02012R0748 — MT — 25.08.2023 — 015.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►M12   IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 748/2012

tat-3 ta’ Awwissu 2012

li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali jew id-dikjarazzjoni ta’ konformità ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, ta’ partijiet u ta’ tagħmir relatati, kif ukoll għar-rekwiżiti tal-kapaċità ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u mal-produzzjoni

(riformulazzjoni) ◄

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 224 21.8.2012, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 7/2013 tat-8 ta’ Jannar 2013

  L 4

36

9.1.2013

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 69/2014 tas-27 ta’ Jannar 2014

  L 23

12

28.1.2014

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1039 tat-30 ta' Ġunju 2015

  L 167

1

1.7.2015

 M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/5 tal-5 ta' Jannar 2016

  L 3

3

6.1.2016

►M5

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/897 tat-12 ta' Marzu 2019

  L 144

1

3.6.2019

►M6

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/570 tat-28 ta’ Jannar 2020

  L 132

1

27.4.2020

►M7

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/699 tal-21 ta’ Diċembru 2020

  L 145

1

28.4.2021

►M8

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1088 tas-7 ta’ April 2021

  L 236

3

5.7.2021

►M9

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/201 tal-10 ta’ Diċembru 2021

  L 33

7

15.2.2022

►M10

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/203 tal-14 ta’ Frar 2022

  L 33

46

15.2.2022

 M11

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1253 tad-19 ta’ Lulju 2022

  L 191

45

20.7.2022

►M12

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1358 tat-2 ta’ Ġunju 2022

  L 205

7

5.8.2022

►M13

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1361 tat-28 ta’ Lulju 2022

  L 205

127

5.8.2022

►M14

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1028 tal-20 ta’ Marzu 2023

  L 139

10

26.5.2023


Ikkoreġut bi:

 C1

Rettifika, ĠU L 146, 5.6.2019, p.  116 (2019/897)




▼B

▼M12

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 748/2012

tat-3 ta’ Awwissu 2012

li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali jew id-dikjarazzjoni ta’ konformità ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, ta’ partijiet u ta’ tagħmir relatati, kif ukoll għar-rekwiżiti tal-kapaċità ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u mal-produzzjoni

(riformulazzjoni)

▼B

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



▼M12

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

1.  

F’konformità mal-Artikoli 19 u 62 tar-Regolament (UE) 2018/1139, dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi komuni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ prodotti, ta’ partijiet u ta’ tagħmir, u jispeċifika:

(a) 

il-ħruġ ta’ ċertifikati tat-tip, ta’ ċertifikati tat-tip ristretti, ta’ ċertifikati tat-tip supplementari u ta’ tibdiliet għal dawk iċ-ċertifikati;

(b) 

il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-airworthiness, ta’ ċertifikati tal-airworthiness ristretti, ta’ permessi għat-titjir u ta’ ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat;

(c) 

il-ħruġ ta’ approvazzjonijiet ta’ disinji ta’ tiswija;

(d) 

it-turija tal-konformità mar-rekwiżiti dwar il-ħarsien tal-ambjent;

(e) 

il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-ħoss u ta’ ċertifikati tal-ħoss ristretti;

(f) 

l-identifikazzjoni ta’ prodotti, ta’ partijiet u ta’ tagħmir;

(g) 

iċ-ċertifikazzjoni ta’ ċerti partijiet u tagħmir;

(h) 

iċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u mal-produzzjoni;

(i) 

il-ħruġ ta’ direttivi tal-airworthiness;

(j) 

it-twettiq ta’ dikjarazzjonijiet ta’ konformità tad-disinn u ta’ tibdil f’dawk id-dikjarazzjonijiet;

(k) 

it-tfassil ta’ dikjarazzjonijiet tal-kapaċità tad-disinn u tal-produzzjoni.

2.  

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“JAA” tfisser “Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni”;

(b) 

“JAR” tfisser “Rekwiżiti Konġunti dwar l-Avjazzjoni”;

(c) 

“Parti 21” tfisser ir-rekwiżiti u l-proċeduri li jwasslu għaċ-ċertifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, ta’ partijiet u ta’ tagħmir relatati, kif ukoll ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u mal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness I (il-Parti 21) ta’ dan ir-Regolament;

(d) 

“Parti 21 Light” tfisser ir-rekwiżiti u l-proċeduri għaċ-ċertifikazzjoni jew għad-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn ta’ inġenji tal-ajru maħsubin primarjament għall-użu sportiv u rikreazzjonali u tal-prodotti u tal-partijiet relatati, u d-dikjarazzjoni tal-kapaċità tad-disinn u tal-produzzjoni tal-organizzazzjonijiet stabbiliti fl-Anness Ib (Parti 21 Light) ta’ dan ir-Regolament;

(e) 

“post prinċipali tan-negozju” tfisser l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat tal-impriża li fiha jitwettqu l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operazzjonali tal-attivitajiet imsemmijin f’dan ir-Regolament;

(f) 

“oġġett” tfisser kwalunkwe parti u tagħmir li se jintuża fuq inġenji tal-ajru ċivili;

(g) 

“ETSO” tfisser Ordni ta’ Standard Tekniku Ewropew. L-Ordni ta’ Standard Tekniku Ewropew hija speċifikazzjoni dettaljata ta’ airworthiness maħruġa mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-“Aġenzija”) sabiex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament bħala standard ta’ prestazzjoni minima għal oġġetti speċifiċi;

(h) 

“EPA” tfisser Approvazzjoni Ewropea tal-Parti. L-Approvazzjoni Ewropea tal-Parti ta’ oġġett tfisser li l-oġġett ikun ġie prodott f’konformità mad-data tad-disinn approvata li ma tkunx tappartjeni għad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott relatat, ħlief għall-oġġetti tal-ETSO;

▼M14

(ha) 

“inġenju tal-ajru bil-magni kumpless” tfisser:

(i) 

ajruplan

— 
b’massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art li tisboq il-5 700  kg, jew
— 
iċċertifikat għal konfigurazzjoni massima ta’ passiġġieri bilqiegħda ta’ aktar minn dsatax, jew
— 
iċċertifikat biex jopera b’ekwipaġġ minimu ta’ mill-inqas żewġ bdoti, jew
— 
mgħammar b’magna/i turbojet jew iktar minn magna turboprop waħda; jew
(ii) 

ħelikopter iċċertifikat:

— 
għal massa massima waqt il-qtugħ mill-art li tisboq it-3 175  kg, jew
— 
għal konfigurazzjoni massima ta’ passiġġieri bilqiegħda ta’ aktar minn disgħa jew,
— 
għat-tħaddim b’ekwipaġġ minimu ta’ mill-inqas żewġ bdoti; jew
(iii) 

inġenji tal-ajru b’sistema tilt rotor;

▼M12

(i) 

“inġenji tal-ajru tat-tip ELA1” tfisser l-Inġenji tal-Ajru Ħfief Ewropej b’ekwipaġġ li ġejjin:

(i) 

ajruplan b’massa ta’ tluq massima (MTOM) ta’ 1 200  kg jew anqas li ma huwiex klassifikat bħala inġenju tal-ajru bil-magni kumpless;

(ii) 

glider jew glider bil-mutur b’MTOM ta’ 1 200  kg jew anqas;

(iii) 

ballun tal-arja bi kwantità massima ta’ gass tat-tlugħ ta’ disinn jew volum massimu ta’ arja sħuna ta’ mhux aktar minn 3 400 m3 għall-blalen tal-arja sħuna, minn 1 050 m3 għall-blalen tal-arja tal-gass u minn 300 m3 għall-blalen tal-gass marbutin (“tethered”);

(iv) 

ġifen tal-ajru maħsub għal mhux aktar minn erba’ persuni u b’volum massimu ta’ disinn ta’ gass għall-irfigħ jew ta’ arja sħuna ta’ mhux aktar minn 3 400 m3 għal ġifen tal-arja sħuna u 1 000 m3 għal ġifen tal-gass;

(j) 

“inġenji tal-ajru tat-tip ELA2” tfisser l-Inġenji tal-Ajru Ħfief Ewropej b’ekwipaġġ li ġejjin:

(i) 

ajruplan b’massa ta’ tluq massima (MTOM) ta’ 2 000  kg jew anqas li ma huwiex klassifikat bħala inġenju tal-ajru bil-magni kumpless;

(ii) 

glider jew glider bil-mutur b’MTOM ta’ 2 000  kg jew anqas;

(iii) 

ballun tal-arja;

(iv) 

ġifen tal-ajru li jaħdem b’arja sħuna;

(v) 

ġifen tal-ajru li jaħdem bil-gass, li jkollu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

— 
toqol statiku massimu ta’ 3 %,
— 
forza propulsiva mhux direġuta (għajr fid-direzzjoni opposta),
— 
disinn konvenzjonali u sempliċi tal-istruttura, tas-sistema ta’ kontroll u tas-sistema “ballonet”,
— 
kontrolli li ma jaħdmux bil-magni;
(vi) 

inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors b’MTOM ta’ mhux aktar minn 600 kg li huwa ta’ disinn sempliċi, maħsub sabiex iġorr mhux aktar minn żewġ persuni, mhux imħaddem b’magni tar-rokits u/jew tat-turbina; ristrett għal operazzjonijiet binhar VFR;

(k) 

data tal-adegwatezza operazzjonali (OSD)” tfisser data, li hija parti minn ċertifikat tat-tip ta’ inġenju tal-ajru, minn ċertifikat tat-tip ristrett jew minn ċertifikat tat-tip supplementari, li tikkonsisti f’dawn kollha li ġejjin:

(i) 

is-sillabu minimu tat-taħriġ għall-klassifikazzjoni tat-tip tal-bdoti, inkluża d-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni tat-tip;

(ii) 

id-definizzjoni tal-ambitu tad-data li sservi ta’ sors għall-validazzjoni tal-inġenji tal-ajru b’appoġġ għall-kwalifikazzjoni oġġettiva tas-simulaturi jew id-data proviżorja b’appoġġ tal-kwalifika intermedja tagħhom;

(iii) 

is-sillabu minimu tat-taħriġ għall-klassifikazzjoni tat-tip tal-persunal awtorizzat li jiċċertifika l-manutenzjoni, inkluża d-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni tat-tip;

(iv) 

id-determinazzjoni tat-tip jew tal-varjant għall-ekwipaġġ tal-kabina u tad-data speċifika tat-tip għall-ewkipaġġ tal-kabina;

(v) 

il-lista tat-tagħmir minimu ta’ referenza.

Artikolu 2

Ċertifikazzjoni ta’ prodotti, ta’ partijiet u ta’ tagħmir

1.  
Il-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir għandhom jinħarġulhom ċertifikati kif speċifikat fl-Anness I (il-Parti 21).
2.  

B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, hemm alternattiva li ċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu kif speċifikat fl-Anness Ib (il-Parti 21 Light) għall-prodotti li ġejjin:

(a) 

ajruplan b’massa ta’ tluq massima (MTOM) ta’ 2 000  kg jew anqas u b’konfigurazzjoni massima operazzjonali ta’ sits għal erba’ persuni;

(b) 

glider jew glider bil-mutur b’MTOM ta’ 2 000  kg jew anqas;

(c) 

ballun tal-arja;

(d) 

ġifen tal-ajru li jaħdem b’arja sħuna;

(e) 

ġifen tal-ajru tal-gass li jġorr il-passiġġieri ddisinjat għal mhux aktar minn erba’ persuni;

(f) 

inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors b’MTOM ta’ 1 200  kg jew anqas u b’konfigurazzjoni operazzjonali massima ta’ sits għal erba’ persuni;

(g) 

magna bil-pistuni jew skrun b’angolu tal-qala’ fiss li huwa maħsub sabiex jiġi installat fuq inġenju tal-ajru msemmi fil-punti (a) sa (f); jew

(h) 

ġiroplan.

3.  

B’deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, tista’ ssir dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn, alternattivament, kif speċifikat fl-Anness Ib (il-Parti 21 Light), għall-prodotti li ġejjin:

(a) 

ajruplan b’MTOM ta’ 1 200  kg jew anqas li ma jkunx jaħdem bil-ġettijiet u b’konfigurazzjoni operazzjonali massima ta’ sits għal żewġ persuni;

(b) 

glider jew glider bil-mutur b’MTOM ta’ 1 200  kg jew anqas;

(c) 

ballun tal-arja ddisinjat għal mhux aktar minn erba’ persuni;

(d) 

ġifen tal-ajru li jaħdem bl-arja sħuna ddisinjat għal mhux aktar minn erba’ persuni.

4.  
B’deroga mill-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu, inġenji tal-ajru, inkluż kwalunkwe prodott, parti u apparat installat, li ma jkunux reġistrati fi Stat Membru, għandhom ikunu eżentati mid-dispożizzjonijiet tas-Subpartijiet H u I tat-Taqsima A tal-Anness I (il-Parti 21) u tas-Subpartijiet H u I tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light). Huma għandhom ikunu eżentati wkoll mid-dispożizzjonijiet tas-Subparti P tat-Taqsima A tal-Anness I (il-Parti 21) u tas-Subparti P tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light), ħlief meta l-marki ta’ identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru jkunu stipulati minn Stat Membru.

▼M12

Artikolu 2a

Arranġamenti tranżizzjonali għal ċertifikati preċedentement maħruġin skont l-Anness I (il-Parti 21)

1.  
Detentur ta’ ċertifikat tat-tip validu jew ta’ ċertifikat tat-tip supplimentari maħruġ, jew meqjus li jkun inħareġ, mill-Aġenzija skont l-Anness I (il-Parti 21) jista’, sal-25 ta’ Awwissu 2025 jitlob lill-Aġenzija żżomm, minn data partikolari, id-disinn tat-tip approvat skont dak iċ-ċertifikat f’konformità mal-Anness Ib (il-Parti 21 Light), dment li l-prodott kopert minn dak iċ-ċertifikat ikun fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(2).
2.  
Meta ssir talba skont il-paragrafu 1, dak iċ-ċertifikat tat-tip jew iċ-ċertifikat tat-tip supplimentari għandu jiġu rregolat, mid-data partikolari msemmija fil-paragrafu 1, mid-dispożizzjonijiet tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) rigward iċ-ċertifikati tat-tip jew iċ-ċertifikati tat-tip supplimentari, kif applikabbli. L-Aġenzija għandha temenda l-iskeda tad-data taċ-ċertifikat tat-tip jew l-iskeda tad-data taċ-ċertifikat tat-tip supplimentari kif xieraq.

▼M14

Artikolu 3

Validità kontinwa ta’ ċertifikati tat-tip u ċertifikati tal-ajrunavigabbilità relatati

1.  

Fir-rigward ta’ prodotti li kellhom ċertifikat tat-tip, jew dokument li kien jippermetti l-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbilità, maħruġ qabel it-28 ta’ Settembru 2003 minn Stat Membru, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-prodott għandu jitqies li jkollu ċertifikat tat-tip maħruġ f’konformità ma’ dan ir-Regolament meta:

(i) 

il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tiegħu kienet:

— 
il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tal-JAA, għall-prodotti li jkunu ġew iċċertifikati skont il-proċeduri tal-JAA, kif iddefinita fl-iskeda tad-data tal-JAA tagħhom, jew
— 
għal prodotti oħrajn, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip kif iddefinita fl-iskeda tad-data taċ-ċertifikat tat-tip tal-Istat tad-disinn, jekk dak l-Istat tad-disinn kien:
— 
Stat Membru, sakemm l-Aġenzija ma tiddeterminax, filwaqt li tqis, b’mod partikolari, l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikati u l-esperjenza fis-servizz, li din il-bażi ta’ ċertifikazzjoni tat-tip ma tipprevedix livell ta’ sikurezza ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1139 u minn dan ir-Regolament, jew
— 
Stat li Stat Membru kien ikkonkluda miegħu ftehim bilaterali dwar l-ajrunavigabbiltà jew arranġament simili li taħtu dawn il-prodotti jkunu ġew iċċertifikati fuq il-bażi tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni ta’ dak l-Istat tad-disinn, sakemm l-Aġenzija ma tiddeterminax li dawn l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni jew l-esperjenza fis-servizz jew is-sistema ta’ sikurezza ta’ dak l-Istat tad-disinn ma jipprevedux livell ta’ sikurezza ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1139 u minn dan ir-Regolament.

L-Aġenzija għandha tagħmel l-ewwel evalwazzjoni tal-implikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-tieni inċiż bil-ħsieb li tgħaddi opinjoni lill-Kummissjoni li tkun tinkludi emendi possibbli għal dan ir-Regolament;

(ii) 

ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali kienu dawk stipulati fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, kif applikabbli għall-prodott;

(iii) 

id-direttivi applikabbli dwar l-adegwatezza għall-ajru kienu dawk tal-Istat tad-disinn.

(b) 

id-disinn ta’ inġenju tal-ajru individwali, li kien fir-reġistru ta’ Stat Membru qabel it-28 ta’ Settembru 2003, għandu jitqies li kien approvat f’konformità ma’ dan ir-Regolament meta:

(i) 

id-disinn bażiku tat-tip tiegħu kien parti miċ-ċertifikat tat-tip imsemmi fil-punt (a);

(ii) 

kull tibdil f’dan id-disinn tat-tip bażiku, li ma kienx fir-responsabbiltà ta’ sid iċ-ċertifikat tat-tip, kien ġie approvat; kif ukoll

(iii) 

id-direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà maħruġa jew adottati mill-Istat Membru tar-reġistru qabel it-28 ta’ Settembru 2003 kienu qed jiġu osservati, fosthom kwalunkwe varjazzjonijiet fid-direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà tal-Istat tad-disinn maqbula mal-Istat Membru tar-reġistru.

2.  

Fir-rigward tal-prodotti li għalihom kien għaddej proċess ta’ ċertifikazzjoni tat-tip mill-JAA jew minn Stat Membru fit-28 ta’ Settembru 2003, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

jekk prodott ikun taħt ċertifikazzjoni minn diversi Stati Membri, il-proġett l-aktar avvanzat għandu jintuża bħala referenza;

(b) 

il-punti 21.A.15(a), (b) u (c) tal-Anness I (il-Parti 21) ma għandhomx japplikaw;

(c) 

b’deroga mill-punt 21.B.80 tal-Anness I (il-Parti 21), il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għandha tkun dik stabbilita mill-JAA jew, meta applikabbli, mill-Istat Membru fid-data tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni;

(d) 

sejbiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-JAA jew tal-Istat Membru għandhom jitqiesu li twettqu mill-Aġenzija għall-finijiet ta’ konformità mal-punti 21.A.20(a) u (d) tal-Anness I (il-Parti 21).

3.  

Fir-rigward tal-prodotti li jkollhom ċertifikat tat-tip nazzjonali, jew l-ekwivalenti tiegħu, u li għalihom il-proċess ta’ approvazzjoni ta’ bidla li tkun saret minn Stat Membru jkun baqa’ ma ġiex iffinalizzat fiż-żmien meta ċ-ċertifikat tat-tip kellu jkun approvat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

jekk ikun qiegħed jitwettaq proċess ta’ approvazzjoni minn diversi Stati Membri, għandu jintuża bħala referenza l-proġett l-aktar avvanzat;

(b) 

il-punt 21.A.93 tal-Anness I (il-Parti 21) ma għandux japplika;

(c) 

il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli għandha tkun dik stabbilita mill-JAA jew, meta applikabbli, mill-Istat Membru fid-data tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-bidla;

(d) 

is-sejbiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-JAA jew tal-Istat Membru għandhom jitqiesu li twettqu mill-Aġenzija għall-finijiet ta’ konformità mal-punt 21.B.107 tal-Anness I (il-Parti 21).

4.  
Fir-rigward tal-prodotti li kellhom ċertifikat tat-tip nazzjonali, jew l-ekwivalenti tiegħu, u li għalihom il-proċess ta’ approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri li tkun saret minn Stat Membru jkun baqa’ ma ġiex iffinalizzat fiż-żmien meta ċ-ċertifikat tat-tip kellu jkun iddeterminat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, is-sejbiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-JAA jew tal-Istat Membru għandhom jitqiesu li twettqu mill-Aġenzija għall-iskop ta’ konformità mal-punt 21.A.433(a) tal-Anness I (il-Parti 21).
5.  
Ċertifikat tal-ajrunavigabbilità maħruġ minn Stat Membru li jkun jafferma l-konformità maċ-ċertifikat tat-tip determinat f’konformità mal-paragrafu 1 għandu jitqies bħala konformi ma’ dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 4

Validità kontinwa ta’ ċertifikati tat-tip supplementari

1.  
Rigward ċertifikati tat-tip supplementari maħruġa minn Stat Membru skont il-proċeduri tal-JAA jew proċeduri nazzjonali applikabbli u rigward tibdiliet fil-prodotti propost minn persuni oħrajn barra d-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott, li kienu ġew approvati minn Stat Membru skont il-proċeduri nazzjonali applikabbli, jekk iċ-ċertifikat tat-tip supplementari, jew il-bidla, kienu validi fit-28 ta’ Settembru 2003, iċ-ċertifikat tat-tip supplementari, jew il-bidla għandhom jitqiesu li jkunu nħarġu skont dan ir-Regolament.
2.  

Rigward ċertifikati tat-tip supplementari li għalihom kien għaddej proċess ta’ ċertifikazzjoni minn Stat Membru fit-28 ta’ Settembru 2003 skont il-proċeduri tal-JAA applikabbli għal ċertifikat tat-tip supplementari u rigward bdil maġġuri fil-prodotti, propost minn persuni oħrajn barra d-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott, li għalih kien għaddej proċess ta’ ċertifikazzjoni minn Stat Membru fit-28 ta’ Settembru 2003 skont il-proċeduri nazzjonali applikabbli, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

jekk kien qed jiġi eżegwit proċess ta’ ċertifikazzjoni minn diversi Stati Membri, il-proġett l-aktar avvanzat għandu jintuża bħala referenza;

(b) 

il-punti 21.A.113 (a) u (b) tal-Anness I (il-Parti 21) m’għandhomx japplikaw;

(c) 

il-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għandha tkun dik stabbilita mill-JAA jew, fejn ikun applikabbli, l-Istat Membru fid-data tal-applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari jew approvazzjoni għal bidla maġġuri;

(d) 

konstatazzjonijiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-JAA jew l-Istat Membru għandhom jitqiesu li tkun għamlithom l-Aġenzija għall-iskop ta’ konformità mal-punt 21.A.115(a) tal-Anness I (il-Parti 21).

▼M2 —————

▼B

Artikolu 6

Validità kontinwa ta’ ċertifikati ta’ partijiet u tagħmir

1.  
Approvazzjonijiet ta’ partijiet u tagħmir maħruġa minn Stat Membru u li kienu validi fit-28 ta’ Settembru 2003 għandhom jitqiesu li nħarġu skont dan ir-Regolament.
2.  

Rigward partijiet u tagħmir li għalihom kien għaddej proċess ta’ awtorizzazzjoni minn Stat Membru fit-28 ta’ Settembru 2003, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

jekk kien qed jiġi eżegwit proċess ta’ awtorizzazzjoni minn diversi Stati Membri, il-proġett l-aktar avvanzat għandu jintuża bħala referenza;

(b) 

il-punt 21.A.603 tal-Anness I (il-Parti 21) m’għandux japplika;

(c) 

ir-rekwiżiti għad-dejta applikabbli stabbiliti fil- punt 21.A.605 tal-Anness I (il-Parti 21) għandhom ikunu dawk stabbiliti mill-Istat Membru rilevanti fid-data tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni jew awtorizzazzjoni;

(d) 

konstatazzjonijiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-Istat Membru rilevanti għandhom jitqiesu li tkun għamlithom l-Aġenzija għall-iskop ta’ konformità mal-punt 21.A.606(b) tal-Anness I (il-Parti 21).

Artikolu 7

Permess għat-titjir

Il-kundizzjonijiet determinati qabel it-28 ta’ Marzu 2007 mill-Istati Membri għall-permessi għat-titjir jew ċertifikat tal-airworthiness ieħor maħruġ għal inġenju tal-ajru li ma kellux ċertifikat tal-airworthiness jew ċertifikat tal-airworthiness ristrett maħruġ skont dan ir-Regolament, jitqiesu li jkunu ġew iddeterminati skont dan ir-Regolament, sakemm l-Aġenzija ma tkunx iddeċidiet qabel it-28 ta’ Marzu 2008 li dawn il-kundizzjonijiet ma jipprevedux livell ta’ sigurtà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew dan ir-Regolament.

▼M2

Artikolu 7a

Dejta tal-adegwatezza operattiva

1.  
Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip ta’ inġenju tal-ajru maħruġ qabel is-17 ta’ Frar 2014 li beħsiebu jikkunsinna inġenju tal-ajru ġdid lil operatur stabbilit fl-UE fis-17 ta’ Frar 2014 jew wara dik id-data, għandu jikseb approvazzjoni skont il-punt 21.A.21(e) tal-Anness I (il-Parti 21), ħlief fir-rigward tas-sillabu minimu tat-taħriġ għall-klassifikazzjoni tat-tip tal-persunal awtorizzat li jiċċertifika l-manutenzjoni u ħlief fir-rigward tad-dejta li sservi ta’ sors għall-validazzjoni tal-inġenji tal-ajru li tappoġġa l-kwalifikazzjoni oġġettiva tas-simulatur(i). L-approvazzjoni għandha tinkiseb sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Diċembru 2015 jew qabel ma l-inġenju tal-ajru jitħaddem minn operatur stabbilit fl-UE, skont liema waħda minnhom taħbat l-aħħar. Id-dejta tal-adegwatezza operattiva tista’ tkun limitata għall-mudell li jiġi kkunsenjat.
2.  
L-applikant għal ċertifikat tat-tip ta’ inġenju tal-ajru li jkun applika qabel is-17 ta’ Frar 2014 u li ma jkunx inħariġlu ċertifikat tat-tip qabel is-17 ta’ Frar 2014 għandu jikseb approvazzjoni skont il-paragrafu 21.A.21(e) tal-Anness I (il-Parti 21), ħlief fir-rigward tas-sillabu minimu tat-taħriġ għall-klassifikazzjoni tat-tip tal-persunal awtorizzat li jiċċertifika l-manutenzjoni u ħlief fir-rigward tad-dejta li sservi ta’ sors għall-validazzjoni tal-inġenji tal-ajru li tappoġġa l-kwalifikazzjoni oġġettiva tas-simulatur(i). L-approvazzjoni għandha tinkiseb sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Diċembru 2015 jew qabel ma l-inġenju tal-ajru jitħaddem minn operatur stabbilit fl-UE, skont liema waħda minnhom taħbat l-aħħar. Il-konstatazzjonijiet ta’ konformità li jsiru mill-awtoritajiet fil-kuntest tal-proċeduri mwettqin mill-Bord tal-Evalwazzjoni Operattiva taħt ir-responsabbiltà tal-JAA jew tal-Aġenzija qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu aċċettati mill-Aġenzija mingħajr aktar verifiki.
3.  
Ir-rapporti tal-Bord tal-Evalwazzjoni Operattiva u l-listi tat-tagħmir minimu ta’ referenza maħruġin skont il-proċeduri tal-JAA jew mill-Aġenzija qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu d-dejta tal-adegwatezza operattiva approvata skont il-punt 21.A.21(e) tal-Anness I (il-Parti 21) u għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikat tat-tip rilevanti. Qabel it-18 ta’ Ġunju 2014, id-detenturi taċ-ċertifikati tat-tip rilevanti għandhom jipproponu lill-Aġenzija t-tqassim tad-dejta tal-adegwatezza operattiva f’dejta obbligatorja u f’dejta li mhix obbligatorja.
4.  
Id-detenturi ta’ ċertifikat tat-tip li jinkludi fih dejta tal-adegwatezza operattiva għandhom ikunu obbligati jiksbu, qabel it-18 ta’ Diċembru 2015, approvazzjoni għal estensjoni tal-kamp tal-applikazzjoni tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn tagħhom jew għal proċeduri alternattivi għall-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn, kif ikun applikabbli, biex jinkludu l-aspetti tal-adegwatezza operattiva.

▼B

Artikolu 8

Organizzazzjonijiet tad-disinn

1.  
Organizzazzjoni responsabbli mid-disinn ta’ prodotti, partijiet u tagħmir, jew mit-tibdiliet jew tiswijiet ta’ dawn, għandha turi l-kapaċità tagħha f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21).

▼M12

2.  
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għad-disinn ta’ prodotti li l-post ewlieni tan-negozju tagħha jkun fi Stat Membru u li tapplika għal jew ikollha ċertifikat għad-disinn ta’ prodotti, jew għal bidliet jew għal tiswijiet fihom, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tista’, alternattivament, turi l-kapaċità tagħha f’konformità mal-Anness Ib (il-Parti 21 Light).
3.  
Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi involuti fid-disinn ta’ inġenji tal-ajru soġġetti għal dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn imsemmija fl-Artikolu 2(3) ma għandhomx bżonn juru l-kapaċità tagħhom.

▼M9

4.  
B’deroga mill-punti 21.B.433(d)(1) u (2) tal-Anness I (il-Parti 21), organizzazzjoni tad-disinn li jkollha ċertifikat ta’ approvazzjoni validu maħruġ f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) tista’ tikkoreġi, sas-7 ta’ Marzu 2025, kwalunkwe konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità relatata mar-rekwiżiti tal-Anness I introdotta bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/201 ( 1 ).

Fil-każ li wara s-7 ta’ Marzu 2025 l-organizzazzjoni ma tkunx għalqet tali konstatazzjoni, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni għandu jiġi revokat, limitat jew sospiż kompletament jew parzjalment.

▼M12

5.  

Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, organizzazzjoni li l-post ewlieni tan-negozju tagħha ma jkunx fi Stat Membru, tista’ turi l-kapaċità tagħha billi jkollha ċertifikat maħruġ mill-Istat għall-prodott, għall-parti u għat-tagħmir li għalihom hija tkun qiegħda tapplika f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21), dment li:

(a) 

l-Istat ikun l-Istat tad-disinn;

(b) 

l-Aġenzija tkun stabbiliet li s-sistema ta’ dak l-Istat tkun tinkludi l-istess livell indipendenti ta’ verifika tal-konformità kif previst f’dan ir-Regolament, jew permezz ta’ sistema ekwivalenti ta’ approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet, jew permezz tal-involviment dirett tal-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat.

▼M14

6.  
L-approvazzjonijiet għal organizzazzjonijiet tad-disinn maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità mar-rekwiżiti u mal-proċeduri tal-JAA u validi qabel it-28 ta’ Settembru 2003 għandhom jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament.

▼M14

Artikolu 9

Organizzazzjonijiet tal-Produzzjoni

1.  
Organizzazzjoni responsabbli mill-manifattura ta’ prodotti, partijiet u apparati għandha turi l-kapaċità tagħha f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti 21). Din id-dimostrazzjoni tal-kapaċità mhijiex meħtieġa għall-partijiet jew għall-apparati li timmanifattura organizzazzjoni li, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti 21), ikunu eliġibbli għall-installazzjoni fi prodott iċċertifikat tat-tip mingħajr il-ħtieġa li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (jiġifieri l-Formola 1 tal-EASA).
2.  

B’deroga mill-punt 1, manifattur li l-post ewlieni tiegħu tan-negozju ma jkunx fi Stat Membru, jista’ juri l-kapaċità tiegħu billi jkollu ċertifikat maħruġ minn dak l-Istat għall-prodott, għall-parti u għall-apparat li għalihom dan ikun qed japplika, sakemm:

(a) 

l-Istat ikun l-Istat tal-manifattura; kif ukoll

(b) 

l-Aġenzija tkun stabbiliet li s-sistema ta’ dak l-Istat tkun tinkludi l-istess livell indipendenti ta’ verifika tal-konformità kif previst f’dan ir-Regolament, jew permezz ta’ sistema ekwivalenti ta’ approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet, jew permezz tal-involviment dirett tal-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat.

3.  
L-approvazzjonijiet ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità mal-kriterji u l-proċeduri tal-JAA, u li validi qabel it-28 ta’ Settembru 2003, għandhom jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament.
4.  
B’deroga mill-paragrafu 1, l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tista’ tapplika għand l-awtorità kompetenti għal eżenzjonijiet mir-rekwiżiti għall-protezzjoni ambjentali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139.
5.  
B’deroga mill-punti 21.B.225(d)(1) u (2) tal-Anness I (il-Parti 21), organizzazzjoni tal-produzzjoni li jkollha ċertifikat tal-approvazzjoni validu maħruġ f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) għandha sas-7 ta’ Marzu 2025 biex tikkoreġi s-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità relatati mar-rekwiżiti tal-Anness I introdotti mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/201 ( 2 ).

Jekk, wara s-7 ta’ Marzu 2025 l-organizzazzjoni ma tkunx għalqet dawk is-sejbiet, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni għandu jiġi revokat, limitat jew sospiż għalkollox jew parzjalment.

6.  
B’deroga mill-punt 21.A.125C(a)(1) tal-Anness I (il-Parti 21), organizzazzjoni li tipproduċi prodotti, partijiet jew tagħmir mingħajr ċertifikat tal-approvazzjoni u li jkollha ittra ta’ ftehim valida maħruġa fis-7 ta’ Marzu 2023 jew qabel, f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) ma għandhiex tintalab tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I introdotti mir-Regolament Delegat (UE) 2022/201.
7.  
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, persuna fiżika jew ġuridika li l-post prinċipali tan-negozju tagħha jkun fi Stat Membru u li tkun responsabbli għall-manifattura ta’ prodotti u tal-partijiet u tat-tagħmir tagħhom f’konformità mal-Artikolu 2(2) tista’ alternattivament turi l-kapaċità tagħha f’konformità mal-Anness Ib (il-Parti 21 Light).
8.  

Il-wiri tal-kapaċità skont il-paragrafi 1 jew 2 ma għandux ikun meħtieġ meta l-organizzazzjoni tal-produzzjoni jew il-persuna fiżika jew ġuridika tkun involuta fl-attivitajiet tal-manifattura li ġejjin:

(a) 

il-manifattura ta’ partijiet jew ta’ tagħmir li jkun eliġibbli, f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21), għall-installazzjoni fi prodott b’ċertifikazzjoni tat-tip mingħajr il-ħtieġa li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (jiġifieri l-Formola 1 tal-EASA);

(b) 

il-manifattura ta’ partijiet li huma eliġibbli, f’konformità mal-Anness Ib (il-Parti 21 Light), għall-installazzjoni f’inġenju tal-ajru li kien soġġett għal dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn mingħajr il-ħtieġa li jkun akkumpanjat minn ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (jiġifieri l-Formola 1 tal-EASA);

(c) 

il-manifattura ta’ inġenju tal-ajru li kien soġġett għal dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn imsemmija fl-Artikolu 2(3), u ta’ partijiet li huma eliġibbli għall-installazzjoni fuq tali inġenju tal-ajru. F’każ bħal dan, l-attivitajiet ta’ manifattura għandhom jitwettqu f’konformità mas-Subparti R tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) minn organizzazzjoni tal-produzzjoni jew minn persuna fiżika jew ġuridika li l-post prinċipali tan-negozju tagħha jkun fi Stat Membru.

▼M12

Artikolu 10

Miżuri meħudin mill-Aġenzija

1.  
L-Aġenzija għandha tiżviluppa mezzi aċċettabbli ta’ konformità (“MAK”) li l-awtoritajiet, l-organizzazzjonijiet u l-persunal kompetenti jistgħu jużaw sabiex juru l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti 21) u tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light).
2.  
Il-MAK li toħroġ l-Aġenzija la għandhom idaħħlu rekwiżiti ġodda u lanqas ma għandhom itaffu r-rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti 21) u tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light).

