuntatt mal-art għandha titwettaq b’mod li wiċċ l-art ikun jidher.
CAT.POL.H.225 Operazzjonijiet bil-ħelikopter lejn/minn sit ta’ interess pubbliku
(a) L-operazzjonijiet lejn/minn sit ta’ interess pubbliku (PIS) jistgħu jitwettqu fil-kategorija tal-prestazzjoni 2, mingħajr ma jkun hemm konformità mal-punt CAT.POL.H.310(b) jew mal-punt CAT.POL.H.325(b), sakemm ikunu ssodisfati l-affarijiet kollha li ġejjin:
il-PIS kien diġà jintuża qabel l-1 ta’ Lulju 2002;
id-daqs tal-PIS jew tal-ambjent bl-ostakli ma jippermettix li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti għall-operazzjoni fil-kategorija tal-prestazzjoni 1;
l-operazzjoni titwettaq b’ħelikopter li jkollu MOPSC ta’ sitt sits jew inqas;
l-operatur huwa konformi mal-punti CAT.POL.H.305(b)(2) u (b)(3);
il-massa tal-ħelikopter ma taqbiżx il-massa massima speċifikata fl-AFM għal xaqliba tat-tlugħ ta’ 8 % f’arja kalma fil-veloċità sikura x-xierqa għat-tlugħ (VTOSS), meta l-magna kritika tkun wieqfa u l-magni li jibqa’ jkunu qed jaħdmu b’rata ta’ qawwa xierqa; u
l-operatur ikun kiseb l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti għall-operazzjoni. Qabel ma t-tali operazzjonijiet iseħħu fi Stat Membru ieħor, l-operatur għandu jikseb approvazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat.
(b) Fil-manwal tal-operat għandhom jiġu stabbiliti proċeduri li jkunu speċifiċi għas-sit sabiex jitnaqqas il-perjodu li matulu jkun hemm periklu għall-okkupanti tal-ħelikopter u għall-persuni li jkunu jinsabu fuq l-art f’każ li tiżviluppa ħsara fil-magna matul it-tlugħ u l-inżul.
(c) Għal kull PIS, il-manwal tal-operat għandu jinkludi: dijagramma, jew ritratt annotat, li juri l-aspetti ewlenin, id-dimensjonijiet, in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-kategorija tal-prestazzjoni 1, il-perikli prinċipali u l-pjan ta’ kontinġenza f’każ li jseħħ inċident.
CAT.POL.H.300 Punti ġenerali
Il-ħelikopters li jitħaddmu fil-kategorija tal-prestazzjoni 2 għandhom jiġu ċċertifikati fil-Kategorija A jew f’kategorija ekwivalenti, skont kif ikun deċiż mill-Aġenzija.
CAT.POL.H.305 Operazzjonijiet mingħajr garanzija li jista’ jitwettaq inżul ta’ emerġenza sikur
(a) L-operazzjonijiet mingħajr garanzija li jista’ jitwettaq inżul ta’ emerġenza sikur matul il-fażijiet tat-tlugħ u tal-inżul għandhom jitwettqu biss jekk l-operatur ikun ingħata approvazzjoni għal dan mill-awtorità kompetenti.
(b) Sabiex jikseb u jżomm approvazzjoni bħal din, l-operatur:
iwettaq valutazzjoni tar-riskju, li fiha jispeċifika:
it-tip ta’ ħelikopter; u
it-tipi ta’ operazzjonijiet;
jimplimenta s-sett ta’ kundizzjonijiet li ġejjin:
l-ilħiq u ż-żamma tal-istandard ta’ modifikazzjoni tal-ħelikopter/tal-magna ddefinit mill-manifattur;
it-twettiq tal-azzjonijiet ta’ manutenzjoni preventiva rrakkomandati mill-manifattur tal-ħelikopter jew tal-magna;
l-inklużjoni tal-proċeduri għat-tlugħ u l-inżul fil-manwal tal-operat, f’każ li dawn ma jkunux diġà jinsabu fl-AFM;
l-ispeċifikazzjoni tat-taħriġ għall-ekwipaġġ tat-titjira; u
il-forniment ta’ sistema għar-rappurtar lill-manifattur ta’ dawk il-każijiet fejn il-magna titlef il-qawwa, tintefa jew tiżviluppa xi ħsara;
u
jimplimenta sistema għall-monitoraġġ tal-użu (UMS).
CAT.POL.H.310 Tlugħ
(a) Il-massa waqt it-tlugħ m’għandhiex taqbeż il-massa massima speċifikata għal rata tat-tlugħ ta’ 150 pied kull minuta f’għoli ta’ 300 metru (1 000 pied) ‘il fuq mil-livell tal-ajrudrom jew tas-sit tal-operat, meta l-magna kritika tkun wieqfa u l-magna/il-magni li jibqa’/jibqgħu tkun qed taħdem/jkunu qed jaħdmu b’rata ta’ qawwa xierqa.
(b) Għall-operazzjonijiet minbarra dawk speċifikati fil-punt CAT.POL.H.305, it-tlugħ għandu jitwettaq b’tali mod li jkun jista’ jitwettaq inżul ta’ emerġenza sikur sal-punt fejn it-titjira tkun tista’ titkompla mingħajr periklu.
(c) Għall-operazzjonijiet imwettqin skont il-punt CAT.POL.H.305, minbarra r-rekwiżiti tal-punt (a):
il-massa waqt it-tlugħ m’għandhiex taqbeż il-massa massima speċifikata fl-AFM għat-titjir kważi stazzjonarju mingħajr effett tal-art u bil-magni kollha jaħdmu (AEO OGE) li jitwettaq f’arja kalma u bil-magni kollha jaħdmu b’rata ta’ qawwa xierqa; jew
għall-operazzjonijiet minn pjattaforma għall-ħelikopters:
b’ħelikopter li jkollu MOPSC ta’ iktar minn 19-il sit; jew
għal kwalunkwe ħelikopter li jitħaddem minn pjattaforma għall-ħelikopters li tkun tinsab f’ambjent ostili,
il-massa waqt it-tlugħ għandha tqis: il-proċedura; l-evitar tat-tarf tal-pjattaforma (deck-edge miss) u l-inżul f’daqqa (drop down) x-xieraq għall-għoli tal-pjattaforma għall-ħelikopters bil-magna kritika/bil-magni kritiċi wieqfa/weqfin u bil-magni li jibqa’ jaħdmu b’rata ta’ qawwa xierqa.
(d) Hija u tintwera l-konformità mal-punti (a) sa (c), għandhom jitqiesu l-parametri x-xierqa tal-punt CAT.POL.H.105(c) fil-punt tat-tluq.
(e) Dik il-parti tat-tlugħ ta’ qabel ma jintlaħqu r-rekwiżiti tal-punt CAT.POL.H.315 għandha titwettaq b’mod li wiċċ l-art ikun jidher.
CAT.POL.H.315 Passaġġ tat-titjira tat-tlugħ
Ir-rekwiżiti tal-punti CAT.POL.H.210(a)(1), (a)(2) u (b) għandhom jitħarsu mill-punt iddefinit wara t-tlugħ (id-DPATO) jew, b’mod alternattiv, sa mhux iktar tard minn 200 pied ‘il fuq mill-wiċċ tat-tlugħ, meta l-magna kritika tkun wieqfa.
CAT.POL.H.320 Waqt ir-rotta — bil-magna kritika wieqfa
Għandhom jitħarsu r-rekwiżiti tal-punt CAT.POL.H.215.
CAT.POL.H.325 Inżul
(a) Il-massa tal-inżul fil-ħin stmat tal-inżul m’għandhiex taqbeż il-massa massima speċifikata għal rata tat-tlugħ ta’ 150 pied kull minuta f’għoli ta’ 300 metru (1 000 pied) ‘il fuq mil-livell tal-ajrudrom jew tas-sit tal-operat, meta l-magna kritika tkun wieqfa u l-magna/il-magni li jibqa’/jibqgħu tkun qed taħdem/jkunu qed jaħdmu b’rata ta’ qawwa xierqa.
(b) F’każ li l-magna kritika tiżviluppa ħsara fi kwalunkwe punt fil-passaġġ tal-avviċinament:
jista’ jitwettaq inżul interrott li jkun jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt CAT.POL.H.315; jew
għall-operazzjonijiet minbarra dawk speċifikati fil-punt CAT.POL.H.305, il-ħelikopter jista’ jwettaq inżul ta’ emerġenza sikur.
(c) Għall-operazzjonijiet imwettqin skont il-punt CAT.POL.H.305, minbarra r-rekwiżiti tal-punt (a):
il-massa tal-inżul m’għandhiex taqbeż il-massa massima speċifikata fl-AFM għat-titjir kważi stazzjonarju b’AEO OGE li jitwettaq f’arja kalma u bil-magni kollha jaħdmu b’rata ta’ qawwa xierqa; jew
għall-operazzjonijiet lejn pjattaforma għall-ħelikopters:
b’ħelikopter li jkollu MOPSC ta’ iktar minn 19-il sit; jew
għal kwalunkwe ħelikopter li jitħaddem lejn pjattaforma għall-ħelikopters li tkun tinsab f’ambjent ostili,
il-massa tal-inżul għandha tqis il-proċedura u l-inżul f’daqqa x-xierqa għall-għoli tal-pjattaforma għall-ħelikopters bil-magna kritika wieqfa u bil-magna/bil-magni li jibqa’/jibqgħu taħdem/jaħdmu b’rata ta’ qawwa xierqa.
(d) Hija u tintwera l-konformità mal-punti (a) sa (c), għandhom jitqiesu l-parametri x-xierqa tal-punt CAT.POL.H.105(c) fl-ajrudrom tad-destinazzjoni jew fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv ieħor, jekk dan ikun meħtieġ.
(e) Dik il-parti tal-inżul li warajha ma jkunx jista’ jintlaħaq ir-rekwiżit tal-punt (b)(1) għandha titwettaq b’mod li wiċċ l-art ikun jidher.
CAT.POL.H.400 Punti ġenerali
(a) Il-ħelikopters li jitħaddmu fil-kategorija tal-prestazzjoni 3 għandhom jiġu ċċertifikati fil-Kategorija A jew f’kategorija ekwivalenti, skont kif ikun deċiż mill-Aġenzija, jew fil-Kategorija B.
(b) L-operazzjonijiet għandhom jitwettqu biss f’ambjent mhux ostili, ħlief għal meta:
ikunu qed jitwettqu operazzjonijiet skont il-punt CAT.POL.H.420; jew
ikunu qed jitwettqu operazzjonijiet skont il-punt (c) għall-fażijiet tat-tlugħ u tal-inżul.
(c) Sakemm l-operatur ikun approvat skont il-punt CAT.POL.H.305, jistgħu jitwettqu operazzjonijiet lejn/minn ajrudrom jew sit tal-operat li jkun jinsab ‘il barra minn ambjent ostili kkonġestjonat mingħajr garanzija li jista’ jitwettaq inżul ta’ emerġenza sikur:
matul it-tlugħ, qabel ma tintlaħaq il-Vy (il-veloċità għall-aħjar rata tat-tlugħ) jew qabel ma jintlaħqu l-200 pied ‘il fuq mill-wiċċ tat-tlugħ; jew
matul l-inżul, taħt il-200 pied ‘il fuq mill-wiċċ tal-inżul.
(d) L-operazzjonijiet m’għandhomx jitwettqu:
mingħajr ma jkun hemm wiċċ l-art jidher;
billejl;
meta l-bażi tas-sħab ikun f’għoli ta’ inqas minn 600 pied; jew
meta l-viżibilità tkun ta’ inqas minn 800 metru.
CAT.POL.H.405 Tlugħ
(a) Il-massa waqt it-tlugħ għandha tkun l-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
il-MCTOM; jew
il-massa massima waqt it-tlugħ speċifikata għat-titjir kważi stazzjonarju taħt effett tal-art u bil-magni kollha jaħdmu bil-qawwa tat-tlugħ jew, jekk il-kundizzjonijiet ikunu tali li x’aktarx mhux se jkun jista’ jiġi stabbilit it-titjir kważi stazzjonarju taħt effett tal-art, il-massa waqt it-tlugħ speċifikata għat-titjir kważi stazzjonarju mingħajr effett tal-art u bil-magni kollha jaħdmu bil-qawwa tat-tlugħ.
(b) Ħlief hekk kif previst fil-punt CAT.POL.H.400(b), f’każ li tiżviluppa ħsara fil-magna, il-ħelikopter għandu jkun jista’ jwettaq inżul ta’ emerġenza sikur.
CAT.POL.H.410 Waqt ir-rotta
(a) Il-ħelikopter għandu jkun jista’ jkompli tul ir-rotta prevista tiegħu jew lejn devjazzjoni ppjanata, bil-magni kollha jaħdmu bil-kundizzjonijiet tal-qawwa massima kontinwa, mingħajr ma jittajjar fi kwalunkwe punt f’altitudni li tkun taħt l-altitudni minima x-xierqa tat-titjira.
(b) Ħlief hekk kif previst fil-punt CAT.POL.H.420, f’każ li tiżviluppa ħsara fil-magna, il-ħelikopter għandu jkun jista’ jwettaq inżul ta’ emerġenza sikur.
CAT.POL.H.415 Inżul
(a) Il-massa tal-inżul tal-ħelikopter fil-ħin stmat tal-inżul għandha tkun l-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
il-massa massima ċċertifikata tal-inżul; jew
il-massa massima tal-inżul speċifikata għat-titjir kważi stazzjonarju taħt effett tal-art u bil-magni kollha jaħdmu bil-qawwa tat-tlugħ jew, jekk il-kundizzjonijiet ikunu tali li x’aktarx mhux se jkun jista’ jiġi stabbilit it-titjir kważi stazzjonarju taħt effett tal-art, il-massa tal-inżul speċifikata għat-titjir kważi stazzjonarju mingħajr effett tal-art u bil-magni kollha jaħdmu bil-qawwa tat-tlugħ.
(b) Ħlief hekk kif previst fil-punt CAT.POL.H.400(b), f’każ li tiżviluppa ħsara fil-magna, il-ħelikopter għandu jkun jista’ jwettaq inżul ta’ emerġenza sikur.
CAT.POL.H.420 Operazzjonijiet bil-ħelikopter fuq ambjent ostili li jinsab ‘il barra minn żona kkonġestjonata
(a) L-operazzjonijiet li jsiru fuq ambjent ostili mhux ikkonġestjonat mingħajr kapaċità ta’ nżul ta’ emerġenza sikur b’ħelikopters li jaħdmu b’magna b’turbina u li jkollhom MOPSC ta’ sitt sits jew inqas għandhom jitwettqu biss jekk l-operatur ikun ingħata approvazzjoni għal dan mill-awtorità kompetenti, wara li huwa jkun wettaq valutazzjoni tar-riskji għas-sikurezza. Qabel ma t-tali operazzjonijiet iseħħu fi Stat Membru ieħor, l-operatur għandu jikseb approvazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat.
(b) Sabiex jikseb u jżomm approvazzjoni bħal din, l-operatur:
għandu jwettaq dawn l-operazzjonijiet biss fiż-żoni u bil-kundizzjonijiet speċifikati fl-approvazzjoni;
m’għandux iwettaq dawn l-operazzjonijiet skont approvazzjoni tal-HEMS;
għandu jiġġustifika l-fatt li l-limitazzjonijiet tal-ħelikopter, jew kunsiderazzjonijiet oħrajn li jistgħu jiġu ġġustifikati, jipprekludu l-użu tal-kriterji x-xierqa tal-prestazzjoni; u
għandu jkun ingħata approvazzjoni skont il-punt CAT.POL.H.305(b).
(c) Minkejja l-punt CAT.IDE.H.240, it-tali operazzjonijiet jistgħu jitwettqu mingħajr tagħmir tal-ossiġnu supplimentari, sakemm l-altitudni tal-kabina ma taqbiżx l-10 000 pied għal perjodu ta’ iktar minn 30 minuta u ma taqbeż qatt it-13 000 pied ta’ altitudni tal-pressjoni.
TAQSIMA 3
Massa u bilanċ
CAT.POL.MAB.100 Tagħbija, massa u bilanċ
(a) Matul kull fażi tal-operazzjoni, it-tagħbija, il-massa u ċ-ċentru tal-gravità (CG) tal-inġenju tal-ajru għandhom ikunu konformi mal-limitazzjonijiet speċifikati fl-AFM, jew fil-manwal tal-operat, jekk dan ikun iktar restrittiv.
(b) L-operatur għandu jistabbilixxi l-massa u ċ-ċentru tal-gravità ta’ kwalunkwe inġenju tal-ajru billi dan jintiżen realment qabel id-dħul inizjali fis-servizz u mbagħad wara jintiżen f’intervalli ta’ erba’ (4) snin jekk jintużaw il-mases individwali tal-inġenji tal-ajru, jew ta’ disa’ (9) snin jekk jintużaw il-mases tal-flotot. L-effetti akkumulati tal-modifiki u t-tiswijiet fuq il-massa u l-bilanċ għandhom jitqiesu u jiġu ddokumentati kif xieraq. L-inġenji tal-ajru għandhom jerġgħu jintiżnu jekk l-effett tal-modifiki fuq il-massa u l-bilanċ ma jkunx magħruf b’mod preċiż.
(c) L-użin għandu jitwettaq mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru jew minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata.
(d) L-operatur għandu jistabbilixxi l-massa tal-oġġetti kollha tal-operat u tal-membri kollha tal-ekwipaġġ li huma inklużi fil-massa operattiva tal-inġenju tal-ajru mingħajr tagħbija billi jiżinhom jew billi juża mases standard għalihom. Għandha tiġi stabbilita l-influwenza tal-pożizzjoni tagħhom fuq iċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru.
(e) L-operatur għandu jistabbilixxi l-massa tat-tagħbija tat-traffiku, inkluża kwalunkwe saborra, billi jiżinha jew billi jistabbilixxi l-massa tat-tagħbija tat-traffiku skont il-mases standard għall-passiġġieri u għall-bagalji.
(f) Minbarra l-mases standard għall-passiġġieri u għall-bagalji kkontrollati, l-operatur jista’ juża mases standard għall-oġġetti l-oħra tat-tagħbija jekk juri lill-awtorità kompetenti li dawn l-oġġetti għandhom l-istess massa jew li l-mases tagħhom jaqgħu fi ħdan il-valuri speċifikati tat-tolleranza.
(g) L-operatur għandu jistabbilixxi l-massa tat-tagħbija tal-fjuwil billi juża d-densità reali jew, jekk din ma tkunx magħrufa, billi juża d-densità kkalkulata skont metodu speċifikat fil-manwal tal-operat.
(h) L-operatur għandu jiżgura:
li l-inġenju tal-ajru tiegħu jitgħabba taħt is-superviżjoni ta’ persunal ikkwalifikat; u
li t-tagħbija tat-traffiku titgħabba b’tali mod li jkun konsistenti mad-dejta użata għall-kalkolu tal-massa u tal-bilanċ tal-inġenju tal-ajru.
(i) L-operatur għandu jkun konformi ma’ limiti strutturali addizzjonali bħalma huma l-limitazzjonijiet tas-saħħa tal-art, it-tagħbija massima għal kull metru lineari, il-massa massima għal kull kompartiment tal-merkanzija u l-limitu massimu ta’ sits. Barra minn hekk, għall-ħelikopters, l-operatur għandu jqis ukoll it-tibdil fit-tagħbija li jseħħ waqt it-titijra.
(j) Fil-manwal tal-operat, l-operatur għandu jispeċifika l-prinċipji u l-metodi involuti fit-tagħbija u fis-sistema tal-massa u l-bilanċ li jissodisfaw ir-rekwiżiti mogħtija fil-punti (a) sa (i). Din is-sistema għandha tkopri t-tipi kollha ta’ operazzjonijiet previsti.
CAT.POL.MAB.105 Dejta u dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa
(a) Qabel kull titjira, l-operatur għandu jistabbilixxi d-dejta dwar il-bilanċ u l-massa u għandu jipproduċi d-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa, li fihom ikunu speċifikati t-tagħbija u d-distribuzzjoni tagħha. Id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa għandha tippermetti lill-kmandant jistabbilixxi jekk it-tagħbija u d-distribuzzjoni tagħha tkunx tali li ma jinqabżux il-limiti tal-bilanċ u tal-massa tal-inġenju tal-ajru. Id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
ir-reġistrazzjoni u t-tip ta’ inġenju tal-ajru;
l-identifikazzjoni, in-numru u d-data tat-titjira;
isem il-kmandant;
isem min ikun ħejja d-dokument;
il-massa operattiva mingħajr tagħbija u ċ-ċentru tal-gravità korrispondenti tal-inġenju tal-ajru;
fil-każ tal-ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B u tal-ħelikopters, il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità m’għandhiex għalfejn titniżżel fid-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa jekk, pereżempju, id-distribuzzjoni tat-tagħbija tkun issegwi tabella tal-bilanċ ikkalkulata minn qabel jew jekk ikun jista’ jintwera li għall-operazzjonijiet previsti jista’ jiġi żgurat bilanċ korrett, tkun xi tkun it-tagħbija reali;
il-massa tal-fjuwil mat-tlugħ u l-massa tal-fjuwil għall-vjaġġ;
il-massa tal-oġġetti tal-konsum, minbarra l-fjuwil, jekk dan ikun applikabbli;
il-komponenti tat-tagħbija, inklużi l-passiġġieri, il-bagalji, il-merkanzija u s-saborra;
il-massa waqt it-tlugħ, il-massa tal-inżul u l-massa tal-inġenju tal-ajru meta fih ma jkun hemm l-ebda fjuwil;
il-pożizzjonijiet applikabbli taċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru; u
il-valuri tal-limitu tal-massa u taċ-ċentru tal-gravità.
L-informazzjoni t’hawn fuq għandha tkun disponibbli fid-dokumenti tal-ippjanar tat-titjira jew fis-sistemi tal-bilanċ u tal-massa. Xi ftit minn din l-informazzjoni tista’ tkun inkluża f’dokumenti oħrajn li jkunu faċilment disponibbli għall-użu.
(b) F'każijiet fejn id-data u d-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa jiġu ġġenerati minn sistema kompjuterizzata għall-bilanċ u l-massa, l-operatur għandu:
jivverifika l-integrità tad-data tal-output biex jiżgura li d-data tkun fi ħdan il-limitazzjonijiet AFM; u
jispeċifika l-istruzzjonijiet u l-proċeduri għall-użu tagħha fil-manwal tal-operat tagħha.
(c) Il-persuna li tkun qed tissorvelja t-tagħbija tal-inġenju tal-ajru għandha tikkonferma, permezz ta’ firma bl-idejn jew b’mod ieħor ekwivalenti, li t-tagħbija u d-distribuzzjoni tagħha huma skont id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa mogħtija lill-kmandant. Il-kmandant għandu jindika l-aċċettazzjoni tiegħu permezz ta’ firma bl-idejn jew b’mod ieħor ekwivalenti.
(d) L-operatur għandu jispeċifika l-proċeduri għall-bidliet fit-tagħbija li jsiru fl-aħħar mument biex jiżgura li:
kwalunkwe bidla li ssir fl-aħħar mument wara li tkun tlestiet id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa tkun mgħarrfa lill-kmandant u tiddaħħal fid-dokumenti tal-ippjanar tat-titjira li jkun fihom id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa;
l-għadd massimu permess ta’ bidliet li jsiru fl-aħħar mument fl-għadd ta’ passiġġieri jew fit-tagħbija tal-istiva jkun speċifikat; u
f’każ li dan l-għadd massimu jinqabeż, titħejja dokumentazzjoni ġdida dwar il-bilanċ u l-massa.
▼M14 —————
▼M11 —————
SUBPARTI D
STRUMENTI, DEJTA U TAGĦMIR
TAQSIMA 1
L-ajruplani
CAT.IDE.A.100 Strumenti u tagħmir — punti ġenerali
(a) L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli, ħlief għall-oġġetti li ġejjin:
Il-fjusis ta' fuq ir-riħ;
Id-dwal portabbli indipendenti;
Arloġġ preċiż;
Il-kontenitur tal-mapep;
Il-kaxxa għall-ewwel għajnuna;
Il-kaxex mediċi għall-emerġenza;
Il-megafoni;
It-tagħmir tas-sopravivenza u għas-sinjalar;
L-ankri tal-wiċċ u t-tagħmir għall-irmiġġ; u
It-tagħmir ta' restrizzjoni għat-tfal.
(b) Strumenti u tagħmir mhux meħtieġa skont dan l-Anness (il-Parti-CAT) kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti CAT.IDE.A.330, CAT.IDE.A.335, CAT.IDE.A.340 u CAT.IDE.A.345 ta' dan l-Anness;
l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ajruplan, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.
(c) Jekk it-tagħmir ikun se jintuża minn membru tal-ekwipaġġ tat-titjira fil-post tiegħu matul it-titjira, dan għandu jkun jista’ jintuża faċilment minn dak il-post. Meta jkun jeħtieġ li oġġett wieħed tat-tagħmir jitħaddem minn iktar minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira, dan l-oġġett ►M4 jiġi installat ◄ b’tali mod li jkun jista’ jitħaddem faċilment minn kwalunkwe post fejn ikun jeħtieġ li t-tagħmir jitħaddem.
(d) Dawk l-istrumenti li jintużaw minn kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jippermettu lill-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jara l-indikazzjonijiet faċilment mill-post tiegħu, bl-inqas devjazzjoni possibbli mill-pożizzjoni u l-linja ta’ viżjoni normali tiegħu meta jkun qed iħares ‘il quddiem fid-direzzjoni tal-passaġġ tat-titjira.
(e) It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.
CAT.IDE.A.105 Tagħmir minimu għat-titjira
Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ajruplan, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira prevista ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira m’għandhiex tinbeda, sakemm:
l-ajruplan ma jkunx qed jitħaddem skont il-MEL tal-operatur; jew
l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti biex jopera l-ajruplan fil-limiti tal-lista tat-tagħmir minimu ta' referenza (“MMEL”) skont il-punt ORO.MLR.105(j) tal-Anness III.
CAT.IDE.A.110 Fjusis tal-elettriku ta’ fuq ir-riħ
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra bi fjusis tal-elettriku ta’ fuq ir-riħ, li jkunu tar-rata ta’ qawwa meħtieġa għal ħarsien sħiħ taċ-ċirkwit, sabiex ikunu jistgħu jinbidlu dawk il-fjusis li jistgħu jinbidlu waqt it-titjira.
(b) L-għadd ta’ fjusis ta’ fuq ir-riħ li jridu jinġarru għandu jkun l-ogħla wieħed minn fost dawn li ġejjin:
10 % tal-għadd ta’ fjusis ta’ kull rata ta’ qawwa; jew
tliet fjusis għal kull rata ta’ qawwa.
CAT.IDE.A.115 Dwal operattivi
(a) L-ajruplani li jitħaddmu binhar għandhom ikunu mgħammra:
b’sistema ta’ dwal għal kontra l-ħabtiet;
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ajruplan biex jipprovdu dawl xieraq għall-istrumenti kollha u t-tagħmir kollu li huma essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ajruplan;
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ajruplan biex jipprovdu dawl fil-kompartimenti kollha tal-passiġġieri; u
b’dawl portabbli indipendenti għal kull membru tal-ekwipaġġ meħtieġ li jkun faċilment aċċessibbli għall-membri tal-ekwipaġġ meta dawn ikunu bilqiegħda fil-post assenjat lilhom.
(b) Barra minn hekk, l-ajruplani li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra wkoll:
bi dwal tan-navigazzjoni/tal-pożizzjoni;
b’żewġt idwal għall-inżul jew b’dawl wieħed li jkollu żewġ filamenti fornuti bl-enerġija b’mod separat; u
bi dwal biex jitħarsu r-Regolamenti internazzjonali għall-prevenzjoni tal-ħabtiet fil-baħar jekk l-ajruplan jitħaddem bħala idroplan.
CAT.IDE.A.120 Tagħmir għat-tindif tal-ħġieġa ta’ quddiem tal-ajruplani
L-ajruplani li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma għandhom ikunu mgħammra, f’kull post tal-bdot, b’mezzi biex meta tagħmel ix-xita parti mill-ħġieġa ta’ quddiem tinżamm nadifa.
CAT.IDE.A.125 Operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR li jsiru binhar — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
(a) L-ajruplani li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir li ġej, li għandu jkun disponibbli fil-post tal-bdot:
b’mezz għall-kejl u l-wiri:
tad-direzzjoni manjetika;
tal-ħin f’sigħat, minuti u sekondi;
l-altitudni barometrika;
il-veloċità tal-ajru indikata;
il-veloċità vertikali;
id-dawran u ż-żliq;
il-pożizzjoni tal-ħelikopter;
tad-direzzjoni tiegħu;
tat-temperatura tal-arja ta’ barra; u
tan-numru “Mach” kull meta l-limitazzjonijiet tal-veloċità jingħataw bħala numri “Mach”.
b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti tat-titjir meħtieġa ma tkunx biżżejjed.
(b) Kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti, għandu jkun hemm mezz separat addizzjonali għat-tieni bdot biex huwa jara l-affarijiet li ġejjin:
l-altitudni barometrika;
il-veloċità tal-ajru indikata;
il-veloċità vertikali;
id-dawran u ż-żliq;
il-pożizzjoni tal-ħelikopter; u
tad-direzzjoni tiegħu.
(c) Għandu jkun hemm mezz għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe funzjonament ħażin tas-sistemi li jindikaw il-veloċità tal-ajru minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ għal:
ajruplani li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma jew li għandhom MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits; u
ajruplani li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ April 1999 jew wara dik id-data.
(d) L-ajruplani b’magna waħda li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba qabel it-22 ta’ Mejju 1995 huma eżentati mir-rekwiżiti tal-punti (a)(1)(vi), (a)(1)(vii), (a)(1)(viii) u (a)(1)(ix) jekk ikun jeħtieġ isirilhom immuntar wara biex jiġu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti.
CAT.IDE.A.130 Operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR jew billejl — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
L-ajruplani li jitħaddmu skont il-VFR billejl jew skont l-IFR għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir li ġej, li għandu jkun disponibbli fil-post tal-bdot:
b’mezz għall-kejl u l-wiri:
tad-direzzjoni manjetika;
tal-ħin f’sigħat, minuti u sekondi;
il-veloċità tal-ajru indikata;
il-veloċità vertikali;
tad-dawran u taż-żliq jew, fil-każ ta’ ajruplani mgħammra b’mezz ta’ emerġenza għall-kejl u l-wiri tal-pożizzjoni tal-ajruplan, taż-żliq;
il-pożizzjoni tal-ħelikopter;
tad-direzzjoni stabbilizzata;
tat-temperatura tal-arja ta’ barra; u
tan-numru “Mach” kull meta l-limitazzjonijiet tal-veloċità jingħataw bħala numri “Mach”;
b'żewġ mezzi għall-kejl u l-wiri tal-altitudni barometrika;
b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti tat-titjir meħtieġa ma tkunx biżżejjed;
b’mezz għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe funzjonament ħażin tas-sistemi li jindikaw il-veloċità tal-ajru, meħtieġa skont il-punti (a)(3) u (h)(2), minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ;
b’mezz għat-tħabbir, lill-ekwipaġġ tat-titjira, li żviluppat ħsara fil-mezzi meħtieġa skont il-punt (d) għall-ajruplani:
li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali fl-1 ta’ April 1998 jew wara dik id-data; jew
li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali qabel l-1 ta’ April 1998 u li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma u MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits;
b’żewġ sistemi indipendenti għall-kejl tal-pressjoni statika, ħlief għall-ajruplani li jaħdmu bl-iskrejjen u li għandhom MCTOM ta’ 5 700 kilogramma jew inqas;
b’sistema waħda għall-kejl tal-pressjoni statika u sors alternattiv wieħed tal-pressjoni statika għall-ajruplani li jaħdmu bl-iskrejjen u li għandhom MCTOM ta’ 5 700 kilogramma jew inqas;
b’mezz separat għat-tieni bdot biex huwa jara l-affarijiet li ġejjin, kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti:
l-altitudni barometrika;
il-veloċità tal-ajru indikata;
il-veloċità vertikali;
id-dawran u ż-żliq;
il-pożizzjoni tal-ħelikopter; u
id-direzzjoni stabbilizzata;
b’mezz ta’ emerġenza għall-kejl u l-wiri tal-pożizzjoni tal-ajruplan, li jkun jista’ jintuża minn kwalunkwe post tal-bdot, għall-ajruplani li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma jew MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits, u li:
jiġi fornut kontinwament bl-enerġija matul it-tħaddim normali u, f’każ li s-sistema normali li tiġġenera l-elettriku tieqaf taħdem għal kollox, jiġi fornut bl-enerġija minn sors li jkun indipendenti mis-sistema normali li tiġġenera l-elettriku;
jaħdem b’mod affidabbli għal mill-inqas 30 minuta wara li s-sistema normali li tiġġenera l-elettriku tieqaf taħdem għal kollox, filwaqt li jitqiesu tagħbijiet oħra li jista’ jkun hemm fuq il-provvista tal-enerġija tal-emerġenza u l-proċeduri operattivi;
jaħdem b’mod indipendenti minn kwalunkwe mezz ieħor għall-kejl u l-wiri tal-pożizzjoni tal-ħelikopter;
jaħdem b’mod awtomatiku wara li s-sistema normali li tiġġenera l-elettriku tieqaf taħdem għal kollox;
ikun imdawwal b’mod xieraq matul il-fażijiet kollha tal-operazzjoni, ħlief għall-ajruplani li jkollhom MCTOM ta’ 5 700 kilogramma jew inqas, li kienu diġà ġew irreġistrati fi Stat Membru fl-1 ta’ April 1995 u li jkunu mgħammra b’indikatur tal-pożizzjoni tal-ajruplan tal-emerġenza fil-pannell tal-istrumenti tan-naħa tax-xellug;
ikun juri biċ-ċar lill-ekwipaġġ tat-titjira meta l-indikatur tal-pożizzjoni tal-ajruplan tal-emerġenza ikun qed jitħaddem bi provvista tal-enerġija tal-emerġenza; u
jekk l-indikatur tal-pożizzjoni tal-ajruplan tal-emerġenza jkollu provvista tal-enerġija apposta għalih, ikollu indikazzjoni assoċjata, jew fuq l-istrument jew fuq il-pannell tal-istrumenti, meta din il-provvista tkun qed tintuża;
b’kontenitur tal-mapep li jkun jinsab f’pożizzjoni li minnha wieħed ikun jista’ jaqra l-mapep faċilment u li jkun jista’ jiddawwal għall-operazzjonijiet li jitwettqu billejl.
CAT.IDE.A.135 Tagħmir addizzjonali għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed imwettqin skont l-IFR
L-ajruplani li jitħaddmu skont l-IFR bi bdot wieħed għandhom ikunu mgħammra b’awtobdot li jkun kapaċi jżomm tal-inqas l-altitudni u d-direzzjoni.
CAT.IDE.A.140 Sistema ta’ twissija tal-altitudni
(a) L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ twissija tal-altitudni:
l-ajruplani li jaħdmu b’turboskrun li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma jew MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits; u
l-ajruplani li jaħdmu b’magni turboġett.
(b) Is-sistema ta’ twissija tal-altitudni għandha tkun kapaċi:
tavża lill-ekwipaġġ tat-titjira meta tkun qed tintlaħaq altitudni magħżula minn qabel; u
tavża lill-ekwipaġġ tat-titjira tal-inqas b’sinjal li jinstema’, meta jkun hemm devjazzjoni minn altitudni magħżula minn qabel.
(c) Minkejja l-punt (a), l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta’ 5 700 kilogramma jew inqas u MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits, u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ April 1972 u li kienu diġà ġew irreġistrati fi Stat Membru fl-1 ta’ April 1995, huma eżentati mir-rekwiżit li jkunu mgħammra b’sistema ta’ twissija tal-altitudni.
CAT.IDE.A.150 Sistema ta’ twissija u ta’ għarfien tat-terren (TAWS)
(a) L-ajruplani li jaħdmu b’magna b’turbina u li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma jew MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits għandhom ikunu mgħammra b’TAWS li tissodisfa r-rekwiżiti għat-tagħmir tal-Kategorija A, kif speċifikat fi standard aċċettabbli.
(b) L-ajruplani li jaħdmu b’magni bil-pistuni u li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma jew MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits għandhom ikunu mgħammra b’TAWS li tissodisfa r-rekwiżiti għat-tagħmir tal-Kategorija B, kif speċifikat fi standard aċċettabbli.
(c) L-ajruplani li jaħdmu b'magna b'turbina li għalihom iċ-ċertifikat ta' ajrunavigabbiltà individwali (certificate of airworthiness, CofA) ikun inħareġ għall-ewwel darba wara l-1 ta' Jannar 2019 u li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' bejn sitta u disgħa, għandhom ikunu mgħammra b'TAWS li tissodisfa r-rekwiżiti għat-tagħmir tal-Klassi B, kif speċifikat fi standard aċċettabbli.
CAT.IDE.A.155 Sistema għall-prevenzjoni tal-ħabtiet fl-ajru (ACAS)
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fir-Regolament (UE) Nru 1332/2011, l-ajruplani li jaħdmu b’magna b’turbina u li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma jew MOPSC ta’ iktar minn 19-il sit għandhom ikunu mgħammra b’ACAS II.
CAT.IDE.A.160 Tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord
L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord meta jitħaddmu billejl jew f’IMC f’żoni fejn, tul ir-rotta, ikunu mistennija maltempati bir-ragħad jew kundizzjonijiet tat-temp oħrajn li jistgħu jkunu perikolużi, u li huma meqjusa bħala kundizzjonijiet li jistgħu jiġu identifikati mit-tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord:
l-ajruplani bi pressjoni;
l-ajruplani mingħajr pressjoni li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma; u
l-ajruplani mingħajr pressjoni li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits.
CAT.IDE.A.165 Tagħmir addizzjonali għall-operazzjonijiet imwettqin billejl f’kundizzjonijet li jiffavorixxu l-formazzjoni tas-silġ
(a) L-ajruplani li jitħaddmu billejl f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistenni jew attwali għandhom ikunu mgħammra b’mezzi li jdawlu jew jidentifikaw il-formazzjoni tas-silġ.
(b) Il-mezzi li jdawlu l-formazzjoni tas-silġ m’għandhom jikkawżaw l-ebda dija jew riflessjoni li tista’ tfixkel lill-membri tal-ekwipaġġ fil-qadi tal-kompiti tagħhom.
CAT.IDE.A.170 Sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira
L-ajruplani li jitħaddmu minn iżjed minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira, li tinkludi kuffji tal-widna u mikrofoni għall-użu mill-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira.
CAT.IDE.A.175 Sistema ta’ telefonija interna għall-membri tal-ekwipaġġ
L-ajruplani li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 15 000 kilogramma jew MOPSC ta’ iktar minn 19-il sit għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ telefonija interna għall-membri tal-ekwipaġġ, ħlief għall-ajruplani li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ April 1965 u li kienu diġà ġew irreġistrati fi Stat Membru fl-1 ta’ April 1995.
CAT.IDE.A.180 Sistema għall-avviżi lill-pubbliku
L-ajruplani li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn 19-il sit għandhom ikunu mgħammra b’sistema għall-avviżi lill-pubbliku.
CAT.IDE.A.185 Reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota
(a) L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota (CVR):
l-ajruplani li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma; u
l-ajruplani b’diversi magni li jaħdmu b’turbina li għandhom MCTOM ta’ 5 700 kilogramma jew inqas u MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 1990 jew wara dik id-data.
(b) Sal-31 ta' Diċembru 2018, is-CVR għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas:
tul is-sagħtejn ta' qabel, fil-każ tal-ajruplani msemmija fil-punt (a)(1), meta s-CofA individwali jkun inħareġ fl-1 ta' April 1998 jew wara dik id-data;
tul it-30 minuta ta' qabel għall-ajruplani msemmija fil-punt (a)(1), meta s-CofA individwali jkun inħareġ qabel l-1 ta' April 1998; jew
tul it-30 minuta ta' qabel, fil-każ tal-ajruplani msemmija fil-punt (a)(2).
(c) Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019, is-CVR għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas:
tul il-25 siegħa preċedenti għall-ajruplani b’MCTOM ta’ aktar minn 27 000 kg u li nħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2022 jew wara dik id-data; jew
tul is-sagħtejn ta' qabel fil-każijiet l-oħra kollha.
(d) Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019, is-CVR għandu jirreġistra fuq mezzi oħra għajr għat-tejp manjetiku jew il-wajer manjetiku.
(e) Is-CVR għandu jirreġistra, b'referenza għall-għażla taż-żmien:
il-komunikazzjonijiet tal-vuċi trażmessi bir-radju mill-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira jew li jkunu waslu bir-radju f'dak il-kompartiment;
il-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jsiru permezz tas-sistema ta' telefonija interna u tas-sistema għall-avviżi lill-pubbliku, jekk dawn ikunu installati;
l-ambjent tas-smigħ tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, inkluż, mingħajr interruzzjoni:
għall-ajruplani li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' April 1998 jew wara dik id-data, is-sinjali akustiċi li jkunu waslu minn kull mikrofonu tal-kuffja jew tal-maskra li jkun qed jintuża;
is-sinjali akustiċi li jkunu waslu minn kull mikrofonu tal-kuffja jew tal-maskra li jkun qed jintuża, fejn dan ikun possibbli, għall-ajruplani msemmija fil-punt (a)(2) li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba qabel l-1 ta' April 1998;
is-sinjali tal-vuċi jew akustiċi li jidentifikaw l-għajnuniet għan-navigazzjoni jew għall-avviċinament introdotti fil-kuffji tal-widna jew fuq lawdspiker.
(f) Is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni qabel ma l-ajruplan jibda jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sa tmiem it-titjira meta l-ajruplan ma jkunx għadu jista' jkompli jimxi bil-qawwa tiegħu stess. Barra minn hekk, fil-każ tal-ajruplani li jkun inħarġilhom CofA individwali fl-1 ta' April 1998 jew wara dik id-data, is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni b'mod awtomatiku qabel ma l-ajruplan jibda jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sa tmiem it-titjira meta l-ajruplan ma jkunx għadu jista' jkompli jimxi bil-qawwa tiegħu stess.
(g) Minbarra l-punt (f), u skont id-disponibbiltà tal-enerġija elettrika, is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni malajr kemm jista' jkun waqt il-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota qabel ma tinxtegħel il-magna fil-bidu tat-titjira u għandu jibqa' għaddej biha sal-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota immedjatament wara li l-magna tintefa fi tmiem it-titjira, fil-każ:
tal-ajruplani msemmija fil-punt (a)(1) li jkun inħarġilhom CofA individwali fl-1 ta' April 1998 jew wara dik id-data; jew
tal-ajruplani msemmija fil-punt (a)(2).
(h) Jekk is-CVR mhuwiex utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Sa mhux aktar tard mis-16 ta' Ġunju 2018, dan it-tagħmir għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum. Jekk is-CVR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.
(i) Ajruplani b'MCTOM ta' aktar minn 27 000 kg u l-ewwel maħruġa b'CofA individwali fi jew wara t-5 ta' Settembru 2022 għandhom ikunu mgħammra b'sors ta' enerġija alternattiv li għalih is-CVR u l-mikrofonu taż-żona mmuntat fuq il-kabina tal-bdot jinqalbu awtomatikament fil-każ li kull provvista oħra ta' enerġija lis-CVR tiġi interrotta.
CAT.IDE.A.190 Reġistratur tad-dejta tat-titjira
(a) L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) li juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta u li għalih ikun disponibbli metodu biex tinstab faċilment dik id-dejta mill-mezz tal-ħżin:
l-ajruplani li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Ġunju 1990 jew wara dik id-data;
l-ajruplani li jaħdmu b’magna b’turbina li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Ġunju 1990; u
l-ajruplani b’diversi magni li jaħdmu b’turbina li għandhom MCTOM ta’ 5 700 kilogramma jew inqas u MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ April 1998 jew wara dik id-data.
(b) L-FDR għandu jirreġistra:
il-ħin, l-altitudni, il-veloċità tal-ajru, l-aċċellerazzjoni normali u d-direzzjoni, u għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta li tkun ġiet irreġistrata tal-inqas matul l-aħħar 25 siegħa fil-każ tal-ajruplani msemmija fil-punt (a)(2) li jkollhom MCTOM ta’ inqas minn 27 000 kilogramma;
il-parametri meħtieġa biex jiġu stabbiliti b’mod preċiż il-passaġġ tat-titjira, il-veloċità, il-pożizzjoni tal-ajruplan, il-qawwa tal-magna tal-ajruplan u l-konfigurazzjoni tat-tagħmir li jimmodifika l-pressjoni tal-arja li terfa’ l-ajruplan ‘il fuq u r-reżistenza tal-arja għall-moviment tal-ajruplan, u għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta li tkun ġiet irreġistrata tal-inqas matul l-aħħar 25 siegħa fil-każ tal-ajruplani msemmija fil-punt (a)(1) li jkollhom MCTOM ta’ inqas minn 27 000 kilogramma u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Jannar 2016;
il-parametri meħtieġa biex jiġu stabbiliti b’mod preċiż il-passaġġ tat-titjira, il-veloċità, il-pożizzjoni tal-ajruplan, il-qawwa tal-magna, il-konfigurazzjoni u l-operat tal-ajruplan, u għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta li tkun ġiet irreġistrata tal-inqas matul l-aħħar 25 siegħa fil-każ tal-ajruplani msemmija fil-punti (a)(1) u (a)(2) li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 27 000 kilogramma u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Jannar 2016;
il-parametri meħtieġa biex jiġu stabbiliti b’mod preċiż il-passaġġ tat-titjira, il-veloċità, il-pożizzjoni tal-ajruplan, il-qawwa tal-magna tal-ajruplan u l-konfigurazzjoni tat-tagħmir li jimmodifika l-pressjoni tal-arja li terfa’ l-ajruplan ‘il fuq u r-reżistenza tal-arja għall-moviment tal-ajruplan, u għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta li tkun ġiet irreġistrata tal-inqas matul l-aħħar 10 sigħat fil-każ tal-ajruplani msemmija fil-punt (a)(3) li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Jannar 2016; jew
il-parametri meħtieġa biex jiġu stabbiliti b’mod preċiż il-passaġġ tat-titjira, il-veloċità, il-pożizzjoni tal-ajruplan, il-qawwa tal-magna, il-konfigurazzjoni u l-operat tal-ajruplan, u għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta li tkun ġiet irreġistrata tal-inqas matul l-aħħar 25 siegħa fil-każ tal-ajruplani msemmija fil-punti (a)(1) u (a)(3) li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data.
(c) Id-dejta għandha tinkiseb minn sorsi tal-ajruplan li jippermettu korrelazzjoni eżatta mal-informazzjoni murija lill-ekwipaġġ tat-titjira.
(d) L-FDR għandu jibda jirreġistra d-dejta qabel ma l-ajruplan ikun jista’ jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf meta l-ajruplan ma jkunx jista’ jimxi iktar bil-qawwa tiegħu stess. Barra minn hekk, fil-każ tal-ajruplani li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali fl-1 ta’ April 1998 jew wara dik id-data, l-FDR għandu jibda jirreġistra d-dejta b’mod awtomatiku qabel ma l-ajruplan ikun jista’ jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf b’mod awtomatiku meta l-ajruplan ma jkunx jista’ jimxi iktar bil-qawwa tiegħu stess.
(e) Jekk ir-reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Sa mhux aktar tard mis-16 ta' Ġunju 2018, dan it-tagħmir għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum. Jekk l-FDR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.
CAT.IDE.A.191 Reġistratur tat-titjira ħafif
Ajruplani b'magni bit-turbini b'MCTOM ta' 2 250 kg jew aktar u ajruplani b'MOPSC ta' aktar minn 9 sits għandhom ikunu mgħammra b'reġistratur tat-titjira jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ma jkunux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt CAT.IDE.A.190(a);
jinħarġu għall-ewwel darba b'CofA individwali fi jew wara t-5 ta' Settembru 2022.
L-apparat li jirreġistra t-titjira għandu jirreġistra, permezz ta' data jew immaġni tat-titjira, informazzjoni li hija biżżejjed biex tiddetermina l-passaġġ tat-titjira u l-veloċità tal-inġenju tal-ajru.
Ir-reġistratur tat-titjira għandu jkun kapaċi li jikseb id-data u l-immaġni tat-titjira rreġistrati matul mill-inqas il-ħames sigħat ta' qabel.
Ir-reġistratur tat-titjira għandu jibda jirreġistra d-data awtomatikament qabel ma l-ajruplan ikun jista' jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf awtomatikament meta l-ajruplan ma jkunx jista' jimxi aktar bil-qawwa tiegħu stess.
Jekk l-apparat li jirreġistra t-titjira jirreġistra immaġni jew awdjo tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, allura għandha tiġi pprovduta funzjoni li tista' titħaddem mill-kmandant u li timmodifika r-reġistrazzjonijiet tal-immaġni u tal-awdjo magħmula qabel it-tħaddim ta' dik il-funzjoni, sabiex dawk ir-reġistrazzjonijiet ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati meta jerġa' jinstema' r-reġistratur jew b'tekniki ta' kkupjar.
CAT.IDE.A.195 Reġistrazzjoni tal-kollegamenti bejn id-dejta
(a) L-ajruplani li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fit-8 ta’ April 2014 jew wara, li għandhom il-kapaċità jwettqu komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta u li jridu jkunu mgħammra b’CVR, għandhom jirreġistraw fuq reġistratur, fejn ikun applikabbli:
il-messaġġi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta marbutin mal-komunikazzjonijiet tal-ATS lill-ajruplan u minnu, inklużi l-messaġġi li japplikaw għall-applikazzjonijiet li ġejjin:
il-bidu tal-kollegament tad-dejta;
il-komunikazzjonijiet bejn il-bdot u l-kontrollur;
is-sorveljanza indirizzata;
l-informazzjoni dwar it-titjira;
is-sorveljanza tax-xandir tal-inġenju tal-ajru, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema;
id-dejta tal-kontroll operattiv tal-inġenju tal-ajru, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema; u
il-grafika, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema;
l-informazzjoni li tippermetti l-korrelazzjoni ma’ kull rekord assoċjat li huwa marbut mal-komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta u li huwa maħżun f’post differenti mill-ajruplan; u
l-informazzjoni dwar il-ħin u l-prijorità tal-messaġġi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta, filwaqt li titqies l-arkitettura tas-sistema.
(b) Ir-reġistratur għandu juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta u l-informazzjoni, u għandu juża metodu biex tiġi estratta dik id-dejta. Il-metodu tar-reġistrazzjoni għandu jkun tali li jippermetti li d-dejta tkun taqbel mad-dejta rreġistrata fuq l-art.
(c) Ir-reġistratur għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas għall-istess tul ta’ ħin stabbilit għas-CVRs fil-punt CAT.IDE.A.185.
(d) Jekk ir-reġistratur ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Sa mhux aktar tard mis-16 ta' Ġunju 2018, dan it-tagħmir għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum. Jekk ir-reġistratur ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.
(e) Ir-rekwiżiti applikabbli għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tar-reġistratur tal-link tad-data huma l-istess bħar-rekwiżiti applikabbli għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tar-reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota (CVR) li jinsabu fil-punt CAT.IDE.A.185.
CAT.IDE.A.200 Reġistratur ikkombinat
Tista’ tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti tas-CVR u tal-FDR permezz ta’:
reġistratur wieħed ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota, fil-każ ta’ ajruplani li jeħtieġ li jkunu mgħammra b’CVR jew b’FDR;
reġistratur wieħed ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota, fil-każ ta’ ajruplani li jkollhom MCTOM ta’ 5 700 kilogramma jew inqas u li jeħtieġ li jkunu mgħammra b’CVR u b’FDR; jew
żewġ reġistraturi kkombinati għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota, fil-każ ta’ ajruplani li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma u li jeħtieġ li jkunu mgħammra b’CVR u b’FDR.
CAT.IDE.A.205 Sits, ċinturini tas-sikurezza tas-sits, sistemi ta’ restrizzjoni u tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra:
b’sit jew post għal kull persuna abbord li jkollha 24 xahar jew iktar;
b’ċinturin tas-sikurezza f’kull sit tal-passiġġieri u ċinturini ta’ restrizzjoni għal kull post, ħlief hekk kif speċifikat fil-punt (3);
ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' trażżin għan-naħa ta' fuq tat-torso f'kull sit tal-passiġġieri u ċinturini tas-sikurezza f'kull post fil-każ ta' ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kilogramma jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, wara li jkun inħarġilhom CofA għall-ewwel darba fit-8 ta' April 2015 jew wara dik id-data;
b’tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal (CRD) għal kull persuna abbord li jkollha inqas minn 24 xahar;
b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso li jkun fih apparat li jżomm, b’mod awtomatiku, lit-torso tal-okkupant f’każ ta’ tnaqqis rapidu tal-veloċità:
f’kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira u f’kull sit li jkun ħdejn is-sit tal-bdot;
f’kull sit tal-osservatur li jkun jinsab fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira;
b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso f’kull sit għall-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa.
(b) Ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' restrizzjoni għan-naħa ta' fuq tat-torso għandu:
jinfetaħ permezz ta' molla waħda;
fis-sits għall-għadd minimu ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa, żewġ ċineg tal-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti; kif ukoll
fuq is-sits tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u fuq kwalunkwe sit li jkun ħdejn sit ta' bdot, kwalunkwe wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:
żewġ ċineg tal-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti;
ċinga tal-ispalel dijagonali u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti għall-ajruplani li ġejjin:
l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;
l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli u li jkollhom CofA maħruġ għall-ewwel darba qabel it-28 ta' Ottubru 2014;
ajruplani ċċertifikati f'konformità ma' CS-VLA jew ekwivalenti u CS-LSA jew ekwivalenti.
CAT.IDE.A.210 Sinjali biex jintlibes iċ-ċinturin tas-sikurezza u biex javżaw li t-tipjip mhux permess
L-ajruplani li fihom is-sits tal-passiġġieri ma jkunux jidhru kollha mis-sit(s) tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’mezz biex il-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina kollha jintwerew meta għandhom jintrabtu biċ-ċinturini tas-sikurezza u meta ma jkunx permess it-tipjip.
CAT.IDE.A.215 Bibien u purtieri interni
L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra:
fil-każ ta’ ajruplani li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn 19-il sit, b’bieb bejn il-kompartiment tal-passiġġieri u l-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, b’tabella fuqu li jkollha miktub “l-ekwipaġġ biss” u b’mezz biex bih il-bieb ikun jista’ jissakkar sabiex il-passiġġieri ma jkunux jistgħu jiftħuh mingħajr il-permess ta’ membru tal-ekwipaġġ tat-titjira;
b’mezz biex jinfetaħ kull bieb li jifred il-kompartiment tal-passiġġieri minn kompartiment ieħor li jkollu ħruġ ta’ emerġenza li jkun faċilment aċċessibbli;
b’mezz biex jinżammu miftuħin kull bieb jew purtiera li jifirdu l-kompartiment tal-passiġġieri minn żoni oħrajn li jridu jiġu aċċessati sabiex jintlaħaq kwalunkwe ħruġ ta’ emerġenza meħtieġ minn kwalunkwe sit tal-passiġġieri;
tabella fuq kull bieb intern jew ħdejn kull purtiera li sservi bħala mezz ta’ aċċess għall-ħruġ tal-emerġenza tal-passiġġieri, li tkun tindika li dawn ►M4 jinżammu ◄ miftuħin matul it-tlugħ u l-inżul; u
mezz li bih kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ ikun jista’ jiftaħ kwalunkwe bieb li normalment ikun aċċessibbli għall-passiġġieri u li jkun jista’ jissakkar mill-passiġġieri.
CAT.IDE.A.220 Kaxxa għall-ewwel għajnuna
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’kaxex għall-ewwel għajnuna skont it-Tabella 1.
Tabella 1
Għadd ta’ kaxex għall-ewwel għajnuna meħtieġa
Għadd ta’ sits tal-passiġġieri installati |
Għadd ta’ kaxex għall-ewwel għajnuna meħtieġa |
0–100 |
1 |
101–200 |
2 |
201–300 |
3 |
301–400 |
4 |
401–500 |
5 |
501 jew aktar |
6 |
(b) Il-kaxex għall-ewwel għajnuna għandhom:
ikunu faċilment aċċessibbli għall-użu; u u
jinżammu f’kundizzjoni tajba.
CAT.IDE.A.225 Kaxxa medika għall-emerġenzi
(a) L-ajruplani li għandhom MOPSC ta’ iktar minn 30 sit għandhom ikunu mgħammra b’kaxxa medika għall-emerġenzi meta kwalunkwe punt mir-rotta ppjanata jkun iktar minn 60 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari normali ‘l bogħod minn ajrudrom li fih wieħed jista’ jistenna li jkun hemm għajnuna medika kkwalifikata disponibbli.
(b) Il-kmandant għandu jiżgura li l-mediċini jingħataw biss minn persuni kkwalifikati kif xieraq.
(c) Il-kaxxa medika għall-emerġenzi msemmija fil-punt (a) għandha:
tkun reżistenti għat-trab u l-indewwa;
tinġarr b’tali mod li jiġi evitat l-aċċess mhux awtorizzat għaliha; u
jinżammu f’kundizzjoni tajba.
CAT.IDE.A.230 Ossiġnu tal-ewwel għajnuna
(a) L-ajruplani bi pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni ‘l fuq minn 25 000 pied, fil-każ ta’ operazzjonijiet li jkunu jeħtieġu membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, għandhom ikunu mgħammra bi provvista tal-ossiġnu mhux dilwit għall-passiġġieri li, minħabba raġunijiet fiżjoloġiċi, ikunu jeħtieġu l-ossiġnu wara li tonqos il-pressjoni fil-kabina.
(b) Il-provvista tal-ossiġnu msemmija f'(a) għandha tkun biżżejjed, għall-kumplament tat-titjira, wara li tonqos il-pressjoni fil-kabina, f'altitudni tal-kabina li tkun aktar minn 8 000 pied iżda li ma tkunx taqbeż il-15 000 pied, għal mill-inqas 2 % tal-passiġġieri li jkunu qed jinġarru fuq l-ajruplan, iżda fl-ebda każ m'għandha tkun biżżejjed għal inqas minn persuna waħda.
(c) Għandu jkun hemm biżżejjed unitajiet tat-tqassim, iżda fl-ebda każ m’għandu jkun hemm inqas minn żewġ unitajiet, u l-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkollu mezz biex ikun jista’ juża din il-provvista.
(d) It-tagħmir tal-ossiġnu tal-ewwel għajnuna għandu jkun kapaċi jiġġenera ċirkolazzjoni tal-massa lejn kull persuna.
CAT.IDE.A.235 Ossiġnu supplimentari — l-ajruplani bi pressjoni
(a) L-ajruplani bi pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni ‘l fuq minn 10 000 pied għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu supplimentari li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu skont it-Tabella 1.
(b) L-ajruplani bi pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni ‘l fuq minn 25 000 pied għandhom ikunu mgħammra:
b’maskri tal-ossiġnu li jintlibsu malajr għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira;
biżżejjed żbokkijiet u maskri ta’ fuq ir-riħ, jew unitajiet tal-ossiġnu bil-maskri portabbli, imqassmin b’mod uniformi fil-kompartiment tal-passiġġieri, biex tkun żgurata disponibbiltà immedjata tal-ossiġnu għall-użu minn kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġ;
unità li tqassam l-ossiġnu li tkun imqabbda ma’ terminali għall-provvista tal-ossiġnu u li tkun disponibbli immedjatament għal kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina u kull membru addizzjonali tal-ekwipaġġ tal-kabina u għall-okkupanti tas-sits tal-passiġġieri, kull fejn dawn ikunu bilqiegħda; u
apparat li jwissi lill-ekwipaġġ tat-titjira dwar kwalunkwe telf fil-pressjoni.
(c) Fil-każ ta’ ajruplani bi pressjoni li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba wara t-8 ta’ Novembru 1998 u li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni ta’ ‘l fuq minn 25 000 pied, jew li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni ta’ 25 000 pied jew inqas f’kundizzjonijiet li ma jippermettulhomx jinżlu sa 13 000 pied b’mod sikur f’erba’ (4) minuti, l-unitajiet individwali li jqassmu l-ossiġnu msemmija fil-punt (b)(3) għandu jkollhom il-kapaċità li jiġu attivati b’mod awtomatiku.
(d) L-għadd totali ta’ unitajiet li jqassmu l-ossiġnu u ta’ żbokkijiet imsemmija fil-punti (b)(3) u (c) għandu jaqbeż l-għadd ta’ sits mill-inqas b’10 %. L-unitajiet żejda għandhom ikunu mqassmin b’mod uniformi fil-kompartiment kollu tal-passiġġieri.
(e) Minkejja l-punt (a), ir-rekwiżiti tal-provvista tal-ossiġnu għall-membru/għall-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, għall-membru/għall-membri addizzjonali tal-ekwipaġġ tal-kabina u għall-passiġġier(i), fil-każ ta’ ajruplani li ma jkunux iċċertifikati biex itiru f’livelli tal-altitudni li jkunu ‘l fuq minn 25 000 pied, jistgħu jitnaqqsu, għall-ħin kollu tat-titjir f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni tal-kabina ta’ bejn l-10 000 pied u t-13 000 pied, għall-membri kollha tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa u għal mill-inqas 10 % tal-passiġġieri jekk, fil-punti kollha tul ir-rotta li minnha għandu jittajjar l-ajruplan, dan ikun kapaċi jinżel b’mod sikur għal altitudni tal-pressjoni tal-kabina ta’ 13 000 pied f’erba’ (4) minuti.
(f) Il-provvista minima meħtieġa mogħtija fil-punt (b)(1) tar-ringiela 1 u fir-ringiela 2 tat-Tabella 1 għandha tkopri l-kwantità tal-ossiġnu meħtieġa għal rata tal-inżul kostanti mill-altitudni operattiva massima ċċertifikata tal-ajruplan sa 10 000 pied f’10 minuti u għal 20 minuta f’10 000 pied wara.
(g) Il-provvista minima meħtieġa mogħtija fil-punt 1(b)(2) tar-ringiela 1 tat-Tabella 1 għandha tkopri l-kwantità tal-ossiġnu meħtieġa għal rata tal-inżul kostanti mill-altitudni operattiva massima ċċertifikata tal-ajruplan sa 10 000 pied f’10 minuti u għal 110 minuta f’10 000 pied wara.
(h) Il-provvista minima meħtieġa mogħtija fir-ringiela 3 tat-Tabella 1 għandha tkopri l-kwantità tal-ossiġnu meħtieġa għal rata tal-inżul kostanti mill-altitudni operattiva massima ċċertifikata tal-ajruplan sa 15 000 pied f’10 minuti.
Tabella 1
Rekwiżiti minimi tal-ossiġnu għall-ajruplani bi pressjoni
Provvista għal |
Tul ta’ ħin u altitudni tal-pressjoni tal-kabina |
1. L-okkupanti tas-sits fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkunu qed jaqdu l-kompiti tagħhom fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira |
(a) Il-ħin kollu tat-titjir li matulu l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina tkun taqbeż it-13 000 pied. (b) Il-kumplament tal-ħin tat-titjir li matulu l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina tkun taqbeż l-10 000 pied iżda ma tkunx taqbeż it-13 000 pied, wara l-ewwel 30 minuta f’din l-altitudni, iżda fl-ebda każ inqas minn: (1) provvista għal 30 minuta għall-ajruplani li jkunu ċċertifikati biex itiru f’livelli tal-altitudni li ma jaqbżux il-25 000 pied; u (2) provvista ta’ sagħtejn għall-ajruplani li jkunu ċċertifikati biex itiru f’livelli tal-altitudni li jkunu ‘l fuq minn 25 000 pied. |
2. Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa |
(a) Il-ħin kollu tat-titjir li matulu l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina tkun taqbeż it-13 000 pied, iżda mhux inqas minn provvista għal 30 minuta. (b) Il-kumplament tal-ħin tat-titjir li matulu l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina tkun taqbeż l-10 000 pied iżda ma tkunx taqbeż it-13 000 pied, wara l-ewwel 30 minuta f’din l-altitudni. |
3. 100 % tal-passiġġieri (*1) |
Il-ħin kollu tat-titjir li matulu l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina tkun taqbeż il-15 000 pied, iżda fl-ebda każ inqas minn provvista għal 10 minuti. |
4. 30 % tal-passiġġieri (*1) |
Il-ħin kollu tat-titjir li matulu l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina tkun taqbeż l-14 000 pied iżda ma tkunx taqbeż il-15 000 pied. |
5. 10 % tal-passiġġieri (*1) |
Il-kumplament tal-ħin tat-titjir li matulu l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina tkun taqbeż l-10 000 pied iżda ma tkunx taqbeż l-14 000 pied, wara l-ewwel 30 minuta f’din l-altitudni. |
(*1)
L-għadd ta’ passiġġieri mogħti fit-Tabella 1 jirreferi għall-għadd ta’ passiġġieri li jkunu qed jinġarru abbord fil-verità, inklużi dawk li jkollhom inqas minn 24 xahar. |
CAT.IDE.A.240 Ossiġnu supplimentari — l-ajruplani mingħajr pressjoni
L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni ‘l fuq minn 10 000 pied għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu supplimentari li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu skont it-Tabella 1.
Tabella 1
Rekwiżiti minimi tal-ossiġnu għall-ajruplani mingħajr pressjoni
Provvista għal |
Tul ta’ ħin u altitudni tal-pressjoni tal-kabina |
1. L-okkupanti tas-sits fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkunu qed jaqdu l-kompiti tagħhom fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira u l-membri tal-ekwipaġġ li jkunu qed jgħinu lill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira fil-qadi tal-kompiti tagħhom |
Il-ħin kollu tat-titjir f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni li jkunu ‘l fuq mill-10 000 pied. |
2. Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa |
Il-ħin kollu tat-titjir f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni li jkunu ‘l fuq mit-13 000 pied u għal kwalunkwe perjodu ta’ iktar minn 30 minuta li matulu l-livelli tal-altitudni tal-pressjoni jkunu jaqbżu l-10 000 pied iżda ma jkunux jaqbżu t-13 000 pied. |
3. Il-membri addizzjonali tal-ekwipaġġ u 100 % tal-passiġġieri (*1) |
Il-ħin kollu tat-titjir f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni li jkunu ‘l fuq mit-13 000 pied. |
4. 10 % tal-passiġġieri (*1) |
Il-ħin kollu tat-titjir wara 30 minuta f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni li jkunu jaqbżu l-10 000 pied iżda li ma jkunux jaqbżu t-13 000 pied. |
(*1)
L-għadd ta’ passiġġieri mogħti fit-Tabella 1 jirreferi għall-għadd ta’ passiġġieri li jkunu qed jinġarru abbord fil-verità, inklużi dawk li jkollhom inqas minn 24 xahar. |
CAT.IDE.A.245 Tagħmir protettiv għat-teħid tan-nifs għall-ekwipaġġ
(a) L-ajruplani kollha bi pressjoni u dawk l-ajruplani kollha mingħajr pressjoni li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma jew MOPSC ta’ iktar minn 19-il sit għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir protettiv għat-teħid tan-nifs (PBE) biex l-għajnejn, l-imnieħer u l-ħalq jiġu protetti u biex jiġi pprovdut, għal perjodu ta’ mill-inqas 15-il minuta:
l-ossiġnu għal kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkun qed jaqdi l-kompitu tiegħu fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira;
gass tan-nifs għal kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġ, li jkun jinsab ħdejn il-post assenjat lilu; u
gass tan-nifs minn PBE portabbli għal membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira, li jkun jinsab ħdejn il-post assenjat lilu, fil-każ ta’ ajruplani li jitħaddmu b’iktar minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira u bl-ebda membru tal-ekwipaġġ tal-kabina.
(b) PBE maħsub għall-użu tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jkun installat fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira u jkun aċċessibbli għal użu immedjat minn kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġ, li jkun jinsab fil-post assenjat lilu.
(c) PBE maħsub għall-użu tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkun installat ħdejn kull post għall-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa.
(d) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b'PBE portabbli addizzjonali, li jkun installat ħdejn iċ-ċilindru jew il-pompa tal-idejn għat-tifi tan-nar imsemmija fil-punti CAT.IDE.A.250 b) u (c), jew ħdejn id-daħla tal-kompartiment tal-merkanzija, f'każ li ċ-ċilindru jew il-pompa tal-idejn għat-tifi tan-nar ikunu installati fil-kompartiment tal-merkanzija.
(e) Meta l-PBE jkun qed jintuża, dan m’għandux jimpedixxi l-użu tal-mezzi ta’ komunikazzjoni msemmija fil-punti CAT.IDE.A.170, CAT.IDE.A.175, CAT.IDE.A.270 u CAT.IDE.A.330.
CAT.IDE.A.250 Ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ċilindru wieħed jew pompa waħda tal-idejn għat-tifi tan-nar fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira.
(b) Tal-inqas ċilindru wieħed jew pompa waħda tal-idejn għat-tifi tan-nar għandha tkun tinsab f’kull passaġġ li ma jkunx jinsab fil-kompartiment ewlieni tal-passiġġieri, jew għandha tkun faċilment aċċessibbli għall-użu fih.
(c) Tal-inqas ċilindru wieħed jew pompa waħda tal-idejn għat-tifi tan-nar għandha tkun disponibbli għall-użu f’kull kompartiment tal-bagalji jew tal-merkanzija tal-kategorija A jew B u f’kull kompartiment tal-merkanzija tal-kategorija E li jkun aċċessibbli għall-membri tal-ekwipaġġ waqt it-titjira.
(d) It-tip ta’ sustanza tat-tifi tan-nar użata fiċ-ċilindri jew fil-pompi għat-tifi tan-nar meħtieġa u l-kwantità tagħha għandhom ikunu xierqa għat-tipi ta’ nirien li jistgħu jiżviluppaw fil-kompartiment fejn ikun maħsub li jintuża ċ-ċilindru jew il-pompa għat-tifi tan-nar u għandhom inaqqsu l-periklu tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet tossiċi fil-kompartimenti li fihom ikun hemm in-nies.
(e) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra tal-inqas bl-għadd ta’ ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar mogħtija fit-Tabella 1, u dawn għandhom ikunu jinsabu f’post konvenjenti biex ikunu faċilment aċċessibbli għall-użu f’kull kompartiment tal-passiġġieri.
Tabella 1
Għadd ta’ ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar
MOPSC |
Għadd ta’ ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar |
7–30 |
1 |
31–60 |
2 |
61–200 |
3 |
201–300 |
4 |
301–400 |
5 |
401–500 |
6 |
501–600 |
7 |
601 jew aktar |
8 |
CAT.IDE.A.255 Imnanar tas-salvataġġ u skarpellini
(a) L-ajruplani li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma jew li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’mannara waħda tas-salvataġġ jew bi skarpellina waħda li tkun tinsab fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira.
(b) Fil-każ ta’ ajruplani li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn 200 sit, għandha tkun installata mannara tas-salvataġġ jew skarpellina addizzjonali fiż-żona tal-passaġġ li jkun jinsab l-eqreb għal denb l-ajruplan jew qribu.
(c) Il-passiġġieri m’għandhomx ikunu jistgħu jaraw l-imnanar tas-salvataġġ u l-iskarpellini li jkunu jinsabu fil-kompartiment tal-passiġġieri.
CAT.IDE.A.260 Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
Jekk iż-żoni tal-qafas tal-ajruplan li jkunu adattati għad-dħul mill-ekwipaġġi tas-salvataġġ waqt emerġenza jkunu mmarkati, dawn iż-żoni għandhom jiġu mmarkati hekk kif inhu muri fil-Figura 1.
Figura 1
CAT.IDE.A.265 Mezzi gћall-evakwazzjoni ta’ emerġenza
(a) L-ajruplani li fihom is-soll tal-ħruġ tal-emerġenza tal-passiġġieri jkun jinsab iktar minn 1,83 metru (6 piedi) ‘l fuq mill-art għandhom ikunu mgħammra, f’kull ħruġ ta’ dan it-tip, b’mezz li bih, waqt emerġenza, il-passiġġieri u l-ekwipaġġ ikunu jistgħu jilħqu l-art b’mod sikur.
(b) Minkejja l-punt (a), dawn il-mezzi mhumiex meħtieġa fil-postijiet tal-ħruġ li jinsabu fuq il-ġwienaħ jekk, fl-istruttura tal-ajruplan, il-post magħżul biex fih tispiċċa r-rotta ta’ evakwazzjoni jkun jinsab inqas minn 1,83 metru (6 piedi) mill-art meta l-ajruplan ikun mal-art bit-tagħmir għall-inżul estiż u bil-“flaps” fil-pożizzjoni tat-tlugħ jew tal-inżul, skont liema minn dawn il-pożizzjonijiet tkun l-ogħla mill-art.
(c) L-ajruplani li jeħtieġ ikollhom ħruġ tal-emerġenza separat għall-ekwipaġġ tat-titjira u li fihom il-punt l-iktar baxx tal-ħruġ tal-emerġenza jkun jinsab iktar minn 1,83 metru (6 piedi) ‘l fuq mill-art għandu jkollhom mezz biex il-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira jiġu megħjuna jinżlu, waqt emerġenza, sabiex dawn ikunu jistgħu jilħqu l-art b’mod sikur.
(d) L-għoli msemmi fil-punti (a) u (c) għandu jitkejjel:
bit-tagħmir għall-inżul estiż; u
wara li waħda mis-saqajn tat-tagħmir għall-inżul, jew iktar minn waħda, tkun waqgħet jew ma tkunx tista’ testendi, fil-każ ta’ ajruplani li jkollhom ċertifikat tat-tip maħruġ wara l-31 ta’ Marzu 2000.
CAT.IDE.A.270 Megafoni
L-ajruplani li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn 60 sit u li jkunu qed iġorru mill-inqas passiġġier wieħed għandhom ikunu mgħammra bl-għadd ta’ megafoni portabbli li ġejjin u li jaħdmu bil-batterija, li jkunu faċilment aċċessibbli għall-użu mill-membri tal-ekwipaġġ matul evakwazzjoni ta’ emerġenza:
għal kull kabina tal-passiġġieri:
Tabella 1
Għadd ta’ megafoni
Konfigurazzjoni ta’ sits tal-passiġġieri |
Għadd ta’ megafoni |
Minn 61 sa 99 sit |
1 |
100 jew aktar |
2 |
għall-ajruplani li jkollhom iktar minn kabina waħda tal-passiġġieri, fil-każijiet kollha fejn il-konfigurazzjoni totali ta’ sits tal-passiġġieri tkun ta’ iktar minn 60 sit, mill-inqas megafonu wieħed.
CAT.IDE.A.275 Dwal u sinjali tal-emerġenza
(a) L-ajruplani li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ dawl tal-emerġenza li jkollha provvista tal-enerġija indipendenti, sabiex titħaffef l-evakwazzjoni tal-ajruplan.
(b) Fil-każ ta’ ajruplani li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn 19-il sit, is-sistema ta’ dawl tal-emerġenza msemmija fil-punt (a) għandha tinkludi:
is-sorsi ta’ tidwil ġenerali tal-kabina;
id-dwal interni fiż-żoni tal-ħruġ tal-emerġenza fil-livell tal-art;
it-tidwil tas-sinjali fuq il-ħruġ tal-emerġenza u tas-sinjali li juru fejn jinsab il-ħruġ ta’ emerġenza;
id-dawl tal-emerġenza ta’ barra fil-postijiet kollha tal-ħruġ li jinsab fuq il-ġwienaħ u fil-postijiet tal-ħruġ fejn ikunu meħtieġa mezzi tal-għajnuna għall-inżul lejn l-art fil-każ ta’ ajruplani li għalihom l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat tat-tip jew għal dokument ekwivalenti tkun saret qabel l-1 ta’ Mejju 1972, meta dawn jitħaddmu billejl;
id-dawl tal-emerġenza ta’ barra fil-postijiet kollha tal-ħruġ tal-emerġenza tal-passiġġieri fil-każ ta’ ajruplani li għalihom l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat tat-tip jew għal dokument ekwivalenti tkun saret wara t-30 ta’ April 1972, meta dawn jitħaddmu billejl; u
is-sistema/is-sistemi tal-immarkar tal-passaġġi tal-evakwazzjoni fil-kompartimenti tal-passiġġieri f’livell li jkun qrib l-art fil-każ ta’ ajruplani li jkun inħarġilhom ċertifikat tat-tip għall-ewwel darba fil-31 ta’ Diċembru 1957 jew wara dik id-data.
(c) Għall-ajruplani li jkollhom MOPSC ta' 19-il sit jew inqas u li jkollhom ċertifikat tat-tip abbażi tal-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-Aġenzija, is-sistema ta' dawl tal-emerġenza msemmija fil-punt (a) għandha tinkludi t-tagħmir imsemmi fil-punti (1), (2) u (3) tal-punt (b).
(d) Għall-ajruplani li jkollhom MOPSC ta' 19-il sit jew inqas u li mhumiex ċertifikati abbażi tal-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-Aġenzija, is-sistema ta' dawl tal-emerġenza msemmija fil-punt (a) għandha tinkludi t-tagħmir imsemmi fil-punt (b)(1).
(e) L-ajruplani li jkollhom MOPSC ta’ disa’ sits jew inqas li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra b’sors ta’ tidwil ġenerali tal-kabina sabiex titħaffef l-evakwazzjoni tal-ajruplan.
CAT.IDE.A.280 Trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT)
(a) L-ajruplani b'MOPSC iktar minn 19 għandhom ikunu mgħammra, minn tal-inqas, b'dawn li ġejjin:
żewġ ELTs, li wieħed minnhom għandu jkun awtomatiku, jew ELT wieħed u mezz għal-lokalizzazzjoni tal-inġenju tal-ajru wieħed li jilħqu r-rekwiżiti ta' CAT.GEN.MPA.210, fil-każ ta' ajruplani li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2008; jew
ELT awtomatiku wieħed jew żewġ ELTs ta' kwalunkwe tip jew mezz ta' lokalizzazzjoni wieħed tal-inġenji tal-ajru li jilħqu r-rekwiżit ta' CAT.GEN.MPA.210, fil-każ ta' ajruplani li nħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Lulju 2008 jew qabel.