▼B

Artikolu 11

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

PARTI 21

Iċ-ċertifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll ta’ organizzazzjonijiet tad-disinn u l-produzzjoni

▼M9

Werrej

21.1

Awtorità kompetenti

21.2

Kamp ta’ applikazzjoni

TAQSIMA A — REKWIŻITI TEKNIĊI

SUBPARTI A — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21.A.1

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.2

Impenn minn persuna oħra għajr l-applikant għal, jew id-detentur ta’, ċertifikat

21.A.3 A

Sistema ta’ rappurtar

21.A.3B

Direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà

21.A.4

Koordinazzjoni bejn id-disinn u l-produzzjoni

21.A.5

Żamma tar-reġistri

21.A.6

Manwali

21.A.7

Struzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa

21.A.9

Aċċess u investigazzjoni

SUBPARTI B — ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETT

21.A.11

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.13

Eliġibbiltà

21.A.14

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.15

Applikazzjoni

21.A.19

Bidliet li jkunu jeħtieġu ċertifikat tat-tip ġdid

21.A.20

Dimostrazzjoni tal-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data dwar l-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali

21.A.21

Rekwiżiti għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett

21.A.31

Disinn tat-tip

21.A.33

Spezzjonijiet u testijiet

21.A.35

Testijiet tat-titjira

21.A.41

Ċertifikat tat-tip

21.A.44

Obbligi tad-detentur

21.A.47

Trasferibbiltà

21.A.51

Durata u validità kontinwa

21.A.62

Disponibbiltà tad-data dwar l-adegwatezza operattiva

21.A.65

Integrità strutturali kontinwa għall-istrutturi tal-ajruplani

(SUBPARTI C — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI D — BIDLIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETT

21.A.90 A

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.90B

Bidliet standard

21.A.90C

Bidliet awtonomi fl-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa

21.A.91

Klassifikazzjoni tal-bidliet f’ċertifikat tat-tip

21.A.92

Eliġibbiltà

21.A.93

Applikazzjoni

21.A.95

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ bidla minuri

21.A.97

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ bidla maġġuri

21.A.101

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data dwar l-adegwatezza operattiva u rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għal bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip

21.A.108

Disponibbiltà tad-data dwar l-adegwatezza operattiva

21.A.109

Obbligi u mmarkar tal-EPA

SUBPARTI E — ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLIMENTARI

21.A.111

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.112 A

Eliġibbiltà

21.A.112B

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.113

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplimentari

21.A.115

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ bidliet maġġuri fl-għamla ta’ ċertifikat tat-tip supplimentari

21.A.116

Trasferibbiltà

21.A.117

Bidliet f’dik il-parti ta’ prodott li hija koperta minn ċertifikat tat-tip supplimentari

21.A.118 A

Obbligi u mmarkar tal-EPA

21.A.118B

Durata u validità kontinwa

21.A.120B

Disponibbiltà tad-data dwar l-adegwatezza operattiva

SUBPARTI F — PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.A.121

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.122

Eliġibbiltà

21.A.124

Applikazzjoni

21.A.124 A

Mezzi tal-konformità

21.A.125 A

Ħruġ ta’ ittra ta’ ftehim

21.A.125B

Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet

21.A.125C

Durata u validità kontinwa

21.A.126

Sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni

21.A.127

Testijiet: inġenju tal-ajru

21.A.128

Testijiet: magni u skrejjen

21.A.129

Obbligi tal-organizzazzjoni relatata mal-produzzjoni

21.A.130

Dikjarazzjoni tal-konformità

SUBPARTI G — APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.A.131

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.133

Eliġibbiltà

21.A.134

Applikazzjoni

21.A.134 A

Mezzi tal-konformità

21.A.135

Ħruġ tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni

21.A.139

Sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni

21.A.143

Espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni

21.A.145

Riżorsi

21.A.147

Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni

21.A.148

Bidliet fil-post

21.A.149

Trasferibbiltà

21.A.151

Termini tal-approvazzjoni

21.A.153

Bidliet fit-termini tal-approvazzjoni

21.A.158

Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet

21.A.159

Durata u validità kontinwa

21.A.163

Privileġġi

21.A.165

Obbligi tad-detentur

SUBPARTI H — ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI

21.A.171

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.172

Eliġibbiltà

21.A.173

Klassifikazzjoni

21.A.174

Applikazzjoni

21.A.175

Lingwa

21.A.177

Emenda jew modifika

21.A.179

Trasferibbiltà u ħrug mill-ġdid fl-Istati Membri

21.A.181

Durata u validità kontinwa

21.A.182

Identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru

SUBPARTI I — ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU

21.A.201

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.203

Eliġibbiltà

21.A.204

Applikazzjoni

21.A.207

Emenda jew modifika

21.A.209

Trasferibbiltà u ħrug mill-ġdid fl-Istati Membri

21.A.211

Durata u validità kontinwa

SUBPARTI J — APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

21.A.231

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.233

Eliġibbiltà

21.A.234

Applikazzjoni

21.A.235

Ħruġ tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn

21.A.239

Sistema ta’ ġestjoni tad-disinn

21.A.243

Manwal

21.A.245

Riżorsi

21.A.247

Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn

21.A.249

Trasferibbiltà

21.A.251

Termini tal-approvazzjoni

21.A.253

Bidliet fit-termini tal-approvazzjoni

21.A.258

Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet

21.A.259

Durata u validità kontinwa

21.A.263

Privileġġi

21.A.265

Obbligi tad-detentur

SUBPARTI K — PARTIJIET U TAGĦMIR

21.A.301

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.303

Konformità mar-rekwiżiti applikabbli

21.A.305

Approvazzjoni ta’ partijiet u tagħmir

21.A.307

L-eliġibbiltà ta’ partijiet u tagħmir għall-installazzjoni

(SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI M — TISWIJIET

21.A.431 A

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.431B

Tiswijiet standard

21.A.432 A

Eliġibbiltà

21.A.432B

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.432C

Applikazzjoni għall-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija

21.A.433

Rekwiżiti għall-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija

21.A.435

Klassifikazzjoni u approvazzjoni tad-disinji tat-tiswija

21.A.439

Produzzjoni ta’ partijiet tat-tiswija

21.A.441

Inkorporazzjoni tat-tiswija

21.A.443

Limitazzjonijiet

21.A.445

Ħsara mhux imsewwija

21.A.451

Obbligi u mmarkar tal-EPA

(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI O — AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW

21.A.601

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.602 A

Eliġibbiltà

21.A.602B

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.603

Applikazzjoni

21.A.604

Awtorizzazzjoni tal-ETSO għal unità ta’ potenza awżiljari (APU)

21.A.605

Rekwiżiti tad-data

21.A.606

Rekwiżiti għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO

21.A.607

Privileġġi tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO

21.A.608

Dikjarazzjoni tad-disinn u l-prestazzjoni (DDP)

21.A.609

Obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tal-ETSO

21.A.610

Approvazzjoni għal devjazzjoni

21.A.611

Bidliet fid-disinn

21.A.619

Durata u validità kontinwa

21.A.621

Trasferibbiltà

SUBPARTI P — PERMESS GĦAT-TITJIR

21.A.701

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.703

Eliġibbiltà

21.A.707

Applikazzjoni għal permess għat-titjir

21.A.708

Kundizzjonijiet tat-titjir

21.A.709

Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir

21.A.710

Approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir

21.A.711

Ħruġ ta’ permess għat-titjir

21.A.713

Bidliet

21.A.715

Lingwa

21.A.719

Trasferibbiltà

21.A.723

Durata u validità kontinwa

21.A.725

Tiġdid ta’ permess għat-titjir

21.A.727

Obbligi tad-detentur ta’ permess għat-titjir

SUBPARTI Q — IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR

21.A.801

Identifikazzjoni ta’ prodotti

21.A.803

Immaniġġjar tad-data tal-identifikazzjoni

21.A.804

Identifikazzjoni ta’ partijiet u ta’ tagħmir

21.A.805

Identifikazzjoni ta’ partijiet kritiċi

21.A.807

Identifikazzjoni ta’ oġġetti tal-ETSO

TAQSIMA B — PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

SUBPARTI A — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21.B.10

Dokumentazzjoni tas-sorveljanza

21.B.15

Informazzjoni lill-Aġenzija

21.B.20

Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza

21.B.25

Sistema ta’ ġestjoni

21.B.30

Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet ikkwalifikati

21.B.35

Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni

21.B.55

Żamma tar-reġistri

21.B.65

Sospensjoni, limitazzjoni u revoka

SUBPARTI B — ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETT

21.B.70

Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni

21.B.75

Kundizzjonijiet speċjali

21.B.80

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett

21.B.82

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal ċertifikat tat-tip ta’ inġenju tal-ajru jew ċertifikat tat-tip ristrett

21.B.85

Deżinjazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett

21.B.100

Livell ta’ involviment

21.B.103

Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett

(SUBPARTI C — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI D — BIDLIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETT

21.B.105

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip

21.B.107

Ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ bidla f’ċertifikat tat-tip

SUBPARTI E — ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLIMENTARI

21.B.109

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal ċertifikat tat-tip supplimentari

21.B.111

Ħrug ta’ ċertifikat tat-tip supplimentari

SUBPARTI F — PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.B.115

Mezzi tal-konformità

21.B.120

Proċedura ta’ ċertifikazzjoni inizjali

21.B.125

Konstatazzjonijiet u azzjonijiet korrettivi; osservazzjonijiet

21.B.135

Żamma tal-ittra ta’ ftehim

21.B.140

Emenda fl-ittra ta’ ftehim

SUBPARTI G — APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.B.215

Mezzi tal-konformità

21.B.220

Proċedura ta’ ċertifikazzjoni inizjali

21.B.221

Prinċipji ta’ sorveljanza

21.B.222

Programm ta’ sorveljanza

21.B.225

Konstatazzjonijiet u azzjonijiet korrettivi; osservazzjonijiet

21.B.240

Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni

SUBPARTI H — ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI

21.B.320

Investigazzjoni

21.B.325

Ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà

21.B.326

Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà

21.B.327

Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett

SUBPARTI I — ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU

21.B.420

Investigazzjoni

21.B.425

Ħruġ ta’ ċertifikati tal-istorbju

SUBPARTI J — APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

21.B.430

Proċedura ta’ ċertifikazzjoni inizjali

21.B.431

Prinċipji ta’ sorveljanza

21.B.432

Programm ta’ sorveljanza

21.B.433

Konstatazzjonijiet u azzjonijiet korrettivi; osservazzjonijiet

21.B.435

Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn

SUBPARTI K — PARTIJIET U TAGĦMIR

(SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI M — TISWIJIET

21.B.450

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għal approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija maġġuri

21.B.453

Ħruġ ta’ approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija

(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI O — AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW

21.B.480

Ħruġ ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO

SUBPARTI P — PERMESS GĦAT-TITJIR

21.B.520

Investigazzjoni

21.B.525

Ħruġ ta’ permess għat-titjir

SUBPARTI Q — IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR

Appendiċi

Appendiċi I — Il-Formola 1 tal-EASA — Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat

Appendiċi II — Il-Formoli 15a u 15c tal-EASA — Ċertifikat ta’ Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà

Appendiċi III — Il-Formola 20a tal-EASA — Permess għat-Titjir

Appendiċi IV — Il-Formola 20b tal-EASA — Permess għat-Titjir (maħruġ minn organizzazzjonijiet approvati)

Appendiċi V — Il-Formola 24 tal-EASA — Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà Ristrett

Appendiċi VI – Il-Formola 25 tal-EASA — Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà

Appendiċi VII — Il-Formola 45 tal-EASA — Ċertifikat tal-Istorbju

Appendiċi VIII — Il-Formola 52 tal-EASA — Dikjarazzjoni tal-Konformità tal-Inġenju tal-Ajru

Appendiċi IX — Il-Formola 53 tal-EASA — Ċertifikat tar-Rilaxx għas-Servizz

Appendiċi X — Il-Formola 55 tal-EASA — Ċertifikat ta’ Approvazzjoni ta’ Organizzazzjoni tal-Produzzjoni

Appendiċi XI — Il-Formola 65 tal-EASA — Ittra ta’ Ftehim għall-produzzjoni mingħajr l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni

Appendiċi XII — Kategoriji ta’ testijiet tat-titjira u l-kwalifika tal-ekwipaġġ assoċjat tat-titjira bi prova.

▼M10

21.1.    Awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-“awtorità kompetenti” għandha tkun:

(a) 

għat-Taqsima A, is-Subparti A,

1. 

għall-organizzazzjonijiet tad-disinn, l-Aġenzija;

2. 

għall-organizzazzjonijiet tal-produzzjoni li għandhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom f’territorju li għalih Stat Membru huwa responsabbli, skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944 (“il-Konvenzjoni ta’ Chicago”), l-awtorità maħtura minn dak l-Istat Membru jew minn Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2018/1139, jew l-Aġenzija, jekk ir-responsabbiltà tkun ġiet allokata mill-ġdid lill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 64 jew 65 tar-Regolament (UE) 2018/1139;

3. 

għall-organizzazzjonijiet tal-produzzjoni li għandhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom barra minn territorju li għalih Stat Membru huwa responsabbli skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago, l-Aġenzija;

(b) 

għat-Taqsima A, is-Subpartijiet B, D, E, J, K, M, O u Q, l-Aġenzija;

(c) 

għat-Taqsima A, is-Subpartijiet F u G:

1. 

għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom f’territorju li għalih Stat Membru huwa responsabbli skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago, l-awtorità maħtura minn dak l-Istat Membru jew minn Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2018/1139, jew l-Aġenzija jekk ir-responsabbiltà tkun ġiet allokata mill-ġdid lill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 64 jew, fir-rigward tas-Subparti G, l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2018/1139;

2. 

għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom barra minn territorju li għalih Stat Membru huwa responsabbli skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago, l-Aġenzija;

(d) 

għat-Taqsima A, is-Subpartijiet H u I, l-awtorità l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih ikun irreġistrat jew se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru.

(e) 

għat-Taqsima A, is-Subparti P:

1. 

għall-inġenji tal-ajru rreġistrati fi Stat Membru, l-awtorità maħtura mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni;

2. 

għall-inġenji tal-ajru mhux irreġistrati, l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li jkun ppreskriva l-marki ta’ identifikazzjoni;

3. 

għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir relatati mas-sikurezza tad-disinn, l-Aġenzija.

▼M10

21.2.    Kamp ta’ applikazzjoni

It-Taqsima A ta’ dan l-Anness tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jippreżentaw id-drittijiet u l-obbligi tal-applikant għal, u tad-detentur ta’, kwalunkwe ċertifikat maħruġ jew li għandu jinħareġ f’konformità ma’ dan l-Anness.

It-Taqsima B ta’ dan l-Anness tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kompiti ta’ sorveljanza u ta’ infurzar taċ-ċertifikazzjoni, kif ukoll ir-rekwiżiti tas-sistema amministrattiva u ta’ ġestjoni li l-awtorità kompetenti li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness għandha tirrispetta.

▼B

TAQSIMA A

REKWIŻITI TEKNIĊI

SUBPARTI A —   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

▼M9

21.A.1    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi ġenerali tal-applikant għal, u tad-detentur ta’, kwalunkwe ċertifikat li jkun inħareġ jew li għandu jinħareġ f’konformità ma’ dan l-Anness.

▼B

21.A.2    Impenn minn persuna oħra għajr l-applikant għal, jew id-detentur ta’, ċertifikat

L-azzjonijiet u l-obbligi meħtieġa li jittieħdu kif suppost mid-detentur ta’, jew mill-applikant għal, ċertifikat għal xi prodott, parti jew tagħmir taħt din it-Taqsima, jistgħu jittieħdu f’ismu minn kwalunkwe persuna oħra, fiżika jew ġuridika, sakemm id-detentur ta’, jew l-applikant għal, dak iċ-ċertifikat ikun jista’ juri li dan ikun għamel ftehim mal-persuna l-oħra biex ikun żgurat li l-obbligi tad-detentur ikunu jew ikunu se jiġu eżegwiti kif suppost.

▼M9

21.A.3 A    Sistema ta’ rappurtar

(a) 

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li għandhom jew li applikaw għal ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplimentari, awtorizzazzjoni tal-Ordni tal-Istandard Tekniku Ewropew (ETSO), approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri jew kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet skont dan ir-Regolament għandhom:

1. 

jistabbilixxu u jżommu sistema għall-ġbir, l-investigazzjoni u l-analiżi tar-rapporti tal-okkorrenzi sabiex jiġu identifikati x-xejriet negattivi jew biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet u jiġu estratti okkorrenzi li r-rappurtar tagħhom huwa obbligatorju f’konformità mal-punt 3 u dawk li jiġu rrapportati b’mod volontarju. Meta l-post prinċipali tan-negozju jkun jinsab fi Stat Membru, tista’ tiġi stabbilita sistema unika biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu u tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. Is-sistema ta’ rappurtar għandha tinkludi:

(i) 

rapporti u informazzjoni relatati ma’ ħsarat, funzjonament ħażin, difetti jew okkorrenzi oħra li jikkawżaw jew li jistgħu jikkawżaw effetti negattivi fuq l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir koperti miċ-ċertifikat tat-tip, miċ-ċertifikat tat-tip ristrett, miċ-ċertifikat tat-tip supplimentari, mill-awtorizzazzjoni tal-ETSO, mill-approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri jew minn kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet skont dan ir-Regolament;

(ii) 

żbalji, kważi aċċidenti u perikli li ma jaqgħux taħt il-punt (i);

2. 

jagħmlu disponibbli lill-operaturi magħrufa tal-prodott, ta’ parti jew ta’ tagħmir u, fuq talba, lil kwalunkwe persuna awtorizzata taħt atti ta’ implimentazzjoni jew delegati oħrajn, l-informazzjoni dwar is-sistema stabbilita f’konformità mal-punt 1, u dwar kif għandhom jiġu pprovduti rapporti u informazzjoni relatati ma’ ħsarat, funzjonament ħażin, difetti jew okkorrenzi oħra msemmija fil-punt 1(i);

3. 

jirrapportaw lill-Aġenzija kwalunkwe ħsara, funzjonament ħażin, difett jew okkorrenza oħra li jkunu konxji tagħhom u li jkunu relatati ma’ prodott, parti jew tagħmir kopert miċ-ċertifikat tat-tip, miċ-ċertifikat tat-tip ristrett, miċ-ċertifikat tat-tip supplimentari, mill-awtorizzazzjoni tal-ETSO, mill-approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri jew minn kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet skont dan ir-Regolament, u li jkunu rriżultaw jew jistgħu jirriżultaw f’kundizzjoni mhux sikura.

(b) 

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha jew li tkun applikat għal ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni taħt is-Subparti G ta’ din it-Taqsima, jew li tipproduċi prodott, parti jew tagħmir taħt is-Subparti F ta’ din it-Taqsima, għandha:

1. 

tistabbilixxi u żżomm sistema għall-ġbir u l-valutazzjoni tar-rapporti ta’ okkorrenzi, inklużi rapporti dwar żbalji, kważi aċċidenti u perikli, sabiex jiġu identifikati x-xejriet negattivi jew biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet u jiġu estratti okkorrenzi li r-rappurtar tagħhom huwa obbligatorju f’konformità mal-punti 2 u 3 u dawk li jiġu rrapportati b’mod volontarju. Għall-organizzazzjonijiet li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru, tista’ tiġi stabbilita sistema unika biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu u tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu;

2. 

tirrapporta lid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn responsabbli l-każijiet kollha fejn il-prodotti, il-partijiet jew it-tagħmir ikunu ġew rilaxxati mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni u sussegwentement ikunu ġew identifikati devjazzjonijiet possibbli mid-data tad-disinn applikabbli, u tinvestiga mad-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn biex tidentifika dawk id-devjazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal kundizzjoni mhux sikura;

3. 

tirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli f’konformità mal-punt 21.1, u lill-Aġenzija, id-devjazzjonijiet li ġew identifikati f’konformità mal-punt 21.A.3 A(b)2 u li jistgħu jwasslu għal kundizzjoni mhux sikura;

4. 

jekk l-organizzazzjoni tal-produzzjoni taġixxi bħala fornitur għal organizzazzjoni tal-produzzjoni oħra, tirrapporta wkoll lil dik l-organizzazzjoni l-oħra l-każijiet kollha fejn tkun irrilaxxat prodotti, partijiet jew tagħmir lil dik l-organizzazzjoni u devjazzjonijiet possibbli mid-data tad-disinn applikabbli sussegwentement applikabbli.

(c) 

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, meta tirrapporta f’konformità mal-punti (a)(3), (b)(2), (b)(3) u (b)(4), għandha tipproteġi b’mod xieraq il-kunfidenzjalità tal-persuna li tirrapporta u tal-persuna/i msemmija fir-rapport.

(d) 

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tagħmel ir-rapporti msemmija fil-punti (a)(3) u (b)(3) f’għamla u b’manjiera stabbiliti mill-Aġenzija jew mill-awtorità kompetenti, rispettivament, u tibgħathom mill-aktar fis prattikabbli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li l-persuna fiżika jew ġuridika tkun identifikat li l-okkorrenza tista’ twassal għal kundizzjoni mhux sikura possibbli, sakemm ma jinqalgħux ċirkostanzi eċċezzjonali li ma jippermettux dan.

(e) 

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, jekk okkorrenza rrapportata skont il-punt (a)(3) jew skont il-punt (b)(3) tirriżulta minn nuqqas fid-disinn jew minn nuqqas fil-produzzjoni, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett, taċ-ċertifikat tat-tip supplimentari, tal-approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri, tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO jew ta’ kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet skont dan ir-Regolament, jew l-organizzazzjoni tal-produzzjoni kif xieraq, għandu jinvestiga r-raġuni għan-nuqqas u jirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli f’konformità mal-punt 21.1 u lill-Aġenzija r-riżultati tal-investigazzjoni tagħha u kwalunkwe azzjoni li jkollu l-ħsieb li jieħu jew li jipproponi li tittieħed biex jiġi kkoreġut dak in-nuqqas.

(f) 

Jekk l-awtorità kompetenti ssib li tkun meħtieġa azzjoni biex jiġi kkoreġut in-nuqqas, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett, taċ-ċertifikat tat-tip supplimentari, tal-approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri, tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO, jew ta’ kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, jew l-organizzazzjoni tal-produzzjoni kif xieraq, għandha tissottometti d-data rilevanti lill-awtorità kompetenti fuq talba tagħha.

▼B

21.A.3B    Direttivi tal-airworthiness

(a) Direttiva tal-airworthiness tfisser dokument maħruġ jew adottat mill-Aġenzija li jimponi azzjonijiet li għandhom jitwettqu fuq inġenju tal-ajru biex dawn jerġgħu lura għal livell aċċettabbli ta’ sikurezza, meta l-evidenza turi li l-livell ta’ sikurezza ta’ dan l-inġenju tal-ajru altrimenti tista’ tkun kompromessa.

(b) L-Aġenzija għandha toħroġ direttiva tal-airworthiness meta:

1. 

ikun ġie stabbilita mill-Aġenzija li teżisti kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza f’inġenju tal-ajru, u dan b’riżultat ta’ defiċjenza fl-inġenju tal-ajru, jew f’magna, fi skrun, f’parti jew f’tagħmir installat fuq dan l-inġenju tal-ajru; u

2. 

dik il-kundizzjoni x’aktarx li tkun teżisti jew tiżviluppa f’inġenji tal-ajru oħra.

(c) Meta direttiva tal-airworthiness ikollha tinħareġ mill-Aġenzija biex tissewwa l-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza msemmija fil-punt (b), jew biex jintalab it-twettiq ta’ spezzjoni, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari, tal-approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri, tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO jew ta’ kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, għandu:

1. 

jipproponi l-azzjoni xierqa ta’ korrezzjoni jew spezzjonijiet meħtieġa, jew it-tnejn, u jissottometti d-dettalji ta’ dawn il-proposti lill-Aġenzija għall-approvazzjoni;

2. 

wara li tkun ingħatat l-approvazzjoni mill-Aġenzija tal-proposti msemmija taħt il-punt (1), jagħmel disponibbli lill-operaturi jew lis-sidien magħrufa kollha tal-prodott, parti jew tagħmir u, jekk ikun hemm talba, lil kwalunkwe persuna meħtieġa li tikkonforma mad-direttiva tal-airworthiness, id-dejta deskrittiva xierqa kif ukoll l-istruzzjonijiet tal-eżekuzzjoni.

(d) Direttiva tal-airworthiness għandu jkollha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

1. 

identifikazzjoni tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza;

2. 

identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru affettwat;

3. 

l-azzjoni(jiet) meħtieġa;

4. 

iż-żmien ta’ konformità għall-azzjoni(jiet) meħtieġa;

5. 

id-data tad-dħul fis-seħħ.

▼M2

21.A.4    Koordinazzjoni bejn id-disinn u l-produzzjoni

Kull detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplementari, awtorizzazzjoni tal-ETSO, approvazzjoni ta’ tibdila fiċ-ċertifikat tat-tip jew approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija, għandu jikkollabora mal-organizzazzjoni tal-produzzjoni kif ikun meħtieġ biex ikunu żgurati:

(a) 

il-koordinazzjoni sodisfaċenti tad-disinn u l-produzzjoni meħtieġa mill-punti 21 A.122, 21 A.130(b)(3) and (4), 21 A.133 and 21 A.165(c)(2) u (3), kif xieraq; u

(b) 

l-appoġġ xieraq tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott, parti jew tagħmir.

▼M9

21.A.5    Żamma tar-reġistri

Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li jkollhom jew li jkunu applikaw għal ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplimentari, awtorizzazzjoni tal-ETSO, approvazzjoni tad-disinn jew tat-tiswija, permess għat-titjir, ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jew ittra ta’ ftehim skont dan ir-Regolament għandhom:

(a) 

meta jfasslu prodott, parti jew tagħmir, jew bidliet jew tiswijiet għalih, jistabbilixxu sistema għaż-żamma tar-rekords u jżommu l-informazzjoni/data rilevanti dwar id-disinn; din l-informazzjoni/data għandha tkun disponibbli għall-Aġenzija sabiex tipprovdi l-informazzjoni/data li tkun meħtieġa biex tiġi żgurata l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott, parti jew tagħmir, il-validità kontinwa tad-data dwar l-adegwatezza operattiva, u l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali;

(b) 

meta jipproduċu prodott, parti jew tagħmir, jirreġistraw id-dettalji tal-proċess tal-produzzjoni li huwa rilevanti għall-konformità tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir mad-data tad-disinn applikabbli, u r-rekwiżiti imposti fuq is-sħab u l-fornituri tagħhom, u jagħmlu dik id-data disponibbli għall-awtorità kompetenti tagħhom sabiex jipprovdu l-informazzjoni li hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir;

(c) 

fir-rigward tal-permessi tat-titjir:

1. 

iżommu d-dokumenti li jiġu prodotti biex jiġu stabbiliti u ġustifikati l-kundizzjonijiet tat-titjir, u jagħmluhom disponibbli għall-Aġenzija u għall-awtorità kompetenti tagħhom tal-Istat Membru sabiex jipprovdu l-informazzjoni li hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru;

2. 

meta joħorġu permess għat-titjir taħt il-privileġġ ta’ organizzazzjonijiet approvati, iżommu d-dokumenti assoċjati miegħu, inklużi rekords ta’ spezzjoni u dokumenti li jappoġġaw l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir u l-ħruġ tal-permess għat-titjir innifsu, u jagħmluhom disponibbli għall-Aġenzija u għall-awtorità kompetenti tagħhom tal-Istat Membru li hija responsabbli għas-sorveljanza tal-organizzazzjoni sabiex tiġi pprovduta l-informazzjoni li hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru;

(d) 

iżommu rekords tal-kompetenza u tal-kwalifiki, imsemmija fil-punti 21.A.139(c), 21.A.145(b), 21.A.145(c), 21.A.239(c), 21.A.245(a) jew 21.A.245(e)(1), tal-persunal li huwa involut fil-funzjonijiet li ġejjin:

1. 

id-disinn jew il-produzzjoni;

2. 

il-monitoraġġ indipendenti tal-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti rilevanti;

3. 

il-ġestjoni tas-sikurezza;

(e) 

iżommu rekords tal-awtorizzazzjoni tal-persunal, meta jimpjegaw persunal li:

1. 

jeżerċita l-privileġġi tal-organizzazzjoni approvata skont il-punti 21.A.163 u/jew 21.A.263, kif xieraq;

2. 

iwettaq il-funzjoni indipendenti ta’ monitoraġġ tal-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti rilevanti skont il-punti 21.A.139(e) u/jew 21.A.239(e), kif xieraq;

3. 

iwettaq il-funzjoni ta’ verifika indipendenti tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-punt 21.A.239(d)(2).

▼M7

21.A.6    Manwali

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, jew ċertifikat tat-tip supplementari għandu jipproduċi, iżomm u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-manwali jew tal-varjazzjonijiet fil-manwali kollha li huma meħtieġa mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli u mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għall-prodott jew l-oġġett, u jekk jintalab, għandu jipprovdi kopji tagħhom lill-Aġenzija.

21.A.7    Struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa

(a) 

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplementari, approvazzjoni ta’ tibdiliet fid-disinn jew ta’ disinni ta’ tiswija għandu jiżviluppa jew jagħti referenza tal-istruzzjonijiet li huma meħtieġa biex ikun żgurat li jinżamm l-istandard tal-ajrunavigabbiltà marbut mat-tip ta’ inġenju tal-ajru u ma’ kwalunkwe parti assoċjata matul il-ħajja operazzjonali tal-inġenju tal-ajru, meta tintwera l-konformità mal-bażi applikabbli stabbilita u nnotifikata mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21.B.80.

(b) 

Għandu jiġi pprovdut mill-inqas sett wieħed ta’ struzzjonijiet kompluti għal ajrunavigabbiltà kontinwa mid-detentur ta’:

1. 

ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett lil kull sid magħruf ta’ prodott wieħed jew aktar mal-konsenja tiegħu jew mal-ħruġ tal-ewwel ċertifikat ta’ ajrunavigabbiltà jew ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għall-inġenju tal-ajru affettwat, skont liema minnhom iseħħ l-aħħar,

2. 

ċertifikat tat-tip supplementari jew approvazzjoni ta’ tibdiliet fid-disinn għall-operaturi kollha magħrufa tal-prodott affettwat mit-tibdil, mar-rilaxx għas-servizz tal-prodott modifikat,

3. 

approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija lill-operaturi kollha magħrufa tal-prodott affettwat mit-tiswija, mar-rilaxx għas-servizz tal-prodott li fih huwa inkorporat id-disinn tat-tiswija. Il-prodott, il-parti jew it-tagħmir imsewwi jista’ jiġi rilaxxat għas-servizz qabel ma jitlestew l-istruzzjonijiet relatati għal ajrunavigabbiltà kontinwa, iżda dan għandu jkun għal perjodu ta’ servizz limitat, u bi ftehim mal-Aġenzija.

Minn dakinhar ’il quddiem, dawk id-detenturi ta’ approvazzjoni tad-disinn għandhom jagħmlu dawk l-istruzzjonijiet disponibbli fuq talba lil kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ dawk l-istruzzjonijiet.

(c) 

Bħala deroga mill-punt (b), id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett jista’ jipposponi d-disponibbiltà ta’ parti mill-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa, li tittratta l-istruzzjonijiet ta’ kisba fit-tul ta’ natura skedata, sakemm il-prodott jew il-prodott modifikat jidħol fis-servizz, iżda għandu jagħmel dawk l-istruzzjonijiet disponibbli qabel ma jkun meħtieġ l-użu ta’ din id-data għall-prodott jew il-prodott immodifikat.

(d) 

Id-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn, li huwa meħtieġ jipprovdi struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa f’konformità mal-punt (b), għandu wkoll jagħmel il-bidliet f’dawk l-istruzzjonijiet disponibbli lill-operaturi magħrufa kollha tal-prodott affettwat mill-bidla u, fuq talba, lil kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ dawk il-bidliet. Dak id-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn għandu juri lill-Aġenzija, fuq talba, l-adegwatezza tal-proċess li bih il-bidliet fl-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa jsiru disponibbli f’konformità ma’ dan il-punt.

▼M9

21.A.9    Aċċess u investigazzjoni

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha jew li tkun applikat għal ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplimentari, awtorizzazzjoni tal-ETSO, approvazzjoni għal bidliet fid-disinn jew għal tiswija, ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà, ċertifikat tal-istorbju, permess għat-titjir, approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn, ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jew ittra ta’ ftehim skont dan ir-Regolament, għandha:

(a) 

tagħti lill-awtorità kompetenti aċċess għal kwalunkwe faċilità, prodott, parti u tagħmir, dokument, rekord, data, proċess, proċedura jew kwalunkwe materjal ieħor sabiex tanalizza kwalunkwe rapport, tagħmel kwalunkwe spezzjoni, jew twettaq jew tara kwalunkwe test tat-titjira u tal-art, kif meħtieġ, sabiex tivverifika l-konformità inizjali u kontinwa tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu;

(b) 

tagħmel arranġamenti biex tiżgura li l-awtorità kompetenti jkollha aċċess, kif previst fil-punt (a), ukoll fir-rigward tas-sħab, il-fornituri u s-sottokuntratturi tal-persuna fiżika jew ġuridika.

▼B

SUBPARTI B —   ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.A.11    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati tat-tip għall-prodotti u ċertifikati tat-tip ristretti għall-inġenji tal-ajru, kif ukoll tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, jew id-detenturi ta’, dawk iċ-ċertifikati.

21.A.13    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun uriet, jew tinsab fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha f’konformità mal-punt 21.A.14, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrettp taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.

21.A.14    Turija tal-kapaċità

▼M5

(a) Applikant għal ċertifikat tat-tip jew għal ċertifikat tat-tip ristrett għandu juri l-kapaċità tiegħu billi jkollu approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn, mogħtija mill-Aġenzija b'konformità mas-Subparti J.

▼B

(b) B’deroga mill-punt (a), bħala proċedura alternattiva biex juri l-kapaċità tiegħu, applikant jista’ jitlob il-qbil tal-Aġenzija għall-użu ta’ proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi, ir-riżorsi u s-sekwenza ta’ attivitajiet ta’ disinn speċifiku, meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21), meta l-prodott ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

1. 

inġenju tal-ajru tat-tip “ELA2”;

2. 

magna jew skrun installat f’inġenju tal-ajru tat-tip ELA2;

3. 

magna bil-pistin;

4. 

skrun b’angolu tal-qala’ (pitch) fiss jew aġġustabbli.

▼M5

(c) B'deroga mill-punt (a), applikant jista' juri l-kapaċità tiegħu billi jikseb l-aċċettazzjoni tal-Aġenzija għall-programm taċ-ċertifikazzjoni tiegħu stabbilit b'konformità mal-punt 21.A.15(b), meta l-prodott li jrid jiġi ċċertifikat ikun:

1. 

inġenju tal-ajru tat-tip ELA1; jew

2. 

magna jew skrun installati f'inġenju tal-ajru tat-tip ELA1.

▼B

21.A.15    Applikazzjoni

(a) Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għandha ssir f’forma u manjiera stabbilita mill-Aġenzija.

▼M7

(b) Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għandha tinkludi, bħala minimu, id-data deskrittiva preliminari tal-prodott, l-użu maħsub tal-prodott u t-tip ta’ operazzjonijiet li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni. Barra minn hekk, din għandha tinkludi programm taċ-ċertifikazzjoni, jew tiġi supplimentata bih wara l-applikazzjoni inizjali, biex tintwera l-konformità mal-punt 21.A.20, li jkun jikkonsisti minn:

▼M5

1. 

deskrizzjoni dettaljata tad-disinn tat-tip, inkluż il-konfigurazzjonijiet kollha li għandhom jiġu ċċertifikati;

2. 

il-karatteristiċi operattivi u l-limitazzjonijiet proposti;

3. 

l-użu maħsub tal-prodott u t-tip ta' operazzjonijiet li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni;

4. 

proposta għall-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inizjali, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, imħejjija skont ir-rekwiżiti u l-opzjonijiet speċifikati fil-punti 21.B.80, 21.B.82 u 21.B.85;

5. 

proposta għal tqassim tal-programm taċ-ċertifikazzjoni fi gruppi sinifikattivi ta' attivitajiet u ta'data ta' dimostrazzjoni tal-konformità, inkluż proposta għall-mezz ta' konformità u d-dokumenti ta' konformità relatati;

6. 

proposta għall-valutazzjoni tal-gruppi sinifikattivi ta' attivitajiet u ta'data ta' dimostrazzjoni tal-konformità, li jindirizzaw il-probabbiltà ta' nuqqas ta' konformità mhux identifikat mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva jew mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u l-impatt potenzjali ta' dak in-nuqqas ta' konformità fuq is-sikurezza tal-prodotti jew fuq il-protezzjoni ambjentali. Il-valutazzjoni proposta għandha tqis mill-anqas l-elementi msemmija fis-sottopunti (1) sa (4) tal-punt 21.B.100(a). Abbażi ta' din il-valutazzjoni, l-applikazzjoni għandha tinkludi proposta għall-involviment tal-Aġenzija fil-verifika tal-attivitajiet u tad-data tad-dimostrazzjoni tal-konformità; kif ukoll

7. 

skeda tal-proġett li tkun tinkludi t-tappi ewlenin.

(c) Wara s-sottomissjoni inizjali tiegħu lill-Aġenzija, il-programm taċ-ċertifikazzjoni għandu jiġi aġġornat mill-applikant meta jkun hemm bidliet fil-proġett taċ-ċertifikazzjoni li jaffettwaw xi wieħed mill-punti 1 sa 7 tal-punt (b).

▼M7

(d) Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għal inġenju tal-ajru għandha tinkludi suppliment ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, jew tiġi supplimentata bih wara l-applikazzjoni inizjali.

▼M5

(e) Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat ristrett tat-tip ta' ajruplan kbir jew ta' inġenju tal-ajru kbir bir-rotors għandha tkun valida għal ħames snin, u applikazzjoni għal kwalunkwe ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett oħra għandha tkun valida għal tliet snin sakemm, waqt l-applikazzjoni, l-applikant ma jurix li l-prodott tiegħu jeħtieġ perjodu itwal taż-żmien biex ikun jista' juri u jiddikjara l-konformità u l-Aġenzija taqbel mal-perjodu itwal taż-żmien.

(f) Jekk ma jkunx inħareġ ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett, jew jekk ikun evidenti li mhux se jinħareġ, tul il-perjodu taż-żmien stabbilit skont il-punt (e), l-applikant jista':

1. 

jissottometti applikazzjoni ġdida u jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit u notifikat mill-Aġenzija skont il-punti 21.B.80, 21.B.82 u 21.B.85 għad-data tal-applikazzjoni l-ġdida; jew

2. 

japplika għal estensjoni tal-perjodu taż-żmien previst fil-punt (e) u jipproponi data ġdida għall-ħruġ ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat tat-tip ristrett. F'dak il-każ, l-applikant għandu jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit u notifikat mill-Aġenzija skont il-punti 21.B.80, 21.B.82 u 21.B.85 għal data li jrid jagħżel l-applikant. Madankollu, għal applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għal ajruplan kbir jew għal inġenju tal-ajru kbir bir-rotors, dik id-data ma għandhiex tkun aktar minn ħames snin qabel id-data ġdida proposta mill-applikant għall-ħruġ ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat tat-tip ristrett, u ma għandhiex tkun aktar minn tliet snin qabel għal applikazzjoni għal kwalunkwe ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett oħra.

▼M5 —————

▼B

21.A.19    Tibdiliet li jkunu jeħtieġu ċertifikat tat-tip ġdid

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproponi tibdiliet fil-prodott għandha tapplika għal ċertifikat tat-tip ġdid jekk l-Aġenzija ssib li t-tibdiliet fid-disinn, il-qawwa, il-forza propulsiva jew il-massa jkunu tant estensivi li tkun meħtieġa investigazzjoni sostanzjalment kompleta tal-konformità mal-bażi ta’ ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli.

▼M5

21.A.20    Demostrazzjoni tal-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali

(a) 

Wara l-aċċettazzjoni tal-programm taċ-ċertifikazzjoni mill-Aġenzija, l-applikant għandu juri konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit u notifikat lill-applikant mill-Aġenzija skont il-punti 21.B.80, 21.B.82, 21.B.85, u għandu jipprovdi l-mezzi lill-Aġenzija li permezz tagħhom tkun intweriet din il-konformità.

(b) 

L-applikant għandu jirrapporta lill-Aġenzija dwar kull diffikultà jew avveniment li ltaqa' miegħu matul il-proċess ta' dimostrazzjoni tal-konformità li jista' jkollhom effett sinifikanti fuq il-valutazzjoni tar-riskju skont il-punt 21.A.15(b)(6) jew fuq il-programm taċ-ċertifikazzjoni, jew li altrimenti jaf ikun jeħtieġ bidla fil-livell ta' involviment tal-Aġenzija li qabel kien ġie notifikat bih l-applikant skont il-punt 21.B.100(c).

(c) 

L-applikant għandu jirreġistra l-ġustifikazzjonijiet ta' konformità fid-dokumenti ta' konformità, kif imsemmi fil-programm taċ-ċertifikazzjoni.

(d) 

Wara t-tlestija tad-dimostrazzjonijiet ta' konformità kollha skont il-programm taċ-ċertifikazzjoni, inkluż kwalunkwe spezzjonijiet u testijiet b'konformità mal-punt 21.A.33, u wara t-testijiet tat-titjir kollha b'konformità mal-punt 21.A.35, l-applikant għandu jiddikjara li:

1. 

ikun wera konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit u notifikat mill-Aġenzija, wara l-programm taċ-ċertifikazzjoni kif aċċettat mill-Aġenzija; kif ukoll

2. 

ma ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista' tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(e) 

L-applikant għandu jissottometti lill-Aġenzija d-dikjarazzjoni ta' konformità prevista fil-punt (d). Meta l-applikant ikollu approvazzjoni xierqa ta' organizzazzjoni tad-disinn, id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha ssir b'konformità mas-Subparti J u tiġi ppreżentata lill-Aġenzija.

21.A.21    Rekwiżiti għall-ħruġ ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat tat-tip ristrett

(a) 

Biex jinħariġlu ċertifikat tat-tip ta' prodott jew, meta l-inġenju tal-ajru ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139, għal ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru, l-applikant għandu:

1. 

juri l-kapaċità tiegħu b'konformità mal-punt 21.A.14;

2. 

jikkonforma mal-punt 21.A.20;

3. 

juri li l-magna u l-iskrun, jekk dawn ikunu installati fuq l-inġenju tal-ajru:

(A) 

għandhom ċertifikat tat-tip maħruġ jew stabbilit b'konformità ma' dan ir-Regolament; jew

(B) 

ikun intwera li huma konformi mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip stabbilita tal-inġenji tal-ajru u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali identifikati u notifikati mill-Aġenzija skont kif meħtieġ biex ikunu żgurati titjiriet mingħajr periklu bl-inġenju tal-ajru.

(b) 

B'deroga mill-punt (a)(2), u b'talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-applikant ikun intitolat li jkollu ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru maħruġ qabel ma l-applikant ikun wera konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta dik id-data tkun se tintuża effettivament.

▼M5 —————

▼B

21.A.31    Disinn tat-tip

(a) Id-disinn tat-tip għandu jkun magħmul minn:

1. 

it-tpinġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet, u l-lista ta’ dawk it-tpinġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet, li huma meħtieġa biex ikunu ddefiniti l-konfigurazzjoni u l-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott li jkun juri konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali;

2. 

informazzjoni fuq materjali u proċessi u fuq metodi ta’ manifattura u twaħħil tal-prodott meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità tal-prodott;

▼M2

3. 

taqsima approvata tal-limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà tal-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa, kif iddefinit fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli; u

▼M5

4. 

kull data oħra li b'paragun tkun tippermetti d-determinazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u, jekk rilevanti, il-karatteristiċi ambjentali ta' prodotti tal-istess tip li jsiru aktar 'il quddiem.

▼B

(b) Kull disinn tat-tip għandu jiġi identifikat b’mod adegwat.

▼M5

21.A.33    Spezzjonijiet u testijiet

(a) 

(Riżervat)

(b) 

Qabel ma jsir kull test waqt id-dimostrazzjoni tal-konformità kif meħtieġ skont il-punt 21.A.20, l-applikant għandu jkun ivverifika:

1. 

fil-każ tal-kampjun tat-test, li:

(i) 

il-materjali u l-proċessi jikkonformaw b'mod adegwat mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn tat-tip propost;

(ii) 

il-partijiet tal-prodott jikkonformaw b'mod adegwat mat-tpinġijiet tad-disinn tat-tip propost; kif ukoll

(iii) 

il-proċessi tal-manifattura, il-kostruzzjoni u t-twaħħil jikkonformaw b'mod adegwat ma' dawk speċifikati fid-disinn tat-tip propost; kif ukoll

2. 

fil-każ tat-test u t-tagħmir tal-kejl li jridu jintużaw għat-test, li dawn ikunu adegwati għat-test u kkalibrati kif xieraq.

(c) 

Abbażi tal-verifiki mwettqa skont il-punt (b), l-applikant għandu joħroġ dikjarazzjoni tal-konformità li telenka kull nuqqas ta' konformità potenzjali, flimkien ma' ġustifikazzjoni li dan ma jaffettwax ir-riżultati tat-test, u għandu jippermetti lill-Aġenzija biex tagħmel spezzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa ħalli tivverifika l-validità ta' dik id-dikjarazzjoni.

(d) 

L-applikant għandu jippermetti lill-Aġenzija biex:

1. 

tanalizza kull data u informazzjoni relatata mad-dimostrazzjoni tal-konformità; kif ukoll

2. 

tixhed jew twettaq kwalunkwe test jew spezzjoni li jsiru bil-fini li tintwera l-konformità.

(e) 

Fil-każ tat-testijiet u l-ispezzjonijiet kollha li tkun rat jew wettqet l-Aġenzija b'konformità mal-punt (d)(2):

1. 

l-applikant għandu jissottometti lill-Aġenzija d-dikjarazzjoni ta' konformità prevista fil-punt (c); kif ukoll

2. 

l-ebda bidla li taffettwa l-validità tad-dikjarazzjoni ta' konformità ma għandha ssir fil-mudell tat-test, jew fit-test u fl-apparat li jkejjel, fiż-żmien minn meta ssir id-dikjarazzjoni ta' konformità prevista fil-punt (c) sa meta l-kampjun tat-test jiġi ppreżentat lill-Aġenzija għat-test.

▼B

21.A.35    Testijiet tat-titjiriet

(a) L-ittestjar tat-tijiriet għall-għan li jinkiseb ċertifikat tat-tip għandu jsir f’konformità mal-kundizzjonijiet għal dan it-tip ta’ ttestjar speċifikat mill-Aġenzija.

(b) L-applikant għandu jagħmel it-testijiet tat-titjiriet kollha li l-Aġenzija tkun tikkonsidra bħala meħtieġa:

1. 

biex tkun stabbilita l-konformità mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; u

2. 

biex ikun stabbilit jekk hemmx garanzija biżżejjed li l-inġenji tal-ajru, il-partijiet u t-tagħmir tagħhom ikunu ta’ min jorbot fuqhom u li jkunu jaħdmu kif suppost biex inġenji tal-ajru jiġu ċċertifikati taħt dan l-Anness I (il-Parti 21), għajr għal

(i) 

gliders u gliders bil-magna;

(ii) 

blalen tal-arja u iġfna tal-ajru ddefiniti bħala tat-tip “ELA1” jew “ELA2”, u

(iii) 

ajruplani li għandhom Massa ta’ tluq massima (MTOM) ta’ 2 722  kg jew inqas.

(c) (Riżervat)

(d) (Riżervat)

(e) (Riżervat)

(f) It-testijiet tat-titjira preskritti fil-punt (b)(2) għandhom jinkludu:

1. 

għal inġenji tal-ajru li jkun fihom magni b’turbina ta’ tip li ma jkunx intuża qabel f’inġenju tal-ajru li għandu ċertifikat tat-tip, tal-anqas 300 siegħa ta’ tħaddim bil-kompliment kollu ta’ magni li jkunu jikkonformaw ma’ ċertifikat tat-tip; u

2. 

għal kull inġenju tal-ajru ieħor, tal-anqas 150 siegħa ta’ tħaddim.

▼M7

21.A.41    Ċertifikat tat-tip

Iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandhom jinkludu d-disinn tat-tip, il-limitazzjonijiet operazzjonali, l-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa, l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip dwar l-ajrunavigabbiltà u l-emissjonijiet, il-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li magħhom l-Aġenzija tirreġistra l-konformità, u kull kundizzjoni jew limitazzjoni oħra preskritta għall-prodott fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli. Iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett ta’ inġenju tal-ajru għandhom ikunu jinkludu l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli, id-data tal-adegwatezza operattiva, kif ukoll l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-istorbju. L-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip u taċ-ċertifikat tat-tip ristrett ta’ inġenju tal-ajru għandha tinkludi r-rekord tal-konformità tal-emissjonijiet tas-CO2, u l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-magna għandha tinkludi r-rekord ta’ konformità tal-emissjonijiet tal-egżost.

21.A.44    Obbligi tad-detentur

Kull detentur ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett għandu:

▼M9

(a) 

jassumi l-obbligi stabbiliti fil-punti 21.A.3 A, 21.A.3B, 21.A.4, 21.A.5, 21.A.6, 21.A.7, 21.A.9, 21.A.62 u 21.A.65, u, għal dan il-għan, għandu jkompli jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalifika għall-eliġibbiltà skont il-punt 21.A.13;

▼M7

(b) 

jispeċifika l-immarkar f’konformità mas-Subparti Q.

Mit-18 ta’ Mejju 2022, l-obbligu ta’ konformità mal-obbligi elenkati fil-punt a) għandu jinftiehem bħala li jirreferi għall-punti 21.A.3 A, 21.A.3B, 21.A.4, 21.A.5, 21.A.6, 21.A.7, 21.A.62 u 21.A.65; u, għal dan il-għan, kull detentur ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett għandu jkompli jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalifika għall-eliġibbiltà skont il-punt 21.A.14.

▼M9

21.A.47    Trasferibbiltà

It-trasferiment ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett jew ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO għal unità ta’ potenza awżiljari jista’ jsir biss lil persuna fiżika jew ġuridika li tkun tista’ twettaq l-obbligi stabbiliti fil-punt 21.A.44, u, għal dan il-għan, tkun wriet il-kapaċità tagħha f’konformità mal-punt 21.A.14.

▼B

21.A.51    Perjodu u validità kontinwa

(a) Ċertifikat tat-tip u ċertifikat tat-tip ristrett għandhom jinħarġu għal perjodu illimitat. Dawn jibqgħu validi jekk:

1. 

id-detentur taċ-ċertifikat jibqa’ konformi ma’ dan l-Anness 1 (il-Parti 21); u

2. 

iċ-ċertifikat ma jiġix ċedut jew revokat taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija.

(b) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandu jingħata lura lill-Aġenzija.

▼M7 —————

▼M2

21.A.62    Disponibbiltà tad-dejta tal-adegwatezza operattiva

Id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandu:

(a) 

iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru magħrufa kollha stabbiliti fl-UE tal-anqas sett wieħed komplut tad-dejta tal-adegwatezza operattiva mħejji skont il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tal-adegwatezza operattiva applikabbli, qabel ma d-dejta tal-adegwatezza operattiva tkun trid tintuża minn organizzazzjoni tat-taħriġ jew minn operatur stabbilit fl-UE; kif ukoll

(b) 

iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru magħrufa kollha stabbiliti fl-UE kwalunkwe tibdil fid-dejta tal-adegwatezza operattiva; kif ukoll

(c) 

fuq talba, iqiegħed id-dejta rilevanti msemmija fil-punti (a) u (b) t’hawn fuq għad-dispożizzjoni:

1. 

tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-verifika tal-konformità ma’ wieħed mill-elementi jew aktar ta’ dan is-sett ta’ dejta tal-adegwatezza operattiva; kif ukoll

2. 

ta’ kwalunkwe persuna li hija meħtieġa tikkonforma ma’ wieħed mill-elementi jew aktar ta’ dan is-sett ta’ dejta tal-adegwatezza operattiva.

▼M7

21.A.65    Integrità strutturali kontinwa għall-istrutturi tal-ajruplani

Id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għal ajruplan kbir għandu jiżgura li l-programm ta’ integrità strutturali kontinwa jibqa’ validu tul il-ħajja operattiva tal-ajruplan, filwaqt li jitqiesu l-esperjenza tas-servizz u l-operazzjonijiet attwali

▼B

(SUBPARTI C — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI D —   TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

▼M2

21.A.90A    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta’ tibdiliet fiċ-ċertifikati tat-tip, kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, u tad-detenturi ta’, dawk l-approvazzjonijiet. Din is-Subparti tiddefinixxi wkoll it-tibdil standard li mhux suġġett għal proċess ta’ approvazzjoni skont din is-Subparti. F’din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip kif ukoll iċ-ċertifikati tat-tip ristretti.

▼B

21A.90B    Tibdil standard

▼M2

(a) It-tibdil standard huwa tibdil f’disinn tat-tip:

1. 

marbut ma’:

(i) 

ajruplani b’massa ta’ tluq massima ta’ 5 700 kilogramm jew inqas;

(ii) 

inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors b’massa ta’ tluq massima ta’ 3 175 kilogramma jew inqas;

(iii) 

gliders, gliders bil-magna, blalen tal-arja u iġfna tal-ajru, kif iddefiniti għat-tip “ELA1” jew “ELA2”;

▼M7

2. 

li jsegwi data tad-disinn inkluża fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni maħruġin mill-Aġenzija, li jkun fihom metodi, tekniki u prattiki aċċettabbli biex jitwettaq u jiġi identifikat it-tibdil standard, inklużi l-istruzzjonijiet assoċjati għal ajrunavigabbiltà kontinwa; kif ukoll;

▼M2

3. 

li ma jkunx f’kunflitt mad-dejta tad-detenturi ta’ ċertifikat tat-tip.

▼B

(b) Il-punti 21A.91 sa 21A.109 ma japplikawx għat-tibdil standard.

▼M7

21.A.90C    Tibdiliet awtonomi fl-Istruzzjonijiet għall-Ajrunavigabbiltà Kontinwa

(a) 

It-tibdiliet awtonomi fl-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa huma tibdiliet li ma jiġux ippreparati direttament bħala riżultat ta’ bidla fid-disinn tat-tip jew fid-disinn tat-tiswija.

(b) 

It-tibdiliet awtonomi fl-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa jistgħu jsiru biss mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn li għalih ikunu ġew stabbiliti dawk l-istruzzjonijiet.

(c) 

Il-punti 21.A.91 sa 21.A.109 m’għandhomx japplikaw għal tibdiliet awtonomi fl-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa li:

1. 

ma jaffettwawx it-taqsima tal-limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà tal-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa, u

2. 

ma jeħtiġux li d-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn iwettaq ebda dimostrazzjoni addizzjonali ta’ konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni.

(d) 

It-tibdiliet awtonomi fl-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa msemmija fil-punt (c) għandhom jiġu approvat mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn skont il-proċeduri miftiehma mal-Aġenzija.

▼M5

21.A.91    Klassifikazzjoni tal-bidliet f'ċertifikat tat-tip

Bidliet f'ċertifikat tat-tip jiġu kklassifikati bħala minuri u maġġuri. “Bidla minuri” ma għandha l-ebda effett apprezzabbli fuq il-massa, il-bilanċ, is-saħħa strutturali, l-affidabbiltà, il-karatteristiċi operattivi, id-data tal-adegwatezza operattiva, jew fuq karatteristiċi oħra li jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-prodott jew il-karatteristiċi ambjentali tiegħu. Mingħajr preġudizzju għall-punt 21.A.19, il-bidliet l-oħra kollha huma “bidliet maġġuri” skont din is-Subparti. Il-bidliet maġġuri u minuri għandhom jiġu approvati b'konformità mal-punti 21.A.95 jew 21.A.97 kif xieraq, u għandhom jiġu identifikati b'mod adegwat.

▼M2

21.A.92    Eliġibbiltà

(a) 

Id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip biss jista’ japplika għall-approvazzjoni ta’ tibdila maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip taħt din is-Subparti; l-applikanti l-oħra kollha għal tibdila maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandhom japplikaw taħt is-Subparti E.

(b) 

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tapplika għall-approvazzjoni ta’ tibdila minuri fiċ-ċertifikat tat-tip taħt din is-Subparti.

▼M5

21.A.93    Applikazzjoni

(a) 

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' bidla fiċ-ċertifikat tat-tip għandha ssir b'forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

▼M7

(b) 

Applikazzjoni għandha tinkludi programm taċ-ċertifikazzjoni għad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-punt 21.A.20, jew tiġi ssupplimentata bih wara l-applikazzjoni inizjali, li jkun jikkonsisti minn:

▼M5

1. 

deskrizzjoni tal-bidla li tidentifika:

(i) 

il-konfigurazzjoni(jiet) tal-prodott fiċ-ċertifikat tat-tip li fuqha/fuqhom trid issir il-bidla;

(ii) 

l-oqsma kollha tal-prodott fiċ-ċertifikat tat-tip, inkluż il-manwali approvati, li jinbidlu jew jiġu affettwati mill-bidla; kif ukoll

(iii) 

meta l-bidla taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, kull bidla meħtieġa fid-data tal-adegwatezza operattiva;

2. 

identifikazzjoni tar-riinvestigazzjonijiet meħtieġa biex juru l-konformità tal-bidla u tal-oqsma affettwati mill-bidla mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; kif ukoll

3. 

fil-każ ta' bidla maġġuri f'ċertifikat tat-tip:

(i) 

proposta għal bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inizjali, ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, ippreparati skont ir-rekwiżiti u l-opzjonijiet speċifikati fil-punt 21.A.101;

(ii) 

proposta għal tqassim tal-programm taċ-ċertifikazzjoni fi gruppi sinifikattivi ta' attivitajiet u ta'data ta' dimostrazzjoni tal-konformità, inkluż proposta għall-mezz ta' konformità u d-dokumenti ta' konformità relatati;

(iii) 

proposta għall-valutazzjoni tal-gruppi sinifikattivi ta' attivitajiet u ta'data ta' dimostrazzjoni tal-konformità, li jindirizzaw il-probabbiltà ta' nuqqas ta' konformità mhux identifikat mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva jew mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u l-impatt potenzjali ta' dak in-nuqqas ta' konformità fuq is-sikurezza tal-prodotti jew fuq il-protezzjoni ambjentali. Il-valutazzjoni proposta għandha tqis mill-anqas l-elementi msemmija fil-punti (1) sa (4) tal-punt 21.B.100(a). Abbażi ta' din il-valutazzjoni, l-applikazzjoni għandha tinkludi proposta għall-involviment tal-Aġenzija fil-verifika tal-attivitajiet u tad-data tad-dimostrazzjoni tal-konformità; kif ukoll

(iv) 

skeda tal-proġett li tkun tinkludi t-tappi ewlenin.

(c) 

Applikazzjoni għal bidla fiċ-ċertifikat tat-tip ta' ajruplan kbir jew ta' inġenju tal-ajru kbir bir-rotors għandha tkun valida għal ħames snin, u applikazzjoni għal bidla f'xi tip ieħor ta' ċertifikat tat-tip għandha tkun valida għal tliet snin. Jekk il-bidla ma tkunx ġiet approvata, jew ikun ċar li din mhix se tiġi approvata fil-limitu ta' żmien stabbilit f'dan il-punt, l-applikant jista':

1. 

jissottometti applikazzjoni ġdida għal bidla taċ-ċertifikat tat-tip u jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.101 u kif notifikat skont il-punt 21.B.105 għad-data tal-applikazzjoni l-ġdida; jew

▼M7

2. 

japplika għal estensjoni tal-perjodu ta’ żmien previst fl-ewwel sentenza tal-punt (c) għall-applikazzjoni oriġinali u jipproponi data ġdida għall-ħruġ tal-approvazzjoni. F’dak il-każ, l-applikant għandu jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.101 u kif notifikat skont il-punt 21.B.105, għal data li jrid jagħżel l-applikant. Madankollu, id-data ma għandhiex tippreċedi d-data l-ġdida proposta mill-applikant għall-ħruġ tal-approvazzjoni b’iktar minn ħames snin għal applikazzjoni għal bidla fiċ-ċertifikat tat-tip jew fiċ-ċertifikat tat-tip ristrett għal ajruplan kbir jew għal inġenju tal-ajru kbir bir-rotors, u b’iktar minn tliet snin għal applikazzjoni għal bidla għal kwalunkwe ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ieħor.

▼M5

21.A.95    Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' bidla minuri

(a) 

Bidliet minuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandhom jiġu kklassifikati u approvati minn:

1. 

l-Aġenzija; jew

2. 

organizzazzjoni tad-disinn approvata fl-ambitu tal-privileġġi tagħha previsti fil-punti (1) u (2) tal-punt 21.A.263(c), kif irreġistrat fit-termini tal-approvazzjoni.

(b) 

Bidla minuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandha tiġi approvata biss:

1. 

meta jkun intwera li din il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali inkorporati b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip;

2. 

fil-każ ta' bidla li taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, meta jkun intwera li l-bidliet meħtieġa fid-data tal-adegwatezza operattiva jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva inkorporata b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip;

3. 

meta l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli skont il-punt (1) tkun ġiet dikjarata u l-ġustifikazzjonijiet ta' konformità jkunu ġew irreġistrati fid-dokumenti tal-konformità; kif ukoll

4. 

meta ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista' tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom tkun intalbet iċ-ċertifikazzjoni;

(c) 

B'deroga mill-punt (1) fil-punt (b), l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li saru applikabbli wara dawk inkorporati b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip jistgħu jintużaw għall-approvazzjoni ta' bidliet minuri, diment li dawn ma jkunux jaffettwaw id-dimostrazzjoni tal-konformità.

(d) 

B'deroga mill-punt (a), u fuq talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), bidla minuri f'ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru tista' tiġi approvata qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta d-data tkun se tintuża effettivament.

(e) 

L-applikant għandu jissottometti lill-Aġenzija d-data sostanzjanti għall-bidla, u dikjarazzjoni li tkun intweriet il-konformità skont il-punt (b).

(f) 

Approvazzjoni ta' bidla minuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandha tkun limitata għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li miegħu għandha x'taqsam il-bidla.

21.A.97    Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' bidla maġġuri

(a) 

Bidliet maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandhom jiġu kklassifikati u approvati minn:

1. 

l-Aġenzija; jew

2. 

organizzazzjoni tad-disinn approvata fl-ambitu tal-privileġġi tagħha previsti fil-punti (1) u (8) tal-punt 21.A.263(c), kif irreġistrat fit-termini tal-approvazzjoni.

(b) 

Bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandha tiġi approvata biss:

1. 

meta jkun intwera li din il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.101;

2. 

fil-każ ta' bidla li taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, meta jkun intwera li l-bidliet meħtieġa fid-data tal-adegwatezza operattiva jissodisfaw il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, kif stabbilit mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.101; kif ukoll

3. 

meta tkun intweriet konformità mal-punti (1) u (2) skont il-punt 21.A.20, kif applikabbli għall-bidla.

(c) 

B'deroga mill-punti (2) u (3) tal-punt (b), u b'talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), bidla maġġuri f'ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru tista' tiġi approvata qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta dik id-data tkun se tintuża effettivament.

(d) 

Approvazzjoni ta' bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandha tkun limitata għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li miegħu għandha x'taqsam il-bidla.

21.A.101    Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip

(a) 

Bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip u l-oqsma affettwati mill-bidla għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għall-prodott mibdul, fid-data tal-applikazzjoni tal-bidla jew tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li saru applikabbli wara dik id-data skont il-punt (f) ta' hawn taħt. Il-validità tal-applikazzjoni għandha tiġi ddeterminata skont il-punt 21.A.93(c). Barra minn hekk, il-prodott mibdul għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali identifikati mill-Aġenzija skont il-punt 21.B.85.

▼M7

(b) 

Ħlief kif previst fil-punt (h), b’deroga mill-punt (a), emenda preċedenti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-punt (a) u f’xi speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra li għandha x’taqsam direttament, tista’ tintuża f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin, diment li l-emenda preċedenti ssir applikabbli qabel id-data meta jkunu saru applikabbli l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni korrispondenti inkorporati b’referenza fiċ-ċertifikat tat-tip:

▼M5

1. 

bidla li l-Aġenzija jidhrilha li mhix sinifikanti. Fid-determinazzjoni ta' jekk bidla speċifika hix sinifikanti jew le, l-Aġenzija għandha tikkonsidra l-bidla fil-kuntest tal-bidliet preċedenti kollha fid-disinn rilevanti u tar-reviżjonijiet kollha relatati mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli inkorporati b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip għall-prodott. Il-bidliet li jkunu jissodisfaw xi wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin għandhom jitqiesu awtomatikament bħala sinifikanti:

(i) 

il-konfigurazzjoni ġenerali jew il-prinċipji tal-kostruzzjoni ma jinżammux;

(ii) 

is-suppożizzjonijiet użati għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott li jrid jinbidel ma jibqgħux validi;

2. 

kull qasam, sistema, parti jew tagħmir li l-Aġenzija jidhrilha li mhumiex affettwati mill-bidla;

3. 

kull qasam, sistema, parti jew tagħmir li jiġi affettwat mill-bidla u li dwarhom l-Aġenzija jidhrilha li l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-punt (a) ma tikkontribwixxix materjalment għal-livell ta' sikurezza tal-prodott mibdul, jew inkella ma tkunx prattika.

(c) 

B'deroga mill-punt (a), fil-każ ta' bidla f'inġenju tal-ajru għajr inġenju tal-ajru bir-rotors u b'piż massimu ta' 2 722  kg (6 000 lb) jew inqas, jew f'inġenji tal-ajru bir-rotors mingħajr turbina b'piż massimu ta' 1 361  kg (3 000 lb) jew inqas, il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla għandhom jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip. Iżda, jekk l-Aġenzija ssib li l-bidla hija sinifikanti f'xi qasam, l-Aġenzija tista' titlob li l-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla jikkonformaw ma' emenda fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip, u f'xi speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra relatata direttament, diment li l-Aġenzija ma tkunx sabet ukoll li l-konformità ma' dik l-emenda ma tikkontribwixxix materjalment għal-livell ta' sikurezza tal-prodott mibdul, jew inkella ma tkunx prattika.

(d) 

Jekk l-Aġenzija jidhrilha li l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli fid-data tal-applikazzjoni għall-bidla ma jkunux jipprovdu standards adegwati fir-rigward tal-bidla proposta, il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla għandhom jikkonformaw ukoll ma' kull kundizzjoni speċjali oħra, u mal-emendi għal dawk il-kundizzjonijiet speċjali, preskritti mill-Aġenzija skont il-punt 21.B.75, biex jinkiseb livell ta' sikurezza ekwivalenti għal dak stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli fid-data tal-applikazzjoni għall-bidla.

(e) 

B'deroga mill-punti (a), (b) u (c), il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla jistgħu jikkonformaw ma' alternattiva għal xi speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni identifikati mill-Aġenzija, jekk dan jiġi propost mill-applikant, diment li l-Aġenzija ssib li l-alternattiva tipprovdi livell ta' sikurezza li huwa:

1. 

fil-każ ta' ċertifikat tat-tip:

(i) 

ekwivalenti għal dak tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni magħżula mill-Aġenzija skont (a), (b) jew (c) ta' hawn fuq; jew

(ii) 

konformi mar-rekwiżiti essenzjali tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139;

2. 

fil-każ ta' ċertifikat tat-tip ristrett, adegwat fir-rigward tal-użu maħsub tiegħu.

(f) 

Jekk applikant jagħżel li jikkonforma ma' speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni stabbilita f'emenda li ssir applikabbli wara li jippreżenta l-applikazzjoni għal bidla fiċ-ċertifikat tat-tip, il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla għandhom jikkonformw ukoll ma' kull speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra relatata b'mod dirett.

(g) 

Meta l-applikazzjoni għal bidla fiċ-ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru tkun tinkludi, jew tiġi ssupplimentata b'bidla wara l-applikazzjoni inizjali biex tinkludi bidliet fid-data tal-adegwatezza operattiva, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għandha tiġi stabbilita skont il-punti (a) sa (f).

▼M9

(h) 

Għall-ajruplani kbar soġġetti għall-punt 26.300 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 ( 4 ), l-applikant għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li jipprovdu mill-inqas livell ekwivalenti ta’ sikurezza għall-punti 26.300 u 26.330 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/640, ħlief għall-applikanti għal ċertifikati tat-tip supplimentari li mhumiex meħtieġa jqisu l-punt 26.303.

▼M5 —————

▼M7 —————

▼M2

21.A.108    Disponibbiltà tad-dejta tal-adegwatezza operattiva

Fil-każ ta’ bidla li taffettwa d-dejta tal-adegwatezza operattiva, id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ bidla minuri għandu:

(a) 

iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi kollha tal-inġenji tal-ajru mibdulin magħrufa stabbiliti fl-UE tal-anqas sett wieħed ta’ bidliet fid-dejta tal-adegwatezza operattiva mħejji skont il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tal-adegwatezza operattiva applikabbli, qabel ma d-dejta tal-adegwatezza operattiva tkun trid tintuża minn organizzazzjoni tat-taħriġ jew minn operatur stabbilit fl-UE; kif ukoll

(b) 

iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi kollha tal-inġenji tal-ajru mibdulin magħrufa stabbiliti fl-UE kwalunkwe tibdil ieħor fid-dejta tal-adegwatezza operattiva affettwata; kif ukoll

(c) 

fuq talba, iqiegħed il-partijiet rilevanti tat-tibdil imsemmi fil-punti (a) u (b) t’hawn fuq għad-dispożizzjoni:

1. 

tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-verifika tal-konformità ma’ wieħed mill-elementi jew aktar tad-dejta tal-adegwatezza operattiva affettwata; kif ukoll

2. 

ta’ kwalunkwe persuna li hija meħtieġa tikkonforma ma’ wieħed mill-elementi jew aktar ta’ dan is-sett ta’ dejta tal-adegwatezza operattiva.

▼M2

21.A.109    Obbligi u mmarkar tal-EPA

Id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ tibdila minuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandu:

▼M9

(a) 

jassumi l-obbligi stabbiliti fil-punti 21.A.4, 21.A.5, 21.A.6, 21.A.7, 21.A.9 u 21.A.108;

▼M2

(b) 

jispeċifika l-immarkar, inklużi l-ittri EPA (l-Approvazzjoni Ewropea tal-Parti), f’konformità mal-punt 21.A.804(a).

▼B

SUBPARTI E —   ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLEMENTARI

▼M5

21.A.111    Kamp ta' Applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta' bidliet maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip bil-proċeduri ta' ċertifikat tat-tip supplimentari, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal dawk iċ-ċertifikati, u tad-detenturi tagħhom. F'din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip kif ukoll iċ-ċertifikati tat-tip ristretti.

21.A.112 A    Eliġibbiltà

Kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun uriet, jew tinsab fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha b'konformità mal-punt 21.A.112B, tista' tapplika għal ċertifikat tat-tip supplimentari skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din is-Subparti.

▼B

21.A.112B    Turija tal-kapaċità

▼M5

(a) Applikant għal ċertifikat tat-tip supplimentari għandu juri l-kapaċità tiegħu billi jkollu approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn, maħruġa mill-Aġenzija skont is-Subparti J.

▼B

(b) B’deroga mill-punt (a), bħala proċedura alternattiva biex juri l-kapaċità tiegħu, applikant jista’ jitlob il-qbil tal-Aġenzija għall-użu ta’ proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi speċifiċi tad-disinn, ir-riżorsi u s-sekwenza tal-attivitajiet meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ din is-Subparti.

▼M5

(c) B'deroga mill-punt (a), fil-każ tal-prodotti msemmija fil-punt 21.A.14(c), applikant jista' juri l-kapaċità tiegħu billi jikseb l-aċċettazzjoni tal-Aġenzija għall-programm taċ-ċertifikazzjoni tiegħu stabbilit b'konformità mal-punt 21.A.93(b).

▼B

21.A.113    Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari

(a) Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

▼M5

(b) Meta japplika għal ċertifikat tat-tip supplimentari, l-applikant għandu:

(i) 

fl-applikazzjoni jinkludi l-informazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.93(b);

(ii) 

jispeċifika jekk id-data taċ-ċertifikazzjoni tkunx tħejjiet jew hix se titħejja kollha kemm hi mill-applikant jew abbażi ta' arranġament ma' sid id-data taċ-ċertifikazzjoni tat-tip.

▼M5

(c) Il-punt 21.A.93(c) japplika għar-rekwiżiti tal-limiti taż-żmien tal-effettività tal-applikazzjoni, kif ukoll għar-rekwiżiti relatati mal-ħtieġa li jiġu aġġornati l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, meta l-bidla ma tkunx ġiet approvata, jew meta jkun ċar li din mhix se tkun approvata fil-limitu taż-żmien stabbilit.

▼M5 —————

▼M5

21.A.115    Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' bidliet maġġuri fil-forma ta' ċertifikat tat-tip supplimentari

(a) 

Ċertifikati tat-tip supplimentari għandhom jinħarġu minn:

1. 

l-Aġenzija; jew

2. 

organizzazzjoni tad-disinn approvata fl-ambitu tal-privileġġi tagħha previsti fil-punti (1) u (9) tal-punt 21.A.263(c), kif irreġistrat fit-termini tal-approvazzjoni.

(b) 

Ċertifikat tat-tip supplimentari għandu jinħareġ biss meta:

1. 

l-applikant ikun wera l-kapaċità tiegħu b'konformità mal-punt 21.A.112B;

2. 

ikun intwera li l-bidla f'ċertifikat tat-tip u l-oqsma affettwati mill-bidla jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.101;

3. 

fil-każ ta' ċertifikat tat-tip supplimentari li jaffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, ikun intwera li l-bidliet meħtieġa fid-data tal-adegwatezza operattiva jissodisfaw il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, kif stabbilit mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.101;

4. 

il-konformità mal-punti (2) u (3) tintwera b'konformità mal-punt 21.A.20, kif applikabbli għall-bidla; kif ukoll

5. 

jekk l-applikant ikun speċifika li jkun ipprovda d-data taċ-ċertifikazzjoni abbażi ta' arranġament ma' sid id-data taċ-ċertifikazzjoni tat-tip b'konformità mal-punt 21.A.113(b):

(i) 

id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip ikun indika li mhemm l-ebda oġġezzjoni teknika għall-informazzjoni mressqa skont il-punt 21.A.93; kif ukoll

(ii) 

id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip ikun qabel li jikkollabora mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip supplimentari biex tkun żgurata l-eżekuzzjoni tal-obbligi kollha għal ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott mibdul permezz ta' konformità mal-punti 21.A.44 u 21.A.118 A.

(c) 

B'deroga mill-punti (3) u (4) tal-punt (b) u b'talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-applikant hu intitolat li jkollu ċertifikat tat-tip supplimentari għal inġenju tal-ajru maħruġ qabel ma l-applikant ikun wera konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta dik id-data tkun se tintuża effettivament.

(d) 

Ċertifikat tat-tip supplimentari għandu jkun limitat għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li miegħu għandha x'taqsam il-bidla maġġuri.

▼B

21.A.116    Trasferibbiltà

Ċertifikat tat-tip supplementari jista’ jkun trasferit biss lil persuna fiżika jew ġuridika li tkun kapaċi tassumi l-obbligi tal-punt 21.A.118A, u għal dan il-għan tkun uriet il-kapaċità tagħha li tikkwalifika taħt il-kriterji tal-punt 21.A.112B ħlief għal inġenji tal-ajru tat-tip “ELA1” li għalihom il-persuna fiżika jew ġuridika tkun talbet għall-qbil tal-Aġenzija għall-użu ta’ proċeduri li jistabbilixxu l-attivitajiet tagħha sabiex jitwettqu dawk l-obbligi.

21.A.117    Tibdiliet f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari

(a) Tibdiliet minuri f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari għandhom ikunu kklassifikati u approvati f’konformità mas-Subparti D.

(b) Kull tibdila maġġuri f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari għandha tiġi approvata bħala ċertifikat tat-tip supplementari separat f’konformità ma’ din is-Subparti.

(c) B’deroga mill-punt (b), tibdila maġġuri f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari sottomessa mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip supplementari nnifsu tista’ tiġi approvata bħala tibdila fiċ-ċertifikat tat-tip supplementari eżistenti.

21.A.118A    Obbligi u mmarkar tal-EPA

Kull detentur ta’ ċertifikat tat-tip supplementari għandu:

▼M2

(a) 

jassumi l-obbligi:

▼M9

1. 

stabbiliti fil-punti 21.A.3 A, 21.A.3B, 21.A.4, 21.A.5, 21.A.6, 21.A.7, 21.A.9 u 21.A.120B;

▼M2

2. 

li huma impliċiti fil-kollaborazzjoni mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip taħt il-punt 21.A.115(d)(2);

u għal dan il-għan ikompli jissodisfa l-kriterji tal-punt 21.A.112B;

▼B

(b) 

jispeċifika l-immarkar, inklużi l-ittri EPA, f’konformità mal-punt 21.A.804(a).

21.A.118B    Perjodu u validità kontinwa

(a) Ċertifikat tat-tip supplementari għandu jinħareġ għal perjodu illimitat. Dan għandu jibqa’ validu bil-kundizzjoni li:

1. 

id-detentur jibqa’ f’konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21); u

2. 

iċ-ċertifikat ma jiġix ċedut jew revokat taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija.

(b) Meta ċertifikat tat-tip supplementari jiġi ċedut jew revokat, dan għandu jintbagħat lura lill-Aġenzija.

▼M7 —————

▼M2

21.A.120B    Disponibbiltà tad-dejta tal-adegwatezza operattiva

Fil-każ ta’ bidla li taffettwa d-dejta tal-adegwatezza operattiva, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip supplementari għandu:

(a) 

iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi kollha tal-inġenji tal-ajru mibdulin magħrufa stabbiliti fl-UE tal-anqas sett wieħed ta’ bidliet fid-dejta tal-adegwatezza operattiva mħejji skont il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tal-adegwatezza operattiva applikabbli, qabel ma d-dejta tal-adegwatezza operattiva tkun trid tintuża minn organizzazzjoni tat-taħriġ jew minn operatur stabbilit fl-UE; kif ukoll

(b) 

iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi kollha tal-inġenji tal-ajru mibdulin magħrufa stabbiliti fl-UE kwalunkwe tibdil ieħor fid-dejta tal-adegwatezza operattiva affettwata; kif ukoll

(c) 

fuq talba, iqiegħed il-partijiet rilevanti tat-tibdil imsemmi fil-punti (a) u (b) t’hawn fuq, għad-dispożizzjoni:

1. 

tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-verifika tal-konformità ma’ wieħed mill-elementi jew aktar tad-dejta tal-adegwatezza operattiva affettwata; kif ukoll

2. 

ta’ kwalunkwe persuna li hija meħtieġa tikkonforma ma’ wieħed mill-elementi jew aktar ta’ dan is-sett ta’ dejta tal-adegwatezza operattiva.

▼B

SUBPARTI F —   PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.A.121    Kamp ta’ applikazzjoni

(a) Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għat-turija ta’ konformità mad-dejta tad-disinn applikabbli ta’ prodott, parti jew tagħmir li huwa maħsub li jkun manifatturat mingħajr l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni taħt is-Subparti G.

(b) Din is-Subparti tistabbilixxi r-regoli li jirregolaw l-obbligi tal-manifattur ta’ prodott, parti jew tagħmir li jkun qed jiġi manifatturat taħt din is-Subparti.

21.A.122    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tapplika biex turi konformità ta’ prodotti, partijiet jew tagħmir individwali taħt din is-Subparti, jekk:

(a) 

ikollha jew tkun applikat għal approvazzjoni li tkun tkopri d-disinn ta’ dak il-prodott, parti jew tagħmir; jew

(b) 

tkun żgurat koordinazzjoni sodisfaċenti bejn il-produzzjoni u d-disinn, permezz ta’ ftehim xieraq mal-applikant għal, jew id-detentur ta’, approvazzjoni ta’ dan id-disinn.

21.A.124    Applikazzjoni

(a) Kull applikazzjoni għal ftehim dwar turija ta’ konformità ta’ prodotti, partijiet u tagħmir individwali taħt din is-Subparti għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti.

(b) Din l-applikazzjoni għandu jkun fiha:

1. 

provi li juru, fejn japplika, li:

(i) 

il-ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni taħt is-Subparti G ma jkunx adattat; jew

(ii) 

iċ-ċertifikazzjoni jew l-approvazzjoni ta’ prodott, parti jew tagħmir taħt din is-Subparti tkun meħtieġa sakemm tinħareġ l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni taħt is-Subparti G;

2. 

il-punti ewlenin tal-informazzjoni meħtieġa fil-punt 21.A.125A(b).

▼M9

21.A.124 A    Mezzi ta’ konformità

(a) 

Organizzazzjoni tista’ tuża kwalunkwe mezz alternattiv ta’ konformità biex tistabbilixxi l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

(b) 

Jekk organizzazzjoni tkun tixtieq tuża mezz alternattiv ta’ konformità, qabel ma tużah, għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b’deskrizzjoni sħiħa tiegħu. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe reviżjoni għall-manwali jew għall-proċeduri li tista’ tkun rilevanti, kif ukoll spjegazzjoni li tindika kif tinkiseb il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

L-organizzazzjoni tista’ tuża dawk il-mezzi alternattivi ta’ konformità soġġetti għal approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti.

▼M9

21.A.125 A    Ħruġ ta’ ittra ta’ ftehim

▼B

L-applikant għandu jkun intitolat li jkollu ittra ta’ ftehim maħruġa mill- awtorità kompetenti li jkun fiha l-ftehim dwar it-turija ta’ konformità ta’ prodotti, partijiet u tagħmir individwali taħt din is-Subparti, wara:

(a) 

li tkun ġiet stabbilita sistema ta’ spezzjoni tal-produzzjoni li tiżgura li kull prodott, parti jew tagħmir ikun konformi mad-dejta tad-disinn applikabbli u li dan ikun f’kundizzjoni ta’ tħaddim mingħajr periklu;

(b) 

li jkun ġie pprovdut manwal li jkun fih:

1. 

deskrizzjoni tas-sistema ta’ spezzjoni tal-prodott meħtieġa skont il-punt (a);

2. 

deskrizzjoni tal-mezzi biex tiġi stabbilita s-sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni;

3. 

deskrizzjoni tat-testijiet meħtieġa fil-punti 21.A.127 u 21.A.128, u l-ismijiet tal-persuni awtorizzati għall-finijiet tal-punt 21.A.130(a);

(c) 

li jkun wera li jista’ jipprovdi l-għajnuna f’konformità mal-punti 21.A.3A u 21.A.129(d).

▼M9

21.A.125B    Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet

(a) 

Wara li jirċievi n-notifika tal-konstatazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.B.125, id-detentur ta’ ittra ta’ ftehim għandu:

1. 

jidentifika l-kawża/i ewlenija/ewlenin tan-nuqqas ta’ konformità, kif ukoll il-fatturi kontributorji tiegħu;

2. 

ifassal pjan ta’ azzjoni korrettiva;

3. 

juri l-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti.

(b) 

L-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a) għandhom jitwettqu fil-perjodu miftiehem ma’ dik l-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt 21.B.125.

(c) 

L-osservazzjonijiet riċevuti f’konformità mal-punt 21.B.125(e) għandhom jingħataw kunsiderazzjoni xierqa mid-detentur tal-ittra ta’ ftehim. L-organizzazzjoni għandha tirreġistra d-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta’ dawk l-osservazzjonijiet.

21.A.125C    Durata u validità kontinwa

(a) 

L-ittra ta’ ftehim għandha tinħareġ għal perjodu ta’ żmien limitat li, fi kwalunkwe każ, ma għandux jaqbeż sena (1). Din għandha tibqa’ valida soġġetta għall-konformità tal-organizzazzjoni mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1. 

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness;

2. 

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni jew kwalunkwe wieħed mis-sħab, il-fornituri jew is-sottokuntratturi tagħha jirrikonoxxu li l-awtorità kompetenti tista’ twettaq investigazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.A.9;

3. 

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun tista’ tipprovdi lill-awtorità kompetenti b’evidenza li turi li hija żżomm kontroll sodisfaċenti tal-manifattura ta’ prodotti, partijiet u tagħmir skont l-ittra ta’ ftehim;

4. 

l-ittra ta’ ftehim ma tkunx ġiet revokata mill-awtorità kompetenti skont il-punt 21.B.65, ma tkunx ġiet ċeduta mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni, u d-durata tagħha ma tkunx skadiet.

(b) 

Meta tkun ġiet ċeduta, revokata jew tkun skadiet, l-ittra ta’ ftehim għandha tintbagħat lura lill-awtorità kompetenti.