(b) L-ajruplani b'MOPSC ta' 19 jew inqas għandhom ikunu mgħammra b'minn tal-inqas:
ELT awtomatiku wieħed jew mezz ta' lokalizzazzjoni wieħed tal-inġenji tal-ajru li jilħqu r-rekwiżit ta' CAT.GEN.MPA.210, fil-każ ta' ajruplani li nħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2008; jew
ELT wieħed ta' kwalunkwe tip jew mezz ta' lokalizzazzjoni wieħed tal-inġenji tal-ajru li jilħqu r-rekwiżit ta' CAT.GEN.MPA.210, fil-każ ta' ajruplani li nħarġilhom CofA individwali fl-1 ta' Lulju 2008 jew wara.
(c) ELT ta’ kwalunkwe tip għandu jkun jista’ jittrażmetti b’mod simultanju kemm fuq il-frekwenza 121,5 MHz kif ukoll fuq il-frekwenza 406 MHz.
CAT.IDE.A.285 Titjir fuq l-ilma
(a) L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li tkun abbord jew b’apparat ekwivalenti li jżomm f’wiċċ l-ilma għal kull persona abbord li jkollha inqas minn 24 xahar, li jkunu stivati f’post li jkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti:
l-ajruplani tal-art li jitħaddmu fuq l-ilma f’distanzi ta’ iktar minn 50 mil nawtiku mill-kosta jew li jitilqu jew jinżlu f’ajrudrom li fih il-passaġġ tat-tlugħ jew tal-avviċinament ikun qiegħed b’tali mod fuq l-ilma li x’aktarx ikun se jkun hemm inżul ta’ emerġenza; u
l-idroplani li jitħaddmu fuq l-ilma.
(b) Kull ġakketta tas-salvataġġ jew apparat ekwivalenti individwali li jżomm f’wiċċ l-ilma għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ tidwil elettriku sabiex il-persuni jkunu jistgħu jinstabu b’mod iktar faċli.
(c) L-idroplani li jitħaddmu fuq l-ilma għandhom ikunu mgħammra b'dan li ġej:
ankra tal-wiċċ u tagħmir ieħor meħtieġ sabiex jiffaċilita l-irmiġġ, l-ankrar jew l-immanuvrar tal-idroplan fuq l-ilma, li jkunu adattati għad-daqs, il-massa u l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tiegħu;
tagħmir biex jagħmel is-sinjali tal-ħoss kif preskritt fl-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet Fil-Baħar), fejn dan ikun applikabbli.
(d) L-ajruplani li jitħaddmu fuq l-ilma f’distanza ‘l bogħod mill-art li tkun adattata għal inżul ta’ emerġenza, li tkun akbar mid-distanzi li jikkorrispondu għal dan li ġej:
120 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari jew 400 mil nawtiku, skont liema minnhom tkun l-inqas, fil-każ ta’ ajruplani li jistgħu jkomplu jtiru lejn ajrudrom, f’każ li l-magna/l-magni kritika/kritiċi tkun waqfet taħdem/ikunu waqfu jaħdmu fi kwalunkwe punt tul ir-rotta jew id-devjazzjonijiet previsti; jew
30 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari jew 100 mil nawtiku, skont liema minnhom tkun l-inqas, għall-ajruplani l-oħrajn kollha,
għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir speċifikat fil-punt (e).
(e) L-ajruplani li jikkonformaw mal-punt (d) għandhom iġorru t-tagħmir li ġej abbord:
biżżejjed ċattri tas-salvataġġ sabiex fihom jinġarru l-persuni kollha abbord, li għandhom ikunu stivati b’tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħhom f’każ ta’ emerġenza u li għandhom ikunu kbar biżżejjed sabiex fihom joqogħdu n-nies kollha li jkunu salvaw f’każ li tintilef waħda miċ-ċattri tal-akbar kapaċità mkejla;
dawl għas-sejbien tal-persuni li jkunu salvaw f’kull ċattra tas-salvataġġ;
tagħmir li jsalva l-ħajja li jipprovdi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għat-titjira li tkun se titwettaq; u
tal-inqas żewġ ELTs tas-sopravivenza (ELT(S)).
(f) Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019, l-ajruplani b'MCTOM aktar minn 27 000 kg u b'MOPSC aktar minn 19 u l-ajruplani kollha b'MCTOM aktar minn 45 500 kg għandhom jiġu installati b'tagħmir imwaħħal sew ta' lokalizzazzjoni li jaħdem taħt l-ilma u li jaħdem fi frekwenza ta' 8,8 kHz ± 1 kHz, sakemm:
l-ajruplan jitħaddem fuq rotot li fuqhom, fl-ebda punt, ma jitbiegħed aktar minn 180 mil nawtiku mill-kosta; jew
l-ajruplan ikun mgħammar b'mezzi awtomatiċi u robusti biex jiddeterminaw b'mod preċiż, wara inċident fejn l-ajruplan ikun ġarrab ħsara konsiderevoli, il-post tal-punt ta' tmiem it-titjira.
CAT.IDE.A.305 Tagħmir tas-sopravivenza
(a) L-ajruplani li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra:
b’tagħmir għas-sinjali sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm;
tal-inqas b’ELT(S) wieħed; u
b’tagħmir ieħor tas-sopravivenza għar-rotta li minnha għandu jittajjar il-ħelikopter, filwaqt li jitqies l-għadd ta’ persuni abbord.
(b) It-tagħmir l-ieħor tas-sopravivenza speċifikat fil-punt (a)(3) m’hemmx għalfejn jinġarr abbord meta l-ajruplan:
jibqa’ f’distanza ‘l bogħod miż-żona fejn it-tiftix u s-salvataġġ ma jkunux partikularment diffiċli li tkun tikkorrispondi għal:
120 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari b’magna waħda wieqfa (OEI), għall-ajruplani li jistgħu jkomplu jtiru lejn ajrudrom, f’każ li l-magna/l-magni kritika/kritiċi tkun waqfet taħdem/ikunu waqfu jaħdmu fi kwalunkwe punt tul ir-rotta jew ir-rotot ta’ devjazzjoni previsti; jew
30 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari għall-ajruplani l-oħra kollha;
jibqa’ f’distanza li ma tkunx akbar minn dik li tikkorrispondi għal 90 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari minn żona li tkun adattata għal inżul ta’ emerġenza, għall-ajruplani ċċertifikati skont l-istandard tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.
CAT.IDE.A.325 Kuffji tal-widna
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’kuffji tal-widna li jkollhom mikrofonu tal-kuffja jew ta’ mal-gerżuma jew apparat ekwivalenti għal kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira fil-post assenjat lilhom fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira.
(b) L-ajruplani li jitħaddmu skont l-IFR jew billejl għandhom ikunu mgħammra b’buttuna ta’ trażmissjoni fuq is-sistema manwali għall-kontroll tal-“pitch” u r-“roll” għal kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġ.
CAT.IDE.A.330 Tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju li jkun meħtieġ mir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.
(b) It-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju għandu jippermetti l-komunikazzjoni fuq il-frekwenza għall-emerġenzi ajrunawtiċi 121,5 MHz.
CAT.IDE.A.335 Pannell għall-għażla tal-ħoss
L-ajruplani li jitħaddmu skont l-IFR għandhom ikunu mgħammra b’pannell għall-għażla tal-ħoss li jkun jista’ jitħaddem minn kull post għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġa.
CAT.IDE.A.340 Tagħmir tar-radju għall-operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR fuq rotot innavigati b’referenza għal għeliem viżwali
L-ajruplani li jitħaddmu skont il-VFR fuq rotot innavigati b’referenza għal għeliem viżwali għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju li jkun meħtieġ fil-kundizzjonijiet ta’ propagazzjoni tar-radju normali biex iwettaq l-affarijiet li ġejjin:
jikkomunika mal-istazzjonijiet ix-xierqa ta’ fuq l-art;
jikkomunika mal-istazzjonijiet ix-xierqa tal-ATC minn kwalunkwe punt fl-ispazju tal-ajru kkontrollat li fih ikun ippjanat li jitwettqu t-titjiriet; u
jirċievi informazzjoni meteoroloġika.
CAT.IDE.A.345 Tagħmir għall-komunikazzjoni, għan-navigazzjoni u għas-sorveljanza għall-operazzjonijiet ta' titjir skont l-IFR jew skont il-VFR fuq rotot li ma jiġux innavigati b'referenza għal għeliem viżwali
(a) L-ajruplani li jitħaddmu skont l-IFR jew skont il-VFR fuq rotot li ma jistgħux jiġu nnavigati b'referenza għal għeliem viżwali għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, għan-navigazzjoni u għas-sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.
(b) It-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju għandu jinkludi tal-inqas żewġ sistemi indipendenti għall-komunikazzjoni permezz tar-radju li jkunu meħtieġa fil-kundizzjonijiet normali tal-operat għall-komunikazzjoni ma’ stazzjon xieraq fuq l-art minn kwalunkwe punt tul ir-rotta, inklużi d-devjazzjonijiet.
(c) Minkejja l-punt (b), l-ajruplani li jitħaddmu għal operazzjonijiet fuq distanza qasira fl-ispazju tal-ajru fil-livell għoli tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NAT HLA) u li ma jaqsmux l-Atlantiku tat-Tramuntana għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b'sistema waħda għall-komunikazzjoni fuq distanza twila, f'każ li jkunu ppubblikati proċeduri alternattivi għall-komunikazzjoni għall-ispazju tal-ajru kkonċernat.
(d) L-ajruplani għandu jkollhom biżżejjed tagħmir tan-navigazzjoni sabiex jiġi żgurat li, f’każ li tiżviluppa ħsara f’apparat minnhom matul kwalunkwe fażi tat-titjira, il-kumplament tat-tagħmir jippermetti n-navigazzjoni sikura skont il-pjan tat-titjira.
(e) L-ajrupani li jintużaw f’titjiriet li fihom ikun previst inżul f’IMC għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir adattat li jkun jista’ jipprovdi gwida sa punt li minnu jkun jista’ jitwettaq inżul viżwali għal kull ajrudrom li għalih huwa ppjanat l-inżul f’IMC u għal kull ajrudrom alternattiv magħżul.
(f) Għall-operazzjonijiet tal-PBN, l-inġenju tal-ajru għandu jissodisfa r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-ispeċifikazzjoni xierqa għan-navigazzjoni.
CAT.IDE.A.350 Transponder
L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) li jkun jirrapporta l-altitudni tal-pressjoni u bi kwalunkwe kapaċità oħra ta’ transponder tas-SSR li tkun meħtieġa għar-rotta li minnha jkun qed jittajjar l-ajruplan.
CAT.IDE.A.355 Ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta ajrunawtika
Bażijiet ta' dejta ajrunawtika li jintużaw fuq applikazzjonijiet ta' sistemi tal-inġenji tal-jaru ċċertifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta li huma xierqa għall-użu maħsub tad-dejta.
L-operatur għandu jiżgura d-distribuzzjoni u d-dħul f'waqthom tal-bażijiet tad-dejta ajrunawtika, li jkunu attwali u mhux mibdula, għall-inġenji tal-ajru kollha li jkunu jeħtiġuhom.
Minkejja xi okkorrenza dwar rekwiżiti ta' rappurtar kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014, l-operatur għandu jirrapporta lill-fornitur tal-bażijiet tad-dejta dwar każijiet ta' dejta żbaljata, inkonsistenti jew dejta nieqsa li tista' tkun raġonevolment mistennija li tikkostitwixxi periklu għat-titjira.
F'każijiet bħal dawn, l-operatur għandu jinforma lill-ekwipaġġ tat-titjira u lill-persunal ieħor ikkonċernat, u għandu jiżgura li d-dejta affettwata ma tintużax.
TAQSIMA 2
Ħelikopters
CAT.IDE.H.100 Strumenti u tagħmir — punti ġenerali
(a) L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli, għajr għall-oġġetti li ġejjin:
dwal portabbli indipendenti;
arloġġ preċiż;
il-kontenitur tal-mapep;
il-kaxxa għall-ewwel għajnuna;
il-megafoni;
it-tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar;
l-ankri tal-wiċċ u t-tagħmir għall-irmiġġ;
it-tagħmir ta' trażżin għat-tfal.
(b) Strumenti u tagħmir mhux meħtieġa skont dan l-Anness (il-Parti-CAT) kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti CAT.IDE.H.330, CAT.IDE.H.335, CAT.IDE.H.340 u CAT.IDE.H.345 ta' dan l-Anness;
l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.
(c) Jekk it-tagħmir ikun se jintuża minn membru tal-ekwipaġġ tat-titjira fil-post tiegħu matul it-titjira, dan ►M4 għandu jintuża ◄ faċilment minn dak il-post. Meta jkun jeħtieġ li oġġett wieħed tat-tagħmir jitħaddem minn iktar minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira, dan l-oġġett għandu jiġi installat b’tali mod li jkun jista’ jitħaddem faċilment minn kwalunkwe post fejn ikun jeħtieġ li t-tagħmir jitħaddem.
(d) Dawk l-istrumenti li jintużaw minn kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jippermettu lill-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jara l-indikazzjonijiet faċilment mill-post tiegħu, bl-inqas devjazzjoni possibbli mill-pożizzjoni u l-linja ta’ viżjoni normali tiegħu meta jkun qed iħares ‘il quddiem fid-direzzjoni tal-passaġġ tat-titjira.
(e) It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.
CAT.IDE.H.105 Tagħmir minimu għat-titjira
Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ħelikopter, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira prevista ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira m’għandhiex tinbeda, sakemm:
il-ħelikopter ma jkunx qed jitħaddem skont il-MEL tal-operatur; jew
l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti biex jopera l-ħelikopter fil-limiti tal-MMEL skont il-punt ORO.MLR.105(j) tal-Anness III.
CAT.IDE.H.115 Dwal operattivi
(a) Il-ħelikopters li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ dwal għal kontra l-ħabtiet.
(b) Minbarra t-tagħmir imsemmi fil-punt (a), il-ħelikopters li jitħaddmu billejl jew skont l-IFR għandhom ikunu mgħammra wkoll:
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ħelikopter biex jipprovdu dawl xieraq għall-istrumenti kollha u t-tagħmir kollu li huma essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ħelikopter;
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ħelikopter biex jipprovdu dawl fil-kompartimenti kollha tal-passiġġieri;
b’dawl portabbli indipendenti għal kull membru tal-ekwipaġġ meħtieġ li jkun faċilment aċċessibbli għall-membri tal-ekwipaġġ meta dawn ikunu bilqiegħda fil-post assenjat lilhom;
bi dwal tan-navigazzjoni/tal-pożizzjoni;
b’żewġt idwal għall-inżul, li tal-inqas wieħed minnhom ikun jista’ jiġi aġġustat waqt it-titjir sabiex idawwal l-art quddiem il-ħelikopter u taħtu u l-art fuq kull naħa tal-ħelikopter; u
bi dwal biex jitħarsu r-Regolamenti internazzjonali għall-prevenzjoni tal-ħabtiet fil-baħar jekk il-ħelikopter ikun wieħed anfibju.
CAT.IDE.H.125 Operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR li jsiru binhar — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
(a) Il-ħelikopters li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir li ġej, li għandu jkun disponibbli fil-post tal-bdot:
b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti tat-titjir meħtieġa ma tkunx biżżejjed;
(b) Kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti, għandu jkun hemm mezz separat addizzjonali għat-tieni bdot biex huwa jara l-affarijiet li ġejjin:
l-altitudni barometrika;
il-veloċità tal-ajru indikata;
il-veloċità vertikali; u
iż-żliq.
(c) Il-ħelikopters li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 3 175 kilogramma jew kwalunkwe ħelikopter li jkun qed jaħdem fuq l-ilma mingħajr ma tkun tidher l-art jew meta l-viżibilità tkun ta’ inqas minn 1 500 metru, għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u l-wiri:
il-pożizzjoni tal-ħelikopter; u
tad-direzzjoni tiegħu.
(d) Għandu jkun hemm mezz għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe funzjonament ħażin tas-sistemi li jindikaw il-veloċità tal-ajru minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ għall-ħelikopters li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 3 175 kilogramma jew li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits.
CAT.IDE.H.130 Operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR jew billejl — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
Il-ħelikopters li jitħaddmu skont il-VFR billejl jew skont l-IFR għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir li ġej, li għandu jkun disponibbli fil-post tal-bdot:
b’mezz għall-kejl u l-wiri:
tad-direzzjoni manjetika;
tal-ħin f’sigħat, minuti u sekondi;
il-veloċità tal-ajru indikata;
il-veloċità vertikali;
iż-żliq;
il-pożizzjoni tal-ħelikopter;
tad-direzzjoni stabbilizzata; u
tat-temperatura tal-arja ta’ barra;
b'żewġ mezzi għall-kejl u l-wiri tal-altitudni barometrika. Għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed imwettqin skont il-VFR billejl, altimetru wieħed tal-pressjoni wieħed jista' jinbidel b'altimetru bir-radju.
b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti tat-titjir meħtieġa ma tkunx biżżejjed;
b’mezz għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe funzjonament ħażin tas-sistemi li jindikaw il-veloċità tal-ajru, meħtieġa skont il-punti (a)(3) u (h)(2), jew minħabba l-kondensazzjoni jewinkella minħabba s-silġ;
b’mezz għat-tħabbir, lill-ekwipaġġ tat-titjira, li żviluppat ħsara fil-mezzi meħtieġa skont il-punt (d) għall-ħelikopters:
li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali fl-1 ta’ Awwissu 1999 jew wara dik id-data; jew
li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali qabel l-1 ta’ Awwissu 1999 u li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 3 175 kilogramma u MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits;
b’mezz ta’ emerġenza għall-kejl u l-wiri tal-pożizzjoni tal-ħelikopter li:
jiġi fornut kontinwament bl-enerġija matul it-tħaddim normali u, f’każ li s-sistema normali li tiġġenera l-elettriku tieqaf taħdem għal kollox, jiġi fornut bl-enerġija minn sors li jkun indipendenti mis-sistema normali li tiġġenera l-elettriku;
jaħdem b’mod indipendenti minn kwalunkwe mezz ieħor għall-kejl u l-wiri tal-pożizzjoni tal-ħelikopter;
ikun jista’ jintuża minn kwalunkwe post tal-bdot;
jaħdem b’mod awtomatiku wara li s-sistema normali li tiġġenera l-elettriku tieqaf taħdem għal kollox;
jaħdem b’mod affidabbli għal mill-inqas 30 minuta jew għall-ħin meħtieġ sabiex il-ħelikopter itir lejn sit ta’ nżul alternattiv xieraq meta dan ikun qed jopera fuq terren ostili jew lil hinn mill-kosta, skont liema minn dawn il-perjodi jkun l-itwal, wara li s-sistema normali li tiġġenera l-elettriku tieqaf taħdem għal kollox, filwaqt li jitqiesu tagħbijiet oħra li jista’ jkun hemm fuq il-provvista tal-enerġija tal-emerġenza u l-proċeduri operattivi;
ikun imdawwal b’mod xieraq matul il-fażijiet kollha tal-operazzjoni; u
ikun marbut ma’ mezz li jwissi lill-ekwipaġġ tat-titjira meta dan ikun qed jaħdem bil-provvista tal-enerġija apposta għalih, inkluż meta dan ikun qed jitħaddem bil-provvista tal-enerġija tal-emerġenza;
b’sors alternattiv wieħed tal-pressjoni statika għall-mezzi għall-kejl tal-altitudni, tal-veloċità tal-ajru u tal-veloċità vertikali;
b’mezz separat għat-tieni bdot biex huwa jara l-affarijiet li ġejjin, kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti:
l-altitudni barometrika;
il-veloċità tal-ajru indikata;
il-veloċità vertikali;
iż-żliq;
il-pożizzjoni tal-ħelikopter; u
id-direzzjoni stabbilizzata;
għall-operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR, b’kontenitur tal-mapep li jkun jinsab f’pożizzjoni li minnha wieħed ikun jista’ jaqra l-mapep faċilment u li jkun jista’ jiddawwal għall-operazzjonijiet li jitwettqu billejl.
CAT.IDE.H.135 Tagħmir addizzjonali għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed imwettqin skont l-IFR
Il-ħelikopters li jitħaddmu skont l-IFR bi bdot wieħed għandhom ikunu mgħammra b’awtobdot li jkun kapaċi jżomm tal-inqas l-altitudni u d-direzzjoni.
CAT.IDE.H.145 Altimetri bir-radju
(a) Il-ħelikopters li jkunu qed iwettqu titjiriet fuq l-ilma għandhom ikunu mgħammra b’altimetru bir-radju li jkun jista’ joħroġ ħoss ta’ twissija taħt għoli stabbilit minn qabel u juri twissija viżwali f’għoli li jista’ jintgħażel mill-bdot, meta dawn ikunu qed jitħaddmu:
mingħajr ma l-art tkun tidher;
meta l-viżibilità tkun ta’ inqas minn 1 500 metru;
billejl; jew
f’distanza ‘l bogħod mill-art li tkun tikkorrispondi għal iktar minn tliet (3) minuti ta’ titjir f’veloċità regolari normali.
CAT.IDE.H.160 Tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord
Il-ħelikopters li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits u li jitħaddmu skont l-IFR jew billejl għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord meta r-rapporti attwali tat-temp ikunu jindikaw li, tul ir-rotta li minnha għandu jittajjar il-ħelikopter, ikunu mistennija maltempati bir-ragħad jew kundizzjonijiet tat-temp oħrajn li jistgħu jkunu perikolużi, u li huma meqjusa bħala kundizzjonijiet li jistgħu jiġu identifikati mit-tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord.
CAT.IDE.H.165 Tagħmir addizzjonali għall-operazzjonijiet imwettqin billejl f’kundizzjonijet li jiffavorixxu l-formazzjoni tas-silġ
(a) Il-ħelikopters li jitħaddmu billejl f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistenni jew attwali għandhom ikunu mgħammra b’mezzi li jdawlu jew jidentifikaw il-formazzjoni tas-silġ.
(b) Il-mezzi li jdawlu l-formazzjoni tas-silġ m’għandhom jikkawżaw l-ebda dija jew riflessjoni li tista’ tfixkel lill-membri tal-ekwipaġġ fil-qadi tal-kompiti tagħhom.
CAT.IDE.H.170 Sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira
Il-ħelikopters li jitħaddmu minn iżjed minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira, li tinkludi kuffji tal-widna u mikrofoni għall-użu mill-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira.
CAT.IDE.H.175 Sistema ta’ telefonija interna għall-membri tal-ekwipaġġ
Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ telefonija interna għall-membri tal-ekwipaġġ meta jkunu qed iġorru membru tal-ekwipaġġ li ma jkunx membru tal-ekwipaġġ tat-titjira.
CAT.IDE.H.180 Sistema għall-avviżi lill-pubbliku
(a) Il-ħelikopters li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits għandhom ikunu mgħammra b’sistema għall-avviżi lill-pubbliku, ħlief għal dawk imsemmijin fil-punt (b).
(b) Minkejja l-punt (a), il-ħelikopters li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits iżda ta’ inqas minn 20 sit huma eżentati mir-rekwiżit li jkollhom sistema għall-avviżi lill-pubbliku jekk:
il-ħelikopter ikun iddisinjat b’tali mod li ma jkunx hemm paratija bejn il-bdot u l-passiġġieri; u
l-operatur ikun jista’ juri li waqt it-titjir, il-vuċi tal-bdot tkun tinstema’ u tinftiehem mis-sits kollha tal-passiġġieri.
CAT.IDE.H.185 Reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota
(a) It-tipi ta’ ħelikopters li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota (CVR):
il-ħelikopters kollha li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 7 000 kilogramma; u
il-ħelikopters li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 3 175 kilogramma u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 1987 jew wara dik id-data.
(b) Is-CVR għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas:
tul is-sagħtejn ta’ qabel, fil-każ tal-ħelikopters imsemmija fil-punti (a)(1) u (a)(2) li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data;
tul is-siegħa ta’ qabel, fil-każ tal-ħelikopters imsemmija fil-punt (a)(1) li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Awwissu 1999 jew wara dik id-data, iżda qabel l-1 ta’ Jannar 2016;
tul it-30 minuta ta’ qabel, fil-każ tal-ħelikopters imsemmija fil-punt (a)(1) li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Awwissu 1999; jew
tul it-30 minuta ta’ qabel, fil-każ tal-ħelikopters imsemmija fil-punt (a)(2) li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Jannar 2016.
(c) Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019, is-CVR għandu jirreġistra fuq mezzi oħra minbarra tejp manjetiku jew wajer manjetiku.
(d) Is-CVR għandu jirreġistra, b'referenza għall-għażla taż-żmien:
il-komunikazzjonijiet tal-vuċi trażmessi bir-radju mill-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira jew li jkunu waslu bir-radju f'dak il-kompartiment;
il-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jsiru permezz tas-sistema ta' telefonija interna u tas-sistema għall-avviżi lill-pubbliku, jekk dawn ikunu installati;
l-ambjent tas-smigħ tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, inkluż, mingħajr interruzzjoni:
għall-ħelikopters li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Awwissu 1999 jew wara dik id-data, is-sinjali akustiċi li jaslu minn kull mikrofonu tal-ekwipaġġ;
għall-ħelikopters li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Awwissu 1999, is-sinjali akustiċi li jaslu minn kull mikrofonu tal-ekwipaġġ, fejn ikun prattikabbli;
is-sinjali tal-vuċi jew akustiċi li jidentifikaw l-għajnuniet għan-navigazzjoni jew għall-avviċinament introdotti fil-kuffji tal-widna jew fuq lawdspiker.
(e) Is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni qabel ma l-ħelikopter jibda jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sa tmiem it-titjira meta l-ħelikopter ma jkunx għadu jista' jkompli jimxi bil-qawwa tiegħu stess.
(f) Minbarra l-punt (e), għall-ħelikopters imsemmija fil-punt (a)(2) li jkun inħarġilhom CofA individwali fl-1 ta' Awwissu 1999 jew wara dik id-data:
is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni b'mod awtomatiku qabel ma l-ħelikopter jibda jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sa tmiem it-titjira meta l-ħelikopter ma jkunx għadu jista' jkompli jimxi bil-qawwa tiegħu stess; kif ukoll
skont id-disponibbiltà tal-enerġija elettrika, is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni malajr kemm jista' jkun waqt il-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota qabel ma tinxtegħel il-magna fil-bidu tat-titjira u għandu jibqa' għaddej biha sal-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota immedjatament wara li l-magna tintefa fi tmiem it-titjira.
(g) Jekk is-CVR mhuwiex utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk is-CVR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.
CAT.IDE.H.190 Reġistratur tad-dejta tat-titjira
(a) Il-ħelikopters li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’FDR li juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta u li għalih ikun disponibbli metodu biex tinstab faċilment dik id-dejta mill-mezz tal-ħżin:
il-ħelikopters li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 3 175 kilogramma u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Awwissu 1999 jew wara dik id-data;
il-ħelikopters li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 7 000 kilogramma jew MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 1989 jew wara dik id-data, iżda qabel l-1 ta’ Awwissu 1999.
(b) L-FDR għandu jirreġistra l-parametri meħtieġa biex jiġu stabbiliti b’mod preċiż:
il-passaġġ tat-titjira, il-veloċità, il-pożizzjoni tal-ħelikopter, il-qawwa tal-magna, l-operat u l-konfigurazzjoni, u għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta li tkun ġiet irreġistrata tal-inqas matul l-aħħar 10 sigħat fil-każ tal-ħelikopters imsemmija fil-punt (a)(1) li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data;
il-passaġġ tat-titjira, il-veloċità, il-pożizzjoni tal-ħelikopter, il-qawwa tal-magna u l-operat, u għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta li tkun ġiet irreġistrata tal-inqas matul l-aħħar tmien (8) sigħat fil-każ tal-ħelikopters imsemmija fil-punt (a)(1) li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Jannar 2016;
il-passaġġ tat-titjira, il-veloċità, il-pożizzjoni tal-ħelikopter, il-qawwa tal-magna u l-operat, u għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta li tkun ġiet irreġistrata tal-inqas matul l-aħħar ħames (5) sigħat fil-każ tal-ħelikopters imsemmija fil-punt (a)(2).
(c) Id-dejta għandha tinkiseb minn sorsi tal-ħelikopter li jippermettu korrelazzjoni eżatta mal-informazzjoni murija lill-ekwipaġġ tat-titjira.
(d) L-FDR għandu jibda jirreġistra d-dejta b’mod awtomatiku qabel ma l-ħelikopter ikun jista’ jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf b’mod awtomatiku meta l-ħelikopter ma jkunx jista’ jimxi iktar bil-qawwa tiegħu stess.
(e) Jekk ir-reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk l-FDR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.
CAT.IDE.H.191 Reġistratur tat-titjira ħafif
Ajruplani b'magni bit-turbini b'MCTOM ta' 2 250 kg jew aktar għandhom ikunu mgħammra b'reġistratur tat-titjira jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ma jkunux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt CAT.IDE.H.190(a);
jinħarġu għall-ewwel darba b'CofA individwali fi jew wara t-5 ta' Settembru 2022.
L-apparat li jirreġistra t-titjira għandu jirreġistra, permezz ta' data jew immaġni tat-titjira, informazzjoni li hija biżżejjed biex tiddetermina l-passaġġ tat-titjira u l-veloċità tal-inġenju tal-ajru.
Ir-reġistratur tat-titjira għandu jkun kapaċi li jikseb id-data u l-immaġni tat-titjira rreġistrati matul mill-inqas il-ħames sigħat ta' qabel.
Ir-reġistratur tat-titjira għandu jibda jirreġistra d-data awtomatikament qabel ma l-ħelikopter ikun jista' jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf awtomatikament meta l-ħelikopter ma jkunx jista' jimxi aktar bil-qawwa tiegħu stess.
Jekk l-apparat li jirreġistra t-titjira jirreġistra immaġni jew awdjo tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, allura għandha tiġi pprovduta funzjoni li tista' titħaddem mill-kmandant u li timmodifika r-reġistrazzjonijiet tal-immaġni u tal-awdjo magħmula qabel it-tħaddim ta' dik il-funzjoni, sabiex dawk ir-reġistrazzjonijiet ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati meta jerġa' jinstema' r-reġistratur jew b'tekniki ta' kkupjar.
CAT.IDE.H.195 Reġistrazzjoni tal-kollegamenti bejn id-dejta
(a) Il-ħelikopters li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fit-8 ta’ April 2014 jew wara, li għandhom il-kapaċità jwettqu komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta u li jridu jkunu mgħammra b’CVR, għandhom jirreġistraw fuq reġistratur, fejn ikun applikabbli:
il-messaġġi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta marbutin mal-komunikazzjonijiet tal-ATS lill-ħelikopter u minnu, inklużi l-messaġġi li japplikaw għall-applikazzjonijiet li ġejjin:
il-bidu tal-kollegament tad-dejta;
il-komunikazzjonijiet bejn il-bdot u l-kontrollur;
is-sorveljanza indirizzata;
l-informazzjoni dwar it-titjira;
is-sorveljanza tax-xandir tal-inġenju tal-ajru, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema;
id-dejta tal-kontroll operattiv tal-inġenju tal-ajru, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema;
il-grafika, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema;
l-informazzjoni li tippermetti l-korrelazzjoni ma’ kull rekord assoċjat li huwa marbut mal-komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta u li huwa maħżun f’post differenti mill-ħelikopter; u
l-informazzjoni dwar il-ħin u l-prijorità tal-messaġġi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta, filwaqt li titqies l-arkitettura tas-sistema.
(b) Ir-reġistratur għandu juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta u l-informazzjoni, u għandu jkun disponibbli metodu biex dik id-dejta tinstab faċilment. Il-metodu tar-reġistrazzjoni għandu jkun tali li jippermetti li d-dejta tkun taqbel mad-dejta rreġistrata fuq l-art.
(c) Ir-reġistratur għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas għall-istess tul ta’ ħin stabbilit għas-CVRs fil-punt CAT.IDE.H.185.
(d) Jekk ir-reġistratur ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk ir-reġistratur ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.
(e) Ir-rekwiżiti applikabbli għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tar-reġistratur huma l-istess bħar-rekwiżiti applikabbi għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tas-CVR mogħtija fil-punti CAT.IDE.H.185(d) u (e).
CAT.IDE.H.200 Reġistratur ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota
Tista’ tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti tas-CVR u tal-FDR billi abbord jinġarr reġistratur wieħed ikkombinat.
CAT.IDE.H.205 Sits, ċinturini tas-sikurezza tas-sits, sistemi ta’ restrizzjoni u tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra:
b’sit jew post għal kull persuna abbord li jkollha 24 xahar jew iktar;
b’ċinturin tas-sikurezza f’kull sit tal-passiġġieri u ċinturini ta’ restrizzjoni għal kull post;
b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso biex jintuża f’kull sit tal-passiġġieri minn kull passiġġier li jkollu 24 xahar jew iktar fil-każ ta’ ħelikopters li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Awwissu 1999 jew wara dik id-data;
b’tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal (CRD) għal kull persuna abbord li jkollha inqas minn 24 xahar;
b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso li jkun fih apparat li jżomm, b’mod awtomatiku, lit-torso tal-okkupant f’każ ta’ tnaqqis rapidu tal-veloċità f’kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira;
b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso f’kull sit għall-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa.
(b) Ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għandu:
jkun jinfetaħ permezz ta’ molla waħda; u
jinkludi żewġ strixxi li jintlibsu fuq l-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jkunu jistgħu jintużaw b’mod indipendenti fis-sits tal-ekwipaġġ tat-titjira u fis-sits għall-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa.
CAT.IDE.H.210 Sinjali biex jintlibes iċ-ċinturin tas-sikurezza u biex javżaw li t-tipjip mhux permess
Il-ħelikopters li fihom is-sits tal-passiġġieri ma jkunux jidhru kollha mis-sit(s) tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’mezz biex il-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina kollha jintwerew meta għandhom jintrabtu biċ-ċinturini tas-sikurezza u meta ma jkunx permess it-tipjip.
CAT.IDE.H.220 Kaxex għall-ewwel għajnuna
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’kaxxa waħda għall-ewwel għajnuna.
(b) Il-kaxex għall-ewwel għajnuna għandhom:
ikunu faċilment aċċessibbli għall-użu; u
jinżammu f’kundizzjoni tajba.
CAT.IDE.H.240 Ossiġnu supplimentari — il-ħelikopters mingħajr pressjoni
Il-ħelikopters mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni ‘l fuq minn 10 000 pied għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu supplimentari li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu skont it-tabelli li ġejjin.
Tabella 1
Rekwiżiti minimi tal-ossiġnu għall-ħelikopters kumplessi mingħajr pressjoni
Provvista għal |
Tul ta’ ħin u altitudni tal-pressjoni tal-kabina |
1. L-okkupanti tas-sits fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkunu qed jaqdu l-kompiti tagħhom fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira u l-membri tal-ekwipaġġ li jkunu qed jgħinu lill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira fil-qadi tal-kompiti tagħhom |
Il-ħin kollu tat-titjir f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni li jkunu ’l fuq mill-10 000 pied. |
2. Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa |
Il-ħin kollu tat-titjir f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni li jkunu ’l fuq mit-13 000 pied u għal kwalunkwe perjodu ta’ iktar minn 30 minuta li matulu l-livelli tal-altitudni tal-pressjoni jkunu jaqbżu l-10 000 pied iżda ma jkunux jaqbżu t-13 000 pied. |
3. Il-membri addizzjonali tal-ekwipaġġ u 100 % tal-passiġġieri (*1) |
Il-ħin kollu tat-titjir f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni li jkunu ’l fuq mit-13 000 pied. |
4. 10 % tal-passiġġieri (*1) |
Il-ħin kollu tat-titjir wara 30 minuta f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni li jkunu jaqbżu l-10 000 pied iżda li ma jkunux jaqbżu t-13 000 pied. |
(*1)
L-għadd ta’ passiġġieri mogħti fit-Tabella 1 jirreferi għall-għadd ta’ passiġġieri li jkunu qed jinġarru abbord fil-verità, inklużi dawk li jkollhom inqas minn 24 xahar. |
Tabella 2
Rekwiżiti minimi tal-ossiġnu għall-ħelikopters li mhumiex kumplessi u li huma mingħajr pressjoni
Provvista għal |
Tul ta’ ħin u altitudni tal-pressjoni tal-kabina |
1. L-okkupanti tas-sits fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkunu qed jaqdu l-kompiti tagħhom fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, il-membri tal-ekwipaġġ li jkunu qed jgħinu lill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira fil-qadi tal-kompiti tagħhom u l-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa |
Il-ħin kollu tat-titjir f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni li jkunu ’l fuq mit-13 000 pied u għal kwalunkwe perjodu ta’ iktar minn 30 minuta li matulu l-livelli tal-altitudni tal-pressjoni jkunu jaqbżu l-10 000 pied iżda ma jkunux jaqbżu t-13 000 pied. |
2. Il-membri addizzjonali tal-ekwipaġġ u 100 % tal-passiġġieri (*1) |
Il-ħin kollu tat-titjir f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni li jkunu ’l fuq mit-13 000 pied. |
3. 10 % tal-passiġġieri (*1) |
Il-ħin kollu tat-titjir wara 30 minuta f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni li jkunu jaqbżu l-10 000 pied iżda li ma jkunux jaqbżu t-13 000 pied. |
(*1)
L-għadd ta’ passiġġieri mogħti fit-Tabella 2 jirreferi għall-għadd ta’ passiġġieri li jkunu qed jinġarru abbord fil-verità, inklużi dawk li jkollhom inqas minn 24 xahar. |
CAT.IDE.H.250 Ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ċilindru wieħed jew pompa waħda tal-idejn għat-tifi tan-nar fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira.
(b) Tal-inqas ċilindru wieħed jew pompa waħda tal-idejn għat-tifi tan-nar għandha tkun tinsab f’kull passaġġ li ma jkunx jinsab fil-kompartiment ewlieni tal-passiġġieri, jew għandha tkun faċilment aċċessibbli għall-użu fih.
(c) Tal-inqas ċilindru wieħed jew pompa waħda tal-idejn għat-tifi tan-nar għandha tkun disponibbli għall-użu f’kull kompartiment tal-merkanzija li jkun aċċessibbli għall-membri tal-ekwipaġġ waqt it-titjira.
(d) It-tip ta’ sustanza tat-tifi tan-nar użata fiċ-ċilindri jew fil-pompi għat-tifi tan-nar meħtieġa u l-kwantità tagħha għandhom ikunu xierqa għat-tipi ta’ nirien li jistgħu jiżviluppaw fil-kompartiment fejn ikun maħsub li jintuża ċ-ċilindru jew il-pompa għat-tifi tan-nar u għandhom inaqqsu l-periklu tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet tossiċi fil-kompartimenti li fihom ikun hemm in-nies.
(e) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra tal-inqas bl-għadd ta’ ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar mogħtija fit-Tabella 1, u dawn għandhom ikunu jinsabu f’post konvenjenti biex ikunu faċilment aċċessibbli għall-użu f’kull kompartiment tal-passiġġieri.
Tabella 1
Għadd ta’ ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar
MOPSC |
Għadd ta’ ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar |
7–30 |
1 |
31–60 |
2 |
61–200 |
3 |
CAT.IDE.H.260 Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
Jekk iż-żoni tal-qafas tal-ħelikopter li jkunu adattati għad-dħul mill-ekwipaġġi tas-salvataġġ waqt emerġenza jkunu mmarkati, dawn iż-żoni għandhom jiġu mmarkati hekk kif inhu muri fil-Figura 1.
Figura 1
Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
CAT.IDE.H.270 Megafoni
Il-ħelikopters li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn 19-il sit għandhom ikunu mgħammra b’megafonu portabbli wieħed li jaħdem bil-batterija, li jkun faċilment aċċessibbli għall-użu mill-membri tal-ekwipaġġ matul evakwazzjoni ta’ emerġenza.
CAT.IDE.H.275 Dwal u sinjali tal-emerġenza
(a) Il-ħelikopters li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn 19-il sit għandhom ikunu mgħammra:
b’sistema ta’ dawl tal-emerġenza li jkollha provvista tal-enerġija indipendenti, sabiex tipprovdi sors ta’ tidwil ġenerali tal-kabina ħalli titħaffef l-evakwazzjoni tal-ħelikopter; u
b’sinjali fuq il-ħruġ tal-emerġenza u sinjali li juru fejn jinsab il-ħruġ ta’ emerġenza li jkunu jidhru kemm fid-dawl tax-xemx kif ukoll fid-dlam.
(b) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’sinjali fuq il-ħruġ tal-emerġenza li jkunu jidhru kemm fid-dawl tax-xemx kif ukoll fid-dlam meta jitħaddmu:
fil-kategorija tal-prestazzjoni 1 jew 2 għal titjira fuq l-ilma f’distanza li tkun tikkorrispondi għal iktar minn 10 minuti ta’ titjir f’veloċità regolari normali ‘l bogħod mill-art;
fil-kategorija tal-prestazzjoni 3 għal titjira fuq l-ilma f’distanza li tkun tikkorrispondi għal iktar minn tliet (3) minuti ta’ titjir f’veloċità regolari normali ‘l bogħod mill-art.
CAT.IDE.H.280 Trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT)
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ELT awtomatiku wieħed.
▼M9 —————
(c) ELT ta’ kwalunkwe tip għandu jkun jista’ jittrażmetti b’mod simultanju kemm fuq il-frekwenza 121,5 MHz kif ukoll fuq il-frekwenza 406 MHz.
CAT.IDE.H.290 Ġkieket tas-salvataġġ
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li tkun abbord jew b’apparat ekwivalenti li jżomm f’wiċċ l-ilma għal kull persona abbord li jkollha inqas minn 24 xahar, li jkunu stivati f’post li jkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti, meta dawn jitħaddmu:
fil-kategorija tal-prestazzjoni 1 jew 2 għal titjira fuq l-ilma f’distanza li tkun tikkorrispondi għal iktar minn 10 minuti ta’ titjir f’veloċità regolari normali ‘l bogħod mill-art;
fil-kategorija tal-prestazzjoni 3 għal titjira fuq l-ilma f’distanza li tkun tmur lil hinn mid-distanza li fiha l-art tkun tista’ tintlaħaq permezz ta’ azzjoni ta’ tidwir awtomatiku;
fil-kategorija tal-prestazzjoni 2 jew 3 meta jkunu qed jitilgħu minn, jew jinżlu f’ajrudrom jew sit tal-operat li fih il-passaġġ tat-tlugħ jew tal-avviċinament ikun qiegħed fuq l-ilma.
(b) Kull ġakketta tas-salvataġġ jew apparat ekwivalenti individwali li jżomm f’wiċċ l-ilma għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ tidwil elettriku sabiex il-persuni jkunu jistgħu jinstabu b’mod iktar faċli.
CAT.IDE.H.295 Ilbies ta' sopravivenza għall-ekwipaġġ
Kull membru tal-ekwipaġġ għandu jilbes ilbies ta' sopravivenza meta jkun qed jaħdem fil-kategorija tal-prestazzjoni 3 f'titjiriet fuq l-ilma lil hinn mid-distanza awtorotazzjonali mill-art jew inżul ta' emerġenza sikur, meta r-rapporti tat-temp jew it-tbassir tat-temp li l-kmandant ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu jkunu jindikaw li t-temperatura tal-baħar se tkun taħt il-+ 10 °C matul it-titjira.
CAT.IDE.H.300 Ċattri tas-salvataġġ, ELTs tas-sopravivenza u tagħmir tas-sopravivenza għal titjiriet fuq l-ilma fuq distanza estiża
Il-ħelikopters li jitħaddmu:
fil-kategorija tal-prestazzjoni 1 jew 2 għal titjira fuq l-ilma f’distanza li tkun tikkorrispondi għal iktar minn 10 minuti ta’ titjir f’veloċità regolari normali ‘l bogħod mill-art;
fil-kategorija tal-prestazzjoni 3 għal titjira fuq l-ilma f’distanza li tkun tikkorrispondi għal iktar minn tliet (3) minuti ta’ titjir f’veloċità regolari normali ‘l bogħod mill-art, għandhom ikunu mgħammra:
fil-każ ta’ ħelikopter li jkun qed iġorr inqas minn 12-il persona, tal-inqas ċattra waħda tas-salvataġġ b’kapaċità mkejla ta’ mhux inqas mill-għadd massimu ta’ persuni abbord, li għandha tkun stivata b’tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħha f’każ ta’ emerġenza;
fil-każ ta’ ħelikopter li jkun qed iġorr iktar minn 11-il persona, tal-inqas żewġ ċattri tas-salvataġġ, li għandhom ikunu stivati b’tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħhom f’każ ta’ emerġenza, li flimkien ikunu biżżejjed biex fihom joqogħdu l-persuni kollha li jistgħu jinġarru abbord u li jkollhom il-kapaċità ta’ tagħbija żejda suffiċjenti biex fihom joqogħdu l-persuni kollha li jkunu abbord il-ħelikopter f’każ li waħda minnhom tintilef;
tal-inqas ELT tas-sopravivenza (ELT(S)) wieħed għal kull ċattra tas-salvataġġ meħtieġa; u
tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għat-titjira li tkun se titwettaq.
CAT.IDE.H.305 Tagħmir tas-sopravivenza
Il-ħelikopters li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra:
b’tagħmir għas-sinjali sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm;
tal-inqas b’ELT(S) wieħed; u
b’tagħmir ieħor tas-sopravivenza għar-rotta li minnha għandu jittajjar il-ħelikopter, filwaqt li jitqies l-għadd ta’ persuni abbord.
▼M9 —————
CAT.IDE.H.315 Ħelikopters iċċertifikati biex joperaw fuq l-ilma — tagħmir varju
Il-ħelikopters li jkunu ċċertifikati biex joperaw fuq l-ilma għandhom ikunu mgħammra:
ankra tal-wiċċ u tagħmir ieħor meħtieġ sabiex jiffaċilita l-irmiġġ, l-ankrar jew l-immanuvrar tal-ħelikopter fuq l-ilma, li jkunu adattati għad-daqs, il-massa u l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tiegħu; u
b’tagħmir biex jagħmel is-sinjali tal-ħoss preskritti fir-Regolamenti internazzjonali għall-prevenzjoni tal-ħabtiet fil-baħar, fejn dan ikun applikabbli.
CAT.IDE.H.320 Il-ħelikopters kollha li jkunu qed iwettqu titjiriet fuq l-ilma — inżul ta' emerġenza
Il-ħelikopters għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkunu jistgħu jinżlu fuq l-ilma jew ikunu ċċertifikati biex iwettqu nżul ta' emerġenza skont l-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni rilevanti meta jitħaddmu fil-kategorija tal-prestazzjoni 1 jew 2 għal titjira fuq l-ilma f'ambjent ostili f'distanza li tkun tikkorrispondi għal iktar minn 10 minuti ta' titjir b'veloċità regolari normali 'l bogħod mill-art.
Il-ħelikopters għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkunu jistgħu jinżlu fuq l-ilma jew ikunu ċċertifikati biex iwettqu nżul ta' emerġenza skont l-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni rilevanti jew ikunu mgħammra b'tagħmir ta' emerġenza li jżomm f'wiċċ l-ilma, meta jitħaddmu:
fil-kategorija tal-prestazzjoni 1 jew 2 f'titjira fuq l-ilma f'ambjent mhux ostili f'distanza li tkun tikkorrispondi għal iktar minn 10 minuti ta' titjir b'veloċità regolari normali 'l bogħod mill-art;
fil-kategorija tal-prestazzjoni 2 meta jkunu qed jitilgħu minn, jew jinżlu fuq l-ilma, ħlief fil-każ ta' operazzjonijiet ta' servizzi mediċi ta' emerġenza bil-ħelikopter (“HEMS”) li fihom, biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-esponiment, l-inżul jew it-tlugħ f'sit tal-operat tal-HEMS li jkun jinsab f'ambjent ikkonġestjonat jitwettaq fuq l-ilma;
fil-kategorija tal-prestazzjoni 3 f'titjira fuq l-ilma f'distanza li tkun tmur lil hinn mid-distanza ta' nżul ta' emerġenza sikur fuq l-art.
CAT.IDE.H.325 Kuffji tal-widna
Kull meta tkun meħtieġa sistema ta’ komunikazzjoni permezz tar-radju u/jew sistema tan-navigazzjoni bir-radju, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’kuffji tal-widna li jkollhom mikrofonu tal-kuffja jew apparat ekwivalenti u buttuna ta’ trażmissjoni fuq il-kontrolli tat-titjira għal kull bdot u/jew membru tal-ekwipaġġ meħtieġ fil-post assenjat lilu.
CAT.IDE.H.330 Tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju li jkun meħtieġ mir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.
(b) It-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju għandu jippermetti l-komunikazzjoni fuq il-frekwenza għall-emerġenzi ajrunawtiċi 121,5 MHz.
CAT.IDE.H.335 Pannell għall-għażla tal-ħoss
Il-ħelikopters li jitħaddmu skont l-IFR għandhom ikunu mgħammra b’pannell għall-għażla tal-ħoss li jkun jista’ jitħaddem minn kull post għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġa.
CAT.IDE.H.340 Tagħmir tar-radju għall-operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR fuq rotot innavigati b’referenza għal għeliem viżwali
Il-ħelikopters li jitħaddmu skont il-VFR fuq rotot li jistgħu jiġu nnavigati b’referenza għal għeliem viżwali għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju li jkun meħtieġ fil-kundizzjonijiet ta’ propagazzjoni tar-radju normali biex iwettaq l-affarijiet li ġejjin:
jikkomunika mal-istazzjonijiet ix-xierqa ta’ fuq l-art;
jikkomunika mal-istazzjonijiet ix-xierqa tal-ATC minn kwalunkwe punt fl-ispazju tal-ajru kkontrollat li fih ikun ippjanat li jitwettqu t-titjiriet; u
jirċievi informazzjoni meteoroloġika.
CAT.IDE.H.345 Tagħmir għall-komunikazzjoni, għan-navigazzjoni u għas-sorveljanza għall-operazzjonijiet ta' titjir skont l-IFR jew skont il-VFR fuq rotot li ma jiġux innavigati b'referenza għal għeliem viżwali
(a) Il-ħelikopters li jitħaddmu skont l-IFR jew skont il-VFR fuq rotot li ma jistgħux jiġu nnavigati b'referenza għal għeliem viżwali għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, għan-navigazzjoni u għas-sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.
(b) It-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju għandu jinkludi tal-inqas żewġ sistemi indipendenti għall-komunikazzjoni permezz tar-radju li jkunu meħtieġa fil-kundizzjonijiet normali tal-operat għall-komunikazzjoni ma’ stazzjon xieraq fuq l-art minn kwalunkwe punt tul ir-rotta, inklużi d-devjazzjonijiet.
(c) Il-ħelikopters għandu jkollhom biżżejjed tagħmir tan-navigazzjoni sabiex jiġi żgurat li, f’każ li tiżviluppa ħsara f’apparat minnhom matul kwalunkwe fażi tat-titjira, il-kumplament tat-tagħmir jippermetti n-navigazzjoni sikura skont il-pjan tat-titjira.
(d) Il-ħelikopters li jintużaw f’titjiriet li fihom ikun previst inżul f’IMC għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir adattat li jkun jista’ jipprovdi gwida sa punt li minnu jkun jista’ jitwettaq inżul viżwali għal kull ajrudrom li għalih huwa ppjanat l-inżul f’IMC u għal kull ajrudrom alternattiv magħżul.
(e) Għall-operazzjonijiet tal-PBN, l-inġenju tal-ajru għandu jissodisfa r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-ispeċifikazzjoni xierqa għan-navigazzjoni.
CAT.IDE.H.350 Transponder
Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) li jkun jirrapporta l-altitudni tal-pressjoni u bi kwalunkwe kapaċità oħra ta’ transponder tas-SSR li tkun meħtieġa għar-rotta li minnha jkun qed jittajjar il-ħelikopter.
CAT.IDE.H.355 Ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta ajrunawtika
Bażijiet ta' dejta ajrunawtika li jintużaw fuq applikazzjonijiet ta' sistemi tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta li huma xierqa għall-użu maħsub tad-dejta.
L-operatur għandu jiżgura d-distribuzzjoni u d-dħul f'waqthom tal-bażijiet tad-dejta ajrunawtika, li jkunu attwali u mhux mibdula, għall-inġenji tal-ajru kollha li jkunu jeħtiġuhom.
Minkejja xi okkorrenza dwar rekwiżiti ta' rappurtar kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014, l-operatur għandu jirrapporta lill-fornitur tal-bażijiet tad-dejta dwar każijiet ta' dejta żbaljata, inkonsistenti jew dejta nieqsa li tista' tkun raġonevolment mistennija li tikkostitwixxi periklu għat-titjira.
F'każijiet bħal dawn, l-operatur għandu jinforma lill-ekwipaġġ tat-titjira u lill-persunal ieħor ikkonċernat, u għandu jiżgura li d-dejta affettwata ma tintużax.
▼M14 —————
▼M11 —————
ANNESS V
APPROVAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI
[IL-PARTI-SPA]
IS-SUBPARTI A
REKWIŻITI ĠENERALI
SPA.GEN.100 Awtorità kompetenti
L-awtorità kompetenti għall-ħruġ ta' approvazzjoni speċifika għandha tkun:
għall-operatur kummerċjali, l-awtorità tal-Istat Membru li fih l-operatur ikollu s-sede prinċipali tiegħu;
għall-operatur mhux kummerċjali, l-awtorità tal-Istat Membru li fih l-operatur ikollu s-sede prinċipali tiegħu, huwa stabbilit jew jirrisjedi.
Minkejja l-punt (a)(2), għall-operatur mhux kummerċjali li juża inġenji tal-ajru rreġistrati f'pajjiż terz, ir-rekwiżiti applikabbli skont dan l-Anness għall-approvazzjoni tal-operazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw jekk dawk l-approvazzjonijiet ikunu maħruġa minn Stat tar-Reġistrazzjoni ta' pajjiż terz:
navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN);
speċifikazzjonijiet minimi tal-prestazzjoni operattiva (MNPS);
spazju tal-ajru b'valuri minimi ta' separazzjoni vertikali mnaqqsa (RVSM);
operazzjonijiet f'viżibilità baxxa (LVO).
SPA.GEN.105 Applikazzjoni għal approvazzjoni speċifika
(a) L-operatur li japplika għall-ħruġ inizjali ta’ approvazzjoni speċifika għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni meħtieġa fis-Subparti applikabbli lill-awtorità kompetenti, flimkien mal-informazzjoni li ġejja:
l-isem, l-indirizz u l-indirizz postali tal-applikant;
deskrizzjoni tal-operazzjoni ppjanata.
(b) L-operatur għandu jipprovdi l-evidenza li ġejja lill-awtorità kompetenti:
evidenza tal-konformità mar-rekwiżiti tas-Subparti applikabbli;
li jitqiesu l-elementi rilevanti ddefiniti fil-parti mandatorja tad-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012.
(c) L-operatur għandu jżomm rekords marbutin mal-punti (a) u (b) tal-inqas għall-perjodu li fih iddum għaddejja l-operazzjoni li tkun teħtieġ approvazzjoni speċifika jew, jekk ikun applikabbli, skont l-Anness III (il-Parti-ORO).
SPA.GEN.110 Privileġġi ta’ operatur li jkollu approvazzjoni speċifika
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività li operatur jkollu l-approvazzjoni biex imexxi għandha tiġi dokumentata u speċifikata:
għal operaturi li huma d-detenturi ta’ ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC) fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-AOC;
għall-operaturi l-oħra kollha fil-lista ta’ approvazzjonijiet speċifiċi.
SPA.GEN.115 Bidliet f’approvazzjoni speċifika
Meta l-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni speċifika jiġu affettwati mill-bidliet, l-operatur għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti lill-awtorità kompetenti u jikseb l-approvazzjoni minn qabel tagħha għall-operazzjoni.
SPA.GEN.120 Validità kontinwa ta’ approvazzjoni speċifika
L-approvazzjonijiet speċifiċi għandhom jinħarġu għal perjodu taż-żmien mhux limitat u għandhom jibqgħu validi sakemm l-operatur jibqa’ jikkonforma mar-rekwiżiti marbutin mal-approvazzjoni speċifika u sakemm huwa jibqa’ jqis l-elementi rilevanti ddefiniti fil-parti mandatorja tad-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012.
IS-SUBPARTI B
OPERAZZJONIJIET TAN-NAVIGAZZJONI BBAŻATA FUQ IL-PRESTAZZJONI (PBN)
SPA.PBN.100 Operazzjonijiet tal-PBN
Approvazzjoni hija meħtieġa għal kull waħda minn dawn l-ispeċifikazzjonijiet PBN:
RNP AR APCH; kif ukoll
RNP 0.3 għal operazzjonijiet bil-ħelikopter.
Approvazzjoni għal operazzjonijiet RNP AR APCH għandhom jippermettu operazzjonijiet bi proċeduri ta' avviċinament bl-istrumenti pubbliċi li jissodisfaw il-kriterji tad-disinn tal-proċeduri tal-ICAO applikabbli.
Approvazzjoni speċifika għall-proċedura għal RNP AR APCH jew RNP 0.3 għandha tkun meħtieġa għall-proċeduri ta' avviċinament bl-istrumenti privati jew kwalunkwe proċedura ta' avviċinament bl-istrumenti pubbliċi li ma tissodisfax il-kriterji tad-disinn tal-proċeduri tal-ICAO applikabbli, jew fejn meħtieġ mill-Pubblikazzjoni ta' Informazzjoni Ajrunawtika (AIP) jew mill-awtorità kompetenti.
SPA.PBN.105 Approvazzjoni operazzjonali
Sabiex tinkiseb approvazzjoni speċifika tal-PBN mingħand l-awtorità kompetenti, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li:
l-approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà rilevanti, xierqa għall-operazzjoni PBN maħsuba, tkun iddikjarata fl-AFM jew f'dokument ieħor li jkun ġie approvat mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni bħala parti mill-valutazzjoni tal-ajrunavigabbiltà jew tkun ibbażata fuq approvazzjoni simili;
ġie stabbilit programm tat-taħriġ għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u għall-persunal rilevanti involuti fil-preparazzjoni tat-titjira;
twettqet valutazzjoni tal-impatt;
ikunu ġew stabbiliti proċeduri operattivi li jispeċifikaw:
it-tagħmir li għandu jinġarr, inklużi l-limitazzjonijiet operattivi tiegħu u l-annotazzjonijiet ix-xierqa tiegħu fil-lista tat-tagħmir minimu (MEL);
il-kompożizzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-ekwipaġġ tat-titjira;
il-proċeduri normali, anormali u ta' emerġenza; kif ukoll
il-ġestjoni elettronika tad-dejta tan-navigazzjoni;
ġiet speċifikata lista ta' avvenimenti rapportabbli; kif ukoll
ġie stabbilit programm ta' monitoraġġ tal-ġestjoni RNP għall-operazzjonijiet RNP AR APCH, jekk applikabbli.
IS-SUBPARTI C
OPERAZZJONIJIET SKONT L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET MINIMI GĦALL-PRESTAZZJONI TAN-NAVIGAZZJONI (MNPS)
SPA.MNPS.100 Operazzjonijiet skont l-MNPS
L-inġenji tal-ajru għandhom jitħaddmu fi spazju tal-ajru magħżul li jkollu speċifikazzjonijiet minimi għall-prestazzjoni tan-navigazzjoni (MNPS) skont il-Proċeduri Supplimentari Reġjonali, fejn ikunu ġew stabbiliti speċifikazzjonijiet minimi għall-prestazzjoni tan-navigazzjoni, biss jekk l-operatur ikun ingħata approvazzjoni mill-awtorità kompetenti biex iwettaq it-tali operazzjonijiet.
SPA.MNPS.105 Approvazzjoni operattiva tal-MNPS
Sabiex jikseb approvazzjoni operattiva tal-MNPS mingħand l-awtorità kompetenti, l-operatur għandu jipprovdi evidenza:
li t-tagħmir tan-navigazzjoni jilħaq il-prestazzjoni meħtieġa;
li l-iskrins, l-indikaturi u l-kontrolli tan-navigazzjoni jidhru u jistgħu jintużaw minn kwalunkwe bdot li jkun bilqiegħda fil-post tax-xogħol tiegħu;
li jkun ġie stabbilit programm tat-taħriġ għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li huma involuti f’dawn l-operazzjonijiet;
li jkunu ġew stabbiliti proċeduri operattivi li jispeċifikaw:
it-tagħmir li għandu jinġarr, inklużi l-limitazzjonijiet operattivi tiegħu u l-annotazzjonijiet ix-xierqa tiegħu fl-MEL;
il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tat-titjira u r-rekwiżiti tal-esperjenza tal-istess ekwipaġġ;
il-proċeduri normali;
il-proċeduri ta’ kontinġenza, inklużi dawk speċifikati mill-awtorità li tkun responsabbli għall-ispazju tal-ajru kkonċernat;
il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-inċidenti.
IS-SUBPARTI D
OPERAZZJONIJIET FI SPAZJU TAL-AJRU B’VALURI MINIMI TA’ SEPARAZZJONI VERTIKALI MNAQQSA (RVSM)
SPA.RVSM.100 Operazzjonijiet bir-RVSM
L-inġenji tal-ajru għandhom jitħaddmu fi spazju tal-ajru magħżul fejn japplika valur minimu ta’ separazzjoni vertikali mnaqqsa ta’ 300 metru (1 000 pied) bejn il-livell ta’ titjir (FL) 290 u l-FL 410, b’dan il-livell inkluż, biss jekk l-operatur ikun ingħata approvazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti biex iwettaq it-tali operazzjonijiet.
SPA.RVSM.105 Approvazzjoni operattiva tar-RVSM
Sabiex jikseb approvazzjoni operattiva tar-RVSM mingħand l-awtorità kompetenti, l-operatur għandu jipprovdi evidenza:
li nkisbet approvazzjoni tal-ajrunavigabbilità tar-RVSM;
li ġew stabbiliti proċeduri għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-iżbalji fiż-żamma tal-għoli;
li jkun ġie stabbilit programm tat-taħriġ għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li huma involuti f’dawn l-operazzjonijiet;
li jkunu ġew stabbiliti proċeduri operattivi li jispeċifikaw:
it-tagħmir li għandu jinġarr, inklużi l-limitazzjonijiet operattivi tiegħu u l-annotazzjonijiet ix-xierqa tiegħu fl-MEL;
il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tat-titjira u r-rekwiżiti tal-esperjenza tal-istess ekwipaġġ;
l-ippjanar tat-titjira;
il-proċeduri ta’ qabel it-titjira;
il-proċeduri qabel id-dħul fi spazju tal-ajru b’RVSM;
il-proċeduri ta’ waqt it-titjira;
il-proċeduri ta’ wara t-titjira;
ir-rappurtar tal-inċidenti;
il-proċeduri operattivi reġjonali speċifiċi.
SPA.RVSM.110 Rekwiżiti tat-tagħmir tar-RVSM
L-inġenji tal-ajru li jintużaw għall-operazzjonijiet fi spazju tal-ajru b’RVSM għandhom ikunu mgħammra:
b’żewġ sistemi indipendenti għall-kejl tal-altitudni;
b’sistema ta’ twissija tal-altitudni;
b’sistema awtomatika għall-kontroll tal-altitudni;
bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) li jkollu sistema għar-rappurtar tal-altitudni u li jkun jista’ jitqabbad mas-sistema għall-kejl tal-altitudni li tkun qed tintuża biex tiġi kkontrollata l-altitudni.
SPA.RVSM.115 Żbalji fiż-żamma tal-għoli tar-RVSM
(a) L-operatur għandu jirrapporta l-okkorrenzi rreġistrati jew ikkomunikati tal-iżbalji fiż-żamma tal-għoli li jkunu kkawżati minn ħsara fit-tagħmir tal-inġenju tal-ajru jew li jkunu ta’ natura operattiva, u li jkunu daqs jew akbar minn:
żball vertikali totali (TVE) ta’ ± 90 metru (± 300 pied);
żball fis-sistema tal-altimetrija (ASE) ta’ ± 75 metru (± 245 pied); and
devjazzjoni mill-altitudni assenjata (AAD) ta’ ± 90 metru (± 300 pied).
(b) Ir-rapporti tat-tali okkorenzi għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti fi żmien 72 siegħa. Ir-rapporti għandhom jinkludu analiżi inizjali tal-fatturi li kkawżaw l-iżball u tal-miżuri li ttieħdu sabiex jiġi evitat milli jerġgħu jseħħu okkorrenzi bħal dawn.
(c) Meta jkunu rreġistrati żbalji fiż-żamma tal-għoli jew meta tasal informazzjoni dwar żbalji bħal dawn, l-operatur għandu jieħu azzjoni immedjata biex jirranġa l-kundizzjonijiet li jkunu kkawżaw l-iżbalji u għandu jipprovdi rapporti ta’ segwitu jekk jintalab jagħmel dan mill-awtorità kompetenti.
IS-SUBPARTI E
Operazzjonijiet f’viżibbiltà baxxa (LVOs) u operazzjonijiet bi krediti operattivi
SPA.LVO.100 Operazzjonijiet f’viżibbiltà baxxa u operazzjonijiet bi krediti operattivi
L-operatur għandu jwettaq l-operazzjonijiet li ġejjin biss jekk ikunu approvati mill-awtorità kompetenti:
operazzjonijiet ta’ tlugħ b’kundizzjonijiet ta’ viżibbiltà ta’ inqas minn RVR ta’ 400 m;
operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti f’kundizzjonijiet ta’ viżibbiltà baxxa; u
operazzjonijiet bi krediti operattivi, ħlief għall-operazzjonijiet tal-EFVS 200, li ma għandhomx ikunu soġġetti għal approvazzjoni speċifika.
SPA.LVO.105 Kriterji speċifiċi għall-approvazzjoni
Sabiex jikseb approvazzjoni speċifika kif meħtieġ minn SPA.LVO.100, l-operatur għandu juri li:
għal operazzjonijiet ta’ avviċinament b’viżibbiltà baxxa, l-operazzjonijiet tal-LVTO f’RVR ta’ inqas minn 125 m, u l-operazzjonijiet bi krediti operattivi, l-inġenju tal-ajru jkun ġie ċċertifikat għall-operazzjonijiet maħsuba;
il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira jkunu kompetenti biex iwettqu l-operazzjoni maħsuba u jkun ġie stabbilit programm ta’ taħriġ u ta’ kontroll għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u għall-persunal rilevanti involut fit-tħejjija tat-titjira, f’konformità ma’ SPA.LVO.120;
ikunu ġew stabbiliti proċeduri operattivi għall-operazzjonijiet maħsuba;
tkun saret kwalunkwe bidla rilevanti fil-lista tat-tagħmir minimu (MEL);
tkun saret kwalunkwe bidla rilevanti fil-programm ta’ manutenzjoni;
ikunu ġew stabbiliti proċeduri biex tiġi żgurata l-adegwatezza tal-ajrudromi, inkluż il-proċeduri tat-titjir bl-istrumenti, għall-operazzjonijiet maħsuba, f’konformità ma’ SPA.LVO.110; u
għall-operazzjonijiet maħsuba, tkun twettqet valutazzjoni tas-sikurezza, u jkunu ġew stabbiliti indikaturi tal-prestazzjoni biex jimmonitorjaw il-livell ta’ sikurezza.
SPA.LVO.110 Rekwiżiti relatati mal-ajrudrom, inklużi proċeduri ta’ titjir bl-istrumenti
L-operatur għandu jiżgura li jintużaw biss ajrudromi, inklużi l-proċeduri tat-titjir bl-istrumenti, xierqa għall-operazzjonijiet maħsuba għal-LVOs u operazzjonijiet bi krediti operattivi.
▼M21 —————
PA.LVO.120 Kompetenza tal-ekwipaġġ tat-titjira
L-operatur għandu jiżgura li l-ekwipaġġ tat-titjira jkun kompetenti biex iwettaq l-operazzjonijiet maħsuba.
L-operatur għandu jiżgura li kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jtemm b’suċċess it-taħriġ u l-kontrolli għat-tipi kollha ta’ LVOs u operazzjonijiet bi krediti operattivi li għalihom tkun ingħatat approvazzjoni. Tali taħriġ u kontrolli għandhom:
jinkludu taħriġ u kontrolli inizjali u rikorrenti;
il-proċeduri normali, mhux normali u ta’ emerġenza;
ikunu mfassla għat-tip ta’ teknoloġiji użati fl-operazzjonijiet maħsuba; u
iqisu r-riskji tal-fattur uman assoċjati mal-operazzjonijiet maħsuba.
L-operatur għandu jżomm rekords tat-taħriġ u tal-kwalifiki tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira.
It-taħriġ u l-kontrolli għandhom jitwettqu minn persunal ikkwalifikat kif xieraq. Fil-każ ta’ taħriġ u kontrolli tat-titjir u tas-simulazzjoni tat-titjir, il-persunal li jkun qed jipprovdi t-taħriġ u li jwettaq il-kontrolli għandu jkun ikkwalifikat f’konformità mal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.
SPA.LVO.125 Proċeduri operattivi
(a) L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri u struzzjonijiet li għandhom jintużaw għal-LVOs. Dawn il-proċeduri u l-istruzzjonijiet għandhom ikunu inklużi fil-manwal tal-operat jew fil-manwal tal-proċeduri u għandhom jinkludu l-kompiti tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira matul l-operazzjonijiet ta’ sewqan, tlugħ, avviċinament, flare, inżul, roll-out u ta’ avviċinament mhux milħuq, kif xieraq.
(b) Qabel ma jibda LVO, il-bdot fil-kmand/il-kmandant għandu jkun issodisfat:
li l-istat tal-faċilitajiet viżwali u mhux viżwali jkun biżżejjed;
li jkunu fis-seħħ LVPs xierqa skont l-informazzjoni li tkun waslet mingħand is-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS);
li l-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira jkunu kkwalifkati kif xieraq.
SPA.LVO.130 Tagħmir minimu
(a) L-operatur għandu jinkludi t-tagħmir minimu li jrid ikun jiffunzjona fil-bidu ta’ LVO skont il-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (AFM) jew xi dokument approvat ieħor fil-manwal tal-operat jew fil-manwal tal-proċeduri, skont kif ikun applikabbli.
(b) Il-bdot fil-kmand/il-kmandant għandu jkun issodisfat li l-istat tal-inġenju tal-ajru u tas-sistemi rilevanti ta’ abbord jkun xieraq għall-operazzjoni speċifika li għandha titwettaq.
IS-SUBPARTI F
OPERAZZJONIJIET FUQ DISTANZA ESTIŻA (ETOPS) LI JSIRU B’AJRUPLANI B’ŻEWĠ MAGNI
SPA.ETOPS.100 ETOPS
F’operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru, l-ajruplani b’żewġ magni għandhom jitħaddmu biss lil hinn mid-distanza tal-limitu stabbilita skont il-punt CAT.OP.MPA.140 jekk l-operatur ikun ingħata approvazzjoni operattiva tal-ETOPS mill-awtorità kompetenti.
SPA.ETOPS.105 Approvazzjoni operattiva tal-ETOPS
Sabiex jikseb approvazzjoni operattiva tal-ETOPS mingħand l-awtorità kompetenti, l-operatur għandu jipprovdi evidenza:
li l-kombinazzjoni tal-magna u tal-ajruplan għandha approvazzjoni tal-ETOPS għall-operazzjoni ppjanata b’rabta mad-disinn tat-tip u mal-affidabbiltà tagħha;
li jkun ġie stabbilit programm tat-taħriġ għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u għall-persunal tal-operazzjonijiet l-ieħor kollu li jkun involut f’dawn l-operazzjonijiet u li l-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u l-persunal tal-operazzjonjiet l-ieħor kollu involut ikunu kkwalifikati b’mod xieraq sabiex iwettqu l-operazzjoni ppjanata;
li l-organizzazzjoni u l-esperjenza tal-operatur ikunu xierqa biex jappoġġaw l-operazzjoni ppjanata;
li jkunu ġew stabbiliti proċeduri operattivi.
SPA.ETOPS.110 Ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta tal-ETOPS
(a) Ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta tal-ETOPS għandu jitqies bħala wieħed xieraq jekk, fil-ħin li mistenni jintuża, l-ajrudrom ikun disponibbli u jkun mgħammar bis-servizzi sekondarji meħtieġa bħalma huma s-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS), biżżejjed dawl, il-komunikazzjonijiet, ir-rapporti tat-temp, l-għajnuniet għan-navigazzjoni u s-servizzi ta’ emerġenza, u jkollu tal-inqas proċedura waħda ta’ avviċinament bi strument disponibbli.
(b) Qabel ma jwettaq titjira tal-ETOPS, l-operatur għandu jiżgura li jkun hemm ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta tal-ETOPS disponibbli li jkun jista’ jintlaħaq jew fil-ħin tad-devjazzjoni approvat mill-operatur jew f’ћin tad-devjazzjoni bbażat fuq l-istat operattiv tal-ajruplan skont l-MEL, skont liema minn dawn ikun l-iqsar.
(c) L-operatur għandu jispeċifika kwalunkwe ajrudrom(i) alternattiv(i) waqt ir-rotta tal-ETOPS li jkun(u) meħtieġ(a) fil-pjan operattiv tat-titjira u fil-pjan tat-titjira tal-ATS.
SPA.ETOPS.115 Valuri minimi ta’ ppjanar għall-ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta tal-ETOPS
(a) L-operatur għandu jagħżel ajrudrom bħala ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta tal-ETOPS biss meta r-rapporti u t-tbassir tat-temp ix-xierqa, jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom, jindikaw li, bejn il-ħin imbassar tal-inżul sa siegħa wara l-aħħar ħin possibbli li fih jista’ jitwettaq l-inżul, se jkun hemm kundizzjonijiet li jkunu fil-valuri minimi ta’ ppjanar ikkalkulati billi jingħaddu l-limiti addizzjonali mogħtija fit-Tabella 1, jew kundizzjonijiet aħjar minnhom.
(b) Fil-manwal tal-operat, l-operatur għandu jinkludi l-metodu biex jiġu stabbiliti l-valuri minimi operattivi fl-ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta tal-ETOPS previst.
Tabella 1
Valuri minimi ta’ ppjanar għall-ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta tal-ETOPS
Tip ta’ avviċinament |
Valuri minimi tal-ippjanar |
Avviċinament ta’ preċiżjoni |
DA/H + 200 pied RVR/VIS + 800 metru (*1) |
Avviċinament mhux ta’ preċiżjoni jew Avviċinament ta’ dawran |
MDA/H + 400 pied (*1) RVR/VIS + 1 500 metru |
(*1)
VIS = il-viżibilità; MDA/H = l-altitudni minima tal-inżul/l-għoli. |
IS-SUBPARTI G
TRASPORT TA’ OĠĠETTI PERIKOLUŻI
SPA.DG.100 Trasport ta’ oġġetti perikolużi
Ħlief kif stipulat fl-Anness IV (il-Parti-CAT), fl-Anness VI (il-Parti-NCC), l-Anness VII (il-Parti-NCO) u l-Anness VIII (il-Parti-SPO), l-operatur għandu jittrasporta biss oġġetti perikolużi bl-ajru jekk l-operatur ikun ġie approvat mill-awtorità kompetenti.
SPA.DG.105 Approvazzjoni għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi
Sabiex jikseb l-approvazzjoni għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi, l-operatur għandu, skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi:
jistabbilixxi u jżomm programm tat-taħriġ għall-persunal kollu involut u juri lill-awtorità kompetenti li l-persunal kollu ngħata t-taħriġ ix-xieraq;
jistabbilixxi proċeduri operattivi sabiex jiżgura l-immaniġġjar sikur tal-oġġetti perikolużi fl-istadji kollha tat-trasport bl-ajru, li jkunu jinkludu informazzjoni u struzzjonijiet dwar:
il-politika tal-operatur b’rabta mat-trasport tal-oġġetti perikolużi;
ir-rekwiżiti għall-aċċettazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija, l-istivar u s-segregazzjoni tal-oġġetti perikolużi;
l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f’każ ta’ aċċident jew inċident tal-inġenju tal-ajru meta jkunu qed jinġarru oġġetti perikolużi;
it-tweġiba għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jinvolvu oġġetti perikolużi;
it-tneħħija ta’ kwalunkwe kontaminazzjoni li jista’ jkun hemm;
il-kompiti tal-persunal kollu involut, b’mod speċjali f’dak li għandu x’jaqsam mal-immaniġġjar fuq l-art u l-immaniġġjar abbord l-inġenju tal-ajru;
l-ispezzjoni għall-ħsarat, għat-tnixxijiet jew għall-kontaminazzjoni;
ir-rappurtar ta’ aċċidenti jew inċidenti li jinvolvu oġġetti perikolużi.
SPA.DG.110 Dokumentazzjoni u informazzjoni dwar l-oġġetti perikolużi
Skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi, l-operatur għandu:
jipprovdi informazzjoni bil-miktub lill-bdot fil-kmand/lill-kmandant:
dwar l-oġġetti perikolużi li għandhom jinġarru fuq l-inġenju tal-ajru;
li għandha tintuża f’każ li jkun hemm emerġenzi waqt it-titijira;
juża lista ta’ kontroll tal-aċċettazzjoni;
jiżgura li l-oġġetti perikolużi jkollhom magħhom id-dokument(i) tat-trasport tal-oġġetti perikolużi meħtieġa, kif mimlija mill-persuna li tkun qed toffri l-oġġetti perikolużi għat-trasport bl-ajru, ħlief meta l-informazzjoni applikabbli għall-oġġetti perikolużi tkun mogħtija f’forma elettronika;
jiżgura li meta dokument tat-trasport tal-oġġetti perikolużi jkun mogħti f’forma miktuba, tinżamm kopja tad-dokument fuq l-art, f’post fejn ikun possibbli li d-dokument jiġi aċċessat f’perjodu raġonevoli taż-żmien, sa ma l-oġġetti jkunu waslu fid-destinazzjoni finali tagħhom;
jiżgura li tinżamm kopja fuq l-art tal-informazzjoni mogħtija lill-bdot fil-kmand jew lill-kmandant u li l-uffiċjal tal-operazzjonijiet tat-titjir, id-dispatcher tat-titjira, jew il-persunal maħtur ta' fuq l-art responsabbli għall-parti tiegħu tal-operazzjonijiet ta' titjir ikunu jistgħu jaċċessaw faċilment din il-kopja, jew l-informazzjoni li jkun fiha, sa ma tintemm it-titjira li għaliha tirreferi l-informazzjoni;
iżomm il-lista ta’ kontroll tal-aċċettazzjoni, id-dokument tat-trasport u l-informazzjoni mogħtija lill-bdot fil-kmand/lill-kmandant għal mill-inqas tliet (3) xhur wara li titlesta t-titjira;
iżomm ir-rekords tat-taħriġ tal-persunal kollu għal mill-inqas tliet (3) snin.
IS-SUBPARTI H
OPERAZZJONIJIET BIL-ĦELIKOPTER B’SISTEMI TA’ IMMAĠNI GĦALL-VIŻJONI BILLEJL (NVIS)
SPA.NVIS.100 Operazzjonijiet b’sistemi ta’ immaġni għall-viżjoni billejl (NVIS)
(a) Il-ħelikopters għandhom jitħaddmu skont il-VFR ta’ billejl bl-għajnuna tan-NVIS biss jekk l-operatur ikun ingħata approvazzjoni għal dan mill-awtorità kompetenti.
(b) Sabiex jikseb approvazzjoni bħal din mingħand l-awtorità kompetenti, l-operatur għandu:
jopera fil-qasam tat-trasport kummerċjali bl-ajru (CAT) u jkollu CAT AOC skont l-Anness III (il-Parti-ORO);
juri lill-awtorità kompetenti:
li huwa jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli inklużi f’din is-Subparti;
l-integrazzjoni b’suċċess tal-elementi kollha tan-NVIS.
SPA.NVIS.110 Rekwiżiti tat-tagħmir għall-operazzjonijiet bin-NVIS
(a) |
Qabel ma jwettaq operazzjonijiet bin-NVIS, kull ħelikopter u t-tagħmir kollu tan-NVIS assoċjat miegħu, għandha tkun inħarġitlu l-approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà rilevanti skont ir-Regolament ►M4 tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 ◄ . |
(b) |
Altimetru bir-radju. Il-ħelikopter għandu jkun mgħammar b'altimetru bir-radju li jista' jagħmel ħoss ta' twissija taħt għoli stabbilit minn qabel u ħoss ta' twissija kif ukoll twissija viżwali f'għoli li jista' jintgħażel mill-bdot, li jkunu jintgħarfu mill-ewwel waqt il-fażijiet kollha ta' titjira bin-NVIS. |
(c) |
Dawl tal-inġenju tal-ajru li jkun kompatibbli man-NVIS. Sabiex jittaffew in-nuqqas ta’ informazzjoni viżwali periferali u l-bżonn li jitjieb l-għarfien tas-sitwazzjoni, għandhom jiġu pprovduti l-affarijiet li ġejjin:
(1)
tidwil li jixħet dawl fuq il-pannell tal-istrumenti li jkun kompatibbli man-NVIS, jekk ikun installat, li jista’ jdawwal l-istrumenti essenzjali kollha tat-titjira;
(2)
dwal ta’ utilità li jkunu kompatibbli man-NVIS;
(3)
torċ tal-idejn portabbli li tkun kompatibbli man-NVIS; u
(4)
mezz biex jitneħħew jew jintfew id-dwal interni li ma jkunux kompatibbli man-NVIS. |
(d) |
Tagħmir addizzjonali tan-NVIS. Għandu jiġi pprovdut it-tagħmir addizzjonali tan-NVIS li ġej:
(1)
sors tal-enerġija sekondarju jew ta’ riżerva għan-nuċċali għall-viżjoni billejl (NVG);
(2)
elmu bl-aċċessorju x-xieraq għan-NVG. |
(e) |
In-NVGs kollha meħtieġa fuq titjira bin-NVIS għandhom ikunu tal-istess tip, ġenerazzjoni u mudell. |
(f) |
Ajrunavigabbiltà kontinwa
(1) Il-proċeduri għall-ajrunavigabbiltà kontinwa għandu jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa biex jitwettqu manutenzjoni u spezzjonijiet kontinwi fuq it-tagħmir tan-NVIS installat fil-ħelikopter u għandhom ikopru mill-inqas:
(i)
il-ħġieġa ta’ quddiem tal-ħelikopter u l-ħġieġ tal-kabina tal-pilota tal-ħelikopter;
(ii)
id-dawl tan-NVIS;
(iii)
in-NVGs; u
(iv)
kull tagħmir addizzjonali li jappoġġa l-operazzjonijiet bin-NVIS. (2) Kull modifika jew manutenzjoni sussegwenti fl-inġenju tal-ajru għandha tkun konformi mal-approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà tan-NVIS. |
SPA.NVIS.120 Valuri minimi operattivi tan-NVIS
(a) L-operazzjonijiet ma għandhomx jitwettqu taħt il-minimi tat-temp għat-tip ta’ operazzjonijiet ta’ billejl li jkunu qed jitwettqu.
(b) L-operatur għandu jistabbilixxi l-għoli minimu ta’ tranżizzjoni minn fejn tista’ titkompla bidla għal titjira megħjuna jew bidla minnha.
SPA.NVIS.130 Rekwiżiti tal-ekwipaġġ għall-operazzjonijiet bin-NVIS
(a) |
Għażla. L-operatur għandu jistabbilixxi l-kriterji għall-għażla tal-membri tal-ekwipaġġ għall-kompitu bin-NVIS. |
(b) |
Esperjenza. Għall-kmandant, l-esperjenza minima m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 20 siegħa ta’ titjir skont il-VFR ta’ billejl bħala bdot fil-kmand/kmandant ta’ ħelikopter qabel ma jibda t-taħriġ. |
(c) |
Taħriġ operattiv. Il-bdoti kollha għandhom ikunu lestew it-taħriġ operattiv skont il-proċeduri tan-NVIS mogħtija fil-manwal tal-operat. |
(d) |
Attività reċenti. Kull bdot u membru tal-ekwipaġġ tekniku tan-NVIS li jkun qed iwettaq operazzjonijiet bin-NVIS għandu jkun wettaq tliet titjiriet bin-NVIS fl-aħħar 90 jum. L-attività reċenti tista’ tiġi stabbilita mill-ġdid fuq titjira tat-taħriġ fil-ħelikopter jew f’simulatur ta’ titjira sħiħa (FFS) approvat, li għandu jinkludi l-elementi mogħtija fil-punt (f)(1). |
(e) |
Kompożizzjoni tal-ekwipaġġ. L-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ għandu jkun l-akbar wieħed minn fost dak speċifikat:
(1)
fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (AFM);
(2)
għall-attività sottostanti; jew
(3)
fl-approvazzjoni operattiva għall-operazzjonijiet bin-NVIS. |
(f) |
Taħriġ u kontrolli tal-ekwipaġġ
|
SPA.NVIS.140 Informazzjoni u dokumentazzjoni
L-operatur għandu jiżgura li, bħala parti mill-proċess tiegħu ta’ analiżi u ġestjoni tar-riskji, ir-riski assoċjati mal-ambjent tan-NVIS jitnaqqsu billi fil-manwal tal-operat jispeċifika: l-għażla, il-kompożizzjoni u t-taħriġ tal-ekwipaġġi; il-livelli tat-tagħmir u l-kriterji tad-dispaċċ; u l-proċeduri u l-valuri minimi operattivi, hekk li l-operazzjonijiet normali u dawk li x’aktarx mhux se jkunu normali jiġu deskritti u jittaffew b’mod xieraq.
IS-SUBPARTI I
OPERAZZJONIJIET TA’ RFIGĦ BIL-ĦELIKOPTER
SPA.HHO.100 Operazzjonijiet ta’ rfigħ bil-ħelikopter (HHO)
(a) Il-ħelikopters għandhom jitħaddmu għall-għanijiet tal-operazzjonijiet ta’ rfigħ tas-CAT biss jekk l-operatur ikun ingħata approvazzjoni għal dan mill-awtorità kompetenti.
(b) Sabiex jikseb approvazzjoni bħal din mingħand l-awtorità kompetenti, l-operatur għandu:
jopera fil-qasam tas-CAT u jkollu CAT AOC skont l-Anness III (il-Parti-ORO);
juri lill-awtorità kompetenti li huwa jikkonforma mar-rekwiżiti inklużi f’din is-Subparti.
SPA.HHO.110 Rekwiżiti tat-tagħmir għall-HHO
L-installazzjoni tat-tagħmir kollu tal-irfigħ bil-ħelikopter għajr PCDS sempliċi, inkluż kwalunkwe tagħmir bir-radju sabiex tinżamm il-konformità mal-punt SPA.HHO.115, u kwalunkwe modifika sussegwenti, għandhom ikollhom approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà li tkun xierqa għall-funzjoni ppjanata. It-tagħmir sekondarju għandu jkun iddisinjat u ttestjat għall-istandards ix-xierqa, kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti.
L-operatur, b'kollaborazzjoni mal-manifattur, għandu jistabbilixxi struzzjonijiet ta' manutenzjoni għat-tagħmir u s-sistemi tal-HHO, li għandhom ikunu inklużi fil-programm ta' manutenzjoni tal-ħelikopter ippreparat mill-operatur, kif previst bir-Regolament (UE) Nru 1321/2014.
SPA.HHO.115 Komunikazzjoni tal-HHO
Għandha tiġi stabbilita komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet permezz tar-radju mal-organizzazzjoni li għaliha tkun qed issir l-HHO u, fejn ikun possibbli, għandu jiġi stabbilit mezz għall-komunikazzjoni mal-persunal ta’ fuq l-art fis-sit tal-HHO għal:
l-operazzjonijiet ta’ binhar u ta’ billejl li jsiru lil hinn mill-kosta;
l-operazzjonijiet ta’ billejl li jsiru fuq l-art, ħlief għall-HHOs li jsiru f’sit tal-operat tas-servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter (HEMS).
SPA.HHO.125 Rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-HHO
Ħlief għall-operazzjonijiet tal-HHO li jsiru f’sit tal-operat tal-HEMS, l-operazzjonijiet tal-HHO iridu jkunu jifilħu għall-ħsara fil-magna kritika, filwaqt li l-magna/il-magni l-oħra/l-oħrajn taħdem/jaħdmu bil-qawwa x-xierqa, mingħajr periklu għall-persuni jew għall-merkanzija li jkunu mdendlin fl-arja, u għal partijiet terzi jew għall-proprjetà.
SPA.HHO.130 Rekwiżiti tal-ekwipaġġ għall-HHO
(a) |
Għażla. L-operatur għandu jistabbilixxi l-kriterji għall-għażla tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira għall-kompitu tal-HHO, filwaqt li jqis l-esperjenza preċedenti tagħhom. |
(b) |
Esperjenza. Għall-kmandant li jwettaq it-titjiriet tal-HHO, il-livell minimu ta’ esperjenza m’għandux ikun ta’ inqas minn:
(1)
għall-operazzjonijiet lil hinn mill-kosta:
(i)
1 000 siegħa bħala bdot fil-kmand/kmandant tal-ħelikopters, jew 1 000 siegħa bħala kobdot f’titjiriet tal-HHO, li 200 siegħa minnhom għandhom ikunu bħala bdot fil-kmand taħt superviżjoni; u
(ii)
50 ċiklu ta’ rfigħ imwettqin lil hinn mill-kosta, li 20 ċiklu minnhom għandhom ikunu billejl jekk ikunu qed jitwettqu operazzjonijiet ta’ billejl, fejn ċiklu ta’ rfigħ ifisser ċiklu wieħed ta’ nżul u tlugħ tal-ganċ tal-irfigħ.
(2)
għall-operazzjonijiet fuq l-art:
(i)
500 siegħa bħala bdot fil-kmand/kmandant tal-ħelikopters, jew 500 siegħa bħala kobdot f’titjiriet tal-HHO, li 100 siegħa minnhom għandhom ikunu bħala bdot fil-kmand taħt superviżjoni;
(ii)
200 siegħa esperjenza operattiva f’ħelikopters, miksuba f’ambjent operattiv li hu simili għal dak tal-operazzjoni ppjanata; u
(iii)
50 ċiklu ta’ rfigħ, li 20 ċiklu minnhom għandhom ikunu billejl jekk ikunu qed jitwettqu operazzjonijiet ta’ billejl. |
(c) |
Taħriġ operattiv u esperjenza. It-twettiq b’suċċess tat-taħriġ skont il-proċeduri tal-HHO inklużi fil-manwal tal-operat u esperjenza rilevanti fir-rwol u l-ambjent li fih ikunu qed jitwettqu l-operazzjonijiet tal-HHO. |
(d) |
Attività reċenti. Kull bdot u membru tal-ekwipaġġ tal-HHO li jkun qed iwettaq HHO għandu jkun wettaq, fl-aħħar 90 jum:
(1)
waqt l-operazzjonijiet ta’ binhar: kwalunkwe kombinazzjoni ta’ tliet ċikli ta’ rfigħ billejl jew binhar, li kull wieħed minnhom għandu jinkludi tranżizzjoni mit-titjir kważi stazzjonarju u lejh;
(2)
waqt l-operazzjonijiet ta’ billejl: tliet ċikli ta’ rfigħ billejl, li kull wieħed minnhom għandu jinkludi tranżizzjoni mit-titjir kważi stazzjonarju u lejh. |
(e) |
Kompożizzjoni tal-ekwipaġġ. L-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ għall-operazzjonijiet ta’ binhar u ta’ billejl għandu jkun hekk kif indikat fil-manwal tal-operat. L-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ se jkun jiddependi mit-tip ta’ ħelikopter, mill-kundizzjonijiet tat-temp, mit-tip ta’ kompitu u, għall-operazzjonijiet lil hinn mill-kosta, ukoll mill-ambjent tas-sit tal-HHO, mill-istat tal-baħar u mill-moviment tal-bastiment. L-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ m’għandu fl-ebda każ ikun ta’ inqas minn bdot wieħed u minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-HHO. |
(f) |
Taħriġ u kontrolli
|
SPA.HHO.135 Għoti ta’ informazzjoni lill-passiġġiera tal-HHO
Qabel kwalunkwe titjira tal-HHO, jew serje ta’ titjiriet, il-passiġġiera tal-HHO għandhom ikunu ngħataw informazzjoni u jkunu mgħarrfa dwar il-perikli tal-ħruġ tal-elettriku statiku u dwar kunsiderazzjonijiet oħrajn marbutin mal-HHO.
SPA.HHO.140 Informazzjoni u dokumentazzjoni
(a) L-operatur għandu jiżgura li, bħala parti mill-proċess tiegħu ta’ analiżi u ġestjoni tar-riskji, ir-riski assoċjati mal-ambjent tal-HHO jitnaqqsu billi fil-manwal tal-operat jispeċifika: l-għażla, il-kompożizzjoni u t-taħriġ tal-ekwipaġġi; il-livelli tat-tagħmir u l-kriterji tad-dispaċċ; u l-proċeduri u l-valuri minimi operattivi, hekk li l-operazzjonijiet normali u dawk li x’aktarx mhux se jkunu normali jiġu deskritti u jittaffew b’mod xieraq.
(b) Is-siltiet rilevanti mill-manwal tal-operat għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-organizzazzjoni li għaliha tkun qed issir l-HHO.
IS-SUBPARTI J
OPERAZZJONIJIET TAS-SERVIZZI MEDIĊI TA’ EMERĠENZA BIL-ĦELIKOPTER
SPA.HEMS.100 Operazzjonijiet tas-servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter (HEMS)
(a) Il-ħelikopters għandhom jitħaddmu għall-għanijiet tal-operazzjonjiiet tal-HEMS biss jekk l-operatur ikun ingħata approvazzjoni għal dan mill-awtorità kompetenti.
(b) Sabiex jikseb approvazzjoni bħal din mingħand l-awtorità kompetenti, l-operatur għandu:
jopera fil-qasam tas-CAT u jkollu CAT AOC skont l-Anness III (il-Parti-ORO);
juri lill-awtorità kompetenti li huwa jikkonforma mar-rekwiżiti inklużi f’din is-Subparti.
SPA.HEMS.110 Rekwiżiti tat-tagħmir għall-operazzjonijiet tal-HEMS
L-installazzjoni ta’ kull tagħmir mediku apposta fil-ħelikopters u kwalunkwe modifiki sussegwenti tiegħu u, fejn ikun xieraq, it-tħaddim tiegħu għandhom ikunu approvati skont ir-Regolament ►M4 tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 ◄ .
SPA.HEMS.115 Komunikazzjoni
Minbarra t-tagħmir meħtieġ skont il-punt CAT.IDE.H, il-ħelikopters li jwettqu titjiriet tal-HEMS għandu jkollhom tagħmir ta’ komunikazzjoni li jkun jista’ jwettaq komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet mal-organizzazzjoni li għaliha tkun qed titwettaq l-operazzjoni tal-HEMS u, fejn ikun possibbli, biex ikun hemm komunikazzjoni mal-persunal tas-servizzi ta’ emerġenza ta’ fuq l-art.
SPA.HEMS.120 Valuri minimi operattivi tal-HEMS
(a) It-titjiriet tal-HEMS li jitwettqu fil-kategoriji tal-prestazzjoni 1 u 2 għandhom ikunu konformi mal-valuri minimi tat-temp mogħtija fit-Tabella 1 għall-fażijiet tad-dispaċċ u ta’ waqt ir-rotta tat-titjira tal-HEMS. F’każ li l-kundizzjonijiet tat-temp jinżlu taħt il-valuri minimi mogħtija għall-bażi tas-sħab jew għall-viżibilità matul il-fażi ta’ waqt ir-rotta, il-ħelikopters iċċertifikati biss għal titjiriet bil-VMC, għandhom jabbandunaw it-titjira jew jirritornaw lejn il-bażi. Il-ħelikopters mgħammra u ċċertifikati għall-operazzjonijiet f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi bl-istrument (IMC) jistgħu jabbandunaw it-titjira, jirritornaw lejn il-bażi jew jikkonvertu t-titjira fl-aspetti kollha tagħha għal waħda mwettqa skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR), sakemm l-ekwipaġġ tat-titjira jkun ikkwalifikat b’mod xieraq għal dan.
Tabella 1
Valuri minimi operattivi tal-HEMS
ŻEWĠ (2) BDOTI |
BDOT WIEĦED (1) |
||
BINHAR |
|||
Limitu |
Viżibilità |
Limitu |
Viżibilità |
500 pied u fuqhom |
Kif iddefinit mill-valuri minimi tal-VFR tal-ispazju tal-ajru applikabbli |
500 pied u fuqhom |
Kif iddefinit mill-valuri minimi tal-VFR tal-ispazju tal-ajru applikabbli |
499 sa 400 pied |
1 000 metru (*1) |
499 sa 400 pied |
2 000 metru |
399 sa 300 pied |
2 000 metru |
399 sa 300 pied |
3 000 metru |
BILLEJL |
|||
Bażi tas-sħab |
Viżibilità |
Bażi tas-sħab |
Viżibilità |
1 200 pied (*2) |
2 500 metru |
1 200 pied (*2) |
3 000 metru |
(*1)
Matul il-fażi ta’ waqt ir-rotta, il-viżibilità tista’ titnaqqas għal 800 metru għal perjodi qosra taż-żmien meta l-art tkun tidher, jekk il-ħelikopter ikun immanuvrat f’veloċità li tagħti biżżejjed ċans lil dak li jkun biex jinnota kwalunkwe ostaklu fil-ħin u b’hekk jevita ħabta miegħu.
(*2)
Matul il-fażi ta’ waqt ir-rotta, il-bażi tas-sħab tista’ titnaqqas għal 1 000 pied għal perjodi qosra taż-żmien. |
(b) Il-valuri minimi tat-temp għall-fażijiet tad-dispaċċ u ta’ waqt ir-rotta ta’ titjira tal-HEMS operata fil-kategorija tal-prestazzjoni 3 għandhom ikunu bażi tas-sħab ta’ 600 pied u viżibilità ta’ 1 500 metru. Il-viżibilità tista’ titnaqqas għal 800 metru għal perjodi qosra taż-żmien meta l-art tkun tidher, jekk il-ħelikopter ikun immanuvrat f’veloċità li tagħti biżżejjed ċans lil dak li jkun biex jinnota kwalunkwe ostaklu fil-ħin u b’hekk jevita ħabta miegħu.
SPA.HEMS.125 Rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-operazzjonijiet tal-HEMS
(a) |
L-operazzjonijiet fil-kategorija tal-prestazzjoni 3 m’għandhomx jitwettqu fuq ambjent ostili. |
(b) |
Tlugħ u nżul (1) Il-ħelikopters li jkunu qed iwettqu operazzjonijiet lejn jew minn żona ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali (FATO) fi sptar li jkun jinsab f’ambjent ostili kkonġestjonat u li jintuża bħala bażi operattiva tal-HEMS, għandhom jitħaddmu skont il-kategorija tal-prestazzjoni 1. (2) Il-ħelikopters li jkunu qed iwettqu operazzjonijiet lejn jew minn FATO fi sptar li jkun jinsab f’ambjent ostili kkonġestjonat u li ma jkunx bażi operattiva tal-HEMS, għandhom jitħaddmu skont il-kategorija tal-prestazzjoni 1, ħlief meta l-operatur ikollu approvazzjoni skont il-punt CAT.POL.H.225. (3) Il-ħelikopters li jkunu qed iwettqu operazzjonijiet lejn jew minn sit tal-operat tal-HEMS li jkun jinsab f’ambjent ostili, għandhom jitħaddmu skont il-kategorija tal-prestazzjoni 2 u jkunu eżentati mill-approvazzjoni meħtieġa skont il-punt CAT.POL.H.305(a), sakemm tintwera konformità mal-punti CAT.POL.H.305(b)(2) u (b)(3). (4) Is-sit tal-operat tal-HEMS għandu jkun kbir biżżejjed biex jipprovdi distanza xierqa mill-ostakli kollha. Għall-operazzjonijiet ta’ billejl, is-sit għandu jkun imdawwal biex jippermetti l-identifikazzjoni tas-sit u ta’ kwalunkwe ostaklu li jista’ jkun hemm. |
SPA.HEMS.130 Rekwiżiti tal-ekwipaġġ
(a) |
Għażla. L-operatur għandu jistabbilixxi l-kriterji għall-għażla tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira għall-kompitu tal-HEMS, filwaqt li jqis l-esperjenza preċedenti tagħhom. |
(b) |
Esperjenza. Għall-kmandant li jwettaq it-titjiriet tal-HEMS, il-livell minimu ta’ esperjenza m’għandux ikun ta’ inqas minn:
(1)
jew
(i)
1 000 siegħa bħala bdot fil-kmand/kmandant ta’ inġenju tal-ajru, li 500 siegħa minnhom ikunu bħala bdot fil-kmand/kmandant fuq il-ħelikopters; jew
(ii)
1 000 siegħa bħala kobdot f’operazzjonijiet tal-HEMS, li 500 siegħa minnhom ikunu bħala bdot fil-kmand taħt superviżjoni u 100 siegħa minnhom ikunu bħala bdot fil-kmand/kmandant tal-ħelikopters;
(2)
500 siegħa esperjenza operattiva f’ħelikopters, miksuba f’ambjent operattiv li hu simili għal dak tal-operazzjoni ppjanata; u
(3)
għall-bdoti involuti f’operazzjonijiet ta’ billejl, 20 siegħa ta’ titjir bil-VMC billejl bħala bdot fil-kmand/kmandant. |
(c) |
Taħriġ operattiv. It-twettiq b’suċċess tat-taħriġ operattiv skont il-proċeduri tal-HEMS inklużi fil-manwal tal-operat. |
(d) |
Attività reċenti. Il-bdoti kollha li jwettqu operazzjonijiet tal-HEMS għandhom ikunu wettqu mill-inqas 30 minuta ta’ titjir b’referenza biss għall-istrumenti f’ħelikopter jew f’FSTD matul l-aħħar sitt (6) xhur. |
(e) |
Kompożizzjoni tal-ekwipaġġ.
(1)
Titjira ta’ binhar. L-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ matul il-jum għandu jkun ta’ bdot wieħed u ta’ membru wieħed tal-ekwipaġġ tekniku tal-HEMS.
(i)
Dan jista’ jitnaqqas għal bdot wieħed biss meta:
(A)
f’sit tal-operat tal-HEMS, il-kmandant ikun irid iġib iżjed provvisti mediċi. F’każijiet bħal dawn, il-membru tal-ekwipaġġ tekniku tal-HEMS jista’ jitħalla jgħin lill-persuni li jkunu morda jew imweġġgħin waqt li l-kmandant iwettaq din it-titjira;
(B)
wara l-wasla fis-sit tal-operat tal-HEMS, l-installazzjoni tal-istreċer ma tippermettix lill-membru tal-ekwipaġġ tekniku tal-HEMS milli joqgħod bilqiegħda fis-sit ta’ quddiem; jew
(C)
il-passiġġier mediku jkun jeħtieġ l-għajnuna tal-membru tal-ekwipaġġ tekniku tal-HEMS waqt it-titjira.
(ii)
Fil-każijiet deskritti fil-punt (i), il-valuri minimi operattivi għandhom ikunu hekk kif inhuma ddefiniti mir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli; il-valuri minimi operattivi tal-HEMS mogħtija fit-Tabella 1 fil-punt SPA.HEMS.120 m’għandhomx jintużaw.
(iii)
Huwa biss fil-każ deskritt fil-punt (i)(A) li l-kmandant jista’ jinżel f’sit tal-operat tal-HEMS mingħajr ma l-membru tal-ekwipaġġ tekniku jgħinu mis-sit ta’ quddiem.
(2)
Titjira ta’ billejl. L-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ billejl għandu jkun ta’:
(i)
żewġ bdoti; jew
(ii)
bdot wieħed u membru wieħed tal-ekwipaġġ tekniku tal-HEMS f’żoni ġeografiċi speċifiċi ddefiniti mill-operatur fil-manwal tal-operat, filwaqt li jitqiesu l-affarijiet li ġejjin:
(A)
referenzi xierqa fuq l-art;
(B)
is-sistema li ssegwi t-titjira tul il-perjodu li fih iddum għaddejja l-missjoni tal-HEMS;
(C)
l-affidabbiltà tal-faċilitajiet għar-rappurtar tat-temp;
(D)
il-lista tat-tagħmir minimu tal-HEMS;
(E)
il-kontinwità ta’ kunċett tal-ekwipaġġ;
(F)
il-kwalifiki minimi, it-taħriġ inizjali u t-taħriġ rikorrenti tal-ekwipaġġ;
(G)
il-proċeduri operattivi, inkluża l-koordinazzjoni tal-ekwipaġġ;
(H)
il-valuri minimi tat-temp; u
(I)
kunsiderazzjonijiet addizzjonali minħabba kundizzjonijiet lokali speċifiċi. |
(f) |
Taħriġ u kontrolli tal-ekwipaġġ
|
SPA.HEMS.135 Għoti ta’ informazzjoni lill-passiġġiera mediċi tal-HEMS u lill-persunal l-ieħor tal-HEMS
(a) Passiġġier mediku. Qabel kwalunkwe titjira tal-HEMS, jew serje ta’ titjiriet, il-passiġġiera mediċi għandhom ikunu ngħataw informazzjoni biex ikun żgurat li huma jkunu familjari mal-ambjent tax-xogħol u mat-tagħmir tal-HEMS, li huma jkunu jistgħu jħaddmu t-tagħmir mediku u ta’ emerġenza li jkun hemm abbord u li huma jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-proċeduri tad-dħul u tal-ħruġ normali u ta’ emerġenza.
(b) Persunal tas-servizzi ta’ emerġenza ta’ fuq l-art. L-operatur għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li l-persunal tas-servizzi ta’ emerġenza ta’ fuq l-art ikun familjari mal-ambjent tax-xogħol u mat-tagħmir tal-HEMS u mar-riskji assoċjati mal-operazzjonijiet ta’ fuq l-art f’sit tal-operat tal-HEMS.
(c) Pazjent mediku. Minkejja l-punt CAT.OP.MPA.170, l-għoti ta’ informazzjoni għandu jitwettaq biss jekk il-kundizzjoni medika tal-pazjent tkun tippermetti dan.
SPA.HEMS.140 Informazzjoni u dokumentazzjoni
(a) L-operatur għandu jiżgura li, bħala parti mill-proċess tiegħu ta’ analiżi u ġestjoni tar-riskji, ir-riski assoċjati mal-ambjent tal-HEMS jitnaqqsu billi fil-manwal tal-operat jispeċifika: l-għażla, il-kompożizzjoni u t-taħriġ tal-ekwipaġġi; il-livelli tat-tagħmir u l-kriterji tad-dispaċċ; u l-proċeduri u l-valuri minimi operattivi, hekk li l-operazzjonijiet normali u dawk li x’aktarx mhux se jkunu normali jiġu deskritti u jittaffew b’mod xieraq.
(b) Is-siltiet rilevanti mill-manwal tal-operat għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-organizzazzjoni li għaliha tkun qed issir l-operazzjoni tal-HEMS.
SPA.HEMS.145 Faċilitajiet tal-bażi operattiva tal-HEMS
(a) Jekk il-membri tal-ekwipaġġ ikunu meħtieġa jkunu lesti għal dak kollu li jista’ jinqala’ u jkollhom ħin ta’ reazzjoni ta’ inqas minn 45 minuta, għandhom jingħataw akkomodazzjoni apposta xierqa qrib kull bażi operattiva.
(b) F’kull bażi operattiva, il-bdoti għandhom jingħataw il-faċilitajiet li bihom ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni attwali dwar it-temp kif ukoll it-tbassir tat-temp u huma għandhom jingħataw komunikazzjonijiet sodisfaċenti mal-unità x-xierqa tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS). Għandhom ikunu disponibbli faċilitajiet xierqa għall-ippjanar tal-kompiti kollha.
SPA.HEMS.150 Provvista tal-fjuwil/tal-enerġija — mitigazzjoni
Bħala alternattiva għall-punti CAT.OP.MPA.191(b), (c), u (d), meta l-missjoni tas-servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter (HEMS) titwettaq skont ir-regoli tat-titjir viżwali (VFR) f’żona ġeografika lokali u ddefinita, il-politika dwar il-fjuwil/l-enerġija għandha tiżgura li mat-tlestija tal-missjoni, il-fjuwil/l-enerġija finali ta’ riżerva tkun biżżejjed għal:
30 minuta ta’ titjir b’veloċità ta’ awtonomija massima (best-range); jew
20 minuta ta’ titjir b’veloċità ta’ awtonomija massima matul il-jum, meta l-operazzjoni ssir f’żona li tipprovdi siti tal-operat kontinwi u adattati.
SPA.HEMS.155 Mili tal-fjuwil bil-passiġġieri abbord
Għandha tiġi pprovduta proċedura ta’ mili tal-fjuwil bir-rotors weqfin jew bir-rotors iduru f’konformità mal-punt CAT.OP.MPA.200 “Mili jew tneħħija speċjali tal-fjuwil tal-inġenju tal-ajru”.
SUBPARTI K
OPERAZZJONIJIET LIL HINN MILL-KOSTA BIL-ĦELIKOPTER
SPA.HOFO.100 Operazzjonijiet lil hinn mill-kosta bil-ħelikopter (HOFO)
Ir-rekwiżiti ta' din is-Subparti japplikaw għal:
operatur tat-trasport kummerċjali bl-ajru li għandu AOC validu f'konformità mal-Parti-ORO;
operatur ta' operazzjonijiet speċjalizzati li jkun iddikjara l-attività tiegħu skont il-Parti-ORO; jew
operatur ta' operazzjonijiet mhux kummerċjali li jkun iddikjara l-attività tiegħu skont il-Parti-ORO;
SPA.HOFO.105 Approvazzjoni għal operazzjonijiet lil hinn mill-kosta b'ħelikopter
L-operatur trid tinħariġlu approvazzjoni speċifika mill-awtorità kompetenti qabel ma jidħol għal operazzjonijiet f'din is-Subparti.
Sabiex jikseb approvazzjoni bħal din, l-operatur għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti kif speċifikat fi SPA.GEN.105, u għandu juri li huwa konformi mar-rekwiżiti ta' din is-Subparti.
L-operatur, qabel ma jwettaq operazzjonijiet minn Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru li minnu nħarġet l-approvazzjoni fil-punt (a), għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żewġ Stati Membri bl-operazzjoni ppjanata.
SPA.HOFO.110 Proċeduri operazzjonali
L-operatur, bħala parti mill-proċess tal-ġestjoni tas-sikurezza tiegħu, għandu jtaffi u jimminimizza r-riskji u l-perikli speċifiċi għall-operazzjonijiet lil hinn mill-kosta b'ħelikopter. L-operatur għandu jispeċifika fil-manwal tal-operazzjonijiet:
l-għażla, il-kompożizzjoni u t-taħriġ tal-ekwipaġġi;
id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-persunal involut;
it-tagħmir meħtieġ u l-kriterji tad-dispaċċ; kif ukoll
il-proċeduri u l-valuri minimi operazzjonali, b'mod li l-operazzjonijiet normali u dawk li x'aktarx mhux se jkunu normali jiġu deskritti u jittaffew b'mod xieraq.
L-operatur għandu jiżgura li:
jitħejja pjan operazzjonali tat-titjira qabel kull titjira;
it-tgħarrif dwar is-sikurezza tal-passiġġieri jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni speċifika dwar punti relatati lil hinn mill-kosta u jingħata qabel ma l-passiġġieri jitilgħu abbord l-inġenju tal-ajru;
kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jilbes libsa ta' sopravivenza approvata:
meta r-rapport jew it-tbassir tat-temp għad-disponibbiltà tal-bdot fil-kmand/il-kmandant jindikaw li t-temperatura tal-baħar se tkun taħt il-10 °C matul it-titjira. jew
meta l-ħin stmat għas-salvataġġ ikun jaqbez il-ħin ikkalkulat ta' sopravivenza; jew
meta t-titjira hi ppjanata li ssir billejl f'ambjent ostili;
fejn stabbilita, tiġi segwita l-istruttura tar-rotta lil hinn mill-kosta pprovduta mill-ATS xierqa;
il-bdoti jagħmlu l-aħjar użu tas-sistemi awtomatiċi tal-kontroll tat-titjira (AFCS) matul it-titjira;
profili speċifiċi dwar l-avviċinament lil hinn mill-kosta huma stabbiliti, inklużi parametri għal avviċinament stabbli u l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed jekk avviċinament isir instabbli;
għal operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed, hemm proċeduri fis-seħħ għal membru tal-ekwipaġġ tat-titjira biex jimmonitorja l-istrumenti tat-titjira matul it-titjira lil hinn mill-kosta, speċjalment matul l-avviċinament jew it-tluq, biex jiġi żgurat li tinżamm ir-rotta sikura ta' titjira;
l-ekwipaġġ tat-titjira tieħu azzjoni immedjata u xierqa meta tiġi attivata twissija tal-għoli;
hemm proċeduri fis-seħħ li jeħtieġu sistemi ta' emerġenza għall-ifflowtjar biex jiġu armati, meta jkun sikur li jsir hekk, għal kull wasla u tluq fuq l-ilma; kif ukoll
l-operazzjonijiet jitwettqu skont kwalunkwe restrizzjoni fuq ir-rotot jew fuq iż-żoni tal-operazzjonijiet li jkunu speċifikati mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità kompetenti responsabbli għall-ispazju tal-ajru.
SPA.HOFO.115 Użu tal-postijiet lil hinn mill-kosta
L-operatur għandu juża biss postijiet li jinsabu lil hinn mill-kosta li jkunu xierqa fir-rigward tad-daqs u l-massa tat-tip ta' ħelikopter u tal-operazzjonijiet ikkonċernati.
SPA.HOFO.120 Għażla tal-ajrudromi u tas-siti tal-operazzjonijiet
Ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni fuq l-art. Minkejja l-punti CAT.OP.MPA.192, NCC.OP.152 u SPO.OP.151, il-bdot fil-kmand/il-kmandant ma għandux għalfejn jispeċifika ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni fil-pjan operattiv tat-titjira meta jwettaq titjiriet minn post lil hinn mill-kosta lejn ajrudrom tad-destinazzjoni fuq l-art dment li jkun hemm biżżejjed kontinġenza operattiva fis-seħħ biex jiġi żgurat ritorn sikur minn fuq il-baħar.
Pjattaforma alternattiva għall-ħelikopters ta' destinazzjoni lil hinn mill-kosta. L-operatur jista' jagħżel pjattaforma alternattiva għall-ħelikopters ta' destinazzjoni lil hinn mill-kosta meta jiġu applikati l-kriterji li ġejjin:
pjattaforma alternattiva għall-ħelikopters ta' destinazzjoni lil hinn mill-kosta għandha tintuża biss wara punt ta' ebda ritorn (PNR) f'każ li ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni fuq l-art ma jkunx ġeografikament disponibbli. Qabel il-PNR, għandhom jintużaw ajrudromi alternattivi tad-destinazzjoni fuq l-art.
Inżul b'magna waħda wieqfa (OEI) għandu jkun jista' jitwettaq fuq il-pjattaforma alternattiva għall-ħelikopters ta' destinazzjoni lil hinn mill-kosta.
Sa fejn ikun possibbli, għandha tkun iggarantita d-disponibbiltà tal-pjattaforma għall-ħelikopters qabel il-PNR. Id-dimensjonijiet, il-konfigurazzjoni u d-distanza mill-ostakli ta' kull pjattaforma individwali għall-ħelikopters jew ta' siti oħrajn għandhom ikunu adattati għall-użu tagħhom bħala pjattaforma alternattiva għall-ħelikopters għal kull tip ta' ħelikopter li qed jiġi propost li jintuża.
Għandhom ikunu stabbiliti l-valuri minimi tat-temp filwaqt li jitqiesu l-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni metereoloġika.
Il-MEL għandu jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi għal din it-tip ta' operazzjoni.
Pjattaforma alternattiva għall-ħelikopters ta' destinazzjoni lil hinn mill-kosta għandha tintgħażel biss jekk l-operatur ikun stabbilixxa proċedura fil-manwal tal-operazzjonijiet.
SPA.HOFO.125 Proċeduri ta’ avviċinament standard lil hinn mill-kosta (OSAPs)
Operatur għandu jistabbilixxi proċeduri biex jiżgura li l-proċeduri ta’ avviċinament standard lil hinn mill-kosta (OSAPs) jiġu segwiti biss jekk:
il-ħelikopter ikun kapaċi jipprovdi informazzjoni dwar l-ambjent tan-navigazzjoni u tal-ostakli f’ħin reali għad-distanza mill-ostakli; u
jew:
l-għoli minimu tal-inżul (MDH) jiġi ddeterminat minn altimetru bir-radju jew minn apparat li jipprovdi prestazzjoni ekwivalenti; jew
tiġi applikata l-altitudni minima tal-inżul (MDA) u din tinkludi marġni adegwat.
Jekk l-operatur isegwi l-OSAPs lejn pjattaformi (“rigs”) jew bastimenti fi tranżitu, it-titjira għandha titwettaq f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed.
Il-medda tad-deċiżjoni għandha tipprovdi distanza xierqa mill-ostakli fl-avviċinament mhux milħuq minn kwalunkwe destinazzjoni li għaliha jkun ippjanat OSAP.
L-avviċinament għandu jitkompla biss lil hinn mill-medda tad-deċiżjoni jew taħt l-altitudni/l-għoli minimu tal-inżul (MDA/H) meta tkun ġiet stabbilita referenza viżwali lejn id-destinazzjoni.
Għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed, għandhom jiżdiedu ż-żidiet ix-xierqa mal-MDA/H u mal-medda tad-deċiżjoni.
Meta OSAP jiġi segwit għal post lil hinn mill-kosta li ma jiċċaqlaqx (jiġifieri installazzjoni fissa jew bastiment fl-irmiġġ) u fis-sistema ta’ navigazzjoni tkun disponibbli pożizzjoni tal-GNSS affidabbli għal dak il-post, is-sistema tal-GNSS/is-sistema ta’ navigazzjoni ta’ żona għandhom jintużaw biex isaħħu s-sigurtà tas-sistema OSAP.
L-operatur għandu jinkludi l-OSAPs fil-programmi ta’ taħriġ u ta’ kontroll inizjali u rikorrenti tiegħu.
SPA.HOFO.130 Kundizzjonijiet meteoroloġiċi
Minkejja CAT.OP.MPA.247, NCC.OP.180 u SPO.OP.170, waqt titjir bejn postijiet lil hinn mill-kosta li jkunu jinsabu fi spazju tal-ajru tal-kategorija G fejn il-parti tat-titjira li tkun qed issir fuq l-ilma tkun ta' inqas minn 10 mili nawtiċi, it-titjiriet skont il-VFR jistgħu jitwettqu meta l-limiti jkunu fil-livelli li ġejjin, jew f'livelli ogħla minnhom:
Valuri minimi għal titjir bejn postijiet lil hinn mill-kosta li jkunu jinsabu fi spazju tal-ajru tal-kategorija G
|
Binhar |
Billejl |
||
|
Għoli (1) |
Viżibbiltà |
Għoli (1) |
Viżibbiltà |
Bdot wieħed |
300 pied |
3 km |
500 pied |
5 km |
Żewġ bdoti |
300 pied |
2 km (2) |
500 pied |
5 km (3) |
(1)
Il-bażi tas-sħab għandha tippermetti li jsir it-titjir fl-għoli speċifikat, 'il barra mis-sħab u 'l isfel minnu.
(2)
Il-ħelikopters jistgħu jitħaddmu f'viżibbiltà tat-titjir imnaqqsa sa 800 metru, dejjem jekk id-destinazzjoni jew struttura intermedja tkun viżibbli l-ħin kollu.
(3)
Il-ħelikopters jistgħu jitħaddmu f'viżibbiltà tat-titjir imnaqqsa sa 1 500 metru, dejjem jekk id-destinazzjoni jew struttura intermedja tkun viżibbli l-ħin kollu. |
SPA.HOFO.135 Limitazzjonijiet għall-operazzjonijiet lejn postijiet lil hinn mill-kosta
Operazzjoni lejn post lil hinn mill-kosta għandha titwettaq biss meta l-veloċità tar-riħ fil-pjattaforma għall-ħelikopters tkun irrappurtata bħala mhux aktar minn 60 mili nawtiċi inklużi l-buffuri.
SPA.HOFO.140 Rekwiżiti dwar il-prestazzjoni f'postijiet lil hinn mill-kosta
Il-ħelikopters li jitilqu minn u jinżlu f'postijiet li jinsabu lil hinn mill-kosta għandhom jiġu operati skont ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-Anness xieraq skont it-tip ta' operazzjoni.
SPA.HOFO.145 Sistema ta' monitoraġġ tad-dejta tat-titjir (FDM)
Meta jkun qiegħed iwettaq operazzjonijiet CAT b'ħelikopter mgħammar b'reġistratur tad-dejta tat-titjira, l-operatur għandu jistabbilixxi u jżomm sistema ta' FDM, bħala parti mis-sistema integrata tal-ġestjoni tiegħu, sal-1 ta' Jannar 2019.
Is-sistema FDM li ma gћandhiex tkun waħda punittiva u gћandu jkollha protezzjoni adegwata biex jitħares/jitħarsu s-sors(i) tad-dejta.
SPA.HOFO.150 Sistema ta' traċċar tal-inġenji tal-ajru
Operatur għandu jistabbilixxi u jżomm sistema ta' traċċar tal-inġenji tal-ajru mmonitorjata għall-operazzjonijiet lil hinn mill-kosta f'ambjent ostili minn meta l-inġenju tal-ajru jitlaq sakemm dan jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu.
SPA.HOFO.155 Sistema tal-monitoraġġ tas-saħħa bil-vibrazzjonijiet (VHM)
Il-ħelikopters li ġejjin li jwettqu operazzjonijiet CAT lil hinn mill-kosta f'ambjent ostili, għandhom ikunu mgħammra b'sistema VHM kapaċi timmonitorja l-istatus tar-rotor kritiku u tas-sistemi tad-drive tar-rotor sal-1 ta' Jannar 2019:
ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni li jkun inħarġilhom Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà (CofA) individwali għall-ewwel darba wara l-31 ta' Diċembru 2016;
il-ħelikopters kollha b'konfigurazzjoni massima operattiva ta' sits tal-passiġġieri (MOPSC) ta' iktar minn 9 li jkun inħarġilhom CofA qabel l-1 ta' Jannar 2017;
il-ħelikopters kollha li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba wara l-31 ta' Diċembru 2018;
l-operatur għandu jkollu sistema biex:
jiġbor id-dejta inklużi avviżi maħluqa mis-sistema;
janalizza u jiddetermina s-servizz tal-komponent; kif ukoll
iwieġeb għan-nuqqasijiet inizjali li jinqabdu.
SPA.HOFO.160 Rekwiżiti tat-tagħmir
L-operatur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tat-tagħmir li ġejjin:
Sistema għall-Avviżi lill-Pubbliku (AP) fil-ħelikopters tintuża għall-operazzjonijiet CAT u operazzjonijiet mhux kummerċjali b'ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni (NCC):
Ħelikopters b'konfigurazzjoni massima operattiva ta' sits tal-passiġġieri (MOPSC) ta' iktar minn 9 għandhom ikunu mgħammra b'sistema tal-PA.
Ħelikopters li jkollhom MOPSC ta' 9 jew inqas ma għandhomx bżonn jiġu mgħammra b'sistema tal-PA jekk l-operatur jista' juri li l-vuċi tal-bdot tkun tinftiehem mis-sits kollha tal-passiġġieri f'titjira.
Altimetru bir-radju
Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b'altimetru bir-radju li jkun kapaċi jitfa' ħoss ta' twissija taħt għoli stabbilit minn qabel u juri twissija viżwali f'għoli li jista' jingħażel mill-bdot.
Ħruġ ta' emerġenza
Kull ħruġ tal-emerġenza, inkluż il-ħruġ tal-emerġenza tal-ekwipaġġ, u kwalunkwe bibien, twieqi u ftuħ ieħor li huwa adattat bħala ħruġ tal-emerġenza, u l-mezzi biex jinfetħu bihom, għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar biex jipprovdu gwida lill-persuni abbord li jużawhom fid-dawl tax-xemx jew fid-dlam. Dawn il-marki għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jibqgħu jidhru f'każ li l-ħelikopter jinqaleb ta' taħt fuq jew il-kabina tkun taħt wiċċ il-baħar.
Sistema ta' twissija u ta' għarfien tat-terren għall-ħelikopters (HTAWS)
Ħelikopters użati għal operazzjonijiet CAT b'massa massima tat-tluq ċertifikata ta' iktar minn 3 175 kg jew MOPSC ta' iktar minn 9 u li tkun inħarġitilhom CofA individwali għall-ewwel darba wara l-31 ta' Diċembru 2018, għandhom jiġu mgħammra b'HTAWS li tissodisfa r-rekwiżiti tat-tagħmir tal-Kategorija A, kif speċifikat fi standard aċċettabbli.
SPA.HOFO.165 Proċeduri u tagħmir addizzjonali għal operazzjonijiet f'ambjent ostili
(a) Ġkieket tas-salvataġġ
Il-ġkieket tas-salvataġġ approvati għandhom jintlibsu l-ħin kollu mill-persuni kollha abbord sakemm ma jintlibisx ilbies ta' sopravivenza integrat li jkun jissodisfa r-rekwiżiti kkombinati tal-ilbies ta' sopravivenza u tal-ġkieket tas-salvataġġ.
(b) Ilbies ta' sopravivenza
Il-passiġġieri kollha abbord għandhom jilbsu libsa ta' sopravivenza approvata:
meta r-rapport jew it-tbassir tat-temp għad-disponibbiltà tal-bdot fil-kmand/tal-kmandant jindikaw li t-temperatura tal-baħar se tkun taħt il-+ 10 °C matul it-titjira. jew
meta l-ħin stmat għas-salvataġġ ikun jaqbez il-ħin ikkalkulat ta' sopravivenza; jew
meta t-titjira hi ppjanata li ssir billejl.
(c) Sistema tat-teħid tan-nifs ta' emerġenza
Il-persuni kollha abbord għandhom iġorru u jingħataw istruzzjonijiet dwar l-użu tas-sistemi tat-teħid tan-nifs ta' emerġenza.
(d) Ċattri tas-salvataġġ
(1) Iċ-ċattri tas-salvataġġ kollha li jkunu qed jinġarru għandhom ikunu installati b'tali mod li jkunu jistgħu jintużaw fil-kundizzjonijiet tal-baħar li fihom ikunu ġew evalwati l-karatteristiċi tal-inżul ta' emerġenza, tal-għawm f'wiċċ l-ilma u tat-“trim” tal-ħelikopter.
(2) Iċ-ċattri tas-salvataġġ kollha li jinġarru għandhom ikunu installati b'tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħhom f'każ ta' emerġenza.
(3) L-għadd ta' ċattri tas-salvataġġ installati:
fil-każ ta' ħelikopter li jkun qed iġorr inqas minn 12-il persuna, tal-inqas ċattra waħda tas-salvataġġ b'kapaċità mkejla ta' mhux inqas mill-għadd massimu ta' persuni abbord; jew
fil-każ ta' ħelikopter li jkun qed iġorr iktar minn 11-il persuna, tal-inqas żewġ ċattri tas-salvataġġ, biżżejjed biex jakkomodaw il-persuni kollha li jistgħu jinġarru abbord u, jekk tintilef waħda, iċ-ċattri tas-salvataġġ li jibqa' jkollhom il-kapaċità ta' tagħbija żejda suffiċjenti biex takkomoda l-persuni kollha fuq ħelikopter.
(4) Kull ċattra tas-salvataġġ għandu jkun fiha tal-inqas trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) wieħed; kif ukoll
(5) Kull ċattra tas-salvataġġ għandu jkun fiha tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għat-titjira li tkun se titwettaq.
(e) Dawl ta' emerġenza fil-kabina
il-ħelikopter għandu jkun mgħammar b'sistema ta' dawl tal-emerġenza li jkollha provvista tal-enerġija indipendenti, sabiex tipprovdi sors ta' tidwil ġenerali tal-kabina ħalli titħaffef l-evakwazzjoni tal-ħelikopter;
(f) Trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza skjerabbli b'mod awtomatiku (ELT (AD))
Il-ħelikopter għandu jkunu mgħammra b'ELT (AD) li jkun kapaċi jittrażmetti simultanjament fuq 121.5 MHz u fuq 406 MHz.
(g) Imblukkar ta' bibien li ma jkunux jistgħu jintremew
Il-bibien li ma jkunux jistgħu jintremew u li jkunu ddisinjati bħala ħruġ ta' emerġenza f'każ ta' nżul ta' emerġenza għandu jkollhom mezz biex jinżammu miftuħin, sabiex ma jfixklux il-ħruġ tal-okkupanti fil-kundizzjonijiet kollha tal-baħar, sal-kundizzjonijiet tal-baħar massimi meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-inżul ta' emerġenza u tal-għawm f'wiċċ l-ilma.
(h) Ħruġ ta' emerġenza u bibien tal-evakwazzjoni
Kull ħruġ ta' emerġenza, inkluż il-ħruġ ta' emerġenza tal-ekwipaġġ, u kwalunkwe bibien u twieqi jew ftuħ ieħor fil-kompartiment tal-passiġġieri addattat għall-iskop ta' evakwazzjoni taħt l-ilma, għandhom ikunu mgħammra b'tali mod li jkunu jistgħu jintużaw f'emerġenza.
(i) |
Minkejja l-punti (a), (b) u (c) ta' hawn fuq, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji, l-operatur jista' jippermetti lill-passiġġieri, medikament diżabbli f'post lil hinn mill-kosta, li jilbsu parzjalment jew ma jilbsux ġkieket tas-salvataġġ, ilbies ta' sopravivenza, jew sistemi għat-teħid tan-nifs b'emerġenza fuq titjiriet bir-ritorn jew titjiriet bejn postijiet li jinsabu lil hinn mill-kosta. |
SPA.HOFO.170 Rekwiżiti tal-ekwipaġġ
L-operatur għandu jistabbilixxi:
il-kriterji għall-għażla tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira, filwaqt li jqis l-esperjenza tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira;
livell ta' esperjenza minimu għal kaptan/għal bdot fil-kmand li jkun beħsiebu jwettaq operazzjonijiet lil hinn mill-kosta; kif ukoll
programm ta' taħriġ u kontrolli għall-ekwipaġġ tat-titjira li kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jkun lesta b'suċċess. Programm bħal dan għandu jiġi adattat għall-ambjent lil hinn mill-kosta u jinkludi l-proċeduri normali, anormali u l-proċeduri ta' emerġenza, il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ, id-dħul tal-ilma baħar u taħriġ ta' sopravivenza.
Rekwiżiti dwar l-aġġornament
Bdot għandu jopera ħelikopter li jkun qed iġorr passiġġieri biss:
f'postijiet li jinsabu lil hinn mill-kosta, bħala l-kmandant jew il-bdot fil-kmand meta fid-90 jum ta' qabel ikun wettaq mill-inqas 3 telgħat, tluq, avviċinament u nżul billejl f'post lil hinn mill-kosta b'ħelikopter tal-istess tip jew b'simulatur ta' titjira sħiħa (FFS) li jirrappreżenta dak it-tip. jew
bħala l-kmandant/il-bdot fil-kmand jew il-kobdot billejl f'postijiet lil hinn mill-kosta meta fid-90 jum ta' qabel ikun wettaq mill-inqas 3 telgħat, tluq, avviċinament u nżul billejl f'post lil hinn mill-kosta b'ħelikopter tal-istess tip jew FFS li jirrappreżenta dak it-tip.
It-3 telgħat u nżul għandhom isiru f'operazzjoni bi bdot wieħed jew aktar, skont l-operazzjoni li għandha ssir;
Rekwiżiti speċifiċi għall-CAT
Il-perjodu ta' 90 jum ippreżentat fil-punti (b)(1) u (2) hawn fuq, jista' jiġi estiż sa 120 jum sakemm il-bdot iwettaq titjir tal-linja tal-ajru taħt is-sorveljanza ta' għalliem jew eżaminatur ta' klassifika tat-tip.
Meta l-bdot ma jikkonformax mar-rekwiżiti f'(1), għandu jlesti titjira ta' taħriġ f'ħelikopter jew FFS tat-tip ta' ħelikopter li għandu jintuża, li għandha tinkludi mill-inqas ir-rekwiżiti deskritti f'(b)(1) u (2) qabel ma jkun jista' jeżerċita l-privileġġi tiegħu.
SUBPARTI L
OPERAZZJONIJIET TA' AJRUPLANI B'MAGNA WAĦDA BIT-TURBINI BILLEJL JEW F'KUNDIZZJONIJIET METEOROLOĠIĊI TAL-ISTRUMENT (SET-IMC)
Operazzjonijiet SPA.SET-IMC.100 SET-IMC
F'operazzjonijiet ta' trasport kummerċjali bl-ajru (CAT), ajruplani b'magna waħda bit-turbini għandhom jiġu operati biss billejl jew f'IMC jekk l-operatur ikun ingħata approvazzjoni SET-IMC mill-awtorità kompetenti.
L-approvazzjoni tal-operazzjonijiet SPA.SET-IMC.105 SET-IMC
Sabiex tinkiseb approvazzjoni SET-IMC mingħand l-awtorità kompetenti, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew issodisfati:
livell aċċettabbli ta' affidabilità tal-magna bit-turbini jkun miksub fis-servizz tal-flotta dinjija għall-kombinazzjoni partikulari tal-qafas/magna tal-inġenju tal-ajru;
ġew stabbiliti struzzjonijiet speċifiċi tal-manutenzjoni u proċeduri biex jiġu żgurati l-livelli intenzjonati tal-ajrunavigabbiltà kontinwa u tal-affidabilità tal-ajruplan u tas-sistema ta' propulsjoni tiegħu u dawn ġew inklużi fil-programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru tal-operatur skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, inklużi dawn kollha li ġejjin:
programm ta' monitoraġġ tat-tendenzi tal-magni, ħlief għall-ajruplani li jkunu ngħataw ċertifikat individwali ta' ajrunavigabbiltà l-ewwel darba wara l-31 ta' Diċembru 2004, li jkollhom sistema awtomatika ta' monitoraġġ tat-tendenzi;
programm ta' affidabilità tas-sistemi ta' propulsjoni u tas-sistemi assoċjati;
ġew stabbiliti l-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tat-titjira u programm ta' taħriġ/kontrolli għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li huma involuti f'dawn l-operazzjonijiet;
ġew stabbiliti proċeduri operattivi li jispeċifikaw dawn kollha li ġejjin:
it-tagħmir li għandu jinġarr, inklużi l-limitazzjonijiet operattivi tiegħu u l-annotazzjonijiet xierqa tiegħu fl-MEL;
l-ippjanar tat-titjira;
il-proċeduri normali;
il-proċeduri ta' kontinġenza, inklużi l-proċeduri ta' wara falliment tas-sistema ta' propulsjoni, kif ukoll proċeduri ta' nżul ta' emergenza f'kull tip ta' temp;
il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-inċidenti.
ġiet imwettqa valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza, inkluża d-determinazzjoni ta' perjodu aċċettabbli ta' riskju jekk operatur ikun bi ħsiebu jagħmel użu minnu.
Rekwiżiti tat-tagħmir SPA.SET-IMC.110 għall-operazzjonijiet SET-IMC
L-ajruplani li jintużaw għal operazzjonijiet SET-IMC kollha għandhom ikunu mgħammra b'dan l-apparat li ġej:
żewġ sistemi separati tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, kull waħda kapaċi tipprovdi biżżejjed qawwa lill-istrumenti essenzjali kollha tat-titjira tal-ajruplan, lis-sistemi ta' navigazzjoni u lis-sistemi meħtieġa għat-tkomplija ta' titjira lejn id-destinazzjoni jew l-ajrudrom alternattiv;
żewġ indikaturi tal-attitudni, b'enerġija minn sorsi indipendenti;
għall-operati tal-passiġġieri, irbit tas-sikurezza fuq l-ispalla jew ċintorin tas-sigurtà bi strixxa djagonali fuq l-ispalla għal kull siġġu tal-passiġġiera;
tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord;
f'ajruplan bi pressjoni, biżżejjed ossiġenu supplimentari għall-okkupanti kollha li jippermetti l-inżul, wara ħsara fil-magna bl-altitudni massima ta' titjir f'veloċità regolari ċċertifikata, bl-aħjar medda ta' veloċità tal-igglajdjar u bl-aħjar konfigurazzjoni tal-igglajdjar, jekk wieħed jassumi r-rata massima ta' tnixxija mill-kabina, sakemm jintlaħqu l-altitudnijiet tal-kabina li jistgħu jinżammu taħt it-13 000 pied;
sistema ta' navigazzjoni taż-żona li tista' tiġi pprogrammata bil-pożizzjonijiet tas-siti tal-iżbark u li tkun gwida laterali lill-ekwipaġġ tat-titjira biex jilħqu dawk is-siti;
altimetru tar-radju;
dawl għall-inżul, kapaċi li jdawwal il-punt tal-illandjar fuq il-passaġġ tal-inżul bl-ajruplan mitfi minn 200 pied 'il bogħod;
sistema ta' provvista tal-elettriku f'emerġenza b'biżżejjed kapaċità u reżistenza li tkun kapaċi tipprovdi l-enerġija, wara l-qtugħ fil-provvista tal-enerġija ġġenerata kollha, lit-tagħbijiet addizzjonali meħtieġa għal dawn kollha li ġejjin:
l-istrumenti essenzjali tat-titjira u tan-navigazzjoni taż-żona matul l-inżul minn altitudni operattiva massima wara ħsara fil-magna;
il-mezzi li jipprovdu tentattiv wieħed biex terġa' tibda taħdem il-magna;
fejn xieraq, l-estensjoni ta' tagħmir għall-inżul u flaps;
l-użu tal-altimetru tar-radju matul l-avviċinament għall-inżul;
id-dawl għall-inżul;
pitot heater wieħed;
jekk jiġu installati, il-mezzi elettriċi li jagħtu biżżejjed protezzjoni kontra l-indeboliment tal-viżjoni tal-bdot għall-inżul;
sistema tal-ignixin li tiġi attivata awtomatikament, jew li hija kapaċi li tiġi operata manwalment, għat-tlugħ, l-inżul, u matul it-titjira, f'umdità viżibbli;
mezz ta' monitoraġġ kontinwu tas-sistema ta' lubrikazzjoni ta' motopropulsjoni biex tinstab il-preżenza ta' residwi assoċjati mal-falliment imminenti ta' komponent ta' sistema tal-mototrażmissjoni, inkluża indikazzjoni ta' attenzjoni tal-kabina tal-ekwipaġġ;
apparat ta’ kontroll tal-qawwa tal-magna tal-emerġenza li jippermetti l-operar kontinwu tal-magna f’medda tal-potenza suffiċjenti biex tkun tista’ ssir it-titjira f’każ ta’ kwalunkwe ħsara probabbli, b’mod raġonevoli, tal-unità ta’ kontroll tal-fjuwil/tal-enerġija.
SUBPARTI M
ELECTRONIC FLIGHT BAGS (EFBs)
SPA.FB.100 Użu tal-electronic flight bags (EFBs) — approvazzjoni operattiva
Operatur tat-trasport kummerċjali bl-ajru għandu juża applikazzjoni tat-tip B EFB biss jekk l-operatur ikun ingħata approvazzjoni mill-awtorità kompetenti għal dan l-użu.
Sabiex tinkiseb approvazzjoni operattiva mill-awtorità kompetenti għall-użu ta' applikazzjoni tat-tip B EFB, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li:
twettqet valutazzjoni tar-riskju relatata mal-użu tat-tagħmir EFB li jospita l-applikazzjoni u mal-applikazzjoni EFB u l-funzjoni(jiet) assoċjata(i) tiegħu, li tidentifika r-riskji assoċjati u li jiġi żgurat li dawn qed jiġu ġestiti u mmitigati kif xieraq;
l-interfaċċi bniedem-magna tat-tagħmir EFB u tal-applikazzjoni EFB ġew ivvalutati skont il-prinċipji tal-fatturi umani;
stabbilixxa sistema ta' amministrazzjoni tal-EFB u li l-proċeduri u r-rekwiżiti ta' taħriġ għall-amministrazzjoni u l-użu tat-tagħmir EFB u tal-applikazzjoni EFB ġew stabbiliti u implimentati; dawn għandhom jinkludu proċeduri għal:
l-operat tal-EFB;
il-ġestjoni ta' bidliet lill-EFB;
il-ġestjoni tad-data tal-EFB;
il-manutenzjoni tal-EFB; u
is-sigurtà tal-EFB;
il-pjattaforma ospitanti EFB hija adattata għall-użu maħsub tal-applikazzjoni EFB.
Din iprova għandha tkun speċifika għall-applikazzjoni EFB u għall-pjattaforma ospitanti EFB li fuqha hija installata l-applikazzjoni.
SUBPARTI N
AVVIĊINAMENTI U TLUQ MILL-PUNT FI SPAZJU TAL-ĦELIKOPTERS B’MINIMI TAL-VFR IMNAQQSA (PINS-VFR)
SPA.PINS-VFR.100 Avviċinamenti ta’ punt fi spazju (PinS) tal-ħelikopters u tluq b’minimi tal-VFR imnaqqsa
L-operatur għandu juża biss minimi operattivi tal-VFR imnaqqsa jekk l-operatur ikun ingħata approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.
Il-minimi operattivi tal-VFR imnaqqsa għandhom japplikaw biss għal titjira bil-ħelikopter li tinkludi parti li jsir titjir fiha skont l-IFR, u f’wieħed mill-każijiet li ġejjin biss:
il-parti tat-titjira li titwettaq skont il-VFR isseħħ minnufih wara avviċinament tal-PinS tal-ħelikopters bl-intenzjoni ta’ inżul f’ħeliport jew f’sit tal-operat fil-qrib;
il-parti tat-titjira li ssir skont il-VFR isseħħ minnufih wara avviċinament tal-PinS tal-ħelikopters bl-intenzjoni li jitwettqu operazzjonijiet ta’ rfigħ f’sit tal-HEC jew tal-HHO fil-qrib;
il-parti tat-titjira li titwettaq skont il-VFR huwa tluq bl-intenzjoni ta’ tranżizzjoni lejn l-IFR f’punt ta’ tluq inizjali fil-qrib.
L-operatur għandu jiddefinixxi l-proċeduri operattivi li huma applikabbli meta jtir b’minimi operattivi tal-VFR imnaqqsa.
L-operatur għandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira jkunu esperjenzati u mħarrġa sabiex joperaw b’minimi operattivi tal-VFR imnaqqsa.
ANNESS VI
OPERAZZJONIJIET MHUX KUMMERĊJALI BL-AJRU B’INĠENJI TAL-AJRU KUMPLESSI U LI JAĦDMU BIL-MAGNI
[Il-PARTI-NCC]
IS-SUBPARTI A
REKWIŻITI ĠENERALI
NCC.GEN.100 Awtorità kompetenti
L-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-operatur għandu s-sede prinċipali tiegħu, huwa stabbilit jew jirrisjedi.
NCC.GEN.105 Responsabbiltajiet tal-ekwipaġġ
(a) Il-membru tal-ekwipaġġ għandu jkun responsabbli għat-twettiq tajjeb tal-kompiti tiegħu li huma:
relatati mas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-okkupanti tiegћu; kif ukoll
speċifikati fl-istruzzjonijiet u l-proċeduri mogħtija fil-manwal tal-operat.
(b) Waqt il-fażijiet kritiċi tat-titjira jew kull meta jitqies neċessarju mill-bdot fil-kmand fl-interess tas-sikurezza, il-membru tal-ekwipaġġ għandu jkun bilqiegħda fil-post assenjat tiegħu/tagħha u ma għandu jwettaq l-ebda attività minbarra dawk meћtieġa gћat-tћaddim sikur tal-ajruplan.
(c) Matul it-titjira, il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jżomm iċ-ċintorin tas-sigurtà tiegћu/tagћha maqful waqt li jkun f’postu.
(d) Matul it-titjira, mill-inqas membru ikkwalifikat wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jibqa’ fil-kmand tal-inġenju tal-ajru f’kull ħin.
(e) Il-membru tal-ekwipaġġ ma għandux iwettaq kompiti fuq inġenju tal-ajru:
jekk ikun jaf jew jissuspetta li qed ibati minn gћeja kbira, kif imsemmi fil-punt 7.f tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew jekk ma jkunx jiflaħ, tant li t-titjira tista’ tiġi pperikolata; jew
meta jkun taħt l-influwenza ta' sustanzi psikoattivi jew għal raġunijiet oħra kif imsemmi fil-punt 7.g tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
(f) Il-membru tal-ekwipaġġ li jwettaq kompiti ta’ aktar minn operatur wieħed għandu:
iżomm rekords individwali tiegħu rigward il-ħinijiet tat-titjir u tas-servizz u l-perjodi tal-mistrieħ kif imsemmija fl-Anness III (Parti-ORO), is-Subparti FTL tar-Regolament (UE) Nru 965/2012; kif ukoll
jagħti lil kull operatur id-dejta meħtieġa sabiex jiskeda l-attivitajiet skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-FTL.
(g) Il-membru tal-ekwipaġġ għandu jirrapporta lill-bdot fil-kmand:
kwanlunkwe ћsara, nuqqas, nuqqas ta’ funzjonament jew difett li jemmen li jista’ jaffettwa l-ajrunavigabbiltà jew it-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, inklużi s-sistemi tal-emerġenza; kif ukoll
kwalunkwe inċident li kien qed ipoġġu fil-periklu, jew li jista’ jpoġġi fil-periklu, is-sikurezza tal-operat.
NCC.GEN.101 Rekwiżiti addizzjonali għall-organizzazzjonijiet ta' taħriġ fit-titjir
Organizzazzjonijiet ta' taħriġ approvati li huma meħtieġa jikkonformaw ma' dan l-Anness għandhom jikkonformaw ukoll ma':
ORO.GEN.310, kif applikabbli; u
ORO.MLR.105.
NCC.GEN.106 Responsabbiltajiet u awtorità tal-bdot fil-kmand
(a) Il-bdot fil-kmand għandu jkun responsabbli kif ġej:
is-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-membri kollha tal-ekwipaġġ, tal-passiġġieri kollha u tal-merkanzija kollha abbord matul l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru kif imsemmi fil-Punt 1.c tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;
il-bidu, il-kontinwazzjoni, it-terminazzjoni jew id-devjazzjoni ta’ titjira fl-interess tas-sikurezza;
l-iżgurar li l-istruzzjonijiet, il-proċeduri operattivi u l-listi ta’ kontroll kollha huma mħarsa skont il-manwal tal-operat u kif imsemmi fil-punt 1.b tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;
li jibda b’titjira biss jekk hu jkun sodisfatt li l-limitazzjonijiet operattivi kollha msemmija f’2.a.3 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 huma mħarsa, kif ġej:
l-ajruplan huwa ajrunavigabbli;
l-inġenju tal-ajru huwa rreġistrat kif dovut;
l-istrumenti u t-tagħmir meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dik it-titjira huma installati fuq l-inġenju tal-ajru u huma operattivi, sakemm mhix permessal-operazzjoni b’tagħmir mhux operattiv bil-lista ta’ tagħmir minimu (Minimum Equipment List - MEL) jew b’dokument ekwivalenti, kif mitlub fil-punt NCC.IDE.A.105 jew NCC.IDE.H.105;
il-massa tal-inġenju tal-ajru u l-punt taċ-ċentru tal-gravità huma tali li t-titjira tista’ tiġi eżegwita fil-limiti preskritti fid-dokumentazzjoni tal-ajrunavigabbiltà;
il-bagalji fil-kabina, il-bagalji fl-istiva u l-merkanzija kollha huma mgħobbija kif suppost u sikuri;
il-limitazzjonijiet operattivi tal-inġenju tal-ajru kif speċifikat fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (aircraft flight manual/AFM) fl-ebda ħin ma huma se jinqabżu matul it-titjira;
kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu liċenzja valida skont ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011; ►M9 ————— ◄
il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira huma vvalutati kif suppost u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kompetenza u ta’ attività riċenti; ►M9 kif ukoll ◄
kwalunkwe bażi tad-dejta tan-navigazzjoni meħtieġa għal navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni tkun xierqa u aġġornata;
li ma jibdix b’titjira fil-każ li kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tat-titjira ma jkunx jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu għal kwalunkwe raġuni bħal dannu, mard, għeja jew minħabba l-effetti ta’ kwalunkwe sustanza psikoattiva;
li ma jkomplix b’titjira li tmur lil hinn mill-eqreb ajrudrom jew sit tal-operat funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, meta l-kapaċità ta’ kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tat-titjira biex iwettaq il-kompiti tiegħu hija mnaqqsa b’mod sinifikanti għal raġunijiet bħal għeja, mard jew nuqqas ta’ ossiġnu;
li jiddeċiedi li jaċċetta l-inġenju tal-ajru li jkollu ħsarat li ma jippermettulux li jaħdem tajjeb, skont il-lista ta’ devjazzjonijiet tal-konfigurazzjoni (configuration deviation list/CDL) jew il-lista tat-tagħmir minimu (minimum equipment list/MEL);
ir-reġistrazzjoni tad-dejta tal-utilizzazzjoni u tad-difetti kollha magħrufa jew suspettati fl-inġenju tal-ajru fit-tmiem tat-titjira, jew serje ta’ titjiriet, fir-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru jew fil-ġurnal tal-vjaġġ għall-inġenju tal-ajru; kif ukoll
jiġi żgurat li:
ir-reġistraturi tat-titjira ma jiġux inattivati jew mitfija matul it-titjira;
fil-każ ta' okkorrenza għajr aċċident jew inċident serju li għandu jiġi rrappurtat skont il-punt ORO.GEN.160(a), ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira ma jitħassrux apposta; kif ukoll
fil-każ ta' aċċident jew inċident serju, jew jekk iż-żamma tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira tkun immexxija mill-awtorità ta' investigazzjoni:
ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjiriet ma jitħassrux apposta;
ir-reġistraturi tat-titjira jiġu diżattivati minnufih wara li titlesta t-titjira; kif ukoll
jittieħdu miżuri ta' prekawzjoni għaż-żamma tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira qabel ma jiġi evakwat il-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira.
(b) Il-bdot fil-kmand għandu jkollu l-awtorità li jirrifjuta l-ġarr jew l-iżbark ta’ kwalunkwe persuna, bagalja jew merkanzija li tista’ tirrappreżenta periklu potenzjali gћas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-okkupanti tiegћu.
(c) Il-bdot fil-kmand għandu, malajr kemm jista’ jkun, jirrapporta lill-unità xierqa tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (air traffic services/ATS) dwar kwalunkwe kundizzjoni perikoluża tat-temp jew tat-titjira li magħha huwa ltaqa’ u li x’aktarx taffettwa s-sikurezza ta’ inġenji tal-ajru oħrajn.
(d) Minkejja d-dispożizzjoni (a)(6), f’operazzjoni ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed, immexxija l-bdot fil-kmand jista’ jkompli titjira lil hinn mill-eqreb ajrudrom funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali meta jkunu fis-seħħ proċeduri ta’ mitigazzjoni adegwati.
(e) Il-bdot fil-kmand gћandu, f’sitwazzjoni ta’ emerġenza li teħtieġ deċiżjoni u azzjoni immedjati, jieћu kwalunkwe azzjoni li huwa jikkunsidra meħtieġa fiċ-ċirkostanzi skont il-punt 7.d tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. F’dawn il-każijiet, huwa jista’ jiddevja mir-regoli u mill-proċeduri operattivi u mill-metodi stabbiliti fl-interess tas-sikurezza.
(f) Il-bdot fil-kmand għandu mingħajr dewmien jissottometti rapport ta’ att ta’ interferenza illegali lill-awtorità kompetenti u għandu jinforma lill-awtorità lokali maħtura.
(g) Il-bdot fil-kmand għandu jinnotifika lill-eqreb awtorità xierqa bil-mezzi disponibbli l-aktar rapidi dwar kull aċċident li jinvolvi l-inġenju tal-ajru li jirriżulta f’dannu serju jew fil-mewt ta’ xi persuna jew fil-ħsara sostanzjali tal-inġenju tal-ajru jew ta’ proprjetà.
NCC.GEN.110 Konformità mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri
(a) Il-bdot fil-kmand għandu jkun konformi mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri ta’ dawk l-Istati fejn l-operazzjonijiet isiru.
(b) Il-bdot fil-kmand għandu jkun familjari mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu, preskritti għaż-żoni li jridu jiġu ttraversati, l-ajrudromi jew is-siti tal-operat li għandhom jintużaw u l-faċilitajiet tan-navigazzjoni fl-ajru relatati magħhom kif imsemmija fil-punt 1.a tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
NCC.GEN.115 Lingwa Komuni
L-operatur għandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ ikunu jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin b’lingwa komuni.
NCC.GEN.119 Taxiing tal-inġenji tal-ajru
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri għat-taxiing sabiex jiżgura operat b'mod sikur u tiżdied is-sikurezza tar-runway.
NCC.GEN.120 Taxiing ta’ ajruplani
L-operatur għandu jiżgura li ajruplan jinsaq biss fiż-żona tal-moviment ta’ ajrudrom jekk il-persuna fil-post tal-kontroll:
tkun bdot ikkwalifikat b’mod xieraq; jew
tkun inħatret mill-operatur u:
tkun imħarrġa biex issuq l-inġenju tal-ajru;
tkun imħarrġa biex tuża t-telefonija bir-radju, fil-każ li komunikazzjonijiet bir-radju huma meħtieġa;
tkun irċeviet struzzjonijiet dwar it-tqassim tal-ajrudrom, ir-rotot, is-sinjali, il-marki, id-dwal, is-sinjali u l-istruzzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC), il-lingwaġġ u l-proċeduri; kif ukoll
tkun kapaċi tikkonforma mal-istandards operattivi meћtieġa gћall-moviment sikur tal-ajruplan fl-ajrudrom.
NCC.GEN.125 Tħaddim tar-rotor — ħelikopters
Ir-rotor tal-ħelikopter għandu jitqabbad bil-magni biss għall-għanijiet ta’ titjira li fiha jkun hemm bdot ikkwalifikat fil-post tal-kontroll.
NCC.GEN.130 Tagħmir elettroniku portabbli
L-operatur ma għandu jippermetti l-ebda persuna milli tuża tagħmir elettroniku portabbli (portable electronic device — PED) abbord inġenju tal-ajru li jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-prestazzjoni tas-sistem u tagħmir tal-ajruplan.
NCC.GEN.131 Użu tal-electronic flight bags (EFBs)
Meta jintuża EFB abbord inġenju tal-ajru, l-operatur għandu jiżgura li dan ma jaffettwax b'mod negattiv il-prestazzjoni tas-sistemi jew it-tagħmir tal-inġenju tal-ajru, jew il-kapaċità tal-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira li jopera l-inġenju tal-ajru.
Qabel ma juża applikazzjoni tat-tip B EFB, l-operatur għandu:
iwettaq valutazzjoni tar-riskju relatata mal-użu tal-apparat EFB li jospita l-applikazzjoni u mal-applikazzjoni EFB konċernati u l-funzjoni(jiet) assoċjata(i) tiegħu, li tidentifika r-riskji assoċjati u li jiġi żgurat li dawn qed jiġu ġestiti u mmitigati kif xieraq; il-valutazzjoni tar-riskju għandha tindirizza r-riskji assoċjati mal-interfaċċa bniedem-magna tat-tagħmir EFB u tal-applikazzjoni EFB ikkonċernati; u
jistabbilixxi sistema ta' amministrazzjoni tal-EFB, li tinkludi proċeduri u rekwiżiti ta' taħriġ għall-amministrazzjoni u l-użu tat-tagħmir u l-applikazzjoni EFB.