▼B

21.A.126    Sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni

(a) Is-sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni meħtieġa taħt il-punt 21.A.125A(a) għandha tipprovdi mezz biex ikun stabbilit li:

1. 

il-materjali li jkunu qed jaslu, kif ukoll il-partijiet mixtrija jew subappaltati, użati fil-prodott lest, ikunu kif speċifikat fid-dejta tad-disinn applikabbli;

2. 

il-materjali li jkunu qed jaslu, kif ukoll il-partijiet mixtrija jew subappaltati, jiġu identifikati kif suppost;

3. 

il-proċessi, it-tekniki tal-manifattura u l-metodi ta’ twaħħil li jaffettwaw il-kwalità u s-sikurezza tal-prodott lest ikunu eżegwiti f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet aċċettati mill-awtorità kompetenti;

4. 

tibdiliet fid-disinn, inkluż il-bdil ta’ materjali, ikunu ġew approvati taħt is-Subparti D jew E u kkontrollati qabel ma jiġu inkorporati fil-prodott lest.

(b) Is-sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni meħtieġa bil-punt 21.A.125A(a), għandha tkun ukoll tali li tiżgura li:

1. 

partijiet li jkunu għadhom fil-proċess jiġu spezzjonati għall-konformità mad-dejta tad-disinn applikabbli f’punti tal-produzzjoni fejn ikunu jistgħu jsiru determinazzjonijiet eżatti;

2. 

materjali suġġetti għal ħsara jew deterjorament jkunu maħżuna u protetti b’mod adegwat;

3. 

it-tpinġijiet tad-disinn kurrenti jkunu disponibbli mill-ewwel għall-persunal tal-manifattura u l-ispezzjonar, u jintużaw meta jkunu meħtieġa;

4. 

materjali u partijiet irrifjutati jkunu mifruda u identifikati b’manjiera li tipprekludi l-installazzjoni tagħhom fil-prodott lest;

▼M9

5. 

materjali u partijiet li jinżammu minħabba li jkunu differenti mid-disinn tat-tip jew mill-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni, u li jkunu se jiġu kkunsidrati biex jiġu installati fil-prodott finali, ikunu soġġetti għal proċedura approvata ta’ rieżami tal-inġinerija u l-manifattura. Dawk il-materjali u l-partijiet li f’dik il-proċedura jkunu nstabu li jistgħu jintużaw għandhom jiġu identifikati kif xieraq u jiġu spezzjonati mill-ġdid jekk ikun meħtieġ li jiġu maħduma mill-ġdid jew imsewwija. Materjali u partijiet li jkunu ġew rifjutati f’din il-proċedura għandhom jiġu mmarkati u mormija biex ikun żgurat li ma jkunux inkorporati fil-prodott finali.

▼M9 —————

▼B

21.A.127    Testijiet: inġenji tal-ajru

(a) Kull manifattur ta’ inġenju tal-ajru manifatturat taħt din is-Subparti għandu jistabbilixxi proċedura approvata ta’ test ta’ produzzjoni fuq l-art u fl-ajru kif ukoll formoli ta’ ċċekkjar, u f’konformità ma’ dawk il-formoli, jittestja kull inġenju tal-ajru manifatturat, bħala mezz biex ikunu stabbiliti l-aspetti rilevanti tal-konformità mal-punt 21.A.125A(a).

(b) Kull proċedura ta’ test ta’ produzzjoni għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:

1. 

verifika dwar il-kwalitajiet ta’ mmaniġġjar;

2. 

verifika dwar il-prestazzjoni tat-titjira (bl-użu ta’ tagħmir tal-inġenji tal-ajru normali);

3. 

verifika dwar il-funzjonament xieraq tat-tagħmir kollu u s-sistemi kollha tal-inġenju tal-ajru;

4. 

verifika li l-istrumenti kollha huma mmarkati tajjeb, u li l-avviżi u l-manwali tat-titjira kollha huma installati wara t-test tat-titjira;

5. 

verifika tal-karatteristiċi tat-tħaddim tal-inġenju tal-ajru fuq l-art;

6. 

verifika dwar kwalunkwe oġġett ieħor li huwa speċjali għall-inġenju tal-ajru lijkun qed jiġi ttestjat.

21.A.128    Testijiet: magni u skrejjen

Kull manifattur ta’ magni jew skrejjen manifatturati taħt din is-Subparti għandu jissuġġetta kull magna, jew skrun b’angolu tal-qala’ varjabbli, għal test aċċettabbli tat-tħaddim kif speċifikat fid-dokumentazzjoni tad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx qed jaħdem kif suppost fl-iskala kollha ta’ tħaddim li għalih ikollu ċ-ċertifikat tat-tip, u bħala mezz biex ikunu stabbiliti l-aspetti rilevanti ta’ konformità mal-punt 21.A.125A(a).

▼M9

21.A.129    Obbligi tal- organizzazzjoni tal-produzzjoni

▼B

Kull manifattur ta’ prodott, parti jew tagħmir li jkun qed jiġi manifatturat taħt din is-Subparti għandu:

(a) 

jagħmel kull prodott, parti jew tagħmir disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti;

(b) 

iżomm fil-post tal-manifattura d-dejta teknika u t-tpinġijiet meħtieġa biex ikun stabbilit jekk il-prodott jikkonformax mad-dejta tad-disinn applikabbli;

(c) 

iżomm sistema ta’ spezzjoni tal-produzzjoni li tiżgura li kull prodott ikun konformi mad-dejta tad-disinn applikabbli u li dan ikun f’kundizzjoni ta’ tħaddim mingħajr periklu;

(d) 

jipprovdi għajnuna lid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett jew tal-approvazzjoni ta’ disinn meta dan ikollu x’jaqsam ma’ kwalunkwe azzjoni ta’ airworthiness kontinwarelatata mal-prodotti, partijiet jew tagħmir li jkunu ġew manifatturati;

▼M9

(e) 

jikkonforma mas-Subparti A ta’ din it-Taqsima.

▼M9 —————

▼B

21.A.130    Dikjarazzjoni tal-konformità

(a) Kull manifattur ta’ prodott, parti jew tagħmir manifatturat taħt din is-Subparti għandu joħroġ dikjarazzjoni tal-konformità, il-Formola 52 tal-EASA, għal inġenju tal-ajru komplut (ara l-Appendiċi VIII), jew il-Formola 1 tal-EASA għal prodotti, partijiet jew tagħmir ieħor (ara l-Appendiċi I). Din id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata minn persuna awtorizzata li jkollha pożizzjoni ta’ responsabbiltà fl-organizzazzjoni tal-manifattura.

▼M5

(b) Dikjarazzjoni tal-konformità għandha tinkludi dan kollu li ġej:

1. 

għal kull prodott, parti jew tagħmir, dikjarazzjoni li l-prodott, il-parti jew it-tagħmir ikunu konformi mad-data tad-disinn approvat, u li dawn ikunu f'kundizzjoni ta' tħaddim sikur;

2. 

għal kull inġenju tal-ajru, dikjarazzjoni li l-inġenju tal-ajru jkun għadda mit-testijiet tal-art u tal-ajru b'konformità mal-punt 21.A.127(a);

3. 

għal kull magna, jew skrun b'angolu tal-qala' varjabbli, dikjarazzjoni li l-manifattur tal-magna, jew tal-iskrun b'angolu tal-qala' varjabbli għamel test funzjonali finali skont il-punt 21.A.128;

▼M8

4. 

barra minn hekk, fil-każ tar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali:

(i) 

dikjarazzjoni li l-magna lesta hi konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tal-egżost tal-magna fid-data tal-manifattura tal-magna, u

(ii) 

dikjarazzjoni li l-ajruplan lest hu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data meta jinħareġ l-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tiegħu.

▼B

(c) Kull manifattur ta’ tali prodott, parti jew tagħmir għandu:

1. 

meta jsir it-trasferiment inizjali minnu tal-proprjetà ta’ tali prodott, parti jew tagħmir, jew

2. 

meta japplika għall-ħruġ oriġinali ta’ ċertifikat tal-airworthiness ta’ inġenju tal-ajru; jew

3. 

meta japplika għall-ħruġ oriġinali ta’ dokument tar-rilaxx tal-airworthiness għal xi magna, skrun, parti jew tagħmir,

jippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ konformità kurrenti, biex tkun validata mill-awtorità kompetenti.

(d) L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma b’kontrofirma d-dikjarazzjoni tal-konformità jekk wara spezzjoni din issib li l-prodott, il-parti jew it-tagħmir ikun konformi mad-dejta tad-disinn applikabbli u li dan ikun f’kundizzjoni ta’ tħaddim mingħajr periklu.

SUBPARTI G —   APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.A.131    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi:

(a) 

il-proċedura għall-ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għal organizzazzjoni tal-produzzjoni li turi l-konformità tal-prodotti, partijiet u tagħmir mad-dejta tad-disinn applikabbli;

(b) 

ir-regoli li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-applikant għal, jew tad-detenturi ta’, dawn l-approvazzjonijiet.

▼M12

21.A.133    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna naturali jew legali (“organizzazzjoni”) tista’ tkun eliġibbli bħala applikant għal approvazzjoni taħt din is-Subparti. L-applikant għandu:

(a) 

jiġġustifika li, għal ambitu definit ta’ xogħol, approvazzjoni skont din is-Subparti tkun xierqa għall-finijiet ta’ turija ta’ konformità ma’ disinn speċifiku; u

(b) 

ikollu jew ikun applika għal approvazzjoni ta’ dak id-disinn speċifiku; jew

(c) 

ikun iddikjara jew ikollu l-intenzjoni li jiddikjara l-konformità ta’ dak id-disinn speċifiku f’konformità mas-Subparti C tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light); jew

(d) 

ikun żgura koordinazzjoni sodisfaċenti bejn il-produzzjoni u d-disinn, permezz ta’ arranġament xieraq ma’:

(1) 

l-applikant għal, jew id-detentur ta’, approvazzjoni ta’ dak id-disinn speċifiku maħruġ f’konformità ma’ dan ir-Regolament; jew

(2) 

il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun għamlet dikjarazzjoni tal-konformità ta’ dak id-disinn speċifiku f’konformità mas-Subparti C tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light).

▼B

21.A.134    Applikazzjoni

Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha ssir lill-awtorità kompetenti f’forma u manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità, u għandha tinkludi qafas tal-informazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.143 u t-termini ta’ approvazzjoni meħtieġa li jinħarġu taħt il-punt 21.A.151.

▼M9

21.A.134 A    Mezzi ta’ konformità

(a) 

Organizzazzjoni tista’ tuża kwalunkwe mezz alternattiv ta’ konformità biex tistabbilixxi l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

(b) 

Jekk organizzazzjoni tkun tixtieq tuża mezz alternattiv ta’ konformità, qabel ma tużah, għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b’deskrizzjoni sħiħa tiegħu. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe reviżjoni għall-manwali jew għall-proċeduri li tista’ tkun rilevanti, kif ukoll spjegazzjoni li tindika kif tinkiseb il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

L-organizzazzjoni tista’ tuża dawk il-mezzi alternattivi ta’ konformità soġġetti għal approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti.

▼M9

21.A.135    Ħruġ tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni

▼B

Organizzazzjoni għandha tkun intitolata li jkollha approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti meta din tkun uriet konformità mar-rekwiżiti applikabbli taħt din is-Subparti.

▼M9

21.A.139    Sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni

(a) 

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni li tinkludi element ta’ ġestjoni tas-sikurezza u element ta’ ġestjoni tal-kwalità, b’akkontabilità u b’linji ta’ responsabbiltà definiti b’mod ċar fl-organizzazzjoni kollha.

(b) 

Is-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni għandha:

1. 

tikkorrispondi għad-daqs tal-organizzazzjoni, u għan-natura u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, filwaqt li tqis il-perikli u r-riskji assoċjati inerenti f’dawk l-attivitajiet;

2. 

tkun stabbilita, implimentata u miżmuma taħt ir-responsabbiltà diretta ta’ maniġer uniku maħtur skont il-punt 21.A.145(c)(1).

(c) 

Bħala parti mill-element ta’ ġestjoni tas-sikurezza tas-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni, l-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha:

1. 

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm politika tas-sikurezza u l-objettivi tas-sikurezza relatati korrispondenti;

2. 

taħtar persunal ewlieni tas-sikurezza f’konformità mal-punt 21.A.145(c)(2);

3. 

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċess ta’ ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza biex tidentifika l-perikli għas-sikurezza li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-avjazzjoni tagħha, tevalwahom u timmaniġġja r-riskji assoċjati, inkluż it-teħid ta’ azzjonijiet biex ittaffi r-riskji u tivverifika l-effettività tagħhom;

4. 

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċess ta’ assigurazzjoni tas-sikurezza li jinkludi:

(i) 

il-kejl u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni;

(ii) 

il-ġestjoni tal-bidliet f’konformità mal-punt 21.A.147;

(iii) 

il-prinċipji għat-titjib kontinwu tal-element ta’ ġestjoni tas-sikurezza;

5. 

tippromwovi s-sikurezza fl-organizzazzjoni permezz ta’:

(i) 

taħriġ u edukazzjoni;

(ii) 

komunikazzjoni;

6. 

tistabbilixxi sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi f’konformità mal-punt 21.A.3 A sabiex tikkontribwixxi għat-titjib kontinwu tas-sikurezza.

▼M12

(d) 

bħala parti mill-element ta’ ġestjoni tal-kwalità tas-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni, l-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha:

1. 

tiżgura li kull prodott, parti jew tagħmir li jiġi prodott mill-organizzazzjoni jew mis-sħab tagħha, jew fornit minn partijiet esterni jew sottokuntrattat lilhom, ikun konformi mad-data tad-disinn applikabbli u jkun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu, u teżerċita l-privileġġi kif iddefiniti fil-punt 21.A.163;

2. 

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm, kif xieraq, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-approvazzjoni, proċeduri ta’ kontroll:

(i) 

għall-ħruġ, l-approvazzjoni jew it-tibdil ta’ dokument;

(ii) 

għall-awditjar u l-kontroll tal-valutazzjoni tal-bejjiegħ u tas-sottokuntrattur;

(iii) 

għall-verifika li l-prodotti, il-partijiet, il-materjali u t-tagħmir li jkunu qed jaslu, inklużi dawk l-oġġetti, ġodda jew użati, li jiġu fornuti minn xerrejja ta’ prodotti, ikunu kif speċifikat fid-data tad-disinn applikabbli;

(iv) 

għall-identifikazzjoni u għat-traċċabbiltà;

(v) 

għall-metodi ta’ manifattura;

(vi) 

għall-ispezzjoni u għall-ittestjar, inklużi testijiet tat-titjira tal-produzzjoni;

(vii) 

għall-kalibrazzjoni ta’ għodda, jigs u tagħmir tat-test;

(viii) 

għall-kontroll fuq oġġetti li ma jkunux konformi;

(ix) 

għall-koordinazzjoni tal-ajrunavigabbiltà ma’:

(A) 

l-applikant għal approvazzjoni tad-disinn jew id-detentur ta’ din;

(B) 

il-persuna fiżika jew ġuridika li għamlet dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti C tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light);

(x) 

għat-tlestija u għaż-żamma tar-rekords;

(xi) 

għall-kompetenza u għall-kwalifiki tal-persunal;

(xii) 

għall-ħruġ ta’ dokumenti ta’ rilaxx tal-ajrunavigabbiltà;

(xiii) 

għall-immaniġġjar, għall-ħażna u għall-ippakkjar;

(xiv) 

għall-awditi interni tal-kwalità u għall-azzjonijiet korrettivi li jirriżultaw;

(xv) 

għax-xogħol fit-termini tal-approvazzjoni li jkun sar fi kwalunkwe post għajr il-faċilitajiet approvati;

(xvi) 

għax-xogħol li jkun sar wara t-tlestija tal-produzzjoni iżda qabel il-kunsinna, biex l-inġenju tal-ajru jinżamm f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu;

(xvii) 

għall-ħruġ ta’ permess għat-titjir u ta’ approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir assoċjati.

3. 

tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi fil-proċeduri ta’ kontroll għal kwalunkwe parti kritika.

▼M9

(e) 

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tistabbilixxi, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni, funzjoni ta’ monitoraġġ indipendenti biex tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan l-Anness, kif ukoll il-konformità mas-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni u l-adegwatezza tagħha. Dan il-monitoraġġ għandu jinkludi feedback lill-persuna jew lill-grupp ta’ persuni msemmija fil-punt 21.A.145(c)(2) u lill-maniġer imsemmi fil-punt 21.A.145(c)(1) biex fejn meħtieġ, tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva.

(f) 

Jekk l-organizzazzjoni tal-produzzjoni jkollha ċertifikat tal-organizzazzjoni addizzjonali wieħed jew aktar fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139, is-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni tista’ tiġi integrata ma’ dik meħtieġa skont iċ-ċertifikat(i) addizzjonali miżmum(a).

21.A.143    Espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni

(a) L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni (POE) li tipprovdi direttament jew permezz ta’ kontroreferenza l-informazzjoni li ġejja relatata mas-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni, kif deskritta fil-punt 21.A.139:

▼B

1. 

dikjarazzjoni ffirmata mill-maniġer responsabbli li fiha jikkonferma li f’kull ħin se jkun hemm konformità mal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni u ma’ kwalunkwe manwali assoċjati li jiddefinixxu l-konformità tal-organizzazzjoni approvata ma’ din is-Subparti;

2. 

it-titolu(i) u l-ismijiet tal-maniġers aċċettati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt 21.A.145(c)(2);

3. 

id-dmirijiet u r-responsabilitajiet tal-maniġer(s) kif meħtieġ mill-punt 21.A.145(c)(2), inklużi l-materji li fuqhom dawn jistgħu jittrattaw direttament mal-awtorità kompetenti f’isem l-organizzazzjoni;

4. 

ċart organizzattiva li turi r-rabtiet assoċjati ta’ responsabbiltà tal-maniġers kif meħtieġ mill-punt 21.A.145(c)(1) u (2);

5. 

lista tal-persunal li jiċċertifika kif imsemmi fil-punt 21.A.145(d);

6. 

deskrizzjoni ġenerali tar-riżorsi umani;

7. 

deskrizzjoni ġenerali tal-faċilitajiet li hemm f’kull indirizz speċifikat fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni;

8. 

deskrizzjoni ġenerali tal-ambitu tax-xogħol tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni rilevanti għat-termini tal-approvazzjoni;

9. 

il-proċedura għan-notifika ta’ tibdiliet organizzattivi lill-awtorità kompetenti;

10. 

il-proċedura ta’ emenda għall-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni;

▼M9

11. 

deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni, tal-politika, tal-proċessi u tal-proċeduri kif previst fil-punt 21.A.139(c);

12. 

lista tat-terzi partijiet imsemmija fil-punt 21.A.139(d)(1);

▼M3

13. 

manwal tat-titjir bi prova li jiddefinixxi l-politiki u l-proċeduri tal-operazzjonijiet tal-organizzazzjoni b'rabta mat-testijiet tat-titjira, fil-każ li se jitwettqu testijiet tat-titjir. Il-manwal tal-operazzjonijiet tat-titjir bi prova għandu jinkludi:

(i) 

deskrizzjoni tal-proċessi tal-organizzazzjoni għat-testijiet tat-titjira, inklużi l-involviment tal-organizzazzjoni tat-testijiet tat-titjira fil-permess għall-proċess tal-ħruġ tat-titjiriet;

(ii) 

politika dwar l-ingaġġ tal-ekwipaġġ, inklużi l-kompożizzjoni, il-kompetenza, il-limitazzjonijiet ta' validità u ta' ħinijiet ta' titjir, skont l-Appendiċi XII ta' dan l-Anness I (il-Parti 21), fejn applikabbli;

(iii) 

proċeduri gћall-ġarr ta' persuni minbarra l-membri tal-ekwipaġġ u għat-taħriġ tat-testijiet tat-titjira, meta applikabbli;

(iv) 

politika ta' ġestjoni tar-riskju u tas-sikurezza u metodoloġiji assoċjati;

(v) 

proċeduri biex jiġu identifikati l-istrumenti u t-tagħmir li għandu jinġarr;

(vi) 

lista ta' dokumenti li jridu jiġu ppreżentati għal testijiet tat-titjira.

▼M9

(b) Il-ħarġa inizjali tal-POE għandha tkun approvata mill-awtorità kompetenti.

▼M9

(c) Il-POE għandha tiġi emendata kif ikun meħtieġ biex tibqa’ deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni. Kopji ta’ kwalunkwe emenda għandhom jiġu pprovduti lill-awtorità kompetenti.

▼M9

21.A.145    Riżorsi

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha turi li:

(a) 

il-faċilitajiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, it-tagħmir u l-għodda, il-proċessi u l-materjali assoċjati, l-għadd u l-kompetenza tal-persunal, u l-organizzazzjoni ġenerali huma adegwati biex jiġu eżegwiti l-obbligi tagħha skont il-punt 21.A.165;

▼M12

(b) 

fir-rigward tad-data kollha neċessarja tal-ajrunavigabbiltà u tal-protezzjoni ambjentali:

1. 

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tirċievi tali data mill-Aġenzija u mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett jew tal-approvazzjoni tad-disinn, jew mill-applikant għaliha, maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament jew persuna fiżika jew ġuridika li għamlet dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn skont is-Subparti C tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light), inkluża kwalunkwe eżenzjoni mogħtija skont ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mad-data tad-disinn applikabbli;

2. 

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni stabbiliet proċedura sabiex tiżgura li d-data tal-ajrunavigabbiltà u tal-protezzjoni ambjentali tiġi inkorporata b’mod korrett fid-data tal-produzzjoni tagħha;

3. 

din id-data tinżamm aġġornata u tkun disponibbli għall-persunal kollu li jkun jeħtieġ jaċċessa din id-data sabiex iwettaq dmirijietu;

▼M9

(c) 

fir-rigward tal-maniġment u l-persunal:

1. 

ikun inħatar maniġer responsabbli mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni u mill-awtorità biex jiżgura li, fi ħdan l-organizzazzjoni, il-produzzjoni kollha titwettaq skont l-istandards meħtieġa u li l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun kontinwament konformi mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni msemmija fil-punt 21.A.139, u d-data u l-proċeduri identifikati fil-POE msemmija fil-punt 21.A.143;

2. 

ikunu ġew nominati persuna jew grupp ta’ persuni mill-maniġer responsabbli biex jiġi żgurat li l-organizzazzjoni tkun f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness, u jkunu identifikati, flimkien mal-limitu tal-awtorità tagħhom; it-tali persuna jew grupp ta’ persuni għandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà tal-maniġer responsabbli u għandu jkollhom aċċess dirett għalih. Il-persuna jew grupp ta’ persuni għandu jkollhom l-għarfien, l-isfond u l-esperjenza xierqa biex jeżegwixxu r-responsabbiltajiet tagħhom;

3. 

il-persunal fil-livelli kollha jkunu ngħataw l-awtorità xierqa biex ikunu jistgħu jeżegwixxu r-responsabbiltajiet allokati lilhom, u li jkun hemm koordinazzjoni sħiħa u effettiva fi ħdan l-organizzazzjoni tal-produzzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet tad-data tal-ajrunavigabbiltà u tal-protezzjoni ambjentali;

(d) 

fir-rigward tal-persunal li jiċċertifika, u li huwa awtorizzat mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni biex jiffirma d-dokumenti maħruġa skont il-punt 21.A.163 fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-termini tal-approvazzjoni:

1. 

ikollhom l-għarfien, l-isfond (inklużi funzjonijiet oħra fl-organizzazzjoni) u l-esperjenza xierqa biex jeżegwixxu r-responsabbiltajiet allokati lilhom;

2. 

huma pprovduti b’evidenza tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tagħhom.

21.A.147    Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni

Wara l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, kull bidla fis-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni li tkun sinifikanti għad-dimostrazzjoni tal-konformità jew għall-karatteristiċi tal-ajrunavigabbiltà u tal-protezzjoni ambjentali tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir, għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti qabel ma tiġi implimentata. L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tissottometti applikazzjoni għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti li turi li se tkompli tikkonforma ma’ dan l-Anness.

▼B

21.A.148    Tibdiliet fil-post

Tibdila fil-post tal-faċilitajiet tal-manifattura tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata għandha titqies li hija sinifikanti u għalhekk għandha tikkonforma mal-punt 21.A.147.

21.A.149    Trasferibbiltà

Ħlief b’riżultat ta’ tibdila fil-proprjetà, li hija meqjusa sinifikanti għall-għanijiet tal-punt 21.A.147, l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni ma tistax tiġi trasferita.

21.A.151    Termini tal-approvazzjoni

It-termini tal-approvazzjoni għandhom jidentifikaw l-ambitu tax-xogħol, il-prodotti jew il-kategoriji tal-partijiet u t-tagħmir, jew it-tnejn, li għalihom id-detentur tal-approvazzjoni huwa intitolat jeżerċita l-privileġġi taħt il-punt 21.A.163.

Dawk it-termini għandhom jinħarġu bħala parti mill-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni.

21.A.153    Tibdiliet fit-termini tal-approvazzjoni

Kull tibdila li ssir fit-termini tal-approvazzjoni għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. Applikazzjoni għal tibdila fit-termini tal-approvazzjoni għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti. L-applikant għandu jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti.

▼M9 —————

▼M9

21.A.158    Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet

(a) 

Wara li jirċievi n-notifika tal-konstatazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.B.225, id-detentur taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu:

1. 

jidentifika l-kawża/i ewlenija/ewlenin tan-nuqqas ta’ konformità, kif ukoll il-fatturi kontributorji tiegħu;

2. 

ifassal pjan ta’ azzjoni korrettiva;

3. 

juri l-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti.

(b) 

L-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a) għandhom jitwettqu fil-perjodu miftiehem ma’ dik l-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt 21.B.225.

(c) 

L-osservazzjonijiet li jaslu f’konformità mal-punt 21.B.225(e) għandhom jingħataw kunsiderazzjoni xierqa mid-detentur taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni. L-organizzazzjoni għandha tirreġistra d-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta’ dawk l-osservazzjonijiet.

21.A.159    Durata u validità kontinwa

(a) 

Għandu jinħareġ ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għal perjodu ta’ żmien illimitat. Dan għandu jibqa’ validu soġġett għall-konformità tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1. 

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu;

2. 

l-awtorità kompetenti tkun permessa mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni jew minn kwalunkwe wieħed mis-sħab, fornituri jew sottokuntratturi tagħha, li twettaq l-investigazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.A.9;

3. 

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun tista’ tipprovdi lill-awtorità kompetenti b’evidenza li turi li hija żżomm kontroll sodisfaċenti tal-manifattura tal-prodotti, partijiet u tagħmir taħt l-approvazzjoni;

4. 

iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni ma jkunx ġie revokat mill-awtorità kompetenti skont il-punt 21.B.65, jew ġie ċedut mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni.

(b) 

Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti.

▼M12

21.A.163    Privileġġi

Skont it-termini tal-approvazzjoni maħruġa fil-punt 21.A.135, id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jista’:

(a) 

iwettaq attivitajiet ta’ produzzjoni skont dan l-Anness jew l-Anness Ib (il-Parti 21 Light);

(b) 

fil-każ ta’ inġenji tal-ajru kompluti u ċċertifikati għat-tip u mal-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-konformità (il-Formola 52 tal-EASA) maħruġa skont il-punti 21.A.174 u 21.A.204 ta’ dan l-Anness jew skont il-punti 21L.A.143(c) u 21L.A.163 tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light), jikseb ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u ċertifikat tal-ħoss mingħajr aktar wiri;

(c) 

fil-każ ta’ prodotti, ta’ partijiet jew ta’ tagħmir oħrajn, joħroġ ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) skont dan l-Anness (il-Parti 21) jew skont l-Anness Ib (il-Parti 21 Light) mingħajr aktar wiri;

(d) 

fil-każ ta’ inġenju tal-ajru li jkun soġġett għal dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn skont il-punt 21L.A.43 tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) u mal-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-konformità (il-Formola 52B tal-EASA) maħruġa skont il-punti 21L.A.143(d) u 21L.A.163 tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light), jikseb ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett tal-inġenju tal-ajru u ċertifikat tal-ħoss ristrett mingħajr aktar wiri;

(e) 

fil-każ ta’ prodotti jew ta’ partijiet li għandhom jiġu installati fuq inġenju tal-ajru li jkun soġġett għal dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn skont il-punt 21L.A.43 tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light), joħroġ ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) skont l-Anness Ib (il-Parti 21 Light) mingħajr aktar wiri;

(f) 

iżomm inġenju tal-ajru ġdid li huwa jkun ipproduċa u joħroġ ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz (il-Formola 53 tal-EASA) fir-rigward ta’ dik iż-żamma;

(g) 

skont proċeduri tal-produzzjoni maqbula mal-awtorità kompetenti tiegħu għall-produzzjoni, għal inġenju tal-ajru li jkun ipproduċa u meta l-organizzazzjoni tal-produzzjoni nfisha tkun qiegħda tikkontrolla skont l-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni tagħha l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u tkun qiegħda tattesta l-konformità mal-kundizzjonijiet tad-disinn approvati għat-titjira, joħroġ permess għat-titjir f’konformità mal-punt 21.A.711(c), inkluża l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir f’konformità mal-punt 21.A.710(b).

21.A.165    Obbligi tad-detentur

Skont it-termini tal-approvazzjoni maħruġa fil-punt 21.A.135, id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu:

(a) 

jiżgura li l-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni pprovduta f’konformità mal-punt 21.A.143 u d-dokumenti li tirreferi għalihom, jintużaw bħala dokumenti bażiċi tax-xogħol fi ħdan l-organizzazzjoni;

(b) 

iżomm l-organizzazzjoni tal-produzzjoni f’konformità mad-data u mal-proċeduri approvati għall-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni;

(c) 
1. 

jistabbilixxi li kull inġenju tal-ajru komplut ikun konformi mad-disinn tat-tip u li jkun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu qabel ma jissottometti d-dikjarazzjonijiet tal-konformità lill-awtorità kompetenti; jew

2. 

jara li prodotti, partijiet jew tagħmir ieħor ikun komplut u konformi mad-data tad-disinn approvata u mad-data tad-disinn iddikjarata li dawn ikunu f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr l-ebda periklu qabel il-ħruġ tal-Formola 1 tal-EASA sabiex tkun ċertifikata l-konformità mad-data tad-disinn approvata u l-kundizzjoni għal operazzjoni sikura;

3. 

barra minn hekk, fil-każ tar-rekwiżiti ambjentali, jiddetermina li:

(i) 

il-magna lesta hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tal-egżost tal-magna fid-data tal-manifattura tal-magna; u

(ii) 

l-ajruplan lest huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data meta jinħareġ l-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tiegħu.

4. 

jara li prodotti, partijiet jew tagħmir ieħor huma konformi mad-data applikabbli qabel il-ħruġ tal-Formola 1 tal-EASA bħala ċertifikat ta’ konformità;

(d) 

jipprovdi assistenza lid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew ta’ approvazzjoni oħra tad-disinn jew lil persuna fiżika jew ġuridika li tkun għamlet dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn skont is-Subparti C tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) fit-trattament ta’ kwalunkwe azzjoni kontinwa tal-ajrunavigabbiltà li tkun relatata mal-prodotti, mal-partijiet jew mat-tagħmir li jkunu ġew prodotti;

(e) 

meta, skont it-termini tal-approvazzjoni tiegħu, id-detentur ikun biħsiebu joħroġ ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz, jistabbilixxi li kull inġenju tal-ajru komplut ikun ġie soġġett għall-manutenzjoni neċessarja u li dan ikun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu, qabel ma joħroġ iċ-ċertifikat;

(f) 

fejn ikun applikabbli, skont il-privileġġ tal-punt 21.A.163(e), jiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom ikun jista’ jinħareġ permess għat-titjir;

(g) 

fejn ikun applikabbli, skont il-privileġġ tal-punt 21.A.163(e), jistabbilixxi konformità mal-punti 21.A.711(c) u (e) qabel ma joħroġ permess għat-titjir għal inġenju tal-ajru;

(h) 

jikkonforma mas-Subparti A ta’ din it-Taqsima.

▼B

SUBPARTI H —   ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS U ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS RISTRETTI

▼M12

21.A.171    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà għal inġenji tal-ajru li jikkonformaw ma’ ċertifikat tat-tip li jkun inħareġ f’konformità ma’ dan l-Anness.

▼B

21.A.172    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li taħt isimha jkun reġistrat jew se jiġi reġistrat inġenju tal-ajru fi Stat Membru (“l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni”), jew ir-rappreżentant tagħha, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat tal-airworthiness għal dak l-inġenju tal-ajru taħt din is-Subparti.

21.A.173    Klassifikazzjoni

Iċ-ċertifikati tal-airworthiness għandhom ikunu kklassifikati kif ġej:

(a) 

iċ-ċertifikati tal-airworthiness għandhom jinħarġu lil inġenji tal-ajru li jikkonformaw ma’ ċertifikat tat-tip li jkun inħareġ f’konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21);

(b) 

iċ-ċertifikati tal-airworthiness ristretti għandhom jinħarġu lil inġenji tal-ajru:

1. 

li jikkonformaw ma’ ċertifikat tat-tip ristrett li jkun inħareġ f’konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21); jew

2. 

li jkun intwera lill-Aġenzija li jikkonformaw ma’ speċifikazzjonijiet speċifiċi tal-airworthiness li jiżguraw sikurezza adegwata.

21.A.174    Applikazzjoni

(a) F’konformità mal-punt 21.A.172, applikazzjoni għal ċertifikat tal-airworthiness għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

▼M12

(b) Kull applikazzjoni għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għandha tinkludi:

1. 

il-klassi taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà li għalih tkun saret l-applikazzjoni;

2. 

fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru ġdid:

(i) 

dikjarazzjoni tal-konformità:

— 
maħruġa skont il-punt 21.A.163(b); jew
— 
maħruġa skont il-punt 21.A.130 u vvalidata mill-awtorità kompetenti; jew
— 
għal inġenju tal-ajru importat, dikjarazzjoni tal-konformità maħruġa skont il-punt 21.A.163(b) jew, f’każ ta’ inġenju tal-ajru importat f’konformità mal-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament, dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità li tesporta li l-inġenju tal-ajru jikkonforma ma’ disinn approvat mill-Aġenzija;
(ii) 

rapport dwar il-piż u l-bilanċ bi skeda tat-tagħbija u;

(iii) 

il-manwal tat-titjira, meta dan ikun meħtieġ mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal dak l-inġenju tal-ajru partikolari.

3. 

fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru użat li joriġina minn:

(i) 

Stat Membru, ċertifikat ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 ( 5 );

(ii) 

Stat li ma huwiex Stat Membru:

— 
dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat fejn l-ajruplan huwa rreġistrat jew kien irreġistrat, li tkun tirrifletti l-istatus tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru fir-reġistru tiegħu fiż-żmien tat-trasferiment;
— 
rapport dwar il-piż u l-bilanċ bi skeda tat-tagħbija;
— 
il-manwal tat-titjira meta tali manwal ikun meħtieġ mill-kodiċi tal-ajrunavigabbiltà għall-inġenju tal-ajru;
— 
ir-rekords storiċi sabiex jiġi stabbilit l-istandard tal-produzzjoni, tal-modifika u tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru, inklużi l-limitazzjonijiet kollha assoċjati ma’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett maħruġ f’konformità mal-punt 21.B.327;
— 
rakkomandazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett u għal ċertifikat ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014;
— 
id-data meta nħareġ l-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà u, jekk japplikaw l-istandards tal-Volum III tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, id-data tal-valur metriku tas-CO2.

▼B

(c) Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, id-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punti (b)(2)(i) u (b)(3)(ii) għandhom jinħarġu mhux aktar minn 60 ġurnata qabel il-preżentazzjoni tal-inġenju tal-ajru lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.175    Lingwa

Il-manwali, l-avviżi, il-listi, l-immarkar tal-istrumenti u kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għandhom ikunu ppreżentati f’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni aċċettabbli għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.177    Emenda jew modifika

Ċertifikat tal-airworthiness jista’ jiġi emendat jew modifikat biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.179    Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid fl-Istati Membri

(a) Fejn tkun inbidlet il-proprjetà ta’ inġenju tal-ajru:

1. 

jekk dan jibqa’ fl-istess reġistru, iċ-ċertifikat tal-airworthiness, jew iċ-ċertifikat tal-airworthiness ristrett li jkun konformi biss ma’ ċertifikat tat-tip ristrett, għandu jiġi ttrasferit flimkien mal-inġenju tal-ajru;

2. 

jekk l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat fi Stat Membru ieħor, iċ-ċertifikat tal-airworthiness, jew iċ-ċertifikat tal-airworthiness ristrett li jkun konformi biss ma’ ċertifikat tat-tip ristrett, għandu jinħareġ:

▼M6

(i) 

meta jiġu ppreżentati ċ-ċertifikat preċedenti tal-ajrunavigabbiltà u ċertifikat validu ta’ rieżami tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014;

▼B

(ii) 

meta jkun issodisfat il-punt 21.A.175.

(b) Fejn tkun inbidlet il-proprjetà ta’ inġenju tal-ajru, u l-inġenju tal-ajru jkollu ċertifikat tal-airworthiness ristrett li ma jikkonformax ma’ ċertifikat tat-tip ristrett, iċ-ċertifikati tal-airworthiness għandhom jiġu ttrasferiti flimkien mal-inġenju tal-ajru bil-kundizzjoni li l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru, jew jinħarġu biss bil-ftehim formali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni fejn ikun ġie ttrasferit.

▼M9 —————

▼B

21.A.181    Perjodu u validità kontinwa

▼M9

(a) Għandu jinħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għal perjodu ta’ żmien illimitat. Huwa għandu jibqa’ validu soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1. 

l-inġenju tal-ajru jkompli jkun konformi mad-disinn tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa; u

▼B

2. 

l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru; u

3. 

iċ-ċertifikat tat-tip jew iċ-ċertifikat tat-tip ristrett li taħtu dan ikun inħareġ ma jkunx ġie invalidat qabel taħt il-punt 21.A.51;

▼M9

4. 

iċ-ċertifikat ma ġiex revokat mill-awtorità kompetenti skont il-punt 21.B.65, jew ġie ċedut mid-detentur taċ-ċertifikat.

▼B

(b) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.182    Identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru

Kull applikant għal ċertifikat tal-airworthiness taħt din is-Subparti għandu juri li l-inġenju tal-ajru tiegħu jkun identifikat f’konformità mas-Subparti Q.

SUBPARTI I —   ĊERTIFIKATI TAL-ĦOSS

▼M12

21.A.201    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati tal-ħoss għal inġenji tal-ajru li jikkonformaw ma’ ċertifikat tat-tip li jkun inħareġ f’konformità ma’ dan l-Anness.

▼B

21.A.203    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li taħt isimha jkun reġistrat jew se jkun reġistrat inġenju tal-ajru fi Stat Membru (Stat Membru ta’ reġistrazzjoni), jew ir-rappreżentant tagħha, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat tal-ħoss għal dak l-inġenju tal-ajru taħt din is-Subparti.

21.A.204    Applikazzjoni

(a) F’konformità mal-punt 21.A.203, applikazzjoni għal ċertifikat tal-ħoss għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

▼M12

(b) Kull applikazzjoni għandha tinkludi:

1. 

fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru ġdid:

(i) 

dikjarazzjoni tal-konformità:

— 
maħruġa skont il-punt 21.A.163(b); jew
— 
maħruġa skont il-punt 21.A.130 u vvalidata mill-awtorità kompetenti; jew
— 
għal inġenju tal-ajru importat, dikjarazzjoni tal-konformità maħruġa skont il-punt 21.A.163(b) jew, f’każ ta’ inġenju tal-ajru importat f’konformità mal-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament, dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità li tesporta li l-inġenju tal-ajru jikkonforma ma’ disinn approvat mill-Aġenzija; u
(ii) 

l-informazzjoni dwar il-ħoss stabbilita f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli dwar il-ħoss;

2. 

fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru użat:

(i) 

l-informazzjoni dwar il-ħoss stabbilita f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli dwar il-ħoss; u

(ii) 

rekords storiċi sabiex ikun stabbilit l-istandard tal-produzzjoni, tal-modifikazzjoni u tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru.