NCC.GEN.135 Informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord
L-operatur għandu jkollu listi bl-informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru tiegħu, li għandhom ikunu dejjem disponibbli sabiex jiġu kkomunikati minnufih liċ-ċentri tal-koordinazzjoni tas-salvataġġ (RCCs).
NCC.GEN.140 Dokumenti, manwali u informazzjoni li għandhom jinġarru abbord
(a) Id-dokumenti, il-manwali u l-informazzjoni li ġejjin għandhom jinġarru abbord waqt kull titjira, bħala oriġinali jew kopji, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor:
il-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (AFM), jew dokument/i ekwivalenti;
iċ-ċertifikat oriġinali tar-reġistrazzjoni;
iċ-ċertifikat oriġinali tal-ajrunavigabbilità (CofA);
iċ-ċertifikat tal-istorbju;
id-dikjarazzjoni kif speċifikata fl-Anness III (Parti-ORO), ORO.DEC.100, tar-Regolament (UE) Nru 965/2012;
il-lista tal-approvazzjonijiet speċifiċi, jekk applikabbli;
il-liċenzja oriġinali tar-radju tal-inġenju tal-ajru, jekk ikun applikabbli;
iċ-ċertifikat(i) tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà fil-konfront ta’ terzi persuni;
il-ġurnal tal-vjaġġ tal-inġenju tal-ajru, jew dokument ekwivalenti;
id-dettalji tal-pjan tat-titjira tal-ATS li jkun ġie ffajljat, jekk ikun applikabbli;
mapep ajrunawtiċi attwali u xierqa għar-rotta tat-titjira proposta u għar-rotot kollha li fuqhom wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li tista’ tiġi ddevjata t-titjira;
il-proċeduri u l-informazzjoni dwar is-sinjali viżwali għall-użu min-naħa ta’ inġenji tal-ajru interċettati u ta’ inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni;
informazzjoni dwar is-servizzi ta’ tiftix u ta’ salvataġġ għaż-żona tat-titjira ppjanata;
il-partijiet attwali tal-manwal tal-operat li huma rilevanti għall-kompiti tal-membri tal-ekwipaġġ, li għandhom ikunu aċċessibbli b’mod faċli għall-membri tal-ekwipaġġ;
il-MEL jew is-CDL;
l-avviżi xierqa lill-membri tal-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru (NOTAMs) u d-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ informazzjoni dwar is-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika (AIS);
l-informazzjoni meteoroloġika xierqa;
il-manifesti tal-merkanzija u/jew tal-passiġġieri, jekk dan ikun applikabbli; kif ukoll
kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jkun rilevanti għat-titjira jew li huwa meћtieġ mill-Istati li għandhom x’jaqsmu mat-titjira.
(b) F’każ ta’ telf jew ta’ serq tad-dokumenti speċifikati fil-punt (a)(2) sal-punt (a)(8), l-operazzjoni tista’ titkompla sakemm it-titjira tilħaq id-destinazzjoni tagħha jew post fejn ikunu jistgħu jingħataw dokumenti ta’ sostituzzjoni.
NCC.GEN.145 Trattament tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira: żamma, produzzjoni, protezzjoni u użu
Wara aċċident, inċident serju jew okkorrenza identifikata mill-awtorità ta' investigazzjoni, l-operatur ta' inġenju tal-ajru gћandu jżomm id-data oriġinali li tkun ġiet irreġistrata mir-reġistraturi tat-titjira gћal perjodu ta' 60 jum jew sakemm l-awtorità ta' investigazzjoni ma tordnalux jagħmel mod ieћor.
L-operatur għandu jwettaq kontrolli operattivi u evalwazzjonijiet tar-reġistrazzjonijiet biex jiżgura l-funzjonalità kontinwa tar-reġistraturi tat-titjira li huma meħtieġa li jinġarru.
L-operatur għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet tal-parametri tat-titjira u l-messaġġi tal-komunikazzjoni b'kollegament tad-data meħtieġa biex jiġu rreġistrati fuq ir-reġistraturi tat-titjira jiġu ppreservati. Madankollu, għall-iskop ta' ttestjar u manutenzjoni tar-reġistraturi tat-titjira, tista' titħassar sa siegħa tal-eqdem data rreġistrata fil-mument tal-ittestjar.
L-operatur għandu jaħżen u jżomm aġġornata d-dokumentazzjoni li tippreżenta l-informazzjoni meħtieġa sabiex id-data tat-titjira li ma tkunx ipproċessata tinqaleb f'parametri tat-titjira espressi f'unitajiet tal-inġinerija.
L-operatur għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni kwalunkwe reġistrazzjoni tar-reġistratur tat-titjira li tkun ġiet ippreservata, jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk.
Bla ħsara għar-Regolamenti (UE) Nru 996/2010 u (UE) 2016/679:
Ħlief għall-iżgurar tal-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira, reġistrazzjonijiet tal-awdjo minn reġistratur tat-titjira m'għandhomx jiġu żvelati jew użati sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
tkun fis-seħħ proċedura marbuta mat-trattament ta' tali reġistrazzjonijiet tal-awdjo u tat-traskrizzjoni tagħhom;
il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-manutenzjoni kollha kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel;
tali reġistrazzjonijiet tal-awdjo jintużaw biss għaż-żamma jew għat-titjib tas-sikurezza.
Meta jiġu spezzjonati reġistrazzjonijiet tal-awdjo tar-reġistratur tat-titjira biex tiġi żgurata l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira, l-operatur għandu jipproteġi l-privatezza ta' dawk ir-reġistrazzjonijiet tal-awdjo u jiżgura li dawn ma jiġux żvelati jew użati għal skopijiet oħra minbarra biex jiżguraw il-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira.
Il-parametri tat-titjira jew messaġġi b'kollegament tad-data rreġistrati minn reġistratur tat-titjira ma għandhomx jintużaw gћal finijiet oħra ħlief gћall-investigazzjoni ta' aċċident jew inċident li jkun suġġett gћar-rappurtar obbligatorju, sakemm dawn ir-reġistrazzjonijiet ma jissodisfawx kwalunkwe kundizzjoni minn dawn li ġejjin:
jintużaw mill-operatur għall-finijiet tal-ajrunavigabbiltà jew tal-manutenzjoni biss;
ikun tneħħilhom kull sors ta' identifikazzjoni;
ikunu żvelati skont proċeduri sikuri.
Ħlief għall-iżgurar tal-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira, l-immaġni tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira li huma rreġistrati minn reġistratur tat-titjira ma għandhomx jiġu żvelati jew użati sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
tkun fis-seħħ proċedura relatata mat-trattament ta' tali reġistrazzjonijiet ta' immaġni;
il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-manutenzjoni kollha kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel;
tali reġistrazzjonijiet tal-immaġni jintużaw biss għaż-żamma jew għat-titjib tas-sikurezza.
Meta l-immaġni tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira li jiġu rreġistrati minn reġistratur tat-titjira jiġu spezzjonati biex tiġi żgurata l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira:
dawk l-immaġni ma għandhomx jiġu żvelati jew użati għal finijiet oħra minbarra biex tiġi żgurata l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira;
jekk ikun probabbli li partijiet tal-ġisem tal-membri tal-ekwipaġġ ikunu viżibbli fuq l-immaġni, l-operatur għandu jiżgura l-privatezza ta' dawk l-immaġni.
NCC.GEN.150 Trasport ta’ oġġetti perikolużi
(a) It-trasport ta’ oġġetti perikolużi bl-ajru għandu jitwettaq skont l-Anness 18 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, kif emendata l-aħħar u estiża bil-“Technical Instructions for the Safe Transport of Dangerous Goods by Air” (id-dokument 9284-AN/905 tal-ICAO), inklużi s-supplimenti tagħha u kwalunkwe addenda jew rettifika oħra għaliha.
(b) L-oġġetti perikolużi għandhom jinġarru biss mill-operatur approvat skont l-Anness V (Parti-SPA), is-Subparti G, tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 ħlief meta:
dawn ma jkunux suġġetti għall-Istruzzjonijiet Tekniċi skont il-Parti 1 ta’ dawk l-Istruzzjonijiet; jew
dawn jinġarru mill-passiġġieri jew mill-membri tal-ekwipaġġ, jew ikunu f’bagalja, skont il-Parti 8 tal-Istruzzjonijiet Tekniċi.
(c) L-operatur għandu jistabbilixxi l-proċeduri li bihom jiżgura li jittieħdu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jiġi evitat il-ġarr bi żball ta’ oġġetti perikolużi abbord.
(d) L-operatur għandu jipprovdi lill-persunal bl-informazzjoni meħtieġa biex huma jkunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom, kif meħtieġ mill-Istruzzjonijiet Tekniċi.
(e) Skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi, l-operatur għandu jirrapporta mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti u lill-awtorità xierqa tal-Istat tal-okkorrenza fil-każ ta’ kwalunkwe aċċident jew inċident marbut ma’ oġġetti perikolużi.
(f) L-operatur għandu jiżgura li l-passiġġieri jingħataw informazzjoni dwar l-oġġetti perikolużi skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi.
(g) L-operatur għandu jiżgura li fil-postijiet tal-aċċettazzjoni tal-merkanzija jingħataw avviżi b’informazzjoni dwar it-trasport tal-oġġetti perikolużi kif meħtieġ mill-Istruzzjonijiet Tekniċi.
IS-SUBPARTI B
PROĊEDURI OPERATTIVI
NCC.OP.100 Użu ta’ ajrudromi u ta’ siti tal-operat
L-operatur gћandu juża biss ajrudromi u siti tal-operat li jkunu xierqa gћat-tip ta’ inġenju tal-ajru u ta’ operazzjoni kkonċernata.
NCC.OP.101 Kontrolli u ssettjar tal-altimetru
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri għall-kontrolli tal-altimetru qabel kull tluq.
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri għall-issettjar tal-altimetru għall-fażijiet kollha tat-titjira, li għandhom iqisu l-proċeduri stabbiliti mill-Istat tal-ajrudrom jew mill-Istat tal-ispazju tal-ajru, jekk applikabbli.
NCC.OP.105 Speċifikazzjoni ta’ ajrudromi iżolati — l-ajruplani
Għall-għażla ta’ ajrudromi alternattivi u l-politika dwar l-ippjanar u l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija, il-operatur ma għandux jikkunsidra ajrudrom bħala ajrudrom iżolat sakemm il-ħin tat-titjira lejn l-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali ma jkunx aktar minn:
għall-ajruplani b’magni bil-pistuni, 60 minuta; jew
għall-ajruplani b’magni bit-turbina, 90 minuta.
NCC.OP.110 Minimi operattivi tal-ajrudrom — punti ġenerali
L-operatur għandu jistabbilixxi l-minimi operattivi tal-ajrudrom għal kull tluq, ajrudrom tad-destinazzjoni jew ajrudrom alternattiv li huwa ppjanat li jintuża sabiex tiġi żgurata s-separazzjoni tal-inġenju tal-ajru minn terren u minn ostakli u biex jittaffa r-riskju ta’ telf ta’ referenzi viżwali matul il-parti viżwali tat-titjir tal-operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti.
Il-metodu użat biex jiġu stabbiliti l-minimi operattivi tal-ajrudrom għandu jqis l-elementi kollha li ġejjin:
it-tip, il-prestazzjoni u l-karatteristiċi tal-immaniġġar tal-inġenju tal-ajru;
it-tagħmir disponibbli fuq l-inġenju tal-ajru għall-finijiet tan-navigazzjoni, l-akkwist ta’ referenzi viżwali, u/jew il-kontroll tat-trajettorja tat-titjira matul it-tlugħ, l-avviċinament, l-inżul, u l-avviċinament mhux milħuq;
kwalunkwe kundizzjoni jew limitazzjoni ddikjarata fil-manwal tat-titjira tal-inġenju tal-ajru (AFM);
id-dimensjonijiet u l-karatteristiċi tar-runways jew taż-żoni ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali (FATOs) li jistgћu jintgћażlu biex jintużaw;
l-adegwatezza u l-prestazzjoni tal-għajnuna viżwali u mhux viżwali u l-infrastruttura disponibbli;
l-altitudni/l-gћoli tad-distanza mill-ostakli (OCA/H) gћall-proċeduri ta’ avviċinament bl-istrumenti (IAPs);
l-ostakli fiż-żoni ta’ tlugħ u l-marġni ta’ spazju meħtieġ;
kwalunkwe karatteristika mhux standard tal-ajrudrom, tal-IAP jew tal-ambjent;
il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tat-titjira, il-kompetenza u l-esperjenza tagћhom;
l-IAP;
il-karatteristiċi tal-ajrudrom u s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ANS) disponibbli;
kwalunkwe minimu li jista’ jiġi ppromulgat mill-Istat tal-ajrudrom;
il-kundizzjonijiet preskritti fi kwalunkwe approvazzjoni speċifika għal operazzjonijiet f’viżibbiltà baxxa (LVOs) jew operazzjonijiet bi krediti operattivi; u
l-esperjenza operattiva rilevanti tal-operatur.
L-operatur għandu jispeċifika metodu li bih jiġu stabbiliti l-minimi operattivi tal-ajrudrom fil-manwal tal-operat.
▼M21 —————
NCC.OP.112 Minimi operattivi tal-ajrudrom — operazzjonijiet ta’ dawran b’ajruplani
L-MDH għal operazzjoni ta’ avviċinament ta’ dawran b’ajruplani ma jistax ikun anqas mill-ogħla minn:
l-OCH/l-OCL tad-dawran ippubblikat gћall-kategorija tal-ajruplan;
l-għoli minimu tad-dawran imniżżel fit-Tabella 1; jew
id-DH/l-MDH tal-IAP preċedenti.
Il-viżibbiltà minima għal operazzjoni ta’ avviċinament ta’ dawran b’ajruplani għandha tkun l-ogħla minn:
il-viżibbiltà tad-dawran gћall-kategorija tal-ajruplan, jekk tkun ippubblikata; jew
il-viżibbiltà minima mniżżla fit-Tabella 1.
Tabella 1
L-MDH u l-viżibbiltà minima gћad-dawran għal kull kategorija tal-ajruplan
|
Kategorija tal-ajruplan |
|||
A |
B |
C |
D |
|
MDH (f’piedi) |
400 |
500 |
600 |
700 |
VIS minima (m) |
1 500 |
1 600 |
2 400 |
3 600 |
NCC.OP.113 Valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — operazzjonijiet ta’ dawran bil-ħelikopters
L-MDH għal operazzjoni ta’ dawran bil-ħelikopters ma għandux ikun inqas minn 250 pied u l-viżibilità meteoroloġika mhux inqas minn 800 m.
NCC.OP.115 Proċeduri tat-tluq u tal-avviċinament
(a) Il-bdot fil-kmand għandu juża l-proċeduri tat-tluq u tal-avviċinament stabbiliti mill-Istat tal-ajrudrom, jekk dawn il-proċeduri ġew ippubblikati għar-runway jew għall-FATO li għandu jintuża.
(b) Minkejja (a), il-bdot fil-kmand għandu jaċċetta biss awtorizzazzjoni ATC biex ikun jista’ jiddevja minn proċedura ppubblikata:
sakemm jitћarsu l-kriterji tad-distanza mill-ostakli u sakemm jitqiesu bis-sħiħ il-kondizzjonijiet tal-operat; jew
meta jkun qed jiġi radar-vectored minn unità ATC.
(c) Fi kwalunkwe każ, l-avviċinament finali għandu jsir b’mod viżwali jew skont il-proċeduri ta’ avviċinament ippubblikati.
NCO.OP.116 Navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni — l-ajruplani u l-ħelikopters
Meta tkun meħtieġa PBN għar-rotta jew għall-proċedura li għandha tiġi segwita fl-ajru, l-operatur għandu jiżgura li:
l-ispeċifikazzjoni rilevanti PBN hija ddikjarata fl-AFM jew dokument ieħor li jkun ġie approvat mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni bħala parti mill-valutazzjoni tal-ajrunavigabbiltà jew hija bbażata fuq approvazzjoni simili; kif ukoll
l-inġenju tal-ajru jiġi operat f'konformità mal-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni rilevanti u mal-limitazzjonijiet tal-AFM jew xi dokument ieħor imsemmi hawn fuq.
NCC.OP.120 Proċeduri tat-tnaqqis tal-istorbju
L-operatur għandu jiżviluppa l-proċeduri operattivi filwaqt li jqis il-ħtieġa li jiġi minimizzat l-effett tal-istorbju tal-ajruplani filwaqt li jiżgura li s-sikurezza jkollha prijorità fuq it-tnaqqis tal-istorbju.
NCC.OP.125 Altitudnijiet minimi tad-distanza mill-ostakli — titjiriet IFR
(a) L-operatur għandu jispeċifika metodu li jistabbilixxi l-altitudnijiet minimi tat-titjira li jipprovdi d-distanza meħtieġa mill-art għar-rotot kollha li gћandhom jiġu koperti b’IFR.
(b) Il-bdot fil-kmand għandu jistabbilixxi l-altitudnijiet minimi tat-titjira għal kull titjira bbażata fuq dan il-metodu. L-altitudnijiet minimi tat-titjira ma għandom ikunu aktar baxxi minn dawk ippubblikat mill-Istat li fuqu tkun se tgħaddi t-titjira.
NCC.OP.130 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — l-ajruplani u l-ħelikopters
L-operatur għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm sistema tal-fjuwil/tal-enerġija li tinkludi:
politika dwar l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira; u
politika ta’ ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira.
L-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija għandha:
tkun xierqa għat-tip(i) ta’ operazzjoni mwettqa; u
tikkorrispondi għall-kapaċità tal-operatur li jappoġġa l-implimentazzjoni tagħha.
NCC.OP.131 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u politika dwar l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira — l-ajruplani u l-ħelikopters
Bħala parti mill-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija, l-operatur għandu jistabbilixxi politika dwar l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u dwar l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija sabiex jiżgura li l-inġenju tal-ajru jġorr ammont suffiċjenti ta’ fjuwil/ta’ enerġija li tista’ tintuża biex ilesti t-titjira ppjanata b’mod sikur u biex jagħti lok għal devjazzjonijiet mill-operazzjoni ppjanata.
L-operatur għandu jiżgura li l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija tat-titjiriet ikun ibbażat, mill-inqas, fuq l-elementi li ġejjin:
il-proċeduri inklużi fil-manwal tal-operat kif ukoll:
id-data attwali speċifika għall-inġenju tal-ajru derivata minn sistema ta’ monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija jew, jekk ma tkunx disponibbli;
id-data mogħtija mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru; u
il-kundizzjonijiet operattivi li fihom għandha titwettaq it-titjira, li jinkludu:
id-data dwar il-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija tal-inġenju tal-ajru;
il-mases antiċipati;
il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi antiċipati;
l-effetti tal-oġġetti ta’ manutenzjoni differita jew tad-devjazzjonijiet tal-konfigurazzjoni, jew it-tnejn; u
id-dewmien antiċipat.
Għall-ajruplani, l-operatur għandu jiżgura li l-kalkolu ta’ qabel it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża u li hija meħtieġa għal titjira jkun jinkludi:
il-fjuwil/l-enerġija tat-taxiing li ma għandhomx ikunu inqas mill-ammont mistenni li jintuża qabel it-tlugħ;
il-fjuwil/l-enerġija tal-vjaġġ li għandha tkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li huwa meħtieġ sabiex l-ajruplan ikun jista’ jtir mit-tlugħ, jew mill-punt tal-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira, sal-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni;
fjuwil/enerġija ta’ kontinġenza li għandhom ikunu l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija meħtieġ sabiex jikkumpensa għal fatturi mhux previsti;
fjuwil/enerġija alternattiva tad-destinazzjoni:
meta titjira titħaddem b’mill-inqas ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni wieħed, dan għandu jkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija meħtieġ għat-titjir mill-ajrudrom tad-destinazzjoni sal-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni; jew
meta titjira titħaddem b’ebda ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni, dan għandu jkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija meħtieġ għaż-żamma fl-ajrudrom tad-destinazzjoni bħala kumpens għan-nuqqas ta’ ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni;
il-fjuwil/l-enerġija finali ta’ riżerva li għandha tkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jiġi kkalkolat bil-veloċità tal-istennija biex imissu jillandja (holding speed) f’1 500 pied (450 m) ’il fuq mill-elevazzjoni tal-ajrudrom f’kundizzjonijiet standard skont il-massa stmata tal-inġenju tal-ajru mal-wasla fl-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni, jew fl-ajrudrom tad-destinazzjoni meta ma jkun meħtieġ l-ebda ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni, u ma għandux ikun inqas minn:
għall-ajruplani b’magni bil-pistuni f’titjiriet li jsiru skont ir-regoli tat-titjir viżwali (VFR) billejl u b’titjiriet li jsiru skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR), il-fjuwil/l-enerġija sabiex itiru għal 45 minuta; jew
għall-ajruplani b’magni bil-pistuni f’titjiriet skont il-VFR matul il-jum, il-fjuwil/l-enerġija għal titjir għal 30 minuta;
għall-ajruplani b’magni bit-turbina, il-fjuwil/l-enerġija għal titjir għal 30 minuta;
il-fjuwil/l-enerġija addizzjonali, jekk tkun meћtieġa għat-tip ta’ operazzjoni speċifika; għandu jkun l-ammont tal-fjuwil/tal-enerġija li jippermetti li l-ajruplan iwettaq inżul sikur f’ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta tal-fjuwil/tal-enerġija (xenarju kritiku tal-ajrudrom ERA tal-fjuwil/tal-enerġija) f’każ ta’ ħsara fil-magna jew ta’ telf ta’ pressjoni, skont liema minnhom ikun jeħtieġ l-akbar ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija, fuq il-bażi tas-suppożizzjoni li tali ħsara sseħħ fl-aktar punt kritiku waqt ir-rotta; dan il-fjuwil/din l-enerġija addizzjonali hija meħtieġa biss jekk l-ammont minimu ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jiġi kkalkolat skont il-punti (c)(2) sa (c)(5) ma jkunx biżżejjed għal avveniment bħal dan;
fjuwil/enerġija żejda biex jitqiesu d-dewmien antiċipat jew ir-restrizzjonijiet operazzjonali speċifiċi; u
il-fjuwil/l-enerġija diskrezzjonali, jekk il-kmandant jesiġi dan.
Għall-ħelikopters, l-operatur għandu jiżgura li l-kalkolu ta’ qabel it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża u li hija meħtieġa għal titjira jkun jinkludi dawn kollha li ġejjin:
fjuwil/enerġija għat-titjir lejn l-ajrudrom jew is-sit tal-operat tal-inżul ippjanat;
jekk tkun meħtieġa alternattiva għad-destinazzjoni, fjuwil/enerġija tal-alternattiva għad-destinazzjoni, li għandha tkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li huwa meħtieġ sabiex jiġi eżegwit avviċinament mhux milћuq fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat tal-inżul ippjanat, u minn hemm ’il quddiem, għat-titjir lejn l-alternattiva għad-destinazzjoni speċifikata, għall-avviċinament u għall-inżul; u
il-fjuwil/l-enerġija ta’ riżerva finali, li ma għandhiex tkun inqas minn:
għal titjiriet skont il-VFR, il-fjuwil/l-enerġija għat-titjir għal mill-inqas 20 minuta bil-veloċità ta’ awtonomija massima; jew
għal titjiriet skont l-IFR, il-fjuwil/l-enerġija għat-titjir għal mill-inqas 30 minuta bil-veloċità tal-istennija biex imissu jillandja (holding speed) f’450 m (1 500 pied) ’il fuq mill-ajrudrom jew mis-sit tal-operat tal-alternattiva ppjanata għall-inżul jew għad-destinazzjoni f’kundizzjonijiet ta’ temperatura standard.
L-operatur għandu jiżgura li jekk titjira jkollha tipproċedi lejn ajrudrom tad-destinazzjoni għajr dak ippjanat oriġinarjament, ikunu disponibbli proċeduri ta’ ppjanar mill-ġdid waqt it-titjira għall-kalkolu tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża meħtieġa u jikkonformaw mal-punti (c)(2) sa (c)(7) għall-ajruplani, u mal-punt (d) għall-ħelikopters.
Il-bdot fil-kmand għandu jagħti bidu għal titjira jew, fil-każ ta’ ppjanar mill-ġdid waqt it-titjira, ikompli bit-titjira, biss meta jkun issodisfat li l-inġenju tal-ajru jkollu mill-inqas l-ammont ippjanat ta’ fjuwil/ta’ enerġija u żejt li jista’ jintuża biex it-titjira tkun tista’ titwettaq b’mod sikur.
NCC.OP.135 Stivar tal-bagalji u tal-merkanzija
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri sabiex jiżgura li:
fil-kompartiment tal-passiġġieri jittieħdu biss bagalji tal-idejn li jistgħu jiġu stivati b’mod xieraq u sikur; u
li l-bagalji u l-merkanzija kollha abbord li jistgћu jikkawżaw ћsara jew dannu, jew li jistgħu jostakolaw il-kurituri u l-ћruġ jekk ikunu mċaqalqa, jiġu stivati b’mod li jkun evitat kwalunkwe ċaqliq tagħhom.
NCC.OP.140 Għoti ta’ informazzjoni lill-passiġġieri
Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li:
qabel it-tlugħ il-passiġġieri jkunu saru familjari mal-post u mal-użu ta’ dawn li ġejjin:
iċ-ċinturini tas-sikurezza,
il-ħruġ tal-emerġenza, u
l-informazzjoni dwar l-emerġenza għall-passiġġieri,
u (jekk applikabbli):
il-ġkieket tas-salvataġġ,
it-tagħmir tal-ossiġnu,
iċ-ċattri tas-salvataġġ, u
tagħmir tal-emerġenza ieħor mogħti għall-użu individwali tal-passiġġieri;
u
f’każ ta’ emerġenza waqt titjira, il-passiġġieri jirċievu struzzjonijiet dwar l-azzjonijiet ta’ emerġenza xierqa f’dawk iċ-ċirkustanzi.
NCC.OP.145 Preparazzjoni tat-titjira
(a) Qabel ma jibda b'titjira, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura b'kull mezz raġonevoli disponibbli li l-faċilitajiet ibbażati fl-ispazju, fl-art u/jew fl-ilma inklużi l-faċilitajiet tal-komunikazzjoni u l-għajnuniet għan-navigazzjoni disponibbli u meħtieġa b'mod dirett fuq tali titjira, għall-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru, huma adegwati għat-tip ta' operazzjoni li għaliha se titwettaq it-titjira.
(b) Qabel ma jibda b’titjira, il-bdot fil-kmand għandu jkun familjari mal-informazzjoni meteoroloġika kollha disponibbli xierqa għat-titjira ppjanata. Il-preparazzjoni tat-titjira lil hinn mill-viċinanza tal-post tat-tluq, u għal kull titjira skont l-IFR, għandha tinkludi:
studju tar-rapporti u tat-tbassir meteoroloġiċi attwali disponibbli; u
l-ippjanar ta’ azzjoni alternattiva li tipprovdi għall-possibbiltà li t-titjira ma tkunx tista’ tintemm kif kienet ippjanata, minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp.
NCC.OP.147 Minimi tal-ippjanar tal-ajrudromi alternattivi tad-destinazzjoni — l-ajruplani
Ajrudrom ma għandux jiġi speċifikat bħala ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni sakemm l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli ma tkunx tindika, għall-perjodu minn siegħa (1) qabel sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin attwali tat-tluq sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, skont liema jkun il-perjodu iqsar,
għal ajrudrom alternattiv b’operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti disponibbli b’DH ta’ inqas minn 250 pied,
limitu massimu ta’ mill-inqas 200 pied ’il fuq mid-DH jew mill-MDH assoċjat mal-operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti; u
viżibbiltà ta’ mill-inqas l-ogħla waħda fost 1 500 m u 800 m ’il fuq mill-minimi tar-RVR/VIS tal-operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti; jew
għal ajrudrom alternattiv b’operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti b’DH jew b’MDH ta’ 250 pied jew aktar,
limitu massimu ta’ mill-inqas 400 pied ’il fuq mid-DH jew mill-MDH assoċjat mal-operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti; u
viżibbiltà ta’ mill-inqas 3 000 m; jew
għal ajrudrom alternattiv mingħajr proċedura ta’ avviċinament bl-istrumenti,
limitu massimu ta’ mill-inqas l-ogħla wieħed fost 2 000 pied u l-għoli minimu sikur tal-IFR; u
viżibbiltà ta’ mill-inqas 5 000 m.
NCC.OP.148 Minimi tal-ippjanar tal-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni — il-ħelikopters
L-operatur għandu jagħżel ajrudrom bħala ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni biss jekk l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli tindika, għall-perjodu minn siegħa (1) qabel sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin attwali tat-tluq sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, skont liema jkun il-perjodu iqsar:,
għal ajrudrom alternattiv bi proċedura ta’ avviċinament bl-istrumenti (IAP):
limitu massimu ta’ mill-inqas 200 pied ’il fuq mid-DH jew mill-MDH assoċjat mal-IAP; u
viżibbiltà ta’ mill-inqas 1 500 m kuljum jew ta’ 3 000 m bil-lejl; jew
għal ajrudrom alternattiv mingħajr IAP:
limitu massimu ta’ mill-inqas 2 000 pied jew l-għoli minimu sikur tal-IFR — skont liema jkun l-akbar; u
viżibbiltà ta’ mill-inqas 1 500 m kuljum jew ta 3 000 m bil-lejl.
NCC.OP.150 Ajrudromi alternattivi għat-tlugħ — l-ajruplani
(a) Għal titjiriet skont l-IFR, il-bdot fil-kmand għandu jispeċifika fil-pjan tat-titjira mill-anqas ajrudrom alternattiv funzjonali wieħed għat-tlugħ fil-każ li l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi attwali fl-ajrudrom tat-tluq ikunu fil-minimi operattivi tal-ajrudrom applikabbli jew anqas jew fil-każ li ma jkunx possibbli li l-ajruplan jirritorna lejn l-ajrudrom tat-tluq minħabba raġunijiet oħrajn.
(b) L-ajrudrom alternattiv għat-tlugħ għandu jkun jinsab fid-distanza li ġejja mill-ajrudrom tat-tluq:
għal ajruplani b’żewġ magni, f’distanza li ma tkunx aktar mid-distanza li tkun ekwivalenti għal siegħa ta’ titjir f’veloċità normali b’magna waħda u f’kundizzjonijiet standard ta’ arja kalma; u
għal ajruplani bi tliet magni jew aktar, f’distanza li ma tkunx aktar mid-distanza ekwivalenti għal sagħtejn titjir f’veloċità normali b’magna waħda (OEI) u skont l-AFM f’kundizzjonijiet standard ta’ arja kalma.
(c) Sabiex ajrudrom jintagħżel bħala ajrudrom alternattiv għat-tlugh, l-informazzjoni disponibbli għandha tindika li, fil-ħin tal-użu stmat, il-kundizzjonijiet se jkunu fil-valuri minimi operattivi tal-ajrudorm jew aħjar għal dik l-operazzjoni.
NCC.OP.151 Ajrudromi alternattivi ta’ destinazzjoni — l-ajruplani
Għal titjiriet skont l-IFR, il-bdot fil-kmand għandu jispeċifika fil-pjan tat-titjira mill-anqas ajrudrom alternattiv funzjonali ta’ destinazzjoni wieħed li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, sakemm:
l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli ma tkunx tindika li, għall-perjodu ta’ minn siegħa qabel sa siegħa wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin reali tat-tluq sa siegħa wara l-ħin stmat tal-wasla, liema minnhom ikun l-iqsar perjodu, l-avviċinament u l-inżul jistgħu jsiru f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali (VMC); jew
il-post tal-inżul maħsub jiġi ddeżinjat bħala ajrudrom iżolat u:
proċedura tal-avviċinament bi strument ma jkunx preskritt għall-ajrudrom tal-inżul ippjanat; u
l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli ma tkunx tindika l-eżistenza tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi li ġejjin minn sagħtejn (2) qabel sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla:
bażi tas-sħab ta’ mill-anqas 300 metru (1 000 pied) ’l fuq mill-minimu assoċjat mal-proċedura tal-avviċinament bi strument; u
viżibilità ta’ mill-anqas 5,5 km jew ta’ 4 km aktar mill-minimu assoċjat mal-proċedura.
NCC.OP.152 Ajrudromi alternattivi ta’ destinazzjoni — il-ħelikopters
Għal titjiriet skont l-IFR, il-bdot fil-kmand għandu jispeċifika mill-anqas ajrudrom alternattiv funzjonali ta’ destinazzjoni wieħed li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, sakemm:
proċedura ta’ avviċinament bi strument ma jkunx preskritt għall-ajrudrom tal-inżul ippjanat u l-informazzjoni metoeroloġika attwali tindika l-eżistenza tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi li ġejjin minn sagħtejn (2) qabel sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin reali tat-tluq sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla, liema minnhom ikun l-iqsar perjodu
bażi tas-sħab ta’ mill-anqas 120 metru (400 pied) ’il fuq mill-minimu assoċjat mal-proċedura tal-avviċinament bi strument; u
viżibilità ta’ mill-anqas 1 500 metru jew aktar mill-minimu assoċjat mal-proċedura. jew
il-post tal-inzul ippjanat ma jkunx iżolat u:
proċedura tal-avviċinament bi strument ma jkunx preskritt għall-ajrudrom tal-inżul ippjanat;
l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli ma tkunx tindika l-eżistenza tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi li ġejjin minn sagħtejn (2) qabel sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla:
il-bażi tas-sħab tkun ta’ mill-anqas 120 metru (400 pied) ’il fuq mill-minimu assoċjat mal-proċedura tal-avviċinament bi strument;
il-viżibilità tkun ta’ mill-anqas 1 500 metru jew aktar mill-minimu assoċjat mal-proċedura. ►M9 ————— ◄
▼M9 —————
NCC.OP.153 Ajrudrom tad-destinazzjoni — operazzjonijiet ta' avviċinament bl-istrumenti
Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li jkun hemm biżżejjed mezzi disponibbli biex jinnaviga u jinżel fl-ajrudrom tad-destinazzjoni jew fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni fil-każ ta' telf ta' kapaċità għall-operazzjonijiet maħsubin tal-avviċinament jew tal-inżul.
NCC.OP.155 Mili tal-fjuwil waqt li l-passiġġieri jkunu qed jitilgħu abbord, meta dawn ikunu abbord jew meta jkunu qed jiżbarkaw
(a) L-inġenju tal-ajru m’għandux jingħatalu jew jitneħħilu fjuwil tat-tip “AVGAS” (gażolina tal-avjazzjoni) jew tat-tip “wide-cut” jew taħlita ta’ dawn it-tipi ta’ fjuwils, meta l-passiġġieri jkunu qed jitilgħu abbord, meta dawn ikunu abbord jew meta jkunu qed jiżbarkaw.
(b) Għat-tipi ta’ fjuwils/ta’ enerġija l-oħra kollha, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa u l-inġenju tal-ajru għandu jkun mgħammar b’persunal ikkwalifikat li jkunu lesti jibdew u jidderieġu evakwazzjoni tal-inġenju tal-ajru bl-iktar mod prattiku u effettiv disponibbli.
NCC.OP.157 Mili tal-fjuwil bil-magna/iu/jew bir-rotors iduru — il-ħelikopters
Mili tal-fjuwil bil-magna/i u/jew bir-rotors iduru għandu jsir biss:
mingħajr passiġġieri li jitilgħu abbord jew jiżbarkaw;
jekk l-operatur tal-ajrudrom/tas-sit tal-operat jippermetti operazzjonijiet bħal dawn;
f’konformità ma’ kwalunkwe proċedura u limitazzjoni speċifiċi fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (AFM);
bit-tipi ta’ fjuwil JET A jew JET A-1; u
fil-preżenza tal-faċilitajiet jew tat-tagħmir xierqa għas-salvataġġ u għat-tifi tan-nar (RFF).
L-operatur għandu jivvaluta r-riskji assoċjati mal-mili tal-fjuwil bil-magna/i u/jew bir-rotors iduru.
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri xierqa li għandhom jiġu segwiti mill-persunal involut kollu, bħall-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-operazzjonijiet fuq l-art.
L-operatur għandu jħarreġ lill-membri tal-ekwipaġġ tiegħu u jiżgura li l-persunal involut tal-operazzjonijiet fuq l-art ikun imħarreġ kif xieraq.
L-operatur għandu jiżgura li l-proċedura ta’ mili tal-fjuwil tal-ħelikopter bil-magna/i u/jew bir-rotors iduru tkun speċifikata fil-manwal tal-operat. Din il-proċedura u kwalunkwe bidla fiha għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.
NCC.OP.160 L-użu tal-kuffji tal-widna
(a) Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkun meħtieġ jaqdi dmiru fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jilbes kuffji tal-widna li jkollhom mikrofonu tal-kuffja jew apparat ekwivalenti. Il-kuffji tal-widna għandhom jintużaw bħala l-mezz ewlieni ta’ komunikazzjoni bil-vuċi mal-ATS:
meta l-inġenju tal-ajru jkun fuq l-art:
meta tkun qed tasal l-awtorizzazzjoni għat-tluq min-naħa tal-ATC permezz tal-komunikazzjoni bil-vuċi; u
meta l-magni jkunu qed jaħdmu;
waqt it-titjira:
meta l-inġenju tal-ajru jkun jinsab ’l isfel mill-altitudni ta’ tranżizzjoni; jew
meta jkun jinsab f’altitudni ta’ 10 000 pied, skont liema minnhom tkun l-ogħla;
u
kull meta l-bdot fil-kmand iqis neċessarju.
(b) Fil-kundizzjonijiet mogħtija fil-punt (a), il-mikrofonu tal-kuffja jew l-apparat ekwivalenti għandu jkun f’pożizzjoni li tippermetti l-użu tiegħu għall-komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet permezz tar-radju.
NCC.OP.165 Ġarr tal-passiġġieri
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri sabiex jiżgura li:
Il-passiġġieri jitpoġġew bilqiegћda f’sits fejn, f’każ li jkun hemm bżonn ta’ evakwazzjoni ta’ emerġenza, dawn ikunu jistgћu jgћinu u mhux ifixklu l-evakwazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
qabel u matul it-taxiing, it-tlugħ u l-inżul u kull meta jitqies neċessarju fl-interess tas-sikurezza, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li kull passiġġier abbord ikun bilqiegћda f’sit jew f’post u jkollu ċ-ċinturin tas-sikurezza jew is-sistema ta’ restrizzjoni tiegћu maqfula sewwa; and
l-użu tas-sits minn iktar minn persuna waħda huwa permess biss għal ċerti sits speċifiċi tal-inġenju tal-ajru użati minn adult wieħed u tarbija waħda li tkun marbuta sewwa premezz ta’ ċinturin tas-sikurezza żejjed jew permezz ta’ tagħmir ieħor ta’ restrizzjoni.
NCC.OP.170 Preparazzjoni tal-kompartiment tal-passiġġieri u tal-passaġġ(i)
Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li:
qabel it-taxiing, it-tlugħ u l-inżul, ma jkunx hemm ostakli fil-ħruġ u fil-passaġġi tal-evakwazzjoni kollha; u
qabel it-tlugħ u l-inżul, u kull meta jitqies neċessarju fl-interess tas-sikurezza, it-tagћmir u l-bagalji kollha jkunu marbutin sewwa.
NCC.OP.175 Tipjip abbord
Il-bdot fil-kmand m’għandux jippermetti t-tipjip abbord:
kull meta dan jitqies li hu neċessarju fl-interess tas-sikurezza;
waqt li l-inġenju tal-ajru jkun qed jingħata l-fjuwil;
waqt li l-inġenju tal-ajru jkun fuq l-art, sakemm l-operatur ma jkunx stabbilixxa proċeduri biex jitnaqqsu r-riskji waqt l-operazzjonijiet ta’ fuq l-art;
f’postijiet li mhumiex fiż-żoni awtorizzati gћat-tipjip, fil-kuritur(i) u fil-loki(jiet);
fil-kompartimenti tal-merkanzija u/jew f’żoni oћrajn fejn tinġarr il-merkanzija li ma tkunx maћżuna f’kontenituri li jkunu jifilћu gћan-nar jew li ma tkunx mgћottija b’kanvas li jiflaћ gћan-nar; u
f’dawk iż-żoni tal-kompartiment tal-passiġġieri fejn ikun qed jingћata l-ossiġnu.
NCC.OP.180 Kundizzjonijiet meteoroloġiċi
(a) Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira skont il-VFR jew għandu jkompli biha biss meta l-aktar informazzjoni meteorolġika reċenti disponibbli tkun turi li fil-ħin mistenni tal-użu, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi tul ir-rotta u fid-destinazzjoni ppjanata se jkunu fil-livell tal-minimi operattivi applikabbli tal-VFR jew f’livell ogħla minnhom.
(b) Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira skont il-VFR jew għandu jkompli biha lejn l-ajrudrom tad-destinazzjoni ppjanat biss meta l-iktar informazzjoni meteorolġika reċenti disponibbli tkun tindika li, fil-ħin mistenni tal-wasla, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi fid-destinazzjoni, jew tal-inqas f’ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni wieħed, ikunu fil-livell tal-minimi operattivi tal-ajrudrom applikabbli jew f’livell ogħla minnhom.
(c) Fil-każ li titjira jkun fiha segmenti VFR u IFR, l-informazzjoni meteoroloġika msemmija fil-punti (a) u (b) għandha tkun applikabbli safejn dan ikun rilevanti.
NCC.OP.185 Silġ u kontaminanti oћrajn — il-proċeduri ta’ fuq l-art
(a) L-operatur għandu jistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta jkun hemm bżonn isiru l-proċeduri ta’ fuq l-art għat-tneħħija tas-silġ u għal kontra l-formazzjoni tas-silġ fuq inġenju tal-ajru, u l-ispezzjonijiet relatati magħhom, sabiex l-inġenju tal-ajru jkun jista’ jitħaddem b’mod sikur.
(b) Il-bdot fil-kmand gћandu jagћti bidu gћat-tlugħ biss jekk l-inġenju tal-ajru ma jkollu l-ebda depożitu fuqu li jista’ jaffettwa b’mod ħażin il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew is-setgħa tal-kontroll tiegħu, ħlief hekk kif inhu permess skont il-punt (a) u skont l-AFM.
NCC.OP.190 Silġ u kontaminanti oћrajn — il-proċeduri waqt it-titjir
(a) L-operatur gћandu jistabbilixxi l-proċeduri gћat-titjiriet f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistennija jew attwali.
(b) Il-bdot fil-kmand għandu jagћti bidu gћal titjira jew għandu jtajjar l-ajruplan intenzjonalment f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistennija jew reali biss jekk l-inġenju tal-ajru jkun iċċertifikat għal dan u jkun mgħammar biex ilaħħaq ma’ kundizzjonijiet bħal dawn kif imsemmi fil-punt 2.a.5 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
(c) Jekk il-formazzjoni tas-silġ taqbeż l-intensità tal-formazzjoni ta’ silġ li għaliha jkun iċċertifikat l-inġenju tal-ajru, jew jekk inġenju tal-ajru li ma jkunx iċċertifikat għat-titjir f’kundizzjonijiet ta’ formazzjoni tas-silġ magħrufa jiltaqa’ mal-formazzjoni tas-silġ, il-bdot fil-kmand għandu joħroġ l-inġenju tal-ajru minn dawk il-kundizzjonijiet ta’ formazzjoni tas-silġ minnufih, billi jibdel il-livell u/jew ir-rotta, u jekk ikun neċessarju billi jiddikjara stat ta’ emerġenza lill-ATC.
NCC.OP.195 Kundizzjonijiet tat-tlugħ — l-ajruplani u l-ħelikopters
Qabel ma jagħti bidu għat-tlugħ, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li:
il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tar-runway/tal-FATO maħsuba biex tintuża ma jipprevjenux tlugħ u tluq sikur; u
il-minimi operattivi tal-ajrudrom magħżula huma konsistenti ma’ dawn kollha li ġejjin:
it-tagħmir operattiv ta’ fuq l-art,
is-sistemi operattivi tal-inġenji tal-ajru;
il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira.
NCC.OP.200 Sitwazzjonijiet simulati waqt it-titjir
(a) Meta jkun qed iġorr il-passiġġieri jew il-merkanzija, il-bdot fil-kmand ma għandux jissimula:
sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ proċeduri anormali jew ta’ emerġenza: jew
titjir f’kundizzjonijiet meteorolġiċi bl-instrument (IMC).
(b) Minkejja l-punt (a), meta titjiriet ta' taħriġ jitwettqu minn organizzazzjoni ta' taħriġ imsemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011, tali sitwazzjonijiet jistgħu jiġu simulati flimkien ma' studenti bdoti abbord.
NCC.OP.205 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — politika dwar il-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija matul it-titjira
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri biex jiżgura li waqt it-titjira jitwettqu kontrolli tal-ammont tal-fjuwil/tal-enerġija u tal-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija.
Il-bdot fil-kmand għandu jimmonitorja l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jistgħu jintużaw li jifdal abbord sabiex jiżgura li jkun protett u mhux inqas mill-fjuwil/mill-enerġija meħtieġa sabiex isir proċediment lejn ajrudrom jew sit tal-operat fejn jista’ jsir inżul sikur.
Il-bdot fil-kmand għandu jagħti pariri lill-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) dwar stat “fjuwil/enerġija minima” billi jiddikjara “MINIMUM FUEL” meta l-bdot fil-kmand ikun:
ħa impenn li jinżel f’ajrudrom jew f’sit tal-operat speċifiku; u
ikkalkola li kwalunkwe bidla fl-awtorizzazzjoni eżistenti għal dak l-ajrudrom jew għal dak is-sit tal-operat, jew dewmien ieħor fit-traffiku tal-ajru, jista’ jirriżulta fi nżul b’inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.
Il-bdot fil-kmand għandu jiddikjara sitwazzjoni ta’ “emerġenza tal-fjuwil/tal-enerġija” billi jibgħat “MAYDAY MAYDAY MAYDAY FUEL” meta l-fjuwil/l-enerġija stmata li tista’ tintuża bħala disponibbli mal-inżul fl-eqreb ajrudrom jew sit tal-operat fejn ikun jista’ jsir inżul sikur tkun inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.
NCC.OP.210 Użu ta’ ossiġnu supplimentari
Il-bdot fil-kmand gћandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkunu qed iwettqu kompiti li jkunu essenzjali gћat-tћaddim sikur ta’ inġenju tal-ajru waqt it-titjira, jużaw ossiġnu supplimentari b’mod kontinwu kull meta l-altitudni tal-kabina taqbeż l-10 000 pied gћal perjodu ta’ iktar minn 30 minuta u kull meta l-altitudni tal-kabina taqbeż it-13 000 pied.
NCC.OP.215 Osservazzjoni ta’ qrubija lejn l-art
Meta qrubija eċċessiva lejn l-art tiġi nnutata minn membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew permezz ta’ sistema ta’ twissija ta’ qrubija lejn l-art, il-bdot tat-titjira gћandu jieħu azzjoni korrettiva minnufih biex ikunu stabbiliti kundizzjonijiet sikuri tat-titjir.
NCC.OP.220 Sistema għall-prevenzjoni tal-kolliżjonijiet fl-ajru (ACAS)
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri operattivi u programmi ta' taħriġ meta s-sistema tal-ACAS tkun installata u tista' titħaddem, biex l-ekwipaġġ tat-titjira jkun imħarreġ b'mod xieraq fl-evitar ta' kolliżjonijiet u jkun kompetenti fl-użu tat-tagħmir tal-ACAS II.
NCC.OP.225 Kundizzjonijiet għall-avviċinament u għall-inżul — l-ajruplani u l-ħelikopters
Qabel ma jagħti bidu għal operazzjoni ta’ avviċinament, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li:
il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tar-runway/tal-FATO maħsuba biex tintuża ma jipprevjenux avviċinament sikur, inżul jew avviċinament b’tidwira, meta titqies l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li tinsab fil-manwal tal-operat; u
il-minimi operattivi tal-ajrudrom magħżula huma konsistenti ma’ dawn kollha li ġejjin:
it-tagħmir operattiv ta’ fuq l-art;
is-sistemi operattivi tal-inġenji tal-ajru;
il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru; u
kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira.
NCC.OP.226 Kundizzjonijiet ta' avviċinament u nżul — ħelikopters
Qabel ma jibda l-avviċinament għall-inżul, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li, skont l-informazzjoni disponibbli, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni taż-żona ta' tlugħ u ta' avviċinament finali (FATO) ppjanata li tintuża m'għandhomx jostakolaw avviċinament, inżul jew avviċinament mhux milћuq, sikuri.
NCC.OP.230 Bidu u kontinwazzjoni tal-avviċinament
Għall-ajruplani, jekk il-viżibbiltà (VIS) irrapportata jew ir-RVR ta’ kontroll għar-runway li għandha tintuża għall-inżul tkun inqas mill-minimu applikabbli, f’dak il-każ operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti ma għandhiex titkompla:
lil hinn minn punt li fih l-ajruplan ikun 1 000 pied ’il fuq mill-elevazzjoni tal-ajrudrom; jew
fil-parti tal-avviċinament finali (FAS) jekk id-DH jew l-MDH ikunu ogħla minn 1 000 pied.
Għall-ħelikopters, jekk ir-RVR irrapportata tkun inqas minn 550 m u r-RVR ta’ kontroll għar-runway li għandha tintuża għall-inżul tkun inqas mill-minimu applikabbli, f’dak il-każ, operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti ma għandhiex titkompla:
lil hinn minn punt li fih il-ħelikopter ikun 1 000 pied ’il fuq mill-elevazzjoni tal-ajrudrom; jew
fl-FAS jekk id-DH jew l-MDH ikunu ogħla minn 1 000 pied.
Jekk ir-referenza viżwali meħtieġa ma tiġix stabbilita, għandu jiġi eżegwit avviċinament mhux milħuq waqt jew qabel id-DA/H jew l-MDA/H.
Jekk ir-referenza viżwali meħtieġa ma tinżammx wara d-DA/H jew l-MDA/H, għandu jitwettaq avviċinament b’tidwira minnufih.
Minkejja l-punt (a), fil-każ fejn ma tiġi rrapportata l-ebda RVR, u l-VIS irrapportata tkun inqas mill-minimu applikabbli, iżda l-viżibbiltà meteoroloġika kkonvertita (CMV) tkun daqs jew akbar mill-minimu applikabbli, allura l-avviċinament tal-istrument jista’ jitkompla sad-DA/H jew sal-MDA/H.
Minkejja l-punti (a) u (b), jekk ma jkun hemm l-ebda intenzjoni ta’ nżul, l-avviċinament tal-istrument jista’ jitkompla għad-DA/H jew għall-MDA/H. Għandu jiġi eżegwit avviċinament mhux milħuq waqt jew qabel id-DA/H jew l-MDA/H.
NCC.OP.235 EFVS 200 operazzjonijiet
Operatur li beħsiebu jwettaq operazzjonijiet tal-EFVS 200 bi krediti operattivi u mingħajr approvazzjoni speċifika għandu jiżgura li:
l-inġenju tal-ajru jkun iċċertifikat għall-operazzjonijiet maħsuba;
jintużaw biss ir-runways, il-FATOs u l-IPs adattati għall-operazzjonijiet tal-EFVS;
il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira jkunu kompetenti biex iwettqu l-operazzjoni maħsuba, u jiġi stabbilit programm ta’ taħriġ u ta’ kontroll għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u għall-persunal rilevanti involut fit-tħejjija tat-titjira;
jiġu stabbiliti proċeduri operattivi;
kwalunkwe informazzjoni rilevanti tkun iddokumentata fil-lista tat-tagħmir minimu (MEL);
kwalunkwe informazzjoni rilevanti tiġi dokumentata fil-programm ta’ manutenzjoni;
jitwettqu valutazzjonijiet tas-sikurezza u jiġu stabbiliti indikaturi tal-prestazzjoni sabiex jiġi mmonitorjat il-livell ta’ sikurezza tal-operazzjoni; u
il-minimi operattivi tal-ajrudrom iqisu l-kapaċità tas-sistema użata.
L-operatur ma għandux iwettaq operazzjonijiet tal-EFVS 200 meta jwettaq l-LVOs.
Minkejja l-punt (a)(1), l-operatur jista’ juża l-EVSs li jissodisfaw il-kriterji minimi biex iwettaq operazzjonijiet tal-EFVS 200, dment li dan jiġi approvat mill-awtorità kompetenti.
IS-SUBPARTI C
PRESTAZZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU U LIMITAZZJONIJIET OPERATTIVI
NCC.POL.100 Limitazzjonijiet operattivi — l-inġenji tal-ajru kollha
(a) Matul kull fażi tal-operazzjoni, it-tagħbija, il-massa u l-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità (CG) tal-inġenju tal-ajru għandhom ikunu konformi ma’ kwalunkwe limitazzjoni speċifikata fl-AFM, jew fil-manwal tal-operat, jekk dan ikun iktar restrittiv.
(b) Kartelluni, elenki, immarkar ta’ strumenti, jew taħlit ta’ dawn kollha, li fihom dawk il-limitazzjonijiet operattivi preskritti mill-AFM bl-iskop ta’ preżentazzjoni viżwali, għandhom jintwerew fuq l-inġenju tal-ajru.
NCC.POL.105 Massa u bilanċ, tagħbija
(a) L-operatur għandu jistabbilixxi l-massa u ċ-ċentru tal-gravità ta’ kwalunkwe inġenju tal-ajru permezz ta’ użin reali qabel ma’ jintuża għall-ewwel darba. L-effetti akkumulati tal-modifiki u t-tiswijiet fuq il-massa u l-bilanċ għandhom jitqiesu u jiġu ddokumentati kif xieraq. L-inġenji tal-ajru għandhom jerġgħu jintiżnu jekk l-effett tal-modifiki fuq il-massa u l-bilanċ ma jkunx magħruf b’mod preċiż.
(b) L-użin għandu jitwettaq mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru jew minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata.
(c) L-operatur għandu jistabbilixxi l-massa tal-oġġetti kollha tal-operat u tal-membri kollha tal-ekwipaġġ, li huma inklużi fil-massa operattiva tal-inġenju tal-ajru mingħajr tagħbija, inkluża kwalunkwe bagalja tal-ekwipaġġ, billi jiżinhom jew billi juża mases standard għalihom. Għandha tiġi stabbilita l-influwenza tal-pożizzjoni tagħhom fuq iċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru. Meta jintużaw il-mases standard għandhom jintużaw il-valuri tal-massa li ġejjin għall-membri tal-ekwipaġġ sabiex tiġi ddeterminata l-massa operattiva mingħajr tagħbija:
85 kg, inklużi l-bagalji tal-idejn, għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira/għall-membri tal-ekwipaġġ tekniċi; u
75 kg għall-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina.
(d) L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri li jippermetti lill-bdot fil-kmand jiddetermina l-massa tat-tagħbija, inkluza kwalunkwe saborra:
jiżinhom realment;
billi jistabbilixxi l-massa tat-tagħbija tat-traffiku skont il-mases standard għall-passiġġieri u għall-bagalji; jew
billi jikkalkola l-massa tal-passiġġieri fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni minn kull passiġġier jew f’isimhom, u billi jżid magħha massa predeterminata biex iqis il-bagalji tal-idejn u l-ilbies, meta l-għadd tas-sits tal-passiġġieri disponibbli fuq l-inġenju tal-ajru jkun:
anqas minn 10 għall-ajruplani; jew
anqas minn sitta għall-ħelikopters.
(e) Meta jintużaw il-mases standard, għandhom jintużaw il-valuri tal-massa li ġejjin:
għall-passiġġieri, dawk tat-Tabelli 1 u 2, meta jkun inklużi l-bagalji tal-idejn u l-massa ta’ kwalunkwe tarbija fuq adult f’sit wieħed tal-passiġġieri:
Tabella 1
Mases standard għall-passiġġieri — inġenju tal-ajru b’għadd totali ta’ 20 sit tal-passiġġieri jew aktar
Sits tal-passiġġieri: |
20 u iktar |
30 u iktar |
|
Maskili |
Femminili |
Adulti biss |
|
Adulti |
88 kg |
70 kg |
84 kg |
Tfal |
35 kg |
35 kg |
35 kg |
Tabella 2
Mases standard għall-passiġġieri — inġenju tal-ajru b’għadd totali ta’ 19-il sit tal-passiġġieri jew aktar
Sits tal-passiġġieri |
1 – 5 |
6 – 9 |
10 – 19 |
Maskili |
104 kg |
96 kg |
92 kg |
Femminili |
86 kg |
78 kg |
74 kg |
Tfal |
35 kg |
35 kg |
35 kg |
għall-bagalji:
għall-ajruplani, meta l-għadd totali tas-sits tal-passiġġieri disponibbli fuq l-ajruplan ikun ta’ 20 jew aktar, il-valuri tal-massa standard għall-bagalji tal-passiġġieri tat-Tabella 3:
Tabella 3
Mases standard għall-bagalji — l-ajruplani b’għadd totali ta’ 20 sit tal-passiġġieri jew aktar
Tip ta’ Titjira |
Massa standard għall-bagalji |
Domestiċi |
11 kg |
Fir-reġjun tal-Ewropa |
13 kg |
Interkontinentali |
15 kg |
L-oħrajn kollha |
13 kg |
għall-ħelikopters, meta l-għadd totali tas-sits tal-passiġġeri disponibbli fuq il-ħelikopters ikun ta’ 20 jew aktar, il-valuri tal-massa standard għall-bagalji ta’ 13-il kilogramma:
(f) Għal inġenju tal-ajru bi 19-il sit tal-passiġġieri jew anqas, il-massa reali tal-bagalji tal-passiġġieri:
jiżinhom realment; jew
Billi jikkalkulahom fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni mill kull passiġġier, jew f’isimhom. Fejn dan ma jkunx parattiku, għandha tintuża massa standard minima ta’ 13-il kilogramma.
(g) L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri li jippermettu lill-bdot fil-kmand jiddetermina l-massa tat-tagħbija tal-fjuwil billi juża d-densità reali jew, jekk din ma tkunx magħrufa, billi juża d-densità kkalkulata skont metodu speċifikat fil-manwal tal-operat.
(h) Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura:
li l-inġenju tal-ajru tiegħu jitgħabba taħt is-superviżjoni ta’ persunal ikkwalifikat; u
li t-tagħbija tat-traffiku titgħabba b’tali mod li jkun konsistenti mad-dejta użata għall-kalkolu tal-massa u tal-bilanċ tal-inġenju tal-ajru.
(i) L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri li jippermettu lill-bdot fil-kmand ikun konformi ma’ limiti strutturali addizzjonali bħalma huma l-limitazzjonijiet tas-saħħa tal-art, it-tagħbija massima għal kull metru lineari, il-massa massima għal kull kompartiment tal-merkanzija u l-limitu massimu ta’ sits.
(j) Fil-manwal tal-operat, l-operatur għandu jispeċifika l-prinċipji u l-metodi involuti fit-tagħbija u fis-sistema tal-massa u l-bilanċ li jissodisfaw ir-rekwiżiti mogħtija fil-punti (a) sa (i). Din is-sistema għandha tkopri t-tipi kollha ta’ operazzjonijiet previsti.
NCC.POL.110 Dejta u dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa
(a) L-operatur għandu jistabbilixxi dejta tal-massa u tal-bilanċ u għandu jipproduċi d-dokumentazzjoni dwar il-massa u l-bilanċ qabel kull titjira li tispeċifika t-tagħbija u d-distribuzzjoni tagħha b’tali mod li l-limiti tal-massa u tal-bilanċ tal-inġenju tal-ajru ma jinqabżux. Id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
ir-reġistrazzjoni u t-tip ta’ inġenju tal-ajru;
l-identifikazzjoni, in-numru u d-data tat-titjira, kif applikabbli;
l-isem tal-bdot fil-kmand;
l-isem tal-persuna li jkun ħejja d-dokument;
il-massa operattiva mingħajr tagħbija u ċ-ċentru tal-gravità korrispondenti tal-inġenju tal-ajru;
il-massa tal-fjuwil/tal-enerġija mat-tlugħ u l-massa tal-fjuwil/tal-enerġija għall-vjaġġ;
il-massa tal-oġġetti tal-konsum, minbarra l-fjuwil/l-enerġija, jekk dan ikun applikabbli;
il-komponenti tat-tagħbija, inklużi l-passiġġieri, il-bagalji, il-merkanzija u s-saborra;
il-massa waqt it-tlugħ, il-massa tal-inżul u l-massa mingħajr fjuwil/enerġija;
il-pożizzjonijiet applikabbli taċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru; u
il-valuri tal-limitu tal-massa u taċ-ċentru tal-gravità.
(b) F’każijiet fejn id-dokumentazzjoni u d-dejta dwar il-bilanċ u l-massa jiġu ġġenerati permezz ta’ sistema kkompjuterizzata għall-bilanċ u l-massa, l-operatur gћandu jivverifika l-integrità tad-dejta prodotta.
(c) Meta il-bdot fil-kmand ma jkunx qed jissorvelja t-tagħbija tal-inġenju tal-ajru, il-persuna li tkun qed tissorvelja t-tagħbija tal-inġenju tal-ajru għandha tikkonferma, permezz ta’ firma bl-idejn jew b’mod ieħor ekwivalenti, li t-tagħbija u d-distribuzzjoni tagħha huma skont id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa mogħtija mill-bdot fil-kmand. Il-bdot fil-kmand għandu jindika l-aċċettazzjoni tiegħu permezz ta’ firma bl-idejn jew b’mod ieħor ekwivalenti.
(d) L-operatur għandu jispeċifika l-proċeduri għall-bidliet fit-tagħbija li jsiru fl-aħħar mument biex jiżgura li:
kwalunkwe bidla li ssir fl-aħħar mument wara li tkun tlestiet id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa tiddaħħal fid-dokumenti tal-ippjanar tat-titjira li jkun fihom id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa;
l-għadd massimu permess ta’ bidliet li jsiru fl-aħħar mument fl-għadd ta’ passiġġieri jew fit-tagħbija tal-istiva jkun speċifikat; u
f’każ li dan l-għadd massimu jinqabeż, titħejja dokumentazzjoni ġdida dwar il-bilanċ u l-massa.
NCC.POL.111 Dejta u dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa — mitigazzjonijiet
Minkejja l-punt NCC.POL.110 (a)(5), il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità ma għandhiex għalfejn titniżżel fid-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa jekk, pereżempju, id-distribuzzjoni tat-tagħbija ssegwi tabella tal-bilanċ ikkalkulata minn qabel jew jekk ikun jista’ jintwera li għall-operazzjonijiet previsti jista’ jiġi żgurat bilanċ korrett, tkun xi tkun it-tagħbija reali.
NCC.POL.115 Prestazzjoni — punti ġenerali
Il-bdot fil-kmand għandu jopera l-inġenju tal-ajru biss jekk il-prestazzjoni tkun adegwata biżżejjed biex tikkonforma mar-regoli applikabbli tal-ajru u ma’ kwalunkwe restrizzjoni oħra applikabbli għat-titjira, għall-ispazju tal-ajru jew għall-ajrudromi jew siti tal-operat użati, billi titqies il-preċiżjoni fl-immappjar ta’ kwalunkwe ċart jew mappa użata.
NCC.POL.120 Limitazzjonijiet fuq il-massa waqt it-tlugħ — l-ajruplani
L-operatur għandu jiżgura li:
il-massa tal-ajruplan fil-bidu tat-tlugħ ma għandhiex taqbeż il-limitazzjonijiet fuq il-massa:
fit-tlugħ kif meħtieġ fil-punt NCC.POL.125;
waqt ir-rotta b’magna waħda wieqfa (OEI) kif meħtieġ fil-punt NCC.POL.130; u
fl-inżul kif meħtieġ fil-punt NCC.POL.135,
filwaqt li jistgħu jitqiesu wkoll it-tnaqqis mistenni fil-massa hija u tipproċedi t-titjira u r-rimi tal-fjuwil;
il-massa fil-bidu tat-tlugħ ma għandha qatt taqbeż il-massa massima waqt it-tlugħ speċifikata fl-AFM għall-altitudni tal-pressjoni adegwata għall-elevazzjoni, tal-ajrudrom jew tas-sit tal-operat, u jekk dan jintuża baħala parametru għad-determinazzjoni tal-massa tat-tlugħ massima, kwalunkwe kundizzjoni atmosferika lokali oħra; u
il-massa stmata għall-ħin mistenni tal-inżul fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat tal-inżul ippjanat u fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv ta’ destinazzjoni ma għandha qatt taqbeż il-massa massima tal-inżul speċifikata fl-AFM għall-altitudni tal-pressjoni adegwata għall-elevazzjoni, ta’ dawk l-ajrudromi jew is-siti tal-operat, u jekk dan jintuża baħala parametru għad-determinazzjoni tal-massa massima tal-inżul, kwalunkwe kundizzjoni atmosferika lokali oħra.
NCC.POL.125 Tlugħ — l-ajruplani
(a) Meta jiddetermina l-massa massima waqt it-tlugħ, il-bdot fil-kmand għandu jqis dan li ġej:
id-distanza tat-tlugħ ma għandhiex taqbeż id-distanza disponibbli għat-tlugħ, u d-distanza tal-mogħdija tal-ikklerjar ma għandhiex taqbeż nofs il-ġirja tat-tlugħ disponibbli;
il-ġirja tat-tlugħ ikkalkulata ma għandhiex taqbeż il-ġirja tat-tlugħ disponibbli;
valur wieħed ta’ V1 għandu jintuża għat-tlugħ interrott u għal dak issoktat, meta V1 ikun speċifikat fl-AFM; u
fuq runway imxarrba jew ikkontaminata, il-massa waqt it-tlugħ ma għandhiex taqbeż dik awtorizzata għat-tlugħ fuq runway xotta mwettaq bl-istess kundizzjonijiet.
(b) Ħlief għal ajruplan mgħammar b’magni turboprop u b’massa massima tat-tlugħ ta’ jew inqas minn 5 700 kg, fil-każ ta’ ħsara fil-magna fit-tlugħ, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li l-ajruplan jista’:
iwaqqaf it-tlugħ u jieqaf fi ħdan id-distanza ta’ aċċelerazzjoni u waqfien disponibbli jew ir-“runway” disponibbli; jew
ikompli bit-tlugħ u jevita l-ostakli kollha mnejn se tgħaddi t-titjira b’marġni adegwat sakemm l-ajruplan ikun f’pożizzjoni li jikkonforma ma’ NCC.POL.130.
NCC.POL.130 Waqt ir-rotta — magna waħda wieqfa — l-ajruplani
Il-bdot fil-kmand għandu jżigura li f’każ fejn magna tieqaf taħdem fi kwalunkwe punt tul ir-rotta, ajruplan b’magni multipli għandu jkun jista’ jkompli t-titjira lejn ajrudrom jew sit tal-operat adegwat mingħajr ma jtir fi kwalunkwe punt, taħt l-altitudni tad-distanza minima mill-ostakli.
NCC.POL.135 Inżul — l-ajruplani
Fi kwalunkwe ajrudrom jew sit tal-operat, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura, wara li jkun ikklerja b’marġni sikura l-ostakli kollha fil-passaġġ tal-avviċinament, li l-ajruplan ikun jista’ jinżel u jieqaf, jew fil każ ta’ idroplan li dan jikseb veloċità baxxa b’mod sodisfaċenti, fid-distanza li jkun hemm disponibbli biex l-art tkun tista’ tintlaħaq. Għandhom jitqiesu wkoll b’mod xieraq il-varjazzjonijiet mistennija fit-tekniki tal-avviċinament u tal-inżul, jekk it-tali kalkolu ma sarx fil-iskedar tad-dejta tal-prestazzjoni.
IS-SUBPARTI D
STRUMENTI, DEJTA U TAGĦMIR
TAQSIMA 1
L-Ajruplani
NCC.IDE.A.100 Strumenti u tagħmir — punti ġenerali
(a) L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħġtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli fil-każ li:
jintużaw mill-ekwipaġġ tat-titjira beix jikkontrollaw il-passaġġ tat-titjira;
jintużaw biex jikkonformaw mal-punt NCC.IDE.A.245;
jintużaw biex jikkonformaw mal-punt NCC.IDE.A.250; jew
huma installati fil-ħelikopter.
(b) L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa minn din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta’ tagħmir:
il-fjusis ta’ fuq ir-riħ,
id-dwal portabbli indipendenti,
arloġġ preċiż,
il-kontenitur tal-mapep,
il-kaxxi tal-ewwel għajnuna,
it-tagħmir tas-sopravivenza u għas-sinjali,
l-ankri tal-wiċċ u t-tagħmir għall-irmiġġ, u
it-tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal.
(c) Strumenti u tagħmir jew aċċessorji mhux meħtieġa skont dan l-Anness kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti NCC.IDE.A.245 u NCC.IDE.A.250 ta' dan l-Anness;
l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ajruplan, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.
(d) L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-membru tal-ekwipaġġ li jeħtieġ li jużah jinsab bilqiegħda.
(e) Dawk l-istrumenti li jintużaw minn kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jippermettu lill-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jara l-indikazzjonijiet faċilment mill-post tiegħu, bl-inqas devjazzjoni prattika mill-pożizzjoni u mil-linja ta’ viżjoni li huwa normalment jassumi meta jħares ’il quddiem fid-direzzjoni tal-passaġġ tat-titjira.
(f) It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.
NCC.IDE.A.105 Tagħmir minimu għat-titjira
Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ajruplan, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira prevista ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira m’għandhiex tinbeda, sakemm:
l-ajruplan ma jkunx qed jitħaddem skont il-lista tat-tagħmir minimu (MEL) tal-operatur;
l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti biex jopera l-ajruplan fil-limiti tal-lista tat-tagħmir minimu ta' referenza (“MMEL”) skont il-punt ORO.MLR.105(j) tal-Anness III; jew
l-ajruplan ma jkunx soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżit tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.
NCC.IDE.A.110 Fjusis tal-elettriku ta’ fuq ir-riħ
L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra bi fjusis tal-elettriku ta’ fuq ir-riħ, li jkunu tar-rata ta’ qawwa meħtieġa għal ħarsien sħiħ taċ-ċirkwit, sabiex ikunu jistgħu jinbidlu dawk il-fjusis li jistgħu jinbidlu waqt it-titjira.
NCC.IDE.A.115 Dwal operattivi
L-ajruplani li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra:
b’sistema ta’ dwal għal kontra l-ħabtiet;
bi dwal tan-navigazzjoni/tal-pożizzjoni;
b’dawl għall-inżul;
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ajruplan biex jipprovdu dawl xieraq għall-istrumenti kollha u t-tagħmir kollu li huma essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ajruplan;
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ajruplan biex jipprovdu dawl fil-kompartimenti kollha tal-passiġġieri;
b’dawl portabbli indipendenti għall kull post tal-membri tal-ekwipaġġ; u
bi dwal biex jitħarsu l-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet Fil-Baħar) jekk l-ajruplan jitħaddem bħala idroplan.
NCC.IDE.A.120 Operazzjonijiet ta’ titjir skont l-VFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
(a) L-ajruplani li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
id-direzzjoni manjetika,
il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata,
iż-żliq, u
in-numru “Mach” kull meta l-limitazzjonijiet tal-veloċità jingħataw bħala numri “Mach”;
(b) L-ajruplani li jitħaddmu b’VMC fuq l-ilma u mingħajr ma l-art tkun tidher, jew b’VMC billejl, jew f’kundizzjonijiet li fihom l-ajruplan ma jkunx jista’ jinżamm fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a), għandhom ikunu mgħammra:
b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:
id-dawran u ż-żliq,
il-pożizzjoni tal-ajruplan,
il-veloċità vertikali, u
id-direzzjoni stabbilizzata,
b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed; u
b’mezz għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe funzjonament ħażin fis-sistemi li jindikaw il-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punt (a)(4) minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ.
(c) Kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti, l-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’mezz separat addizzjonali għat-tieni bdot għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata,
iż-żliq, jew id-dawran u ż-żliq, kif applikabbli,
il-pożizzjoni tal-ajruplan, jekk applikabbli,
il-veloċità vertikali; jekk applikabbli, u
id-direzzjoni stabbilizzata, jekk applikabbli, u
in-numru “Mach” kull meta l-limitazzjonijiet tal-veloċità jingħataw bħala numri “Mach”, jekk applikabbli.
NCC.IDE.H.125 Operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
L-ajruplani li jitħaddmu skont l-IFR għandhom ikunu mgħammra:
b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:
id-direzzjoni manjetika,
il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata,
il-veloċità vertikali,
id-dawran u ż-żliq,
il-pożizzjoni tal-ajruplan,
id-direzzjoni stabbilizzata,
it-temperatura tal-arja ta’ barra, u
in-numru “Mach” kull meta l-limitazzjonijiet tal-veloċità jingħataw bħala numri “Mach”;
b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed;
kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti, b’mezz separat addizzjonali għat-tieni bdot għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata,
il-veloċità vertikali,
id-dawran u ż-żliq,
il-pożizzjoni tal-ajruplan,
id-direzzjoni stabbilizzata, u
in-numru “Mach” kull meta l-limitazzjonijiet tal-veloċità jingħataw bħala numri “Mach”, jekk applikabbli;
b’mezz għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe funzjonament ħażin fis-sistemi li jindikaw il-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punti (a)(4) u (h)(2), minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ;
b’sors alternattiv ta’ pressjoni statika;
b’kontenitur tal-mapep li jkun jinsab f’pożizzjoni li minnha wieħed ikun jista’ jaqra l-mapep faċilment u li jkun jista’ jiddawwal għall-operazzjonijiet li jitwettqu billejl;
b’tieni mezz indipendenti għall-kejl u għall-wiri tal-altitudni; u
bi provvista tal-enerġija ta' emerġenza, li tkun indipendenti mis-sistema tal-ġenerazzjoni tal-elettriku prinċipali, għall-fini tat-tħaddim u tal-illuminazzjoni ta' sistema li tindika l-attitudni għal perjodu minimu ta' 30 minuta. Il-provvista tal-enerġija ta' emerġenza għandha tkun operattiva awtomatikament wara li s-sistema tal-ġenerazzjoni tal-elettriku prinċipali tieqaf taħdem għalkollox u għandha tingħata indikazzjoni ċara fuq l-istrument jew fuq il-panel tal-istrument li l-indikatur tal-attitudni jkun qed jitħaddem bil-potenza ta' emerġenza.
NCC.IDE.A.130 Tagħmir addizzjonali għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed imwettqin skont l-IFR
L-ajruplani li jitħaddmu skont l-IFR bi bdot wieħed għandhom ikunu mgħammra b’awtobdot li jkun kapaċi jżomm tal-inqas l-altitudni u d-direzzjoni.
NCC.IDE.A.135 Sistema ta’ twissija u ta’ għarfien tat-terren (TAWS)
L-ajruplani li jaħdmu b’magna b’turbina u li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma jew MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits għandhom ikunu mgħammra b’TAWS li tissodisfa r-rekwiżiti għal:
tagħmir tal-kategorija A, kif speċifikat fi standard aċċettabbli, fil-każ ta’ ajruplani li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) wara l-1 ta’ Jannar 2011; jew
tagħmir tal-kategorija B, kif speċifikat fi standard aċċettabbli, fil-każ ta’ ajruplani li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) fl-1 ta’ Jannar 2011 jew qabel dik id-data;
NCC.IDE.A.140 Sistema għall-prevenzjoni tal-ħabtiet fl-ajru (ACAS)
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fir-Regolament (UE) Nru 1332/2011, l-ajruplani li jaħdmu b’magna b’turbina u li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma jew MOPSC ta’ iktar minn 19-il sit għandhom ikunu mgħammra b’ACAS II.
NCC.IDE.A.145 Tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord
L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord meta jitħaddmu billejl jew f’IMC f’żoni fejn, tul ir-rotta, ikunu mistennija maltempati bir-ragħad jew kundizzjonijiet tat-temp oħrajn li jistgħu jkunu perikolużi, u li huma meqjusa bħala kundizzjonijiet li jistgħu jiġu identifikati mit-tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord:
l-ajruplani bi pressjoni;
l-ajruplani mingħajr pressjoni li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma; u
l-ajruplani mingħajr pressjoni li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits.
NCC.IDE.A.150 Tagħmir addizzjonali għall-operazzjonijiet imwettqin billejl f’kundizzjonijet li jiffavorixxu l-formazzjoni tas-silġ
L-ajruplani li jitħaddmu billejl f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistenni jew attwali għandhom ikunu mgħammra b’mezzi li jdawlu jew jidentifikaw il-formazzjoni tas-silġ.
Il-mezzi li jdawlu l-formazzjoni tas-silġ ma għandhom jikkawżaw l-ebda dija jew riflessjoni li tista’ tfixkel lill-membri tal-ekwipaġġ fil-qadi tal-kompiti tagħhom.
NCC.IDE.A.155 Sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira
L-ajruplani li jitħaddmu minn iżjed minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira, li tinkludi kuffji tal-widna u mikrofoni għall-użu mill-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira.
NCC.IDE.A.160 Reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota
(a) L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’reġistratur tal-vuċi (CVR):
l-ajruplani li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 27 000 kilogramma u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data; u
l-ajruplani li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 2 250 kilogramma:
iċċertifikati biex joperaw b’ekwipaġġ minimu ta’ mill-inqas żewġ bdoti;
mgħammra b’magna(i) turbojet jew iktar minn magna turboprop waħda; u
u li jkun inħarġilhom ċertifikat tat-tip għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data.
(b) Is-CVR għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas:
tul il-25 siegħa preċedenti għall-ajruplani b’MCTOM ta’ aktar minn 27 000 kg u li nħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2022 jew wara dik id-data; jew
tul is-sagħtejn ta' qabel fil-każijiet l-oħra kollha.
(c) Is-CVR għandu jirreġistra, b’referenza għal skala tal-ħin:
il-komunikazzjonijiet tal-vuċi trażmessi bir-radju mill-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira jew li jkunu waslu bir-radju f’dak il-kompartiment;
il-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jsiru permezz tas-sistema ta’ telefonija interna u tas-sistema għall-avviżi lill-pubbliku, jekk dawn ikunu installati;
l-ambjent tas-smigħ tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, inkluż, mingħajr interruzzjoni, is-sinjali akustiċi li jkunu waslu minn kull mikrofonu tal-kuffja jew tal-maskra and mask li jkun qed jintuża; u
is-sinjali tal-vuċi jew akustiċi li jidentifikaw l-għajnuniet għan-navigazzjoni jew għall-avviċinament introdotti fil-kuffji tal-widna jew fuq lawdspiker.
(d) Is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni awtomatikament qabel ma l-ajruplan jibda jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sa tmiem it-titjira meta l-ajruplan ma jkunx għadu jista’ jkompli jimxi bil-qawwa tiegħu stess.
(e) Minbarra l-punt (d), skont id-disponibbiltà tal-enerġija elettrika, is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni malajr kemm jista’ jkun waqt il-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota qabel ma tinxtegħel il-magna fil-bidu tat-titjira u għandu jibqa’ għaddej biha sal-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota immedjatament wara li l-magna tintefa fi tmiem it-titjira.
(f) Jekk is-CVR mhuwiex utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk is-CVR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.
NCC.IDE.A.165 Reġistratur tad-dejta tat-titjira
(a) L-ajruplani li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data, għandhom ikunu mgħammra b’reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) li juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta kif ukoll li għalih huwa disponibbli metodu biex tinstab minnufih dik id-dejta mill-mezz tal-ħażna.
(b) L-FDR għandu jirreġistra l-parametri meħtieġa biex jiġu stabbiliti b’mod preċiż il-passaġġ tat-titjira, il-veloċità, il-pożizzjoni, il-qawwa tal-magna, il-konfigurazzjoni u l-operazzjoni tal-ajruplan u għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata tal-anqas matul l-aħħar 25 sigħat.
(c) Id-dejta għandha tinkiseb minn sorsi tal-ajruplan li jippermettu korrelazzjoni eżatta mal-informazzjoni murija lill-ekwipaġġ tat-titjira.
(d) L-FDR għandu jibda jirreġistra d-dejta qabel ma l-ajruplan ikun jista’ jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf awtomatikament meta l-ajruplan ma jkunx jista’ jimxi iktar bil-qawwa tiegħu stess.
(e) Jekk ir-reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk l-FDR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.
NCC.IDE.A.170 Reġistrazzjoni tal-kollegamenti bejn id-dejta
(a) L-ajruplani li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara, li għandhom il-kapaċità jwettqu komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta u li jridu jkunu mgħammra b’CVR, għandhom jirreġistraw fuq reġistratur, fejn ikun applikabbli:
il-messaġġi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta marbutin mal-komunikazzjonijiet tal-ATS lill-ajruplan u minnu, inklużi l-messaġġi li japplikaw għall-applikazzjonijiet li ġejjin:
il-bidu tal-kollegament tad-dejta;
il-komunikazzjonijiet bejn il-bdot u l-kontrollur;
is-sorveljanza indirizzata;
l-informazzjoni dwar it-titjira;
is-sorveljanza tax-xandir tal-inġenju tal-ajru, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema;
id-dejta tal-kontroll operattiv tal-inġenju tal-ajru, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema; u
il-grafika, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema;
l-informazzjoni li tippermetti l-korrelazzjoni ma’ kull rekord assoċjat li huwa marbut mal-komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta u li huwa maħżun f’post differenti mill-ajruplan; u
l-informazzjoni dwar il-ħin u l-prijorità tal-messaġġi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta, filwaqt li titqies l-arkitettura tas-sistema.
(b) Ir-reġistratur għandu juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta u l-informazzjoni, u għandu juża metodu biex tiġi estratta dik id-dejta. Il-metodu tar-reġistrazzjoni għandu jkun tali li jippermetti li d-dejta tkun taqbel mad-dejta rreġistrata fuq l-art.
(c) Ir-reġistratur għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas għall-istess tul ta’ ħin stabbilit għas-CVRs fil-punt NCC.IDE.A.160.
(d) Jekk ir-reġistratur ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk ir-reġistratur ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.
(e) Ir-rekwiżiti applikabbli għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tar-reġistratur huma l-istess bħar-rekwiżiti applikabbli għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tas-CVR mogħtija fil-punti NCC.IDE.A.160 (d) u (e).
NCC.IDE.A.175 Reġistratur ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota
Tista’ tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti tas-CVR u mar-rekwiżiti tal-FDR permezz ta’:
reġistratur wieħed ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota, fil-każ li l-ajruplan jeħtieġ li jkun mgħammar b’CVR jew b’FDR; jew
żewġ reġistraturi kkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota, fil-każ li l-ajruplan jeħtieġ li jkun mgħammar b’CVR jew b’FDR.
NCC.IDE.A.180 Sits, ċinturini tas-sikurezza tas-sits, sistemi ta’ restrizzjoni u tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra:
b’sit jew post għal kull persuna abbord li jkollha 24 xahar jew iktar;
b’ċinturin tas-sikurezza f’kull sit tal-passiġġieri u ċinturini ta’ restrizzjoni għal kull post;
b’tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal (CRD) għal kull persuna abbord li jkollha inqas minn 24 xahar;
b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso li jkun fih apparat li jżomm, b’mod awtomatiku, lit-torso tal-okkupant f’każ ta’ tnaqqis rapidu tal-veloċità:
f’kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira u f’kull sit li jkun ħdejn is-sit tal-bdot; u
f’kull sit tal-osservatur li jkun jinsab fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira;
u
b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għall-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa, fil-każ ta’ ajruplani li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba wara l-31 ta’ Diċembru 1980.
(b) Ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' trażżin għan-naħa ta' fuq tat-torso għandu ikollu:
ftuħ permezz ta' molla waħda;
fis-sits għall-għadd minimu ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa, żewġ ċineg tal-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti;
fuq is-sits tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u fuq kwalunkwe sit li jkun ħdejn sit ta' bdot, kwalunkwe wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:
żewġ ċineg tal-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti;
ċinga tal-ispalel dijagonali u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti għall-ajruplani li ġejjin:
l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;
l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli u li jkollhom CofA maħruġ għall-ewwel darba qabel il-25 ta' Awwissu 2016.
NCC.IDE.A.185 Sinjali biex jintlibes iċ-ċinturin tas-sikurezza u biex javżaw li t-tipjip mhux permess
L-ajruplani li fihom is-sits tal-passiġġieri ma jkunux jidhru kollha mis-sit(s) tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’mezz biex il-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina kollha jintwerew meta għandhom jintrabtu biċ-ċinturini tas-sikurezza u meta ma jkunx permess it-tipjip.
NCC.IDE.A.190 Kaxex għall-ewwel għajnuna
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’kaxex għall-ewwel għajnuna skont it-Tabella 1.
Tabella 1
Għadd ta’ kaxex għall-ewwel għajnuna meħtieġa
Għadd ta’ sits tal-passiġġieri installati |
Għadd ta’ kaxex għall-ewwel għajnuna meħtieġa |
0 – 100 |
1 |
101 – 200 |
2 |
201 – 300 |
3 |
301 – 400 |
4 |
401 – 500 |
5 |
501 sit jew aktar |
6 |
(b) Il-kaxex għall-ewwel għajnuna għandhom:
ikunu faċilment aċċessibbli għall-użu; u u
jinżammu f’kundizzjoni tajba.
NCC.IDE.A.195 Ossiġnu supplimentari — l-ajruplani bi pressjoni
(a) L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni fejn hija meħtieġa l-provvista tal-ossiġnu skont il-punt (b) għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa.
(b) L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni ta’ titjira fejn l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartimenti tal-passiġġieri hija ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikollhom ossiġnu suffiċjenti li jkun jista’ jissupplixxi:
il-membri tal-ekwipaġġ kollha u:
100 % tal-passiġġieri għal kwalunkwe perjodu li matulu l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina tkun taqbeż il-15 000 pied, iżda fl-ebda każ inqas minn provvista għal 10 minuti;
mill-anqas 30 % tal-passiġġieri għal kwalunkwe perjodu li matulu, f’każ ta’ telf ta’ pressjoni u meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi tat-titjira, l-altitudni tal-pressjoni fil-komparitment tal-passiġġieri se tkun bejn 14 000 u 15 000 pied. u
mill-anqas 10 % tal-passiġġieri għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-passiġġieri tkun bejn 10 000 u 14 000 pied;
l-okkupanti kollha fil-kompartiment tal-passiġġieri għal mhux anqas minn 10 minuti, fil-każ ta’ ajruplani li jitħaddmu f’altitudnijiet ’il fuq minn 25 000 pied, jew taħt dik l-altitudni, iżda f’kundizzjonijiet li ma jippermettilhomx jinżlu b’mod sikur għal altitudni tal-pressjoni ta’ 13 000 pied f’temp ta’ 4 minuti.
(c) Minbarrra dan, l-ajruplani bi pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni ’l fuq minn 25 000 pied għandhom ikunu mgħammra:
b’apparat li jwissi lill-ekwipaġġ tat-titjira dwar kwalunkwe telf fil-pressjoni; u
b’maskri tal-ossiġnu li jintlibsu malajr għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira;
NCC.IDE.A.200 Ossiġnu supplimentari — l-ajruplani mingħajr pressjoni
(a) L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni fejn hija meħtieġa l-provvista tal-ossiġnu skont il-punt (b) għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa.
(b) L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni ta’ titjira fejn l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartimenti tal-passiġġieri hija ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikollhom ossiġnu suffiċjenti li jkun jista’ jissupplixxi:
il-membri tal-ekwipaġġ kollha u mill-anqas 10 % tal-passiġġieri għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-passiġġieri tkun bejn 10 000 u 13 000 pied u
il-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri kollha għal kwlaunkwe perjodu meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-passiġġieri tkun ’il fuq minn 13 000 pied.
NCC.IDE.A.205 Ċilindru jew pompa għat-tifi tan-nar
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ċilindru wieħed jew pompa waħda għat-tifi tan-nar:
fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-tijira; u
f’kull kompartiment tal-passiġġieri li huwa separat mill-kompartiment tal-ekwipaġġ, għajr jekk il-kompartiment huwa aċċessibbli faċilment għall-ekwipaġġ.
(b) It-tip ta’ sustanza tat-tifi tan-nar użata fiċ-ċilindri jew fil-pompi għat-tifi tan-nar meħtieġa u l-kwantità tagħha għandhom ikunu xierqa għat-tipi ta’ nirien li jistgħu jiżviluppaw fil-kompartiment fejn ikun maħsub li jintuża ċ-ċilindru jew il-pompa għat-tifi tan-nar u għandhom inaqqsu l-periklu tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet tossiċi fil-kompartimenti li fihom ikun hemm in-nies.
NCC.IDE.A.206 Imnanar tas-salvataġġ u skarpellini
(a) L-ajruplani li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma jew li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’mannara waħda tas-salvataġġ jew bi skarpellina waħda li tkun tinsab fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira.
(b) Fil-każ ta’ ajruplani li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn 200 sit, għandha tkun installata mannara tas-salvataġġ jew skarpellina addizzjonali fiż-żona tal-passaġġ li jkun jinsab l-eqreb għal denb l-ajruplan jew qribu.
(c) Il-passiġġieri m’għandhomx ikunu jistgħu jaraw l-imnanar tas-salvataġġ u l-iskarpellini li jkunu jinsabu fil-kompartiment tal-passiġġieri.
NCC.IDE.A.210 Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
Jekk iż-żoni tal-qafas tal-ajruplan li jkunu adattati għad-dħul mill-ekwipaġġi tas-salvataġġ waqt emerġenza jkunu mmarkati, dawn iż-żoni għandhom jiġu mmarkati hekk kif inhu muri fil-Figura 1.
Figura 1
Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
NCC.IDE.A.215 Trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT)
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b'dawn li ġejjin:
ELT ta' kwalunkwe tip jew mezz ta' lokalizzazzjoni tal-inġenji tal-ajru li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness IV (il-Parti CAT), CAT.GEN.MPA.210, tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, meta jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Lulju 2008 jew qabel;
ELT awtomatiku jew mezz ta' lokalizzazzjoni tal-inġenji tal-ajru li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżit tal-Anness IV (il-Parti CAT), CAT.GEN.MPA.210, tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, meta jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2008.
(b) ELTs ta’ kwalunkwe tip għandhom ikunu jistgħu jittrażmettu b’mod simultanju kemm fuq il-frekwenza 121,5 MHz kif ukoll fuq il-frekwenza 406 MHz.
NCC.IDE.A.220 Titjir fuq l-ilma
(a) L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li tkun abbord jew b’apparat ekwivalenti li jżomm f’wiċċ l-ilma għal kull persona abbord li jkollha inqas minn 24 xahar, li jkunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti:
l-ajruplani tal-art li jitħaddmu fuq l-ilma f’distanzi ta’ iktar minn 50 mil nawtiku mill-kosta jew li jitilqu jew jinżlu f’ajrudrom jew f’sit tal-aoperat li fih, skont l-opinjoni tal-bdot fil-kmand, il-passaġġ tat-tlugħ jew tal-avviċinament ikun qiegħed b’tali mod fuq l-ilma li x’aktarx ikun se jkun hemm inżul ta’ emerġenza; u
l-idroplani li jitħaddmu fuq l-ilma.
(b) Kull ġakketta tas-salvataġġ jew apparat ekwivalenti individwali li jżomm f’wiċċ l-ilma għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ tidwil elettriku sabiex il-persuni jkunu jistgħu jinstabu b’mod iktar faċli.
(c) L-idroplani li jitħaddmu fuq l-ilma għandhom ikunu mgħammra:
b’ankra tal-wiċċ u tagħmir ieħor meħtieġ sabiex jiffaċilita l-irmiġġ, l-ankrar jew l-immanuvrar tal-idroplan fuq l-ilma, li jkunu adattati għad-daqs, il-piż u l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tiegħu; u
b’tagħmir biex jagħmel is-sinjali tal-ħoss kif preskritt fl-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet Fil-Baħar), fejn dan ikun applikabbli.
(d) Il-bdot fil-kmand ta’ ajruplan li jitħaddem minn distanza ’l bogħod mill-art li tkun adattata għal inżul ta’ emerġenza li tkun akbar mid-distanza li tikkorrispondi għal 30 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari normali jew ta’ 50 mil nawtiku, skont liema minnhom tkun l-anqas, għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-persuni abbord l-ajruplan f’każ ta’ nżul ta’ emerġenza, u fuq il-bażi ta’ dan huwa għandu jiddetermina l-ġarr ta’:
tagħmir sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm;
biżżejjed ċattri tas-salvataġġ sabiex fihom jinġarru l-persuni kollha abbord, li għandhom ikunu stivati b’tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħhom f’każ ta’ emerġenza; u
tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għat-titjira li tkun se titwettaq.
NCC.IDE.A.230 Tagħmir tas-sopravivenza
(a) L-ajruplani li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra:
b’tagħmir għas-sinjali sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm;
tal-inqas ELT tas-sopravivenza wieħed (ELT(S)); u
b’tagħmir ieħor tas-sopravivenza għar-rotta li minnha għandu jittajjar l-ajruplan, filwaqt li jitqies l-għadd ta’ persuni abbord.
(b) It-tagħmir l-ieħor tas-sopravivenza speċifikat fil-punt (a)(3) m’hemmx għalfejn jinġarr abbord meta l-ajruplan:
jibqa’ f’distanza ’l bogħod miż-żona fejn it-tiftix u s-salvataġġ ma jkunux partikularment diffiċli li tkun tikkorrispondi għal:
120 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari b’magna waħda wieqfa (OEI), għall-ajruplani li jistgħu jkomplu jtiru lejn ajrudrom, f’każ li l-magna/l-magni kritika/kritiċi tkun waqfet taħdem/ikunu waqfu jaħdmu fi kwalunkwe punt tul ir-rotta jew ir-rotot ta’ devjazzjoni previsti; jew
30 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari għall-ajruplani l-oħra kollha;
jew
jibqa’ f’distanza li ma tkunx akbar minn dik li tikkorrispondi għal 90 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari minn żona li tkun adattata għal inżul ta’ emerġenza, għall-ajruplani ċċertifikati skont l-istandard tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.
NCC.IDE.A.240 Kuffji tal-widna
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’kuffji tal-widna li jkollhom mikrofonu tal-kuffja jew apparat ekwivalenti għal kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira fil-post assenjat lilhom fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira.
(b) L-ajruplani li jitħaddmu skont l-IFR jew billejl għandhom ikunu mgħammra b’buttuna ta’ trażmissjoni fuq is-sistema manwali għall-kontroll tal-“pitch” u r-“roll” għal kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġ.
NCC.IDE.A.245 Tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju
(a) L-ajruplani li jitħaddmu billejl jew skont l-IFR, jew meta jkun meħtieġ mir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli, għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, li jkun jista”:
jittrażmetti komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet għall-finijiet tal-kontroll tal-ajrudrom
jirċievi informazzjoni meteoroloġika fi kwalunkwe ħin matul it-titjira;
jwettaq komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet fi kwalunkwe ħin matul it-titjira ma’ dawk l-istazzjonijiet ajrunawtiċi u fuq dawk il-frekwenzi preskritti mill-awtorità xierqa; u
jipprovdi komunikazzjoni fuq il-frekwenza tal-emerġenza ajrunawtika 121,5 MHz.
(b) Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ aktar minn tagħmir wieħed ta’ komunikazzjoni, kull wieħed għandu jkun indipendenti mill-ieħor jew mill-oħrajn sal-punt li l-ħsara f’wieħed ma jirriżultax fil-ħsara tal-ieħor jew tal-oħrajn.
NCC.IDE.A.250 Tagħmir tan-navigazzjoni
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni li jiffaċilita li jipproċedu skont:
il-pjan tat-titjira ATS, jekk dan ikun applikabbli; u
ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.
(b) L-ajruplani għandu jkollhom biżżejjed tagħmir tan-navigazzjoni sabiex jiġi żgurat li, f’każ li tiżviluppa ħsara f’apparat minnhom matul kwalunkwe fażi tat-titjira, il-kumplament tat-tagħmir jippermetti li n-navigazzjoni sikura skont il-punt (a), jew skont azzjoni ta’ kontinġenza xierqa, titwettaq b’mod sikur.
(c) L-ajruplani li jintużaw f’titjiriet li fihom ikun previst inżul f’IMC għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni adattat li jkun jista’ jipprovdi gwida sa punt li minnu jkun jista’ jitwettaq inżul viżwali. Dan it-tagħmir għandu jkun jista’ jipprovdi tali gwida għal kull ajrudrom li għalih huwa ppjanat l-inżul f’IMC u għal kull ajrudom alternattiv magħżul.
(d) Għall-operazzjonijiet tal-PBN, l-inġenju tal-ajru għandu jissodisfa r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-ispeċifikazzjoni xierqa għan-navigazzjoni.
(e) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.
NCC.IDE.A.255 Transponder
L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) li jkun jirrapporta l-altitudni tal-pressjoni u bi kwalunkwe kapaċità oħra ta’ transponder tas-SSR li tkun meħtieġa għar-rotta li minnha jkun qed jittajjar l-ajruplan.
NCO.IDE.H.260 Ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta ajrunawtika
Bażijiet ta' dejta ajrunawtika li jintużaw fuq applikazzjonijiet ta' sistemi tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta li huma xierqa għall-użu maħsub tad-dejta.
L-operatur għandu jiżgura d-distribuzzjoni u d-dħul f'waqthom tal-bażijiet tad-dejta ajrunawtika, li jkunu attwali u mhux mibdula, għall-inġenji tal-ajru kollha li jkunu jeħtiġuhom.
Minkejja xi okkorrenza dwar rekwiżiti ta' rappurtar kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014, l-operatur għandu jirrapporta lill-fornitur tal-bażijiet tad-dejta dwar każijiet ta' dejta żbaljata, inkonsistenti jew dejta nieqsa li tista' tkun raġonevolment mistennija li tikkostitwixxi periklu għat-titjira.
F'każijiet bħal dawn, l-operatur għandu jinforma lill-ekwipaġġ tat-titjira u lill-persunal ieħor ikkonċernat, u għandu jiżgura li d-dejta affettwata ma tintużax.
TAQSIMA 2
Il-ħelikopters
NCC.IDE.H.100 Strumenti u tagħmir — punti ġenerali
(a) L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħġtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli fil-każ li:
jintużaw mill-ekwipaġġ tat-titjira beix jikkontrollaw il-passaġġ tat-titjira;
jintużaw biex jikkonformaw ma’ NCC.IDE.H.245;
jintużaw biex jikkonformaw ma’ NCC.IDE.H.250; jew
huma installati fil-ħelikopter.
(b) L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa minn din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta’ tagħmir:
id-dawl portabbli indipendenti,
arloġġ preċiż,
il-kontenitur tal-mapep,
il-kaxxa tal-ewwel għajnuna,
it-tagħmir tas-sopravivenza u għas-sinjali,
l-ankri tal-wiċċ u t-tagħmir għall-irmiġġ, u
it-tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal.
(c) Strumenti u tagħmir jew aċċessorji mhux meħtieġa skont dan l-Anness kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti NCC.IDE.H.245 u NCC.IDE.H.250 ta' dan l-Anness;
l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.
(d) L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-membru tal-ekwipaġġ li jeħtieġ li jużah jinsab bilqiegħda.
(e) Dawk l-istrumenti li jintużaw minn kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jippermettu lill-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jara l-indikazzjonijiet faċilment mill-post tiegħu, bl-inqas devjazzjoni prattika mill-pożizzjoni u mil-linja ta’ viżjoni li huwa normalment jassumi meta jħares ’il quddiem fid-direzzjoni tal-passaġġ tat-titjira.
(f) It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.
NCC.IDE.H.105 Tagħmir minimu għat-titjira
Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ħelikopter, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira prevista ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira m’għandhiex tinbeda, sakemm:
il-ħelikopter ma jkunx qed jitħaddem skont il-lista tat-tagħmir minimu (MEL) tal-operatur;
l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti biex jopera l-ħelikopter fil-limiti tal-lista tat-tagħmir minimu ta' referenza (“MMEL”) skont il-punt ORO.MLR.105(j) tal-Anness III; jew
il-ħelikopter ma jkunx soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.
NCC.IDE.H.115 Dwal operattivi
Il-ħelikopters li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra:
b’sistema ta’ dwal għal kontra l-ħabtiet;
bi dwal tan-navigazzjoni/tal-pożizzjoni;
b’dawl għall-inżul;
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ħelikopter biex jipprovdu dawl xieraq għall-istrumenti kollha u t-tagħmir kollu li huma essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ħelikopter;
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ħelikopter biex jipprovdu dawl fil-kompartimenti kollha tal-passiġġieri;
b’dawl portabbli indipendenti għall kull post tal-membri tal-ekwipaġġ; u
bi dwal biex jitħarsu l-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet Fil-Baħar) jekk il-ħelikopter ikun wieħed anfibju.
NCC.IDE.H.120 Operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
(a) Il-ħelikopters li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
id-direzzjoni manjetika,
il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata, u
iż-żliq.
(b) Il-ħelikopters li jitħaddmu b’VMC fuq l-ilma u mingħajr ma l-art tkun tidher, jew b’VMC billejl, jew meta l-viżibilità tkun anqas minn 1 500 m, jew f’kundizzjonijiet li fihom il-ħelikopter ma jkunx jista’ jinżamm fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a), għandhom ikunu mgħammra:
b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:
il-pożizzjoni tal-ħelikopter,
il-veloċità vertikali, u
id-direzzjoni stabbilizzata,
b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed; u
b’mezz għall-prevenzjoni ta’ funzjonament ħażin fis-sistema li tindika l-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punt (a)(4) minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ.
(c) Kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’mezz separat addizzjonali għat-tieni bdot għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata,
iż-żliq,
il-pożizzjoni tal-ħelikopter, jekk applikabbli
il-veloċità vertikali; jekk applikabbli, u
id-direzzjoni stabbilizzata, jekk applikabbli.
NCC.IDE.H.125 Operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR li jsiru binhar — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
Il-ħelikopters li jitħaddmu skont l-IFR għandhom ikunu mgħammra:
b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:
id-direzzjoni manjetika,
il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata,
il-veloċità vertikali,
iż-żliq,
il-pożizzjoni tal-ħelikopter,
id-direzzjoni stabbilizzata; u
it-temperatura tal-arja ta’ barra;
b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed;
kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti, b’mezz separat addizzjonali għat-tieni bdot għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata,
il-veloċità vertikali,
iż-żliq,
il-pożizzjoni tal-ħelikopter, u
id-direzzjoni stabbilizzata;
b’mezz għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe funzjonament ħażin fis-sistemi li jindikaw il-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punti (a)(4) u (h)(2), minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ;
b’sors alternattiv ta’ pressjoni statika;
b’kontenitur tal-mapep li jkun jinsab f’pożizzjoni li minnha wieħed ikun jista’ jaqra l-mapep faċilment u li jkun jista’ jiddawwal għall-operazzjonijiet li jitwettqu billejl; u
b’mezz addizzjonali għall-kejl u għall-wiri tal-pożizzjoni tal-ħelikopter bħala strument stand-by.
NCC.IDE.H.130 Tagħmir addizzjonali għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed imwettqin skont l-IFR
Il-ħelikopters li jitħaddmu skont l-IFR bi bdot wieħed għandhom ikunu mgħammra b’awtobdot li jkun kapaċi jżomm tal-inqas l-altitudni u d-direzzjoni.
NCC.IDE.H.145 Tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord
Il-ħelikopters li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits u li jitħaddmu skont l-IFR jew billejl għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord meta r-rapporti attwali tat-temp ikunu jindikaw li, tul ir-rotta li minnha għandu jittajjar il-ħelikopter, ikunu mistennija maltempati bir-ragħad jew kundizzjonijiet tat-temp oħrajn li jistgħu jkunu perikolużi, u li huma meqjusa bħala kundizzjonijiet li jistgħu jiġu identifikati mit-tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord.
NCC.IDE.H.150 Tagħmir addizzjonali għall-operazzjonijiet imwettqin billejl f’kundizzjonijet li jiffavorixxu l-formazzjoni tas-silġ
(a) Il-ħelikopters li jitħaddmu billejl f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistenni jew attwali għandhom ikunu mgħammra b’mezzi li jdawlu jew jidentifikaw il-formazzjoni tas-silġ.
(b) Il-mezzi li jdawlu l-formazzjoni tas-silġ ma għandhom jikkawżaw l-ebda dija jew riflessjoni li tista’ tfixkel lill-membri tal-ekwipaġġ fil-qadi tal-kompiti tagħhom.
NCC.IDE.H.155 Sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira
Il-ħelikopters li jitħaddmu minn iżjed minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira, li tinkludi kuffji tal-widna u mikrofoni għall-użu mill-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira.
NCC.IDE.H.160 Reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota
(a) Il-ħelikopters b’MCTOM ta’ aktar minn 7 000 kg u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data għandhom jiġu mgħammra b’CVR.
(b) Is-CVR għandu jkun kapaċi li jikseb id-dejta rreġistrata matul mill-inqas is-sagħtejn ta’ qabel.
(c) Is-CVR għandu jirreġistra, b’referenza għal skala tal-ħin:
il-komunikazzjonijiet tal-vuċi trażmessi bir-radju mill-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira jew li jkunu waslu bir-radju f’dak il-kompartiment;
il-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jsiru permezz tas-sistema ta’ telefonija interna u tas-sistema għall-avviżi lill-pubbliku, jekk dawn ikunu installati;
L-ambjent tas-smigħ tal-kabina tal-pilota, inkluż mingħajr interruzzjoni, is-sinjali akustiċi li jkunu waslui minn kull mikrofonu tal-ekwipaġġ; kif ukoll
is-sinjali tal-vuċi jew akustiċi li jidentifikaw l-għajnuniet għan-navigazzjoni jew għall-avviċinament introdotti fil-kuffji tal-widna jew fuq lawdspiker.
(d) Is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni qabel ma l-ħelikopter jibda jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sa tmiem it-titjira meta l-ħelikopter ma jkunx għadu jista’ jkompli jimxi bil-qawwa tiegħu stess.
(e) Minbarra l-punt (d), skont id-disponibbiltà tal-enerġija elettrika, is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni malajr kemm jista’ jkun waqt il-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota qabel ma tinxtegħel il-magna fil-bidu tat-titjira u sal-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota immedjatament wara li l-magna tintefa fi tmiem it-titjira.
(f) Jekk is-CVR mhuwiex utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk is-CVR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.
NCC.IDE.H.165 Reġistratur tad-dejta tat-titjira
(a) Il-ħelikopters b’MCTOM ta’ aktar minn 3 175 kg u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data għandhom jiġu mgħammra b’reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) li juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta kif ukoll li għalih huwa disponibbli metodu biex tinstab minnufih dik id-dejta mill-mezz tal-ħażna.
(b) L-FDR għandu jirreġistra l-parametri meħtieġa biex jiġu stabbiliti b’mod preċiż il-passaġġ tat-titjira, il-veloċità, il-pożizzjoni, il-qawwa tal-magna, il-konfigurazzjoni u l-operazzjoni tal-ħelikopter u għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata tal-anqas matul l-aħħar 10 sigħat.
(c) Id-dejta għandha tinkiseb minn sorsi tal-ħelikopter li jippermettu korrelazzjoni eżatta mal-informazzjoni murija lill-ekwipaġġ tat-titjira.
(d) L-FDR għandu jibda jirreġistra d-dejta b’mod awtomatiku qabel ma l-ħelikopter ikun jista’ jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf b’mod awtomatiku meta l-ħelikopter ma jkunx jista’ jimxi iktar bil-qawwa tiegħu stess.
(e) Jekk ir-reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk l-FDR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.
NCC.IDE.H.170 Reġistrazzjoni tal-kollegamenti bejn id-dejta
(a) Il-ħelikopters li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara, li għandhom il-kapaċità jwettqu komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta u li jridu jkunu mgħammra b’CVR, għandhom jirreġistraw fuq reġistratur, fejn ikun applikabbli:
il-messaġġi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta marbutin mal-komunikazzjonijiet tal-ATS lill-ħelikopter u minnu, inklużi l-messaġġi li japplikaw għall-applikazzjonijiet li ġejjin:
il-bidu tal-kollegament tad-dejta;
il-komunikazzjonijiet bejn il-bdot u l-kontrollur;
is-sorveljanza indirizzata;
l-informazzjoni dwar it-titjira;
is-sorveljanza tax-xandir tal-inġenju tal-ajru, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema;
id-dejta tal-kontroll operattiv tal-inġenju tal-ajru, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema; u
il-grafika, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema;
l-informazzjoni li tippermetti l-korrelazzjoni ma’ kull rekord assoċjat li huwa marbut mal-komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta u li huwa maħżun f’post differenti mill-ħelikopter; u
l-informazzjoni dwar il-ħin u l-prijorità tal-messaġġi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta, filwaqt li titqies l-arkitettura tas-sistema.
(b) Ir-reġistratur għandu juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta u l-informazzjoni, u għandu juża metodu biex tiġi estratta faċilment dik id-dejta. Il-metodu tar-reġistrazzjoni għandu jkun tali li jippermetti li d-dejta tkun taqbel mad-dejta rreġistrata fuq l-art.
(c) Ir-reġistratur għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas għall-istess tul ta’ ħin stabbilit għas-CVRs fil-punt NCC.IDE.H.160.
(d) Jekk ir-reġistratur ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk ir-reġistratur ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.
(e) Ir-rekwiżiti applikabbli għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tar-reġistratur huma l-istess bħar-rekwiżiti applikabbi għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tas-CVR mogħtija fil-punti NCC.IDE.H.160 (d) u (e).
NCC.IDE.H.175 Reġistratur ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota
Tista’ tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti tas-CVR u tal-FDR billi abbord jinġarr reġistratur wieħed ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota.
NCC.IDE.H.180 Sits, ċinturini tas-sikurezza tas-sits, sistemi ta’ restrizzjoni u tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra:
b’sit jew post għal kull persuna abbord li jkollha 24 xahar jew iktar;
b’ċinturin tas-sikurezza f’kull sit tal-passiġġieri u ċinturini ta’ restrizzjoni għal kull post;
b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għal kull passiġġier li jkollu 24 xahar jew iktar, fil-każ ta’ ħelikopters li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba wara l-31 ta’ Diċembru 2012;
b’tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal (CRD) għal kull persuna abbord li jkollha inqas minn 24 xahar;
b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso li jkun fih apparat li jżomm, b’mod awtomatiku, lit-torso tal-okkupant f’każ ta’ tnaqqis rapidu tal-veloċità f’kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira; u
b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għall-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa, fil-każ ta’ ħelikopters li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba wara l-31 ta’ Diċembru 1980.
(b) Ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għandu:
jkun jinfetaħ permezz ta’ molla waħda; u
jinkludi żewġ strixxi li jintlibsu fuq l-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jkunu jistgħu jintużaw b’mod indipendenti fis-sits tal-ekwipaġġ tat-titjira, fi kwalunkwe sit li jkun ħdejn is-sit tal-bdot u fis-sits għall-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa.
NCC.IDE.H.185 Sinjali biex jintlibes iċ-ċinturin tas-sikurezza u biex javżaw li t-tipjip mhux permess
Il-ħelikopters li fihom is-sits tal-passiġġieri ma jkunux jidhru kollha mis-sit(s) tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’mezz biex il-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina kollha jintwerew meta għandhom jintrabtu biċ-ċinturini tas-sikurezza u meta ma jkunx permess it-tipjip.
NCC.IDE.H.190 Kaxex għall-ewwel għajnuna
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’kaxxa waħda għall-ewwel għajnuna.
(b) Il-kaxex għall-ewwel għajnuna għandhom:
ikunu faċilment aċċessibbli għall-użu; u
jinżammu f’kundizzjoni tajba.
NCC.IDE.H.200 Ossiġnu supplimentari — il-ħelikopters mingħajr pressjoni
(a) Il-ħelikopters mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni fejn hija meħtieġa l-provvista tal-ossiġnu skont il-punt (b) għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa.
(b) Il-ħelikopters mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni ta’ titjira fejn l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartimenti tal-passiġġieri hija ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikollhom ossiġnu suffiċjenti li jkun jista’ jissupplixxi
il-membri tal-ekwipaġġ kollha u mill-anqas 10 % tal-passiġġieri għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-passiġġieri tkun bejn 10 000 u 13 000 pied; u
il-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri kollha għal kwlaunkwe perjodu meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-passiġġieri tkun ’il fuq minn 13 000 pied.
NCC.IDE.H.205 Ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ċilindru wieħed jew pompa waħda għat-tifi tan-nar:
fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-tijira; u
f’kull kompartiment tal-passiġġieri li huwa separat mill-kompartiment tal-ekwipaġġ, għajr jekk il-kompartiment huwa aċċessibbli faċilment għall-ekwipaġġ.
(b) It-tip ta’ sustanza tat-tifi tan-nar użata fiċ-ċilindri jew fil-pompi għat-tifi tan-nar meħtieġa u l-kwantità tagħha għandhom ikunu xierqa għat-tipi ta’ nirien li jistgħu jiżviluppaw fil-kompartiment fejn ikun maħsub li jintuża ċ-ċilindru jew il-pompa għat-tifi tan-nar u għandhom inaqqsu l-periklu tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet tossiċi fil-kompartimenti li fihom ikun hemm in-nies.
NCC.IDE.H.210 Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
Jekk iż-żoni tal-qafas tal-ħelikopter li jkunu adattati għad-dħul mill-ekwipaġġi tas-salvataġġ waqt emerġenza jkunu mmarkati, dawn iż-żoni għandhom jiġu mmarkati hekk kif inhu muri fil-Figura 1.
Figura 1
Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
NCC.IDE.H.215 Trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT)
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ELT awtomatiku wieħed.
▼M9 —————
(c) ELT ta’ kwalunkwe tip għandu jkun jista’ jittrażmetti b’mod simultanju kemm fuq il-frekwenza 121,5 MHz kif ukoll fuq il-frekwenza 406 MHz.
NCC.IDE.H.225 Ġkieket tas-salvataġġ
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li tkun abbord jew b’apparat ekwivalenti li jżomm f’wiċċ l-ilma għal kull persona abbord li jkollha inqas minn 24 xahar, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti, meta dawn jitħaddmu:
fuq titjira fuq l-ilma minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 10 minuti ta’ titjir b’veloċita regolari normali, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ikun jista’ jżomm titjir f’livell;
fuq titjira fuq l-ilma lil hinn mid-distanza awtorotazzjonali mill-art, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ma jkunx jista’ jżomm titjir f’livell; jew
waqt tlugħ jew inżul f’ajrudrom jew f’sit tal-operat li fih il-passaġġ tat-tlugħ jew tal-avviċinament ikun qiegħed fuq l-ilma.
(b) Kull ġakketta tas-salvataġġ jew apparat ekwivalenti individwali li jżomm f’wiċċ l-ilma għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ tidwil elettriku sabiex il-persuni jkunu jistgħu jinstabu b’mod iktar faċli.
NCC.IDE.H.226 Ilbies ta' sopravivenza għall-ekwipaġġ
Kull membru tal-ekwipaġġ għandu jilbes libsa ta' sopravivenza meta jiddeċiedi hekk il-bdot fil-kmand abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju billi jqis il-kundizzjonijiet li ġejjin:
titjiriet fuq l-ilma lil hinn mid-distanza awtorotazzjonali mill-art jew inżul ta' emerġenza sikur, fejn fil-każ ta' ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ma jkunx jista' jżomm titjir f'livell; kif ukoll
ir-rapport jew it-tbassir tat-temp għad-disponibbiltà tal-kmandant/tal-bdot fil-kmand jindika li t-temperatura tal-baħar se tkun taħt il-+ 10 °C matul it-titjira.
NCC.IDE.H.227 Ċattri tas-salvataġġ, ELTs tas-sopravivenza u tagħmir tas-sopravivenza għal titjiriet fuq l-ilma fuq distanza estiża
Il-ħelikopters li jitħaddmu:
fuq titjira fuq l-ilma minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 10 minuti ta’ titjir f’veloċita moderata normali, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ikun jista’ jżomm titjir f’livell; jew
fuq titjira fuq l-ilma minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 3 minuti ta’ titjir f’veloċita regolari normali, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ma jkun jista’ jżomm titjir f’livell, u jekk jiddeċiedi hekk il-bdot fil-kmand permezz ta’ valutazzjoni tar-riskju;
għandhom ikunu mgħammra:
fil-każ ta’ ħelikopter li jkun qed iġorr inqas minn 12-il persona, tal-inqas ċattra waħda tas-salvataġġ b’kapaċità mkejla ta’ mhux inqas mill-għadd massimu ta’ persuni abbord, li għandha tkun stivata b’tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħha f’każ ta’ emerġenza;
fil-każ ta’ ħelikopter li jkun qed iġorr iktar minn 11-il persona, tal-inqas żewġ ċattri tas-salvataġġ, li għandhom ikunu stivati b’tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħhom f’każ ta’ emerġenza, li flimkien ikunu biżżejjed biex fihom joqogħdu l-persuni kollha li jistgħu jinġarru abbord u li jkollhom il-kapaċità ta’ tagħbija żejda suffiċjenti biex fihom joqogħdu l-persuni kollha li jkunu abbord il-ħelikopter f’każ li waħda minnhom tintilef;
tal-inqas ELT tas-sopravivenza (ELT(S)) wieħed għal kull ċattra tas-salvataġġ meħtieġa; u
tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għat-titjira li tkun se titwettaq.
NCC.IDE.H.230 Tagħmir tas-sopravivenza
Il-ħelikopters li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra:
b’tagħmir għas-sinjali sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm;
tal-inqas ELT tas-sopravivenza wieħed (ELT(S)); u
b’tagħmir ieħor tas-sopravivenza għar-rotta li minnha għandu jittajjar il-ħelikopter, filwaqt li jitqies l-għadd ta’ persuni abbord.
▼M9 —————
NCC.IDE.H.232 Ħelikopters iċċertifikati biex joperaw fuq l-ilma — tagħmir varju
Il-ħelikopters li jkunu ċċertifikati biex joperaw fuq l-ilma għandhom ikunu mgħammra:
b’ankra tal-wiċċ u tagħmir ieħor meħtieġ sabiex jiffaċilita l-irmiġġ, l-ankrar jew l-immanuvrar tal-ħelikopter fuq l-ilma, li jkunu adattati għad-daqs, il-piż u l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tiegħu; u
b’tagħmir biex jagħmel is-sinjali tal-ħoss preskritti fil-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet fil-Baħar), fejn dan ikun applikabbli.
NCC.IDE.H.235 Il-ħelikopters kollha li jkunu qed iwettqu titjiriet fuq l-ilma — inżul ta' emerġenza
Il-ħelikopters għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkunu jistgħu jinżlu fuq l-ilma jew ikunu ċċertifikati biex iwettqu nżul ta' emerġenza skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni rilevanti jew ikunu mgħammru b'apparat li jżomm f'wiċċ l-ilma meta jitħaddmu għal titjira fuq l-ilma f'ambjent ostili minn distanza 'l bogħod mill-art li tkun tikkorrispondi għal iktar minn 10 minuti ta' titjir f'veloċità regolari normali.
NCC.IDE.H.240 Kuffji tal-widna
Kull meta tkun meħtieġa sistema ta’ komunikazzjoni permezz tar-radju u/jew sistema tan-navigazzjoni bir-radju, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’kuffji tal-widna li jkollhom mikrofonu tal-kuffja jew apparat ekwivalenti u buttuna ta’ trażmissjoni fuq il-kontrolli tat-titjira għal kull bdot u/jew membru tal-ekwipaġġ meħtieġ fil-post assenjat lilu.
NCC.IDE.H.245 Tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju
(a) Il-ħelikopters li jitħaddmu billejl jew skont l-IFR, jew meta jkun meħtieġ mir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli, għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju li jkun jista’:
jwettaq komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet għall-finijiet tal-kontroll tal-ajrudrom
jirċievi informazzjoni meteoroloġika.
jwettaq komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet fi kwalunkwe ħin matul it-titjira ma’ dawk l-istazzjonijiet ajrunawtiċi u fuq dawk il-frekwenzi preskritti mill-awtorità xierqa; u
jipprovdi komunikazzjoni fuq il-frekwenza tal-emerġenza ajrunawtika 121,5 MHz.
(b) Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ aktar minn tagħmir wieħed ta’ komunikazzjoni, kull wieħed għandu jkun indipendenti mill-ieħor jew mill-oħrajn sal-punt li l-ħsara f’wieħed ma jirriżultax fil-ħsara tal-ieħor jew tal-oħrajn.
(c) Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ sistema ta’ komunikazzjoni bir-radju, u minbarra s-sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġa fil-punt NCC.IDE.H.155, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’buttuna ta’ trażmissjoni fuq is-sistema tal-kontroll ta’ kull bdot u membru tal-ekwipaġġ meħtieġ fil-posta assenjat tiegħu.
NCC.IDE.H.250 Tagħmir tan-navigazzjoni
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni li jiffaċilita li jipproċedu skont:
il-pjan tat-titjira ATS, jekk dan ikun applikabbli; u
ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.
(b) Il-ħelikopters għandu jkollhom biżżejjed tagħmir tan-navigazzjoni sabiex jiġi żgurat li, f’każ li tiżviluppa ħsara f’apparat minnhom matul kwalunkwe fażi tat-titjira, il-kumplament tat-tagħmir jippermetti li n-navigazzjoni sikura skont il-punt (a), jew skont azzjoni ta’ kontinġenza xierqa titwettaq b’mod sikur.
(c) Il-ħelikopters li jintużaw f’titjiriet li fihom ikun previst inżul f’IMC għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni adattat li jkun jista’ jipprovdi gwida sa punt li minnu jkun jista’ jitwettaq inżul viżwali. Dan it-tagħmir għandu jkun jista’ jipprovdi tali gwida għal kull ajrudrom li għalih huwa ppjanat l-inżul f’IMC u għal kull ajrudom alternattiv magħżul.
(d) Meta tkun meħtieġa l-PBN, l-inġenju tal-ajru għandu jissodisfa r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-ispeċifikazzjoni xierqa għan-navigazzjoni.
(e) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.
NCC.IDE.H.255 Transponder
Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) li jkun jirrapporta l-altitudni tal-pressjoni u bi kwalunkwe kapaċità oħra ta’ transponder tas-SSR li tkun meħtieġa għar-rotta li minnha jkun qed jittajjar il-ħelikopter.
NCO.IDE.H.260 Ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta ajrunawtika
Bażijiet ta' dejta ajrunawtika li jintużaw fuq applikazzjonijiet ta' sistemi tal-inġenji tal-jaru ċċertifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta li huma xierqa għall-użu maħsub tad-dejta.
L-operatur għandu jiżgura d-distribuzzjoni u d-dħul f'waqthom tal-bażijiet tad-dejta ajrunawtika, li jkunu attwali u mhux mibdula, għall-inġenji tal-ajru kollha li jkunu jeħtiġuhom.
Minkejja xi okkorrenza dwar rekwiżiti ta' rappurtar kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014, l-operatur għandu jirrapporta lill-fornitur tal-bażijiet tad-dejta dwar każijiet ta' dejta żbaljata, inkonsistenti jew dejta nieqsa li tista' tkun raġonevolment mistennija li tikkostitwixxi periklu għat-titjira.
F'każijiet bħal dawn, l-operatur għandu jinforma lill-ekwipaġġ tat-titjira u lill-persunal ieħor ikkonċernat, u għandu jiżgura li d-dejta affettwata ma tintużax.
ANNESS VII
OPERAZZJONIJIET MHUX KUMMERĊJALI BL-AJRU B'INĠENJI TAL-AJRU ĦLIEF INĠENJI TAL-AJRU KUMPLESSI MĦADDMIN B'MAGNA
[Il-PARTI-NCO]
IS-SUBPARTI A
REKWIŻITI ĠENERALI
NCO.GEN.100 Awtorità kompetenti
(a) L-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-inġenju tal-ajru huwa rreġistrat.
(b) Jekk l-inġenju tal-ajru jkun reġistrat f'pajjiż terz, l-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-operatur għandu s-sede prinċipali tiegħu, huwa stabbilit jew jirrisjedi.
NCO.GEN.101 Mezzi ta’ konformità
Operatur jista juża mezzi alternattivi ta’ konformità minn dawk adottati mill-Aġenzija biex jistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
▼M14 —————
NCO.GEN.103 Titjiriet introduttorji
It-titjiriet introduttorji msemmija fl-Artikolu 6(4a)(c) ta' dan, ir-Regolament meta jsiru skont dan l-Anness, għandhom:
il-bidu u t-tmiem fl-istess ajrudrom jew sit tal-operat;
ikunu operati skont il-VFR binhar;
ikunu sorveljati minn persuna nominata responsabbli għas-sikurezza tagħhom; kif ukoll
jikkonformaw ma' kwalunkwe kundizzjoni oħra stipulata mill-awtorità kompetenti.
NCO.GEN.104 Użu tal-inġenji tal-ajru inklużi f'AOC minn operatur tal-NCO
Operatur tal-NCO jista' juża inġenji tal-ajru differenti minn inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni elenkati fuq l-AOC ta' operatur sabiex iwettaq operazzjonijiet mhux kummerċjali skont dan l-Anness.
L-operatur tal-NCO li juża l-inġenju tal-ajru skont il-punt (a) għandu jistabbilixxi proċedura:
li tiddeskrivi b'mod ċar kif il-kontroll operazzjonali tal-inġenju tal-ajru jiġi ttrasferit bejn id-detentur tal-AOC u l-operatur tal-NCO, kif imsemmi fil-punt ORO.GEN.310 tal-Anness III;
li tiddeskrivi l-proċedura ta' handover tal-inġenju tal-ajru meta jiġi ritornat lid-detentur tal-AOC.
Dik il-proċedura għandha tiġi inkluża f'kuntratt ta' bejn id-detentur tal-AOC u l-operatur tal-NCO.
L-operatur tal-NCO għandu jiżgura li l-proċedura tiġi kkomunikata lill-persunal rilevanti.
Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru użat skont il-punt (a) għandha tkun immaniġġjata mill-organizzazzjoni responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għall-inġenji tal-ajru inklużi fl-AOC, skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014.
L-operatur tal-NCO li juża l-inġenju tal-ajru skont il-punt (a) għandu jiżgura dan li ġej:
li kull titjira mwettqa taħt il-kontroll operazzjonali tiegħu tkun irreġistrata fis-sistema tar-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru;
li ma jsir l-ebda tibdil fis-sistemi jew fil-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
li kwalunkwe difett jew malfunzjonament tekniku li jseħħ waqt li l-inġenju tal-ajru jkun taħt il-kontroll operazzjonali tiegħu jiġi rrappurtat lill-organizzazzjoni msemmija fil-punt (c) immedjatament wara t-titjira;
li d-detentur tal-AOC jirċievi kopja ta' kwalunkwe rapport ta' okkorrenzi relatat mat-titjiriet imwettqa bl-inġenju tal-ajru, mimli skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 u r-Regolament (UE) 2015/1018.
NCO.GEN.105 Responsabbiltajiet u awtorità tal-bdot fil-kmand
(a) Il-bdot fil-kmand għandu:
ikun responsabbli għas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-membri kollha tal-ekwipaġġ, tal-passiġġieri kollha u tal-merkanzija kollha abbord matul l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru kif imsemmi fil-Punt 1.c tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;
ikun responsabbli għall-bidu, għall-kontinwazzjoni, għat-terminazzjoni jew għad-devjazzjoni ta’ titjira fl-interess tas-sikurezza;
jiżgura li l-proċeduri operattivi u l-listi ta’ kontroll kollha huma mħarsa skont il-manwal tal-operat u kif imsemmi fil-punt 1.b tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;
jibda b’titjira biss jekk hu jkun sodisfatt li l-limitazzjonijiet operattivi kollha msemmija f’2.a.3 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 huma mħarsa, kif ġej:
l-ajruplan huwa ajrunavigabbli;
l-inġenju tal-ajru huwa rreġistrat kif dovut;
l-istrumenti u t-tagħmir meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' dik it-titjira huma installati fuq l-inġenju tal-ajru u huma operattivi, sakemm ma tkunx permessa l-operazzjoni b'tagħmir mhux operattiv bil-lista ta' tagħmir minimu (MEL) jew b'dokument ekwivalenti, jekk ikun applikabbli, kif previst fil-punti NCO.IDE.A.105 jew NCO.IDE.H.105;
il-massa tal-inġenju tal-ajru u l-punt taċ-ċentru tal-gravità huma tali li t-titjira tista' tiġi eżegwita fil-limiti msemmijin fid-dokumentazzjoni tal-ajrunavigabbiltà;
it-tagħmir, il-bagalji u l-merkanzija kollha huma mgħobbija kif suppost u sikuri u evakwazzjoni ta’ emerġenza tkun għadha possibbli; ►M9 ————— ◄
il-limitazzjonijiet operattivi tal-inġenju tal-ajru kif speċifikat fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (aircraft flight manual — AFM) fl-ebda ħin ma huma se jinqabżu matul it-titjira; ►M9 u ◄
kull bażi tad-dejta tan-navigazzjoni meħtieġa għal PBN huwa xierqa u aġġornata;
ma jibdiex b’titjira fil-każ li huwa ma jkunx jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu għal kwalunkwe raġuni bħal dannu, mard, għeja jew minħabba l-effetti ta’ kwalunkwe sustanza psikoattiva;
ikun responsabbli li ma jkomplix b’titjira li tmur lil hinn mill-eqreb ajrudrom jew sit tal-operat funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, meta l-kapaċità tiegħu biex iwettaq il-kompiti hija mnaqqsa b’mod sinifikanti għal raġunijiet bħal għeja, mard jew nuqqas ta’ ossiġnu;
jiddeċiedi li jaċċetta l-inġenju tal-ajru li jkollu ħsarat li ma jippermettulux li jaħdem tajjeb, skont il-lista ta’ devjazzjonijiet tal-konfigurazzjoni (configuration deviation list/CDL) jew il-lista ta’ tagħmir minimu (minimum equipment list/MEL); u
ikun responsabbli għar-reġistrazzjoni tad-dejta tal-utilizzazzjoni u tad-difetti kollha magħrufa jew suspettati fl-inġenju tal-ajru fit-tmiem tat-titjira, jew serje ta’ titjiriet, fir-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru jew fil-ġurnal tal-vjaġġ għall-inġenju tal-ajru.
(b) Waqt il-fażijiet kritiċi tat-titjira jew kull meta jitqies neċessarju mill-bdot fil-kmand fl-interess tas-sikurezza, il-membri tal-ekwipaġġ kollha għandhom ikunu bilqiegħda fil-post assenjat tagħhom u ma għandhom iwettqu l-ebda attività minbarra dawk meħtieġa għat-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru.
(c) Il-bdot fil-kmand għandu jkollu l-awtorità li jirrifjuta l-ġarr jew l-iżbark ta’ kwalunkwe persuna, bagalja jew merkanzija li tista’ tirrappreżenta periklu potenzjali għas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-okkupanti tiegħu.
(d) Il-bdot fil-kmand għandu, malajr kemm jista’ jkun, jirrapporta lill-unità xierqa tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) dwar kwalunkwe kundizzjoni perikoluża tat-temp jew tat-titjira li magħha huwa ltaqa’ u li x’aktarx taffettwa s-sikurezza ta’ inġenji tal-ajru oħrajn.
(e) Il-bdot fil-kmand gћandu, f’sitwazzjoni ta’ emerġenza li teħtieġ deċiżjoni u azzjoni immedjati, jieћu kwalunkwe azzjoni li huwa jikkunsidra meħtieġa fiċ-ċirkostanzi skont il-punt 7.d tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. F’dawn il-każijiet, huwa jista’ jiddevja mir-regoli u mill-proċeduri operattivi u mill-metodi stabbiliti fl-interess tas-sikurezza.
(f) Matul it-titjira, il-bdot fil-kmand għandu:
iżomm iċ-ċintorin tas-sikurezza tiegћu meta jkun f'postu; u
jibqa’ fil-kontrolli tal-inġenju tal-ajru f’kull ħin ħlief meta bdot ieħor ikun qed jieħu l-kontrolli hu.
(g) Il-bdot fil-kmand għandu mingħajr dewmien jissottometti rapport ta’ att ta’ interferenza illegali lill-awtorità kompetenti u għandu jinforma lill-awtorità lokali maħtura.
(h) Il-bdot fil-kmand għandu jinnotifika lill-eqreb awtorità xierqa bil-mezzi disponibbli l-aktar rapidi dwar kull aċċident li jinvolvi l-inġenju tal-ajru li jirriżulta f’dannu serju jew fil-mewt ta’ xi persuna jew fil-ħsara sostanzjali tal-inġenju tal-ajru jew ta’ proprjetà.
▼M11 —————
NCC.GEN.110 Konformità mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri
(a) Il-bdot fil-kmand għandu jkun konformi mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri ta’ dawk l-Istati fejn l-operazzjonijiet isiru.
(b) Il-bdot fil-kmand għandu jkun familjari mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu, preskritti għaż-żoni li jridu jiġu ttraversati, l-ajrudromi jew is-siti tal-operat li għandhom jintużaw u l-faċilitajiet tan-navigazzjoni fl-ajru relatati magħhom kif imsemmija fil-punt 1.a tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
NCO.GEN.115 Taxiing tal-ajruplani
Ajruplan jinsaq biss fiż-żona tal-moviment ta’ ajrudrom jekk il-persuna fil-post tal-kontroll:
tkun bdot ikkwalifikat b’mod xieraq; jew
tkun inħatret mill-operatur u:
tkun imħarrġa biex issuq l-inġenju tal-ajru;
tkun imħarrġa biex tuża t-telefonija bir-radju, fil-każ li komunikazzjonijiet bir-radju huma meħtieġa;
tkun irċeviet struzzjonijiet dwar it-tqassim tal-ajrudrom, ir-rotot, is-sinjali, il-marki, id-dwal, is-sinjali u l-istruzzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC), il-lingwaġġ u l-proċeduri; u
tkun kapaċi tikkonforma mal-istandards operattivi meћtieġa gћall-moviment sikur tal-ajruplan fl-ajrudrom.
NCC.GEN.12O Tħaddim tar-rotor — ħelikopters
Ir-rotor tal-ħelikopter għandu jitqabbad bil-magni biss għall-għanijiet ta’ titjira li fiha jkun hemm bdot ikkwalifikat fil-post tal-kontroll.
NCO.GEN.125 Tagħmir elettroniku portabbli
Il-bdot fil-kmand ma għandu jippermetti l-ebda persuna milli tuża tagħmir elettroniku portabbli (portable electronic device/PED) abbord inġenju tal-ajru, inkluża electronic flight bag (EFB), li jaffettwa b'mod negattiv il-prestazzjoni tas-sistemi u t-tagħmir tal-inġenju tal-ajru jew il-kapaċità tal-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira biex iħaddem l-inġenju tal-ajru.
NCC.GEN.130 Informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord
Għajr fit-tlugħ u l-inżul tal-inġenju tal-ajru fl-istess ajrudrom/sit tal-operat, l-operatur għandu jkollu listi bl-informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord li għandhom ikunu dejjem disponibbli sabiex jiġu kkomunikati minnufih liċ-ċentri tal-koordinazzjoni tas-salvataġġ (RCCs).
NCO.GEN.135 Dokumenti, manwali u informazzjoni li għandhom jinġarru abbord
(a) Id-dokumenti, il-manwali u l-informazzjoni li ġejjin għandhom jinġarru abbord waqt kull titjira, bħala oriġinali jew kopji, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor:
il-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (AFM), jew dokument/i ekwivalenti;
iċ-ċertifikat oriġinali tar-reġistrazzjoni;
iċ-ċertifikat oriġinali tal-ajrunavigabbilità (CofA);
iċ-ċertifikat tal-istorbju, jekk applikabbli;
il-lista tal-approvazzjonijiet speċifiċi, jekk applikabbli;
il-liċenzja oriġinali tar-radju tal-inġenju tal-ajru, jekk ikun applikabbli;
iċ-ċertifikat(i) tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà fil-konfront ta’ terzi persuni;
il-ġurnal tal-vjaġġ tal-inġenju tal-ajru, jew dokument ekwivalenti;
id-dettalji tal-pjan tat-titjira tal-ATS li jkun ġie ffajljat, jekk ikun applikabbli;
mapep ajrunawtiċi attwali u xierqa għar-rotta ►M4 għaż-żona ◄ tat-titjira proposta u għar-rotot kollha li fuqhom wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li tista’ tiġi ddevjata t-titjira;
il-proċeduri u l-informazzjoni dwar is-sinjali viżwali għall-użu min-naħa ta’ inġenji tal-ajru interċettati u ta’ inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni;
il-MEL jew is-CDL, jekk applikabbli; u
kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jkun rilevanti għat-titjira jew li huwa meћtieġ mill-Istati li għandhom x’jaqsmu mat-titjira.
(b) Minkejja l-punt (a), għat-titjiriet:
li t-tlugħ u l-inżul tagħhom huma ppjanati fl-istess ajrudrom/sit tal-operat; jew
li jibqgħu f’distanza jew f’żona kif determinata mill-awtorità kompetenti,
id-dokumenti u l-informazzjoni fil-punti (a)(2) sa (a)(8) jistgħu jinżammu fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat.
▼M14 —————
(d) Fi żmien raġenevoli minn meta jintalab mill-awtorità kompetenti, il-bdot fil-kmand għandu jagħmel disponibbli d-dokumentazzjoni meħtieġa li għandha tinġarr abbord.
NCC.GEN.140 Trasport ta’ oġġetti perikolużi
(a) It-trasport ta’ oġġetti perikolużi bl-ajru għandu jitwettaq skont l-Anness 18 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, kif emendata l-aħħar u estiża bil-“Technical Instructions for the Safe Transport of Dangerous Goods by Air” (id-dokument 9284-AN/905 tal-ICAO), inklużi s-supplimenti tagħha u kwalunkwe addenda jew rettifika oħra għaliha.
(b) L-oġġetti perikolużi għandhom jinġarru biss mill-operatur approvat skont l-Anness V (Parti-SPA), Subparti G, tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 ħlief meta:
dawn ma jkunux suġġetti għall-Istruzzjonijiet Tekniċi skont il-Parti 1 ta’ dawk l-Istruzzjonijiet; jew
jinġarru mill-passiġġieri jew mill-bdot fil-kmand, jew ikunu f’bagalja, skont il-Parti 8 tal-Istruzzjonijiet Tekniċi;
jinġarru mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru ELA2.
(c) Il-bdot fil-kmand għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jiġi evitat il-ġarr bi żball ta’ oġġetti perikolużi abbord.
(d) Skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi, il-bdot fil-kmand għandu jirrapporta mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti u lill-awtorità xierqa tal-Istat tal-okkorrenza fil-każ ta’ kwalunkwe aċċident jew inċident marbut ma’ oġġetti perikolużi.
(e) Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li l-passiġġieri jingħataw informazzjoni dwar l-oġġetti perikolużi skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi.
(f) Kwantitajiet raġonevoli ta' artikoli u sustanzi li kieku jkunu klassifikati bħala oġġetti perikolużi u li jintużaw biex iħaffu s-sikurezza tat-titjira, fejn ikun rakkommandabbli li jiġu ttrasportati abbord l-inġenju tal-ajru biex tiġi żgurata d-disponibbiltà f'waqtha tagħhom għal skopijiet operattivi, għandhom jitqiesu awtorizzati skont il-paragrafu 1;2.2.1(a) tal-Istruzzjonijiet Tekniċi. Dan hu l-każ irrispettivament minn jekk dawn l-oġġetti u s-sustanzi humiex meħtieġa li jinġarru jew maħsubin biex jintużaw b'rabta ma' titjira partikolari.
L-ippakkjar u t-tagħbija abbord tal-artikoli u tas-sustanzi msemmija hawn fuq għandhom isiru fir-responsabbiltà tal-bdot fil-kmand, b'tali mod li jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji maħluqa għall-membri tal-ekwipaġġ, għall-passiġġieri, għall-merkanzija jew għall-inġenju tal-ajru waqt operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.
NCO.GEN.145 Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza
L-operatur għandu jimplimenta:
kwalunkwe miżura tas-sikurezza li l-awtorità kompetenti tkun qabbditu jimplimenta skont il-punt ARO.GEN.135(c); u
kwalunkwe informazzjoni obbligatorja rilevanti marbuta mas-sikurezza maħruġa mill-Aġenzija, inklużi d-direttivi tal-ajrunavigabbiltà.
NCO.GEN.150 Ġurnal tal-vjaġġ
Għal kull titjira, jew għal kull serje ta’ titjiriet, għandhom jinżammu d-dettalji tal-inġenju tal-ajru, tal-ekwipaġġ tiegħu u ta’ kull vjaġġ, f’forma ta’ ġurnal tal-vjaġġ jew ta’ dokument ekwivalenti.
NCO.GEN.155 Lista tat-tagħmir minimu
(a) Tista’ tiġi stabbilita MEL li tqis kif ġej:
għall-fini tal-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru, id-dokument għandu jipprovdi, skont kundizzjonijiet speċifikati, bi strumenti partikolari, għal oġġetti ta’ tagħmir jew għal funzjonijiet mhux operattivi fil-bidu tat-titjira;
id-dokument għandu jiġi mħejji għal kull inġenju tal-ajru individwali, filwaqt li jqis il-kundizzjonijiet ta’ operat u ta’ manutenzjoni rilevanti tal-operatur; u
Il-MEL għandha tkun ibbażata fuq il-Master Minimum Equipment List (MMEL), kif definita fid-dejta stabbilita skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 ( 19 ) u ma għandhiex tkun anqas restrittiva mill-MMEL.
(b) Il-MEL u kull emenda għaliha għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti.
IS-SUBPARTI B
PROĊEDURI OPERATTIVI
NCO.OP.100 Użu ta’ ajrudromi u ta’ siti tal-operat
Il-bdot fil-kmand gћandu juża biss ajrudromi u siti tal-operat li jkunu xierqa gћat-tip ta’ inġenju tal-ajru u ta’ operazzjoni kkonċernata.
NCO.OP.101 Kontrolli u ssettjar tal-altimetru
Il-bdot fil-kmand għandu jivverifika t-tħaddim xieraq tal-altimetru qabel kull tluq.
Il-bdot fil-kmand għandu juża s-settings xierqa tal-altimetru għall-fażijiet kollha tat-titjira, filwaqt li jqis kwalunkwe proċedura preskritta mill-Istat tal-ajrudrom jew mill-Istat tal-ispazju tal-ajru.
▼M21 —————
NCO.OP.110 Minimi operattivi tal-ajrudrom — l-ajruplani u l-ħelikopters
Għat-titjiriet skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR), il-bdot fil-kmand għandu jistabbilixxi minimi operattivi tal-ajrudrom għal kull tluq, ajrudrom tad-destinazzjoni jew ajrudrom alternattiv li huwa ppjanat li jintuża sabiex tiġi żgurata s-separazzjoni tal-inġenju tal-ajru minn terren u minn ostakli u biex jittaffa r-riskju ta’ telf ta’ referenzi viżwali matul il-parti viżwali tat-titjir tal-operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti.
Il-minimi operattivi tal-ajrudrom għandhom iqisu l-elementi li ġejjin, jekk rilevanti:
it-tip, il-prestazzjoni u l-karatteristiċi tal-immaniġġar tal-inġenju tal-ajru;
it-tagħmir disponibbli fuq l-inġenju tal-ajru għall-finijiet tan-navigazzjoni, l-akkwist ta’ referenzi viżwali, u/jew il-kontroll tat-trajettorja tat-titjira matul it-tlugħ, l-avviċinament, l-inżul, u l-avviċinament mhux milħuq;
kwalunkwe kundizzjoni jew limitazzjoni ddikjarata fil-manwal tat-titjira tal-inġenju tal-ajru (AFM);
id-dimensjonijiet u l-karatteristiċi tar-runways jew taż-żoni ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali (FATOs) li jistgћu jintgћażlu biex jintużaw;
l-adegwatezza u l-prestazzjoni tal-għajnuna viżwali u mhux viżwali u l-infrastruttura disponibbli;
l-altitudni/l-gћoli tad-distanza mill-ostakli (OCA/H) gћall-proċeduri ta’ avviċinament bl-istrumenti (IAPs), jekk ikunu stabbiliti;
l-ostakli fiż-żoni ta’ tlugħ u l-marġni ta’ spazju;
il-kompetenza u l-esperjenza operattiva rilevanti tal-bdot fil-kmand;
l-IAP, jekk ikun stabbilit;
il-karatteristiċi tal-ajrudrom u t-tip ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ANS) disponibbli, jekk ikun hemm;
kwalunkwe minimu li jista’ jiġi ppromulgat mill-Istat tal-ajrudrom;
il-kundizzjonijiet preskritti fi kwalunkwe approvazzjoni speċifika għal operazzjonijiet f’viżibbiltà baxxa (LVOs) jew operazzjonijiet bi krediti operattivi.;
NCC.OP.111 Minimi operattivi tal-ajrudrom — operazzjonijiet ta’ avviċinament 2D u 3D
L-għoli tad-deċiżjoni (DH) li għandu jintuża għal operazzjoni ta’ avviċinament 3D jew għal operazzjoni ta’ avviċinament 2D li titwettaq bit-teknika ta’ avviċinament finali bi nżul kontinwu (CDFA) ma għandux ikun anqas mill-ogħla minn:
l-għoli tad-distanza mill-ostakli (OCH) għall-kategorija ta’ inġenji tal-ajru;
id-DH tal-proċedura ta’ avviċinament ippubblikata jew l-għoli minimu tal-inżul (MDH), fejn ikun applikabbli;
il-minimu tas-sistema speċifikat fit-Tabella 1;
id-DH minimu speċifikat fl-AFM, jew dokument ekwivalenti, jekk ikun iddikjarat.
L-MDH għal operazzjoni ta’ avviċinament 2D li titwettaq mingħajr it-teknika tas-CDFA ma għandhiex tkun anqas mill-ogħla minn:
l-OCH gћall-kategorija ta’ inġenji tal-ajru;
l-MDH tal-proċedura ta’ avviċinament ippubblikata, fejn ikun applikabbli;
il-minimu tas-sistema speċifikat fit-Tabella 1; jew
l-MDH minimu speċifikat fl-AFM, jekk ikun iddikjarat.
Tabella 1
Minimi tas-sistema
Faċilità |
DH/MDH minimu (f’piedi) |
ILS/MLS/ GLS |
200 |
GNSS/SBAS (LPV) |
200 |
Avviċinament b’radar ta’ preċiżjoni (PAR) |
200 |
GNSS/SBAS (LP) |
250 |
GNSS (LNAV) |
250 |
GNSS/Baro-VNAV (LNAV/VNAV) |
250 |
Avviċinament mill-punt fi spazju tal-ħelikopters |
250 |
LOC b’DME jew mingħajru |
250 |
SRA (li jintemm f’½ NM) |
250 |
SRA (li jintemm f’1 NM) |
300 |
SRA (li jintemm f’2 NM jew iżjed) |
350 |
VOR |
300 |
VOR/DME |
250 |
NDB |
350 |
NDB/DME |
300 |
VDF |
350 |
“NCO.OP.112 Minimi operattivi tal-ajrudrom — operazzjonijiet ta’ dawran b’ajruplani
L-MDH għal operazzjoni ta’ avviċinament ta’ dawran b’ajruplani ma jistax ikun anqas mill-ogħla minn:
l-OCH/l-OCL tad-dawran ippubblikat gћall-kategorija tal-ajruplan;
l-għoli minimu tad-dawran imniżżel fit-Tabella 1; jew
id-DH/l-MDH tal-IAP preċedenti.
Il-viżibbiltà minima għal operazzjoni ta’ avviċinament ta’ dawran b’ajruplani għandha tkun l-ogħla minn:
il-viżibbiltà tad-dawran gћall-kategorija tal-ajruplan, jekk tkun ippubblikata; jew
il-viżibbiltà minima mniżżla fit-Tabella 1”.
Tabella 1
L-MDH u l-viżibbiltà minima gћad-dawran għal kull kategorija tal-ajruplan
|
Kategorija tal-ajruplan |
|||
A |
B |
C |
D |
|
MDH (f’piedi) |
400 |
500 |
600 |
700 |
VIS minima (m) |
1 500 |
1 500 |
2 400 |
3 600 |
NCO.OP.113 ►M4 Valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — operazzjonijiet ta’ dawran fuq l-art bil-ħelikopters ◄
L-MDH għal operazzjoni ta’ dawran bil-ħelikopters ma għandux ikun inqas minn 250 pied u l-viżibilità meteoroloġika mhux inqas minn 800 m.
NCO.OP.115 Proċeduri tat-tluq u tal-avviċinament — l-ajruplani u l-ħelikopters
(a) Il-bdot fil-kmand għandu juża l-proċeduri tat-tluq u tal-avviċinament stabbiliti mill-Istat tal-ajrudrom, jekk dawn il-proċeduri ġew ippubblikati għar-runway jew għall-FATO li għandu jintuża.
(b) Il-bdot fil-kmand jista’ jiddevja minn rotta tat-tluq ippubblikata, minn rotta tal-wasla ppubblikata jew minn proċedura ta’ avviċinament ippubblikata:
sakemm ikunu jistgħu jitħarsu l-kriterji tad-distanza mill-ostakli, sakemm jitqiesu b’mod sħiħ il-kundizzjonijiet operattivi u sakemm tkun rispettata kull awtorizzazzjoni mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC); jew
meta jkun qed jiġi “radar-vectored” minn unità tal-ATC.
NCO.OP.116 Navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni — l-ajruplani u l-ħelikopters
Meta tkun meħtieġa PBN għar-rotta jew għall-proċedura li għandha tiġi segwita fl-ajru, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li:
l-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni PBN rilevanti hija ddikjarata fl-AFM jew f'dokument ieħor li jkun ġie approvat mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni bħala parti mill-valutazzjoni tal-ajrunavigabbiltà jew tkun ibbażata fuq approvazzjoni simili; kif ukoll
l-inġenju tal-ajru jiġi operat f'konformità mal-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni rilevanti u mal-limitazzjonijiet tal-AFM jew xi dokument ieħor imsemmi hawn fuq.
NCO.OP.120 Proċeduri tat-tnaqqis tal-istorbju — l-ajruplani u l-ħelikopters
Il-bdot fil-kmand għandu jqis il-proċeduri tat-tnaqqis tal-istorbju ppubblikati sabiex jiġi minimizzat l-effett tal-istorbju tal-inġenju tal-ajru filwaqt li jiżgura li s-sikurezza jkollha prijorità fuq it-tnaqqis tal-istorbju.
▼M11 —————
NCO.OP.125 Provvista tal-fjuwil/tal-enerġija u taż-żejt — l-ajruplani u l-ħelikopters
Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li l-kwantità tal-fjuwil/tal-enerġija u taż-żejt li tinġarr abbord tkun biżżejjed, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, kwalunkwe element li jaffettwa l-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru, kwalunkwe dewmien li jkun mistenni waqt it-titjira, u kwalunkwe kontinġenza li tista’ raġonevolment tkun mistennija li taffettwa t-titjira.
Il-bdot fil-kmand għandu jippjana kwantità tal-fjuwil/tal-enerġija li għandha tiġi protetta bħala fjuwil/enerġija ta’ riżerva finali biex jiġi żgurat inżul sikur. Il-bdot fil-kmand għandu jqis dawn kollha li ġejjin, u fl-ordni ta’ prijorità li ġejja, biex jiddetermina l-kwantità tal-fjuwil/enerġija ta’ riżerva finali:
is-severità tal-periklu għall-persuni jew għall-proprjetà li tista’ tirriżulta minn inżul ta’ emerġenza wara tbattil ta’ fjuwil/ta’ enerġija; u
il-probabbiltà ta’ ċirkostanzi mhux mistennija li l-fjuwil/l-enerġija ta’ riżerva finali ma jistgħux jibqgħu jiġu protetti.
Il-bdot fil-kmand għandu jibda titjira biss jekk l-inġenju tal-ajru jkun qed iġorr biżżejjed fjuwil/enerġija u żejt:
meta ma tkun meħtieġa l-ebda alternattiva għad-destinazzjoni, għat-titjir lejn l-ajrudrom jew is-sit tal-operat tal-inżul ippjanat, flimkien mal-fjuwil/mal-enerġija ta’ riżerva finali; jew
meta tkun meħtieġa alternattiva għad-destinazzjoni, għat-titjir lejn l-ajrudrom jew lejn is-sit tal-operat tal-inżul ippjanat, u minn hemm ’il quddiem, lejn ajrudrom alternattiv, flimkien mal-fjuwil/mal-enerġija ta’ riżerva finali.
▼M20 —————
▼M11 —————
NCO.OP.130 Għoti ta’ informazzjoni lill-passiġġieri
Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li qabel, jew fejn xieraq, matul it-titjira, il-passiġġieri jingħataw informazzjoni dwar it-tagħmir u l-proċeduri ta’ emerġenza.
NCO.OP.135 Preparazzjoni tat-titjira
(a) Qabel ma jibda titjira, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura b'kull mezz raġonevoli disponibbli li l-faċilitajiet ibbażati fl-ispazju, fl-art u/jew fl-ilma, inklużi l-faċilitajiet tal-komunikazzjoni u l-għajnuniet għan-navigazzjoni disponibbli u meħtieġa b'mod dirett fuq tali titjira, għall-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru, huma adegwati għat-tip ta' operazzjoni li għaliha se titwettaq it-titjira.
(b) Qabel ma jibda b’titjira, il-bdot fil-kmand għandu jkun familjari mal-informazzjoni meteoroloġika kollha disponibbli xierqa għat-titjira ppjanata. Il-preparazzjoni tat-titjira lil hinn mill-viċinanza tal-post tat-tluq, u għal kull titjira skont l-IFR, għandha tinkludi:
studju tar-rapporti u tat-tbassir meteoroloġiċi attwali disponibbli; u
l-ippjanar ta’ azzjoni alternattiva li tipprovdi għall-possibbiltà li t-titjira ma tkunx tista’ tintemm kif kienet ippjanata, minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp.
NCO.OP.140 Ajrudromi alternattivi ta’ destinazzjoni — l-ajruplani
Għal titjiriet bl-IFR, il-bdot fil-kmand għandu jispeċifika mill-inqas ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni wieħed fil-pjan tat-titjira, sakemm l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli għad-destinazzjoni ma tkunx tindika, għall-perjodu minn siegħa (1) qabel sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin attwali tat-tluq sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, skont liema jkun il-perjodu iqsar, limitu massimu ta’ mill-inqas 1 000 pied ’il fuq mid-DH/MDH għal proċedura ta’ avviċinament bl-istrumenti disponibbli (IAP) u viżibbiltà ta’ mill-inqas 5 000 m.
NCO.OP.141 Ajrudromi alternattivi ta’ destinazzjoni — il-ħelikopters
Għal titjiriet bl-IFR, il-bdot fil-kmand għandu jispeċifika mill-inqas ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni wieħed fil-pjan tat-titjira, sakemm l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli għad-destinazzjoni ma tkunx tindika, għall-perjodu minn siegħa (1) qabel sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin attwali tat-tluq sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, skont liema jkun il-perjodu iqsar, limitu massimu ta’ mill-inqas 1 000 pied ’il fuq mid-DH/MDH għal IAP disponibbli u viżibbiltà ta’ mill-inqas 3 000 m.