▼B

(c) Sakemm mhux miftiehem mod ieħor, id-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt (b)(1) għandhom jinħarġu mhux aktar minn 60 ġurnata qabel il-preżentazzjoni tal-inġenju tal-ajru lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.207    Emenda jew modifika

Ċertifikat tal-ħoss jista’ jiġi emendat jew modifikat biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.209    Trasferibbiltà u ħrug mill-ġdid fl-Istati Membri

Fejn tkun inbidlet il-proprjetà ta’ inġenju tal-ajru:

(a) 

jekk l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru, iċ-ċertifikat tal-ħoss għandu jiġi ttrasferit flimkien mal-inġenju tal-ajru; jew

(b) 

jekk l-inġenju tal-ajru jmur fir-reġistru ta’ Stat Membru ieħor, iċ-ċertifikat tal-ħoss għandu jinħareġ wara l-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tal-ħoss ta’ qabel.

▼M9 —————

▼B

21.A.211    Perjodu u validità kontinwa

▼M9

(a) Għandu jinħareġ ċertifikat tal-istorbju għal perjodu ta’ żmien illimitat. Huwa għandu jibqa’ validu soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1. 

l-inġenju tal-ajru jkompli jkun konformi mad-disinn tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa; u

▼B

2. 

l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru; u

3. 

iċ-ċertifikat tat-tip jew iċ-ċertifikat tat-tip ristrett li taħtu dan ikun inħareġ ma jkunx ġie invalidat qabel taħt il-punt 21.A.51;

▼M9

4. 

iċ-ċertifikat ma ġiex revokat mill-awtorità kompetenti skont il-punt 21.B.65, jew ġie ċedut mid-detentur taċ-ċertifikat.

▼B

(b) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

SUBPARTI J —   APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

▼M5

21.A.231    Kamp ta' Applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet tad-disinn u regoli li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti u tad-detenturi ta' dawn l-approvazzjonijiet. F'din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip u ċ-ċertifikati tat-tip ristretti.

▼M12

21.A.233    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna naturali jew legali (“organizzazzjoni”) tista’ tkun eliġibbli bħala applikant għal approvazzjoni taħt din is-Subparti:

(a) 

sabiex tintwera l-konformità mal-punti 21.A.14, 21.A.112B, 21.A.432B jew 21.A.602B ta’ dan l-Anness; jew

(b) 

sabiex tintwera l-konformità mal-punti 21L.A.23, 21L.A.83 jew 21L.A.204 tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light); jew

(c) 

għall-finijiet tal-kisba tal-privileġġi skont il-punt 21.A.263 rigward l-approvazzjoni ta’ bidliet minuri jew ta’ disinn minuri tat-tiswija, jew joħorġu dikjarazzjonijiet tal-konformità rigward bidliet minuri jew disinn minuri ta’ tiswija ta’ inġenji tal-ajru li għalihom tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti C tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light).

▼B

21.A.234    Applikazzjoni

Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija u għandha tinkludi qafas tal-informazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.243, u t-termini ta’ approvazzjoni mitluba li jinħarġu taħt il-punt 21.A.251.

21.A.235    Ħruġ tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn

Organizzazzjoni għandha tkun intitolata li jkollha approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn maħruġa mill-Aġenzija, meta din tkun uriet konformità mar-rekwiżiti applikabbli taħt din is-Subparti.

▼M9

21.A.239    Sistema ta’ ġestjoni tad-disinn

(a) 

L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm sistema ta’ ġestjoni tad-disinn li tinkludi element ta’ ġestjoni tas-sikurezza u element ta’ assigurazzjoni tad-disinn b’akkontabilità u b’linji ta’ responsabbiltà ddefiniti b’mod ċar fl-organizzazzjoni kollha.

(b) 

Is-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn għandha:

1. 

tikkorrispondi għad-daqs tal-organizzazzjoni, u għan-natura u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, filwaqt li tqis il-perikli u r-riskji assoċjati li huma inerenti f’dawk l-attivitajiet;

2. 

tkun stabbilita, implimentata u miżmuma taħt ir-responsabbiltà ta’ maniġer uniku maħtur skont il-punt 21.A.245(a).

(c) 

Bħala parti mill-element ta’ ġestjoni tas-sikurezza tas-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn, l-organizzazzjoni tad-disinn għandha:

1. 

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm politika tas-sikurezza u l-objettivi tas-sikurezza relatati korrispondenti;

2. 

taħtar persunal ewlieni tas-sikurezza f’konformità mal-punt 21.A.245(b);

3. 

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċess ta’ ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza li jinkludi l-identifikazzjoni tal-perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni li jirriżultaw mill-attivitajiet tagħha, l-evalwazzjoni tagħhom u l-ġestjoni tar-riskji assoċjati, inkluż it-teħid ta’ azzjonijiet biex jittaffew ir-riskji u tiġi vverifikata l-effettività tagħhom;

4. 

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċess ta’ assigurazzjoni tas-sikurezza li jinkludi:

(i) 

il-kejl u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni;

(ii) 

il-ġestjoni tal-bidliet f’konformità mal-punti 21.A.243(c) u 21.A.247;

(iii) 

il-prinċipji għat-titjib kontinwu tal-element ta’ ġestjoni tas-sikurezza;

5. 

tippromwovi s-sikurezza fl-organizzazzjoni permezz ta’:

(i) 

taħriġ u edukazzjoni;

(ii) 

komunikazzjoni;

6. 

tistabbilixxi sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi f’konformità mal-punt 21.A.3 A sabiex tikkontribwixxi għal titjib kontinwu tas-sikurezza.

▼M12

(d) 

Bħala parti mill-element ta’ assigurazzjoni tad-disinn tas-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn, l-organizzazzjoni tad-disinn għandha:

1. 

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm sistema għall-kontroll u s-sorveljanza tad-disinn, u tal-bidliet fid-disinn u t-tiswijiet, tal-prodotti, tal-partijiet u tat-tagħmir koperti mit-termini tal-approvazzjoni; din is-sistema għandha:

(i) 

tinkludi funzjoni tal-ajrunavigabbiltà li tkun responsabbli li timmaniġġja d-disinn tal-prodotti, tal-partijiet u tat-tagħmir, jew il-bidliet fid-disinn u t-tiswijiet, ikunu konformi mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jikkonċernaw il-ħruġ tad-dikjarazzjonijiet, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data dwar l-adegwatezza operattiva applikabbli u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali;

(ii) 

tiżgura li teżegwixxi kif xieraq ir-responsabbiltajiet tagħha f’konformità ma’ dan l-Anness u mat-termini tal-approvazzjoni maħruġa skont il-punt 21.A.251;

2. 

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm funzjoni ta’ verifika indipendenti għall-wiri tal-konformità li, fuq il-bażi tagħha, l-organizzazzjoni tiddikjara l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-ajrunavigabbiltà, tad-data tal-adegwatezza operattiva u tal-protezzjoni ambjentali; u

3. 

tispeċifika l-mod li bih is-sistema ta’ assigurazzjoni tad-disinn tqis l-aċċettabbiltà tal-partijiet jew tat-tagħmir iddisinjati, jew il-kompiti li jitwettqu mis-sħab jew mis-sottokuntratturi tagħha skont il-metodi li jkunu s-suġġett ta’ proċeduri bil-miktub.

▼M9

(e) 

L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tistabbilixxi, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn, funzjoni ta’ monitoraġġ indipendenti biex tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan l-Anness, kif ukoll il-konformità u l-adegwatezza tas-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn. Il-monitoraġġ għandu jinkludi feedback lill-persuna jew lill-grupp ta’ persuni msemmija fil-punt 21.A.245(b) u lill-maniġer imsemmi fil-punt 21.A.245(a) biex tiġi żgurata, fejn meħtieġ, l-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva.

(f) 

Jekk l-organizzazzjoni tad-disinn ikollha ċertifikat, wieħed jew aktar, tal-organizzazzjoni addizzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139, is-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn tista’ tiġi integrata ma dik meħtieġa skont iċ-ċertifikat(i) addizzjonali.

21.A.243    Manwal

(a) 

Bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn, l-organizzazzjoni tad-disinn għandha toħloq u tipprovdi lill-Aġenzija manwal li jiddeskrivi, direttament jew permezz ta’ kontroreferenza, l-organizzazzjoni, flimkien mal-politiki, il-proċessi u l-proċeduri rilevanti tagħha, it-tip ta’ xogħol ta’ disinn, u l-kategoriji ta’ prodotti, partijiet u tagħmir li għalihom l-organizzazzjoni tad-disinn ikollha approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn, kif identifikat fit-termini tal-approvazzjoni maħruġa f’konformità mal-punt 21.A.251 u, fejn rilevanti, l-interfaċċi mas-sħab jew mas-sottokuntratturi tagħha u l-kontroll tagħhom.

Jekk iridu jitwettqu testijiet tat-titjira, għandu wkoll jinħoloq u jingħata lill-Aġenzija, manwal tal-operazzjonijiet tat-testijiet tat-titjira li jiddefinixxi l-politiki u l-proċeduri tal-organizzazzjoni fir-rigward tat-testijiet tat-titjira. Il-manwal tal-operazzjonijiet tat-testijiet tat-titjira għandu jinkludi:

1. 

deskrizzjoni tal-proċessi tal-organizzazzjoni għat-testijiet tat-titjira, inkluż l-involviment tagħha fil-proċess għall-ħruġ ta’ permess għat-titjir;

2. 

politika dwar l-ingaġġ tal-ekwipaġġ, inkluż il-kompożizzjoni, il-kompetenza, il-limitazzjonijiet ta’ validità u ta’ ħinijiet ta’ titjir, f’konformità mal-Appendiċi XII, fejn applikabbli;

3. 

proċeduri gћall-ġarr ta’ persuni għajr il-membri tal-ekwipaġġ, u għat-taħriġ tat-testijiet tat-titjira, meta applikabbli;

4. 

politika għall-ġestjoni tar-riskju u tas-sikurezza u metodoloġiji assoċjati;

5. 

proċeduri biex jiġu identifikati l-istrumenti u t-tagħmir li għandhom jinġarru abbord;

6. 

lista ta’ dokumenti li jridu jiġu ppreżentati għat-testijiet tat-titjira.

(b) 

Fejn kwalunkwe parti jew tagħmir jew kwalunkwe bidla fil-prodotti tkun ġiet iddisinjata minn organizzazzjonijiet sħab jew sottokuntratturi, il-manwal għandu jinkludi dikjarazzjoni dwar kif l-organizzazzjoni tad-disinn tista’ turi, għall-partijiet u t-tagħmir kollha, il-konformità f’konformità mal-punt 21.A.239(d)(2), u għandu jkun fih, direttament jew b’kontroreferenza, deskrizzjonijiet u informazzjoni dwar l-attivitajiet tad-disinn u l-organizzazzjoni ta’ dawk l-organizzazzjonijiet sħab jew sottokuntratturi, kif ikun meħtieġ biex tiġi stabbilita d-dikjarazzjoni.

(c) 

Il-manwal għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex jibqa’ deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni, u għandhom jiġu pprovduti kopji tal-emendi lill-Aġenzija.

(d) 

L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tistabbilixxi u żżomm dikjarazzjoni tal-kwalifiki u tal-esperjenza tal-persunal maniġerjali u ta’ persuni oħrajn fl-organizzazzjoni li jkunu responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà, id-data tal-adegwatezza operattiva u l-kwistjonijiet ta’ protezzjoni ambjentali. Hija għandha tissottometti dik id-dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti.

21.A.245    Riżorsi

(a) 

L-organizzazzjoni, flimkien mal-awtorità, għandha taħtar kap tal-organizzazzjoni tad-disinn biex tiżgura li, fi ħdan l-organizzazzjoni, l-attivitajiet kollha tad-disinn jitwettqu skont l-istandards meħtieġa u li l-organizzazzjoni tad-disinn tkun kontinwament f’konformità mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn imsemmija fil-punt 21.A.239 u l-proċeduri speċifikati fil-manwal imsemmi fil-punt 21.A.243.

(b) 

Il-kap tal-organizzazzjoni tad-disinn għandu jinnomina u jispeċifika l-limitu tal-awtorità:

1. 

ta’ kap tal-funzjoni tal-ajrunavigabbiltà;

2. 

ta’ kap tal-funzjoni ta’ monitoraġġ indipendenti;

3. 

skont id-daqs tal-organizzazzjoni u n-natura u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, ta’ kwalunkwe persuna jew ta’ grupp ieħor ta’ persuni li huma meħtieġa jiżguraw li l-organizzazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness.

(c) 

B’deroga mill-punt 21.A.245(b)(1), il-funzjoni tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt 21.A.239(d)(1)(i) tista’ titwettaq taħt is-superviżjoni diretta tal-kap tal-organizzazzjoni tad-disinn f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:

1. 

meta l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tax-xogħol tal-organizzazzjoni tad-disinn, kif identifikat fit-termini tal-approvazzjoni maħruġa skont il-punt 21.A.251, ikun limitat għal bidliet minuri u/jew tiswijiet minuri;

2. 

għal perjodu ta’ żmien limitat meta l-organizzazzjoni tad-disinn ma jkollhiex kap nominat tal-funzjoni tal-ajrunavigabbiltà u l-eżerċizzju ta’ dik il-funzjoni taħt is-sorveljanza diretta tal-kap tal-organizzazzjoni tad-disinn ikun proporzjonat mal-kamp ta’ applikazzjoni u mal-livell tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni.

(d) 

Il-persuna jew il-grupp ta’ persuni nominati skont il-punt (b) għandhom:

1. 

jirrapportaw lill-kap tal-organizzazzjoni tad-disinn u jkollhom aċċess dirett għalihom;

2. 

ikollhom l-għarfien, l-isfond u l-esperjenza xierqa biex jeżegwixxu r-responsabbiltajiet tagħhom.

(e) 

L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tiżgura li:

1. 

ikun hemm biżżejjed persunal fid-dipartimenti tekniċi kollha u li dawn ikollhom esperjenza suffiċjenti, u li jkunu ngħataw l-awtorità xierqa biex ikunu jistgħu jeżegwixxu r-responsabbiltajiet allokati lilhom, u li l-faċilitajiet, it-tagħmir u l-akkomodazzjoni jkunu adegwati biex il-persunal ikun jista’ jissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-ajrunavigabbiltà, mad-data tal-adegwatezza operattiva u mal-protezzjoni ambjentali fir-rigward il-prodott;

2. 

ikun hemm koordinazzjoni sħiħa u effiċjenti bejn id-dipartimenti u fi ħdan id-dipartimenti fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mal-ajrunavigabbiltà, mad-data tal-adegwatezza operattiva u mal-protezzjoni ambjentali.

21.A.247    Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn

Wara l-ħruġ ta’ approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn, kull bidla fis-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn li tkun sinifikanti biex tintwera l-konformità jew għall-ajrunavigabbiltà, għall-adegwatezza operattiva u għall-protezzjoni ambjentali tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir, għandha tiġi approvata mill-Aġenzija qabel ma tiġi implimentata. L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tissottometti lill-Aġenzija applikazzjoni għall-approvazzjoni li turi, abbażi tal-bidliet proposti fil-manwal, li se tkompli tikkonforma ma dan l-Anness.

▼B

21.A.249    Trasferibbiltà

Ħlief b’riżultat ta’ tibdil fil-proprjetà, li huwa meqjus sinifikanti għall-għanijiet tal-punt 21.A.247, l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn mhijiex trasferibbli.

▼M5

21.A.251    Termini tal-approvazzjoni

It-termini tal-approvazzjoni għandhom jidentifikaw it-tipi ta' xogħol tad-disinn, il-kategoriji tal-prodotti, tal-partijiet u tat-tagħmir li għalihom l-organizzazzjoni tad-disinn għandha approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn, u l-funzjonijiet u d-dmirijiet li l-organizzazzjoni għandha l-approvazzjoni biex twettaq fejn jidħlu l-ajrunavigabbiltà, l-adegwatezza operattiva u l-karatteristiċi ambjentali tal-prodotti. Għall-approvazzjonijiet ta' organizzazzjoni tad-disinn li jkopru ċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew awtorizzazzjoni ta' Ordni ta' Standard Tekniku Ewropew (ETSO) għal unitajiet ta' potenza awżiljari (APUs), it-termini tal-approvazzjoni għandu jkun fihom ukoll il-lista tal-prodotti jew tal-APUs. Dawk it-termini għandhom jinħarġu bħala parti minn approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn.

▼B

21.A.253    Tibdiliet fit-termini tal-approvazzjoni

Kull tibdila li ssir fit-termini tal-approvazzjoni għandha tiġi approvata mill-Aġenzija. Applikazzjoni għal tibdila fit-termini tal-approvazzjoni għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija. L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti.

▼M9 —————

▼M9

21.A.258    Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet

(a) 

Wara li jirċievi n-notifika tal-konstatazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.B.433, id-detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn għandu:

1. 

jidentifika l-kawża/i ewlenija/ewlenin tan-nuqqas ta’ konformità, kif ukoll il-fatturi kontributorji tiegħu;

2. 

jistabbilixxi pjan ta’ azzjoni korrettiva;

3. 

juri l-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-Aġenzija.

(b) 

L-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a) għandhom jitwettqu fil-perjodu miftiehem mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21.B.433.

(c) 

L-osservazzjonijiet riċevuti f’konformità mal-punt 21.B.433(e) għandhom jingħataw kunsiderazzjoni xierqa mid -detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn. L-organizzazzjoni għandha tirreġistra d-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta’ dawk l-osservazzjonijiet.

21.A.259    Durata u validità kontinwa

(a) 

Għandha tinħareġ approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn għal perjodu ta’ żmien illimitat. Din għandha tibqa’ valida soġġetta għall-konformità tal-organizzazzjoni tad-disinn mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1. 

l-organizzazzjoni tad-disinn tkompli tikkonforma mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu; filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-punt 21.B.433 ta’ dan l-Anness relatati mat-trattament tal-konstatazzjonijiet;

2. 

id-detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn jew kwalunkwe wieħed mis-sħab jew mis-sottokuntratturi tiegħu jirrikonoxxu li l-awtorità kompetenti tista’ twettaq investigazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.A.9;

3. 

l-organizzazzjoni tad-disinn tkun tista’ tipprovdi lill-Aġenzija b’evidenza li turi li s-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn tal-organizzazzjoni żżomm kontroll u sorveljanza sodisfaċenti tad-disinn tal-prodotti, u tat-tiswijiet u tal-bidliet li jsiru lilhom skont l-approvazzjoni;

4. 

iċ-ċertifikat ma jkunx ġie revokat mill-Aġenzija skont il-punt 21.B.65, jew ġie ċedut mill-organizzazzjoni tad-disinn.

(b) 

Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-Aġenzija.

▼M12

21.A.263    Privileġġi

(a) 

(Riżervat)

(b) 

(Riżervat)

(c) 

Id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn għandu jkun intitolat, fi ħdan l-ambitu tat-termini tal-approvazzjoni tiegħu, maħruġin skont il-punt 21.A.251, u skont il-proċeduri rilevanti tas-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn:

1. 

jikklassifika l-bidliet f’ċertifikat tat-tip jew f’ċertifikat tat-tip supplementari u d-disinji tat-tiswijiet bħala “maġġuri” jew “minuri”;

2. 

japprova bidliet żgħar f’ċertifikat tat-tip jew f’ċertifikat tat-tip supplementari u disinji tat-tiswija minuri skont dan l-Anness (il-Parti 21) jew skont l-Anness Ib (il-Parti 21 Light);

3. 

jiddikjara l-konformità ta’ bidla minuri jew ta’ tiswija minuri fid-disinn ta’ inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn mid-dikjarant skont il-punt 21L.A.43 tas-Subparti C tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light);

4. 

jiddikjara l-konformità ta’ disinn mibdul ta’ inġenju tal-ajru, f’konformità mal-punt 21L.A.43 tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light), f’każ li l-persuna fiżika jew ġuridika li oriġinarjament tkun għamlet dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn fir-rigward ta’ dak l-inġenju tal-ajru skont il-punt 21L.A.43 tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) ma tibqax attiva jew ma tweġibx għal talbiet għad-dikjarazzjoni tal-konformità ta’ bidliet fid-disinn;

5. 

japprova ċerti disinji tat-tiswija maġġuri skont is-Subparti M ta’ dan l-Anness għal prodotti jew għal sistemi ta’ potenza awżiljari (APUs);

6. 

japprova l-kundizzjonijiet tat-titjir għal ċerti inġenji tal-ajru, li skonthom jista’ jinħareġ permess tat-titjir skont il-punt 21.A.710(a)(2), għajr il-permessi tat-titjir li jkunu se jinħarġu għall-iskop tal-punt 21.A.701(a)(15);

7. 

joħroġ permess tat-titjir skont il-punt 21.A.711(b) għal inġenju tal-ajru li huwa jkun iddisinja jew immodifika, jew li għalih ikun approva, f’konformità mal-punt 21.A.263(c)(6), il-kundizzjonijiet tat-titjir li fihom jista’ jinħareġ permess tat-titjir, u meta huwa stess bħala d-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn:

(i) 

ikun jikkontrolla l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru, u

(ii) 

jattesta l-konformità mal-kundizzjonijiet tad-disinn approvati għat-titjira;

8. 

japprova ċerti bidliet maġġuri f’ċertifikat tat-tip skont is-Subparti D ta’ dan l-Anness jew skont is-Subparti D tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light); u

9. 

joħroġ ċerti ċertifikati tat-tip supplementari skont is-Subparti E ta’ dan l-Anness jew skont is-Subparti E tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) u japprova ċerti bidliet maġġuri f’dawk iċ-ċertifikati.

(d) 

fil-punt 21.A.265, il-punt (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(c) 

jiddetermina li d-disinn tal-prodotti, jew tal-bidliet jew tat-tiswijiet li jsiru lilhom, jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jikkonċernaw it-tfassil tad-dikjarazzjonijiet, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data dwar l-adegwatezza operattiva, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli, u ma jkollu l-ebda karatteristika mhux sikura;”;

▼M5

21.A.265    Obbligi tad-detentur

Id-detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn għandu, fl-ambitu tat-termini tal-approvazzjoni tiegħu, kif stabbiliti mill-Aġenzija:

(a) 

iżomm il-manwal meħtieġ skont il-punt 21.A.243 b'konformità mas-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn;

(b) 

jiżgura li dan il-manwal jew il-proċeduri rilevanti inklużi b'kontroreferenza jintużaw bħala dokument bażiku ta' ħidma fi ħdan l-organizzazzjoni;

▼M9

(c) 

jiddetermina li d-disinn tal-prodotti, jew tal-bidliet jew tat-tiswijiet li jsiru lilhom, jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data dwar l-adegwatezza operattiva, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli, u ma jkollu l-ebda karatteristika mhux sikura;

▼M5

(d) 

jipprovdi dikjarazzjonijiet u dokumentazzjoni relatata lill-Aġenzija li jkunu jikkonfermaw il-konformità mal-punt (c), għajr għall-proċessi tal-approvazzjoni mwettqa b'konformità mal-punt 21.A.263(c);

(e) 

jipprovdi data jew informazzjoni lill-Aġenzija relatati mal-azzjonijiet meħtieġa skont il-punt 21.A.3B;

(f) 

Jiddetermina l-kundizzjonijiet, skont il-punt 21.A.263(c)(6), li skonthom jista' jinħareġ permess tat-titjir;

(g) 

jistabbilixxi, skont il-punt 21.A.263(c)(7), il-konformità mal-punti (b) u (e) tal-punt 21.A.711 qabel joħroġ permess tat-titjir lil inġenju tal-ajru;

▼M9

(h) 

jiddeżinja d-data u l-informazzjoni maħruġa taħt l-awtorità tal-organizzazzjoni tad-disinn approvata fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-termini tal-approvazzjoni tagħha kif stabbilit mill-Aġenzija bid-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-kontenut tekniku ta’ dan id-dokument huwa approvat bl-awtorità tad-DOA ref. EASA. 21J.[XXXX]”;

▼M9

(i) 

jikkonforma mas-Subparti A ta’ din it-Taqsima.

▼B

SUBPARTI K —   PARTIJIET U TAGĦMIR

21.A.301    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura marbuta mal-approvazzjoni ta’ partijiet u tagħmir.

21.A.303    Konformità mar-rekwiżiti applikabbli

It-turija ta’ konformità ta’ partijiet u tagħmir li se jiġu installati fi prodott li għandu ċ-ċertifikat tat-tip għandha ssir:

(a) 

f’rabta mal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tas-Subpartijiet B, D jew E għall-prodott li fih dan ikun se jkun installat; jew

(b) 

fejn applikabbli, taħt il-proċeduri tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO tas-Subparti O; jew

(c) 

fil-każ ta’ partijiet standard, f’konformità ma’ standards rikonoxxuti uffiċjalment.

21.A.305    Approvazzjoni ta’ partijiet u tagħmir

Fil-każijiet kollha fejn l-approvazzjoni ta’ parti jew tagħmir hija meħtieġa b’mod espliċitu bil-liġi tal-Unjoni jew bil-miżuri tal-Aġenzija, il-parti jew it-tagħmir għandu jikkonforma mal-ETSO applikabbli jew mal-ispeċifikazzjonijiet rikonoxxuti bħala ekwivalenti mill-Aġenzija fil-każ partikolari.

▼M7

21.A.307    L-eliġibbiltà ta’ partijiet u tagħmir għall-installazzjoni

(a) 

Parti jew tagħmir ikun eliġibbli għall-installazzjoni fi prodott iċċertifikat tat-tip meta jkun f’kundizzjoni ta’ tħaddim mingħajr periklu, ikun immarkat f’konformità mas-Subparti Q u akkumpanjat minn ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA), li jiċċertifika li l-oġġett ġie mmanifatturat f’konformità mad-data tad-disinn approvata.

(b) 

B’deroga mill-punt (a) u sakemm il-kundizzjonijiet fil-punt (c) jiġu ssodisfati, il-partijiet jew it-tagħmir li ġejjin ma jeħtiġux Formola 1 tal-EASA biex ikunu eliġibbli għall-installazzjoni fi prodott iċċertifikat tat-tip:

(1) 

parti standard;

(2) 

fil-każ ta’ ELA1 u ELA2, parti jew tagħmir:

(i) 

li l-użu tiegħu ma jkunx għal żmien limitat, li ma jiffurmax parti mill-istruttura primarja jew mill-kontrolli tat-titjira;

(ii) 

li ġie identifikat għall-installazzjoni fl-inġenju tal-ajru speċifiku;

(iii) 

li għandu tiġi installat f’inġenju tal-ajru li sidu jkun ivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet applikabbli fil-punti (i) u (ii) u jkun aċċetta r-responsabbiltà għal din il-konformità;

(3) 

parti jew tagħmir li għalih il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità mad-data tad-disinn approvata jkollu effett ta’ sikurezza negliġibbli fuq il-prodott u li huwa identifikat bħala tali mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn fl-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa. Sabiex jiddetermina l-effetti ta’ sikurezza ta’ parti jew tagħmir mhux konformi, fl-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa d-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn jista’ jistabbilixxi attivitajiet ta’ verifika speċifiċi li għandhom jitwettqu mill-installatur tal-parti jew tat-tagħmir fuq il-prodott;

(4) 

fil-każ tal-inkorporazzjoni ta’ bidla standard f’konformità mal-punt 21.A.90B jew tiswija standard f’konformità mal-punt 21.A.431B, parti jew tagħmir, li għalihom il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità mad-data tad-disinn għandhom effett ta’ sikurezza negliġibbli fuq il-prodott, u li jiġi identifikat bħala tali fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-bidliet standard jew għat-tiswijiet standard maħruġa skont il-punt (a)(2) tal-punt 21.A.90B u l-punt (a)(2) tal-punt 21.A.431B. Sabiex jiġu ddeterminati l-effetti ta’ sikurezza ta’ parti jew tagħmir mhux konformi, jistgħu jiġu stabbiliti attivitajiet speċifiċi li għandhom jitwettqu mill-persuna li tinstalla l-parti jew it-tagħmir fuq il-prodott fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni msemmija hawn fuq;

(5) 

parti jew tagħmir li huwa eżentat minn approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 ( 6 ); kif ukoll

(6) 

parti jew tagħmir li huwa oġġett ta’ assemblaġġ ogħla identifikat fil-punti (b)(1) sa (b)(5); kif ukoll

▼M12

(7) 

parti jew tagħmir manifatturat minn persuna jew minn organizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament.

▼M7

(c) 

Il-partijiet u t-tagħmir elenkati fil-punt (b) huma eliġibbli għall-installazzjoni fi prodott iċċertifikat tat-tip mingħajr ma jkunu akkumpanjati minn Formola 1 tal-EASA, sakemm l-installatur ikollu dokument maħruġ mill-persuna jew l-organizzazzjoni li mmanifatturat il-parti jew it-tagħmir, li jiddikjara l-isem tal-parti jew tat-tagħmir, in-numru tal-parti, u l-konformità tal-parti jew tat-tagħmir mad-data tad-disinn tagħhom u li jkun fih id-data tal-ħruġ.

▼B

(SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI M —   TISWIJIET

21.A.431 A    Kamp ta’ applikazzjoni

▼M5

(a) Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija ta' prodott, ta' parti jew ta' apparat, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti jew tad-detenturi ta' dawk l-approvazzjonijiet.

▼B

(b) Din is-Subparti tiddefinixxi t-tibdil standard li mhux suġġett għal proċess ta’ approvazzjoni skont din is-Subparti.

▼M5

(c) “Tiswija” tfisser it-tneħħija ta' ħsara u/jew ir-restawr ta' prodott, parti jew tagħmir għal kundizzjoni ta' ajrunavigabbiltà wara r-rilaxx inizjali fis-servizz mill-manifattur.

(d) It-tneħħija ta' ħsara, li ssir billi jinbidlu partijiet jew tagħmir mingħajr il-ħtieġa ta' attività tad-disinn, għandha titqies bħala xogħol ta' manutenzjoni, u għalhekk ma għandha tkun teħtieġ l-ebda approvazzjoni skont dan l-Anness.

▼B

(e) Tiswija fuq oġġett tal-ETSO minbarra fuq unità ta’ qawwa awżiljarja (APU) għandha tiġi ttrattata bħala tibdila fid-disinn tal-ETSO u għandha tkun ipproċessata f’konformità mal-punt 21.A.611.

▼M5

(f) F'din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip u ċ-ċertifikati tat-tip ristretti.

▼B

21A.431B    Tiswijiet standard

(a) It-tiswijiet standard huma tiswijiet:

(1) 

marbutin ma’:

(i) 

ajruplani b’massa ta’ tluq massima ta’ 5 700 kilogramm jew inqas;

(ii) 

inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors b’massa ta’ tluq massima ta’ 3 175 kilogramma jew inqas;

(iii) 

gliders u gliders bil-magna, blalen tal-arja u iġfna tal-ajru, kif iddefiniti għat-tip “ELA1” jew “ELA2”;

▼M7

(2) 

li jsegwu data tad-disinn inkluża fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni maħruġin mill-Aġenzija, li jkun fihom metodi, tekniki u prattiki aċċettabbli biex jitwettqu u jiġu identifikati t-tiswijiet standard, inklużi l-istruzzjonijiet assoċjati għal ajrunavigabbiltà kontinwa; kif ukoll

▼B

(3) 

li ma jkunux f’kunflitt mad-dejta tad-detenturi ta’ ċertifikat tat-tip.

(b) Il-punti 21A.432A sa 21A.451 ma japplikawx għat-tiswijiet standard.

21.A.432A    Eliġibbiltà

(a) Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun uriet, jew hija fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha skont il-punt 21.A.432B, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għall-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.

(b) Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun eliġibbli sabiex tapplika għall-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija minuri.

21.A.432B    Turija tal-kapaċità

▼M5

(a) Applikant tal-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija maġġuri għandu juri l-kapaċità tiegħu billi jikseb approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn, maħruġa mill-Aġenzija b'konformità mas-Subparti J.

▼B

(b) B’deroga mill-punt (a), bħala proċedura alternattiva biex juri l-kapaċità tiegħu, applikant jista’ jitlob il-qbil tal-Aġenzija għall-użu ta’ proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi tad-disinn, ir-riżorsi u s-sekwenza tal-attivitajiet speċifiċi meħtieġa sabiex jikkonforma ma’ din is-Subparti.

▼M5

(c) B'deroga mill-punt (a), fil-każ tal-prodotti msemmija fil-punt 21.A.14(c), applikant jista' juri l-kapaċità tiegħu billi jikseb l-aċċettazzjoni tal-Aġenzija għall-programm taċ-ċertifikazzjoni tiegħu stabbilit b'konformità mal-punt 21.A.432C(b).

▼M5

21.A.432C    Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija

(a) 

Applikazzjoni għal approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija għandha ssir b'mod u manjiera kif stabbilit mill-Aġenzija.

(b) 

▼M7

Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri għandha tinkludi programm taċ-ċertifikazzjoni, jew tiġi ssupplimentata bih wara l-applikazzjoni inizjali, li jkun fih:

▼M5

1. 

deskrizzjoni tal-ħsara u disinn tat-tiswija tal-ħsara li jidentifikaw il-konfigurazzjoni fid-disinn tat-tip li fuqha tkun saret tiswija;

2. 

identifikazzjoni tal-oqsma kollha tad-disinn tat-tip u l-manwali approvati li huma mibdula jew milquta mid-disinn tat-tiswija;

3. 

identifikazzjoni ta' kwalunkwe investigazzjonijiet mill-ġdid meħtieġa biex juru l-konformità tad-disinn tat-tiswija u l-oqsma affettwati mid-disinn tat-tiswija mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza, kif applikabbli, fiċ-ċertifikat tat-tip, fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari jew inkella fl-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU;

4. 

kwalunkwe emenda proposta għall-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza, kif applikabbli, fiċ-ċertifikat tat-tip, fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari jew inkella fl-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU;

5. 

proposta għal tqassim tal-programm taċ-ċertifikazzjoni fi gruppi sinifikanti ta' attivitajiet u ta' data ta' dimostrazzjoni tal-konformità, inkluż il-mezzi u l-proċess proposti li għandhom jiġu segwiti biex tintwera l-konformità mal-punt 21.A.433(a)(1) u r-referenzi għal dokumenti tal-konformità relatati;

6. 

proposta għall-valutazzjoni tal-gruppi sinifikanti ta' attivitajiet u ta' data ta' dimostrazzjoni tal-konformità li jindirizzaw il-probabbiltà ta' nuqqas ta' konformità mhux identifikat mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u tal-impatt potenzjali ta' dak in-nuqqas ta' konformità fuq is-sikurezza tal-prodotti. Il-valutazzjoni proposta għandha tqis mill-anqas l-elementi msemmija fil-punti (1) sa (4) tal-punt 21.B.100(a). Abbażi ta' din il-valutazzjoni, l-applikazzjoni għandha tinkludi proposta għall-involviment tal-Aġenzija fil-verifika tal-attivitajiet u tad-data tad-dimostrazzjoni tal-konformità; kif ukoll

7. 

l-ispeċifikazzjoni jekk id-data taċ-ċertifikazzjoni tħejjietx kollha mill-applikant jew abbażi ta' arranġament ma' sid id-data taċ-ċertifikazzjoni tat-tip.

▼M5

21.A.433    Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija

(a) 

Disinn tat-tiswija għandu jiġi approvat biss meta:

1. 

jintwera, wara l-programm taċ-ċertifikazzjoni msemmi fil-punt 21.A.432C(b), li d-disinn tat-tiswija hu konformi mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza, kif applikabbli, fiċ-ċertifikat tat-tip, fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari jew inkella fl-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, kif ukoll b'kull emenda li tiġi stabbilita u notifikata mill-Aġenzija b'konformità mal-punt 21.B.450;

2. 

tiġi ddikjarata l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli skont il-punt (a)(1) u l-ġustifikazzjonijiet tal-konformità jiġu rreġistrati fid-dokumenti tal-konformità;

▼M7

3. 

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li jaf tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni;

▼M5

4. 

l-applikant ikun speċifika li jkun ipprovda d-data taċ-ċertifikazzjoni abbażi ta' arranġament ma' sid id-data taċ-ċertifikazzjoni tat-tip b'konformità mal-punt 21.A.432C(b)(7):

(i) 

id-detentur ikun indika li ma hemm l-ebda oġġezzjoni teknika għall-informazzjoni mressqa skont il-punt (a)(2); kif ukoll

(ii) 

id-detentur ikun qabel li jikkollabora mad-detentur tad-disinn tat-tiswija biex tkun żgurata l-eżekuzzjoni tal-obbligi kollha għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott mibdul permezz tal-konformità mal-punt 21.A.451;

▼M7

5. 

ikun intwera għat-tiswija ta’ ajruplan soġġett għall-punt 26.302 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/640, li l-integrità strutturali tat-tiswija u tal-istruttura affettwata tkun mill-inqas ekwivalenti għal-livell ta’ integrità strutturali stabbilit għall-istruttura bażi mill-punt 26.302 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/640.

▼M5

(b) 

L-applikant għandu jippreżenta lill-Aġenzija d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (a)(2) u, b'talba tal-Aġenzija, id-data sostanzjanta kollha meħtieġa.

21.A.435    Klassifikazzjoni u approvazzjoni tad-disinji tat-tiswija

(a) 

Disinn tat-tiswija għandu jiġi kklassifikat bħala “maġġuri” jew “minuri” skont il-kriterji stabbiliti fil-punt 21.A.91 għal bidla fiċ-ċertifikat tat-tip.

(b) 

Disinn tat-tiswija għandu jiġi kklassifikat u approvat biss minn:

1. 

l-Aġenzija; jew

2. 

organizzazzjoni tad-disinn approvata fl-ambitu tal-privileġġi tagħha previsti fil-punti (1), (2) u (5) tal-punt 21.A.263(c), kif irreġistrat fit-termini tal-approvazzjoni.

▼M5 —————

▼B

21.A.439    Produzzjoni ta’ partijiet tat-tiswija

Il-partijiet u t-tagħmir li jintużaw biex issir it-tiswija għandhom ikunu mmanifatturati f’konformità mad-dejta tal-produzzjoni bbażata fuq id-dejta tad-disinn kollha meħtieġa, kif ipprovduta mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija:

(a) 

taħt is-Subparti F; jew

(b) 

minn organizzazzjoni approvata kif suppost f’konformità mas-Subparti G; jew

(c) 

minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kif suppost.

21.A.441    Tiswir tat-tiswija

▼M6

(a) l-inkorporazzjoni ta’ tiswija għandha ssir f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M), mal-Anness II (il-Parti-145), mal-Anness Vb (il-Parti-ML) jew mal-Anness Vd (il-Parti-CAO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, jew minn organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata f’konformità mas-Subparti G ta’ dan l-Anness, skont il-privileġġ previst fil-punt 21.A.163(d);

▼B

(b) L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tgħaddi lill-organizzazzjoni li se twettaq it-tiswija l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni kollha meħtieġa.

21.A.443    Limitazzjonijiet

Disinn ta’ tiswija jista’ jkun approvat suġġett għal ċerti limitazzjonijiet, f’liema każ l-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija għandha tinkludi l-istruzzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha meħtieġa. Dawn l-istruzzjonijiet u l-limitazzjonijiet għandhom jintbagħtu mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija lill-operatur f’konformità ma’ proċedura li dwarha jkun hemm ftehim mal-Aġenzija.

21.A.445    Ħsara mhux imsewwija

(a) Meta prodott, parti jew tagħmir bil-ħsara jitħalla mhux imsewwi, u dan ma jkunx kopert minn dejta approvata qabel, l-evalwazzjoni tal-ħsara għall-finijiet tal-konsegwenzi għall-airworthiness tiegħu tista’ ssir biss:

1. 

mill-Aġenzija; jew

2. 

minn organizzazzjoni tad-disinn approvata kif suppost taħt proċedura li dwarha jkun hemm ftehim mal-Aġenzija.

Kwalunkwe limitazzjoni meħtieġa għandha tkun ipproċessata f’konformità mal-proċeduri tal-punt 21.A.443.

(b) Fejn l-organizzazzjoni li tkun qed tevalwa l-ħsara taħt il-punt (a) la tkun l-Aġenzija u lanqas ma tkun id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, din l-organizzazzjoni għandha tiġġustifika li l-informazzjoni li fuqha hija bbażata l-evalwazzjoni tkun adegwata jew mir-riżorsi tal-organizzazzjoni stess jew permezz ta’ arranġament mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, jew mal-manifattur, skont kif japplika.