NCC.OP.142 Ajrudromi alternattivi ta’ destinazzjoni — operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti
Il-bdot fil-kmand għandu jagħżel biss ajrudrom bħala ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni jekk jew:
IAP li ma jiddependix fuq il-GNSS huwa disponibbli jew fl-ajrudrom tad-destinazzjoni jew f’ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni, jew
il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
it-tagħmir abbord tal-GNSS huwa kapaċi għall-SBAS;
l-ajrudrom tad-destinazzjoni, kwalunkwe ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni, u r-rotta bejniethom ikunu fiż-żona tas-servizz tal-SBAS;
huwa previst li l-ABAS tkun disponibbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà mhux mistenni ta’ SBAS;
jintgħażel IAP (jew fid-destinazzjoni jew f’ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni) li ma jiddependix fuq id-disponibbiltà tal-SBAS;
azzjoni ta’ kontinġenza xierqa tippermetti li t-titjira titlesta b’mod sikur fil-każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tal-GNSS.
NCO.OP.143 Minimi tal-ippjanar tal-ajrudromi alternattivi tad-destinazzjoni — l-ajruplani
Ajrudrom ma għandux jiġi speċifikat bħala ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni sakemm l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli ma tkunx tindika, għall-perjodu minn siegħa (1) qabel sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin attwali tat-tluq sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, skont liema jkun il-perjodu iqsar:
għal ajrudrom alternattiv b’operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti disponibbli b’DH ta’ inqas minn 250 pied,
limitu massimu ta’ mill-inqas 200 pied ’il fuq mill-għoli tad-deċiżjoni (DH) jew mill-għoli minimu tal-inżul (MDH) assoċjat mal-operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti; u
viżibbiltà ta’ mill-inqas 1 500 m; jew
għal ajrudrom alternattiv b’operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti b’DH jew b’MDH ta’ 250 pied jew aktar,
limitu massimu ta’ mill-inqas 400 pied ’il fuq mid-DH jew mill-MDH assoċjat mal-operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti; u
viżibbiltà ta’ mill-inqas 3 000 m; jew
għal ajrudrom alternattiv mingħajr IAP,
limitu massimu ta’ mill-inqas l-ogħla wieħed fost 2 000 pied u l-għoli minimu sikur tal-IFR; u
viżibbiltà ta’ mill-inqas 5 000 m.
NCO.OP.144 Minimi tal-ippjanar tal-ajrudromi alternattivi tad-destinazzjoni — ħelikopters
Ajrudrom ma għandux jiġi speċifikat bħala ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni sakemm l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli ma tkunx tindika, għall-perjodu minn siegħa (1) qabel sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin attwali tat-tluq sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, skont liema jkun il-perjodu iqsar,
għal ajrudrom alternattiv b’IAP:
limitu massimu ta’ mill-inqas 200 pied ’il fuq mid-DH jew mill-MDH assoċjat mal-IAP u
viżibbiltà ta’ mill-inqas 1 500 m kuljum jew ta’ 3 000 m bil-lejl; jew
għal ajrudrom alternattiv mingħajr IAP:
limitu massimu ta’ mill-inqas l-ogħla wieħed fost 2 000 pied u l-għoli minimu sikur tal-IFR; u
viżibbiltà ta’ mill-inqas 1 500 m kuljum jew 3 000 m bil-lejl.
NCO.OP.145 Mili tal-fjuwil waqt li l-passiġġieri jkunu qed jitilgħu abbord, meta dawn ikunu abbord jew meta jkunu qed jiżbarkaw
(a) L-inġenju tal-ajru m’għandux jingħatalu jew jitneħħilu fjuwil tat-tip “AVGAS” (gażolina tal-avjazzjoni) jew tat-tip “wide-cut” jew taħlita ta’ dawn it-tipi ta’ fjuwils, meta l-passiġġieri jkunu qed jitilgħu abbord, meta dawn ikunu abbord jew meta jkunu qed jiżbarkaw.
(b) Għat-tipi ta’ fjuwils/ta’ enerġija l-oħra kollha, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, meta l-passiġġieri jkunu qed jitilgħu abbord, meta dawn ikunu abbord jew meta jkunu qed jiżbarkaw, sakemm l-inġenju tal-ajru ma jkunx sorveljat mill-bdot fil-kmand jew minn persunal ikkwalifikat li jkunu lesti jibdew u jidderieġu evakwazzjoni tal-inġenju tal-ajru bl-iktar mod prattiku u effettiv disponibbli.
NCO.OP.147 Mili tal-fjuwil bil-magna/iu/jew bir-rotors iduru — il-ħelikopters
Il-mili tal-fjuwil bil-magna/i u/jew bir-rotors iduru għandu jsir biss jekk dawk il-kundizzjonijiet kollha jkunu ssodisfati fl-istess ħin:
jekk ma jkunx prattiku li tintefa jew terġa’ tistartja l-magna;
f’konformità ma’ kwalunkwe proċedura u limitazzjoni speċifiċi fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (AFM);
bit-tipi ta’ fjuwil JET A jew JET A-1;
mingħajr passiġġieri jew speċjalisti tal-kompiti abbord, li jimbarkaw jew jiżbarkaw;
jekk l-operatur tal-ajrudrom jew tas-sit tal-operat jippermetti operazzjonijiet bħal dawn;
fil-preżenza tal-faċilitajiet jew tat-tagħmir xierqa għas-salvataġġ u għat-tifi tan-nar (RFF); u
f’konformità ma’ lista ta’ kontroll li għandu jkun fiha:
proċeduri normali u ta’ kontinġenza;
it-tagħmir meħtieġ;
kwalunkwe limitazzjoni; u
ir-responsabbiltajiet u d-dmirijiet tal-bdot fil-kmand, u, jekk applikabbli, il-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu.
NCO.OP.150 Ġarr tal-passiġġieri
Qabel u matul it-taxiing, it-tlugħ u l-inżul u kull meta jitqies neċessarju, fl-interess tas-sikurezza l-bdot fil-kmand gћandu jiżgura li kull passiġġier abbord ikun bilqiegћda f'sit jew f'post u jkun maqful sew b'ċinturin tas-sikurezza jew b'tagħmir ta' restrizzjoni.
NCO.OP.155 Tipjip abbord— l-ajruplani u l-ħelikopters
Il-bdot fil-kmand m’għandux jippermetti t-tipjip abbord:
kull meta dan jitqies li hu neċessarju fl-interess tas-sikurezza; u
waqt li l-inġenju tal-ajru jkun qed jingħata l-fjuwil.
▼M14 —————
NCO.OP.160 Kundizzjonijiet meteoroloġiċi
(a) Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira skont il-VFR jew għandu jkompli biha biss meta l-aktar informazzjoni meteorolġika reċenti disponibbli tkun turi li fil-ħin mistenni tal-użu, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi tul ir-rotta u fid-destinazzjoni ppjanata se jkunu fil-livell tal-minimi operattivi applikabbli tal-VFR jew f’livell ogħla minnhom.
(b) Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira skont il-VFR jew għandu jkompli biha lejn l-ajrudrom tad-destinazzjoni ppjanat biss meta l-iktar informazzjoni meteorolġika reċenti disponibbli tkun tindika li, fil-ħin mistenni tal-wasla, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi fid-destinazzjoni, jew tal-inqas f’ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni wieħed, ikunu fil-livell tal-minimi operattivi tal-ajrudrom applikabbli jew f’livell ogħla minnhom.
(c) Fil-każ li titjira jkun fiha segmenti VFR u IFR, l-informazzjoni meteoroloġika msemmija fil-punti (a) u (b) għandha tkun applikabbli safejn dan ikun rilevanti.
NCO.OP.165 Silġ u kontaminanti oћrajn — il-proċeduri ta’ fuq l-art
Il-bdot fil-kmand gћandu jagћti bidu gћat-tlugħ biss jekk l-inġenju tal-ajru ma jkollu l-ebda depożitu fuqu li jista’ jaffettwa b’mod ħażin il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew is-setgħa tal-kontroll tiegħu, ħlief hekk kif inhu permess skont l-AFM.
NCO.OP.170 Silġ u kontaminanti oћrajn — il-proċeduri waqt it-titjir
(a) Il-bdot fil-kmand għandu jagħti bidu għal titjira jew għandu jtajjar l-ajruplan intenzjonalment f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistennija jew reali biss jekk l-inġenju tal-ajru jkun iċċertifikat għal dan u jkun mgħammar biex ilaħħaq ma’ kundizzjonijiet bħal dawn kif imsemmi fil-punt 2.a.5 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
(b) Jekk il-formazzjoni tas-silġ taqbeż l-intensità tal-formazzjoni ta’ silġ li għaliha jkun iċċertifikat l-inġenju tal-ajru, jew jekk inġenju tal-ajru li ma jkunx iċċertifikat għat-titjir f’kundizzjonijiet ta’ formazzjoni tas-silġ magħrufa jiltaqa’ mal-formazzjoni tas-silġ, il-bdot fil-kmand għandu joħroġ l-inġenju tal-ajru minn dawk il-kundizzjonijiet ta’ formazzjoni tas-silġ minnufih, billi jibdel il-livell u/jew ir-rotta, u jekk ikun neċessarju billi jiddikjara stat ta’ emerġenza lill-ATC.
NCO.OP.175 Kundizzjonijiet tat-tlugħ — l-ajruplani u l-ħelikopters
Qabel ma jagħti bidu għat-tlugħ, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li:
skont l-informazzjoni li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tar-runway/tal-FATO maħsuba biex tintuża mhux se jostakolaw tlugħ u tluq sikur; u
il-minimi operattivi tal-ajrudrom magħżula huma konsistenti ma’ dawn kollha li ġejjin:
it-tagħmir operattiv ta’ fuq l-art;
is-sistemi operattivi tal-inġenji tal-ajru;
il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira.
▼M11 —————
NCO.OP.180 Sitwazzjonijiet simulati waqt it-titjir
(a) Meta jkun qed iġorr il-passiġġieri jew il-merkanzija, il-bdot fil-kmand ma għandux jissimula:
sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ proċeduri anormali jew ta’ emerġenza; jew
titjir f’kundizzjonijiet meteorolġiċi bl-instrument (IMC).
(b) Minkejja (a), meta titjiriet ta' taħriġ jitwettqu minn organizzazzjoni ta' taħriġ imsemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011, tali sitwazzjonijiet jistgħu jiġu simulati flimkien ma' studenti bdoti abbord.
NCO.OP.185 Ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira
Il-bdot fil-kmand għandu jimmonitorja l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jistgħu jintużaw li jifdal abbord sabiex jiżgura li jkun protett u mhux inqas mill-fjuwil/mill-enerġija meħtieġa sabiex isir proċediment lejn ajrudrom jew sit tal-operat fejn jista’ jsir inżul sikur.
Il-bdot fil-kmand ta’ titjira kkontrollata għandu jagħti pariri lill-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) dwar stat “fjuwil/enerġija minima” billi jiddikjara “MINIMUM FUEL” meta l-bdot fil-kmand ikun:
ħa impenn li jinżel f’ajrudrom jew f’sit tal-operat speċifiku; u
ikkalkola li kwalunkwe bidla fl-awtorizzazzjoni eżistenti għal dak l-ajrudrom jew għal dak is-sit tal-operat, jew dewmien ieħor fit-traffiku tal-ajru, jista’ jirriżulta fi nżul b’inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.
Il-bdot fil-kmand ta’ titjira kkontrollata għandu jiddikjara sitwazzjoni ta’ “emerġenza tal-fjuwil/tal-enerġija” billi jibgħat “MAYDAY MAYDAY MAYDAY FUEL” meta l-fjuwil/l-enerġija stmata li tista’ tintuża bħala disponibbli mal-inżul fl-eqreb ajrudrom jew sit tal-operat fejn ikun jista’ jsir inżul sikur tkun inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.
NCO.OP.190 Użu ta' ossiġnu supplimentari
Il-bdot fil-kmand gћandu jiżgura li l-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkunu qed iwettqu kompiti essenzjali gћat-tћaddim sikur ta' inġenju tal-ajru waqt it-titjir, jużaw ossiġnu supplimentari b'mod kontinwu kull meta jiddetermina li fl-altitudni tat-titjira ppjanata n-nuqqas ta' ossiġnu jista' jirriżulta f'indeboliment tal-fakultajiet tal-membri tal-ekwipaġġ, u għandu jiżgura li jkun hemm ossiġnu supplimentari għall-passiġġieri meta n-nuqqas ta' ossiġnu jista' jaffettwahom ħażin.
Fi kwalunkwe każ ieħor fejn il-bdot fil-kmand ma jistax jiddetermina kif in-nuqqas ta' ossiġnu jista' jaffettwa l-okkupanti kollha abbord, għandu jiżgura li:
il-membri kollha tal-ekwipaġġ li jkunu qed iwettqu kompiti essenzjali gћat-tћaddim sikur ta' inġenju tal-ajru f'ajruplan mingħajr pressjoni, jużaw ossiġnu supplimentari għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta li matulu l-altitudni tal-pressjoni fil-kabina tkun bejn 10 000 u 13 000 pied; kif ukoll
il-persuni kollha abbord jużaw ossiġnu supplimentari għal kwalunkwe perjodu meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kabina tkun 'il fuq minn 13 000 pied.
NCO.OP.195 Osservazzjoni ta’ qrubija lejn l-art
Meta qrubija eċċessiva lejn l-art tiġi nnutata mill-bdot fil-kmand jew permezz ta’ sistema ta’ twissija ta’ qrubija lejn l-art, il-bdot tat-titjira gћandu jieħu azzjoni korrettiva minnufih biex ikunu stabbiliti kundizzjonijiet sikuri tat-titjir.
NCO.OP.200 Sistema għall-prevenzjoni tal-ħabtiet fl-ajru (ACAS)
Meta tintuża ACAS tat-tip II, il-proċeduri operattivi u t-taħriġ għandhom ikunu skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011.
NCO.OP.205 Kundizzjonijiet ta’ avviċinament u nżul — l-ajruplani
Qabel ma jibda l-avviċinament għall-inżul, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li:
skont l-informazzjoni disponibbli, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat, u l-kundizzjoni tar-runway maħsuba biex tintuża ma jipprevjenux avviċinament sikur, inżul, jew avviċinament mhux milħuq; u
il-minimi operattivi tal-ajrudrom magħżula huma konsistenti ma’ dawn kollha li ġejjin:
it-tagħmir operattiv ta’ fuq l-art;
is-sistemi operattivi tal-inġenji tal-ajru;
il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru, u
kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira.
NCO.OP.206 Kundizzjonijiet ta’ avviċinament u nżul — il-ħelikopters
Qabel ma jibda l-avviċinament għall-inżul, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li:
skont l-informazzjoni disponibbli, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni taż-żona ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali (FATO) maħsuba biex tintuża mhux se jipprevjenu avviċinament sikur, inżul jew avviċinament mhux milħuq; u
il-minimi operattivi tal-ajrudrom magħżula huma konsistenti ma’ dawn kollha li ġejjin:
it-tagħmir operattiv ta’ fuq l-art;
is-sistemi operattivi tal-inġenji tal-ajru;
il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira.
NCO.OP.210 Bidu u kontinwazzjoni tal-avviċinament — l-ajruplani u l-ħelikopters
Jekk ir-RVR ta’ kontroll għar-runway li għandha tintuża għall-inżul tkun inqas minn 550 m (jew kwalunkwe valur aktar baxx stabbilit f’konformità ma’ approvazzjoni skont SPA.LVO), f’dak il-każ operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti ma għandhiex titkompla:
lil hinn minn punt li fih l-inġenju tal-ajru jkun 1 000 pied ’il fuq mill-elevazzjoni tal-ajrudrom; jew
fil-parti tal-avviċinament finali jekk id-DH jew l-MDH ikunu ogħla minn 1 000 pied.
Jekk ir-referenza viżwali meħtieġa ma tiġix stabbilita, għandu jiġi eżegwit avviċinament mhux milħuq waqt jew qabel id-DA/H jew l-MDA/H.
Jekk ir-referenza viżwali meħtieġa ma tinżammx wara d-DA/H jew l-MDA/H, għandu jitwettaq avviċinament b’tidwira minnufih.
▼M11 —————
NCO.OP.220 Sistema għall-prevenzjoni tal-kolliżjonijiet fl-ajru (ACAS II)
Meta tintuża ACAS II, il-bdot fil-kmand għandu japplika l-proċeduri operazzjonali xierqa u jkun imħarreġ kif xieraq.
IS-SUBPARTI C
PRESTAZZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU U LIMITAZZJONIJIET OPERATTIVI
NCO.POL.100 Limitazzjonijiet operattivi — l-inġenji tal-ajru kollha
(a) Matul kull fażi tal-operazzjoni, it-tagħbija, il-massa u l-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità (CG) tal-inġenju tal-ajru għandhom ikunu konformi ma' kwalunkwe limitazzjoni speċifikata fl-AFM jew f'dokument ekwivalenti.
(b) Kartelluni, elenki, immarkar ta’ strumenti, jew taħlit ta’ dawn kollha, li fihom dawk il-limitazzjonijiet operattivi preskritti mill-AFM bl-iskop ta’ preżentazzjoni viżwali, għandhom jintwerew fuq l-inġenju tal-ajru.
NCO.POL.105 Użin
L-operatur għandu jiżgura li l-massa u ċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru ikunu ġew stabbiliti permezz ta' użin reali qabel ma dan jintuża għall-ewwel darba. L-effetti akkumulati tal-modifiki u t-tiswijiet fuq il-massa u l-bilanċ għandhom jitqiesu u jiġu ddokumentati kif xieraq. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-bdot fil-kmand. L-inġenju tal-ajru għandu jerġa' jintiżen jekk l-effett tal-modifiki fuq il-massa u l-bilanċ ma jkunx magħruf b'mod preċiż.
L-użin għandu jsir mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru jew minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata.
NCO.POL.110 Prestazzjoni — punti ġenerali
Il-bdot fil-kmand għandu jopera l-inġenju tal-ajru biss jekk il-prestazzjoni tkun adegwata biżżejjed biex tikkonforma mar-regoli applikabbli tal-ajru u ma’ kwalunkwe restrizzjoni oħra applikabbli għat-titjira, għall-ispazju tal-ajru jew għall-ajrudromi jew siti tal-operat użati, billi titqies il-preċiżjoni fl-immappjar ta’ kwalunkwe ċart jew mappa użata.
IS-SUBPARTI D
STRUMENTI, DEJTA U TAGĦMIR
TAQSIMA 1
L-Ajruplani
NCO.IDE.A.100 Strumenti u tagħmir — punti ġenerali
(a) L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħġtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli fil-każ li:
jintużaw mill-ekwipaġġ tat-titjira biex jikkontrollaw il-passaġġ tat-titjira;
jintużaw biex jikkonformaw ma’ NCO.IDE.A.190;
jintużaw biex jikkonformaw ma’ NCO.IDE.A.195; jew
huma installati fil-ħelikopter.
(b) L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa skont din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta' tagħmir:
spare fuses;
dwal portabbli indipendenti;
arloġġ preċiż;
il-kaxxa għall-ewwel għajnuna;
it-tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar;
ankri tal-wiċċ u tagħmir għall-irmiġġ;
tagħmir ta' trażżin għat-tfal;
PCDS sempliċi użata minn speċjalist fil-kompitu bħala apparat ta' trażżin.
(c) Strumenti u tagħmir mhux meħtieġa skont l-Anness VII (il-Parti-NCO) kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti jew tagħmir ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti NCO.IDE.A.190 u NCO.IDE.A.195 tal-Anness VII;
l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ajruplan, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.
(d) L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-membru tal-ekwipaġġ li jeħtieġ li jużah jinsab bilqiegħda.
(e) It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.
NCO.IDE.A.105 Tagħmir minimu għat-titjira
Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ajruplan, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira prevista ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira ma għandhiex tinbeda, sakemm:
l-ajruplan ma jkunx qed jitħaddem skont il-MEL, jekk stabbilita; jew
l-ajruplan ma jkunx soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżit tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.
NCO.IDE.A.110 Fjusis tal-elettriku ta’ fuq ir-riħ
L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra bi fjusis tal-elettriku ta’ fuq ir-riħ, li jkunu tar-rata ta’ qawwa meħtieġa għal ħarsien sħiħ taċ-ċirkwit, sabiex ikunu jistgħu jinbidlu dawk il-fjusis li jistgħu jinbidlu waqt it-titjira.
NCO.IDE.A.115 Dwal operattivi
L-ajruplani li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra:
b’sistema ta’ dwal għal kontra l-ħabtiet;
bi dwal tan-navigazzjoni/tal-pożizzjoni;
b’dawl għall-inżul;
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ajruplan biex jipprovdu dawl xieraq għall-istrumenti kollha u t-tagħmir kollu li huma essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ajruplan;
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ajruplan biex jipprovdu dwal fil-kompartimenti kollha tal-passiġġieri;
b’dawl portabbli indipendenti għall kull post tal-membri tal-ekwipaġġ; u
bi dwal biex jitħarsu l-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet Fil-Baħar) jekk l-ajruplan jitħaddem bħala idroplan.
NCO.IDE.A.120 Operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
(a) L-ajruplani li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
id-direzzjoni manjetika,
il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata, u
in-numru “Mach” kull meta l-limitazzjonijiet tal-veloċità jingħataw bħala numri “Mach”.
(b) L-ajruplani li jitħaddmu b’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali (VMC) billejl, jew f’kundizzjonijiet li fihom l-ajruplan ma jkunx jista’ jinżamm fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a), għandhom ikunu mgħammra:
b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:
id-dawran u ż-żliq,
il-pożizzjoni tal-ħelikopter,
il-veloċità vertikali, u
id-direzzjoni stabbilizzata;
u
b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed.
(c) L-ajruplanli li jitħaddmu f’kundizzjonijiet fejn ma jkunux jistgħu jinżammu fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a) u (b), għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-prevenzjoni ta’ funzjonament ħażin fis-sistema li tindika l-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punt (a)(4) minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ.
NCO.IDE.A.125 Operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
L-ajruplani li jitħaddmu skont l-IFR għandhom ikunu mgħammra:
b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:
id-direzzjoni manjetika,
il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata,
il-veloċità vertikali,
id-dawran u ż-żliq,
il-pożizzjoni tal-ħelikopter,
id-direzzjoni stabbilizzata,
it-temperatura tal-arja ta’ barra, u
in-numru “Mach” kull meta l-limitazzjonijiet tal-veloċità jingħataw bħala numri “Mach”;
b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed; u
b’mezz għall-prevenzjoni ta’ funzjonament ħażin fis-sistema li tindika l-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punt (a)(4) minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ.
NCO.IDE.A.130 Sistema ta’ twissija u ta’ għarfien tat-terren (TAWS)
L-ajruplani li jaħdmu b’magna b’turbina li huma ċċertifikati għal konfigurazzjoni massima ta’ ta’ aktar minn disa’ sits tal-passiġġieri għandhom ikunu mgħammra b’TAWS li tissodisfa r-rekwiżiti għal:
tagħmir tal-kategorija A, kif speċifikat fi standard aċċettabbli, fil-każ ta’ ajruplani li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) wara l-1 ta’ Jannar 2011; jew
tagħmir tal-kategorija B, kif speċifikat fi standard aċċettabbli, fil-każ ta’ ajruplani li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) fl-1 ta’ Jannar 2011 jew qabel dik id-data.
NCO.IDE.A.135 Sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira
L-ajruplani li jitħaddmu minn iżjed minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira, li tinkludi kuffji tal-widna u mikrofoni għall-użu mill-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira.
NCO.IDE.A.140 Sits, ċinturini tas-sikurezza tas-sits, sistemi ta’ restrizzjoni u tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra:
b’sit jew post għal kull persuna abbord li jkollha 24 xahar jew iktar;
b'ċinturin tas-sikurezza f'kull sit u ċinturini ta' trażżin għal kull post;
b’tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal (CRD) għal kull persuna abbord li jkollha inqas minn 24 xahar; u
ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' restrizzjoni għan-naħa ta' fuq tat-torso f'kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira, li jkun jinfetaħ permezz ta' molla waħda għall-ajruplani li jkollhom CofA maħruġa għall-ewwel darba fil-25 ta' Awwissu 2016 jew wara dik id-data.
NCO.IDE.A.145 Kaxex għall-ewwel għajnuna
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’kaxex għall-ewwel għajnuna.
(b) Il-kaxex għall-ewwel għajnuna għandhom ikunu:
ikunu faċilment aċċessibbli għall-użu; u
jinżammu f’kundizzjoni tajba.
NCO.IDE.A.150 Ossiġnu supplimentari — l-ajruplani bi pressjoni
(a) L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni fejn hija meħtieġa l-provvista tal-ossiġnu skont il-punt (b) għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa.
(b) L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni ta’ titjira fejn l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartimenti tal-passiġġieri hija ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikollhom ossiġnu suffiċjenti li jkun jista’ jissupplixxi:
il-membri tal-ekwipaġġ kollha u:
100 % tal-passiġġieri għal kwalunkwe perjodu li matulu l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina tkun taqbeż il-15 000 pied, iżda fl-ebda każ inqas minn provvista għal 10 minuti;
mill-anqas 30 % tal-passiġġieri għal kwalunkwe perjodu li matulu, f’każ ta’ telf ta’ pressjoni u meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi tat-titjira, l-altitudni tal-pressjoni fil-komparitment tal-passiġġieri se tkun bejn 14 000 u 15 000 pied; u
mill-anqas 10 % tal-passiġġieri għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-passiġġieri tkun bejn 10 000 u 14 000 pied;
u
l-okkupanti kollha fil-kompartiment tal-passiġġieri għal mhux anqas minn 10 minuti, fil-każ ta’ ajruplani li jitħaddmu f’altitudnijiet ’il fuq minn 25 000 pied, jew taħt dik l-altitudni, iżda f’kundizzjonijiet li ma jippermettilhomx jinżlu b’mod sikur għal altitudni tal-pressjoni ta’ 13 000 pied f’temp ta’ 4 minuti.
(c) Minbarrra dan, l-ajruplani bi pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni ’l fuq minn 25 000 pied għandhom ikunu mgħammra b’apparat li jwissi lill-ekwipaġġ tat-titjira dwar kwalunkwe telf fil-pressjoni.
NCO.IDE.A.155 Ossiġnu supplimentari — l-ajruplani mingħajr pressjoni
L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu meta tkun meħtieġa l-provvista tal-ossiġenu f'konformità ma' NCO.OP.190 għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista' jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa.
NCO.IDE.A.160 Ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar
(a) L-ajruplani, għajr l-ajruplani ELA1, għandhom ikunu mgħammra mill-inqas b'estintur tan-nar wieħed manwali:
fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira; u
f'kull kompartiment tal-passiġġieri li jkun separat mill-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, ħlief jekk il-kompartiment ikun faċilment aċċessibbli għall-ekwipaġġ tat-titjira.
(b) It-tip ta’ sustanza tat-tifi tan-nar użata fiċ-ċilindri jew fil-pompi għat-tifi tan-nar meħtieġa u l-kwantità tagħha għandhom ikunu xierqa għat-tipi ta’ nirien li jistgħu jiżviluppaw fil-kompartiment fejn ikun maħsub li jintuża ċ-ċilindru jew il-pompa għat-tifi tan-nar u għandhom inaqqsu l-periklu tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet tossiċi fil-kompartimenti li fihom ikun hemm in-nies.
NCO.IDE.A.165 Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
Jekk iż-żoni tal-qafas tal-ajruplan li jkunu adattati għad-dħul mill-ekwipaġġi tas-salvataġġ waqt emerġenza jkunu mmarkati, dawn iż-żoni għandhom jiġu mmarkati hekk kif inhu muri fil-Figura 1.
Figura 1
Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
NCO.IDE.A.165 Trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT)
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra:
bi trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) ta’ kwalunkwe tip, li għalih ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Lulju 2008;
b’ELT awtomatiku wieħed li għalih ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Lulju 2008; jew
ELT tas-sopravivenza wieħed (ELT(S)) jew apparat ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien (personal locator beacon — PLB) li jinġarr minn membru tal-ekwipaġġ jew minn passiġġier, meta l-ajruplan ikun iċċerifikat għal konfigurazzjoni massima ta’ sitt sits tal-passiġġieri jew anqas.
(b) ELTs ta’ kwalunkwe tip u PLBs għandhom ikunu jistgħu jittrażmettu b’mod simultanju kemm fuq il-frekwenza 121,5 MHz kif ukoll fuq il-frekwenza 406 MHz.
NCO.IDE.A.175 Titjir fuq l-ilma
(a) L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li tkun abbord jew b’apparat ekwivalenti li jżomm f’wiċċ l-ilma għal kull persuna abbord li jkollha inqas minn 24 xahar, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti:
l-ajruplani tal-art b’magna waħda:
li jtiru fuq l-ilma lil hinn mid-distanza ta’ gglajdjar mill-art; jew
li jitilqu jew jinżlu f’ajrudrom jew f’sit tal-aoperat li fih, skont l-opinjoni tal-bdot fil-kmand, il-passaġġ tat-tlugħ jew tal-avviċinament ikun qiegħed b’tali mod fuq l-ilma li x’aktarx ikun se jkun hemm inżul ta’ emerġenza;
l-idroplani li jitħaddmu fuq l-ilma; u
l-ajruplani li jitħaddmu minn distanza ’l bogħod mill-art li tkun adattata għal inżul ta’ emerġenza li tkun akbar mid-distanza li tikkorrispondi għal 30 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari normal jew ta’ 50 mil nawtiku, skont liema minnhom tkun l-anqas.
(b) L-idroplani li jitħaddmu fuq l-ilma għandhom ikunu mgħammra:
b’ankra waħda;
b’ankra tal-wiċċ (drogue), meta jkun neċessarju biex jiffaċilita l-immanuvrar; u
b’tagħmir biex jagħmel is-sinjali tal-ħoss kif preskritt fil-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet fil-Baħar), fejn dan ikun applikabbli.
(c) Il-bdot fil-kmand ta’ ajruplan li jitħaddem minn distanza ’l bogħod mill-art li tkun adattata għal inżul ta’ emerġenza li tkun akbar mid-distanza li tikkorrispondi għal 30 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari jew ta’ 50 mil nawtiku, skont liema minnhom tkun l-anqas, għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-persuni abbord l-ajruplan f’każ ta’ nżul ta’ emerġenza, u fuq il-bażi ta’ dan huwa għandu jiddetermina l-ġarr ta’:
tagħmir sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm;
biżżejjed ċattri tas-salvataġġ sabiex fihom jinġarru l-persuni kollha abbord, li għandhom ikunu stivati b’tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħhom f’każ ta’ emerġenza; u
tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għat-titjira li tkun se titwettaq.
NCO.IDE.A.180 Tagħmir tas-sopravivenza
L-ajruplani li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għas-sinjali u b’tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għaż-żona li fuqha se titwettaq it-titjira.
NCO.IDE.A.190 Tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju
(a) Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, l-ajruplani għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, li jkun jista’ jittrażmetti komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet ma’ dawk l-istazzjonijiet ajrunawtiċi jew f’dawk il-frekwenzi sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru.
(b) It-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, jekk meħtieġ skont (a), għandu jippermetti l-komunikazzjoni fuq il-frekwenza għall-emerġenzi ajrunawtiċi 121,5 MHz.
(c) Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ aktar minn tagħmir wieħed ta’ komunikazzjoni, kull wieħed għandu jkun indipendenti mill-ieħor jew mill-oħrajn sal-punt li l-ħsara f’wieħed ma jirriżultax fil-ħsara tal-ieħor jew tal-oħrajn.
NCO.IDE.A.195 Tagħmir tan-navigazzjoni
(a) L-ajruplani li jitħaddmu fuq rotot li mhumiex navigabbli bis-saħħa ta’ punti prominienti viżwali ta’ referenza fuq l-art għandhom ikunu mgħammra bi kwalunkwe tagħmir tan-navigazzjoni neċessarja li jiffaċilita li jipproċedu skont:
il-pjan tat-titjira ATS; jekk dan ikun applikabbli; u
ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.
(b) L-ajruplani għandu jkollhom biżżejjed tagħmir tan-navigazzjoni sabiex jiġi żgurat li, f’każ li tiżviluppa ħsara f’apparat minnhom matul kwalunkwe fażi tat-titjira, il-kumplament tat-tagħmir jippermetti li n-navigazzjoni sikura skont il-punt (a), jew skont azzjoni ta’ kontinġenza xierqa, titwettaq b’mod sikur.
(c) L-ajruplani li jintużaw f’titjiriet li fihom ikun previst inżul f’IMC għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni adattat li jkun jista’ jipprovdi gwida sa punt li minnu jkun jista’ jitwettaq inżul viżwali. Dan it-tagħmir għandu jkun jista’ jipprovdi tali gwida għal kull ajrudrom li għalih huwa ppjanat l-inżul f’IMC u għal kull ajrudom alternattiv magħżul.
(d) Għall-operazzjonijiet tal-PBN, l-inġenju tal-ajru għandu jissodisfa r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-ispeċifikazzjoni xierqa għan-navigazzjoni.
(e) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.
NCO.IDE.A.200 Transponder
Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, l-ajruplani għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) bil-kapaċitajiet kollha meħtieġa.
NCO.IDE.A.205 Ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta ajrunawtika
Bażijiet ta' dejta ajrunawtika li jintużaw fuq applikazzjonijiet ta' sistemi tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta li huma xierqa għall-użu maħsub tad-dejta.
Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura d-distribuzzjoni u d-dħul f'waqthom tal-bażijiet tad-dejta ajrunawtika, li jkunu attwali u mhux mibdula, għall-inġenji tal-ajru li jkunu jeħtiġuhom.
Minkejja xi okkorrenza dwar rekwiżiti ta' rappurtar kif iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014, il-bdot fil-kmand għandu jirrapporta lill-fornitur tal-bażijiet tad-dejta dwar każijiet ta' dejta żbaljata, inkonsistenti jew dejta nieqsa li tista' tkun raġonevolment mistennija li tikkostitwixxi periklu għat-titjira.
F'każijiet bħal dawn, il-bdot fil-kmand ma għandux juża d-dejta affettwata.
TAQSIMA 2
Il-ħelikopters
NCO.IDE.H.100 Strumenti u tagħmir — punti ġenerali
(a) L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħġtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli fil-każ li:
jintużaw mill-ekwipaġġ tat-titjira biex jikkontrollaw il-passaġġ tat-titjira;
jintużaw biex jikkonformaw ma’ NCO.IDE.H.190;
jintużaw biex jikkonformaw ma’ NCO.IDE.H.195; jew
huma installati fil-ħelikopter.
(b) L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa skont din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta' tagħmir:
dwal portabbli indipendenti;
arloġġ preċiż;
il-kaxxa għall-ewwel għajnuna;
it-tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar;
ankri tal-wiċċ u tagħmir għall-irmiġġ;
tagħmir ta' trażżin għat-tfal;
PCDS sempliċi użata minn speċjalist fil-kompitu bħala apparat ta' trażżin.
(c) Strumenti u tagħmir jew aċċessorji mhux meħtieġa skont l-Anness VII (il-Parti-NCO), kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti NCO.IDE.H.190 u NCO.IDE.H.195 tal-Anness VII;
l-istrumenti u t-tagħmir jew l-aċċessorji ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.
(d) L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-membru tal-ekwipaġġ li jeħtieġ li jużah jinsab bilqiegħda.
(e) It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.
NCO.IDE.H.105 Tagħmir minimu għat-titjira
Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ħelikopter, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira prevista ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira m’għandhiex tinbeda, sakemm:
il-ħelikopter ma jkunx qed jitħaddem skont il-MEL, jekk stabbilita; jew
il-ħelikopter ma jkunx soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.
NCO.IDE.H.115 Dwal operattivi
Il-ħelikopters li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra:
b’sistema ta’ dwal għal kontra l-ħabtiet;
bi dwal tan-navigazzjoni/tal-pożizzjoni;
b’dawl għall-inżul;
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ħelikopter biex jipprovdu dawl xieraq għall-istrumenti kollha u t-tagħmir kollu li huma essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ħelikopter;
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ħelikopter biex jipprovdu dawl fil-kompartimenti kollha tal-passiġġieri;
b’dawl portabbli indipendenti għall kull post tal-membri tal-ekwipaġġ; u
bi dwal biex jitħarsu l-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet Fil-Baħar) jekk il-ħelikopter ikun wieħed anfibju.
NCO.IDE.H.120 Operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
(a) Il-ħelikopters li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
id-direzzjoni manjetika,
il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata, u
iż-żliq.
(b) Il-ħelikopters li jitħaddmu b’VMC billejl, jew meta l-viżibilità tkun anqas minn 1 500 m, jew f’kundizzjonijiet li fihom il-ħelikopter ma jkunx jista’ jinżamm fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a), għandhom ikunu mgħammra:
b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:
il-pożizzjoni tal-ħelikopter,
il-veloċità vertikali, u
id-direzzjoni stabbilizzata; u
b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed.
(c) Il-ħelikopters li jitħaddmu fejn il-viżibilità tkun anqas minn 1 500 m, jew f’kundizzjonijiet ma jkunx jistgħu jinżammu fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a) u (b), għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-prevenzjoni ta’ funzjonament ħażin fis-sistema li tindika l-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punt (a)(4) minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ.
NCO.IDE.H.125 Operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
Il-ħelikopters li jitħaddmu skont l-IFR għandhom ikunu mgħammra:
b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:
id-direzzjoni manjetika,
il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata,
il-veloċità vertikali,
iż-żliq,
il-pożizzjoni tal-ħelikopter,
id-direzzjoni stabbilizzata, u
it-temperatura tal-arja ta’ barra;
b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed;
b’mezz għall-prevenzjoni ta’ funzjonament ħażin fis-sistema li tindika l-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punt (a)(4) minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ; u
b’mezz addizzjonali għall-kejl u għall-wiri tal-pożizzjoni tal-ħelikopter bħala strument stand-by.
NCO.IDE.H.126 Tagħmir addizzjonali għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed imwettqin skont l-IFR
Il-ħelikopters li jitħaddmu skont l-IFR bi bdot wieħed għandhom ikunu mgħammra b’awtobdot li jkun kapaċi jżomm tal-inqas l-altitudni u d-direzzjoni.
NCO.IDE.H.135 Sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira
Il-ħelikopters li jitħaddmu minn iżjed minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira, li tinkludi kuffji tal-widna u mikrofoni għall-użu mill-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira.
NCO.IDE.H.140 Sits, ċinturini tas-sikurezza tas-sits, sistemi ta’ restrizzjoni u tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra:
b'sit jew post għal kull persuna abbord li jkollha 24 xahar jew aktar, jew stazzjon għal kull membru tal-ekwipaġġ jew speċjalist fil-kompitu abbord;
b'ċinturin tas-sikurezza f'kull sit tal-passiġġieri u ċinturini ta' trażżin għal kull post, u apparat tat-trażżin għal kull stazzjon;
b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għal kull passiġġier li jkollu 24 xahar jew iktar, fil-każ ta’ ħelikopters li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba wara l-31 ta’ Diċembru 2012;
b’tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal għal kull persuna abbord li jkollha inqas minn 24 xahar; u
b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso li jkun fih apparat li jżomm, b’mod awtomatiku, lit-torso tal-okkupant f’każ ta’ tnaqqis rapidu tal-veloċità f’kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira.
(b) Iċ-ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għandu jkun jinfetaħ permezz ta’ molla waħda.
NCO.IDE.H.145 Kaxex għall-ewwel għajnuna
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’kaxex għall-ewwel għajnuna.
(b) Il-kaxex għall-ewwel għajnuna għandhom:
ikunu faċilment aċċessibbli għall-użu; u
jinżammu f’kundizzjoni tajba.
NCO.IDE.H.155 Ossiġnu supplimentari — il-ħelikopters mingħajr pressjoni
Il-ħelikopters mingħajr pressjoni li jitħaddmu meta tkun meħtieġa l-provvista tal-ossiġenu f'konformità ma' NCO.OP.190 għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista' jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa.
NCO.IDE.H.160 Ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar
(a) Il-ħelikopters, għajr għall-ħelikopters ELA2 għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ċilindru wieħed jew pompa waħda għat-tifi tan-nar:
fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-tijira; u
f’kull kompartiment tal-passiġġieri li huwa separat mill-kompartiment tal-ekwipaġġ, għajr jekk il-kompartiment huwa aċċessibbli faċilment għall-ekwipaġġ.
(b) It-tip ta’ sustanza tat-tifi tan-nar użata fiċ-ċilindri jew fil-pompi għat-tifi tan-nar meħtieġa u l-kwantità tagħha għandhom ikunu xierqa għat-tipi ta’ nirien li jistgħu jiżviluppaw fil-kompartiment fejn ikun maħsub li jintuża ċ-ċilindru jew il-pompa għat-tifi tan-nar u għandhom inaqqsu l-periklu tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet tossiċi fil-kompartimenti li fihom ikun hemm in-nies.
NCO.IDE.H.165 Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
Jekk iż-żoni tal-qafas tal-ħelikopter li jkunu adattati għad-dħul mill-ekwipaġġi tas-salvataġġ waqt emerġenza jkunu mmarkati, dawn iż-żoni għandhom jiġu mmarkati hekk kif inhu muri fil-Figura 1.
Figura 1
Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
NCO.IDE.H.170 Trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT)
(a) Il-ħelikopters li huma ċċertifikati għal konfigurazzjoni massima ta’ aktar minn sitt sits tal-passiġġieri għandhom ikunu mgħammra:
b’ELT awtomatiku; u
ELT tas-sopravivenza wieħed (ELT(S)) f’ċattra tas-salvataġġ jew f’ġakketta tas-salvataġġ meta l-ħelikopter jitħaddem minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 3 minuti ħin ta’ titjir b’veloċità regolari normali.
(b) Il-ħelikopters li huma ċċertifikati għal konfigurazzjoni massima ta’ sitt sits tal-passiġġieri jew anqas għandhom ikunu mgħammra b’trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) jew b’apparat ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien ta’ persuni (PLB):
(c) ELTs ta’ kwalunkwe tip u PLBs għandhom ikunu jistgħu jittrażmettu b’mod simultanju kemm fuq il-frekwenza 121,5 MHz kif ukoll fuq il-frekwenza 406 MHz.
NCO.IDE.H.175 Titjir fuq l-ilma
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li tkun abbord jew b’apparat ekwivalenti li jżomm f’wiċċ l-ilma għal kull persona abbord li jkollha inqas minn 24 xahar, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti, meta dawn jitħaddmu:
fuq titjira fuq l-ilma lil hinn mid-distanza awtorotazzjonali mill-art, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ma jkunx jista’ jżomm titjir f’livell; jew
fuq titjira fuq l-ilma minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 10 minuti ta’ titjir f’veloċita regolari normali, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ikun jista’ jżomm titjir f’livell; jew
waqt tlugħ jew inżul f’ajrudrom jew f’sit tal-operat li fih il-passaġġ tat-tlugħ jew tal-avviċinament ikun qiegħed fuq l-ilma.
(b) Kull ġakketta tas-salvataġġ jew apparat ekwivalenti individwali li jżomm f’wiċċ l-ilma għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ tidwil elettriku sabiex il-persuni jkunu jistgħu jinstabu b’mod iktar faċli.
(c) Il-bdot fil-kmand ta’ ħelikopter li jitħaddem minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal 30 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari normali jew ta’ 50 mil nawtiku, skont liema minnhom tkun l-anqas, għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-persuni abbord il-ħelikopter f’każ ta’ nżul ta’ emerġenza, u fuq il-bażi ta’ dan huwa għandu jiddetermina l-ġarr ta’:
tagħmir sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm;
biżżejjed ċattri tas-salvataġġ sabiex fihom jinġarru l-persuni kollha abbord, li għandhom ikunu stivati b’tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħhom f’każ ta’ emerġenza; u
tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għat-titjira li tkun se titwettaq.
(d) Il-bdot fil-kmand għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-persuni abbord il-ħelikopter f’każ ta’ nżul ta’ emerġenza, meta għandu jiddeċiedi jekk il-persuni kollha abbord għandhomx ikunu liebsa l-ġkieket tas-salvataġġ meħtieġa skont il-punt (a).
NCO.IDE.H.180 Tagħmir tas-sopravivenza
Il-ħelikopters li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għas-sinjali u b’tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għaż-żona li fuqha se titwettaq it-titjira.
NCO.IDE.H.185 Il-ħelikopters kollha li jkunu qed iwettqu titjiriet fuq l-ilma — inżul ta' emerġenza
Il-ħelikopters fuq titjira fuq l-ilma f'ambjent ostili u f'distanza ta' 50 mil nawtiku mill-art għandhom ikunu wieħed minn dawn it-tipi li ġejjin:
iddisinjati għall-inżul fuq l-ilma skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni rilevanti;
iċċertifikati għall-inżul ta' emerġenza skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni rilevanti;
mgħammra b'tagħmir ta' emerġenza li jżomm f'wiċċ l-ilma.
NCO.IDE.H.190 Tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju
(a) Where required by the airspace being flown helicopters shall be equipped with radio communication equipment capable of conducting two-way communication with those aeronautical stations and on those frequencies to meet airspace requirements.
(b) It-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, jekk meħtieġ skont (a), għandu jippermetti l-komunikazzjoni fuq il-frekwenza għall-emerġenzi ajrunawtiċi 121,5 MHz.
(c) Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ aktar minn tagħmir wieħed ta’ komunikazzjoni, kull wieħed għandu jkun indipendenti mill-ieħor jew mill-oħrajn sal-punt li l-ħsara f’wieħed ma jirriżultax fil-ħsara tal-ieħor jew tal-oħrajn.
(d) Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ sistema ta’ komunikazzjoni bir-radju, u minbarra s-sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġa fil-punt NCO.IDE.H.135, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’buttuna ta’ trażmissjoni fuq is-sistema tal-kontroll ta’ kull bdot u/jew membru tal-ekwipaġġ meħtieġ fil-post assenjat tiegħu.
NCO.IDE.H.195 Tagħmir tan-navigazzjoni
(a) Il-ħelikopters li jitħaddmu fuq rotot li mhumiex navigabbli bis-saħħa ta’ punti prominenti viżwali ta’ referenza fuq l-art għandhom ikunu mgħammra bi kwalunkwe tagħmir tan-navigazzjoni neċessarja li jiffaċilita li jipproċedu skont:
il-pjan tat-titjira tal-ATS, jekk dan ikun applikabbli; u
ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.
(b) Il-ħelikopters għandu jkollhom biżżejjed tagħmir tan-navigazzjoni sabiex jiġi żgurat li, f’każ li tiżviluppa ħsara f’apparat minnhom matul kwalunkwe fażi tat-titjira, il-kumplament tat-tagħmir jippermetti li n-navigazzjoni sikura skont il-punt (a), jew skont azzjoni ta’ kontinġenza xierqa titwettaq b’mod sikur.
(c) Il-ħelikopters li jintużaw f’titjiriet li fihom ikun previst inżul f’IMC għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni adattat li jkun jista’ jipprovdi gwida sa punt li minnu jkun jista’ jitwettaq inżul viżwali. Dan it-tagħmir għandu jkun jista’ jipprovdi tali gwida għal kull ajrudrom li għalih huwa ppjanat l-inżul f’IMC u għal kull ajrudom alternattiv magħżul.
(d) Għall-operazzjonijiet tal-PBN, l-inġenju tal-ajru għandu jissodisfa r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-ispeċifikazzjoni xierqa għan-navigazzjoni.
(e) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.
NCO.IDE.H.200 Transponder
Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) bil-kapaċitajiet kollha meħtieġa.
NCO.IDE.H.205 Ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta ajrunawtika
Bażijiet ta' dejta ajrunawtika li jintużaw fuq applikazzjonijiet ta' sistemi tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta li huma xierqa għall-użu maħsub tad-dejta.
L-operatur għandu jiżgura d-distribuzzjoni u d-dħul f'waqthom tal-bażijiet tad-dejta ajrunawtika, li jkunu attwali u mhux mibdula, għall-inġenji tal-ajru li jkunu jeħtiġuhom.
Minkejja xi okkorrenza dwar rekwiżiti ta' rappurtar kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014, l-operatur għandu jirrapporta lill-fornitur tal-bażijiet tad-dejta dwar każijiet ta' dejta żbaljata, inkonsistenti jew dejta nieqsa li tista' tkun raġonevolment mistennija li tikkostitwixxi periklu għat-titjira.
F'każijiet bħal dawn, il-bdot fil-kmand ma għandux juża d-dejta affettwata.
▼M14 —————
▼M11 —————
IS-SUBPARTI E
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI
TAQSIMA 1
Punti ġenerali
NCO.SPEC.100 Kamp ta' applikazzjoni
Din is-subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu segwiti mill-bdot fil-kmand li jwettaq operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati b'inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna.
NCO.SPEC.105 Lista ta’ kontroll
(a) Qabel ma jibda operazzjoni speċjalizzata, il-bdot fil-kmand għandu jwettaq valutazzjoni tar-riskji, li fiha jivvaluta l-kumplessità tal-attività biex jiddetermina l-perikli u r-riskji assoċjati inerenti fl-operazzjoni u jistabbilixxi miżuri ta’ mitigazzjoni.
(b) Operazzjoni speċjalizzata għandha ssir skont lista ta’ kontroll. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riskju, il-bdot fil-kmand għandu jistabbilixxi lista ta’ kontroll xierqa għall-attività speċjalizzata u l-inġenju tal-ajru użat, filwaqt li jieħu f’kunsiderazzjoni kwalunkwe taqsima ta’ din is-subparti.
(c) Il-lista ta’ kontroll li hija rilevanti għad-dmirijiet tal-bdot fil-kmand, tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu għandha tkun disponibbli faċilment fuq kull titjira.
(d) Il-lista ta’ kontroll għandha tkun riveduta u aġġornata regolarment, kif xieraq.
NCO.SPEC.110 Responsabbiltajiet u awtorità tal-bdot fil-kmand
Kull meta membri tal-ekwipaġġ jew speċjalisti fil-kompitu jkunu involuti fl-operazzjoni, il-bdot fil-kmand
għandu jiżgura l-konformità tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu ma’ NCO.SPEC.115 u NCO.SPEC.120;
li ma jibdix b’titjira fil-każ li kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ jew speċjalist fil-kompitu ma jkunx jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu għal kwalunkwe raġuni bħal dannu, mard, għeja jew minħabba l-effetti ta’ kwalunkwe sustanza psikoattiva;
ikun responsabbli li ma jkomplix b’titjira li tmur lil hinn mill-eqreb ajrudrom jew sit tal-operat funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, meta l-kapaċità ta’ kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ jew speċjalist fil-kompitu biex iwettaq il-kompiti tiegħu hija mnaqqsa b’mod sinifikanti għal raġunijiet bħal għeja, mard jew nuqqas ta’ ossiġnu;
Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti f’kompiti jkunu konformi mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri ta’ dawk l-Istati fejn l-operazzjonijiet isiru.
għandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu kollha jkunu jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin b’lingwa komuni; u
għandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu jużaw ossiġnu supplimentari b'mod kontinwu kull meta jiddetermina li fl-altitudni tat-titjira ppjanata n-nuqqas ta' ossiġnu jista' jirriżulta f'indeboliment tal-fakultajiet tal-membri tal-ekwipaġġ jew li jaffettwaw ħażin lill-ispeċjalisti fil-kompitu. Jekk il-bdot fil-kmand ma jistax jiddetermina n-nuqqas ta' ossiġnu kif se jaffettwa lill-persuni abbord, għandu jiżgura li l-ispeċjalisti fil-kompitu u l-membri tal-ekwipaġġ jużaw ossiġenu supplimentari b'mod kontinwu kull meta l-altitudni tal-kabina taqbeż l-10 000 pied għal perjodu ta' iktar minn 30 minuta u kull meta l-altitudni tal-kabina taqbeż it-13 000 pied.
NCO.SPEC.115 Responsabbiltajiet tal-ekwipaġġ
(a) Il-membru tal-ekwipaġġ għandu jkun responsabbli għat-twettiq tajjeb tal-kompiti tiegħu: Il-kompiti tal-ekwipaġġ għandhom ikunu speċifikati fil-lista ta’ kontroll.
(b) Fl-interess tas-sikurezza, matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira jew kull meta dan jitqies neċessarju mill-bdot fil-kmand, il-membru tal-ekwipaġġ għandu jkun marbut fil-post assenjat lilu, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-lista ta' kontroll.
(c) Matul it-titjira, il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jżomm iċ-ċintorin tas-sigurtà tiegћu/tagћha maqful waqt li jkun f’postu.
(d) Matul it-titjira, mill-inqas membru ikkwalifikat wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jibqa’ fil-kmand tal-inġenju tal-ajru f’kull ħin.
(e) Il-membru tal-ekwipaġġ ma għandux iwettaq kompiti fuq inġenju tal-ajru:
jekk ikun jaf jew jissuspetta li qed ibati minn gћeja kbira, kif imsemmi fil-punt 7.f. tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew jekk ma jkunx jiflaħ biex iwettaq il-kompiti tiegħu; jew
meta jkun taħt l-influwenza ta' sustanzi psikoattivi jew għal raġunijiet oħra kif imsemmi fil-punt 7.g tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
(f) Il-membru tal-ekwipaġġ li jwettaq kompiti ta’ aktar minn operatur wieħed għandu:
iżomm rekords individwali tiegħu rigward il-ħinijiet tat-titjir u tas-servizz u l-perjodi tal-mistrieħ kif imsemmija fl-Anness III (il-Parti-ORO), is-Subparti FTL tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, jekk ikun japplika; u
jagħti lil kull operatur id-dejta meħtieġa sabiex jiskeda l-attivitajiet skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-FTL.
(g) Il-membru tal-ekwipaġġ għandu jirrapporta lill-bdot fil-kmand:
kwanlunkwe ћsara, nuqqas, nuqqas ta’ funzjonament jew difett li jemmen li jista’ jaffettwa l-ajrunavigabbiltà jew it-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, inklużi s-sistemi tal-emerġenza. kif ukoll u
kwalunkwe inċident li kien qed ipoġġi fil-periklu, jew li jista’ jpoġġi fil-periklu, is-sikurezza tal-operat.
NCO.SPEC.120 Responsabbiltajiet tal-ispeċjalisti fil-kompitu
(a) L-ispeċjalist fil-kompitu għandu jkun responsabbli għat-twettiq tajjeb tal-kompitu tiegħu. Id-dmirijiet tal-ispeċjalisti fil-kompitu għandhom ikunu speċifikati fil-lista ta’ kontroll.
(b) Fl-interess tas-sikurezza, matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira jew kull meta dan jitqies neċessarju mill-bdot fil-kmand, l-ispeċjalist fil-kompitu għandu jkun marbut fil-post assenjat lilu, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-lista ta' kontroll.
(c) L-ispeċjalist fil-kompitu għandu jiżgura li jkun marbut meta jwettaq kompiti speċjalizzati b’bibien esterni miftuħin jew imneħħija.
(d) L-ispeċjalist fil-kompitu għandu jirrapporta lill-bdot fil-kmand:
kwanlunkwe ћsara, nuqqas, nuqqas ta’ funzjonament jew difett li jemmen li jista’ jaffettwa l-ajrunavigabbiltà jew it-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, inklużi s-sistemi tal-emerġenza. kif ukoll u
kwalunkwe inċident li kien qed ipoġġi fil-periklu, jew li jista’ jpoġġi fil-periklu, is-sikurezza tal-operat.
NCO.SPEC.125 Istruzzjonijiet dwar is-sikurezza
(a) Qabel it-tlugħ, il-bdot fil-kmand għandu jagħti struzzjonijiet lill-ispeċjalisti fil-kompitu dwar:
tagħmir u proċeduri ta’ emerġenza;
proċeduri operattivi assoċjati mal-kompitu speċjalizzat qabel kull titjira jew serje ta’ titjiriet.
(b) L-istruzzjonijiet imsemmija f’(a)(2) jistgħu ma jkunux meħtieġa jekk l-ispeċjalisti fil-kompitu jkunu ngħataw struzzjonijiet fuq il-proċeduri operattivi qabel ma beda l-istaġun operattiv f’dik is-sena kalendarja.
NCO.SPEC.130 Altitudnijiet minimi tad-distanza mill-ostakli — titjiriet IFR
Il-bdot fil-kmand għandu jistabbilixxi l-altitudnijiet minimi għal kull titjira li jipprovdu d-distanza meħtieġa mill-art għas-segmenti tar-rotot kollha li gћandhom jiġu koperti b’IFR. L-altitudnijiet minimi tat-titjira ma għandomx ikunu aktar baxxi minn dawk ippubblikati mill-Istat li fuqu tkun se tgħaddi t-titjira.
▼M20 —————
NCO.SPEC.145 Sitwazzjonijiet simulati waqt it-titjir
Sakemm ma jkunx hemm abbord l-inġenju tal-ajru speċjalist fil-kompitu għat-taħriġ, il-bdot fil-kmand, meta jġorr speċjalisti fil-kompitu, ma għandux jissimula:
sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ proċeduri anormali jew ta’ emerġenza; jew
titjir f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi bl-instrument (instrument meteorological conditions - IMC).
NCO.SPEC.150 Individwazzjoni tal-qrubija lejn l-art
Jekk tkun installata, is-sistema ta’ twissija tal-individwazzjoni tal-qrubija lejn l-art tista’ tiġi diżattivata matul dawk il-kompiti speċjalizzati, li minħabba l-n-natura tagħhom jeħtieġu li l-inġenju tal-ajru jkun operat fi ħdan distanza mill-art li tkun inqas minn dik li tiskatta s-sistema ta’ twissija tal-individwazzjoni tal-qrubija lejn l-art.
NCO.SPEC.155 Sistema għall-prevenzjoni tal-ħabtiet fl-ajru (Airborne collision avoidance system - ACAS II)
Minkejja NCO.OP.200, l-ACAS II tista’ tiġi diżattivata matul dawk il-kompiti speċjalizzati, li minħabba n-natura tagħhom jeħtieġu li l-inġenju tal-ajru jkun operat fi ħdan distanza minn xulxin li tiskatta l-ACAS.
NCO.SPEC.160 Rilaxx ta’ oġġetti perikolużi
Il-bdot fil-kmand ma għandux jopera inġenju tal-ajru fuq żoni ta’ bliet, irħula jew insedjamenti f’konġestjoni jew fuq ġemgħa fil-miftuħ ta’ persuni meta jirrilaxxa oġġetti perikolużi.
NCO.SPEC.165 Ġarr u użu ta’ armi
(a) Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li, meta jinġarru armi fuq titjira għall-fini ta’ kompitu speċjalizzat, dawn jinżammu b’mod sikur meta ma jkunux qed jintużaw.
(b) L-ispeċjalist fil-kompitu li juża l-arma għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jevita milli jipperikola l-inġenju tal-ajru u l-persuni abbord jew fuq l-art.
NCO.SPEC.170 Prestazzjoni u kriterji operattivi — l-ajruplani
Meta jkun qed jiġi operat ajruplan f’għoli ta’ inqas minn 150 m (500 pied) fuq żona mhux f’konġestjoni, għal operazzjonijiet b’ajruplani li mhumiex kapaċi jsostnu titjira f’livell fil-każ ta’ ħsara kritika fil-magna, il-bdot fil-kmand għandu jkun:
stabbilixxa proċeduri operattivi biex inaqqas kemm jista’ jkun il-konsegwenzi ta’ ħsara fil-magna; u
ta struzzjonijiet lill-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu kollha abbord dwar il-proċeduri li għandhom jitwettqu fil-każ ta’ nżul sfurzat.
NCO.SPEC.175 Prestazzjoni u kriterji operattivi — il-ħelikopters
(a) Il-bdot fil-kmand jista’ jopera inġenju tal-ajru fuq żoni f’konġestjoni diment li:
il-ħelikopter huwa ċċertifikat fil-kategorija A jew B; u
huma stabbiliti miżuri ta’ sikurezza biex jiġi evitat periklu żejjed għal persuni jew proprjetà fuq l-art.
(b) Il-bdot fil-kmand għandu jkun:
stabbilixxa proċeduri operattivi biex inaqqas kemm jista’ jkun il-konsegwenzi ta’ ħsara fil-magna; u
ta struzzjonijiet lill-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu kollha abbord dwar il-proċeduri li għandhom jitwettqu fil-każ ta’ nżul sfurzat.
(c) Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li l-massa fit-tlugħ, l-inżul jew is-sospensjoni stazzjonarja ma taqbiżx il-massa massima speċifikata għal:
effett ta’ sospensjoni stazzjonarja mingħajr effett tal-art (HOGE) bil-magni kollha li joperaw bil-grad xieraq ta’ qawwa; jew
jekk jidher li se jkun hemm kundizzjonijiet li fihom aktarx li mhux se tiġi stabbilita HOGE, il-massa tal-ħelikopter ma għandhiex taqbeż il-massa massima speċifikata għal sospensjoni stazzjonarja b’effett tal-art (HIGE) bil-magni kollha li joperaw bil-grad xieraq ta’ qawwa, diment li l-kundizzjonijiet attwali jippermettu sospensjoni stazzjonarja b’effett tal-art bil-massa massima speċifikata.
TAQSIMA 2
Operazzjonijiet ta’ tagħbija esterna bi braga bil-ħelikopter (HESLO)
NCO.SPEC.HESLO.100 Lista ta’ kontroll
Il-lista ta’ kontroll għall-HESLO għandu jkun fiha:
il-proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza;
id-dejta rilevanti dwar il-prestazzjoni;
it-tagħmir meħtieġ;
kwalunkwe limitazzjoni; u
ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet tal-bdot fil-kmand, u, jekk applikabbli, tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu.
NCO.SPEC.HESLO.105 Tagħmir speċifiku għal HESLO
Il-ħelikopter għandu jkun mgħammar b’tal-inqas:
mera ta’ sikurezza waħda għall-merkanzija jew mezz alternattiv biex wieħed jara l-ganċ(ijiet)/it-tagħbija; u
miżien wieħed tat-tagħbija, sakemm ma jkunx hemm mod ieħor kif jiġi ddeterminat il-piż tat-tagħbija.
SPO.SPEC.HESLO.110 Trasportazzjoni ta’ oġġetti perikolużi
L-operatur li jittrasporta l-oġġetti perikolużi lejn jew minn siti bla ekwipaġġ jew żoni remoti għandu japplika mal-awtorità kompetenti għal eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-Istruzzjonijiet Tekniċi jekk ikun beħsiebu ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dawk l-Istruzzjonijiet.
TAQSIMA 3
Operazzjonijiet bi bnedmin bħala merkanzija esterna (human external cargo operations - HEC)
NCO.SPEC.HEC.100 Lista ta’ kontroll
Il-lista ta’ kontroll għall-HEC għandu jkun fiha:
il-proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza;
id-dejta rilevanti dwar il-prestazzjoni;
it-tagħmir meħtieġ;
kwalunkwe limitazzjoni; u
ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet tal-bdot fil-kmand, u, jekk applikabbli, il-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu.
NCO.SPEC.HEC.105 Tagħmir speċifiku għall-HEC
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra:
tagħmir għall-operazzjonijiet bil-parank jew ganċ tal-merkanzija;
mera ta’ sikurezza waħda għall-merkanzija jew mezz alternattiv biex wieħed jara l-ganċ; u
miżien wieħed tat-tagħbija, sakemm ma jkunx hemm mod ieħor kif jiġi ddeterminat il-piż tat-tagħbija.
(b) L-installazzjoni tat-tagħmir kollu tal-parank u tal-ganċ tal-merkanzija għajr PCDS sempliċi, u kwalunkwe modifika sussegwenti għandu jkollha approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà xierqa għall-funzjoni maħsuba.
TAQSIMA 4
Operazzjonijiet bil-paraxut (Parachute operations - PAR)
NCO.SPEC.PAR.100 Lista ta’ kontroll
Il-lista ta’ kontroll għall-PAR għandu jkun fiha:
il-proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza;
id-dejta rilevanti dwar il-prestazzjoni;
it-tagħmir meħtieġ;
kwalunkwe limitazzjoni; u
ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet tal-bdot fil-kmand, u, jekk applikabbli, il-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu.
NCO.SPEC.PAR.105 Ġarr ta’ membri tal-ekwipaġġ u ta’ speċjalisti fil-kompitu
Ir-rekwiżit stabbilit f’NCO.SPEC.120(c) ma għandux ikun applikabbli għall-ispeċjalisti fil-kompitu li jwettqu qabżiet bil-paraxut.
NCO.SPEC.PAR.110 Sits
Minkejja NCO.IDE.A.140 (a)(1) u NCO.IDE.H.140 (a)(1), l-art tal-inġenju tal-ajru tista’ tintuża bħala sit, diment li hemm mezzi disponibbli li l-ispeċjalist fil-kompitu jista’ jżomm jew jintrabat magħhom.
SPO.SPEC.PAR.115 Ossiġenu supplimentari
Minkejja NCO.SPEC.110(f), ir-rekwiżit biex jintuża l-ossiġenu supplimentari ma għandux ikun applikabbli għall-membri tal-ekwipaġġ minbarra l-bdot fil-kmand u għall-ispeċjalisti fil-kompitu li jwettqu dmirijiet essenzjali għall-kompitu speċjalizzat, kull meta l-altitudni tal-kabina:
taqbeż it-13 000 pied, għal perjodu ta’ mhux iktar minn 6 minuti; jew
taqbeż il-15 000 pied, għal perjodu ta’ mhux iktar minn 3 minuti.
NCO.SPEC.PAR.120 Trasport u rilaxx ta' oġġetti perikolużi
Minkejja l-punt NCO.SPEC.160, dawk li jużaw il-paraxut jistgħu jġorru apparati li jħallu d-duħħan warajhom u joħorġu mill-inġenju tal-ajru għall-fini ta' wirja bil-paraxut fuq żoni f'konġestjoni ta' bliet, irħula jew insedjamenti jew fuq ġemgħa fil-miftuħ ta' persuni diment li dawn l-apparati jkunu manifatturati għal dak l-għan.
TAQSIMA 5
Titjiriet ajrubatiċi (Aerobatic flights - ABF)
NCO.SPEC.ABF.100 Lista ta’ kontroll
Il-lista ta’ kontroll għall-ABF għandu jkun fiha:
il-proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza;
id-dejta rilevanti dwar il-prestazzjoni;
it-tagħmir meħtieġ;
kwalunkwe limitazzjoni; u
ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet tal-bdot fil-kmand, u, jekk applikabbli, il-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu.
NCO.SPEC.ABF.105 Dokumenti u informazzjoni
Id-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin elenkati f’NCO.GEN.135 (a) ma hemmx bżonn li jinġarru matul titjiriet ajrubatiċi:
id-dettalji tal-pjan tat-titjira tal-ATS li jkun ġie ffajljat, jekk ikun applikabbli;
mapep ajrunawtiċi attwali u xierqa għar-rotta/għaż-żona tat-titjira proposta u għar-rotot kollha li fuqhom wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li tista’ tiġi ddevjata t-titjira; u
il-proċeduri u l-informazzjoni dwar is-sinjali viżwali għall-użu min-naħa ta’ inġenji tal-ajru interċettati u ta’ inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni.
NCO.SPEC.ABF.110 Tagħmir
Ma hemmx għaliex jiġu applikati r-rekwiżiti li ġejjin dwar it-tagħmir għal titjiriet ajrubatiċi:
kaxxa tal-ewwel għajnuna kif stabbilit f’NCO.IDE.A.145 u f’NCO.IDE.H.145;
apparati portabbli tat-tifi tan-nar kif stabbilit f’NCO.IDE.A.160 u f’NCO.IDE.H.180; u
trażmettituri għas-sejbien waqt emerġenza jew apparat ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien (personal locator beacons) kif stabbilit f’NCO.IDE.A.170 u NCO.IDE.H.170.
TAQSIMA 6
Titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni
NCO.SPEC.MCF.100 Livelli tat-titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni
Qabel ma jwettaq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni, l-operatur għandu jiddetermina l-livell applikabbli tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni kif ġej:
titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell A”, għal titjira fejn ikun mistenni li jsir l-użu ta' proċeduri anormali jew ta' emerġenza, kif definit fil-manwal tat-titjira tal-inġenju tal-ajru, jew meta tkun meħtieġa titjira biex jiġi pprovat il-funzjonament ta' sistema ta' backup jew ta' apparati tas-sikurezza oħra;
titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell B”, għal kwalunkwe titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni għajr titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell A”.
NCO.SPEC.MCF.105 Limitazzjonijiet operattivi
B'deroga mill-punt NCO.GEN.105(a)(4) ta' dan l-Anness, tista' ssir titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni b'inġenju tal-ajru li jkun inħareġ għas-servizz b'manutenzjoni mhux kompluta skont il-punt M.A.801(g) jew il-punt 145.A.50(e) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014.
B'deroga mill-punt NCO.GEN.105(a)(4) ta' dan l-Anness, titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni tista' titwettaq b'inġenju tal-ajru li ġie rilaxxat biex jaħdem b'manutenzjoni mhux kompluta skont il-punti M.A.801(f) tal-Anness I (il-Parti-M), 145.A.50(e) tal-Anness II (il-Parti-145) jew ML.A.801(f) tal-Anness Vb (il-Parti-ML) għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014.
NCO.SPEC.MCF.110 Lista ta' kontroll u struzzjonijiet dwar is-sikurezza
Il-lista ta' kontroll imsemmija fil-punt NCO.SPEC.105 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ qabel kull titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni u għandha tqis il-proċeduri operattivi li huma ppjanati li jiġu segwiti matul it-titjira partikolari ta' kontroll tal-manutenzjoni.
Minkejja l-punt NCO.SPEC.125(b), qabel kull titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni, għandhom jingħataw struzzjonijiet dwar is-sikurezza minn speċjalista fil-kompitu.
NCO.SPEC.MCF.120 Rekwiżiti tal-ekwipaġġ tat-titjira
Meta jagħżel membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni, l-operatur għandu jqis il-kumplessità tal-inġenju tal-ajru u l-livell tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni kif definit fil-punt NCO.SPEC.MCF.100.
NCO.SPEC.MCF.125 Kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u l-persuni abbord
Il-bdot fil-kmand għandu jidentifika l-ħtieġa għal membri tal-ekwipaġġ u/jew speċjalisti fil-kompitu addizzjonali qabel kull titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni maħsuba, filwaqt li jqis l-ammont ta' xogħol mistenni tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-ispeċjalista fil-kompitu u l-valutazzjoni tar-riskju.
Il-bdot fil-kmand ma għandux jippermetti lill-persuni abbord ħlief dawk meħtieġa skont il-punt (a) matul titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell A”.
NCO.SPEC.MCF.130 Proċeduri simulati mhux normali jew ta' emerġenza fit-titjira
B'deroga mill-punt NCO.SPEC.145, bdot fil-kmand jista' jissimula sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-applikazzjoni ta' proċeduri mhux normali jew ta' emerġenza bi speċjalista tal-kompitu abbord jekk is-simulazzjoni hija meħtieġa biex tintlaħaq l-intenzjoni tat-titjira u jekk ġiet identifikata fil-lista ta' kontroll imsemmija fil-punt NCO.SPEC.MCF.110 jew fi proċeduri operattivi.
NCO.SPEC.MCF.140 Sistemi u tagħmir
Meta titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni tkun maħsuba biex tivverifika l-funzjonament xieraq ta' sistema jew tagħmir, dik is-sistema jew dak it-tagħmir għandhom jiġu identifikati bħala potenzjalment mhux affidabbli, u għandhom jiġu miftiehma miżuri ta' mitigazzjoni xierqa qabel it-titjira sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji għas-sikurezza tat-titjira.
ANNESS VIII
OPERAZZJONIJIET SPEĊJALIZZATI
[PARTI-SPO]
SPO.GEN.005 Kamp ta’ applikazzjoni
(a) Dan l-Anness japplika għal kwalunkwe operazzjoni speċjalizzata li fiha l-inġenju tal-ajru jintuża għall-attivitajiet speċjalizzati bħal agrikoltura, kostruzzjoni, fotografija, surveying, osservazzjoni u pattulja, riklamar fl-ajru jew titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni.
(b) Minkejja l-punt (a), operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati b'inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna għandhom jikkonformaw mal-Anness VII (il-Parti-NCO).
(c) Minkejja l-punt (a), l-operazzjonijiet li ġejjin b'inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna jistgħu jsiru skont l-Anness VII (il-Parti-NCO):
titjiriet ta’ kompetizzjoni jew wirjiet tat-titjir, bil-kundizzjoni li r-remunerazzjoni jew kwalunkwe kunsiderazzjoni ta’ valur mogħtija għat-tali titjiriet tkun limitata għall-irkupru tal-ispejjeż diretti u kontribuzzjoni proporzjonata għall-ispejjeż annwali, kif ukoll premji ta’ mhux iktar minn valur speċifikat mill-awtorità kompetenti.
titjiriet introduttorji, qbiż bil-paraxut, irmunkar ta' gliders jew titjiriet ajrubatiċi mwettqa minn organizzazzjoni ta' taħriġ bil-post prinċipali tan-negozju tagħha fi Stat Membru u msemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, jew minn organizzazzjoni maħluqa bil-għan li tippromwovi l-sport tal-ajru jew l-avjazzjoni ta' divertiment, bil-kundizzjoni li l-inġenju tal-ajru jkun operat mill-organizzazzjoni fuq il-bażi ta' sjieda jew kiri mingħajr ekwipaġġ, li t-titjira ma tiġġenerax profitti mqassmin barra l-organizzazzjoni, u li kull meta jkunu involuti persuni li mhumiex membri tal-organizzazzjoni, it-tali titjiriet jirrappreżentaw biss attività marġinali tal-organizzazzjoni.
IS-SUBPARTI A
REKWIŻITI ĠENERALI
SPO.GEN.100 Awtorità kompetenti
L-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-operatur għandu s-sede prinċipali tiegħu, huwa stabbilit jew jirrisjedi.
SPO.GEN.101 Mezzi ta’ konformità
Operatur jista juża mezzi alternattivi ta’ konformità minn dawk adottati mill-Aġenzija biex jistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
▼M14 —————
SPO.GEN.105 Responsabbiltajiet tal-ekwipaġġ
(a) Il-membru tal-ekwipaġġ għandu jkun responsabbli għat-twettiq tajjeb tal-kompiti tiegħu: Id-dmirijiet tal-ekwipaġġ għandhom ikunu speċifikati fil-proċeduri operattivi standard (SOP) u, fejn xieraq, fil-manwal tal-operat.
(b) Fl-interess tas-sikurezza, matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira jew kull meta dan jitqies neċessarju mill-bdot fil-kmand, il-membru tal-ekwipaġġ għandu jkun marbut fil-post assenjat lilu, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-SOP.
(c) Matul it-titjira, il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jżomm iċ-ċintorin tas-sigurtà tiegћu/tagћha maqful waqt li jkun f’postu.
(d) Matul it-titjira, mill-inqas membru ikkwalifikat wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jibqa’ fil-kmand tal-inġenju tal-ajru f’kull ħin.
(e) Il-membru tal-ekwipaġġ ma għandux iwettaq kompiti fuq inġenju tal-ajru:
jekk ikun jaf jew jissuspetta li qed ibati minn gћeja kbira, kif imsemmi fil-punt 7.f. tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew jekk ma jkunx jiflaħ biex iwettaq il-kompiti tiegħu; jew
meta jkun taħt l-influwenza ta' sustanzi psikoattivi jew għal raġunijiet oħra kif imsemmi fil-punt 7.g tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
(f) Il-membru tal-ekwipaġġ li jwettaq kompiti ta’ aktar minn operatur wieħed għandu:
iżomm rekords individwali tiegħu rigward il-ħinijiet tat-titjir u tas-servizz u l-perjodi tal-mistrieħ kif imsemmija fl-Anness III (il-Parti-ORO), is-Subparti FTL tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, jekk ikun japplika; u
jagħti lil kull operatur id-dejta meħtieġa sabiex jiskeda l-attivitajiet skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-FTL.
(g) Il-membru tal-ekwipaġġ għandu jirrapporta lill-bdot fil-kmand:
kwanlunkwe ћsara, nuqqas, nuqqas ta’ funzjonament jew difett li jemmen li jista’ jaffettwa l-ajrunavigabbiltà jew it-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, inklużi s-sistemi tal-emerġenza. kif ukoll u
kwalunkwe inċident li kien qed ipoġġi fil-periklu, jew li jista’ jpoġġi fil-periklu, is-sikurezza tal-operat.
SPO.GEN.106 Responsabbiltajiet tal-ispeċjalisti fil-kompitu
(a) L-ispeċjalist fil-kompitu għandu jkun responsabbli għat-twettiq tajjeb fil-kompitu tiegħu. Id-dmirijiet tal-ispeċjalisti fil-kompitu għandhom ikunu speċifikati fl-SOP.
(b) Fl-interess tas-sikurezza, matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira jew kull meta dan jitqies neċessarju mill-bdot fil-kmand, l-ispeċjalist fil-kompitu għandu jkun marbut fil-post assenjat lilu, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-SOP.
(c) L-ispeċjalist fil-kompitu għandu jiżgura li jkun marbut meta jwettaq kompiti speċjalizzati b’bibien esterni miftuħin jew imneħħija.
(d) L-ispeċjalist fil-kompitu għandu jirrapporta lill-bdot fil-kmand:
kwanlunkwe ћsara, nuqqas, nuqqas ta’ funzjonament jew difett li jemmen li jista’ jaffettwa l-ajrunavigabbiltà jew it-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, inklużi s-sistemi tal-emerġenza. kif ukoll u
kwalunkwe inċident li kien qed ipoġġi fil-periklu, jew li jista’ jpoġġi fil-periklu, is-sikurezza tal-operat.
SPO.GEN.107 Responsabbiltajiet u awtorità tal-bdot fil-kmand
(a) Il-bdot fil-kmand għandu jkun responsabbli:
għas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-membri kollha tal-ekwipaġġ, l-ispeċjalisti fil-kompitu u l-merkanzija abbord matul l-operazzjonijiet tal-inġenju tal-ajru;
għall-bidu, għall-kontinwazzjoni, għat-terminazzjoni jew għad-devjazzjoni ta’ titjira fl-interess tas-sikurezza;
għall-iżgurar li tinżamm konformità mal-proċeduri operattivi kollha u mal-listi ta’ kontroll skont il-manwal xieraq;
li jibda b’titjira biss jekk hu jkun sodisfatt li l-limitazzjonijiet operattivi kollha msemmija f’2.a.3. tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 huma mħarsa, kif ġej:
l-ajruplan huwa ajrunavigabbli;
l-inġenju tal-ajru huwa rreġistrat kif dovut;
l-istrumenti u t-tagħmir meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' dik it-titjira huma installati fuq l-inġenju tal-ajru u huma operattivi, sakemm ma tkunx permessa l-operazzjoni b'tagħmir mhux operattiv bil-lista ta' tagħmir minimu (MEL) jew b'dokument ekwivalenti, jekk applikabbli, kif mitlub fil-punti SPO.IDE.A.105 jew SPO.IDE.H.105;
il-massa tal-inġenju tal-ajru u l-punt taċ-ċentru tal-gravità huma tali li t-titjira tista' tiġi eżegwita fil-limiti preskritti fid-dokumentazzjoni tal-ajrunavigabbiltà;
it-tagħmir u l-bagalji kollha tgħabbew u ġew stivati kif suppost; ►M9 ————— ◄
il-limitazzjonijiet operattivi tal-inġenju tal-ajru kif speċifikat fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (aircraft flight manual - AFM) fl-ebda ħin ma huma se jinqabżu matul it-titjira; ►M9 u ◄
kull bażi tad-dejta tan-navigazzjoni meħtieġa għal PBN huwa xierqa u aġġornata;
li ma jibdix b’titjira fil-każ li hu, jew kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew speċjalist fil-kompitu ma jkunx jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu għal kwalunkwe raġuni bħal dannu, mard, għeja jew minħabba l-effetti ta’ kwalunkwe sustanza psikoattiva;
li ma jkomplix b’titjira li tmur lil hinn mill-eqreb ajrudrom jew sit tal-operat funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, meta l-kapaċità tiegħu biex iwettaq il-kompiti hija mnaqqsa b’mod sinifikanti għal raġunijiet bħal għeja, mard jew nuqqas ta’ ossiġnu;
li jiddeċiedi li jaċċetta l-inġenju tal-ajru li jkollu ħsarat li ma jippermettulux li jaħdem tajjeb, skont il-lista ta’ devjazzjonijiet tal-konfigurazzjoni (configuration deviation list/CDL) jew il-lista ta’ tagħmir minimu (MEL), jekk applikabbli;
għar-reġistrazzjoni tad-dejta tal-utilizzazzjoni u tad-difetti kollha magħrufa jew suspettati fl-inġenju tal-ajru fit-tmiem tat-titjira, jew serje ta’ titjiriet, fir-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru jew fil-ġurnal tal-vjaġġ għall-inġenju tal-ajru; u
jiġi żgurat li:
ir-reġistraturi tat-titjira ma jiġux inattivati jew mitfija matul it-titjira;
fil-każ ta' okkorrenza għajr aċċident jew inċident serju li għandu jiġi rrappurtat skont il-punt ORO.GEN.160(a), ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira ma jitħassrux apposta; kif ukoll
fil-każ ta' aċċident jew inċident serju, jew jekk iż-żamma tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira tkun immexxija mill-awtorità ta' investigazzjoni:
ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjiriet ma jitħassrux apposta;
ir-reġistraturi tat-titjira jiġu diżattivati minnufih wara li titlesta t-titjira; kif ukoll
jittieħdu miżuri ta' prekawzjoni għaż-żamma tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira qabel ma jiġi evakwat il-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira.
(b) Il-bdot fil-kmand għandu jkollu l-awtorità li jirrifjuta l-ġarr jew l-iżbark ta’ kwalunkwe persuna jew merkanzija li tista’ tirrappreżenta periklu potenzjali għas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-okkupanti tiegħu.
(c) Il-bdot fil-kmand għandu, malajr kemm jista’ jkun, jirrapporta lill-unità xierqa tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) dwar kwalunkwe kundizzjoni perikoluża tat-temp jew tat-titjira li magħha huwa ltaqa’ u li x’aktarx taffettwa s-sikurezza ta’ inġenji tal-ajru oħrajn.
(d) Minkejja d-dispożizzjoni (a)(6), f’operazzjoni ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed, immexxija l-bdot fil-kmand jista’ jkompli titjira lil hinn mill-eqreb ajrudrom funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali meta jkunu fis-seħħ proċeduri ta’ mitigazzjoni adegwati.
(e) Il-bdot fil-kmand gћandu, f’sitwazzjoni ta’ emerġenza li teħtieġ deċiżjoni u azzjoni immedjati, jieћu kwalunkwe azzjoni li huwa jikkunsidra meħtieġa fiċ-ċirkostanzi skont il-punt 7.d. tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. F’dawn il-każijiet, huwa jista’ jiddevja mir-regoli u mill-proċeduri operattivi u mill-metodi stabbiliti fl-interess tas-sikurezza.
(f) Il-bdot fil-kmand għandu mingħajr dewmien jissottometti rapport ta’ att ta’ interferenza illegali lill-awtorità kompetenti u għandu jinforma lill-awtorità lokali maħtura.
(g) Il-bdot fil-kmand għandu jinnotifika lill-eqreb awtorità xierqa bil-mezzi disponibbli l-aktar rapidi dwar kull aċċident li jinvolvi l-inġenju tal-ajru li jirriżulta f’dannu serju jew fil-mewt ta’ xi persuna jew fil-ħsara sostanzjali tal-inġenju tal-ajru jew ta’ proprjetà.
▼M11 —————
SPO.GEN.110 Konformità mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri
Il-bdot fil-kmand għandu jkun konformi mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri ta’ dawk l-Istati fejn l-operazzjonijiet isiru.
SPO.GEN.115 Lingwa komuni
L-operatur għandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ ikunu jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin b’lingwa komuni.
SPO.GEN.119 Taxiing tal-inġenji tal-ajru
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri għat-taxiing tal-inġenji tal-ajru sabiex jiżgura operat b'mod sikur u sabiex tiżdied is-sikurezza tar-runway.
SPO.GEN.120 “Taxiing” tal-ajruplani
L-operatur għandu jiżgura li ajruplan jinsaq biss fiż-żona tal-moviment ta’ ajrudrom jekk il-persuna fil-post tal-kontroll:
tkun bdot ikkwalifikat b’mod xieraq; jew
tkun inħatret mill-operatur u:
tkun imħarrġa biex issuq l-inġenju tal-ajru;
tkun imħarrġa biex tuża t-telefonija bir-radju, fil-każ li komunikazzjonijiet bir-radju huma meħtieġa;
tkun irċeviet struzzjonijiet dwar it-tqassim tal-ajrudrom, ir-rotot, is-sinjali, il-marki, id-dwal, is-sinjali u l-istruzzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC), il-lingwaġġ u l-proċeduri; u
tkun kapaċi tikkonforma mal-istandards operattivi meћtieġa gћall-moviment sikur tal-ajruplan fl-ajrudrom.
SPO.GEN.125 Użu tar-rotor
Ir-rotor tal-ħelikopter għandu jitqabbad bil-magni biss għall-għanijiet ta’ titjira li fiha jkun hemm bdot ikkwalifikat fil-post tal-kontroll.
SPO.GEN.130 Tagħmir elettroniku portabbli
L-operatur ma għandu jippermetti l-ebda persuna milli tuża tagħmir elettroniku portabbli (portable electronic device - PED) abbord inġenju tal-ajru li jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-prestazzjoni tas-sistem u tagħmir tal-ajruplan.
SPO.GEN.131 Użu tal-electronic flight bags (EFBs)
Meta jintuża EFB abbord inġenju tal-ajru, l-operatur għandu jiżgura li dan ma jaffettwax b'mod negattiv il-prestazzjoni tas-sistemi jew it-tagħmir tal-inġenju tal-ajru, jew il-kapaċità tal-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira li jopera l-inġenju tal-ajru.
Qabel ma juża applikazzjoni tat-tip B EFB, l-operatur għandu:
jwettaq valutazzjoni tar-riskju relatata mal-użu tat-tagħmir EFB li jospita l-applikazzjoni, għall-applikazzjoni EFB ikkonċernata u l-funzjoni(jiet) assoċjata tiegħu, filwaqt li jidentifika r-riskji assoċjati u jiżgura li dawn jiġu mitigati adegwatament; il-valutazzjoni tar-riskju għandha tindirizza r-riskji assoċjati mal-interfaċċa bniedem-magna tat-tagħmir EFB u tal-applikazzjoni EFB ikkonċernati; u
jistabbilixxi sistema ta' amministrazzjoni tal-EFB, li tinkludi proċeduri u rekwiżiti ta' taħriġ għall-amministrazzjoni u l-użu tat-tagħmir EFB u tal-applikazzjoni EFB.
SPO.GEN.135 Informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord
L-operatur għandu jkollu listi bl-informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru tiegħu, li għandhom ikunu dejjem disponibbli sabiex jiġu kkomunikati minnufih liċ-ċentri tal-koordinazzjoni tas-salvataġġ (RCCs).
SPO.GEN.140 Dokumenti, manwali u informazzjoni li għandhom jinġarru abbord
(a) Id-dokumenti, il-manwali u l-informazzjoni li ġejjin għandhom jinġarru abbord waqt kull titjira, bħala oriġinali jew kopji, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor hawn taħt:
il-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (AFM), jew dokument/i ekwivalenti;
iċ-ċertifikat oriġinali tar-reġistrazzjoni;
iċ-ċertifikat oriġinali tal-ajrunavigabbilità (CofA);
iċ-ċertifikat tal-istorbju, jekk applikabbli;
kopja tad-dikjarazzjoni kif speċifikat f’ORO.DEC.100 u, jekk applikabbli, kopja tal-awtorizzazzjoni kif speċifikat f’ORO.SPO.110;
il-lista tal-approvazzjonijiet speċifiċi, jekk applikabbli;
il-liċenzja oriġinali tar-radju tal-inġenju tal-ajru, jekk ikun applikabbli;
iċ-ċertifikat(i) tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà fil-konfront ta’ terzi persuni;
il-ġurnal tal-vjaġġ tal-inġenju tal-ajru, jew dokument ekwivalenti;
il-logg tekniku tal-inġenju tal-ajru, b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, jekk applikabbli;
id-dettalji tal-pjan tat-titjira tal-ATS li jkun ġie ffajljat, jekk ikun applikabbli;
mapep ajrunawtiċi attwali u xierqa għar-rotta/għaż-żona tat-titjira proposta u għar-rotot kollha li fuqhom wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li tista’ tiġi ddevjata t-titjira;
il-proċeduri u l-informazzjoni dwar is-sinjali viżwali għall-użu min-naħa ta’ inġenji tal-ajru interċettati u ta’ inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni;
informazzjoni dwar is-servizzi ta’ tiftix u ta’ salvataġġ għaż-żona tat-titjira ppjanata;
il-partijiet attwali tal-manwal tal-operatu/jew tal-SOP jew tal-AFM li huma rilevanti għall-kompiti tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu, li għandhom ikunu aċċessibbli b’mod faċli għalihom;
il-MEL jew is-CDL, jekk applikabbli;
l-avviżi xierqa lill-membri tal-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru (NOTAMs) u d-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ informazzjoni dwar is-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika (AIS);
l-informazzjoni meteoroloġika xierqa, jekk applikabbli;
l-elenki tal-merkanzija, jekk applikabbli; u
kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jkun rilevanti għat-titjira jew li huwa meћtieġ mill-Istati li għandhom x’jaqsmu mat-titjira.
(b) Minkejja (a), id-dokumenti u l-informazzjoni f’(a)(2) sa (a)(11) u (a)(14), (a)(17), (a)(18) u (a)(19) jistgħu jinżammu fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat għat-titjiriet:
li t-tlugħ u l-inżul tagħhom huma ppjanati fl-istess ajrudrom/sit tal-operat; jew
li jibqgħu f’distanza jew f’żona kif determinata mill-awtorità kompetenti, skont ARO.OPS.210.
▼M14 —————
(d) F’każ ta’ telf jew ta’ serq tad-dokumenti speċifikati fil-punt (a)(2) sal-punt (a)(8), l-operazzjoni tista’ titkompla sakemm it-titjira tilħaq id-destinazzjoni tagħha jew post fejn ikunu jistgħu jingħataw dokumenti ta’ sostituzzjoni.
(e) Fi żmien raġenevoli minn meta jintalab mill-awtorità kompetenti, l-operatur għandu jagħmel disponibbli d-dokumentazzjoni meħtieġa li għandha tinġarr abbord.
SPO.GEN.145 Trattament tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira: żamma, produzzjoni, protezzjoni u użu
Wara aċċident, inċident serju jew okkorrenza identifikata mill-awtorità ta' investigazzjoni, l-operatur ta' inġenju tal-ajru gћandu jżomm id-data oriġinali li tkun ġiet irreġistrata mir-reġistraturi tat-titjira gћal perjodu ta' 60 jum jew sakemm l-awtorità ta' investigazzjoni ma tordnalux jagħmel mod ieћor.
L-operatur għandu jwettaq kontrolli operattivi u evalwazzjonijiet tar-reġistrazzjonijiet biex jiżgura l-funzjonalità kontinwa tar-reġistraturi tat-titjira li huma meħtieġa li jinġarru.
L-operatur għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet tal-parametri tat-titjira u l-messaġġi tal-komunikazzjoni b'kollegament tad-data meħtieġa biex jiġu rreġistrati fuq ir-reġistraturi tat-titjira jiġu ppreservati. Madankollu, għall-iskop ta' ttestjar u manutenzjoni tar-reġistraturi tat-titjira, tista' titħassar sa siegħa tal-eqdem data rreġistrata fil-mument tal-ittestjar.
L-operatur għandu jaħżen u jżomm aġġornata d-dokumentazzjoni li tippreżenta l-informazzjoni meħtieġa sabiex id-data tat-titjira li ma tkunx ipproċessata tinqaleb f'parametri tat-titjira espressi f'unitajiet tal-inġinerija.
L-operatur għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni kwalunkwe reġistrazzjoni tar-reġistratur tat-titjira li tkun ġiet ippreservata, jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk.
Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (UE) Nru 996/2010 u (UE) 2016/679 u ħlief għall-iżgurar tal-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira:
reġistrazzjonijiet tal-awdjo minn reġistratur tat-titjira m'għandhomx jiġu żvelati jew użati sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
tkun fis-seħħ proċedura marbuta mat-trattament ta' tali reġistrazzjonijiet tal-awdjo u tat-traskrizzjoni tagħhom;
il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-manutenzjoni kollha kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel;
tali reġistrazzjonijiet tal-awdjo jintużaw biss għaż-żamma jew għat-titjib tas-sikurezza.
Meta jiġu spezzjonati reġistrazzjonijiet tal-awdjo tar-reġistratur tat-titjira biex tiġi żgurata l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira, l-operatur għandu jipproteġi l-privatezza ta' dawk ir-reġistrazzjonijiet tal-awdjo u jiżgura li dawn ma jiġux żvelati jew użati għal skopijiet oħra minbarra biex jiżguraw il-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira.
Parametri tat-titjira jew messaġġi b'kollegamenti tad-data rreġistrati minn reġistratur tat-titjira ma għandhomx jintużaw għal finijiet oħra minbarra gћall-investigazzjoni dwar aċċident jew inċident li jkun suġġett gћar-rappurtar obbligatorju. Dik il-limitazzjoni m'għandhiex tapplika, sakemm tali reġistrazzjonijiet ma jissodisfawx xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
jintużaw mill-operatur għall-finijiet tal-ajrunavigabbiltà jew tal-manutenzjoni biss;
ikun tneħħilhom kull sors ta' identifikazzjoni;
ikunu żvelati skont proċeduri sikuri.
Ħlief għall-iżgurar tal-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira, l-immaġni tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira li huma rreġistrati minn reġistratur tat-titjira ma għandhomx jiġu żvelati jew użati sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
tkun fis-seħħ proċedura relatata mat-trattament ta' tali reġistrazzjonijiet ta' immaġni;
il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-manutenzjoni kollha kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel;
tali reġistrazzjonijiet tal-immaġni jintużaw biss għaż-żamma jew għat-titjib tas-sikurezza.
Meta l-immaġni tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira li jiġu rreġistrati minn reġistratur tat-titjira jiġu spezzjonati biex tiġi żgurata l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira:
dawk l-immaġni ma għandhomx jiġu żvelati jew użati għal finijiet oħra minbarra biex tiġi żgurata l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira;
jekk ikun probabbli li partijiet tal-ġisem tal-membri tal-ekwipaġġ ikunu viżibbli fuq l-immaġni, l-operatur għandu jiżgura l-privatezza ta' dawk l-immaġni.
SPO.GEN.150 Trasport ta’ oġġetti perikolużi
(a) It-trasport ta’ oġġetti perikolużi bl-ajru għandu jitwettaq skont l-Anness 18 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, kif emendata l-aħħar u estiża bil-“Technical Instructions for the Safe Transport of Dangerous Goods by Air” (id-dokument 9284-AN/905 tal-ICAO), inklużi l-annessi, is-supplimenti tagħha u kwalunkwe addenda jew rettifika oħra għaliha.
(b) L-oġġetti perikolużi għandhom jinġarru biss mill-operatur approvat skont l-Anness V (il-Parti-SPA), is-Subparti G, tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 ħlief meta:
dawn ma jkunux suġġetti għall-Istruzzjonijiet Tekniċi skont il-Parti 1 ta’ dawk l-Istruzzjonijiet;
dawn jinġarru mill-ispeċjalisti fil-kompitu jew mill-membri tal-ekwipaġġ, jew ikunu f’bagalja li ġiet isseparata mis-sid, skont il-Parti 8 tal-Istruzzjonijiet Tekniċi.
ikunu meħtieġa abbord l-inġenju tal-ajru għal skopijiet speċjalizzati skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi;
jintużaw biex iħaffu s-sikurezza tat-titjira fejn it-trasport abbord l-inġenju tal-ajru jkun raġonevoli biex tiġi żgurata d-disponibbiltà fil-ħin tagħhom għal skopijiet operattivi, kemm jekk dawn l-oġġetti u s-sustanzi huma meħtieġa jew le li jinġarru jew maħsubin sabiex jintużaw b’rabta ma’ titjira partikolari.
(c) L-operatur għandu jistabbilixxi l-proċeduri li bihom jiżgura li jittieħdu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jiġi evitat il-ġarr bi żball ta’ oġġetti perikolużi abbord.
(d) L-operatur għandu jipprovdi lill-persunal bl-informazzjoni meħtieġa biex huma jkunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom, kif meħtieġ mill-Istruzzjonijiet Tekniċi.
(e) Skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi, l-operatur għandu jirrapporta mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti u lill-awtorità kompetenti u lill-awtorità xierqa tal-Istat tal-okkorrenza fil-każ ta’:
kwalunkwe aċċident jew inċident marbut ma’ oġġetti perikolużi.
sejbien ta’ oġġetti perikolużi li jinġarru minn speċjalisti fil-kompitu jew mill-ekwipaġġ, jew fil-bagalji tagħhom, meta ma jkunux konformi mal-Parti 8 tal-Istruzzjonijiet Tekniċi.
(f) L-operatur għandu jiżgura li l-ispeċjalisti fil-kompitu jingħataw informazzjoni dwar l-oġġetti perikolużi.
(g) L-operatur għandu jiżgura li fil-postijiet tal-aċċettazzjoni tal-merkanzija jingħataw avviżi b’informazzjoni dwar it-trasport tal-oġġetti perikolużi kif meħtieġ mill-Istruzzjonijiet Tekniċi.
SPO.GEN.155 Rilaxx ta’ oġġetti perikolużi
L-operatur ma għandux jopera inġenju tal-ajru fuq żoni ta’ bliet, irħula jew insedjamenti f’konġestjoni jew fuq ġemgħa fil-miftuħ ta’ nies meta jirrilaxxa oġġetti perikolużi.
SPO.GEN.160 Ġarr u użu ta’ armi
(a) L-operatur għandu jiżgura li, meta jinġarru armi fuq titjira għall-fini ta’ kompitu speċjalizzat, dawn jinżammu b’mod sikur meta ma jkunux qed jintużaw.
(b) L-ispeċjalist fil-kompitu li juża l-arma għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jevita milli jipperikola l-inġenju tal-ajru u l-persuni abbord jew fuq l-art.
SPO.GEN.165 Ammissjoni fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira
Il-bdot fil-kmand għandu jieħu d-deċiżjoni finali dwar l-ammissjoni fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira u għandu jiżgura li:
ammissjoni fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira ma tikkawżax tfixkil jew xkiel fit-tħaddim tat-titjira; u
(b) il-persuni kollha li jinġarru fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira saru midħla tal-proċeduri rilevanti dwar is-sikurezza.
IS-SUBPARTI B
PROĊEDURI OPERATTIVI
SPO.OP.100 Użu ta’ ajrudromi u ta’ siti tal-operat
L-operatur gћandu juża biss ajrudromi u siti tal-operat li jkunu xierqa gћat-tip ta’ inġenju tal-ajru u ta’ operazzjoni kkonċernata.
SPO.OP.101 Kontrolli u ssettjar tal-altimetru
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri għall-kontrolli tal-altimetru qabel kull tluq.
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri għall-issettjar tal-altimetru għall-fażijiet kollha tat-titjira, li għandhom iqisu l-proċeduri stabbiliti mill-Istat tal-ajrudrom jew mill-Istat tal-ispazju tal-ajru, jekk applikabbli.
SPO.OP.105 Speċifikazzjoni ta’ ajrudromi iżolati — l-ajruplani
Għall-għażla ta’ ajrudromi alternattivi u l-politika dwar l-ippjanar u l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija, il-operatur ma għandux jikkunsidra ajrudrom bħala ajrudrom iżolat sakemm il-ħin tat-titjira lejn l-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali ma jkunx aktar minn:
għall-ajruplani b’magni bil-pistuni, 60 minuta; jew
għall-ajruplani b’magni bit-turbina, 90 minuta.
SPO.OP.110 Minimi operattivi tal-ajrudrom — l-ajruplani u l-ħelikopters
L-operatur għandu jistabbilixxi l-minimi operattivi tal-ajrudrom għal kull tluq, ajrudrom tad-destinazzjoni jew ajrudrom alternattiv li huwa ppjanat li jintuża sabiex tiġi żgurata s-separazzjoni tal-inġenju tal-ajru minn terren u minn ostakli u biex jittaffa r-riskju ta’ telf ta’ referenzi viżwali matul il-parti viżwali tat-titjir tal-operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti.
Il-metodu użat biex jiġu stabbiliti l-minimi operattivi tal-ajrudrom għandu jqis l-elementi kollha li ġejjin:
it-tip, il-prestazzjoni u l-karatteristiċi tal-immaniġġar tal-inġenju tal-ajru;
it-tagħmir disponibbli fuq l-inġenju tal-ajru għall-finijiet tan-navigazzjoni, l-akkwist ta’ referenzi viżwali, u/jew il-kontroll tat-trajettorja tat-titjira matul it-tlugħ, l-avviċinament, l-inżul, u l-avviċinament mhux milħuq;
kwalunkwe kundizzjoni jew limitazzjoni ddikjarata fil-manwal tat-titjira tal-inġenju tal-ajru (AFM);
id-dimensjonijiet u l-karatteristiċi tar-runways jew taż-żoni ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali (FATOs) li jistgћu jintgћażlu biex jintużaw;
l-adegwatezza u l-prestazzjoni tal-għajnuna viżwali u mhux viżwali u l-infrastruttura disponibbli;
l-altitudni/l-gћoli tad-distanza mill-ostakli (OCA/H) gћall-proċeduri ta’ avviċinament bl-istrumenti (IAPs);
l-ostakli fiż-żoni ta’ tlugħ u l-marġni ta’ spazju meħtieġ;
kwalunkwe karatteristika mhux standard tal-ajrudrom, tal-IAP jew tal-ambjent lokali;
il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tat-titjira, il-kompetenza u l-esperjenza tagћhom;
l-IAP;
il-karatteristiċi tal-ajrudrom u s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ANS) disponibbli;
kwalunkwe minimu li jista’ jiġi ppromulgat mill-Istat tal-ajrudrom;
il-kundizzjonijiet preskritti fi kwalunkwe approvazzjoni speċifika għal operazzjonijiet f’viżibbiltà baxxa (LVOs) jew operazzjonijiet bi krediti operattivi; u
l-esperjenza operattiva rilevanti tal-operatur.
L-operatur għandu jispeċifika metodu li bih jiġu stabbiliti l-minimi operattivi tal-ajrudrom fil-manwal tal-operat.
▼M21 —————
SPO.OP.112 Minimi operattivi tal-ajrudrom — operazzjonijiet ta’ dawran b’ajruplani
L-għoli minimu tal-inżul (MDH) għal operazzjoni ta’ avviċinament ta’ dawran b’ajruplani ma jistax ikun inqas mill-ogħla minn:
l-OCH/l-OCL tad-dawran ippubblikat gћall-kategorija tal-ajruplan;
l-għoli minimu tad-dawran imniżżel fit-Tabella 1; jew
l-għoli tad-deċiżjoni (DH)/MDH tal-IAP preċedenti.
Il-viżibbiltà minima għal operazzjoni ta’ avviċinament ta’ dawran b’ajruplani għandha tkun l-ogħla minn:
il-viżibbiltà tad-dawran gћall-kategorija tal-ajruplan, jekk tkun ippubblikata; jew
il-viżibbiltà minima mniżżla fit-Tabella 1.
Tabella 1
L-MDH u l-viżibbiltà minima gћad-dawran għal kull kategorija tal-ajruplan
|
Kategorija tal-ajruplan |
|||
A |
B |
C |
D |
|
MDH (f’piedi) |
400 |
500 |
600 |
700 |
VIS minima (m) |
1 500 |
1 600 |
2 400 |
3 600 |
SPO.OP.113 Valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — operazzjonijiet ta’ dawran fuq l-art (onshore circling operations) bil-ħelikopters
L-MDH għal operazzjoni ta’ dawran fuq l-art bil-ħelikopters ma għandux ikun inqas minn 250 pied u l-viżibilità meteoroloġika mhux inqas minn 800 m.
SPO.OP.115 Proċeduri tat-tluq u tal-avviċinament— l-ajruplani u l-ħelikopters
(a) Il-bdot fil-kmand għandu juża l-proċeduri tat-tluq u tal-avviċinament stabbiliti mill-Istat tal-ajrudrom, jekk dawn il-proċeduri ġew ippubblikati għar-runway jew għall-FATO li għandu jintuża.
(b) Il-bdot fil-kmand jista’ jiddevja minn rotta tat-tluq ippubblikata, minn rotta tal-wasla ppubblikata jew minn proċedura ta’ avviċinament ippubblikata:
sakemm ikunu jistgħu jitħarsu l-kriterji tad-distanza mill-ostakli, sakemm jitqiesu b’mod sħiħ il-kundizzjonijiet operattivi u sakemm tkun rispettata kull awtorizzazzjoni mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC); jew
meta jkun qed jiġi “radar-vectored” minn unità tal-ATC.
(c) Fil-każ tal-operazzjonijiet b’inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, is-segment tal-avviċinament finali għandu jittajjar b’mod viżwali jew skont il-proċeduri ta’ avviċinament ippubblikati.
SPO.OP.116 Navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni — l-ajruplani u l-ħelikopters
Meta tkun meħtieġa PBN għar-rotta jew għall-proċedura li għandha tiġi segwita fl-ajru, l-operatur għandu jiżgura li:
l-ispeċifikazzjoni rilevanti PBN hija ddikjarata fl-AFM jew dokument ieħor li jkun ġie approvat mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni bħala parti mill-valutazzjoni tal-ajrunavigabbiltà jew hija bbażata fuq approvazzjoni simili; kif ukoll
l-inġenju tal-ajru jiġi operat f'konformità mal-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni rilevanti u mal-limitazzjonijiet tal-AFM jew xi dokument ieħor imsemmi hawn fuq.
SPO.OP.120 Proċeduri tat-tnaqqis tal-istorbju
Il-bdot fil-kmand għandu jqis il-proċeduri tat-tnaqqis tal-istorbju ppubblikati sabiex jiġi minimizzat l-effett tal-istorbju tal-inġenju tal-ajru filwaqt li jiżgura li s-sikurezza jkollha prijorità fuq it-tnaqqis tal-istorbju.
▼M11 —————
SPO.OP.125 Altitudnijiet minimi tad-distanza mill-ostakli — titjiriet IFR
(a) L-operatur għandu jispeċifika metodu li jistabbilixxi l-altitudnijiet minimi tat-titjira li jipprovdi d-distanza meħtieġa mill-art għar-rotot kollha li gћandhom jiġu koperti b’IFR.
(b) Il-bdot fil-kmand għandu jistabbilixxi l-altitudnijiet minimi tat-titjira għal kull titjira bbażata fuq dan il-metodu. L-altitudnijiet minimi tat-titjira ma għandomx ikunu aktar baxxi minn dawk ippubblikati mill-Istat li fuqu tkun se tgħaddi t-titjira.
SPO.OP.130 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — l-ajruplani u l-ħelikopters
L-operatur għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm sistema tal-fjuwil/tal-enerġija li tinkludi:
politika dwar l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira; u
politika ta’ ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira.
L-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija għandha:
tkun xierqa għat-tip(i) ta’ operazzjoni mwettqa; u
tikkorrispondi għall-kapaċità tal-operatur li jappoġġa l-implimentazzjoni tagħha.
SPO.OP.131 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u politika dwar l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira — l-ajruplani u l-ħelikopters
Bħala parti mill-iskema tal-fjuwil/tal-enerġija, l-operatur għandu jistabbilixxi politika dwar l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija u dwar l-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija sabiex jiżgura li l-inġenju tal-ajru jġorr ammont suffiċjenti ta’ fjuwil/ta’ enerġija li tista’ tintuża biex ilesti t-titjira ppjanata b’mod sikur u biex jagħti lok għal devjazzjonijiet mill-operazzjoni ppjanata.
L-operatur għandu jiżgura li l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija tat-titjiriet ikun ibbażat, mill-inqas, fuq l-elementi li ġejjin:
il-proċeduri inklużi fil-manwal tal-operat kif ukoll:
id-data attwali speċifika għall-inġenju tal-ajru derivata minn sistema ta’ monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija jew, jekk ma tkunx disponibbli;
id-data mogħtija mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru; u
il-kundizzjonijiet operattivi li fihom għandha titwettaq it-titjira, li jinkludu:
id-data dwar il-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija tal-inġenju tal-ajru;
il-mases antiċipati;
il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi antiċipati;
l-effetti tal-oġġetti ta’ manutenzjoni differita u/jew tad-devjazzjonijiet tal-konfigurazzjoni; u
id-dewmien antiċipat.
Għall-ajruplani, l-operatur għandu jiżgura li l-kalkolu ta’ qabel it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża u li hija meħtieġa għal titjira jkun jinkludi:
il-fjuwil/l-enerġija tat-taxiing li ma għandhomx ikunu inqas mill-ammont mistenni li jintuża qabel it-tlugħ;
il-fjuwil/l-enerġija tal-vjaġġ li għandha tkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li huwa meħtieġ sabiex l-ajruplan ikun jista’ jtir mit-tlugħ, jew mill-punt tal-ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira, sal-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni;
fjuwil/enerġija ta’ kontinġenza li għandhom ikunu l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija meħtieġ sabiex jikkumpensa għal fatturi mhux previsti;
fjuwil/enerġija alternattiva tad-destinazzjoni
meta titjira titħaddem b’mill-inqas ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni wieħed, dan għandu jkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija meħtieġ għat-titjir mill-ajrudrom tad-destinazzjoni sal-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni; jew
meta titjira titħaddem b’ebda ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni, dan għandu jkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija meħtieġ għaż-żamma fl-ajrudrom tad-destinazzjoni bħala kumpens għan-nuqqas ta’ ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni;
fjuwil/enerġija ta’ riżerva finali li għandha tiġi protetta sabiex jiġi żgurat inżul sikur; l-operatur għandu jqis dawn kollha li ġejjin, u fl-ordni ta’ prijorità li ġejja, biex jiddetermina l-kwantità tal-fjuwil/enerġija ta’ riżerva finali:
is-severità tal-periklu għall-persuni jew għall-proprjetà li tista’ tirriżulta minn inżul ta’ emerġenza wara tbattil ta’ fjuwil/ta’ enerġija;
il-probabbiltà ta’ ċirkostanzi mhux mistennija li l-fjuwil/l-enerġija ta’ riżerva finali ma jistgħux jibqgħu jiġu protetti;
il-fjuwil/l-enerġija addizzjonali, jekk tkun meћtieġa għat-tip ta’ operazzjoni speċifika; għandu jkun l-ammont tal-fjuwil/tal-enerġija li jippermetti li l-ajruplan iwettaq inżul sikur f’ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta tal-fjuwil/tal-enerġija (xenarju kritiku tal-ajrudrom ERA tal-fjuwil/tal-enerġija) f’każ ta’ ħsara fil-magna jew ta’ telf ta’ pressjoni, skont liema minnhom ikun jeħtieġ l-akbar ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija, fuq il-bażi tas-suppożizzjoni li tali ħsara sseħħ fl-aktar punt kritiku waqt ir-rotta; dan il-fjuwil/din l-enerġija addizzjonali hija meħtieġa biss jekk l-ammont minimu ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jiġi kkalkolat skont il-punti (c)(2) sa (c)(5) ma jkunx biżżejjed għal avveniment bħal dan;
fjuwil/enerġija żejda biex jitqiesu d-dewmien antiċipat jew ir-restrizzjonijiet operazzjonali speċifiċi; u
il-fjuwil/l-enerġija diskrezzjonali, jekk il-bdot fil-kmand jesiġi hekk.
Għall-ħelikopters, l-operatur għandu jiżgura li l-kalkolu ta’ qabel it-titjira tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża u li hija meħtieġa għal titjira jkun jinkludi dawn kollha li ġejjin:
fjuwil/enerġija għat-titjir lejn l-ajrudrom jew is-sit tal-operat tal-inżul ippjanat;
jekk tkun meħtieġa alternattiva għad-destinazzjoni, fjuwil/enerġija tal-alternattiva għad-destinazzjoni, li għandha tkun l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li huwa meħtieġ sabiex jiġi eżegwit avviċinament mhux milћuq fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat tal-inżul ippjanat, u minn hemm ’il quddiem, għat-titjir lejn l-alternattiva għad-destinazzjoni speċifikata, għall-avviċinament u għall-inżul; u
fjuwil/enerġija ta’ riżerva finali, li għandha tiġi protetta sabiex jiġi żgurat inżul sikur; l-operatur għandu jqis dawn kollha li ġejjin, u fl-ordni ta’ prijorità li ġejja, biex jiddetermina l-kwantità tal-fjuwil/enerġija ta’ riżerva finali:
is-severità tal-periklu għall-persuni jew għall-proprjetà li tista’ tirriżulta minn inżul ta’ emerġenza wara tbattil ta’ fjuwil/ta’ enerġija; u
il-probabbiltà ta’ tali ċirkostanzi mhux mistennija li l-fjuwil/l-enerġija ta’ riżerva finali ma jistgħux jibqgħu jiġu protetti;
fjuwil/enerġija żejda biex jitqiesu d-dewmien antiċipat jew ir-restrizzjonijiet operazzjonali speċifiċi; u
il-fjuwil/l-enerġija diskrezzjonali, jekk il-bdot fil-kmand jesiġi hekk.
L-operatur għandu jiżgura li, jekk titjira jkollha tipproċedi lejn ajrudrom tad-destinazzjoni għajr dak ippjanat oriġinarjament, ikunu disponibbli proċeduri ta’ ppjanar mill-ġdid waqt it-titjira għall-kalkolu tal-fjuwil/tal-enerġija li tista’ tintuża meħtieġa u jikkonformaw mal-punti (c)(2) sa (c)(7) għall-ajruplani, u mal-punt (d) għall-ħelikopters.
Il-bdot fil-kmand għandu jagħti bidu għal titjira jew, fil-każ ta’ ppjanar mill-ġdid waqt it-titjira, ikompli bit-titjira, biss meta jkun issodisfat li l-inġenju tal-ajru jkollu mill-inqas l-ammont ippjanat ta’ fjuwil/ta’ enerġija u żejt li jista’ jintuża biex it-titjira tkun tista’ titwettaq b’mod sikur.
▼M11 —————
SPO.OP.135 Struzzjonijiet dwar is-sikurezza
(a) L-operatur għandu jiżgura li, qabel it-tlugħ, l-ispeċjalisti fil-kompitu jingħataw struzzjonijiet dwar:
tagħmir u proċeduri ta’ emerġenza;
proċeduri operattivi assoċjati mal-kompitu speċjalizzat qabel kull titjira jew serje ta’ titjiriet
(b) L-istruzzjonijiet imsemmija f’(a)(2) jistgħu jiġu sostitwiti ma’ programm ta’ taħriġ inizjali u rikorrenti. F’dan il-każ, l-operatur għandu jiddefinixxi wkoll rekwiżiti aġġornati.
SPO.OP.140 Preparazzjoni tat-titjira
(a) Qabel ma jibda b'titjira, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura b'kull mezz raġonevoli disponibbli li l-faċilitajiet ibbażati fl-ispazju, fl-art u/jew fl-ilma inklużi l-faċilitajiet tal-komunikazzjoni u l-għajnuniet għan-navigazzjoni disponibbli u meħtieġa b'mod dirett fuq tali titjira, għall-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru, huma adegwati għat-tip ta' operazzjoni li għaliha se titwettaq it-titjira.
(b) Qabel ma jibda b’titjira, il-bdot fil-kmand għandu jkun familjari mal-informazzjoni meteoroloġika kollha disponibbli xierqa għat-titjira ppjanata. Il-preparazzjoni tat-titjira lil hinn mill-viċinanza tal-post tat-tluq, u għal kull titjira skont l-IFR, għandha tinkludi:
studju tar-rapporti u tat-tbassir meteoroloġiċi attwali disponibbli; u
l-ippjanar ta’ azzjoni alternattiva li tipprovdi għall-possibbiltà li t-titjira ma tkunx tista’ tintemm kif kienet ippjanata, minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp.
SPO.OP.143 Minimi tal-ippjanar tal-ajrudromi alternattivi tad-destinazzjoni — l-ajruplani
Ajrudrom ma għandux jiġi speċifikat bħala ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni sakemm l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli ma tkunx tindika, għall-perjodu minn siegħa (1) qabel sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin attwali tat-tluq sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, skont liema jkun il-perjodu iqsar,
għal ajrudrom alternattiv b’operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti disponibbli b’DH ta’ inqas minn 250 pied,
limitu massimu ta’ mill-inqas 200 pied ’il fuq mid-DH jew mill-MDH assoċjat mal-operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti; u
viżibbiltà ta’ mill-inqas l-ogħla waħda fost 1 500 m u 800 m ’il fuq mill-minimi tar-RVR/VIS tal-operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti; jew
għal ajrudrom alternattiv b’operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti b’DH jew b’MDH ta’ 250 pied jew aktar,
limitu massimu ta’ mill-inqas 400 pied ’il fuq mid-DH jew mill-MDH assoċjat mal-operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti; u
viżibbiltà ta’ mill-inqas 3 000 m; jew
għal ajrudrom alternattiv mingħajr proċedura ta’ avviċinament bl-istrumenti,
limitu massimu ta’ mill-inqas l-ogħla wieħed fost 2 000 pied u l-għoli minimu sikur tal-IFR; u
viżibbiltà ta’ mill-inqas 5 000 m.
SPO.OP.144 Minimi tal-ippjanar tal-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni — il-ħelikopters
L-operatur għandu jagħżel ajrudrom bħala ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni biss jekk l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli tindika, għall-perjodu minn siegħa (1) qabel sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin attwali tat-tluq sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, skont liema jkun il-perjodu iqsar,
għal ajrudrom alternattiv b’IAP:
limitu massimu ta’ mill-inqas 200 pied ’il fuq mid-DH jew mill-MDH assoċjat mal-IAP; u
viżibbiltà ta’ mill-inqas 1 500 m kuljum jew 3 000 m bil-lejl; jew
għal ajrudrom alternattiv mingħajr IAP:
limitu massimu ta’ mill-inqas 2 000 pied jew l-għoli minimu sikur tal-IFR, skont liema jkun l-akbar; u
viżibbiltà ta’ mill-inqas 1 500 m kuljum jew 3 000 m bil-lejl.
SPO.OP.145 Ajrudromi alternattivi għat-tlugħ — l-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni
(a) Għal titjiriet skont l-IFR, il-bdot fil-kmand għandu jispeċifika fil-pjan tat-titjira mill-anqas ajrudrom alternattiv funzjonali wieħed għat-tlugħ fil-każ li l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi attwali fl-ajrudrom tat-tluq ikunu fil-minimi operattivi tal-ajrudrom applikabbli jew anqas jew fil-każ li ma jkunx possibbli li l-ajruplan jirritorna lejn l-ajrudrom tat-tluq minħabba raġunijiet oħrajn.
(b) L-ajrudrom alternattiv għat-tlugħ għandu jkun jinsab fid-distanza li ġejja mill-ajrudrom tat-tluq:
għal ajruplani b’żewġ magni, f’distanza li ma tkunx aktar mid-distanza li tkun ekwivalenti għal siegħa ta’ titjir (1) f’veloċità normali b’magna waħda u f’kundizzjonijiet standard ta’ arja kalma; u
għal ajruplani bi tliet magni jew aktar, f’distanza li ma tkunx aktar mid-distanza ekwivalenti għal sagħtejn titjir (2) f’veloċità normali b’magna waħda (OEI) u skont l-AFM f’kundizzjonijiet standard ta’ arja kalma.
(c) Sabiex ajrudrom jintagħżel bħala ajrudrom alternattiv għat-tlugh, l-informazzjoni disponibbli għandha tindika li, fil-ħin tal-użu stmat, il-kundizzjonijiet se jkunu fil-valuri minimi operattivi tal-ajrudorm jew aħjar għal dik l-operazzjoni.
SPO.OP.150 Ajrudromi alternattivi ta’ destinazzjoni — l-ajruplani
Għal titjiriet skont l-IFR, il-bdot fil-kmand għandu jispeċifika fil-pjan tat-titjira mill-anqas ajrudrom alternattiv funzjonali ta’ destinazzjoni wieħed li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, sakemm:
l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli ma tkunx tindika li, għall-perjodu ta’ minn siegħa (1) qabel sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin reali tat-tluq sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, liema minnhom ikun l-iqsar perjodu, l-avviċinament u l-inżul jistgħu jsiru f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali (VMC); jew
il-post tal-inżul maħsub jiġi ddeżinjat bħala ajrudrom iżolat u:
proċedura tal-avviċinament bi strument ma jkunx preskritt għall-ajrudrom tal-inżul ippjanat; u
l-informazzjoni meteoroloġika attwali tindika l-eżistenza taż-żewġ kundizzjonijiet meteoroloġiċi li ġejjin minn sagħtejn (2) qabel sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin reali tat-tluq sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla, liema minnhom ikun l-iqsar perjodu:
bażi tas-sħab ta’ mill-anqas 300 metru (1 000 pied) ’l fuq mill-minimu assoċjat mal-proċedura tal-avviċinament bi strument;
viżibilità ta’ mill-anqas 5,5 km jew ta’ 4 km aktar mill-minimu assoċjat mal-proċedura.
SPO.OP.151 Ajrudromi alternattivi ta’ destinazzjoni — il-ħelikopters
Għal titjiriet skont l-IFR, il-bdot fil-kmand għandu jispeċifika fil-pjan tat-titjira mill-anqas ajrudrom alternattiv funzjonali ta’ destinazzjoni wieħed li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, sakemm:
proċedura ta’ avviċinament bi strument ma jkunx preskritt għall-ajrudrom tal-inżul ippjanat u l-informazzjoni metoeroloġika attwali tindika l-eżistenza tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi li ġejjin minn sagħtejn (2) qabel sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin reali tat-tluq sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla, liema minnhom ikun l-iqsar perjodu
bażi tas-sħab ta’ mill-anqas 120 metru (400 pied) ’il fuq mill-minimu assoċjat mal-proċedura tal-avviċinament bi strument; u
il-viżibilità tkun ta’ mill-anqas 1 500 metru jew aktar mill-minimu assoċjat mal-proċedura. u jew
il-post tal-inzul ippjanat ma jkunx iżolat u:
proċedura tal-avviċinament bi strument ma jkunx preskritt għall-ajrudrom tal-inżul ippjanat;
l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli ma tkunx tindika l-eżistenza tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi li ġejjin minn sagħtejn (2) qabel sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla:
il-bażi tas-sħab tkun ta’ mill-anqas 120 metru (400 pied) ’il fuq mill-minimu assoċjat mal-proċedura tal-avviċinament bi strument;
il-viżibilità tkun ta’ mill-anqas 1 500 metru jew aktar mill-minimu assoċjat mal-proċedura.
▼M9 —————
SPO.OP.152 Ajrudrom tad-destinazzjoni — operazzjonijiet ta' avviċinament bl-istrumenti
Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li jkun hemm biżżejjed mezzi disponibbli biex jinnaviga u jinżel fl-ajrudrom tad-destinazzjoni jew fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni fil-każ ta' telf ta' kapaċità għall-operazzjonijiet maħsubin tal-avviċinament jew tal-inżul.
SPO.OP.155 Mili tal-fjuwil waqt li l-persuni jkunu qed jitilgħu abbord, meta dawn ikunu abbord jew meta jkunu qed jiżbarkaw
(a) L-inġenju tal-ajru m’għandux jingħatalu jew jitneħħilu fjuwil tat-tip “AVGAS” (gażolina tal-avjazzjoni) jew tat-tip “wide-cut” jew taħlita ta’ dawn it-tipi ta’ fjuwils, meta l-persuni jkunu qed jitilgħu abbord, meta dawn ikunu abbord jew meta jkunu qed jiżbarkaw.
(b) Għat-tipi ta’ fjuwils/ta’ enerġija l-oħra kollha, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa u l-inġenju tal-ajru għandu jkun mgħammar b’persunal ikkwalifikat li jkunu lesti jibdew u jidderieġu evakwazzjoni tal-inġenju tal-ajru bl-iktar mod prattiku u effettiv disponibbli.
SPO.OP.157 Mili tal-fjuwil bil-magna/iu/jew bir-rotors iduru — il-ħelikopters
Mili tal-fjuwil bil-magna/i u/jew bir-rotors iduru għandu jsir biss:
mingħajr l-ebda speċjalisti tal-kompiti li jimbarkaw jew jiżbarkaw;
jekk l-operatur tal-ajrudrom jew tas-sit tal-operat jippermetti operazzjonijiet bħal dawn;
f’konformità ma’ kwalunkwe proċedura u limitazzjoni speċifiċi fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (AFM);
bit-tipi ta’ fjuwil JET A jew JET A-1; u
fil-preżenza tal-faċilitajiet jew tat-tagħmir xierqa għas-salvataġġ u għat-tifi tan-nar (RFF).
L-operatur għandu jivvaluta r-riskji assoċjati mal-mili tal-fjuwil bil-magna/i u/jew bir-rotors iduru.
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri xierqa li għandhom jiġu segwiti mill-persunal involut kollu, bħall-membri tal-ekwipaġġ, l-ispeċjalisti tal-kompiti, u l-persunal tal-operazzjonijiet fuq l-art.
L-operatur għandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ tiegħu, il-persunal tal-operazzjonijiet fuq l-art, kif ukoll kwalunkwe speċjalist tal-kompiti involut fil-proċeduri, ikunu mħarrġa kif xieraq.
L-operatur għandu jiżgura li l-proċeduri ta’ mili tal-fjuwil tal-ħelikopter bil-magna/i u/jew bir-rotors iduru jkunu speċifikati fil-manwal tal-operat.
SPO.OP.160 Użu tal-kuffji tal-widna
Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira li huwa meħtieġ li jkun fis-servizz fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jilbes kuffji tal-widna b'mikrofonu tal-kuffja jew ekwivalenti u jużah bħala l-apparat primarju biex jikkomunika mal-ATS, ma' membri oħra tal-ekwipaġġ u mal-ispeċjalisti fil-kompitu.
SPO.OP.165 Tipjip
Il-bdot fil-kmand ma għandux jippermetti tipjip abbord jew matul ir-riforniment jew it-tneħħija ta’ fjuwil tal-inġenju tal-ajru.
SPO.OP.170 Kundizzjonijiet meteoroloġiċi
(a) Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira skont il-VFR jew għandu jkompli biha biss meta l-aktar informazzjoni meteorolġika reċenti disponibbli tkun turi li fil-ħin mistenni tal-użu, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi tul ir-rotta u fid-destinazzjoni ppjanata se jkunu fil-livell tal-minimi operattivi applikabbli tal-VFR jew f’livell ogħla minnhom.
(b) Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira skont il-VFR jew għandu jkompli biha lejn l-ajrudrom tad-destinazzjoni ppjanat biss meta l-iktar informazzjoni meteorolġika reċenti disponibbli tkun tindika li, fil-ħin mistenni tal-wasla, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi fid-destinazzjoni, jew tal-inqas f’ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni wieħed, ikunu fil-livell tal-minimi operattivi tal-ajrudrom applikabbli jew f’livell ogħla minnhom.
(c) Fil-każ li titjira jkun fiha segmenti VFR u IFR, l-informazzjoni meteoroloġika msemmija fil-punti (a) u (b) għandha tkun applikabbli safejn dan ikun rilevanti.
SPO.OP.175 Silġ u kontaminanti oћrajn — il-proċeduri ta’ fuq l-art
(a) Il-bdot fil-kmand gћandu jagћti bidu gћat-tlugħ biss jekk l-inġenju tal-ajru ma jkollu l-ebda depożitu fuqu li jista’ jaffettwa b’mod ħażin il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew is-setgħa tal-kontroll tiegħu, ħlief hekk kif inhu permess skont l-AFM.
(b) Fil-każ ta’ operazzjonijiet b’inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni, l-operatur għandu jistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta jkun hemm bżonn isiru l-proċeduri ta’ fuq l-art għat-tneħħija tas-silġ u għal kontra l-formazzjoni tas-silġ fuq inġenju tal-ajru, u l-ispezzjonijiet relatati magħhom, sabiex l-inġenju tal-ajru jkun jista’ jitħaddem b’mod sikur.
SPO.OP.176 Silġ u kontaminanti oћrajn — il-proċeduri waqt it-titjir
(a) Il-bdot fil-kmand għandu jagћti bidu gћal titjira jew għandu jtajjar l-ajruplan intenzjonalment f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistennija jew reali biss jekk l-inġenju tal-ajru jkun iċċertifikat għal dan u jkun mgħammar biex ilaħħaq ma’ kundizzjonijiet bħal dawn kif imsemmi fil-punt 2.a.5 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
(b) Jekk il-formazzjoni tas-silġ taqbeż l-intensità tal-formazzjoni ta’ silġ li għaliha jkun iċċertifikat l-inġenju tal-ajru, jew jekk inġenju tal-ajru li ma jkunx iċċertifikat għat-titjir f’kundizzjonijiet ta’ formazzjoni tas-silġ magħrufa jiltaqa’ mal-formazzjoni tas-silġ, il-bdot fil-kmand għandu joħroġ l-inġenju tal-ajru minn dawk il-kundizzjonijiet ta’ formazzjoni tas-silġ minnufih, billi jibdel il-livell u/jew ir-rotta, u jekk ikun neċessarju billi jiddikjara stat ta’ emerġenza lill-ATC.
(c) Fil-każ ta’ operazzjonijiet b’inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni, l-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri għal titjiriet f’kundizzjonijiet mistennija jew attwali ta’ silġ.
SPO.OP.180 Kundizzjonijiet tat-tlugħ — l-ajruplani u l-ħelikopters
Qabel ma jagħti bidu għat-tlugħ, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li:
il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tar-runway/tal-FATO maħsuba biex tintuża ma jipprevjenux tlugħ u tluq sikur; u
il-minimi operattivi tal-ajrudrom magħżula huma konsistenti ma’ dawn kollha li ġejjin:
it-tagħmir operattiv ta’ fuq l-art;
is-sistemi operattivi tal-inġenji tal-ajru;
il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira.
▼M11 —————
SPO.OP.185 Sitwazzjonijiet simulati waqt it-titjir
Sakemm ma jkunx hemm abbord l-inġenju tal-ajru speċjalist fil-kompitu għat-taħriġ, il-bdot fil-kmand, meta jġorr speċjalisti fil-kompitu, ma għandux jissimula:
sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ proċeduri anormali jew ta’ emerġenza; jew
titjir f’kundizzjonijiet meteorolġiċi bl-instrument (IMC).
SPO.OP.190 Skema tal-fjuwil/tal-enerġija — politika dwar il-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija matul it-titjira
L-operatur ta’ inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni għandu jistabbilixxi proċeduri biex jiżgura li waqt it-titjira jitwettqu kontrolli tal-ammont tal-fjuwil/tal-enerġija u tal-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija.
Il-bdot fil-kmand għandu jimmonitorja l-ammont ta’ fjuwil/ta’ enerġija li jistgħu jintużaw li jifdal abbord sabiex jiżgura li jkun protett u mhux inqas mill-fjuwil/mill-enerġija meħtieġa sabiex isir proċediment lejn ajrudrom jew sit tal-operat fejn jista’ jsir inżul sikur.
Il-bdot fil-kmand għandu jagħti pariri lill-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) dwar stat “fjuwil/enerġija minima” billi jiddikjara “MINIMUM FUEL” meta l-bdot fil-kmand ikun:
ħa impenn li jinżel f’ajrudrom jew f’sit tal-operat speċifiku; u
ikkalkola li kwalunkwe bidla fl-awtorizzazzjoni eżistenti għal dak l-ajrudrom jew għal dak is-sit tal-operat, jew dewmien ieħor fit-traffiku tal-ajru, jista’ jirriżulta fi nżul b’inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.
Il-bdot fil-kmand għandu jiddikjara sitwazzjoni ta’ “emerġenza tal-fjuwil/tal-enerġija” billi jibgħat “MAYDAY MAYDAY MAYDAY FUEL” meta l-fjuwil/l-enerġija stmata li tista’ tintuża bħala disponibbli mal-inżul fl-eqreb ajrudrom jew sit tal-operat fejn ikun jista’ jsir inżul sikur tkun inqas mill-fjuwil/mill-enerġija ta’ riżerva finali ppjanata.
SPO.OP.195 Użu ta’ ossiġnu supplimentari
(a) L-operatur għandu jiżgura li l-ispeċjalisti fil-kompitu u l-membri tal-ekwipaġġ jużaw ossiġenu supplimentari b’mod kontinwu kull meta l-altitudni tal-kabina taqbeż l-10 000 pied għal perjodu ta’ iktar minn 30 minuta u kull meta l-altitudni tal-kabina taqbeż it-13 000 pied, sakemm ma jkunx approvat mod ieħor mill-awtorità kompetenti u b’konformità mal-SOPs.
(b) Minkejja (a) u ħlief għall-operazzjonijiet bil-paraxut, titjiriet qosra ta’ tul ta’ żmien speċifiku u ’l fuq minn 13 000 pied mingħajr l-użu tal-ossiġenu supplimentari f’ajruplani u f’ħelikopters li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni, jistgħu jsiru bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtorita kompetenti fuq il-bażi tal-kunsiderazzjoni ta’ dan li ġej:
it-tul ta’ żmien tat-titjira ogħla minn 13 000 pied mhuwiex ta’ iktar minn 10 minuti jew, jekk ikun hemm bżonn għal perjodu itwal, il-ħin strettament neċessarju għat-twettiq tal-kompitu speċjalizzat;
it-titjira ma ssirx f’għoli ta’ iktar minn 16 000 pied;
l-istruzzjonijiet dwar is-sikurezza skont SPO.OP.135 jinkludu informazzjoni adegwata għall-membri tal-ekwipaġġ u għall-ispeċjalisti fil-kompitu dwar l-effetti tal-ipossija;
l-SOPs għall-operazzjoni kkonċernata li jirriflettu (1), (2) u (3);
l-esperjenza preċedenti tal-operatur fit-twettiq ta’ operazzjonijiet ogħla minn 13 000 pied bla ma jintuża ossiġenu supplimentari;
l-esperjenza individwali tal-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu u l-adattament fiżjoloġiku tagħhom għal altitudnijiet għoljin; u
l-altitudni tal-bażi fejn l-operatur huwa stabbilit jew mnejn isiru l-operazzjonijiet.
SPO.OP.200 Individwazzjoni tal-qrubija lejn l-art
(a) Meta qrubija eċċessiva lejn l-art tiġi nnutata minn membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew permezz ta’ sistema ta’ twissija ta’ qrubija lejn l-art, il-bdot tat-titjira gћandu jieħu azzjoni korrettiva minnufih biex ikunu stabbiliti kundizzjonijiet sikuri tat-titjir.
(b) Is-sistema ta’ twissija tal-qrubija lejn l-art tista’ tiġi diżattivata matul dawk il-kompiti speċjalizzati, li min-natura tagħhom jeħtieġu li l-inġenju tal-ajru jkun operat fi ħdan distanza mill-art inqas minn dik li tiskatta s-sistema ta’ twissija tal-qrubija lejn l-art.
SPO.OP.205 Sistema għall-prevenzjoni tal-ħabtiet fl-ajru (Airborne collision avoidance system - ACAS)
(a) L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri operattivi u programmi ta' taħriġ meta s-sistema tal-ACAS tkun installata u tista' titħaddem, biex l-ekwipaġġ tat-titjira jkun imħarreġ b'mod xieraq fl-evitar ta' kolliżjonijiet u jkun kompetenti fl-użu tat-tagħmir tal-ACAS II.
(b) L-ACAS II tista’ tiġi diżattivata matul dawk il-kompiti speċjalizzati, li minħabba n-natura tagħhom jeħtieġu li l-inġenju tal-ajru jkun operat fi ħdan distanza minn xulxin li tiskatta l-ACAS.
SPO.OP.210 Kundizzjonijiet għall-avviċinament u għall-inżul — l-ajruplani u l-ħelikopters
Qabel ma jagħti bidu għal operazzjoni ta’ avviċinament, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li:
il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tar-runway/tal-FATO maħsuba biex tintuża ma jipprevjenux avviċinament sikur, inżul jew avviċinament b’tidwira, meta titqies l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li tinsab fil-manwal tal-operat; u
il-minimi operattivi tal-ajrudrom magħżula huma konsistenti ma’ dawn kollha li ġejjin:
it-tagħmir operattiv ta’ fuq l-art;
is-sistemi operattivi tal-inġenji tal-ajru;
il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira.
SPO.OP.211 Kundizzjonijiet ta' avviċinament u nżul — ħelikopters
Qabel ma jibda l-avviċinament għall-inżul, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li, skont l-informazzjoni disponibbli, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni taż-żona ta' tlugħ u ta' avviċinament finali (FATO) ppjanata li tintuża m'għandhomx jostakolaw avviċinament, inżul jew avviċinament mhux milћuq, sikuri.
SPO.OP.215 Bidu u kontinwazzjoni tal-avviċinament
Għall-ajruplani, jekk il-viżibbiltà (VIS) irrapportata jew ir-RVR ta’ kontroll għar-runway li għandha tintuża għall-inżul tkun inqas mill-minimu applikabbli, f’dak il-każ operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti ma għandhiex titkompla:
lil hinn minn punt li fih l-ajruplan ikun 1 000 pied ’il fuq mill-elevazzjoni tal-ajrudrom; jew
fil-parti tal-avviċinament finali (FAS) jekk id-DH jew l-MDH ikunu ogħla minn 1 000 pied.
Għall-ħelikopters, jekk ir-RVR irrapportata tkun inqas minn 550 m u r-RVR ta’ kontroll għar-runway li għandha tintuża għall-inżul tkun inqas mill-minimu applikabbli, f’dak il-każ, operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti ma għandhiex titkompla:
lil hinn minn punt li fih il-ħelikopter ikun 1 000 pied ’il fuq mill-elevazzjoni tal-ajrudrom; jew
fl-FAS jekk id-DH jew l-MDH ikunu ogħla minn 1 000 pied.
Jekk ir-referenza viżwali meħtieġa ma tiġix stabbilita, għandu jiġi eżegwit avviċinament mhux milħuq waqt jew qabel id-DA/H jew l-MDA/H.
Jekk ir-referenza viżwali meħtieġa ma tinżammx wara d-DA/H jew l-MDA/H, għandu jitwettaq avviċinament b’tidwira minnufih.
Minkejja l-punt (a), fil-każ fejn ma tiġi rrapportata l-ebda RVR, u l-VIS irrapportata tkun aktar baxxa, iżda l-viżibbiltà meteoroloġika kkonvertita (CMV) tkun akbar mill-minimu applikabbli, allura l-avviċinament tal-istrument jista’ jitkompla sad-DA/H jew sal-MDA/H.
Minkejja l-punti (a) u (b), jekk ma jkun hemm l-ebda intenzjoni ta’ nżul, l-avviċinament tal-istrument jista’ jitkompla għad-DA/H jew għall-MDA/H. Għandu jiġi eżegwit avviċinament mhux milħuq waqt jew qabel id-DA/H jew l-MDA/H.
▼M11 —————
SPO.OP.230 Proċeduri operattivi standard
(a) Qabel ma jibda operazzjoni speċjalizzata, l-operatur għandu jwettaq valutazzjoni tar-riskji, li fiha jivvaluta l-kumplessità tal-attività biex jiddetermina l-perikli u r-riskji assoċjati inerenti fl-operazzjoni u jistabbilixxi miżuri ta’ mitigazzjoni.
(b) Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riskji, l-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri operattivi standard (SOP) xierqa għall-attività speċjalizzata u l-inġenju tal-ajru użat filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni r-rekwiżiti tas-subparti E. L-SOP għandhom ikunu parti mill-manwal tal-operat jew dokument separat. L-SOP għandhom ikunu riveduti u aġġornati b’mod regolari, kif xieraq.
(c) L-operatur għandu jiżgura li l-operazzjonijiet speċjalizzati jsiru skont l-SOP.
SPO.OP.235 Operazzjonijiet tal-EFVS 200
Operatur li beħsiebu jwettaq operazzjonijiet tal-EFVS 200 bi krediti operattivi u mingħajr approvazzjoni speċifika għandu jiżgura li:
l-inġenju tal-ajru jkun iċċertifikat għall-operazzjonijiet maħsuba;
jintużaw biss ir-runways, il-FATOs u l-IPs adattati għall-operazzjonijiet tal-EFVS;
l-ekwipaġġ tat-titjira jkun kompetenti biex iwettaq l-operazzjoni maħsuba u jiġi stabbilit programm ta’ taħriġ u ta’ kontroll għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u għall-persunal rilevanti involut fit-tħejjija tat-titjira;
jiġu stabbiliti proċeduri operattivi;
kwalunkwe informazzjoni rilevanti tkun iddokumentata fil-lista tat-tagħmir minimu (MEL);
kwalunkwe informazzjoni rilevanti tiġi dokumentata fil-programm ta’ manutenzjoni;
jitwettqu valutazzjonijiet tas-sikurezza u jiġu stabbiliti indikaturi tal-prestazzjoni sabiex jiġi mmonitorjat il-livell ta’ sikurezza tal-operazzjoni; u
il-minimi operattivi tal-ajrudrom iqisu l-kapaċità tas-sistema użata.
L-operatur ma għandux iwettaq operazzjonijiet tal-EFVS 200 meta jwettaq l-LVOs.
Minkejja l-punt (a)(1), l-operatur jista’ juża l-EVSs li jissodisfaw il-kriterji minimi biex iwettaq operazzjonijiet tal-EFVS 200, dment li dan jiġi approvat mill-awtorità kompetenti.
IS-SUBPARTI C
PRESTAZZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU U LIMITAZZJONIJIET OPERATTIVI
SPO.POL.100 Limitazzjonijiet operattivi — l-inġenji tal-ajru kollha
(a) Matul kull fażi tal-operazzjoni, it-tagħbija, il-massa u l-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità (CG) tal-inġenju tal-ajru għandhom ikunu konformi ma' kwalunkwe limitazzjoni speċifikata fil-manwal xieraq.
(b) Kartelluni, elenki, immarkar ta’ strumenti, jew taħlit ta’ dawn kollha, li fihom dawk il-limitazzjonijiet operattivi preskritti mill-AFM bl-iskop ta’ preżentazzjoni viżwali, għandhom jintwerew fuq l-inġenju tal-ajru.
SPO.POL.105 Massa u bilanċ
L-operatur għandu jiżgura li l-massa u ċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru ikunu ġew stabbiliti permezz ta' użin reali qabel ma dan jintuża għall-ewwel darba. L-effetti akkumulati tal-modifiki u t-tiswijiet fuq il-massa u l-bilanċ għandhom jitqiesu u jiġu ddokumentati kif xieraq. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-bdot fil-kmand. L-inġenju tal-ajru għandu jerġa' jintiżen jekk l-effett tal-modifiki fuq il-massa u l-bilanċ ma jkunx magħruf b'mod preċiż.
L-użin għandu jsir mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru jew minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata.
SPO.POL.110 Sistema ta’ massa u bilanċ — operazzjonijiet kummerċjali b’ajruplani u ħelikopters u operazzjonijiet mhux kummerċjali b’inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni
L-operatur għandu jistabbilixxi sistema ta’ massa u bilanċ sabiex jiddetermina għal kull titjira jew serje ta’ titjiriet dan li ġej:
il-massa operattiva tal-inġenju tal-ajru mingħajr tagħbija;
il-massa tat-traffiku;
il-massa tat-tagħbija tal-fjuwil/tal-enerġija;
it-tagħbija tal-inġenju tal-ajru u d-distribuzzjoni tat-tagħbija;
il-massa waqt it-tlugħ, il-massa tal-inżul u l-massa mingħajr fjuwil/enerġija; u
il-pożizzjonijiet applikabbli taċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru (CG).
L-ekwipaġġ tat-titjira għandu jingħata mezzi biex jirrepeti u jivverifika kwalunkwe kalkolu tal-massa u l-bilanċ fuq il-bażi ta’ kalkoli elettroniċi.
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri li jippermettu lill-bdot fil-kmand jiddetermina l-massa tat-tagħbija tal-fjuwil/tal-enerġija billi juża d-densità reali jew, jekk din ma tkunx magħrufa, billi juża d-densità kkalkulata skont metodu speċifikat fil-manwal tal-operat.
SPO.POL.115 Dejta u dokumentazzjoni dwar il-massa u l-bilanċ — operazzjonijiet kummerċjali b’ajruplani u ħelikopters u operazzjonijiet mhux kummerċjali b’inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni
(a) L-operatur għandu jistabbilixxi d-dejta tal-massa u tal-bilanċ u għandu jipproduċi d-dokumentazzjoni dwar il-massa u l-bilanċ qabel kull titjira li tispeċifika t-tagħbija u d-distribuzzjoni tagħha b’tali mod li l-limiti tal-massa u tal-bilanċ tal-inġenju tal-ajru ma jinqabżux. Id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
ir-reġistrazzjoni u t-tip ta’ inġenju tal-ajru;
l-identifikazzjoni, in-numru u d-data tat-titjira, kif applikabbli;
l-isem tal-bdot fil-kmand;
l-isem tal-persuna li jkun ħejja d-dokument;
il-massa operattiva mingħajr tagħbija (DOM) u ċ-ċentru tal-gravità korrispondenti tal-inġenju tal-ajru;
il-massa tal-fjuwil/tal-enerġija mat-tlugħ u l-massa tal-fjuwil/tal-enerġija għall-vjaġġ;
il-massa tal-oġġetti tal-konsum, minbarra l-fjuwil/l-enerġija, jekk dan ikun applikabbli;
il-komponenti tat-tagħbija;
il-massa waqt it-tlugħ, il-massa tal-inżul u l-massa mingħajr fjuwil/enerġija;
il-pożizzjonijiet applikabbli taċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru, u u
il-valuri tal-limitu tal-massa u taċ-ċentru tal-gravità.
(b) F’każijiet fejn id-dokumentazzjoni u d-dejta dwar il-bilanċ u l-massa jiġu ġġenerati permezz ta’ sistema kkompjuterizzata għall-bilanċ u l-massa, l-operatur gћandu jivverifika l-integrità tad-dejta prodotta.
SPO.POL.116 Dejta u dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa — mitigazzjonijiet
Minkejja l-punt SPO.POL.115 (a)(5), il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità ma għandhiex għalfejn titniżżel fid-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa jekk, pereżempju, id-distribuzzjoni tat-tagħbija ssegwi tabella tal-bilanċ ikkalkulata minn qabel jew jekk ikun jista’ jintwera li għall-operazzjonijiet previsti jista’ jiġi żgurat bilanċ korrett, tkun xi tkun it-tagħbija reali;
SPO.POL.120 Prestazzjoni — punti ġenerali
Il-bdot fil-kmand għandu jopera l-inġenju tal-ajru biss jekk il-prestazzjoni tkun adegwata biżżejjed biex tikkonforma mar-regoli applikabbli tal-ajru u ma’ kwalunkwe restrizzjoni oħra applikabbli għat-titjira, għall-ispazju tal-ajru jew għall-ajrudromi jew siti tal-operat użati, billi titqies il-preċiżjoni fl-immappjar ta’ kwalunkwe ċart jew mappa użata.
SPO.POL.125 Limitazzjonijiet tal-massa tat-tlugħ — l-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni
L-operatur għandu jiżgura li:
il-massa tal-ajruplan fil-bidu tat-tlugħ ma għandhiex taqbeż il-limitazzjonijiet fuq il-massa:
fit-tlugħ kif meħtieġ fil-punt SPO.POL.130;
waqt ir-rotta b’magna waħda wieqfa (OEI) kif meħtieġ fil-punt SPO.POL.135; u
fl-inżul kif meħtieġ fil-punt SPO.POL.140,
filwaqt li jistgħu jitqiesu wkoll it-tnaqqis mistenni fil-massa hija u tipproċedi t-titjira u r-rimi tal-fjuwil;
il-massa fil-bidu tat-tlugħ ma għandha qatt taqbeż il-massa massima waqt it-tlugħ speċifikata fl-AFM għall-altitudni tal-pressjoni adegwata għall-elevazzjoni, tal-ajrudrom jew tas-sit tal-operat, u jekk dan jintuża baħala parametru għad-determinazzjoni tal-massa tat-tlugħ massima, kwalunkwe kundizzjoni atmosferika lokali oħra; u
il-massa stmata għall-ħin mistenni tal-inżul fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat tal-inżul ippjanat u fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv ta’ destinazzjoni ma għandha qatt taqbeż il-massa massima tal-inżul speċifikata fl-AFM għall-altitudni tal-pressjoni adegwata għall-elevazzjoni, ta’ dawk l-ajrudromi jew is-siti tal-operat, u jekk dan jintuża baħala parametru għad-determinazzjoni tal-massa massima tal-inżul, kwalunkwe kundizzjoni atmosferika lokali oħra.
SPO.POL.130 Tlugħ — l-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni
(a) Meta jiddetermina l-massa massima waqt it-tlugħ, il-bdot fil-kmand għandu jqis dan li ġej:
id-distanza tat-tlugħ ma għandhiex taqbeż id-distanza disponibbli għat-tlugħ, u d-distanza tal-mogħdija tal-ikklerjar ma għandhiex taqbeż nofs il-ġirja tat-tlugħ disponibbli;
il-ġirja tat-tlugħ ikkalkulata ma għandhiex taqbeż il-ġirja tat-tlugħ disponibbli;
valur wieħed ta’ V1 għandu jintuża għat-tlugħ interrott u għal dak issoktat, meta V1 ikun speċifikat fl-AFM; u
fuq runway imxarrba jew ikkontaminata, il-massa waqt it-tlugħ ma għandhiex taqbeż dik awtorizzata għat-tlugħ fuq runway xotta mwettaq bl-istess kundizzjonijiet.
(b) Ħlief għal ajruplan mgħammar b’magni “turboprop” u b’massa massima tat-tlugħ ta’ jew inqas minn 5 700 kg, fil-każ ta’ ħsara fil-magna waqt it-tlugħ, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li l-ajruplan jista’:
iwaqqaf it-tlugħ u jieqaf fi ħdan id-distanza ta’ aċċelerazzjoni u waqfien disponibbli jew ir-“runway” disponibbli; jew
ikompli bit-tlugħ u jevita l-ostakli kollha mnejn se tgħaddi t-titjira b’marġni adegwat sakemm l-ajruplan ikun f’pożizzjoni li jikkonforma ma’ SPO.POL.135.
SPO.POL.135 Tul ir-rotta — magna waħda inoperattiva — l-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni
Il-bdot fil-kmand għandu jżigura li f’każ fejn magna tieqaf taħdem fi kwalunkwe punt tul ir-rotta, ajruplan b’magni multipli għandu jkun jista’ jkompli t-titjira lejn ajrudrom jew sit tal-operat adegwat mingħajr ma jtir fi kwalunkwe punt, taħt l-altitudni tad-distanza minima mill-ostakli.
SPO.POL.140 Nżul — l-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni
Fi kwalunkwe ajrudrom jew sit tal-operat, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura, wara li jkun ikklerja b’marġni sikura l-ostakli kollha fil-passaġġ tal-avviċinament, li l-ajruplan ikun jista’ jinżel u jieqaf, jew fil każ ta’ idroplan li dan jikseb veloċità baxxa b’mod sodisfaċenti, fid-distanza li jkun hemm disponibbli biex l-art tkun tista’ tintlaħaq. Għandhom jitqiesu wkoll b’mod xieraq il-varjazzjonijiet mistennija fit-tekniki tal-avviċinament u tal-inżul, jekk it-tali kalkolu ma sarx fil-iskedar tad-dejta tal-prestazzjoni.
SPO.POL.145 Prestazzjoni u kriterji operattivi — l-ajruplani
Meta jopera ajruplan f’għoli ta’ inqas minn 150 m (500 pied) fuq żona mhux f’konġestjoni, għal operazzjonijiet ta’ ajruplani li mhumiex kapaċi jsostnu titjira f’livell fil-każ ta’ ħsara kritika fil-magna, l-operatur għandu:
jistabbilixxi proċeduri operattivi biex inaqqas kemm jista’ jkun il-konsegwenzi ta’ ħsara fil-magna;
jistabbilixxi programm ta’ taħriġ għall-membri tal-ekwipaġġ; u
jiżgura li l-membri kollha tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu abbord jingħataw struzzjonijiet dwar il-proċeduri li għandhom jitwettqu fil-każ ta’ nżul sfurzat.
SPO.POL.146 Prestazzjoni u kriterji operattivi — il-ħelikopters
(a) Il-bdot fil-kmand jista’ jopera inġenju tal-ajru fuq żoni f’konġestjoni diment li:
il-ħelikopter huwa ċċertifikat fil-kategorija A jew B; u
huma stabbiliti miżuri ta’ sikurezza biex jiġi evitat periklu żejjed għal persuni jew proprjetà fuq l-art u għall-operazzjoni u l-SOP tagħha huma awtorizzati.
(b) L-operatur għandu:
jistabbilixxi proċeduri operattivi biex inaqqas kemm jista’ jkun il-konsegwenzi ta’ ħsara fil-magna;
jistabbilixxi programm ta’ taħriġ għall-membri tal-ekwipaġġ; u
jiżgura li l-membri kollha tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu abbord jingħataw struzzjonijiet dwar il-proċeduri li għandhom jitwettqu fil-każ ta’ nżul sfurzat.
(c) L-operatur għandu jiżgura li l-massa fit-tlugħ, fl-inżul jew fis-sospensjoni stazzjonarja ma taqbiżx il-massa massima speċifikata għal:
effett ta’ sospensjoni stazzjonarja mingħajr effett tal-art (HOGE) bil-magni kollha li joperaw bil-grad xieraq ta’ qawwa; jew
jekk jidher li se jkun hemm kundizzjonijiet li fihom aktarx li mhux se tiġi stabbilita HOGE, il-massa tal-ħelikopter ma għandhiex taqbeż il-massa massima speċifikata għal sospensjoni stazzjonarja b’effett tal-art (HIGE) bil-magni kollha li joperaw bil-grad xieraq ta’ qawwa, diment li l-kundizzjonijiet attwali jippermettu sospensjoni stazzjonarja b’effett tal-art bil-massa massima speċifikata.
IS-SUBPARTI D
STRUMENTI, DEJTA U TAGĦMIR
TAQSIMA 1
Ajruplani
SPO.IDE.A.100 Strumenti u tagħmir — punti ġenerali
(a) L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħġtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli fil-każ li:
jintużaw mill-ekwipaġġ tat-titjira biex jikkontrollaw il-passaġġ tat-titjira;
jintużaw biex jikkonformaw ma’ SPO.IDE.A.215;
jintużaw biex jikkonformaw ma’ SPO.IDE.A.220; jew
huma installati fil-ħelikopter.
(b) L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa skont din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta' tagħmir:
spare fuses;
dwal portabbli indipendenti;
arloġġ preċiż;
il-kontenitur tal-mapep;
il-kaxex għall-ewwel għajnuna;
it-tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar;
ankri tal-wiċċ u tagħmir għall-irmiġġ;
PCDS sempliċi użata minn speċjalist fil-kompitu bħala apparat ta' trażżin.
(c) Strumenti, tagħmir jew aċċessorji mhux meħtieġa skont dan l-Anness (il-Parti-SPO) kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti SPO.IDE.A.215 u SPO.IDE.A.220 ta' dan l-Anness;
l-istrumenti, it-tagħmir jew l-aċċessorji ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ajruplan, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.
(d) L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-membru tal-ekwipaġġ li jeħtieġ li jużah jinsab bilqiegħda.