▼M7 —————

▼B

21.A.451    Obbligi u mmarkar tal-EPA

(a) Kull detentur ta’ approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri għandu:

1. 

jassumi l-obbligi:

▼M9

(i) 

stabbiliti fil-punti 21.A.3 A, 21.A.3B, 21.A.4, 21.A.5, 21.A.6, 21.A.7, 21.A.9, 21.A.439, 21.A.441 u 21.A.443;

▼B

(ii) 

impliċiti fil-kollaborazzjoni mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, taħt il-punt 21.A.433 (b), kif xieraq;

2. 

jispeċifika l-immarkar, inklużi l-ittri EPA, f’konformità mal-punt 21.A.804(a).

(b) Ħlief għal detenturi ta’ ċertifikat tat-tip jew detenturi ta’ awtorizzazzjoni għal APU li għalihom japplika l-punt 21.A.44, id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija minuri għandu:

▼M9

1. 

jassumi l-obbligi stabbiliti fil-punti 21.A.4, 21.A.5 u 21.A.7;

▼B

2. 

jispeċifika l-immarkar, inklużi l-ittri EPA, f’konformità mal-punt 21.A.804(a).

(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI O —   AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW

21.A.601    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet tal-ETSO u r-regoli li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, jew id-detenturi ta’, it-tali awtorizzazzjonijiet.

21.A.602A    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproduċi, jew tinsab fil-proċess li tipproduċi, oġġett tal-ETSO, u li tkun uriet, jew tinsab fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha taħt il-punt 21.A.602B għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal awtorizzazzjoni tal-ETSO.

21.A.602B    Turija tal-kapaċità

Kwalunkwe applikant għal awtorizzazzjoni tal-ETSO għandu juri l-kapaċità tiegħu kif ġej:

(a) 

għall-produzzjoni, billi jkollu approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, maħruġa f’konformità mas-Subparti G, jew permezz ta’ konformità mal-proċeduri tas-Subparti F; u

(b) 

għad-disinn:

1. 

għal Unità ta’ Qawwa Awżiljarja, billi jkollu approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn, maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mas-Subparti J;

2. 

għall-oġġetti l-oħra kollha, billi jintużaw il-proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi tad-disinn, ir-riżorsi u s-sekwenza tal-attivitajiet speċifiċi meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21).

21.A.603    Applikazzjoni

(a) Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-ETSO għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija u għandha tinkludi qafas tal-informazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.605.

(b) Meta tkun antiċipata sensiela ta’ tibdiliet minuri f’konformità mal-punt 21.A.611, l-applikant għandu jniżżel fl-applikazzjoni tiegħu n-numru bażiku tal-mudell tal-oġġett segwit min-numri assoċjati tal-parti b’parentesi miftuħa biex juri li ittri jew numri (jew kombinazzjoni tagħhom it-tnejn) tas-suffiss li jinbidlu se jiżdiedu minn żmien għal żmien.

▼M5

21.A.604    Awtorizzazzjoni tal-ETSO għal Unità ta' Potenza Awżiljari (APU)

Fir-rigward ta' awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU:

▼M9

(a) 

b’deroga mill-punti 21.A.9, 21.A.603, 21.A.610 u 21.A.621, għandhom japplikaw il-punti li ġejjin: il-punti 21.A.15, 21.A.20, 21.A.21, 21.A.31, 21.A.33, 21.A.44, 21.A.47, 21.B.75 u 21.B.80. Madankollu, għandha tinħareġ awtorizzazzjoni tal-ETSO b’konformità mal-punt 21.A.606 minflok iċ-ċertifikat tat-tip;

▼M6

(b) 

b’deroga mill-punt 21.A.611, ir-rekwiżiti tas-Subparti D għandhom japplikaw għall-approvazzjoni ta’ bidliet fid-disinn mid-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU u ta’ bidliet fid-disinn minn applikanti oħra kklassifikati bħala bidla minuri, u r-rekwiżiti tas-Subparti E għandhom japplikaw għall-approvazzjoni ta’ bidliet fid-disinn minn applikanti oħra kklassifikati bħala bidla maġġuri. Meta jkunu japplikaw ir-rekwiżiti tas-Subparti E, għandha tinħareġ awtorizzazzjoni separata tal-ETSO minflok ċertifikat tat-tip supplimentari; kif ukoll

▼M5

(c) 

ir-rekwiżiti tas-Subparti M għandhom japplikaw għall-approvazzjoni tad-disinji tat-tiswijiet.

21.A.605    Rekwiżiti tad-data

(a) 

L-applikant għandu jressaq dawn id-dokumenti li ġejjin lill-Aġenzija:

1. 

programm taċ-ċertifikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-ETSO, li jistabbilixxi l-mezzi ta' dimostrazzjoni tal-konformità mal-punt 21.A.606(b);

2. 

dikjarazzjoni tal-konformità li tiċċertifika li l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti ta' din is-Subparti;

3. 

dikjarazzjoni tad-disinn u l-prestazzjoni (DDP), li tiddikjara li l-applikant wera li l-oġġett jikkonforma mal-ETSO applikabbli skont il-programm taċ-ċertifikazzjoni;

4. 

kopja tad-data teknika meħtieġa fl-ETSO applikabbli;

5. 

l-espożizzjoni, jew referenza għall-espożizzjoni, imsemmija fil-punt 21.A.143 sabiex tinkiseb approvazzjoni xierqa ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni skont is-Subparti G jew il-manwal, jew referenza għall-manwal, imsemmi fil-punt 21.A.125 A(b) sabiex issir manifattura skont is-Subparti F mingħajr approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni;

6. 

fil-każ ta' APU, il-manwal, jew referenza għall-manwal, imsemmi fil-punt 21.A.243 sabiex tinkiseb approvazzjoni xierqa ta' organizzazzjoni tad-disinn skont is-Subparti J;

7. 

fil-każ tal-oġġetti l-oħra kollha, il-proċeduri, jew referenza għall-proċeduri, imsemmija fil-punt 21.A.602B(b)(2);

(b) 

L-applikant għandu jirrapporta lill-Aġenzija dwar kwalunkwe diffikultajiet jew ċirkostanzi li jinqalgħu waqt il-proċess tal-approvazzjoni li jistgħu jħallu impatt sinifikanti fuq l-awtorizzazzjoni tal-ETSO.

21.A.606    Rekwiżiti għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tal-ETSO

Biex tinħareġ awtorizzazzjoni tal-ETSO, l-applikant għandu:

(a) 

juri l-kapaċità tiegħu b'konformità mal-punt 21.A.602B;

(b) 

juri li l-oġġett jikkonforma mal-kundizzjonijiet tekniċi applikabbli tal-ETSO, jew ma' devjazzjonijiet minnhom approvati b'konformità mal-punt 21.A.610, jekk ikun hemm;

(c) 

jikkonforma mar-rekwiżiti ta' din is-Subparti; kif ukoll

(d) 

jiddikjara li ma ġiet identifikata l-ebda karatteristika li jaf tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

▼B

21.A.607    Privileġġi ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO

Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO huwa intitolat jipproduċi u jimmarka l-oġġett bl-immarkar adattat tal-ETSO.

21.A.608    Dikjarazzjoni tad-Disinn u l-Prestazzjoni (DDP)

(a) Id-DDP għandu jkun fiha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

1. 

informazzjoni li tikkorrispondi għall-punti 21.A.31(a) u (b), li tidentifika l-oġġett u l-istandard tad-disinn u tal-ittestjar tiegħu;

2. 

il-prestazzjoni kkalkulata tal-oġġett, fejn xieraq, jew direttament jew b’referenza għal dokumenti supplementari oħra;

3. 

dikjarazzjoni ta’ konformità li tiċċertifika li l-oġġett ikun issodisfa l-ETSO x-xieraq;

4. 

referenza għar-rapporti tat-test rilevanti;

5. 

referenza għall-Manwali tal-Manutenzjoni, l-Ispezzjoni u t-Tiswija xierqa;

6. 

il-livelli ta’ konformità, fejn livelli varji ta’ konformità jkunu permessi mill-ETSO;

7. 

lista ta’ devjazzjonijiet aċċettati f’konformità mal-punt 21.A.610.

(b) Id-DDP għandha ġġib id-data u l-firma tad-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO, jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

21.A.609    Obbligi tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet tal-ETSO

Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO taħt din is-Subparti għandu:

(a) 

jimmanifattura kull oġġett f’konformità mas-Subparti G jew is-Subparti F, li jiżgura li kull oġġett komplut ikun konformi mad-dejta tad-disinn tiegħu u jkun jista’ jiġi installat b’mod sikur;

▼M9

(b) 

jipprepara u jżomm, għal kull mudell ta’ kull oġġett li għalih tkun inħarġet awtorizzazzjoni tal-ETSO, sett aġġornat ta’ data u rekords tekniċi kompluti f’konformità mal-punt 21.A.5;

▼B

(c) 

jipprepara, jżomm u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-manwali kollha li huma meħtieġa mill-ispeċifikazzjonijiet applikabbli tal-airworthiness għall-oġġett;

(d) 

jagħmel disponibbli lill-utenti tal-oġġett u lill-Aġenzija, jekk ikun hemm talba, dawk il-manwali tal-manutenzjoni, l-ispezzjoni u t-tiswija li huma meħtieġa għall-użu u l-manutenzjoni tal-oġġett, kif ukoll it-tibdiliet li jsiru f’dawk il-manwali;

(e) 

jimmarka kull oġġett f’konformità mal-punt 21.A.807;

▼M9

(f) 

jikkonforma mal-punti 21.A.3 A, 21.A.3B, 21.A.4 u 21.A.9;

▼B

(g) 

ikompli jissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalifikazzjoni tal-punt 21.A.602B.

21.A.610    Approvazzjoni għal devjazzjoni

(a) Kull manifattur li jitlob l-approvazzjoni għal devjazzjoni minn kwalunkwe standard tal- prestazzjoni tal-ETSO għandu juri li l-istandards li minnhom tkun qed tintalab devjazzjoni jkunu kkompensati b’fatturi jew karatteristiċi tad-disinn li jkunu jipprovdu livell ekwivalenti ta’ sikurezza.

(b) It-talba għall-approvazzjoni ta’ devjazzjoni, flimkien mad-dejta rilevanti kollha, għandhom jiġu sottomessi lill-Aġenzija.

21.A.611    Tibdiliet fid-disinn

(a) Id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO jista’ jagħmel tibdiliet minuri fid-disinn (kwalunkwe tibdila għajr tibdila maġġuri) mingħajr awtorizzazzjoni ulterjuri mill-Aġenzija. F’dan il-każ, l-oġġett mibdul għandu jżomm in-numru tal-mudell oriġinali (tibdiliet jew emendi fin-numri tal-partijiet għandhom jintużaw biex ikunu identifikati t-tibdiliet minuri) u d-detentur għandu jgħaddi lill-Aġenzija kwalunkwe dejta riveduta li tkun meħtieġa għall-konformità mal-punt 21.A.603(b).

(b) Kwalunkwe tibdila fid-disinn li ssir mid-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO li tkun estensiva biżżejjed li tkun teħtieġ investigazzjoni sostanzjalment kompluta biex tkun stabbilita l-konformità mal-ETSO hija tibdila maġġuri. Qabel ma ssir it-tali tibdila, id-detentur għandu jassenja lill-oġġett deskrizzjoni ġdida tat-tip jew tal-mudell u japplika għal awtorizzazzjoni ġdida taħt il-punt 21.A.603.

(c) L-ebda tibdila fid-disinn minn persuna fiżika jew ġuridika, għajr id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO, li tkun issottomettiet id-dikjarazzjoni tal-konformità għall-oġġett ma hija eliġibbli għall-approvazzjoni taħt din is-Subparti O, sakemm il-persuna li tkun qed titlob it-tali approvazzjoni ma tkunx applikat taħt il-punt 21.A.603 għal awtorizzazzjoni separata tal-ETSO.

▼M7 —————

▼M9 —————

▼M9

21.A.619    Durata u validità kontinwa

(a) 

Għandha tinħareġ awtorizzazzjoni tal-ETSO għal perjodu ta’ żmien illimitat. Hija għandha tibqa’ valida soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1. 

il-kundizzjonijiet stabbiliti meta ngħatat l-awtorizzazzjoni tal-ETSO jkomplu jiġu osservati mill-applikant;

2. 

l-obbligi speċifikati fil-punt 21.A.609 ikomplu jiġu eżegwiti mid-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO;

3. 

id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO jew kwalunkwe wieħed mis-sħab, mill-fornituri jew mis-sottokuntratturi tiegħu jirrikonoxxi li l-awtorità kompetenti tista twettaq investigazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.A.9;

4. 

ikun hemm provi li l-oġġett tal-ETSO ma jwassalx għal perikli inaċċettabbli fis-servizz;

5. 

l-awtorizzazzjoni tal-ETSO ma tkunx ġietx revokata mill-Aġenzija skont il-punt 21.B.65, jew ġiet ċeduta mid-detentur tagħha.

(b) 

Meta tiġi ċeduta jew revokata, l-awtorizzazzjoni tal-ETSO għandha tingħata lura lill-Aġenzija.

▼B

21.A.621    Trasferibbiltà

Ħlief għal bdil fil-proprjetà tad-detentur, li għandu jitqies bħala tibdila sinifikanti, u għalhekk għandu jkun konformi mal-punt 21.A.147 u 21.A.247 kif applikabbli, awtorizzazzjoni tal-ETSO maħruġa taħt dan l-Anness I (il-Parti 21) mhijiex trasferibbli.

SUBPARTI P —   PERMESS GĦAT-TITJIR

21.A.701    Kamp ta’ applikazzjoni

(a) Il-permessi għat-titjir għandhom jinħarġu skont din is-Subparti lil inġenji tal-ajru li ma jissodisfawx, jew li ma jkunx intwera li jissodisfaw, ir-rekwiżiti tal-airworthiness applikabbli imma li jkunu jistgħu jagħmlu titjira sikura taħt kundizzjonijiet iddefiniti u għall-iskopijiet li ġejjin:

1. 

l-iżvilupp;

2. 

it-turija ta’ konformità mar-regolamenti jew mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni;

3. 

it-taħriġ tal-ekwipaġġi ta’ organizzazzjonijiet tad-disinn jew ta’ organizzazzjonijiet tal-produzzjoni;

4. 

l-ittestjar ta’ titjiriet matul il-produzzjoni ta’ inġenji tal-ajru ta’ produzzjoni ġdida;

5. 

it-titjir tal-inġenji tal-ajru bejn il-faċilitajiet tal-produzzjoni matul il-produzzjoni;

6. 

it-titjir tal-inġenji tal-ajru għall-aċċettazzjoni mill-klijent;

7. 

il-kunsinna jew l-esportazzjoni tal-inġenji tal-ajru;

8. 

it-titjir tal-inġenji tal-ajru għall-aċċettazzjoni mill-Awtorità;

9. 

l-istħarriġ tas-suq, inkluż it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-klijenti;

10. 

l-esibizzjoni u l-wirja tal-ajru (air show);

11. 

it-titjir tal-inġenji tal-ajru lejn post fejn tkun se ssir xi manutenzjoni jew verifika tal-airworthiness, jew lejn post ta’ ħażna;

12. 

it-titjir tal-inġenji tal-ajru b’piż ogħla mill-piż tat-tluq massimu ċċertifikat għal titjira itwal mid-distanza normali ta’ titjir fuq il-baħar, jew fuq żoni ta’ art fejn faċilitajiet adegwati ta’ nżul jew fjuwil mixtieq ma jkunux disponibbli;

13. 

il-ksur ta’ rekords, it-tlielaq tal-ajru jew xi kompetizzjoni simili;

14. 

it-titjir tal-inġenji tal-ajru li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-airworthiness applikabbli qabel ma tkun ġiet stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti ambjentali;

15. 

għal attività ta’ titjir mhux kummerċjali fuq inġenji tal-ajru individwali mhux kumplessi jew tipi ta’ inġenji tal-ajru li għalihom ma jkunx xieraq il-ħruġ ta’ ċertifikat tal-airworthiness jew ta’ ċertifikat tal-airworthiness ristrett;

▼M5

16. 

it-titjir ta' inġenju tal-ajru għal finijiet ta' individwazzjoni ta' problemi jew biex jiġi ċċekkjat l-operat ta' sistema, tagħmir jew parti waħda jew aktar, wara l-manutenzjoni.

▼B

(b) Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ permessi għat-titjir u għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir assoċjati, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, u tad-detenturi ta’, dawk il-permessi u l-approvazzjonijiet tal-kundizzjonijiet tat-titjir.

21.A.703    Eliġibbiltà

(a) Kull persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal permess għat-titjir minbarra għal permess għat-titjir mitlub għall-iskop tal-punt 21.A.701(a)15, fejn l-applikant għandu jkun is-sid.

(b) Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun eliġibbli sabiex tapplika għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir.

▼M9 —————

▼B

21.A.707    Applikazzjoni għal permess għat-titjir

(a) F’konformità mal-punt 21.A.703 u meta l-applikant ma jkunx ingħata l-privileġġ joħroġ permess għat-titjir, għandha ssir applikazzjoni għal permess għat-titjir lill-awtorità kompetenti fil-forma u l-manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità.

(b) Kull applikazzjoni għal permess għat-titjir għandha tinkludi:

1. 

l-iskop(ijiet) tat-titjir(a/ijiet), skont il-punt 21.A.701;

2. 

il-modi kif l-inġenju tal-ajru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-airworthiness applikabbli;

3. 

il-kundizzjonijiet tat-titjir approvati skont il-punt 21.A.710.

(c) Fejn il-kundizzjonijiet tat-titjir ma jkunux ġew approvati fiż-żmien meta ssir l-applikazzjoni għal permess għat-titjir, għandha ssir applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir skont il-punt 21.A.709.

21.A.708    Kundizzjonijiet tat-titjir

Il-kundizzjonijiet tat-titjir jinkludu:

(a) 

il-konfigurazzjonijiet li għalihom ikun qed jintalab il-permess għat-titjir;

(b) 

kull kundizzjoni jew restrizzjoni meħtieġa għat-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, inklużi:

1. 

il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet imposti fuq l-itinerarji jew l-ispazju tal-ajru, jew it-tnejn, meħtieġa għat-titjir(a/ijiet);

▼M3

2. 

kwalunkwe kundizzjoni jew restrizzjoni imposta fuq l-ekwipaġġ tat-titjira biex itajjar l-inġenju tal-ajru, barra dawk definiti fl-Appendiċi XII ta' dan l-Anness I (il-Parti 21);

▼B

3. 

ir-restrizzjonijiet rigward il-ġarr ta’ persuni oħrajn minbarra l-ekwipaġġ tat-titjira;

4. 

il-limitazzjonijiet tat-tħaddim, il-proċeduri speċifiċi jew il-kundizzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati;

5. 

il-programm tat-test tat-titjira speċifiku (jekk ikun applikabbli);

6. 

l-arranġamenti speċifiċi dwar l-airworthiness kontinwa, inklużi l-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni u r-reġim li taħtu għandhom jiġu eżegwiti;

(c) 

il-konvalidazzjoni li l-inġenju tal-ajru jista’ jagħmel titjira sikura taħt il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet tal-punt (b);

(d) 

il-metodu użat għall-kontroll tal-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru, biex jibqa’ fil-limiti tal-kundizzjonijiet stabbiliti.

21.A.709    Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir

(a) F’konformità mal-punt 21.A.707(c) u meta l-applikant ma jkunx ingħata l-privileġġ japprova l-kundizzjonijiet tat-titjir, għandha ssir applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir:

1. 

lill-Aġenzija bil-mod u l-manjiera stabbiliti mill-Aġenzija, meta l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir tkun relatata mas-sikurezza tad-disinn; jew

2. 

lill-awtorità kompetenti bil-mod u l-manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità, meta l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir ma tkunx relatata mas-sikurezza tad-disinn.

(b) Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir għandha tinkludi:

1. 

il-kundizzjonijiet tat-titjir proposti;

2. 

id-dokumentazzjoni li tissostanzja dawn il-kundizzjonijiet; u

3. 

dikjarazzjoni li l-inġenju tal-ajru jista’ jagħmel titjira sikura taħt il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet tal-punt 21.A.708(b).

21.A.710    Approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir

(a) Meta l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir tkun relatata mas-sikurezza tad-disinn, il-kundizzjonijiet tat-titjir għandhom jiġu approvati minn:

1. 

l-Aġenzija; jew

2. 

organizzazzjoni tad-disinn approvata b’mod xieraq, skont il-privileġġ tal-punt 21.A.263(c)(6).

(b) Meta l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir ma tkunx relatata mas-sikurezza tad-disinn, il-kundizzjonijiet tat-titjir għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti, jew mill-organizzazzjoni li tkun approvata b’mod xieraq li tkun se toħroġ ukoll il-permess għat-titjir.

(c) Qabel ma tapprova l-kundizzjonijiet tat-titjir, l-Aġenzija, l-awtorità kompetenti jew l-organizzazzjoni approvata għandha tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jkun jista’ jagħmel titjira sikura taħt il-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet speċifikati. L-Aġenzija jew l-awtorità kompetenti tista’ tagħmel, jew teżiġi lill-applikant jagħmel, kull spezzjoni jew test meħtieġ għal dak l-iskop.

▼M9

21.A.711    Ħruġ ta’ permess għat-titjir

▼B

(a) Permess għat-titjir (il-Formola 20a tal-EASA, ara l-Appendiċi III) jista’ jinħareġ mill-awtorità kompetenti taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 21.B.525.

(b) Organizzazzjoni tad-disinn approvata b’mod xieraq tista’ toħroġ permess għat-titjir (il-Formola 20b tal-EASA, ara l-Appendiċi IV) taħt il-privileġġ mogħti skont il-punt 21.A.263(c)(7), meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21.A.708 jkunu ġew approvati skont il-punt 21.A.710.

(c) Organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata b’mod xieraq tista’ toħroġ permess għat-titjir (il-Formola 20b tal-EASA, ara l-Appendiċi IV) taħt il-privileġġ mogħti skont il-punt 21.A.163(e), meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21.A.708 jkunu ġew approvati skont il-punt 21.A.710.

▼M7

(d) Organizzazzjoni approvata tista’ toħroġ permess għat-titjir (il-Formola 20b tal-EASA, ara l-Appendiċi IV) skont il-privileġġ mogħti f’konformità mal-punt M.A.711 tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jew il-punt CAMO.A.125 tal-Anness Vc (il-Parti-CAMO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jew mal-punt CALO.A.095 tal-Anness Vd (il-Parti-CAO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21.A.708 ta’ dan l-Anness ikunu ġew approvati f’konformità mal-punt 21.A.710 ta’ dan l-Anness.

▼B

(e) Il-permess għat-titjir għandu jispeċifika l-iskop(ijiet) u kwalunkwe kundizzjoni u restrizzjoni li tkun ġiet approvata skont il-punt 21.A.710.

(f) Għall-permessi maħruġa skont il-punti (b), (c) jew (d), għandha tingħata kopja tal-permess għat-titjir u tal-kundizzjonijiet tat-titjir assoċjati lill-awtorità kompetenti mal-ewwel opportunità iżda mhux aktar minn 3 ijiem wara.

(g) Fuq evidenza li xi waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 21.A.723(a) ma tkunx issodisfata għal permess għat-titjir li organizzazzjoni tkun ħarġet f’konformità mal-punti (b), (c) jew (d), dik l-organizzazzjoni għandha tirrevoka dak il-permess għat-titjir immedjatament u tinforma lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

21.A.713    Tibdiliet

(a) Kull tibdila li tinvalida l-kundizzjonijiet tat-titjir jew il-konvalidazzjoni assoċjata stabbilita għall-permess għat-titjir għandha tiġi approvata skont il-punt 21.A.710. Meta tkun rilevanti għandha ssir applikazzjoni skont il-punt 21.A.709.

(b) Tibdila li taffettwa l-kontenut tal-permess għat-titjir tkun teħtieġ il-ħruġ ta’ permess għat-titjir ġdid skont il-punt 21.A.711.

21.A.715    Lingwa

Il-manwali, l-avviżi, il-listi, l-immarkar tal-istrumenti u kwalunkwe informazzjoni neċessarja oħra meħtieġa mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għandhom jiġu ppreżentati f’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal- Unjoni aċċettabbli għall-awtorità kompetenti.

21.A.719    Trasferibbiltà

(a) Permess għat-titjir mhuwiex trasferibbli.

(b) Minkejja l-punt (a), għal permess għat-titjir maħruġ għall-iskop tal-punt 21.A.701(a)(15), fejn tkun inbidlet il-proprjetà ta’ inġenju tal-ajru, il-permess għat-titjir għandu jiġi ttrasferit flimkien mal-inġenju tal-ajru bil-kundizzjoni li l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru, jew għandu jinħareġ biss bil-kunsens tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni fejn dan ikun ġie ttrasferit.

▼M9 —————

▼B

21.A.723    Perjodu u validità kontinwa

▼M9

(a) Permess għat-titjir għandu jinħareġ għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar u għandu jibqa’ validu soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1. 

l-organizzazzjoni tkompli tikkonforma mal-kundizzjonijiet u mar-restrizzjonijiet assoċjati mal-permess għat-titjir kif stabbilit fil-punt 21.A.711(e);

2. 

id-detentur jew kwalunkwe wieħed mis-sħab, il-fornituri jew is-sottokuntratturi tiegħu jirrikonoxxu li l-awtorità kompetenti tista’ twettaq investigazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.A.9;

3. 

il-permess għat-titjir ma jkunx ġie revokat mill-awtorità kompetenti skont il-punt 21.B.65, jew ġie ċedut mid-detentur tiegħu;

4. 

l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru.

▼B

(b) Minkejja l-punt (a), permess għat-titjir maħruġ għall-iskop tal-punt 21.A.701(a)(15) jista’ jinħareġ għal perjodu illimitat.

(c) Meta jiġi ċedut jew irrevokat, il-permess għat-titjir għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti.

21.A.725    Tiġdid ta’ permess għat-titjir

It-tiġdid tal-permess għat-titjir għandu jiġi pproċessat bħala tibdila f’konformità mal-punt 21.A.713.

21.A.727    Obbligi tad-detentur ta’ permess għat-titjir

Id-detentur ta’ permess għat-titjir għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet kollha assoċjati mal-permess għat-titjir huma ssodisfati u miżmuma.

▼M9 —————

▼B

SUBPARTI Q —   IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR

21.A.801    Identifikazzjoni ta’ prodotti

▼M8

(a) L-identifikazzjoni tal-prodotti għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

1. 

l-isem tal-manifattur;

2. 

id-deżinjazzjoni tal-prodott;

3. 

in-numru tas-serje tal-manifattur;

4. 

il-marka “EŻENTI” fil-każ ta’ magna, meta l-awtorità kompetenti tkun tat eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali;

5. 

kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Aġenzija jidhrilha li tkun xierqa.

▼B

(b) Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura inġenju tal-ajru jew magna taħt is-Subparti G jew is-Subparti F għandha tidentifika dak l-inġenju tal-ajru jew dik il-magna permezz ta’ pjanċa li tiflaħ għan-nar u li fuqha jkun hemm immarkata l-informazzjoni speċifikata fil-punt (a) permezz ta’ inċiżjoni jew stampar, jew inkella permezz ta’ metodu approvat ieħor ta’ mmarkar li jkun jiflaħ għan-nar. Il-pjanċa ta’ identifikazzjoni għandha tkun marbuta sew b’manjiera li din tkun aċċessibbli u tinqara, u li ma jkunx possibbli li titħassar jew titneħħa matul is-servizz normali, jew inkella li tintilef jew tinqered f’xi inċident.

(c) Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura skrun, xafra ta’ skrun, jew buttun ta’ skrun taħt is-Subparti G jew is-Subparti F għandha tidentifikah permezz ta’ pjanċa, stampar, inċiżjoni, jew inkella b’xi metodu approvat ieħor ta’ identifikazzjoni li jkun jiflaħ għan-nar. Din l-identifikazzjoni għandha titpoġġa fuq wiċċ li ma jkunx kritiku, għandu jkun fiha l-informazzjoni speċifikata fil-punt (a), u għandha tkun tali li la titħassar u lanqas titneħħa matul is-servizz normali, u lanqas ma tintilef jew tinqered f’xi inċident.

(d) Għall-blalen tal-arja bl-ekwipaġġ, il-pjanċa ta’ identifikazzjoni preskritta fil-punt (b) għandha tkun marbuta sew mal-għata tagħhom u għandha titpoġġa, jekk ikun prattiku, fejn l-operatur ikun jista’ jaqraha meta l-ballun tal-arja jkun minfuħ bl-arja. Barra minn hekk, il-qoffa u l-qafas tiegħu, u kwalunkwe sistema ta’ tisħin għandhom ikunu mmarkati, b’mod permanenti u li jinqara, bl-isem tal-manifattur, in-numru tal-parti, jew l-ekwivalenti tiegħu, u n-numru tas-serje, jew l-ekwivalenti tiegħu.

21.A.803    Immaniġġjar tad-dejta ta’ identifikazzjoni

(a) L-ebda persuna ma tista’ tneħħi, tibdel, jew tpoġġi kwalunkwe informazzjoni ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.801(a) fuq kwalunkwe inġenju tal-ajru, magna, skrun, xafra ta’ skrun jew buttun ta’ skrun, jew fil-punt 21.A.807(a) fuq APU, mingħajr l-approvazzjoni tal-Aġenzija.

(b) L-ebda persuna ma tista’ tneħħi jew twaħħal kwalunkwe pjanċa ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.801, jew fil-punt 21.A.807 għal APU, mingħajr l-approvazzjoni tal-Aġenzija.

(c) B’deroga mill-punti (a) u (b), kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni taħt ir-regoli ta’ implimentazzjoni assoċjati applikabbli tista’, f’konformità mal-metodi, it-teknika u l-prattiki stabbiliti mill-Aġenzija:

1. 

tneħħi, tibdel jew tpoġġi l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.801(a) fuq kwalunkwe inġenju tal-ajru, magna, skrun, xafra ta’ skrun jew buttun ta’ skrun, jew fil-punt 21.A.807(a) fuq APU; jew

2. 

tneħħi pjanċa ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.801, jew fil-punt 21.A.807 għal APU, meta dan ikun meħtieġ matul ix-xogħol ta’ manutenzjoni.

(d) L-ebda persuna ma tista’ twaħħal pjanċa ta’ identifikazzjoni mneħħija f’konformità mal-punt (c)(2) fuq kwalunkwe inġenju tal-ajru, magna, skrun, xafra ta’ skrun jew buttun ta’ skrun għajr fuq dak li minn fuqu din tkun tneħħiet.

▼M7

21.A.804    Identifikazzjoni ta’ partijiet u tagħmir

(a) 

Kwalunkwe parti jew tagħmir li jkun eliġibbli għall-installazzjoni fi prodott iċċertifikat għandu jkun immarkat, b’mod permanenti u li jinqara, b’dawn li ġejjin:

1. 

isem, trademark jew simbolu li jidentifika l-manifattur b’mod identifikat fid-data tad-disinn applikabbli;

2. 

in-numru tal-parti, kif iddefinit fid-data tad-disinn applikabbli; kif ukoll

3. 

l-ittri EPA għall-partijiet jew it-tagħmir prodotti f’konformità mad-data tad-disinn approvata li ma tkunx tappartjeni għad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott relatat, ħlief għall-artikoli tal-ETSO u l-partijiet u t-tagħmir kopert fil-punt (b) tal-punt 21.A.307.

(b) 

B’deroga mill-punt (a), jekk l-Aġenzija taqbel li parti jew tagħmir ikun żgħir wisq jew li nkella ma jkunx prattiku li parti jew tagħmir jiġi mmarkat bl-informazzjoni meħtieġa mill-punt (a), id-dokument tar-rilaxx awtorizzat li jakkumpanja l-parti jew it-tagħmir jew il-kontenitur tiegħu għandu jinkludi l-informazzjoni li ma setgħetx tiġi mmarkata fuq il-parti jew it-tagħmir.

▼B

21.A.805    Identifikazzjoni ta’ partijiet kritiċi

Barra mir-rekwiżit tal-punt 21.A.804, kull manifattur ta’ parti li tkun se titwaħħal fuq prodott biċ-ċertifikat tat-tip u li tkun ġiet identifikata bħala parti kritika għandu, b’mod permanenti u li jinqara, jimmarka dik il-parti bin-numru tal-parti tagħha u bin-numru tas-serje.

21.A.807    Identifikazzjoni ta’ oġġetti tal-ETSO

(a) Kull detentur ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO taħt is-Subparti O għandu, b’mod permanenti u li jinqara, jimmarka kull oġġett bl-informazzjoni li ġejja:

1. 

l-isem u l-indirizz tal-manifattur;

2. 

l-isem, it-tip, in-numru tal-parti jew l-isem tal-mudell tal-oġġett;

3. 

in-numru tas-serje jew id-data tal-manifattura tal-oġġett jew it-tnejn; u

4. 

in-numru tal-ETSO applikabbli.

(b) B’deroga mill-punt (a), jekk l-Aġenzija taqbel li parti tkun żgħira wisq jew li nkella ma jkunx prattiku li parti tiġi mmarkata bl-informazzjoni meħtieġa mill-punt (a), id-dokument tar-rilaxx awtorizzat li jakkumpanja l-parti jew il-kontenitur tagħha għandu jinkludi l-informazzjoni li ma tkunx setgħet tiġi mmarkata fuq il-parti.

(c) Kull persuna li timmanifattura APU taħt is-Subparti G jew is-Subparti F għandha tidentifika dik l-APU permezz ta’ pjanċa li tkun tiflaħ għan-nar li fuqha jkollha mmarkata l-informazzjoni speċifikata fil-punt (a) permezz ta’ inċiżjoni jew stampar jew permezz ta’ metodu approvat ieħor ta’ mmarkar li jkun jiflaħ għan-nar. Il-pjanċa ta’ informazzjoni għandha tkun marbuta sew b’tali mod li din tkun aċċessibli u tinqara, u li la tkun tista’ titħassar u lanqas titneħħa matul is-servizz normali, u lanqas ma tkun tista’ tintilef jew tinqered f’xi inċident.

TAQSIMA B

PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

SUBPARTI A —   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

▼M10 —————

▼M10

21.B.10    Dokumentazzjoni tas-sorveljanza

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-atti leġiżlattivi, l-istandards, ir-regoli, il-pubblikazzjonijiet tekniċi u d-dokumenti relatati kollha lill-persunal rilevanti sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżegwixxu r-responsabbiltajiet tagħhom.

21.B.15    Informazzjoni lill-Aġenzija

(a) 

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika lill-Aġenzija f’każ ta’ kwalunkwe problema sinifikanti bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu fi żmien 30 jum minn meta l-awtorità kompetenti tkun saret taf bil-problema.

(b) 

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tipprovdi lill-Aġenzija b’informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li tirriżulta mir-rapporti ta’ okkorrenzi maħżuna fil-bażi tad-data nazzjonali tagħha skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014, mill-iktar fis possibbli.

▼M10

21.B.20    Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza

(a) 

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred informazzjoni ta’ sikurezza b’mod xieraq.

(b) 

L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tanalizza b’mod xieraq kwalunkwe informazzjoni rilevanti marbuta mas-sikurezza li din tkun irċeviet, u tipprovdi lill-awtorità rilevanti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed, bi kwalunkwe informazzjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet jew azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu, li huma jkunu jeħtieġu biex jirreaġixxu fil-ħin għal problema tas-sikurezza li tkun tinvolvi prodotti, partijiet, tagħmir, persuni jew organizzazzjonijiet li huma soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu.

(c) 

Hekk kif tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri adegwati biex tindirizza l-problema tas-sikurezza.

(d) 

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika minnufih il-miżuri meħuda skont il-punt (c) lill-persuni jew lill-organizzazzjonijiet kollha li jeħtieġ li jikkonformaw magħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika wkoll lill-Aġenzija dwar dawk il-miżuri u, meta tkun meħtieġa azzjoni kkombinata, lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

21.B.25    Sistema ta’ ġestjoni

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta’ ġestjoni, li tkun tinkludi mill-inqas:

1. 

politiki u proċeduri ddokumentati biex jiddeskrivu l-organizzazzjoni tagħha, il-mezzi u l-metodi biex ikun hemm konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. Il-proċeduri għandhom jinżammu aġġornati u jservu bħala d-dokumenti ta’ ħidma bażiċi fi ħdan dik l-awtorità kompetenti għall-kompiti relatati kollha tagħha;

2. 

għadd suffiċjenti ta’ persunal biex iwettqu l-kompiti tagħha u jeżegwixxu r-responsabbiltajiet tagħha. Għandu jkun hemm sistema fis-seħħ biex tkun tista’ tiġi ppjanata d-disponibbiltà tal-persunal, sabiex tkun żgurata t-tlestija xierqa tal-kompiti kollha;

3. 

persunal kwalifikat biex iwettaq il-kompiti allokati lilu u jkollu l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa, kif ukoll it-taħriġ inizjali u rikorrenti meħtieġ biex jiżgura kompetenza kontinwa;

4. 

faċilitajiet adegwati u akkomodazzjoni fl-uffiċċji biex il-persunal iwettaq il-kompiti allokat lilu;

5. 

funzjoni biex jiġu mmonitorjati l-konformità tas-sistema ta’ ġestjoni mar-rekwiżiti rilevanti, u l-adegwatezza tal-proċeduri, inkluż l-istabbiliment ta’ proċess ta’ awditjar intern u proċess ta’ ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi sistema ta’ feedback tal-konstatazzjonijiet tal-awditjar lill-maniġment superjuri tal-awtorità kompetenti biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi kif ikun meħtieġ;

6. 

persuna jew grupp ta’ persuni li jkollhom ir-responsabbiltà taħt il-maniġment superjuri tal-awtorità kompetenti għall-funzjoni ta’ monitoraġġ tal-konformità.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha taħtar, għal kull qasam ta’ attività, inkluż is-sistema ta’ ġestjoni, persuna jew persuni li jkollhom ir-responsabbiltà ġenerali għall-ġestjoni tal-kompitu/i rilevanti.

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-parteċipazzjoni fi skambju reċiproku tal-informazzjoni u l-assistenza kollha meħtieġa ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn ikkonċernati, kemm jekk mill-istess Stat Membru jew minn Stati Membri oħrajn, inkluż dwar:

1. 

il-konstatazzjonijiet kollha rilevanti mqajma u l-azzjonijiet ta’ segwitu meħuda bħala riżultat tas-sorveljanza ta’ persuni u organizzazzonijiet li jwettqu attivitajiet fit-territorju ta’ Stat Membru, iżda li jkunu ċċertifikati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija;

2. 

informazzjoni li tirriżulta mir-rappurtar obbligatorju u volontarju tal-okkorrenzi kif meħtieġ minn 21.A.3 A.

(d) 

Kopja tal-proċeduri relatati mas-sistema ta’ ġestjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u l-emendi tagħhom għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija għall-finijiet ta’ standardizzazzjoni.

21.B.30    Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet ikkwalifikati

(a) 

L-awtorità kompetenti tista’ talloka kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni inizjali jew mas-sorveljanza kontinwa ta’ prodotti u partijiet, kif ukoll ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu lil entitajiet kwalifikati. Meta talloka l-kompiti, l-awtorità kompetenti għandha tiżġura:

1. 

li hija tkun implimentat sistema biex tivvaluta, fil-bidu u b’mod kontinwu, jekk l-entità kkwalifikata tkunx konformi mal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2018/1139. Din is-sistema u r-riżultati tal-valutazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati;

2. 

li hija tkun stabbiliet ftehim bil-miktub mal-entità kkwalifikata, li jkun approvat miż-żewġ partijiet fil-livell xieraq tal-maniġment, li jiddefinixxi b’mod ċar:

(i) 

il-kompiti li għandhom jitwettqu;

(ii) 

id-dikjarazzjonijiet, ir-rapporti u r-rekords li għandhom jiġu pprovduti;

(iii) 

il-kundizzjonijiet tekniċi li għandhom jintlaħqu fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti;

(iv) 

il-kopertura tar-responsabbiltà relatata;

(v) 

il-protezzjoni mogħtija lil informazzjoni miksuba meta jitwettqu dawn il-kompiti.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċess ta’ awditjar intern u l-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza, li huma stabbiliti skont il-punt 21.B.25(a)(5), ikopru ċ-ċertifikazzjoni kollha u l-kompiti ta’ sorveljanza kontinwa li jitwettqu mill-entità kkwalifikata f’isimha.