(e) Dawk l-istrumenti li jintużaw minn kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jippermettu lill-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jara l-indikazzjonijiet faċilment mill-post tiegħu, bl-inqas devjazzjoni prattika mill-pożizzjoni u mil-linja ta’ viżjoni li huwa normalment jassumi meta jħares ’il quddiem fid-direzzjoni tal-passaġġ tat-titjira.
(f) It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.
SPO.IDE.A.105 Tagħmir minimu għat-titjira
Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ajruplan, mill-elementi ta' tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira maħsuba ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira m'għandhiex tinbeda, sakemm ma tiġix issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-ajruplan ma jkunx qed jitħaddem skont il-lista ta' tagħmir minimu (MEL), jekk stabbilita;
għal ajruplani kumplessi li jaħdmu bil-magni u għal kwalunkwe ajruplan użat f'operazzjonijiet kummerċjali, l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti biex jopera l-ajruplan fil-limiti tal-lista tat-tagħmir minimu ta' referenza (MMEL) skont il-punt ORO.MLR.105(j) tal-Anness III;
l-ajruplan ikun soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżit tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.
SPO.IDE.A.110 Fjusis tal-elettriku ta’ fuq ir-riħ
L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra bi fjusis tal-elettriku ta’ fuq ir-riħ, li jkunu tar-rata ta’ qawwa meħtieġa għal ħarsien sħiħ taċ-ċirkwit, sabiex ikunu jistgħu jinbidlu dawk il-fjusis li jistgħu jinbidlu waqt it-titjira.
SPO.IDE.A.115 Dwal operattivi
L-ajruplani li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra:
b’sistema ta’ dwal għal kontra l-ħabtiet;
bi dwal tan-navigazzjoni/tal-pożizzjoni;
b’dawl għall-inżul;
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ajruplan biex jipprovdu dawl xieraq għall-istrumenti kollha u t-tagħmir kollu li huma essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ajruplan;
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ajruplan biex jipprovdu dwal fil-kompartimenti kollha tal-kabina;
b’dawl portabbli indipendenti għall kull post tal-membri tal-ekwipaġġ; u
bi dwal biex jitħarsu l-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet Fil-Baħar) jekk l-ajruplan jitħaddem bħala idroplan.
SPO.IDE.A.120 Operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
(a) L-ajruplani li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
id-direzzjoni manjetika,
il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata,
in-numru “Mach” kull meta l-limitazzjonijiet tal-veloċità jingħataw bħala numri “Mach”;
iż-żliq għall-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni.
(b) Minbarra (a), l-ajruplani li joperaw skont il-VMC billejl għandhom ikunu mgħammrin:
b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:
id-dawran u ż-żliq,
il-pożizzjoni tal-ħelikopter,
il-veloċità vertikali; u
id-direzzjoni stabbilizzata;
b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed.
(c) Minbarra (a) u (b), l-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni li joperaw skont il-VMC fuq l-ilma u ’l bogħod mill-art għandhom ikunu mgħammrin b’mezz li jevita malfunzjoni tas-sistema ta’ indikazzjoni tal-veloċità tal-ajru minħabba kondensazzjoni jew silġ.
(d) L-ajruplanli li jitħaddmu f’kundizzjonijiet fejn ma jkunx jistgħu jinżammu fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a) u (b), għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-prevenzjoni ta’ funzjonament ħażin fis-sistema li tindika l-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punt (a)(4) minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ.
(e) Kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti, l-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’mezz separat addizzjonali għat-tieni bdot għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata,
iż-żliq, jew id-dawran u ż-żliq, kif applikabbli,
il-pożizzjoni tal-ħelikopter, jekk applikabbli
il-veloċità vertikali; jekk applikabbli, u
id-direzzjoni stabbilizzata, jekk applikabbli, u
in-numru “Mach” kull meta l-limitazzjonijiet tal-veloċità jingħataw bħala numri “Mach”, jekk applikabbli.
SPO.IDE.A.125 Operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
L-ajruplani li jitħaddmu skont l-IFR għandhom ikunu mgħammra:
b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:
id-direzzjoni manjetika,
il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata,
il-veloċità vertikali,
id-dawran u ż-żliq,
il-pożizzjoni tal-ħelikopter,
id-direzzjoni stabbilizzata;
it-temperatura tal-arja ta’ barra, u
in-numru “Mach” kull meta l-limitazzjonijiet tal-veloċità jingħataw bħala numri “Mach”;
b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed.
kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti, b’mezz separat addizzjonali għat-tieni bdot għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata,
il-veloċità vertikali,
id-dawran u ż-żliq,
il-pożizzjoni tal-ħelikopter,
id-direzzjoni stabbilizzata; u
in-numru “Mach” kull meta l-limitazzjonijiet tal-veloċità jingħataw bħala numri “Mach”, jekk applikabbli;
b’mezz għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe funzjonament ħażin fis-sistemi li jindikaw il-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punti (a)(4) u (h)(2), minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ; u
minbarra (a), (b), (c) u (d), l-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni meta operati skont l-IFR għandhom ikunu mgħammrin:
b’sors alternattiv ta’ pressjoni statika;
b’kontenitur tal-mapep li jkun jinsab f’pożizzjoni li minnha wieħed ikun jista’ jaqra l-mapep faċilment u li jkun jista’ jiddawwal għall-operazzjonijiet li jitwettqu billejl.
b’mezz indipendenti ieħor għall-kejl u l-wiri tal-altitudni sakemm ma jkunx diġà installat biex tinżamm konformità ma’ (e)(1); u
bi provvista tal-enerġija ta' emerġenza, li tkun indipendenti mis-sistema tal-ġenerazzjoni tal-elettriku prinċipali, għall-fini tat-tħaddim u tal-illuminazzjoni ta' sistema li tindika l-attitudni għal perjodu minimu ta' 30 minuta. Il-provvista tal-enerġija ta' emerġenza għandha tkun operattiva awtomatikament wara li s-sistema tal-ġenerazzjoni tal-elettriku prinċipali tieqaf taħdem għalkollox u għandha tingħata indikazzjoni ċara fuq l-istrument jew fuq il-panel tal-istrument li l-indikatur tal-attitudni jkun qed jitħaddem bil-potenza ta' emerġenza.
SPO.IDE.A.126 Tagħmir addizzjonali għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed imwettqin skont l-IFR
L-ajruplani kumplessi li jaħdmu bil-magni u li jitħaddmu skont l-IFR bi bdot wieħed għandhom ikunu mgħammra b’awtobdot li jkun kapaċi jżomm tal-inqas l-altitudni u l-modalità tad-direzzjoni.
SPO.IDE.A.130 Sistema ta' twissija u ta' għarfien tat-terren (Terrain awareness warning system — TAWS)
L-ajruplani li jaħdmu b'magna b'turbina li jkollhom massa massima ta' tlugħ iċċertifikata (maximum certified take-off mass, MCTOM) ta' aktar minn 5 700 kg jew MOPSC ta' aktar minn disgħa għandhom ikunu mgħammra b'TAWS li tissodisfa r-rekwiżiti għal:
tagħmir tal-kategorija A, kif speċifikat fi standard aċċettabbli, fil-każ ta' ajruplani li għalihom ikun inħareġ għall-ewwel darba ċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) wara l-1 ta' Jannar 2011; jew
tagħmir tal-kategorija B, kif speċifikat fi standard aċċettabbli, fil-każ ta' ajruplani li għalihom ikun inħareġ għall-ewwel darba ċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) fl-1 ta' Jannar 2011 jew qabel dik id-data.
Meta jintużaw f'operazzjonijiet kummerċjali, l-ajruplani li jaħdmu b'magna b'turbina li għalihom iċ-ċertifikat ta' ajrunavigabbiltà individwali (CofA) ikun inħareġ għall-ewwel darba wara l-1 ta' Jannar 2019 u li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' bejn sitta u disgħa, għandhom ikunu mgħammra b'TAWS li tissodisfa r-rekwiżiti għat-tagħmir tal-Klassi B, kif speċifikat fi standard aċċettabbli.
SPO.IDE.A.131 Sistema għall-prevenzjoni tal-ħabtiet fl-ajru (ACAS II)
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor bir-Regolament (UE) Nru 1332/2011, l-ajruplani li jaħdmu b’magna b’turbina u li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma għandhom ikunu mgħammra b’ACAS II.
SPO.IDE.A.132 Tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord — ħelikopters kumplessi li jaħdmu bil-magni
L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord meta jitħaddmu billejl jew f’IMC f’żoni fejn, tul ir-rotta, ikunu mistennija maltempati bir-ragħad jew kundizzjonijiet tat-temp oħrajn li jistgħu jkunu perikolużi, u li huma meqjusa bħala kundizzjonijiet li jistgħu jiġu identifikati mit-tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord:
l-ajruplani bi pressjoni;
l-ajruplani mingħajr pressjoni li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma.
SPO.IDE.A.133 Tagħmir addizzjonali għal operazzjonijiet f’kundizzjonijiet tas-silġ billejl — l-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni
(a) L-ajruplani li jitħaddmu billejl f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistenni jew attwali għandhom ikunu mgħammra b’mezzi li jdawlu jew jidentifikaw il-formazzjoni tas-silġ.
(b) Il-mezzi li jdawlu l-formazzjoni tas-silġ ma għandhom jikkawżaw l-ebda dija jew riflessjoni li tista’ tfixkel lill-membri tal-ekwipaġġ fil-qadi fil-kompitu tagħhom.
SPO.IDE.A.135 Sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira
L-ajruplani li jitħaddmu minn iżjed minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira, li tinkludi kuffji tal-widna u mikrofoni għall-użu mill-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira.
SPO.IDE.A.140 Reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota (cockpit voice recorder - CVR)
(a) L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’reġistratur tal-vuċi (CVR):
l-ajruplani li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 27 000 kilogramma u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data; u
l-ajruplani li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 2 250 kilogramma;
iċċertifikati biex joperaw b’ekwipaġġ minimu ta’ mill-inqas żewġ bdoti;
mgħammra b’magna(i) turbojet jew iktar minn magna turboprop waħda; u
u li jkun inħarġilhom ċertifikat tat-tip għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data.
(b) Is-CVR għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas:
tul il-25 siegħa preċedenti għall-ajruplani b’MCTOM ta’ aktar minn 27 000 kg u li nħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2022 jew wara dik id-data; jew
tul is-sagħtejn ta' qabel fil-każijiet l-oħra kollha.
(c) Is-CVR għandu jirreġistra, b’referenza għal skala tal-ħin:
il-komunikazzjonijiet tal-vuċi trażmessi bir-radju mill-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira jew li jkunu waslu bir-radju f’dak il-kompartiment;
il-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jsiru permezz tas-sistema ta’ telefonija interna u tas-sistema għall-avviżi lill-pubbliku, jekk dawn ikunu installati;
l-ambjent tas-smigħ tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, inkluż, mingħajr interruzzjoni, is-sinjali akustiċi li jkunu waslu minn kull mikrofonu tal-kuffja jew tal-maskra and mask li jkun qed jintuża; u
is-sinjali tal-vuċi jew akustiċi li jidentifikaw l-għajnuniet għan-navigazzjoni jew għall-avviċinament introdotti fil-kuffji tal-widna jew fuq lawdspiker.
(d) Is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni awtomatikament qabel ma l-ajruplan jibda jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sa tmiem it-titjira meta l-ajruplan ma jkunx għadu jista’ jkompli jimxi bil-qawwa tiegħu stess.
(e) Minbarra l-punt (d), skont id-disponibbiltà tal-enerġija elettrika, is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni malajr kemm jista’ jkun waqt il-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota qabel ma tinxtegħel il-magna fil-bidu tat-titjira u sal-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota immedjatament wara li l-magna tintefa fi tmiem it-titjira.
(f) Jekk is-CVR mhuwiex utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk is-CVR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.
SPO.IDE.A.145 Reġistratur tad-dejta tat-titjira (flight data recorder)
(a) L-ajruplani li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data, għandhom ikunu mgħammra b’reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) li juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta kif ukoll li għalih huwa disponibbli metodu biex tinstab minnufih dik id-dejta mill-mezz tal-ħażna.
(b) L-FDR għandu jirreġistra l-parametri meħtieġa biex jiġu stabbiliti b’mod preċiż il-passaġġ tat-titjira, il-veloċità, il-pożizzjoni, il-qawwa tal-magna, il-konfigurazzjoni u l-operazzjoni tal-ajruplan u għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata tal-anqas matul l-aħħar 25 sigħat.
(c) Id-dejta għandha tinkiseb minn sorsi tal-ajruplan li jippermettu korrelazzjoni eżatta mal-informazzjoni murija lill-ekwipaġġ tat-titjira.
(d) L-FDR għandu jibda jirreġistra d-dejta qabel ma l-ajruplan ikun jista’ jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf awtomatikament meta l-ajruplan ma jkunx jista’ jimxi iktar bil-qawwa tiegħu stess.
(e) Jekk ir-reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk l-FDR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.
SPO.IDE.A.146 Reġistratur tat-titjira ħafif
Ajruplani b'magni bit-turbini b'MCTOM ta' 2 250 kg jew aktar u ajruplani b'MOPSC ta' aktar minn 9 sits għandhom ikunu mgħammra b'reġistratur tat-titjira jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ma jkunux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt SPO.IDE.A.145(a);
jintużaw għal operazzjonijiet kummerċjali;
jinħarġu għall-ewwel darba b'CofA individwali fi jew wara t-5 ta' Settembru 2022.
L-apparat li jirreġistra t-titjira għandu jirreġistra, permezz ta' data jew immaġni tat-titjira, informazzjoni li hija biżżejjed biex tiddetermina l-passaġġ tat-titjira u l-veloċità tal-inġenju tal-ajru.
Ir-reġistratur tat-titjira għandu jkun kapaċi li jikseb id-data u l-immaġni tat-titjira rreġistrati matul mill-inqas il-ħames sigħat ta' qabel.
Ir-reġistratur tat-titjira għandu jibda jirreġistra d-data awtomatikament qabel ma l-ajruplan ikun jista' jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf awtomatikament meta l-ajruplan ma jkunx jista' jimxi aktar bil-qawwa tiegħu stess.
Jekk l-apparat li jirreġistra t-titjira jirreġistra immaġni jew awdjo tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, allura għandha tiġi pprovduta funzjoni li tista' titħaddem mill-bdot fil-kmand u li timmodifika r-reġistrazzjonijiet tal-immaġni u tal-awdjo magħmula qabel it-tħaddim ta' dik il-funzjoni, sabiex dawk ir-reġistrazzjonijiet ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati meta jerġa' jinstema' r-reġistratur jew b'tekniki ta' kkupjar.
SPO.IDE.A.150 Registrazzjoni tal-kollegament tad-dejta (data link recording)
(a) L-ajruplani li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara, li għandhom il-kapaċità jwettqu komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta u li jridu jkunu mgħammra b’CVR, għandhom jirreġistraw fuq reġistratur, fejn ikun applikabbli:
il-messaġġi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta marbutin mal-komunikazzjonijiet tal-ATS lill-ajruplan u minnu, inklużi l-messaġġi li japplikaw għall-applikazzjonijiet li ġejjin:
il-bidu tal-kollegament tad-dejta;
il-komunikazzjonijiet bejn il-bdot u l-kontrollur;
is-sorveljanza indirizzata;
l-informazzjoni dwar it-titjira;
is-sorveljanza tax-xandir tal-inġenju tal-ajru, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema;
id-dejta tal-kontroll operattiv tal-inġenju tal-ajru, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema; u
il-grafika, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema;
l-informazzjoni li tippermetti l-korrelazzjoni ma’ kull rekord assoċjat li huwa marbut mal-komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta u li huwa maħżun f’post differenti mill-ajruplan; u
l-informazzjoni dwar il-ħin u l-prijorità tal-messaġġi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta, filwaqt li titqies l-arkitettura tas-sistema.
(b) Ir-reġistratur għandu juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta u l-informazzjoni, u għandu juża metodu biex tiġi estratta faċilment dik id-dejta. Il-metodu tar-reġistrazzjoni għandu jkun tali li jippermetti li d-dejta tkun taqbel mad-dejta rreġistrata fuq l-art.
(c) Ir-reġistratur għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas għall-istess tul ta’ ħin stabbilit għas-CVRs fil-punt SPO.IDE.A.140.
(d) Jekk ir-reġistratur ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk ir-reġistratur ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.
(e) Ir-rekwiżiti applikabbli għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tar-reġistratur huma l-istess bħar-rekwiżiti applikabbi għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tas-CVR mogħtija fil-punti SPO.IDE.A.140 (d) u (e).
SPO.IDE.A.155 Reġistratur ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota
Tista’ tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti tas-CVR u mar-rekwiżiti tal-FDR permezz ta’:
reġistratur wieħed ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota, fil-każ li l-ajruplan jeħtieġ li jkun mgħammar b’CVR jew b’FDR; jew
żewġ reġistraturi kkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota, fil-każ li l-ajruplan jeħtieġ li jkun mgħammar b’CVR jew b’FDR;
SPO.IDE.A.160 Sits, ċinturini tas-sikurezza u sistemi ta’ restrizzjoni
L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra:
b’sit jew post għal kull membru tal-ekwipaġġ jew speċjalist fil-kompitu abbord;
b’ċinturin tas-sikurezza f’kull sit u b’apparat ta’ restrizzjoni għal kull post;
għall-ajruplani li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni, ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' restrizzjoni għan-naħa ta' fuq tat-torso f'kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira, li jkun jinfetaħ permezz ta' molla waħda għall-ajruplani li jkollhom CofA maħruġa għall-ewwel darba fil-25 ta' Awwissu 2016 jew wara dik id-data;
għall-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni, ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' restrizzjoni għan-naħa ta' fuq tat-torso li jkun fih apparat li jżomm, b'mod awtomatiku, lit-torso tal-okkupant f'każ ta' tnaqqis rapidu tal-veloċità:
f'kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira u f'kull sit li jkun ħdejn is-sit tal-bdot; kif ukoll
f'kull sit tal-osservatur li jkun jinsab fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira;
Iċ-ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' trażżin għan-naħa ta' fuq tat-torso meħtieġa skont il-punt (d) għandu jkollu:
ftuħ permezz ta' molla waħda;
fuq is-sits tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u fuq kwalunkwe sit li jkun ħdejn sit ta' bdot, kwalunkwe wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:
żewġ ċineg tal-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti;
ċinga tal-ispalel dijagonali u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti għall-ajruplani li ġejjin:
l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;
l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli u li jkollhom CofA maħruġ għall-ewwel darba qabel il-25 ta' Awwissu 2016.
SPO.IDE.A.165 Kaxex għall-ewwel għajnuna
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’kaxex għall-ewwel għajnuna.
(b) Il-kaxex għall-ewwel għajnuna għandhom ikunu:
ikunu faċilment aċċessibbli għall-użu; u
jinżammu f’kundizzjoni tajba.
SPO.IDE.A.170 Ossiġnu supplimentari — l-ajruplani bi pressjoni
(a) L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni fejn hija meħtieġa l-provvista tal-ossiġenu skont il-punt (b) għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa.
(b) L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni ta’ titjira fejn l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartimenti tal-kabina hija ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikollhom ossiġnu suffiċjenti li jkun jista’ jissupplixxi mill-anqas il-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti f’kompiti kollha:
għal kwalunkwe perjodu li matulu l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina tkun taqbeż il-15 000 pied, iżda fl-ebda każ inqas minn provvista għal 10 minuti.
għal kwalunkwe perjodu li matulu, f’każ ta’ telf ta’ pressjoni u meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi tat-titjira, l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-kabina se tkun bejn 14 000 u 15 000 pied;
għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta li matulu l-altitudni tal-pressjoni tkun bejn 10 000 u 14 000 pied; u
għal mhux anqas minn 10 minuti, fil-każ ta’ ajruplani li jitħaddmu f’altitudnijiet ’il fuq minn 25 000 pied, jew taħt dik l-altitudni, iżda f’kundizzjonijiet li ma jippermettilhomx jinżlu b’mod sikur għal altitudni tal-pressjoni ta’ 13 000 pied f’temp ta’ 4 minuti.
(c) Minbarrra dan, l-ajruplani bi pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni ’l fuq minn 25 000 pied għandhom ikunu mgħammra:
b’apparat li jwissi lill-ekwipaġġ tat-titjira dwar kwalunkwe telf fil-pressjoni; u
fil-każ ta’ ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni, b’maskli ta’ użu immedjat għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira.
SPO.IDE.A.175 Ossiġnu supplimentari — l-ajruplani mingħajr pressjoni
(a) L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni fejn hija meħtieġa l-provvista tal-ossiġenu skont il-punt (b) għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa.
(b) L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni ta’ titjira fejn l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartimenti tal-passiġġieri hija ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikollhom ossiġnu suffiċjenti li jkun jista’ jissupplixxi:
il-membri tal-ekwipaġġ kollha għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta li matulu l-altitudni tal-pressjoni tkun bejn l-10 000 u t-13 000 pied; u
il-persuni kollha abbord għal kwlaunkwe perjodu meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-passiġġieri tkun ’il fuq minn 13 000 pied.
(c) Minkejja (b), titjiriet b’tul ta’ żmien speċifikat bejn 13 000 pied u 16 000 pied jistgħu jsiru bla provvisti tal-ossiġenu, skont SPO.OP.195(b).
SPO.IDE.A.180 Ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar
(a) L-ajruplani, għajr l-ajruplani ELA1, għandhom ikunu mgħammra mill-inqas b'estintur tan-nar wieħed manwali:
fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira; u
f'kull kompartiment tal-kabina li jkun separat mill-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, ħlief jekk il-kompartiment ikun faċilment aċċessibbli għall-ekwipaġġ tat-titjira.
(b) It-tip ta’ sustanza tat-tifi tan-nar użata fiċ-ċilindri jew fil-pompi għat-tifi tan-nar meħtieġa u l-kwantità tagħha għandhom ikunu xierqa għat-tipi ta’ nirien li jistgħu jiżviluppaw fil-kompartiment fejn ikun maħsub li jintuża ċ-ċilindru jew il-pompa għat-tifi tan-nar u għandhom inaqqsu l-periklu tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet tossiċi fil-kompartimenti li fihom ikun hemm in-nies.
SPO.IDE.A.181 Imnanar tas-salvataġġ u skarpellini
L-ajruplani li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’mannara waħda tas-salvataġġ jew bi skarpellina waħda li tkun tinsab fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira.
SPO.IDE.A.185 Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
Jekk iż-żoni tal-qafas tal-ajruplan li jkunu adattati għad-dħul mill-ekwipaġġi tas-salvataġġ waqt emerġenza jkunu mmarkati, dawn iż-żoni għandhom jiġu mmarkati hekk kif inhu muri fil-Figura 1.
Figura 1
Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
SPO.IDE.A.190 Trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (Emergency locator transmitter - ELT)
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b'dawn li ġejjin:
ELT ta' kwalunkwe tip jew mezz ta' lokalizzazzjoni tal-inġenji tal-ajru li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness IV (il-Parti CAT), CAT.GEN.MPA.210, tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, meta jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Lulju 2008 jew qabel;
ELT awtomatiku jew mezz ta' lokalizzazzjoni tal-inġenji tal-ajru li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness IV (il-Parti CAT), CAT.GEN.MPA.210, tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, meta jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2008; jew
ELT tas-sopravivenza (ELT(S)) jew apparat ta' sinjalar personalizzat għas-sejbien (PLB — personal locator beacon) li jinġarr minn membru tal-ekwipaġġ jew minn xi ħadd speċjalizzat fil-kompitu, meta l-ajruplan ikun iċċerifikat għal konfigurazzjoni massima ta' sitta jew anqas.
(b) ELTs ta’ kwalunkwe tip u PLBs għandhom ikunu jistgħu jittrażmettu b’mod simultanju kemm fuq il-frekwenza 121,5 MHz kif ukoll fuq il-frekwenza 406 MHz.
SPO.IDE.A.195 Titjir fuq l-ilma
(a) L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna abbord, li tkun abbord, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti;
l-ajruplani tal-art b’magna waħda:
li jtiru fuq l-ilma lil hinn mid-distanza ta’ gglajdjar mill-art; jew
li jitilqu jew jinżlu f’ajrudrom jew f’sit tal-aoperat li fih, skont l-opinjoni tal-bdot fil-kmand, il-passaġġ tat-tlugħ jew tal-avviċinament ikun qiegħed b’tali mod fuq l-ilma li x’aktarx ikun se jkun hemm inżul ta’ emerġenza;
l-idroplani li jitħaddmu fuq l-ilma; u
l-ajruplani li jitħaddmu minn distanza ’l bogħod mill-art li tkun adattata għal inżul ta’ emerġenza li tkun akbar mid-distanza li tikkorrispondi għal 30 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari normal jew ta’ 50 mil nawtiku, skont liema minnhom tkun l-anqas.
(b) Kull ġakketta tas-salvataġġ għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ tidwil elettriku sabiex il-persuni jkunu jistgħu jinstabu b’mod faċli.
(c) L-idroplani li jitħaddmu fuq l-ilma għandhom ikunu mgħammra:
b’ankra tal-wiċċ u tagħmir ieħor meħtieġ sabiex jiffaċilita l-irmiġġ, l-ankrar jew l-immanuvrar tal-idroplan fuq l-ilma, li jkunu adattati għad-daqs, il-piż u l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tiegħu; u
b’tagħmir biex jagħmel is-sinjali tal-ħoss kif preskritt fl-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet Fil-Baħar), fejn dan ikun applikabbli.
(d) Il-bdot fil-kmand ta’ ajruplan li jitħaddem minn distanza ’l bogħod mill-art li tkun adattata għal inżul ta’ emerġenza li tkun akbar mid-distanza li tikkorrispondi għal 30 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari jew ta’ 50 mil nawtiku, skont liema minnhom tkun l-anqas, għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-persuni abbord l-ajruplan f’każ ta’ nżul ta’ emerġenza, u fuq il-bażi ta’ dan huwa għandu jiddetermina l-ġarr ta’:
tagħmir sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm;
biżżejjed ċattri tas-salvataġġ sabiex fihom jinġarru l-persuni kollha abbord, li għandhom ikunu stivati b’tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħhom f’każ ta’ emerġenza; u
tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għat-titjira li tkun se titwettaq.
SPO.IDE.A.200 Tagħmir tas-sopravivenza
(a) L-ajruplani li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra:
b’tagħmir għas-sinjali sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm;
tal-inqas ELT tas-sopravivenza wieħed (ELT(S)); u
b’tagħmir ieħor tas-sopravivenza għar-rotta li minnha għandu jittajjar il-ħelikopter, filwaqt li jitqies l-għadd ta’ persuni abbord.
(b) It-tagħmir l-ieħor tas-sopravivenza speċifikat fil-punt (a)(3) m’hemmx għalfejn jinġarr abbord meta l-ajruplan:
jibqa’ f’distanza ’l bogħod miż-żona fejn it-tiftix u s-salvataġġ ma jkunux partikularment diffiċli li tkun tikkorrispondi għal:
120 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari b’magna waħda wieqfa (OEI), għall-ajruplani li jistgħu jkomplu jtiru lejn ajrudrom, f’każ li l-magna/l-magni kritika/kritiċi tkun waqfet taħdem/ikunu waqfu jaħdmu fi kwalunkwe punt tul ir-rotta jew ir-rotot ta’ devjazzjoni previsti; jew
30 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari għall-ajruplani l-oħra kollha; jew
jibqa’ f’distanza li ma tkunx akbar minn dik li tikkorrispondi għal 90 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari minn żona li tkun adattata għal inżul ta’ emerġenza, għall-ajruplani ċċertifikati skont l-istandard tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.
SPO.IDE.A.205 Tagħmir protettiv individwali
Kull persuna abbord għandha tilbes tagħmir protettiv individwali li huwa adegwat għat-tip ta’ operazzjoni li tkun qed issir.
SPO.IDE.A.210 Kuffji tal-widna
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’kuffji tal-widna li jkollhom mikrofonu tal-kuffja jew apparat ekwivalenti għal kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira fil-post assenjat lilhom fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira.
(b) L-ajruplani li jitħaddmu skont l-IFR jew billejl għandhom ikunu mgħammra b’buttuna ta’ trażmissjoni fuq is-sistema manwali għall-kontroll tal-“pitch” u r-“roll” għal kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġ.
SPO.IDE.A.215 Tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju
(a) L-ajruplani li jitħaddmu billejl jew skont l-IFR, jew meta jkun meħtieġ mir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli, għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, li jkun jista’:
jwettaq komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet għall-finijiet tal-kontroll tal-ajrudrom
jirċievi informazzjoni meteoroloġika fi kwalunkwe ħin matul it-titjira;
jwettaq komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet fi kwalunkwe ħin matul it-titjira ma’ dawk l-istazzjonijiet ajrunawtiċi u fuq dawk il-frekwenzi preskritti mill-awtorità xierqa; u
jipprovdi kommunikazzjoni fuq il-frekwenza tal-emerġenza ajrunawtika 121,5 MHz.
(b) Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ aktar minn tagħmir wieħed ta’ komunikazzjoni, kull wieħed għandu jkun indipendenti mill-ieħor jew mill-oħrajn sal-punt li l-ħsara f’wieħed ma jirriżultax fil-ħsara tal-ieħor jew tal-oħrajn.
SPO.IDE.A.220 Tagħmir tan-navigazzjoni
(a) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni li jiffaċilita li jipproċedu skont:
il-pjan tat-titjira tal-ATS, jekk dan ikun applikabbli; u
ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.
(b) L-ajruplani għandu jkollhom biżżejjed tagħmir tan-navigazzjoni sabiex jiġi żgurat li, f’każ li tiżviluppa ħsara f’apparat minnhom matul kwalunkwe fażi tat-titjira, il-kumplament tat-tagħmir jippermetti li n-navigazzjoni sikura skont il-punt (a), jew skont azzjoni ta’ kontinġenza xierqa, titwettaq b’mod sikur.
(c) L-ajruplani li jintużaw f’titjiriet li fihom ikun previst inżul f’IMC għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni adattat li jkun jista’ jipprovdi gwida sa punt li minnu jkun jista’ jitwettaq inżul viżwali. Dan it-tagħmir għandu jkun jista’ jipprovdi tali gwida għal kull ajrudrom li għalih huwa ppjanat l-inżul f’IMC u għal kull ajrudom alternattiv magħżul.
(d) Għall-operazzjonijiet tal-PBN, l-inġenju tal-ajru għandu jissodisfa r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-ispeċifikazzjoni xierqa għan-navigazzjoni.
(e) L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.
SPO.IDE.A.225 Transponder
Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, l-ajruplani għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) bil-kapaċitajiet kollha meħtieġa.
SPO.IDE.H.230 Ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta ajrunawtika
Bażijiet ta' dejta ajrunawtika li jintużaw fuq applikazzjonijiet ta' sistemi tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta li huma xierqa għall-użu maħsub tad-dejta.
L-operatur għandu jiżgura d-distribuzzjoni u d-dħul f'waqthom tal-bażijiet tad-dejta ajrunawtika, li jkunu attwali u mhux mibdula, għall-inġenji tal-ajru kollha li jkunu jeħtiġuhom.
Minkejja xi okkorrenza dwar rekwiżiti ta' rappurtar kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014, l-operatur għandu jirrapporta lill-fornitur tal-bażijiet tad-dejta dwar każijiet ta' dejta żbaljata, inkonsistenti jew dejta nieqsa li tista' tkun raġonevolment mistennija li tikkostitwixxi periklu għat-titjira.
F'każijiet bħal dawn, l-operatur għandu jinforma lill-ekwipaġġ tat-titjira u lill-persunal ieħor ikkonċernat, u għandu jiżgura li d-dejta affettwata ma tintużax.
TAQSIMA 2
Ħelikopters
SPO.IDE.H.100 Strumenti u tagħmir — punti ġenerali
(a) L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħġtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli fil-każ li:
jintużaw mill-ekwipaġġ tat-titjira biex jikkontrollaw il-passaġġ tat-titjira;
jintużaw biex jikkonformaw ma’ SPO.IDE.H.215;
jintużaw biex jikkonformaw ma’ SPO.IDE.H.220; jew
huma installati fil-ħelikopter.
(b) L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa minn din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta' tagħmir:
dwal portabbli indipendenti;
arloġġ preċiż;
il-kaxxa għall-ewwel għajnuna;
it-tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar;
ankri tal-wiċċ u tagħmir għall-irmiġġ;
tagħmir ta' trażżin għat-tfal;
PCDS sempliċi użata minn speċjalist fil-kompitu bħala apparat ta' trażżin.
(c) Strumenti, tagħmir jew aċċessorji mhux meħtieġa skont dan l-Anness (il-Parti-SPO) kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti SPO.IDE.H.215 u SPO.IDE.H.220 ta' dan l-Anness;
l-istrumenti, it-tagħmir jew l-aċċessorji ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.
(d) L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-membru tal-ekwipaġġ li jeħtieġ li jużah jinsab bilqiegħda.
(e) Dawk l-istrumenti li jintużaw minn kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jippermettu lill-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jara l-indikazzjonijiet faċilment mill-post tiegħu, bl-inqas devjazzjoni prattika mill-pożizzjoni u mil-linja ta’ viżjoni li huwa normalment jassumi meta jħares ’il quddiem fid-direzzjoni tal-passaġġ tat-titjira.
(f) It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.
SPO.IDE.H.105 Tagħmir minimu għat-titjira
Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ħelikopter, mill-elementi ta' tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira maħsuba ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira m'għandhiex tinbeda, sakemm ma tiġix issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-ħelikopter ma jkunx qed jitħaddem skont il-lista ta' tagħmir minimu (MEL), jekk stabbilita;
għal ħelikopters kumplessi li jaħdmu bil-magni u għal kwalunkwe ħelikopter użat f'operazzjonijiet kummerċjali, l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti biex jopera l-ħelikopter fil-limiti tal-lista tat-tagħmir minimu ta' referenza (MMEL) skont il-punt ORO.MLR.105(j) tal-Anness III;
il-ħelikopter ma jkunx soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.
SPO.IDE.H.115 Dwal operattivi
Il-ħelikopters li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra:
b’sistema ta’ dwal għal kontra l-ħabtiet;
bi dwal tan-navigazzjoni/tal-pożizzjoni;
b’dawl għall-inżul;
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ħelikopter biex jipprovdu dawl xieraq għall-istrumenti kollha u t-tagħmir kollu li huma essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ħelikopter;
bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ħelikopter biex jipprovdu dawl fil-kompartimenti kollha tal-kabina;
b’dawl portabbli indipendenti għall kull post tal-membri tal-ekwipaġġ; u
bi dwal biex jitħarsu l-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet Fil-Baħar) jekk il-ħelikopter ikun wieħed anfibju.
SPO.IDE.H.120 Operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
(a) Il-ħelikopters li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
id-direzzjoni manjetika,
il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata, u
iż-żliq.
(b) Il-ħelikopters operati skont il-VMC fuq l-ilma u lil hinn mill-art jew skont il-VMC billejl, minbarra (a), għandhom ikunu mgħammrin:
b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’:
il-pożizzjoni tal-ħelikopter,
il-veloċità vertikali; u
id-direzzjoni stabbilizzata;
b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed; u
b’mezz għall-prevenzjoni ta’ funzjonament ħażin fis-sistema li tindika l-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punt (a)(4) minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ;
(c) Il-ħelikopters li jitħaddmu meta l-viżibilità tkun anqas minn 1 500 m, jew f’kundizzjonijiet fejn ma jkunx jistgħu jinżammu fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a) u (b), għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-prevenzjoni ta’ funzjonament ħażin fis-sistema li tindika l-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punt (a)(4) minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ.
(d) Kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’mezz separat addizzjonali għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata,
iż-żliq,
il-pożizzjoni tal-ħelikopter, jekk applikabbli
il-veloċità vertikali; jekk applikabbli, u
id-direzzjoni stabbilizzata, jekk applikabbli.
SPO.IDE.H.125 Operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom
Il-ħelikopters li jitħaddmu skont l-IFR għandhom ikunu mgħammra:
b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’:
id-direzzjoni manjetika,
il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,
l-altitudni barometrika,
il-veloċità tal-ajru indikata,
il-veloċità vertikali,
iż-żliq,
il-pożizzjoni tal-ħelikopter,
id-direzzjoni stabbilizzata; u
it-temperatura tal-arja ta’ barra;
b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed;
b’mezz għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe funzjonament ħażin fis-sistema li tindika l-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punti (a)(4) u (c)(2), minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ;
b’mezz addizzjonali għall-kejl u għall-wiri tal-pożizzjoni tal-ħelikopter bħala strument “stand-by”; u
dawn li ġejjin għal-ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni:
b’sors alternattiv ta’ pressjoni statika; u
b’kontenitur tal-mapep li jkun jinsab f’pożizzjoni li minnha wieħed ikun jista’ jaqra l-mapep faċilment u li jkun jista’ jiddawwal għall-operazzjonijiet li jitwettqu billejl.
SPO.IDE.H.126 Tagħmir addizzjonali għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed imwettqin skont l-IFR
Il-ħelikopters li jitħaddmu skont l-IFR bi bdot wieħed għandhom ikunu mgħammra b’awtobdot li jkun kapaċi jżomm tal-inqas l-altitudni u d-direzzjoni.
SPO.IDE.H.132 Tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord — ħelikopters kumplessi li jaħdmu bil-magni
Il-ħelikoptersli jitħaddmu skont l-IFR jew billejl għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord meta r-rapporti attwali tat-temp ikunu jindikaw li, tul ir-rotta li minnha għandu jittajjar il-ħelikopter, ikunu mistennija maltempati bir-ragħad jew kundizzjonijiet tat-temp oħrajn li jistgħu jkunu perikolużi, u li huma meqjusa bħala kundizzjonijiet li jistgħu jiġu identifikati mit-tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord.
SPO.IDE.H.133 Tagħmir addizzjonali għal operazzjonijiet f’kundizzjonijiet ta’ silġ billejl — il-ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni
(a) Il-ħelikopters li jitħaddmu billejl f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistenni jew attwali għandhom ikunu mgħammra b’mezzi li jdawlu jew jidentifikaw il-formazzjoni tas-silġ.
(b) Il-mezzi li jdawlu l-formazzjoni tas-silġ ma għandhom jikkawżaw l-ebda dija jew riflessjoni li tista’ tfixkel lill-membri tal-ekwipaġġ fil-qadi fil-kompitu tagħhom.
SPO.IDE.H.135 Sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira
Il-ħelikopters li jitħaddmu minn iżjed minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira, li tinkludi kuffji tal-widna u mikrofoni għall-użu mill-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira.
SPO.IDE.H.140 Reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota (cockpit voice recorder - CVR)
(a) Il-ħelikopters b’MCTOM ta’ aktar minn 7 000 kg u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data għandhom jiġu mgħammra b’CVR.
(b) Is-CVR għandu jkun kapaċi li jikseb id-dejta rreġistrata matul mill-inqas is-sagħtejn ta’ qabel (2).
(c) Is-CVR għandu jirreġistra, b’referenza għal skala tal-ħin:
il-komunikazzjonijiet tal-vuċi trażmessi bir-radju mill-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira jew li jkunu waslu bir-radju f’dak il-kompartiment;
il-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jsiru permezz tas-sistema ta’ telefonija interna u tas-sistema għall-avviżi lill-pubbliku, jekk dawn ikunu installati;
L-ambjent tas-smigħ tal-kabina tal-pilota, inkluż mingħajr interruzzjoni, is-sinjali akustiċi li jkunu waslui minn kull mikrofonu tal-ekwipaġġ; u
is-sinjali tal-vuċi jew akustiċi li jidentifikaw l-għajnuniet għan-navigazzjoni jew għall-avviċinament introdotti fil-kuffji tal-widna jew fuq lawdspiker.
(d) Is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni qabel ma l-ħelikopter jibda jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sa tmiem it-titjira meta l-ħelikopter ma jkunx għadu jista’ jkompli jimxi bil-qawwa tiegħu stess.
(e) Minbarra l-punt (d), skont id-disponibbiltà tal-enerġija elettrika, is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni malajr kemm jista’ jkun waqt il-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota qabel ma tinxtegħel il-magna fil-bidu tat-titjira u sal-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota immedjatament wara li l-magna tintefa fi tmiem it-titjira.
(f) Jekk is-CVR mhuwiex utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk is-CVR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.
SPO.IDE.H.145 Reġistratur tad-dejta tat-titjira (flight data recorder)
(a) Il-ħelikopters b’MCTOM ta’ aktar minn 3 175 kg u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data għandhom jiġu mgħammra b’reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) li juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta kif ukoll li għalih huwa disponibbli metodu biex tinstab minnufih dik id-dejta mill-mezz tal-ħażna.
(b) L-FDR għandu jirreġistra l-parametri meħtieġa biex jiġu stabbiliti b’mod preċiż il-passaġġ tat-titjira, il-veloċità, il-pożizzjoni, il-qawwa tal-magna, il-konfigurazzjoni u l-operazzjoni tal-ħelikopter u għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata tal-anqas matul l-aħħar 10 sigħat.
(c) Id-dejta għandha tinkiseb minn sorsi tal-ħelikopter li jippermettu korrelazzjoni eżatta mal-informazzjoni murija lill-ekwipaġġ tat-titjira.
(d) L-FDR għandu jibda jirreġistra d-dejta b’mod awtomatiku qabel ma l-ħelikopter ikun jista’ jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf b’mod awtomatiku meta l-ħelikopter ma jkunx jista’ jimxi iktar bil-qawwa tiegħu stess.
(e) Jekk ir-reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk l-FDR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.
SPO.IDE.H.146 Reġistratur tat-titjira ħafif
Ajruplani b'magni bit-turbini b'MCTOM ta' 2 250 kg jew aktar għandhom ikunu mgħammra b'reġistratur tat-titjira jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ma jkunux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt SPO.IDE.H.145(a);
jintużaw għal operazzjonijiet kummerċjali;
jinħarġu għall-ewwel darba b'CofA individwali fi jew wara t-5 ta' Settembru 2022.
L-apparat li jirreġistra t-titjira għandu jirreġistra, permezz ta' data jew immaġni tat-titjira, informazzjoni li hija biżżejjed biex tiddetermina l-passaġġ tat-titjira u l-veloċità tal-inġenju tal-ajru.
Ir-reġistratur tat-titjira għandu jkun kapaċi li jikseb id-data u l-immaġni tat-titjira rreġistrati matul mill-inqas il-ħames sigħat ta' qabel.
Ir-reġistratur tat-titjira għandu jibda jirreġistra d-data awtomatikament qabel ma l-ħelikopter ikun jista' jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf awtomatikament meta l-ħelikopter ma jkunx jista' jimxi aktar bil-qawwa tiegħu stess.
Jekk l-apparat li jirreġistra t-titjira jirreġistra immaġni jew awdjo tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, allura għandha tiġi pprovduta funzjoni li tista' titħaddem mill-bdot fil-kmand u li timmodifika r-reġistrazzjonijiet tal-immaġni u tal-awdjo magħmula qabel it-tħaddim ta' dik il-funzjoni, sabiex dawk ir-reġistrazzjonijiet ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati meta jerġa' jinstema' r-reġistratur jew b'tekniki ta' kkupjar.
SPO.IDE.H.150 Registrazzjoni tal-kollegament tad-dejta (data link recording)
(a) Il-ħelikopters li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara, li għandhom il-kapaċità jwettqu komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta u li jridu jkunu mgħammra b’CVR, għandhom jirreġistraw fuq reġistratur, fejn ikun applikabbli:
il-messaġġi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta marbutin mal-komunikazzjonijiet tal-ATS lill-ħelikopter u minnu, inklużi l-messaġġi li japplikaw għall-applikazzjonijiet li ġejjin:
il-bidu tal-kollegament tad-dejta;
il-komunikazzjonijiet bejn il-bdot u l-kontrollur;
is-sorveljanza indirizzata;
l-informazzjoni dwar it-titjira;
is-sorveljanza tax-xandir tal-inġenju tal-ajru, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema;
id-dejta tal-kontroll operattiv tal-inġenju tal-ajru, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema; u
il-grafika, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema;
l-informazzjoni li tippermetti l-korrelazzjoni ma’ kull rekord assoċjat li huwa marbut mal-komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta u li huwa maħżun f’post differenti mill-ħelikopter; u
l-informazzjoni dwar il-ħin u l-prijorità tal-messaġġi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta, filwaqt li titqies l-arkitettura tas-sistema.
(b) Ir-reġistratur għandu juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta u l-informazzjoni, u għandu juża metodu biex tiġi estratta faċilment dik id-dejta. Il-metodu tar-reġistrazzjoni għandu jkun tali li jippermetti li d-dejta tkun taqbel mad-dejta rreġistrata fuq l-art.
(c) Ir-reġistratur għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas għall-istess tul ta’ ħin stabbilit għas-CVRs fil-punt SPO.IDE.H.140.
(d) Jekk ir-reġistratur ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk ir-reġistratur ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.
(e) Ir-rekwiżiti applikabbli għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tar-reġistratur huma l-istess bħar-rekwiżiti applikabbi għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tas-CVR mogħtija fil-punti SPO.IDE.H.140 (d) u (e).
SPO.IDE.H.155 Reġistratur ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota
Tista’ tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti tas-CVR u tal-FDR billi abbord jinġarr reġistratur wieħed ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota.
SPO.IDE.H.160 Sits, ċinturini tas-sikurezza u sistemi ta’ restrizzjoni
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra:
sit jew post għal kull membru tal-ekwipaġġ jew speċjalist fil-kompitu abbord;
b’ċinturin tas-sikurezza f’kull sit u b’apparat ta’ restrizzjoni għal kull post;
b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għal kull sit, fil-każ ta’ ħelikopters li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba wara l-31 ta’ Diċembru 2012; u
b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso li jkun fih apparat li jżomm, b’mod awtomatiku, lit-torso tal-okkupant f’każ ta’ tnaqqis rapidu tal-veloċità f’kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira.
(b) Iċ-ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għandu jkun jinfetaħ permezz ta’ molla waħda
SPO.IDE.H.165 Kaxex għall-ewwel għajnuna
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’kaxex għall-ewwel għajnuna.
(b) Il-kaxex għall-ewwel għajnuna għandhom ikunu:
ikunu faċilment aċċessibbli għall-użu; u
jinżammu f’kundizzjoni tajba.
SPO.IDE.H.175 Ossiġenu supplimentari — il-ħelikopters mingħajr pressjoni
(a) Il-ħelikopters mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni fejn hija meħtieġa l-provvista tal-ossiġenu skont il-punt (b) għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa.
(b) Il-ħelikopters mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni ta’ titjira fejn l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartimenti tal-passiġġieri hija ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikollhom ossiġnu suffiċjenti li jkun jista’ jissupplixxi:
il-membri tal-ekwipaġġ kollha għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta li matulu l-altitudni tal-pressjoni tkun bejn l-10 000 u t-13 000 pied; u
il-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu kollha għal kwlaunkwe perjodu meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-kabina tkun ’il fuq minn 13 000 pied.
(c) Minkejja (b), titjiriet b’tul ta' żmien speċifikat ta’ bejn 13 000 pied u 16 000 pied jistgħu jitwettqu bla provvisti tal-ossiġenu, skont SPO.OP.195(b).
SPO.IDE.H.180 Ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar
(a) Il-ħelikopters, għajr għall-ħelikopters ELA2 għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ċilindru wieħed jew pompa waħda għat-tifi tan-nar:
fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-tijira; u
f’kull kompartiment tal-kabina li huwa separat mill-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, għajr jekk il-kompartiment huwa aċċessibbli faċilment għall-ekwipaġġ tat-titjira.
(b) It-tip ta’ sustanza tat-tifi tan-nar użata fiċ-ċilindri jew fil-pompi għat-tifi tan-nar meħtieġa u l-kwantità tagħha għandhom ikunu xierqa għat-tipi ta’ nirien li jistgħu jiżviluppaw fil-kompartiment fejn ikun maħsub li jintuża ċ-ċilindru jew il-pompa għat-tifi tan-nar u għandhom inaqqsu l-periklu tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet tossiċi fil-kompartimenti li fihom ikun hemm in-nies.
SPO.IDE.H.185 Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
Jekk iż-żoni tal-qafas tal-ħelikopter li jkunu adattati għad-dħul mill-ekwipaġġi tas-salvataġġ waqt emerġenza jkunu mmarkati, dawn iż-żoni għandhom jiġu mmarkati hekk kif inhu muri fil-Figura 1.
Figura 1
Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul
SPO.IDE.H.190 Trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT)
(a) Il-ħelikopters li huma ċċertifikati għal konfigurazzjoni massima ta’ aktar minn sitt sits għandhom ikunu mgħammra:
b’ELT awtomatiku; u
ELT tas-sopravivenza wieħed (ELT(S)) f’ċattra tas-salvataġġ jew f’ġakketta tas-salvataġġ meta l-ħelikopter jitħaddem minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 3 minuti ħin ta’ titjir b’veloċità regolari normali.
(b) Il-ħelikopters li huma ċċertifikati għal konfigurazzjoni massima ta’ sitt sits jew anqas għandhom ikunu mgħammra b’trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) jew b’apparat ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien (PLB) li jinġarr minn membru tal-ekwipaġġ jew minn speċjalist fil-kompitu:
(c) ELTs ta’ kwalunkwe tip u PLBs għandhom ikunu jistgħu jittrażmettu b’mod simultanju kemm fuq il-frekwenza 121,5 MHz kif ukoll fuq il-frekwenza 406 MHz.
SPO.IDE.H.195 ►M5 Titjir fuq l-ilma — il-ħelikopters ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna ◄
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li tkun abbord, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti;
fuq titjira fuq l-ilma lil hinn mid-distanza awtorotazzjonali mill-art, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ma jkunx jista’ jżomm titjir f’livell; jew
fuq titjira fuq l-ilma minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 10 minuti ta’ titjir f’veloċita regolari normali, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ikun jista’ jżomm titjir f’livell; jew
waqt tlugħ jew inżul f’ajrudrom jew f’sit tal-operat li fih il-passaġġ tat-tlugħ jew tal-avviċinament ikun qiegħed fuq l-ilma.
(b) Kull ġakketta tas-salvataġġ għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ tidwil elettriku sabiex il-persuni jkunu jistgħu jinstabu b’mod faċli.
(c) Il-bdot fil-kmand ta’ ħelikopter li jitħaddem minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal 30 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari normali jew ta’ 50 mil nawtiku, skont liema minnhom tkun l-anqas, għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-persuni abbord l-ajruplan f’każ ta’ nżul ta’ emerġenza, u fuq il-bażi ta’ dan huwa għandu jiddetermina l-ġarr ta’:
tagħmir sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm;
biżżejjed ċattri tas-salvataġġ sabiex fihom jinġarru l-persuni kollha abbord, li għandhom ikunu stivati b’tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħhom f’każ ta’ emerġenza; u
tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għat-titjira li tkun se titwettaq.
(d) The pilot-in-command shall determine the risks to survival of the occupants of the helicopter in the event of a ditching, when deciding if the life-jackets required in (a) shall be worn by all occupants.
SPO.IDE.H.197 Ġakketti tas-salvataġġ — il-ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li tkun abbord, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti;
fuq titjira fuq l-ilma minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 10 minuti ta’ titjir b’veloċita regolari normali, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ikun jista’ jżomm titjir f’livell;
fuq titjira fuq l-ilma lil hinn mid-distanza awtorotazzjonali mill-art, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ma jkunx jista’ jżomm titjir f’livell; jew
fejn il-passaġġ tat-tlugħ jew tal-avviċinament ikun qiegħed b’tali mod fuq l-ilma li f’każ ta’ aċċident x’aktarx ikun se jkun hemm inżul ta’ emerġenza.
(b) Kull ġakketta tas-salvataġġ għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ tidwil elettriku sabiex il-persuni jkunu jistgħu jinstabu b’mod faċli.
SPO.IDE.H.198 Ilbies ta' sopravivenza — il-ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni
Kull persuna abbord għandha tilbes libsa ta' sopravivenza meta jiddeċiedi hekk il-bdot fil-kmand abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju billi jqis il-kundizzjonijiet li ġejjin:
titjiriet fuq l-ilma lil hinn mid-distanza awtorotazzjonali mill-art jew inżul ta' emerġenza sikur, fejn fil-każ ta' ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ma jkunx jista' jżomm titjir f'livell; kif ukoll
ir-rapport jew it-tbassir tat-temp għad-disponibbiltà tal-bdot fil-kmand jindika li t-temperatura tal-baħar se tkun taħt il-+ 10 °C matul it-titjira.
SPO.IDE.H.199 Ċattri ta’ salvataġġ, ELTs tas-sopravvivenza u tagħmir tas-sopravvivenza fuq titjiriet estiżi fuq l-ilma — il-ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni
Il-ħelikopters li jitħaddmu:
fuq titjira fuq l-ilma minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 10 minuti ta’ titjir f’veloċita regolari normali, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ikun jista’ jżomm titjir f’livell; jew
fuq titjira fuq l-ilma minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 3 minuti ta’ titjir f’veloċita regolari normali, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ma jkunx jista’ jżomm titjir f’livell, u jekk jiddeċiedi hekk il-bdot fil-kmand permezz ta’ valutazzjoni tar-riskju, għandhom ikunu mgħammra:
b’tal-inqas ċattra waħda tas-salvataġġ b’kapaċità mkejla ta’ mhux inqas mill-għadd massimu ta’ persuni abbord, li għandha tkun stivata b’tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħha f’każ ta’ emerġenza;
b’tal-inqas ELT tas-sopravivenza (ELT(S)) wieħed għal kull ċattra tas-salvataġġ meħtieġa; u
b’tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għat-titjira li tkun se titwettaq.
SPO.IDE.H.200 Tagħmir tas-sopravivenza
Il-ħelikopters li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra:
b’tagħmir għas-sinjali sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm;
b’tal-inqas ELT tas-sopravivenza wieħed (ELT(S)); u
b’tagħmir ieħor tas-sopravivenza għar-rotta li minnha għandu jittajjar il-ħelikopter, filwaqt li jitqies l-għadd ta’ persuni abbord.
▼M9 —————
SPO.IDE.H.202 Ħelikopters iċċertifikati biex joperaw fuq l-ilma — tagħmir mixxellanju
Il-ħelikopters li jkunu ċċertifikati biex joperaw fuq l-ilma għandhom ikunu mgħammra:
b’ankra tal-wiċċ u tagħmir ieħor meħtieġ sabiex jiffaċilita l-irmiġġ, l-ankrar jew l-immanuvrar tal-ħelikopter fuq l-ilma, li jkunu adattati għad-daqs, il-piż u l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tiegħu; u
b’tagħmir biex jagħmel is-sinjali tal-ħoss preskritti fil-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet fil-Baħar), fejn dan ikun applikabbli.
SPO.IDE.H.203 Il-ħelikopters kollha li jkunu qed iwettqu titjiriet fuq l-ilma — nżul ta’ emerġenza
Ħelikopters kumplessi mħaddmin b'magna, li jitħaddmu f'titjira fuq l-ilma f'ambjent ostili b'distanza mill-art ta' aktar minn 10 minuti ta' titjir b'veloċita normali u ħelikopters, ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, li jtiru fuq l-ilma f'ambjent ostili f'distanza ta' iktar minn 50 mil nawtiku mill-art. għandhom ikunu:
iddiżinjati għall-inżul fuq l-ilma skont il-kodiċi tal-ajrunavigabbiltà rilevanti;
iċċertifikati għall-inżul ta’ emerġenza skont il-kodiċi tal-ajrunavigabbiltà rilevanti; jew
mgħammra b’tagħmir ta’ emerġenza li jżomm f’wiċċ l-ilma.
SPO.IDE.H.205 Tagħmir protettiv individwali
Kull persuna abbord għandha tilbes tagħmir protettiv individwali li huwa adegwat għat-tip ta’ operazzjoni li tkun qed issir.
SPO.IDE.H.210 Kuffji tal-widna
Kull meta tkun meħtieġa sistema ta’ komunikazzjoni permezz tar-radju u/jew sistema tan-navigazzjoni bir-radju, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’kuffji tal-widna li jkollhom mikrofonu tal-kuffja jew apparat ekwivalenti u buttuna ta’ trażmissjoni fuq il-kontrolli tat-titjira għal kull bdot, membru tal-ekwipaġġ u/jew speċjalist fil-kompitu meħtieġ fil-post assenjat lilu.
SPO.IDE.H.215 Tagħmir tal-komunikazzjoni permezz tar-radju
(a) Il-ħelikopters li jitħaddmu billejl jew skont l-IFR, jew meta jkun meħtieġ mir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli, għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju li jkun jista’:
jwettaq komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet għall-finijiet tal-kontroll tal-ajrudrom
jirċievi informazzjoni meteoroloġika.
jwettaq komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet fi kwalunkwe ħin matul it-titjira ma’ dawk l-istazzjonijiet ajrunawtiċi u fuq dawk il-frekwenzi preskritti mill-awtorità xierqa; u
jipprovdi kommunikazzjoni fuq il-frekwenza tal-emerġenza ajrunawtika 121,5 MHz.
(b) Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ aktar minn tagħmir wieħed ta’ komunikazzjoni, kull wieħed għandu jkun indipendenti mill-ieħor jew mill-oħrajn sal-punt li l-ħsara f’wieħed ma jirriżultax fil-ħsara tal-ieħor jew tal-oħrajn.
(c) Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ sistema ta’ komunikazzjoni bir-radju, u minbarra s-sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġa fil-punt SPO.IDE.H.135, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’buttuna ta’ trażmissjoni fuq is-sistema tal-kontroll ta’ kull bdot u membru tal-ekwipaġġ meħtieġ fil-posta assenjat tiegħu.
SPO.IDE.H.220 Tagħmir tan-navigazzjoni
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni li jiffaċilita li jipproċedu skont:
il-pjan tat-titjira tal-ATS, jekk dan ikun applikabbli; u
ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.
(b) Il-ħelikopters għandu jkollhom biżżejjed tagħmir tan-navigazzjoni sabiex jiġi żgurat li, f’każ li tiżviluppa ħsara f’apparat minnhom matul kwalunkwe fażi tat-titjira, il-kumplament tat-tagħmir jippermetti li n-navigazzjoni sikura skont il-punt (a), jew skont azzjoni ta’ kontinġenza xierqa titwettaq b’mod sikur.
(c) Il-ħelikopters li jintużaw f’titjiriet li fihom ikun previst inżul f’IMC għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni adattat li jkun jista’ jipprovdi gwida sa punt li minnu jkun jista’ jitwettaq inżul viżwali. Dan it-tagħmir għandu jkun jista’ jipprovdi tali gwida għal kull ajrudrom li għalih huwa ppjanat l-inżul f’IMC u għal kull ajrudom alternattiv magħżul.
(d) Għall-operazzjonijiet tal-PBN, l-inġenju tal-ajru għandu jissodisfa r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-ispeċifikazzjoni xierqa għan-navigazzjoni.
(e) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.
SPO.IDE.H.225 Transponder
Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) bil-kapaċitajiet kollha meħtieġa.
SPO.IDE.H. 230 Ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta ajrunawtika
Bażijiet ta' dejta ajrunawtika li jintużaw fuq applikazzjonijiet ta' sistemi tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta li huma xierqa għall-użu maħsub tad-dejta.
L-operatur għandu jiżgura d-distribuzzjoni u d-dħul f'waqthom tal-bażijiet tad-dejta ajrunawtika, li jkunu attwali u mhux mibdula, għall-inġenji tal-ajru kollha li jkunu jeħtiġuhom.
Minkejja xi okkorrenza dwar rekwiżiti ta' rappurtar kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014, l-operatur għandu jirrapporta lill-fornitur tal-bażijiet tad-dejta dwar każijiet ta' dejta żbaljata, inkonsistenti jew dejta nieqsa li tista' tkun raġonevolment mistennija li tikkostitwixxi periklu għat-titjira.
F'każijiet bħal dawn, l-operatur għandu jinforma lill-ekwipaġġ tat-titjira u lill-persunal ieħor ikkonċernat, u għandu jiżgura li d-dejta affettwata ma tintużax.
▼M14 —————
▼M11 —————
SUBPARTI E
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI
TAQSIMA 1
Operazzjonijiet ta’ tagħbija esterna bi braga bil-ħelikopter (HESLO)
SPO.SPEC.HESLO.100 Proċeduri operattivi standard
Il-proċeduri operattivi standard għall-HESLO għandhom jispeċifikaw:
it-tagħmir li għandu jinġarr, inklużi l-limitazzjonijiet operattivi u l-entrati xierqa tiegħu fil-MEL, kif applikabbli;
il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u r-rekwiżiti tal-esperjenza tal-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu;
it-taħriġ teoretiku u prattiku rilevanti għall-membri tal-ekwipaġġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom, it-taħriġ rilevanti għall-ispeċjalisti fil-kompitu biex iwettqu l-kompiti tagħhom, u l-kwalifika u n-nomina ta' persuni li jipprovdu tali taħriġ lill-membri tal-ekwipaġġ u lill-ispeċjalisti fil-kompitu;
ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu;
il-kriterji tal-prestazzjoni tal-ħelikopter li jridu jiġu ssodisfati għat-twettiq ta' operazzjonijiet HESLO;
il-proċeduri normali, anormali u ta' emerġenza.
SPO.SPEC.HESLO.105 Tagħmir speċifiku għal HESLO
Il-ħelikopter għandu jkun mgħammar b’tal-inqas:
mera ta’ sikurezza waħda għall-merkanzija jew mezz alternattiv biex wieħed jara l-ganċ(ijiet)/it-tagħbija; u
miter wieħed tat-tagħbija, sakemm ma jkunx hemm mod ieħor kif jiġi ddeterminat il-piż tat-tagħbija.
SPO.SPEC.HESLO.110 Trasportazzjoni ta’ oġġetti perikolużi
L-operatur li jittrasporta l-oġġetti perikolużi lejn jew minn siti bla ekwipaġġ jew żoni remoti għandu japplika mal-awtorità kompetenti għal eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-Istruzzjonijiet Tekniċi jekk ikun beħsiebu ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dawk l-Istruzzjonijiet.
TAQSIMA 2
Operazzjonijiet bi bnedmin bħala merkanzija esterna (HEC)
SPO.SPEC.HEC.100 Proċeduri operattivi standard
Il-proċeduri operattivi standard għall-HEC għandhom jispeċifikaw:
it-tagħmir li għandu jinġarr, inklużi l-limitazzjonijiet operattivi u l-entrati xierqa tiegħu fil-MEL, kif applikabbli;
il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u r-rekwiżiti tal-esperjenza tal-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu;
it-taħriġ teoretiku u prattiku rilevanti għall-membri tal-ekwipaġġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom, it-taħriġ rilevanti għall-ispeċjalisti fil-kompitu biex iwettqu l-kompiti tagħhom, u l-kwalifika u n-nomina ta' persuni li jipprovdu tali taħriġ lill-membri tal-ekwipaġġ u lill-ispeċjalisti fil-kompitu;
ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu;
il-kriterji tal-prestazzjoni tal-ħelikopter li jridu jiġu ssodisfati għat-twettiq ta' operazzjonijiet HEC;
il-proċeduri normali, anormali u ta' emerġenza.
SPO.SPEC.HEC.105 Tagħmir speċifiku għall-HEC
(a) Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra:
tagħmir għall-operazzjonijiet bil-parank jew ganċ tal-merkanzija;
mera ta’ sikurezza waħda għall-merkanzija jew mezz alternattiv biex wieħed jara l-ganċ; u
miter wieħed tat-tagħbija, sakemm ma jkunx hemm mod ieħor kif jiġi ddeterminat il-piż tat-tagħbija.
(b) L-installazzjoni tat-tagħmir kollu tal-parank u tal-ganċ tal-merkanzija għajr PCDS sempliċi, u kwalunkwe modifika sussegwenti għandu jkollha approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà xierqa għall-funzjoni maħsuba.
TAQSIMA 3
Operazzjonijiet bil-paraxut (PAR)
SPO.SPEC.PAR.100 Proċeduri operattivi standard
Il-proċeduri operattivi standard għall-PAR għandhom jispeċifikaw:
it-tagħmir li għandu jinġarr, inklużi l-limitazzjonijiet operattivi u l-entrati xierqa tiegħu fl-MEL, kif applikabbli;
il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u r-rekwiżiti tal-esperjenza tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu;
it-taħriġ rilevanti għall-membri tal-ekwipaġġ u għall-ispeċjalisti fil-kompitu biex iwettqu dmirijiethom u l-kwalifika u n-nomina ta’ persuni li jipprovdu t-tali taħriġ lill-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu;
ir-responsabilitajiet u d-dmirjiet tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu;
il-kriterji tal-prestazzjoni meħtieġa li għandhom jiġu ssodisfati biex isiru operazzjonijiet bil-paraxut;
il-proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza.
SPO.SPEC.PAR.105 Ġarr ta’ membri tal-ekwipaġġ u ta’ speċjalisti fil-kompitu
Ir-rekwiżit għar-responsabilitajiet tal-ispeċjalisti fil-kompitu kif stabbilit f’SPO.GEN.106(c) ma għandux ikun applikabbli għall-ispeċjalisti fil-kompitu li jwettqu qabżiet bil-paraxut.
SPO.SPEC.PAR.110 Sits
Minkejja SPO.IDE.A.160 (a) u SPO.IDE.H.160 (a)(1), l-art tal-inġenju tal-ajru tista’ tintuża bħala sit, diment li hemm mezzi disponibbli li l-ispeċjalist fil-kompitu jista’ jżomm jew jintrabat magħhom.
SPO.SPEC.PAR.115 Ossiġenu supplimentari
Minkejja SPO.OP.195 (a), ir-rekwiżit biex jintuża l-ossiġenu supplimentari ma għandux ikun applikabbli għall-membri tal-ekwipaġġ minbarra l-bdot fil-kmand u għall-ispeċjalisti fil-kompitu li jwettqu dmirijiet essenzjali għall-kompitu speċjalizzat, kull meta l-altitudni tal-kabina:
taqbeż it-13 000 pied, għal perjodu ta’ mhux iktar minn 6 minuti.
taqbeż il-15 000 pied, għal perjodu ta’ mhux iktar minn 3 minuti.
▼M11 —————
SPO.SPEC.PAR.125 Rilaxx ta' oġġetti perikolużi
Minkejja l-punt SPO.GEN.155, dawk li jużaw il-paraxut jistgħu joħorġu mill-inġenju tal-ajru għall-fini ta' wirja bil-paraxut fuq żoni f'konġestjoni ta' bliet, irħula jew insedjamenti jew fuq ġemgħa fil-miftuħ ta' persuni filwaqt li jġorru apparati li jħallu d-duħħan warajhom, diment li dawn huma manifatturati għal dan l-għan.
TAQSIMA 4
Titjiriet ajrubatiċi (ABF)
SPO.SPEC.ABF.100 Proċeduri operattivi standard
Il-proċeduri operattivi standard għall-ABF għandhom jispeċifikaw:
it-tagħmir li għandu jinġarr, inklużi l-limitazzjonijiet operattivi u l-entrati xierqa tiegħu fl-MEL, kif applikabbli;
il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u r-rekwiżiti tal-esperjenza tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu;
it-taħriġ rilevanti għall-membri tal-ekwipaġġ u għall-ispeċjalisti fil-kompitu biex iwettqu dmirijiethom u l-kwalifika u n-nomina ta’ persuni li jipprovdu t-tali taħriġ lill-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu;
ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu;
il-kriterji tal-prestazzjoni meħtieġa li għandhom jiġu ssodisfati biex isiru titjiriet ajrubatiċi;
il-proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza.
SPO.SPEC.ABF.105 Dokumenti, manwali u informazzjoni li għandhom jinġarru abbord
Id-dokumenti li ġejjin elenkati f’SPO.GEN.140 (a) ma hemmx bżonn li jinġarru matul titjiriet ajrubatiċi:
id-dettalji tal-pjan tat-titjira tal-ATS li jkun ġie ffajljat, jekk ikun applikabbli;
mapep ajrunawtiċi attwali u xierqa għar-rotta/għaż-żona tat-titjira proposta u għar-rotot kollha li fuqhom wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li tista’ tiġi ddevjata t-titjira;
il-proċeduri u l-informazzjoni dwar is-sinjali viżwali għall-użu min-naħa ta’ inġenji tal-ajru interċettati u ta’ inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni; u
informazzjoni dwar is-servizzi ta’ tiftix u ta’ salvataġġ għaż-żona tat-titjira ppjanata.
SPO.SPEC.ABF.115 Tagħmir
Ma hemmx bżonn li jiġu applikati r-rekwiżiti li ġejjin dwar it-tagħmir għal titjiriet ajrubatiċi:
kaxex tal-ewwel għajnuna kif stabbilit f’SPO.IDE.A.165 u SPO.IDE.H.165;
apparati portabbli tat-tifi tan-nar kif stabbilit f’SPO.IDE.A.180 u f’SPO.IDE.H.180; u
trażmettituri għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) jew apparat ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien (personal locator beacons) kif stabbilit f’SPO.IDE.A.190 u SPO.IDE.H.190.
TAQSIMA 5
Titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni
SPO.SPEC.MCF.100 Livelli tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni
Qabel ma jwettaq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni, l-operatur għandu jiddetermina l-livell applikabbli tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni kif ġej:
Titjira ta' manutenzjoni ta' “Livell A” għal titjira fejn hu mistenni l-użu ta' proċeduri anormali jew ta' emerġenza, kif definiti fil-manwal tat-titjira tal-inġenju tal-ajru, jew fejn titjira hija meħtieġa biex tipprova l-funzjonament ta' sistema ta' riżerva jew apparat ieħor ta' sigurtà;
titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell B”, għal kwalunkwe titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni għajr titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell A”.
SPO.SPEC.MCF.105 Programm tat-titjira għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni tal-“Livell A”
Qabel ma jwettaq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' Livell A b'inġenju tal-ajru kumpless li jaħdem bil-magni, l-operatur għandu jiżviluppa u jiddokumenta programm tat-titjira.
SPO.SPEC.MCF.110 Manwal tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni tal-“Livell A”
L-operatur li jwettaq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell A” għandu:
jiddeskrivi dawk l-operazzjonijiet u l-proċeduri assoċjati fil-manwal tal-operat imsemmi fil-punt ORO.MLR.100 tal-Anness III jew f'manwal tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni speċifiku;
jaġġorna l-manwal meta jkun meħtieġ;
jinforma lill-persunal ikkonċernat kollu bil-manwal u bil-bidliet tiegħu li huma rilevanti għad-dmirijiet tagħhom;
jipprovdi lill-awtorità kompetenti l-manwal u l-aġġornamenti tiegħu.
SPO.SPEC.MCF.115 Rekwiżiti tal-ekwipaġġ tat-titjira għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni tal-“Livell A”
L-operatur għandu jagħżel membri tal-ekwipaġġ tat-titjira adegwati b' kunsiderazzjoni tal-kumplessità tal-inġenju tal-ajru u tal-livell tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni. Meta jagħżel il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell A” b'inġenju tal-ajru kumpless li jaħdem bil-magni, l-operatur għandu jiżgura dan kollu li ġej:
li l-bdot fil-kmand segwa kors ta' taħriġ skont il-punt SPO.SPEC.MCF.120; jekk it-taħriġ ikun sar f'simulatur, il-bdot għandu jwettaq mill-inqas titjira waħda ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell A” bħala bdot ta' monitoraġġ jew bħala osservatur qabel jopera bħala bdot fil-kmand fuq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell A”;
li l-bdot kmandant ikun lesta, fuq inġenju tal-ajru tal-istess kategorija ta' inġenji tal-ajru bħall-inġenju tal-ajru li għandu jittajjar, mill-inqas 1 000 siegħa ta' titjir, li mill-inqas 400 siegħa minnhom ikunu bħala bdot fil-kmand f'inġenju tal-ajru kumpless li jaħdem bil-magni u mill-inqas 50 siegħa fuq dak it-tip partikolari ta' inġenju tal-ajru.
Minkejja l-punt (2) tal-ewwel paragrafu, jekk l-operatur jintroduċi tip ġdid ta' inġenju tal-ajru għall-operat tiegħu u jkun ivvaluta l-kwalifiki tal-bdot skont proċedura ta' valutazzjoni stabbilita, l-operatur jista' jagħżel bdot li jkollu inqas minn 50 siegħa esperjenza fuq dak it-tip partikolari ta' inġenju tal-ajru.
Il-bdoti li jkollhom klassifikazzjoni ta' test tat-titjira skont ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom jingħataw kreditu sħiħ għall-kors ta' taħriġ stipulat fil-punt (a)(1) ta' dan il-punt, sakemm il-bdoti li jkollhom klassifikazzjoni ta' test tat-titjira jkunu kisbu t-taħriġ meħtieġ inizjali u rikorrenti għall-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ skont il-punti ORO.FC.115 u ORO.FC.215 tal-Anness III.
Il-bdot fil-kmand ma għandux iwettaq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell A” fuq inġenju tal-ajru kumpless li jaħdem bil-magni sakemm il-bdot fil-kmand ma jkunx wettaq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell A” matul it-36 xahar preċedenti.
L-esperjenza reċenti bħala bdot fil-kmand fuq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell A” terġa' tinkiseb wara t-twettiq ta' titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell A” bħala osservatur jew bħala bdot ta' monitoraġġ, jew wara li jkun aġixxa bħala l-bdot fil-kmand f'titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell A” f'simulatur.
SPO.SPEC.MCF.120 Kors tat-taħriġ tal-ekwipaġġ tat-titjira għal titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell A”
Il-kors tat-taħriġ meħtieġ għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell A” għandu jitwettaq skont sillabu dettaljat.
It-tagħlim dwar it-titjir għall-kors tat-taħriġ għandu jitwettaq f'wieħed mill-modi li ġejjin:
f'simulatur li, għal finijiet ta' taħriġ, jirrifletti b'mod adegwat ir-reazzjoni tal-inġenju tal-ajru u s-sistemi tiegħu għall-kontrolli li jkunu qed jitwettqu;
waqt titjira f'inġenju tal-ajru li fiha jintwerew it-tekniki tat-titjir ta' kontroll tal-manutenzjoni.
Kors tat-taħriġ segwit fuq kategorija waħda ta' inġenji tal-ajru jitqies bħala validu għat-tipi kollha ta' inġenji tal-ajru ta' dik il-kategorija.
Meta jqis l-inġenju tal-ajru użat għat-taħriġ u l-inġenju tal-ajru li għandu jittajjar waqt it-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni, l-operatur għandu jispeċifika jekk huwiex meħtieġ taħriġ dwar id-differenzi jew il-familjarizzazzjoni u jiddeskrivi l-kontenut ta' dan it-taħriġ.
SPO.SPEC.MCF.125 Kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u l-persuni abbord
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri biex jidentifika l-ħtieġa għal speċjalisti fil-kompitu addizzjonali.
Għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell A”, l-operatur għandu jiddefinixxi, fil-manwal tiegħu, il-politika dwar persuni oħra abbord.
Għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell A”, huwa meħtieġ speċjalista fil-kompitu jew bdot addizzjonali fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira biex jgħin lill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira, sakemm il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru ma tippermettix li dan isir jew l-operatur ikun jista' jiġġustifika, b'qies tal-ammont ta' xogħol tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira abbażi tal-programm tat-titjira, li l-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira ma jeħtiġux għajnuna addizzjonali.
SPO.SPEC.MCF.130 Simulazzjoni ta' proċeduri anormali jew ta' emerġenza waqt it-titjira
B'deroga mill-punt SPO.OP.185, speċjalist fil-kompitu jista' jkun abbord titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' “Livell A” jekk l-ispeċjalist fil-kompitu jkun meħtieġ biex jissodisfa l-intenzjoni tat-titjira u jkun ġie identifikat fil-programm tat-titjira.
SPO.SPEC.MCF.135 Limitazzjonijiet tal-ħin tat-titjira u rekwiżiti tal-mistrieħ
Meta jassenjaw il-membri tal-ekwipaġġ għal titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni, l-operaturi soġġetti għas-Subparti FTL tal-Anness III (il-Parti-ORO) għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dik is-Subparti.
SPO.SPEC.MCF.140 Sistemi u tagħmir
Meta titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni tkun maħsuba biex tivverifika l-funzjonament xieraq ta' sistema jew tagħmir, dik is-sistema jew dak it-tagħmir għandhom jiġu identifikati bħala potenzjalment mhux affidabbli, u għandhom jiġu miftiehma miżuri ta' mitigazzjoni xierqa qabel it-titjira sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji għas-sikurezza tat-titjira.
SPO.SPEC.MCF.145 Rekwiżiti dwar ir-reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-bdot, dwar ir-reġistratur tad-data tat-titjira u dwar ir-reġistrazzjoni tal-kollegament tad-data għad-detenturi ta' AOC
Għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru li normalment jintuża għal operazzjonijiet CAT, id-dispożizzjonijiet għar-reġistraturi tal-vuċi tal-kabina tal-bdot (CVR), għar-reġistraturi tad-data tat-titjira (FDR) u għar-reġistraturi tal-kollegament tad-data (DLR) tal-Anness IV (il-Parti-CAT) għandhom ikomplu japplikaw.
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).
( 3 ) ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1.
( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir ta' protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51).
( 5 ) Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).
( 6 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).
( 7 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 tat-13 ta' Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 71, 14.3.2018, p. 10).
( 8 ) Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).
( 9 ) ĠU L 100, 5.4.2012, p. 1.
( 10 ) Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15)
( 11 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).
( 12 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).
( 13 ) Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).
( *1 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1018 tad-29 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta' klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b'mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 30.6.2015, p. 1).
( 14 ) ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.
( 15 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta' April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta' operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18)
( 16 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).
( 17 ) ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1.
( 18 ) ĠU L 302, 1.12.2000, p. 57.
( *2 ) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
( 19 ) ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1.