21.B.35    Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni

(a) 

L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema fis-seħħ sabiex tidentifika l-bidliet li jaffettwaw il-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u teżegwixxi r-responsabbiltajiet tagħha kif iddefinit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. Din is-sistema għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti tieħu azzjoni meħtieġa biex tiżgura li s-sistema ta’ ġestjoni tagħha tibqa’ adegwata u effettiva.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha taġġorna fil-ħin is-sistema ta’ ġestjoni tagħha biex tirrifletti kwalunkwe bidla fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tiegħu.

(c) 

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika lill-Aġenzija bi kwalunkwe bidla li taffettwa l-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u teżegwixxi r-responsabbiltajiet tagħha kif previst fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu.

▼M10 —————

▼M10

21.B.55    Żamma tar-rekords

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tippermetti l-ħażna adegwata, l-aċċessibbiltà u t-traċċabbiltà affidabbli:

1. 

tal-politiki u l-proċeduri ddokumentati tas-sistema ta’ ġestjoni;

2. 

tat-taħriġ, il-kwalifiki u l-awtorizzazzjoni tal-persunal tagħha;

3. 

tal-allokazzjoni tal-kompiti, filwaqt li jiġu koperti l-elementi meħtieġa skont il-punt 21.B.30, kif ukoll id-dettalji tal-kompiti allokati;

4. 

tal-proċessi ta’ ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza kontinwa tal-organizzazzjonijiet iċċertifikati, inkluż:

(i) 

l-applikazzjoni għal ċertifikat, approvazzjoni, awtorizzazzjoni u ittra ta’ ftehim;

(ii) 

il-programm ta’ sorveljanza kontinwa tal-awtorità kompetenti, inkluż ir-rekords kollha tal-valutazzjonijiet, tal-awditjar u tal-ispezzjonijiet;

(iii) 

iċ-ċertifikati, l-approvazzjonijiet, l-awtorizzazzjonijiet u l-ittri ta’ ftehim maħruġa, inkluż kwalunkwe bidla fihom;

(iv) 

kopja tal-programm ta’ sorveljanza, li jelenka d-dati meta jmisshom isiru, u meta saru l-awditi;

(v) 

kopji tal-korrispondenza formali kollha;

(vi) 

rakkomandazzjonijiet għall-ħruġ jew għall-kontinwazzjoni ta’ ċertifikat, awtorizzazzjoni għall-approvazzjoni jew ittra ta’ ftehim, dettalji tal-konstatazzjonijiet u l-azzjonijiet meħuda mill-organizzazzjonijiet biex jagħlqu dawk il-konstatazzjonijiet, inkluża d-data tal-għeluq, l-azzjonijiet ta’ infurzar u l-osservazzjonijiet;

(vii) 

kwalunkwe rapport ta’ valutazzjoni, tal-awditjar u ta’ spezzjoni maħruġ minn awtorità kompetenti oħra skont il-punti 21.B.120(d), 21.B.221(c) jew 21.B.431(c);

(viii) 

kopji tal-espożizzjonijiet jew tal-manwali kollha tal-organizzazzjoni, u ta’ kwalunkwe emenda għalihom;

(ix) 

kopji ta’ kull dokument ieħor approvat mill-awtorità kompetenti;

5. 

Dikjarazzjonijiet tal-Konformità (il-Formola 52 tal-EASA, ara l-Appendiċi VIII) u Ċertifikati tar-Rilaxx Awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA, ara l-Appendiċi I) li hija vvalidat għal organizzazzjonijiet li jipproduċu prodotti, partijiet jew tagħmir mingħajr ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni skont is-Subparti F tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness.

(b) 

L-awtorità kompetenti fiż-żamma tar-rekords għandha tinkludi:

1. 

dokumenti li jappoġġaw l-użu ta’ mezzi alternattivi ta’ konformità;

2. 

informazzjoni dwar is-sikurezza f’konformità mal-punt 21.B.15 u l-miżuri ta’ segwitu;

3. 

l-użu ta’ dispożizzjonijiet ta’ salvagwardja u flessibbiltà f’konformità mal-Artikoli 70, 71(1) u 76(4) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha żżomm lista taċ-ċertifikati, tal-approvazzjonijiet, tal-awtorizzazzjonijiet u tal-ittri ta’ ftehim kollha li tkun ħarġet.

(d) 

Ir-rekords kollha msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ ħames snin, soġġett għal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

(e) 

Ir-rekords kollha msemmija fil-punti (a), (b) u (c), fuq talba, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni lil awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew lill-Aġenzija.

▼M10 —————

▼M10

21.B.65    Sospensjoni, limitazzjoni u revoka

L-awtorità kompetenti għandha:

(a) 

tissospendi ċertifikat, approvazzjoni, permess għat-titjir, awtorizzazzjoni jew ittra ta’ ftehim meta hija tqis li hemm raġunijiet validi li din l-azzjoni hija meħtieġa biex tiġi evitata theddida kredibbli għas-sikurezza tal-inġenji tal-ajru;

(b) 

tissospendi, tirrevoka jew tillimita ċertifikat, approvazzjoni, permess għat-titjir, awtorizzazzjoni jew ittra ta’ ftehim jekk din l-azzjoni tkun meħtieġa skont il-punti 21.B.125, 21.B.225 jew 21.B.433;

(c) 

tissospendi jew tirrevoka ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat tal-istorbju fuq evidenza li xi wħud mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-punti 21.A.181(a) jew 21.A.211(a) ma jkunux ġew issodisfati;

(d) 

tissospendi jew tillimita ċertifikat, approvazzjoni, permess għat-titjir, awtorizzazzjoni jew ittra ta’ ftehim, kollha jew parti minnhom, jekk ċirkostanzi imprevedibbli barra mill-kontroll tal-awtorità kompetenti jipprevjenu lill-ispetturi tagħha milli jeżegwixxu r-responsabbiltajiet ta’ sorveljanza tagħhom fuq iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza.

▼M5

SUBPARTI B —   ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.B.70    Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni

L-Aġenzija, b'konformità mal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, għandha toħroġ speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħra, inkluż speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-ajrunavigabbiltà, għad-data tal-adegwatezza operattiva, u għall-protezzjoni ambjentali, li l-awtoritajiet kompetenti, l-organizzazzjonijiet u l-persunal ikunu jistgħu jużaw biex juru l-konformità ta' prodotti, partijiet u tagħmir mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Annessi II, IV u V ta' dak ir-Regolament, kif ukoll ma' dawk għall-protezzjoni ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9(2) u fl-Anness III ta' dak ir-Regolament. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu dettaljati u speċifiċi biżżejjed biex lill-applikanti juruhom il-kundizzjonijiet li skonthom jinħarġu, jiġu emendati jew jiġu ssupplimentati ċ-ċertifikati.

21.B.75    Kundizzjonijiet speċjali

(a) 

L-Aġenzija għandha tippreskrivi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati speċjali, imsejħa “kundizzjonijiet speċjali”, għal prodott, jekk l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni relatati ma jkunx fihom standards tas-sikurezza adegwati jew xierqa għall-prodott għax:

1. 

il-prodott ikollu karatteristiċi tad-disinn ġodda jew mhux tas-soltu b'rabta mal-prattiki tad-disinn li fuqhom ikunu msejsa l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;

2. 

l-użu maħsub tal-prodott ma jkunx wieħed konvenzjonali; jew

3. 

l-esperjenza minn prodotti simili oħra fis-servizz, jew minn prodotti li jkollhom karatterisitiċi tad-disinn simili jew perikli ġodda identifikati, tkun turi li jistgħu jiżviluppaw xi kundizzjonijiet mhux sikuri.

(b) 

Il-kundizzjonijiet speċjali jinkludu dawk l-istandards tas-sikurezza li l-Aġenzija jidhrilha li huma meħtieġa biex tistabbilixxi livell tas-sikurezza ekwivalenti għal dak fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli.

21.B.80    Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u tinnotifikaha lill-applikant għal ċertifikat tat-tip jew għal ċertifikat tat-tip ristrett. Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għandha tkun magħmula minn:

(a) 

l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-ajrunavigabbiltà deżinjati mill-Aġenzija minn fost dawk applikabbli għall-prodott fid-data tal-applikazzjoni għal dak iċ-ċertifikat, diment li:

1. 

l-applikant jagħżel li jikkonforma, jew ikun jeħtieġlu jikkonforma skont il-punt 21.A.15(f), mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li saru applikabbli wara d-data tal-applikazzjoni; Jekk applikant jagħżel li jikkonforma ma' speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni li saret applikabbli wara d-data tal-applikazzjoni, l-Aġenzija għandha tinkludi, fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip kull speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra relatata b'mod dirett; jew

2. 

l-Aġenzija taċċetta kwalunkwe alternattiva għal speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni deżinjata li ma jistax ikun hemm konformità magħha, u li għaliha nstabu fatturi kompensatorji li jipprovdu livell ekwivalenti tas-sikurezza; jew

3. 

l-Aġenzija taċċetta jew tippreskrivi mezzi oħra li:

(i) 

fil-każ ta' ċertifikat tat-tip, tintwera konformità mar-rekwiżiti essenzjali tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139; jew

(ii) 

fil-każ ta' ċertifikat tat-tip ristrett, jingħata livell xieraq tas-sikurezza fir-rigward tal-użu maħsub tiegħu; kif ukoll

(b) 

kwalunkwe kundizzjoni speċjali preskritta mill-Aġenzija skont il-punt 21.B.75(a).

21.B.82    Bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u tinnotifikaha lill-applikant għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ta' ingenju tal-ajru. Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għandha tkun magħmula minn:

(a) 

l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva deżinjata mill-Aġenzija minn fost dawk applikabbli għall-inġenju tal-ajru fid-data tal-applikazzjoni jew fid-data tas-suppliment tal-applikazzjoni għad-data tal-adegwatezza operattiva, skont liema data tkun aktar tard, diment li:

1. 

l-applikant jagħżel li jikkonforma, jew skont il-punt 21.A.15(f) ikun jeħtieġlu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li saru applikabbli wara d-data tal-applikazzjoni; Jekk applikant jagħżel li jikkonforma ma' speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni li saret applikabbli wara d-data tal-applikazzjoni, l-Aġenzija għandha tinkludi, fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip kull speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra relatata b'mod dirett; jew

2. 

l-Aġenzija taċċetta jew tippreskrivi mezzi alternattivi biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti tal-Annessi II, IV u V tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(b) 

kwalunkwe kundizzjoni speċjali preskritta mill-Aġenzija skont il-punt 21.B.75(a).

▼M8

21.B.85    Deżinjazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett

(a) 

L-Aġenzija għandha tiddeżinja u tinnotifika lill-applikant ir-rekwiżiti applikabbli għall-protezzjoni ambjentali għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għal inġenju tal-ajru jew għal ċertifikat tat-tip għal magna. Id-deżinjazzjoni u n-notifika għandu jkun fihom:

1. 

ir-rekwiżiti applikabbli tal-istorbju stabbiliti:

(i) 

fil-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Volum I tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u:

(A) 

għall-ajruplani li jkunu ġettijiet subsoniċi, fil-Kapitoli 2, 3, 4 u 14;

(B) 

għall-ajruplani li jaħdmu bl-iskrejjen, fil-Kapitoli 3, 4, 5, 6, 10 u 14;

(C) 

għall-ħelikopters, fil-Kapitoli 8 u 11;

(D) 

għall-ajruplani supersoniċi, fil-Kapitolu 12; u

(E) 

għat-tilt rotors, fil-Kapitolu 13.

(ii) 

fil-Volum I tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago:

(A) 

l-Appendiċi 1 għall-ajruplani li għalihom huma applikabbli l-Kapitoli 2 u 12 tal-Parti II tal-Volum I tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(B) 

l-Appendiċi 2 għall-ajruplani li għalihom huma applikabbli l-Kapitoli 3, 4, 5, 8, 13 u 14 tal-Parti II tal-Volum I tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(C) 

l-Appendiċi 3 għall-ajruplani li għalihom huwa applikabbli l-Kapitolu 6 tal-Parti II tal-Volum I tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(D) 

l-Appendiċi 4 għall-ajruplani li għalihom huwa applikabbli l-Kapitolu 11 tal-Parti II tal-Volum I tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago; u

(E) 

l-Appendiċi 6 għall-ajruplani li għalihom huwa applikabbli l-Kapitolu 10 tal-Parti II tal-Volum I tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

2. 

ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet applikabbli għall-prevenzjoni tal-ivventjar intenzjonali tal-fjuwil għall-inġenji tal-ajru stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti II tal-Volum II tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

3. 

ir-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tad-duħħan, gassużi u tal-materja partikolata mill-magna stabbiliti:

(i) 

fil-Kapitolu 1 tal-Parti III tal-Volum II tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u:

(A) 

għall-emissjonijiet tad-duħħan u gassużi mill-magni b’turboreatturi u b’turbofannijiet maħsuba għal propulsjoni biss b’veloċitajiet subsoniċi, fil-Kapitolu 2;

(B) 

għall-emissjonijiet tad-duħħan u gassużi mill-magni b’turboreatturi u b’turbofannijiet maħsuba għal propulsjoni b’veloċitajiet supersoniċi, fil-Kapitolu 3; u

(C) 

għall-emissjonijiet tal-materja partikolata mill-magni b’turboreatturi u b’turbofannijiet maħsuba għal propulsjoni biss b’veloċitajiet subsoniċi, fil-Kapitolu 4;

(ii) 

fil-Volum II tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago:

(A) 

l-Appendiċi 1 għall-kejl tal-proporzjon tal-pressjoni referenzjarja;

(B) 

l-Appendiċi 2 għall-evalwazzjoni tal-emissjonijiet tad-duħħan;

(C) 

l-Appendiċi 3 għall-istrumentazzjoni u għat-tekniki tal-kejl għall-emissjonijiet gassużi;

(D) 

l-Appendiċi 4 għall-ispeċifikazzjonijiet għall-fjuwil li għandu jintuża fl-ittestjar tal-emissjonijiet ta’ magni bit-turbini tal-inġenji tal-ajru;

(E) 

l-Appendiċi 5 għall-istrumentazzjoni u għat-tekniki tal-kejl għall-emissjonijiet gassużi mill-ossidazzjoni termali gassuża ta’ magni bit-turbini;

(F) 

l-Appendiċi 6 għall-proċedura ta’ konformità għall-emissjonijiet gassużi, tad-duħħan u tal-materja partikolata; u

(G) 

l-Appendiċi 7 għall-istrumentazzjoni u għat-tekniki tal-kejl għal materja partikolata mhux volatili;

4. 

ir-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-ajruplani stabbiliti:

(i) 

fil-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Volum III tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, u:

(A) 

għall-ajruplani li jkunu ġettijiet subsoniċi, fil-Kapitolu 2; u

(B) 

għall-ajruplani subsoniċi li jaħdmu bl-iskrejjen, fil-Kapitolu 2;.

(ii) 

fl-Appendiċijiet 1 u 2 tal-Volum III tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, għall-ajruplani li għalihom huwa applikabbli l-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Volum III tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

5. 

għall-magni, ir-rekwiżiti applikabbli fil-Parti IV tal-Volum II tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u l-Appendiċi 8 dwar il-valutazzjoni tal-materja partikolata mhux volatili għal skopijiet ta’ inventarju u mmudellar.

(b) 

(riżervat).

▼M5

21.B.100    Livell ta' involviment

(a) 

L-Aġenzija għandha tiddetermina l-involviment tagħha fil-verifika tal-attivitajiet u tad-data tad-dimostrazzjoni tal-konformità relatati mal-applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, approvazzjoni ta' bidla maġġuri, ċertifikat tat-tip supplimentari, approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija maġġuri jew awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU. Din għandha tagħmel dan abbażi ta' valutazzjoni tal-gruppi sinifikanti ta' attivitajiet u ta' data ta' dimostrazzjoni tal-konformità tal-programm taċ-ċertifikazzjoni. Dik il-valutazzjoni għandha tindirizza:

— 
il-probabbiltà ta' nuqqas ta' konformità mhux identifikat mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; kif ukoll
— 
l-impatt potenzjali ta' dak in-nuqqas ta' konformità fuq is-sikurezza tal-prodotti jew il-protezzjoni tal-ambjent,

u tikkunsidra tal-anqas l-elementi li ġejjin:

1. 

il-karatteristiċi ġodda jew mhux tas-soltu tal-proġett taċ-ċertifikazzjoni, inkluż aspetti operattivi, organizzattivi u ta' ġestjoni tal-għarfien;

2. 

il-kumplessità tad-disinn u/jew id-dimostrazzjoni tal-konformità;

3. 

il-kritikalità fid-disinn jew fit-teknoloġija u r-riskji relatati mas-sikurezza u l-ambjent, inkluż dawk identifikati fuq disinji simili; kif ukoll

4. 

il-prestazzjoni u l-esperjenza tal-organizzazzjoni tad-disinn tal-applikant fil-qasam ikkonċernat.

(b) 

Għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija minuri, bidla minuri, jew awtorizzazzjoni tal-ETSO għajr għal APU, l-Aġenzija għandha tiddetermina l-involviment tagħha fil-livell tal-proġett kollu taċ-ċertifikazzjoni, filwaqt li tqis kwalunkwe karatteristika ġdida jew mhux tas-soltu, il-kumplessità tad-disinn u/jew id-dimostrazzjoni tal-konformità, il-kritikalità fid-disinn jew fit-teknoloġija, kif ukoll il-prestazzjoni u l-esperjenza tal-organizzazzjoni tad-disinn tal-applikant.

(c) 

L-Aġenzija għandha tinnotifika l-livell ta' involviment tagħha lill-applikant u għandha taġġorna l-livell ta' involviment tagħha meta dan ikun ġustifikat b'informazzjoni li jħalli impatt apprezzabbli fuq ir-riskju evalwat qabel skont il-punt (a) jew (b). L-Aġenzija għandha tinnotifika lill-applikant dwar bidla fil-livell ta' involviment.

▼M9

21.B.103    Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett

▼M5

(a) 

L-Aġenzija għandha toħroġ ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru, magna jew skrun jew ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru, diment li:

1. 

l-applikant ikun konformi mal-punt 21.A.21;

2. 

l-Aġenzija, permezz ta' verifiki tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont l-involviment tagħha iddeterminat skont il-punt 21.B.100, ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta' konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli skont il-punt 21.B.82, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; kif ukoll

3. 

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li jaf tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b) 

B'deroga mill-punt (a), u b'talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-Aġenzija tista' toħroġ ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta d-data tkun se tintuża effettivament.

▼B

(SUBPARTI C — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI D —   TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

▼M2 —————

▼M5

21.B.105    Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, u fil-każ ta' bidla li taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita b'konformità mal-punt 21.A.101 u għandha tinnotifika dwar dan lill-applikant fil-każ ta' bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip.

▼M9

21.B.107   Ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ bidla f’ċertifikat tat-tip

▼M5

(a) 

L-Aġenzija għandha toħroġ approvazzjoni ta' bidla fiċ-ċertifikat tat-tip diment li:

1. 

l-applikant għal approvazzjoni jkun konfomi ma':

(i) 

il-punt 21.A.95 fil-każ ta' bidla minuri; jew

(ii) 

il-punt 21.A.97 fil-każ ta' bidla maġġuri;

2. 

l-Aġenzija, permezz tal-verifika tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-livell tal-involviment tagħha ddeterminat skont il-punt (a) jew (b) tal-punt 21.B.100, ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta' konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli skont il-punt 21.B.82, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; kif ukoll

3. 

ma ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista' tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b) 

Fil-kaz ta' bidla li taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, b'deroga mill-punti (1) u (2) tal-punt (a), u b'talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-Aġenzija tista' tapprova bidla f'ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta dik id-data tkun se tintuża effettivament.

(c) 

L-approvazzjoni tal-bidliet fid-data tal-adegwatezza operattiva għandha tkun inkluża fl-approvazzjoni tal-bidla fiċ-ċertifikat tat-tip.

(d) 

L-approvazzjoni ta' bidla f'ċertifikat tat-tip għandha tkun limitata għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li għandha x'taqsam magħhom il-bidla.

▼B

SUBPARTI E —   ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLEMENTARI

▼M5

F'din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip u ċ-ċertifikati tat-tip ristretti.

21.B.109    Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal ċertifikat tat-tip supplimentari

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, u fil-każ ta' bidla li taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita b'konformità mal-punt 21.A.101, u għandha tinnotifika dwar dan lill-applikant fil-każ ta' ċertifikat tat-tip supplimentari.

▼M9

21.B.111   Ħrug ta’ ċertifikat tat-tip supplimentari

▼M5

(a) 

L-Aġenzija għandha toħroġ ċertifikat tat-tip supplimentari, diment li:

1. 

l-applikant ikun konformi mal-punt 21.A.115(b);

2. 

l-Aġenzija, permezz tal-verifika tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-livell tal-involviment stabbilit skont il-punt 21.B.100(a), ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta' konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli skont il-punt 21.B.82, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; kif ukoll

3. 

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista' tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b) 

Fil-kaz ta' ċertifikat tat-tip supplimentari li jaffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, b'deroga mill-punti (1) u (2) tal-punt (a), u b'talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-Aġenzija tista' toħroġ ċertifikat tat-tip supplimentari qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta d-data tkun se tintuża effettivament.

(c) 

L-approvazzjoni tal-bidliet fid-data tal-adegwatezza operattiva għandha tkun inkluża fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari.

(d) 

Iċ-ċertifikat tat-tip supplimentari għandu jkun limitat għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li għandha x'taqsam magħhom il-bidla maġġuri.

▼M10

21.B.115    Mezzi ta’ konformità

(a) 

L-Aġenzija għandha tiżviluppa mezzi aċċettabbli ta’ konformità (“AMC”) li jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu.

(b) 

Jistgħu jintużaw mezzi alternattivi ta’ konformità sabiex tiġi stabbilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

(c) 

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija bi kwalunkwe mezz alternattiv ta’ konformità użat mill-organizzazzjonijiet taħt is-sorveljanza tagħhom jew minnhom infushom biex jistabbilixxu l-konformità ma’ dan ir-Regolament..

▼B

SUBPARTI F —   PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

▼M10

21.B.120    Proċedura ta’ ċertifikazzjoni inizjali

(a) 

Malli tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ittra ta’ ftehim bil-għan li tintwera l-konformità tal-prodotti, tal-partijiet u tat-tagħmir individwali, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-applikant mar-rekwiżiti applikabbli.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra l-konstatazzjonijiet kollha maħruġa, l-azzjonijiet ta’ għeluq kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet għall-ħruġ tal-ittra ta’ ftehim.

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma lill-applikant bil-miktub il-konstatazzjonijiet kollha mqajma matul il-verifika. Għaċ-ċertifikazzjoni inizjali, il-konstatazzjonijiet kollha jridu jkunu ġew ikkoreġuti b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti qabel ma tkun tista’ toħroġ l-ittra ta’ ftehim.

(d) 

Meta tkun issodisfata li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ l-ittra ta’ ftehim (il-Formola 65 tal-EASA, ara l-Appendiċi XI).

(e) 

L-ittra ta’ ftehim għandu jkun fiha l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim, data ta’ terminazzjoni u, fejn applikabbli, il-limitazzjonijiet xierqa.

(f) 

Id-durata tal-ittra ta’ ftehim ma għandhiex tkun aktar minn sena.

21.B.125    Konstatazzjonijiet u azzjonijiet korrettivi; osservazzjonijiet

(a) 

L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema fis-seħħ biex tanalizza l-konstatazzjonijiet għall-importanza tagħhom għas-sikurezza.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ konstatazzjoni tal-livell 1 meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas sinifikanti ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni, jew mat-termini tal-ittra ta’ ftehim, li jbaxxi l-livell ta’ sikurezza jew li jipperikola b’mod serju s-sikurezza tat-titjira.

Il-konstatazzjonijiet tal-livell 1 għandhom jinkludu wkoll:

1. 

kwalunkwe nuqqas milli l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-faċilitajiet tal-organizzazzjoni kif imsemmi fil-punt 21.A.9 matul il-ħinijiet normali tax-xogħol u wara żewġ talbiet bil-miktub;

2. 

il-kisba tal-ittra ta’ ftehim jew iż-żamma tal-validità tagħha permezz ta’ falsifikazzjoni tal-evidenza dokumentarja sottomessa; u

3. 

kwalunkwe evidenza ta’ malprassi jew ta’ użu frodulenti tal-ittra ta’ ftehim.

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ konstatazzjoni tal-livell 2 meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni, jew mat-termini tal-ittra ta’ ftehim, li mhuwiex ikklassifikat bħal konstatazzjoni tal-livell 1.

(d) 

Meta tiġi stabbilita konstatazzjoni matul is-sorveljanza jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni addizzjonali meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, tikkomunika l-konstatazzjoni bil-miktub lill-organizzazzjoni u titlob għal azzjoni korrettiva biex jiġi indirizzat in-nuqqas, jew in-nuqqasijiet, ta’ konformità identifikat(i). Meta konstatazzjoni tal-livell 1 tkun direttament relatata ma’ inġenju tal-ajru, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun irreġistrat l-inġenju tal-ajru.

1. 

F’każ li jkun hemm konstatazzjonijiet tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata u xierqa biex twaqqaf jew tillimita l-attivitajiet tal-organizzazzjoni involuta, u jekk ikun xieraq, għandha tieħu azzjoni biex tirrevoka l-ittra ta’ ftehim, jew biex tillimitaha jew tissospendiha, kollha jew parti minnha, skont il-gravità tal-konstatazzjoni tal-livell 1, sakemm l-organizzazzjoni tkun wettqet b’suċċess l-azzjoni korrettiva.

2. 

Jekk ikun hemm xi konstatazzjonijiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha:

(i) 

tagħti lill-organizzazzjoni perjodu ta’ implimentazzjoni għal azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tal-konstatazzjoni, li fi kwalunkwe każ, fil-bidu ma għandux ikun iżjed minn tliet xhur. Dan il-perjodu għandu jibda mid-data tal-komunikazzjoni bil-miktub dwar il-konstatazzjoni lill-organizzazzjoni, li titlob azzjoni korrettiva għall-indirizzar tan-nuqqas ta’ konformità identifikat. Fi tmiem dak il-perjodu, u skont in-natura tal-konstatazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ tliet xhur, soġġett għal pjan ta’ azzjoni korrettiva miftiehem mal-awtorità kompetenti;

(ii) 

tivvaluta l-pjan ta’ azzjoni korrettiva u l-pjan ta’ implimentazzjoni proposti mill-organizzazzjoni, u jekk il-valutazzjoni tikkonkludi li dawn ikunu biżżejjed biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ konformità, hija għandha taċċettahom;

(iii) 

jekk organizzazzjoni tonqos milli tissottometti pjan aċċettabbli ta’ azzjoni korrettiva, jew tonqos milli twettaq l-azzjoni korrettiva fil-perjodu taż-żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, il-konstatazzjoni għandha tittella’ għal waħda tal-livell 1 u għandha tittieħed azzjoni skont kif stabbilit fil-punt (f)(1)(i).

(e) 

L-awtorità kompetenti tista’ toħroġ osservazzjonijiet għal kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin li ma jeħtiġux konstatazzjonijiet tal-livell 1 jew tal-livell 2:

1. 

għal kwalunkwe oġġett li l-prestazzjoni tiegħu tkun ġiet ivvalutata bħala ineffettiva;

2. 

meta jkun ġie identifikat li oġġett għandu l-potenzjal li jikkawża nuqqas ta’ konformità skont il-punti (b) jew (c);

3. 

meta suġġerimenti jew titjib ikunu ta’ interess għall-prestazzjoni ġenerali tas-sikurezza tal-organizzazzjoni.

L-osservazzjonijiet maħruġa skont dan il-punt għandhom jiġu kkomunikati bil-miktub lill-organizzazzjoni u rreġistrati mill-awtorità kompetenti.

▼M10 —————

▼B

21.B.135    Żamma tal-ittra ta’ ftehim

L-awtorità kompetenti għandha żżomm l-ittra ta’ ftehim sakemm:

(a) 

il-manifattur ikun qed jagħmel użu kif suppost mill-Formola 52 tal-EASA (ara l-Appendiċi VIII) bħala dikjarazzjoni tal-konformità għal inġenju tal-ajru komplut u mill-Formola 1 tal-EASA (ara l-Appendiċi I) għal prodotti għajr ajruplani, partijiet u tagħmir kompluti; u

(b) 

l-ispezzjonijiet li jkunu saru mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru qabel ma ssir il-validazzjoni tal-Formola 52 tal-EASA (ara l-Appendiċi VIII) jew tal-Formola 1 tal-EASA (ara l-Appendiċi I), skont il-punt 21.A.130(c), ma jkunu wrew l-ebda konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti jew mal-proċeduri kif jinsabu fil-manwal ipprovdut mill-manifattur jew nuqqas ta’ konformità tal-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir rispettivi. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jivverifikaw tal-anqas li:

1. 

il-ftehim ikun ikopri l-prodott, il-parti jew it-tagħmir li jkun qed jiġi vvalidat, u li dan jibqa’ validu;

2. 

il-manwal deskritt fil-punt 21.A.125A(b) u l-istatus ta’ tibdil tiegħu msemmi fl-ittra ta’ ftehim ikun użat bħala dokument bażiku tax-xogħol mill-manifattur. Altrimenti, l-ispezzjoni m’għandhiex tkompli u għalhekk iċ-ċertifikati tar-rilaxx m’għandhomx ikunu vvalidati;

3. 

il-produzzjoni tkun saret taħt il-kundizzjonijiet preskritti fl-ittra ta’ ftehim u tkun twettqet b’mod sodisfaċenti;

4. 

l-ispezzjonijiet u t-testijiet (inklużi t-testijiet tat-titjira, jekk ikun meħtieġ), skont il-punti 21.A.130(b)(2) u/jew (b)(3), ikunu saru taħt il-kundizzjoni preskritta fl-ittra ta’ ftehim u jkunu twettqu b’mod sodisfaċenti;

5. 

l-ispezzjonijiet mill-awtorità kompetenti deskritti jew indirizzati fl-ittra ta’ ftehim ikunu saru u nstabu li huma aċċettabbli;

6. 

id-dikjarazzjoni tal-konformità tkun konformi mal-punt 21.A.130 u li l-informazzjoni pprovduta minnha ma tkunx tipprevjeni l-validazzjoni tagħha; u

(c) 

tkun għadha ma ġiet stabbilita l-ebda data ta’ skadenza għall-ittra ta’ ftehim.

21.B.140    Emenda fl-ittra ta’ ftehim

(a) L-awtorità kompetenti għandha tinvestiga, kif xieraq, f’konformità mal-punt 21.B.120, kwalunkwe emenda tal-ittra ta’ ftehim.

(b) Meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li r-rekwiżiti tat-Taqsima A, is-Subparti F, jkomplu jkunu rispettati, din għandha temenda l-ittra ta’ ftehim kif suppost.

▼M10 —————

▼B

SUBPARTI G —   APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

▼M10

21.B.215    Mezzi ta’ konformità

(a) 

L-Aġenzija għandha tiżviluppa mezzi aċċettabbli ta’ konformità (“AMC”) li jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu.

(b) 

Jistgħu jintużaw mezzi alternattivi ta’ konformità sabiex tiġi stabbilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

(c) 

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija dwar kwalunkwe mezz alternattiv ta’ konformità użat mill-organizzazzjonijiet taħt is-sorveljanza tagħhom jew minnhom infushom biex jistabbilixxu l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

▼M10

21.B.220    Proċedura ta’ ċertifikazzjoni inizjali

(a) 

Meta tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-applikant mar-rekwiżiti applikabbli.

(b) 

Mill-inqas darba matul l-investigazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni inizjali għandha tissejjaħ laqgħa mal-maniġer responsabbli tal-applikant biex jiġi żgurat li din il-persuna tifhem ir-rwol u r-responsabbiltà tagħha.

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra l-konstatazzjonijiet kollha maħruġa, l-azzjonijiet ta’ għeluq kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni.

(d) 

L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma lill-applikant bil-miktub il-konstatazzjonijiet kollha mqajma matul il-verifika. Għaċ-ċertifikazzjoni inizjali, il-konstatazzjonijiet kollha jridu jkunu ġew ikkoreġuti b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti qabel ma jkun jista’ jinħareġ iċ-ċertifikat.

(e) 

Meta tkun sodisfatta li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni (il-Formola 55 tal-EASA, ara l-Appendiċi X).

(f) 

In-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat għandu jiġi inkluż fuq il-Formola 55 tal-EASA bil-mod li jkun speċifikat mill-Aġenzija.

(g) 

Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ għal perjodu illimitat. Il-privileġġi u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li l-organizzazzjoni tkun approvata li twettaq, inkluż kwalunkwe limitazzjoni kif applikabbli, għandhom jiġu speċifikati fit-termini ta’ approvazzjoni mehmużin maċ-ċertifikat.

▼M10

21.B.221    Prinċipji ta’ sorveljanza

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika:

1. 

konformità mar-rekwiżiti li huma applikabbli għall-organizzazzjonijiet, qabel ma jinħareġ iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni;

2. 

konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli tal-organizzazzjonijiet li tkun iċċertifikat;

3. 

implimentazzjoni tal-miżuri x-xierqa tas-sikurezza b’mandat mill-awtorità kompetenti skont il-punti 21.B.20(c) u (d).

(b) 

Din il-verifika għandha:

1. 

tkun appoġġata minn dokumentazzjoni li tkun maħsuba speċifikament biex tipprovdi lill-persunal responsabbli għas-sorveljanza bi gwida dwar kif għandhom iwettqu l-funzjonijiet tagħhom;

2. 

tipprovdi lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati r-riżultati tal-attivitajiet tas-sorveljanza;

3. 

tkun ibbażata fuq valutazzjonijiet, awditi, spezzjonijiet, u jekk ikun meħtieġ, spezzjonijiet mingħajr avviż;

4. 

tipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-evidenza meħtieġa f’każ li jkun hemm bżonn ta’ aktar azzjoni, inklużi l-miżuri previsti fil-punt 21.B.225.

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sorveljanza ddefinita fil-punti (a) u (b), filwaqt li tqis ir-riżultati tal-attivitajiet tas-sorveljanza li saru, kif ukoll il-prijoritajiet tas-sikurezza.

(d) 

Jekk il-faċilitajiet ta’ organizzazzjoni jkunu jinsabu f’aktar minn Stat wieħed, l-awtorità kompetenti, kif definita fil-punt 21.1, tista’ taqbel li l-kompiti ta’ sorveljanza jitwettqu mill-awtorità(jiet) kompetenti tal-Istat(i) Membru/i fejn ikunu jinsabu l-faċilitajiet, jew mill-Aġenzija għal faċilitajiet li jinsabu barra minn territorju li għalih l-Istati Membri jkunu responsabbli skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago. Kwalunkwe organizzazzjoni li tkun soġġetta għal ftehim bħal dan għandha tiġi infurmata dwar l-eżistenza u l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.

(e) 

Għal kwalunkwe attività ta’ sorveljanza li titwettaq f’faċilitajiet li jinsabu fi Stat Membru għajr dak fejn l-organizzazzjoni jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha, l-awtorità kompetenti, kif definit fil-punt 21.1, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru qabel ma twettaq kwalunkwe awditu jew spezzjoni fuq il-post tal-faċilitajiet.

(f) 

L-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni meqjusa neċessarja għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ sorveljanza.

21.B.222    Programm ta’ sorveljanza

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta’ sorveljanza li jkopri l-attivitajiet ta’ sorveljanza meħtieġa skont il-punt 21.B.221(a).

(b) 

Il-programm ta’ sorveljanza għandu jqis in-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati ta’ attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u/jew sorveljanza li saru, u għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. F’kull ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza, dan għandu jinkludi:

1. 

valutazzjonijiet, awditi u spezzjonijiet, inkluż, kif xieraq:

(i) 

valutazzjonijiet tas-sistemi ta’ ġestjoni u awditi tal-proċessi;

(ii) 

awditi tal-prodott ta’ kampjun rilevanti tal-prodotti, partijiet u tagħmir li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-organizzazzjoni;

(iii) 

kampjunar tax-xogħol imwettaq; u

(iv) 

spezzjonijiet mingħajr avviż;

2. 

laqgħat bejn il-maniġer responsabbli u l-awtorità kompetenti biex ikun żgurat li ż-żewġ partijiet jibqgħu jiġu infurmati dwar il-kwistjonijiet sinifikanti kollha.

(c) 

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza ma għandux ikun aktar minn 24 xahar.

(d) 

Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jiġi estiż sa 36 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li matul l-24 xahar ta’ qabel:

1. 

l-organizzazzjoni tkun uriet li tista’ tidentifika b’mod effettiv il-perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni u timmaniġġja r-riskji assoċjati;

2. 

l-organizzazzjoni tkun uriet kontinwament konformità mal-punti 21.A.147 u 21.A.148 u jkollha kontroll sħiħ fuq il-bidliet kollha fis-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni;

3. 

ma tkun inħarġet l-ebda konstatazzjoni tal-livell 1;

4. 

l-azzjonijiet korrettivi kollha ġew implimentati fi żmien il-perjodu ta’ żmien li kien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti kif definit fil-punt 21.B.225.

Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jerġa’ jiġi estiż sa massimu ta’ 48 xahar jekk, flimkien mal-kundizzjonijiet previsti fil-punti (1) sa (4) ta’ hawn fuq, l-organizzazzjoni tkun stabbiliet, u l-awtorità kompetenti tkun approvat, sistema effettiva ta’ rappurtar kontinwu lill-awtorità kompetenti dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u l-konformità regolatorja tal-organizzazzjoni nfisha.

(e) 

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni tkun naqset.

(f) 

Il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi rekords tad-dati meta jmisshom isiru l-valutazzjonijiet, l-awditi, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat, u d-dati meta dawn il-valutazzjonijiet, awditi, spezzjonijiet u laqgħat ikunu saru.

(g) 

Wara t-tlestija ta’ kull ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ rapport ta’ rakkomandazzjoni dwar it-tkomplija tal-approvazzjoni, li jirrifletti r-riżultati tas-sorveljanza.

▼M10

21.B.225    Konstatazzjonijiet u azzjonijiet korrettivi; osservazzjonijiet

(a) 

L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema fis-seħħ biex tanalizza l-konstatazzjonijiet għall-importanza tagħhom għas-sikurezza.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi konstatazzjoni tal-livell 1 meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas sinifikanti ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni, jew maċ-ċertifikat li jinkludi t-termini ta’ approvazzjoni, li jbaxxi l-livell ta’ sikurezza jew li jipperikola b’mod serju s-sikurezza tat-titjira.

Il-konstatazzjonijiet tal-livell 1 għandhom jinkludu wkoll:

1. 

kwalunkwe nuqqas milli l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-faċilitajiet tal-organizzazzjoni kif imsemmi fil-punt 21.A.9 matul il-ħinijiet normali tax-xogħol u wara żewġ talbiet bil-miktub;

2. 

kisba taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jew iż-żamma tal-validità tiegħu bil-falsifikazzjoni tal-evidenza dokumentarja sottomessa;

3. 

kwalunkwe evidenza ta’ malprassi jew użu frodulenti taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni; u

4. 

nuqqas li jinħatar maniġer responsabbli skont il-punt 21.A.245(a).

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi konstatazzjoni tal-livell 2 meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni, jew maċ-ċertifikat li jinkludi t-termini ta’ approvazzjoni, li ma huwiex ikklassifikat bħala konstatazzjoni tal-livell 1.

(d) 

Meta tiġi stabbilita konstatazzjoni matul is-sorveljanza jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni addizzjonali meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, tikkomunika l-konstatazzjoni bil-miktub lill-organizzazzjoni u titlob għal azzjoni korrettiva biex jiġi indirizzat in-nuqqas, jew in-nuqqasijiet, ta’ konformità identifikat(i). Meta konstatazzjoni tal-livell 1 tkun direttament relatata ma’ inġenju tal-ajru, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun irreġistrat l-inġenju tal-ajru.

1. 

Fil-każ ta’ konstatazzjonijiet tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata u xierqa biex tipprojbixxi jew tillimita l-attivitajiet tal-organizzazzjoni involuta, u jekk ikun xieraq, hija għandha tieħu azzjoni biex tirrevoka ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, jew biex tillimitah jew tissospendih, kollu jew parti minnu, skont il-gravità tal-konstatazzjoni tal-livell 1, sakemm l-organizzazzjoni tkun wettqet b’suċċess l-azzjoni korrettiva.

2. 

Jekk ikun hemm xi konstatazzjonijiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha:

(i) 

tagħti lill-organizzazzjoni perjodu ta’ implimentazzjoni għal azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tal-konstatazzjoni, li fi kwalunkwe każ, fil-bidu ma għandux ikun iżjed minn tliet xhur. Dan il-perjodu għandu jibda mid-data tal-komunikazzjoni bil-miktub dwar il-konstatazzjoni lill-organizzazzjoni, li titlob azzjoni korrettiva għall-indirizzar tan-nuqqas ta’ konformità identifikat. Fi tmiem dan il-perjodu, u skont in-natura tal-konstatazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ tliet xhur soġġett għal pjan ta’ azzjoni korrettiva miftiehem mal-awtorità kompetenti;

(ii) 

tivvaluta l-azzjoni korrettiva u l-pjan ta’ implimentazzjoni proposti mill-organizzazzjoni, u jekk il-valutazzjoni tikkonkludi li dawn ikunu biżżejjed biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ konformità, din għandha taċċettahom;

(iii) 

jekk l-organizzazzjoni tonqos milli tissottometti pjan aċċettabbli ta’ azzjoni korrettiva, jew tonqos milli twettaq l-azzjoni korrettiva fil-perjodu taż-żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, il-konstatazzjoni għandha tittella’ għal waħda tal-livell 1 u għandha tittieħed azzjoni skont kif stabbilit fil-punt (d)(1).

(e) 

L-awtorità kompetenti tista’ toħroġ osservazzjonijiet għal kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin li ma jeħtiġux konstatazzjonijiet tal-livell 1 jew tal-livell 2:

1. 

għal kwalunkwe oġġett li l-prestazzjoni tiegħu tkun ġiet ivvalutata bħala ineffettiva; jew

2. 

meta jkun ġie identifikat li oġġett għandu l-potenzjal li jikkawża nuqqas ta’ konformità skont il-punti (b) jew (c); jew

3. 

meta suġġerimenti jew titjib ikunu ta’ interess għall-prestazzjoni ġenerali tas-sikurezza tal-organizzazzjoni.

L-osservazzjonijiet maħruġa skont dan il-punt għandhom jiġu kkomunikati bil-miktub lill-organizzazzjoni u rreġistrati mill-awtorità kompetenti.

▼M10 —————

▼M10

21.B.240    Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni

(a) 

Malli tirċievi applikazzjoni għal bidla sinifikanti fis-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness qabel ma toħroġ l-approvazzjoni.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom l-organizzazzjoni tista’ topera matul l-evalwazzjoni ta’ bidla, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeterminax li ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jeħtieġ li jiġi sospiż.

(c) 

Meta l-organizzazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-bidla.

(d) 

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura ta’ infurzar addizzjonali, jekk l-organizzazzjoni timplimenta bidla sinifikanti fis-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni, mingħajr ma tkun irċeviet l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti skont il-punt (c), l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-ħtieġa li tissospendi, tillimita jew tirrevoka ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni.

(e) 

Għal bidliet mhux sinifikanti fis-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi eżami mill-ġdid ta’ dawn il-bidliet fis-sorveljanza kontinwa tagħha f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-punt 21.B.221. Jekk jinstab kwalunkwe nuqqas ta’ konformità, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-organizzazzjoni, titlob aktar bidliet u taġixxi f’konformità mal-punt 21.B.225.

▼M10 —————

▼B

SUBPARTI H —   ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS U ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS RISTRETTI

21.B.320    Investigazzjoni

(a) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha twettaq attivitajiet investigattivi suffiċjenti dwar l-applikant għal, jew id-detentur ta’, ċertifikat tal-airworthiness biex tiġġustifika l-ħruġ, iż-żamma, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat jew tal-permess.

(b) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tħejji proċeduri ta’ evalwazzjoni li jkopru tal-anqas l-elementi li ġejjin:

1. 

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikant;

2. 

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikazzjoni;

3. 

il-klassifikazzjoni taċ-ċertifikati tal-airworthiness;

4. 

l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li din tkun irċeviet mal-applikazzjoni;

5. 

l-ispezzjoni tal-inġenju tal-ajru;

6. 

it-twaqqif ta’ kundizzjonijiet, restrizzjonijiet jew limitazzjonijiet meħtieġa għaċ-ċertifikati tal-airworthiness.

▼M10

21.B.325    Ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà

▼B

(a) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-airworthiness (il-Formola 25 tal-EASA, ara l-Appendiċi VI), jew timmodifikah, mingħajr dewmien żejjed, meta tkun sodisfatta li ntlaħqu r-rekwiżiti tal-punt 21.B.326 u r-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A tas-Subparti H ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21).

(b) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-airworthiness ristrett (il-Formola 24 tal-EASA, ara l-Appendiċi V), jew timmodifikah, mingħajr dewmien żejjed, meta tkun sodisfatta li ntlaħqu r-rekwiżiti tal-punt 21.B.327 u r-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A tas-Subparti H ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21).

▼M10

(c) 

Għal inġenji tal-ajru ġodda, u inġenji tal-ajru użati li joriġinaw minn Stat mhux membru, minbarra ċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà xieraq imsemmi fil-punt (a) jew (b), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ:

1. 

għal inġenji tal-ajru soġġetti għall-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014, ċertifikat inizjali ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15a tal-EASA, l-Appendiċi II);

2. 

għal inġenji tal-ajru ġodda soġġetti għall-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014, ċertifikat inizjali ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15c tal-EASA, l-Appendiċi II);

3. 

għal inġenji tal-ajru użati li joriġinaw minn Stat mhux membru u soġġetti għall-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014, ċertifikat inizjali ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15c tal-EASA, l-Appendiċi II), meta l-awtorità kompetenti tkun wettqet ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà.

▼M5

21.B.326    Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà:

(a) 

għal inġenju tal-ajru ġdid:

1. 

meta tiġi ppreżentata d-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21.A.174(b)(2);

2. 

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru hu konformi ma' disinn approvat u li jkun f'kundizzjoni ta' operazzjoni sikura; dan jista' jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni; kif ukoll

3. 

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru hu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data meta jinħareġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għall-ewwel darba.

(b) 

għal inġenju tal-ajru użat:

1. 

meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21.A.174(b)(3) li tkun turi li:

(i) 

l-inġenju tal-ajru hu konformi ma' disinn tat-tip approvat skont ċertifikat tat-tip u ma' kwalunkwe ċertifikat tat-tip supplimentari, bidla jew tiswija approvati b'konformità ma' dan l-Anness I (il-Parti 21) u;

(ii) 

hemm konformità mad-direttivi applikabbli tal-ajrunavigabbiltà, u;

▼M6

(iii) 

l-inġenju tal-ajru jkun ġie spezzjonat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, kif ikun xieraq;

▼M5

(iv) 

l-inġenju tal-ajru kien konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data meta nħareġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għall-ewwel darba;

2. 

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru hu konformi ma' disinn approvat u li jkun f'kundizzjoni ta' operazzjoni sikura; dan jista' jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni u;

3. 

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru kien konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data meta kien inħareġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għall-ewwel darba.

▼B

21.B.327    Ċertifikat tal-airworthiness ristrett

(a) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-airworthiness ristrett għal:

1. 

inġenju tal-ajru ġdid:

(i) 

meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21.A.174(b)(2);

(ii) 

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jkun konformi ma’ disinn approvat mill-Aġenzija taħt ċertifikat tat-tip ristrett jew ma’ speċifikazzjonijiet tal-airworthiness speċifiċi, u li jkun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni;

2. 

inġenju tal-ajru użat:

(i) 

meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21.A.174(b)(3) li tkun turi li:

(A) 

l-inġenju tal-ajru jkun konformi ma’ disinn approvat mill-Aġenzija taħt ċertifikat tat-tip ristrett jew ma’ speċifikazzjonijiet tal-airworthiness speċifiċi u taħt kwalunkwe ċertifikat tat-tip supplementari, tibdila jew tiswija approvati f’konformità ma’ dan l- Anness I (il-Parti 21); u

(B) 

jkun hemm konformità mad-direttivi tal-airworthiness applikabbli; u

▼M6

(C) 

l-inġenju tal-ajru jkun ġie spezzjonat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, kif ikun xieraq;

▼B

(ii) 

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jkun konformi mad-disinn approvat u li jkun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

(b) Għal inġenju tal-ajru li ma jistax jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u li mhuwiex eliġibbli għal ċertifikat tat-tip ristrett, l-Aġenzija għandha, sabiex tikkonsidra kif meħtieġ id-devjazzjonijiet minn dawn ir-rekwiżiti essenzjali:

1. 

toħroġ, u tivverifika l-konformità ma’, speċifikazzjonijiet tal-airworthiness speċifiċi biex tkun żgurata s-sikurezza adegwata fir-rigward tal-użu maħsub, u

2. 

tispeċifika l-limitazzjonijiet għall-użu ta’ dan l-inġenju tal-ajru.

(c) Il-limitazzjonijiet għall-użu għandhom jiġu assoċjati ma’ ċertifikati tal-airworthiness ristretti, inklużi r-restrizzjonijiet fuq l-ispazju tal-ajru, kif meħtieġ biex jiġu kkunsidrati d-devjazzjonijiet mir-rekwiżiti essenzjali għall-airworthiness stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008.

▼M10 —————

▼B

SUBPARTI I —   ĊERTIFIKATI TAL-ĦOSS

21.B.420    Investigazzjoni

(a) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha twettaq attivitajiet investigattivi suffiċjenti dwar l-applikant għal, jew id-detentur ta’, ċertifikat tal-ħoss biex tiġġustifika l-ħruġ, iż-żamma, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat.

(b) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tħejji proċeduri ta’ evalwazzjoni bħala parti mill-proċeduri dokumentati li jkopru tal-anqas l-elementi li ġejjin:

1. 

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà;

2. 

l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li din tkun irċeviet mal-applikazzjoni;

3. 

l-ispezzjoni tal-inġenju tal-ajru.

▼M9

21.B.425   Ħruġ ta’ ċertifikati tal-istorbju

▼B

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha, kif applikabbli, toħroġ jew temenda ċertifikati tal-ħoss (il-Formola 45 tal-EASA, ara l-Appendiċi VII) mingħajr dewmien żejjed meta tkun sodisfatta li r-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A, is-Subparti I, jkunu ntlaħqu.

▼M9 —————

▼M9

SUBPARTI J —   APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

21.B.430    Proċedura ta’ ċertifikazzjoni inizjali

(a) 

Meta tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ inizjali ta’ approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-applikant mar-rekwiżiti applikabbli,

(b) 

Mill-inqas darba matul l-investigazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni inizjali għandha tissejjaħ laqgħa mal-kap tal-organizzazzjoni tad-disinn biex jiġi żgurat li din il-persuna tifhem ir-rwol u r-responsabbiltà tagħha.

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra l-konstatazzjonijiet kollha maħruġa, l-azzjonijiet ta’ għeluq kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet għall-ħruġ tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn.

(d) 

L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma lill-applikant bil-miktub il-konstatazzjonijiet kollha mqajma matul il-verifika. Għaċ-ċertifikazzjoni inizjali, il-konstatazzjonijiet kollha jridu jkunu ġew ikkoreġuti b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti qabel ma tkun tista’ tinħareġ l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn.

(e) 

Meta tkun issodisfata li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn.

(f) 

In-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat għandu jiġi inkluż fl-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn bil-mod li jkun speċifikat mill-Aġenzija.

(g) 

Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ għal perjodu ta’ żmien illimitat. Il-privileġġi u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li l-organizzazzjoni tad-disinn tkun approvata li twettaq, inkluż kwalunkwe limitazzjoni skont kif applikabbli, għandhom jiġu speċifikati fit-termini tal-approvazzjoni mehmużin mal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn.

21.B.431    Prinċipji ta’ sorveljanza

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-organizzazzjonijiet iċċertifikati għadhomx jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli

(a) 

Il-verifika għandha:

1. 

tkun appoġġata minn dokumentazzjoni li tkun maħsuba speċifikament biex tipprovdi lill-persunal responsabbli għas-sorveljanza bi gwida dwar kif għandhom iwettqu l-funzjonijiet tagħhom;

2. 

tipprovdi lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati bir-riżultati tal-attivitajiet tas-sorveljanza;

3. 

tkun ibbażata fuq valutazzjonijiet, awditi, spezzjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, spezzjonijiet mingħajr avviż;

4. 

tipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-evidenza meħtieġa f’każ li jkun hemm bżonn ta’ aktar azzjoni, inklużi l-miżuri previsti fil-punt 21.B.433.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sorveljanza stabbilita fil-punt (a) filwaqt li tqis ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza li saru u l-prijoritajiet tas-sikurezza.

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni meqjusa neċessarja għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza.

21.B.432    Programm ta’ sorveljanza

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta’ sorveljanza li jkopri l-attivitajiet ta’ sorveljanza meħtieġa għal konformità mal-punt 21.B.431(a).

(b) 

Il-programm ta’ sorveljanza għandu jqis in-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati ta’ attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ sorveljanza li saru, u għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. F’kull ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza, dan għandu jinkludi:

1. 

valutazzjonijiet, awditi u spezzjonijiet, inkluż, fejn xieraq:

(i) 

valutazzjonijiet tas-sistemi ta’ ġestjoni u awditi tal-proċessi;

(ii) 

l-awditi tal-prodotti ta’ kampjun rilevanti tad-disinn u taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti, tal-partijiet u tat-tagħmir li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tax-xogħol tal-organizzazzjoni;

(iii) 

kampjunar tax-xogħol imwettaq;

(iv) 

spezzjonijiet mingħajr avviż;

2. 

laqgħat imsejħa bejn il-kap tal-organizzazzjoni tad-disinn u l-awtorità kompetenti biex ikun żgurat li ż-żewġ partijiet jibqgħu infurmati dwar il-kwistjonijiet sinifikanti kollha.

(c) 

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza ma għandux jaqbeż l-24 xahar.

(d) 

Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jiġi estiż sa 36 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li matul l-24 xahar ta’ qabel:

1. 

l-organizzazzjoni tkun uriet li tista’ tidentifika b’mod effettiv il-perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni u timmaniġġja r-riskji assoċjati;

2. 

l-organizzazzjoni tkun uriet kontinwament konformità mal-punt 21.A.247 u jkollha kontroll sħiħ fuq il-bidliet kollha fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn;

3. 

ma tkun inħarġet l-ebda konstatazzjoni tal-livell 1;

4. 

l-azzjonijiet korrettivi kollha ġew implimentati fil-perjodu ta’ żmien li kien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti kif previst fil-punt 21.B.433(d).

Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jerġa’ jiġi estiż sa massimu ta’ 48 xahar jekk, flimkien mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (d)(1) sa (d)(4), l-organizzazzjoni tkun stabbiliet, u l-awtorità kompetenti tkun approvat, sistema effettiva u kontinwa ta’ rappurtar lill-awtorità kompetenti dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u l-konformità regolatorja tal-organizzazzjoni nfisha.

(e) 

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni tkun naqset.

(f) 

Il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi rekords tad-dati meta jmisshom isiru l-valutazzjonijiet, l-awditi, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat, u d-dati meta dawn il-valutazzjonijiet, awditi, spezzjonijiet u laqgħat ikunu saru.

(g) 

Wara t-tlestija ta’ kull ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ rapport ta’ rakkomandazzjoni dwar it-tkomplija tal-approvazzjoni, li jirrifletti r-riżultati tas-sorveljanza.

21.B.433    Konstatazzjonijiet u azzjonijiet korrettivi; osservazzjonijiet

(a) 

L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema fis-seħħ biex tanalizza l-konstatazzjonijiet għall-importanza tagħhom għas-sikurezza.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi konstatazzjoni tal-livell 1 meta jiġi identifikat nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u mal-manwali tal-organizzazzjoni, jew maċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni tad-disinn, inkluż it-termini tal-approvazzjoni, li jista’ jwassal għal nuqqasijiet mhux ikkontrollati u għal kundizzjoni mhux sikura potenzjali.

Il-konstatazzjonijiet tal-livell 1 għandhom jinkludu wkoll:

1. 

kwalunkwe nuqqas milli l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-faċilitajiet tal-organizzazzjoni kif imsemmi fil-punt 21.A.9 matul il-ħinijiet normali tax-xogħol u wara żewġ talbiet bil-miktub;

2. 

kisba tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn jew iż-żamma tal-validità tagħha bil-falsifikazzjoni tal-evidenza dokumentarja sottomessa;

3. 

kwalunkwe evidenza ta’ malprassi jew ta’ użu frodulenti tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn;

4. 

nuqqas li jinħatar kap tal-organizzazzjoni tad-disinn skont il-punt 21.A.245(a).

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi konstatazzjoni tal-livell 2 meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni, jew maċ-ċertifikat li jinkludi t-termini tal-approvazzjoni, li ma huwiex ikklassifikat bħala konstatazzjoni tal-livell 1.

(d) 

Meta tiġi stabbilita konstatazzjoni matul is-sorveljanza jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr ħsara għal kwalunkwe azzjoni addizzjonali meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, tikkomunika l-konstatazzjoni bil-miktub lill-organizzazzjoni u titlob għal azzjoni korrettiva biex jiġi indirizzat in-nuqqas, jew nuqqasijiet, ta’ konformità identifikat(i). Meta konstatazzjoni tal-livell 1 tkun relatata direttament ma’ prodott, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun irreġistrat l-inġenju tal-ajru.

1. 

Jekk ikun hemm xi konstatazzjoni tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha:

(i) 

tagħti lill-organizzazzjoni perjodu ta’ implimentazzjoni għal azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tal-konstatazzjoni u li, fi kwalunkwe każ, ma għandux ikun iżjed minn 21 ġurnata ta’ xogħol. Dan il-perjodu għandu jibda mid-data tal-komunikazzjoni bil-miktub dwar il-konstatazzjoni lill-organizzazzjoni, li titlob azzjoni korrettiva għall-indirizzar tan-nuqqas(ijiet) ta’ konformità identifikat(i);

(ii) 

tivvaluta l-pjan ta’ azzjoni korrettiva u l-pjan ta’ implimentazzjoni proposti mill-organizzazzjoni, u jekk hija tikkonkludi li dawn ikunu biżżejjed biex jiġi indirizzat in-nuqqas, jew nuqqasijiet, ta’ konformità, hija għandha taċċettahom;

(iii) 

jekk l-organizzazzjoni tonqos milli tissottometti pjan ta’ azzjoni korrettiva aċċettabbli, jew tonqos milli twettaq l-azzjoni korrettiva fil-perjodu ta’ żmien aċċettat mill-awtorità kompetenti, tieħu azzjoni immedjata u xierqa biex tipprojbixxi jew tillimita l-attivitajiet tal-organizzazzjoni involuta, u jekk ikun xieraq, tieħu azzjoni biex tirrevoka l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn jew biex tillimitaha jew tissospendiha, kollha jew parti minnha, skont il-gravità tal-konstatazzjoni tal-livell 1, sakemm l-organizzazzjoni tkun wettqet b’suċċess l-azzjoni korrettiva.

2. 

Jekk ikun hemm xi konstatazzjoni tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha:

(i) 

tagħti lill-organizzazzjoni perjodu ta’ implimentazzjoni għal azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tal-konstatazzjoni, u li fi kwalunkwe każ, fil-bidu ma għandux ikun iżjed minn tliet xhur. Dak il-perjodu għandu jibda mid-data tal-komunikazzjoni bil-miktub tal-konstatazzjoni li titlob azzjoni korrettiva. Fi tmiem dak il-perjodu, u skont in-natura tal-konstatazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ tliet xhur soġġett għal pjan ta’ azzjoni korrettiva miftiehem mal-awtorità kompetenti;

(ii) 

tivvaluta l-azzjoni korrettiva u l-pjan ta’ implimentazzjoni proposti mill-organizzazzjoni, u jekk hija tikkonkludi li dawn ikunu biżżejjed biex jiġi indirizzat in-nuqqas, jew nuqqasijiet, ta’ konformità, hija għandha taċċettahom;

(iii) 

jekk l-organizzazzjoni tonqos milli tissottometti pjan aċċettabbli ta’ azzjoni korrettiva, jew tonqos milli twettaq l-azzjoni korrettiva fil-perjodu taż-żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, il-konstatazzjoni għandha tittella’ għal-livell 1, u għandha tittieħed azzjoni skont kif stabbilit fil-punt (d)(1).

(e) 

L-awtorità kompetenti tista’ toħroġ osservazzjonijiet għal kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin li ma jeħtiġux konstatazzjonijiet tal-livell 1 jew tal-livell 2:

1. 

għal kwalunkwe oġġett li l-prestazzjoni tiegħu tkun ġiet ivvalutata bħala ineffettiva;

2. 

meta jkun ġie identifikat li oġġett ikollu l-potenzjal li jikkawża nuqqas ta’ konformità skont il-punti (b) jew (c);

3. 

meta suġġerimenti jew titjib ikunu ta’ interess għall-prestazzjoni ġenerali tas-sikurezza tal-organizzazzjoni.

L-osservazzjonijiet maħruġa skont dan il-punt għandhom jiġu kkomunikati bil-miktub lill-organizzazzjoni u rreġistrati mill-awtorità kompetenti.

21.B.435    Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn

(a) 

Malli tirċievi applikazzjoni għal bidla sinifikanti fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, qabel ma toħroġ l-approvazzjoni.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom l-organizzazzjoni tista’ topera matul il-bidla, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeterminax li l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn jeħtieġ li tiġi sospiża.

(c) 

Meta tkun issodisfata li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-bidla.

(d) 

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura ta’ infurzar addizzjonali, jekk l-organizzazzjoni timplimenta bidla sinifikanti fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn mingħajr ma tkun irċeviet l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti skont il-punt (c), l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-ħtieġa li tissospendi, tillimita jew tirrevoka ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni.

(e) 

Għal bidliet mhux sinifikanti fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi r-rieżami ta’ dawn il-bidliet fis-sorveljanza kontinwa tagħha f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-punt 21.B.431. Jekk jinstab kwalunkwe nuqqas ta’ konformità, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-organizzazzjoni, titlob aktar bidliet u taġixxi f’konformità mal-punt 21.B.433.

▼B

SUBPARTI K —   PARTIJIET U TAGĦMIR

Għandhom japplikaw il-proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.

(SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI M —   TISWIJIET

▼M5

21.B.450    Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali fil-każ ta' approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija

L-Aġenzija għandha tiddeżinja kwalunkwe emenda tal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza, kif applikabbli, fiċ-ċertifikat tat-tip, fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari jew fl-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, li l-Aġenzija jidhrilha li huma meħtieġa biex jinżamm livell tas-sikurezza daqs dak stabbilit qabel, u għandha tinnotifika dan lill-applikant għal disinn tat-tiswija.

▼M9

21.B.453   Ħruġ ta’ approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija

▼M5

(a) 

L-Aġenzija għandha toħroġ approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija maġġuri, diment li:

1. 

l-applikant ikun wera l-kapaċità tiegħu b'konformità mal-punt 21.A.432B;

2. 

l-applikant ikun konformi mal-punt 21.A.433;

3. 

l-Aġenzija, permezz tal-verifika tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-livell tal-involviment stabbilit skont il-punt 21.B.100(a), ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta' konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; kif ukoll

4. 

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista' tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b) 

L-Aġenzija għandha toħroġ approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija minuri, diment li l-applikant ikun konformi mal-punti (2) u (4) tal-punt (a) u diment li l-Aġenzija, permezz tal-verifiki tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-livell ta' involviment skont il-punt 21.B.100(b), ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta' konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali.

▼B

(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI O —   AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW

▼M9

21.B.480   Ħruġ ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO

▼M5

L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjoni tal-ETSO, diment li:

(a) 

l-applikant ikun konformi mal-punt 21.A.606;

(b) 

l-Aġenzija, permezz tal-verifiki tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-livell ta' involviment skont il-punt 21.B.100(b), ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi tal-ETSO applikabbli jew ma' devjazzjonijiet minnhom appprovati skont il-punt 21.A.610, jekk ikun hemm; kif ukoll

(c) 

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li jaf tikkomprometti s-sikurezza tal-oġġett għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

▼B

SUBPARTI P —   PERMESS GĦAT-TITJIR

21.B.520    Investigazzjoni

(a) L-awtorità kompetenti għandha twettaq attivitajiet investigattivi suffiċjenti biex tiġġustifika l-ħruġ jew ir-revoka tal-permess għat-titjir.

(b) L-awtorità kompetenti għandha tħejji proċeduri ta’ evalwazzjoni li jkunu jkopru tal-anqas l-elementi li ġejjin:

1. 

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikant;

2. 

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikazzjoni;

3. 

l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li din tkun irċeviet mal-applikazzjoni;

4. 

l-ispezzjoni tal-inġenju tal-ajru;

5. 

l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir f’konformità mal-punt 21.A.710(b).

▼M10

21.B.525    Ħruġ ta’ permess tat-titjir

▼B

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ permess għat-titjir (il-Formola 20a tal-EASA, ara l-Appendiċi III) mingħajr dewmien żejjed:

(a) 

mal-preżentazzjoni tad-dejta skont il-punt 21.A.707; u

(b) 

meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21.A.708 ikunu ġew approvati skont il-punt 21.A.710; u

(c) 

meta l-awtorità kompetenti, permezz tal-investigazzjonijiet tagħha stess, li jistgħu jinkludu l-ispezzjonijiet, jew permezz ta’ proċeduri maqbula mal-applikant, tkun sodisfatta li qabel it-titjir l-inġenju tal-ajru jkun jikkonforma mad-disinn iddefinit skont il-punt 21.A.708.

▼M10 —————

▼B

SUBPARTI Q —   IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR

Għandhom japplikaw il-proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.




Appendiċijiet

FORMOLI TAL-EASA

Meta l-formoli ta’ dan l-Anness jinħarġu f’lingwa għajr l-Ingliż għandhom ikunu jinkludu traduzzjoni bl-Ingliż

Il-Formoli tal-EASA(“Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni”) imsemmija fl-appendiċijiet għal din il-Parti għandu jkollhom il-karatteristiċi obbligatorji li ġejjin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-formoli tal-EASA li huma stess jiħorġu jkunu rikonoxxibli sew u għandhom ikunu responsabbli għall-istampar ta’ dawk il-Formoli.

Appendiċi I – Fomola tal-EASA Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat

▼M6

Appendiċi II – il-Formoli 15a u 15c tal-EASA — Ċertifikat ta’ Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà

▼B

Appendiċi III – Formola 20a tal-EASA Permess għat-Titjir

Appendiċi IV – Formola 20b tal-EASA Permess għat Titjir (maħruġ minn organizzazzjonijiet approvati)

Appendiċi V – Formola 24 tal-EASA Ċertifikat tal-Airworthiness Ristrett

Appendiċi VI – Formola 25 tal-EASA Ċertifikat Airworthiness

Appendiċi VII – Formola 45 tal-EASA Ċertifikat tal-Ħoss

Appebdiċi VIII – Formola 52 tal-EASA Dikjarazzjoni tal-konformita’ tal-Inġenju tal-Ajru

Appendiċi IX – Formola 53 tal-EASA Ċertifikat tar-Rilaxx għas-Servizz

Appendiċi X – Formola 55 tal-EASA Ċertifikat ta’ Approvazzjoni ta’ Organizzazzjoni tal-Produzzjoni

Appendiċi XI – Formola 65 tal-EASA Ittra ta’ Ftehim għall-produzzjoni mingħajr l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni

Appendiċi XII – Kategoriji ta' testijiet tat-titjira u l-kwalifiki tal-ekwipaġġ assoċjat tat-titjir bi prova




Appendiċi I

Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat – il-Formola 1 tal-EASA imsemmi fl-Anness I (il-Parti 21)

image

►(1)(2)(3)(4)(5) M2  

Struzzjonijiet għall-użu tal-Formola 1 tal-EASA

▼M12

Dawn l-istruzzjonijiet jirrigwardaw biss l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għal skopijiet ta’ produzzjoni. Tinġibed l-attenzjoni lejn l-Appendiċi II tal-Anness (il-Parti M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 li jkopri l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għal skopijiet ta’ manutenzjoni.

1.   SKOP U UŻU

1.1. Skop ewlieni taċ-ċertifikat huwa li jiddikjara l-airworthiness ta’ prodotti, ta’ partijiet u ta’ tagħmir tal-avjazzjoni ġodda (“l-oġġett(i)”).

1.2. Trid tiġi stabbilita korrelazzjoni bejn iċ-ċertifikat u l-oġġett(i). L-entità li toħroġ iċ-ċertifikat jeħtiġilha żżomm ċertifikat f’forma li tippermetti l-verifika tad-data oriġinali.

1.3. Iċ-ċertifikat huwa aċċettabbli għal bosta awtoritajiet tal-ajrunavigabbiltà, iżda jista’ jkun dipendenti fuq ftehimiet bilaterali u/jew fuq il-politika tal-awtorità tal-ajrunavigabbiltà.

1.4. Iċ-ċertifikat ma huwiex dokument ta’ kunsinna jew ta’ trasport.

1.5. L-inġenji tal-ajru ma għandhomx jiġu rrilaxxati permezz taċ-ċertifikat.

1.6. Iċ-ċertifikat ma jikkostitwixxix approvazzjoni għall-installazzjoni tal-oġġett fuq inġenju tal-ajru, magna jew skrun partikolari, iżda jgħin sabiex l-utent aħħari jkun jista’ jiddeċiedi x’inhu l-istatus tal-approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà tiegħu.

1.7. Ma huwiex permess li fuq l-istess ċertifikat ikun hemm taħlita ta’ oġġetti ddikjarati bħala rilaxxati għall-produzzjoni u ta’ oħrajn iddikjarati bħala rilaxxati għall-manutenzjoni.

1.8. Ma huwiex permess li fuq l-istess ċertifikat ikun hemm taħlita ta’ oġġetti ċċertifikati f’konformità ma’ “data approvata” u ta’ oħrajn iċċertifikati b’“data mhux approvata”.

2.   FORMAT ĠENERALI

2.1. Iċ-ċertifikat irid ikun konformi mal-format mehmuż, inklużi n-numri tal-kaxxi u l-pożizzjoni ta’ kull kaxxa. Madankollu, id-daqs ta’ kull kaxxa jista’ jiġi aġġustat skont il-ħtieġa tal-applikazzjoni individwali, iżda mhux tant li ċ-ċertifikat ma jibqax jintgħaraf.

2.2. Iċ-ċertifikat irid ikun f’format mimdud (“landscape”), iżda d-daqs globali jista’ jitkabbar jew jiċċekken b’mod sinifikanti, dment li ċ-ċertifikat jibqa’ jintgħaraf u leġġibbli. F’każ ta’ dubju, staqsi lill-awtorità kompetenti.

2.3. Id-dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà tal-utent/tal-installatur tista’ titqiegħed fuq kwalunkwe naħa tal-formola.

2.4. L-istampar irid ikun ċar u leġġibbli sabiex ikun jista’ jinqara faċilment.

2.5. Iċ-ċertifikat jista’ jkun jew stampat minn qabel jew magħmul permezz ta’ kompjuter, iżda fi kwalunkwe każ, l-istampar tal-linji u tal-karattri għandu jkun ċar u leġibbli u konformi mal-format iddefinit.

2.6. Iċ-ċertifikat għandu jkun bl-Ingliż, u meta xieraq, b’lingwa oħra jew aktar.

2.7. Id-dettalji li għandhom jitniżżlu fuq iċ-ċertifikat jistgħu jiġu stampati permezz ta’ magna/kompjuter jew miktubin bl-idejn, b’ittri majjuskoli u li jippermettu li jinqraw faċilment.

2.8. Għal aktar ċarezza, it-taqsir ta’ kliem għandu jintuża mill-anqas possibbli.

2.9. L-entità li toħroġ iċ-ċertifikat tista’ tuża l-vojt li jifdal fuq in-naħa ta’ wara taċ-ċertifikat sabiex tniżżel kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, li mandankollu ma tista’ tinkludi l-ebda dikjarazzjoni ta’ ċertifikazzjoni. Kwalunkwe użu li jsir min-naħa ta’ wara taċ-ċertifikat għandha ssir referenza għalih fil-kaxxa xierqa fuq in-naħa ta’ quddiem taċ-ċertifikat.

3.   KOPJI

3.1. Ma hemm l-ebda limitu għan-numru ta’ kopji taċ-ċertifikat li jistgħu jintbagħtu lill-klijent jew li jistgħu jinżammu mill-entità li toħorġu.

4.   ŻBALL/ŻBALJI FIĊ-ĊERTIFIKAT

4.1. Jekk utent aħħari jsib żball/żbalji fuq ċertifikat, jeħtieġlu jidentifikah(om) bil-miktub lill-entità li toħroġ iċ-ċertifikat. Jekk tkun tista’ tivverifika u tikkoreġi l-iżball/l-iżbalji, l-entità li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tista’ toħroġ ċertifikat ġdid.

4.2. Iċ-ċertifikat il-ġdid irid ikollu numru ta’ referenza tal-formola u data ġodda u jiġi ffirmat mill-ġdid.

4.3. It-talba għal ċertifikat ġdid tista’ tiġi onorata mingħajr ma terġa’ ssir verifika tal-kundizzjoni tal-oġġett(i). Iċ-ċertifikat il-ġdid ma huwiex dikjarazzjoni tal-kundizzjoni attwali tal-oġġett u fil-kaxxa 12 tiegħu jenħtieġ li ssir referenza għaċ-ċertifikat preċedenti, permezz tad-dikjarazzjoni li ġejja: “Dan iċ-ċertifikat jikkoreġi l-iżball/l-iżbalji fil-kaxxa/kaxxi [indika l-kaxxa/kaxxi kkoreġuta/i] taċ-ċertifikat [indika n-numru ta’ referenza tal-formola oriġinali] datat [indika d-data tal-ħruġ oriġinali] u ma jkoprix il-konformità/il-kundizzjoni/ir-rilaxx tal-oġġett għas-servizz”. Jenħtieġ li ż-żewġ ċertifikati jinżammu għal tul il-perjodu minimu li għandu jinżamm l-ewwel ċertifikat.

5.   MILI TAĊ-ĊERTIFIKAT MILL-ENTITÀ LI TOĦORĠU

Kaxxa 1 

Awtorità kompetenti/Pajjiż responsabbli għall-approvazzjoni

Indika l-isem u l-pajjiż tal-awtorità kompetenti li dan iċ-ċertifikat inħareġ taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha. Jekk l-awtorità kompetenti hija l-Aġenzija, indika “EASA” biss.

Kaxxa 2 

Intestatura tal-Formola 1 tal-EASA

“ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX AWTORIZZAT - FORMOLA 1 TAL-EASA”

Kaxxa 3 

Numru ta’ Referenza tal-Formola

Indika n-numru uniku stabbilit mis-sistema/mill-proċedura ta’ numerazzjoni tal-organizzazzjoni msemmija fil-kaxxa 4; dan in-numru jista’ jinkludi karattri alfanumeriċi.

Kaxxa 4 

Isem u Indirizz tal-Organizzazzjoni

Indika l-isem sħiħ u l-indirizz tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni (agħmel referenza għall-Formola 55 tal-EASA, il-Paġna A) jew tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li qed jirrilaxxaw l-oġġett(i) kopert(i) minn dan iċ-ċertifikat. F’din il-kaxxa jistgħu jintużaw logos, eċċ., tal-organizzazzjoni, sakemm id-daqs tagħhom joqgħod fil-kaxxa.

Kaxxa 5 

Ordni ta’ Xogħol/Kuntratt/Fattura

Sabiex tiffaċilita t-traċċabbiltà tal-oġġett(i) mill-klijent, indika n-numru tal-ordni ta’ xogħol, in-numru tal-kuntratt, in-numru tal-fattura jew numru ta’ referenza simili.

Kaxxa 6 

Oġġett

Meta jkun hemm aktar minn linja waħda ta’ oġġetti, indika n-numru ta’ kull linja. Din il-kaxxa tippermetti li t-tqabbil mal-Kummenti fil-kaxxa 12 isir faċilment.

Kaxxa 7 

Deskrizzjoni

Indika l-isem jew id-deskrizzjoni tal-oġġett. Għandha tingħata preferenza lit-terminu li jintuża fl-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa jew fid-data dwar il-manutenzjoni (eż. Katalogu Illustrat tal-Partijiet, Manwal tal-Manutenzjoni tal-Inġenji tal-Ajru, Bullettin tas-Servizz, Manwal tal-Manutenzjoni tal-Partijiet).

Kaxxa 8 

Numru tal-Parti

Indika n-numru tal-parti kif jidher fuq l-oġġett jew fuq it-tikketta/l-imballaġġ tiegħu. Fil-każ ta’ magna jew ta’ skrun, tista’ tindika d-deżinjazzjoni tat-tip.

Kaxxa 9 

Kwantità

Indika l-kwantità ta’ oġġetti.

Kaxxa 10 

Numru tas-Serje

F’każ li r-regolamenti jesiġu li l-oġġett għandu jiġi identifikat permezz ta’ numru tas-serje, indikah hawnhekk. Jista’ jiġi indikat ukoll kwalunkwe numru tas-serje ieħor li ma huwiex meħtieġ b’regolament. Jekk fuq l-oġġett ma jkun hemm ebda numru tas-serje, indika “N/A”.

Kaxxa 11 

Status/Xogħol

Indika “PROTOTIP” jew “ĠDID”.

Indika “PROTOTIP” għal:

(i) 

il-produzzjoni ta’ oġġett ġdid f’konformità ma’ data tad-disinn mhux approvata;

(ii) 

il-produzzjoni ta’ oġġett ġdid f’konformità mad-data tad-disinn li tkun għadha ma ġietx iddikjarata minn dikjarant f’konformità mas-Subparti C, F jew N tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light);

(iii) 

ċertifikazzjoni mill-ġdid maħruġa mill-organizzazzjoni indikata fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat preċedenti wara li jkun sar xogħol ta’ modifika jew ta’ tiswija fuq l-oġġett, qabel id-dħul fis-servizz (eż. wara li tiddaħħal bidla fid-disinn, wara t-tiswija ta’ difett, wara spezzjoni jew test, jew wara t-tiġdid tal-ħajja utli tal-oġġett). Fil-kaxxa 12 għandhom jiġu indikati d-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali flimkien max-xogħol ta’ modifika jew ta’ tiswija;

Indika “ĠDID” għal:

(i) 

il-produzzjoni ta’ oġġett ġdid f’konformità mad-data tad-disinn approvata;

(ii) 

il-produzzjoni ta’ oġġett ġdid f’konformità mad-data tad-disinn iddikjarata mid-dikjarant f’konformità mas-Subparti C, F jew N tat-Taqsima THE tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light);

(iii) 

ċertifikazzjoni mill-ġdid maħruġa mill-organizzazzjoni indikata fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat preċedenti wara li jkun sar xogħol ta’ modifika jew ta’ tiswija fuq l-oġġett, qabel id-dħul fis-servizz (eż. wara li tiddaħħal bidla fid-disinn, wara t-tiswija ta’ difett, wara spezzjoni jew test, jew wara t-tiġdid tal-ħajja utli tal-oġġett). Fil-kaxxa 12 għandhom jiġu indikati d-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali flimkien max-xogħol ta’ modifika jew ta’ tiswija;

(iv) 

ċertifikazzjoni mill-ġdid, maħruġa mill-manifattur tal-prodott jew mill-organizzazzjoni indikata fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat preċedenti, ta’ oġġetti minn “prototip” (konformità ma’ data mhux approvata biss) għal “ġdid” (konformità ma’ data approvata u f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu), wara l-approvazzjoni tad-data tad-disinn applikabbli, dment li d-data tad-disinn ma tkunx inbidlet.

Għal prodotti ċċertifikati, fil-kaxxa 12 trid tiddaħħal id-dikjarazzjoni li ġejja:

“ĊERTIFIKAZZJONI MILL-ĠDID TA’ OĠĠETTI MINN ‘PROTOTIP’ GĦAL ‘ĠDID’: DAN ID-DOKUMENT JIĊĊERTIFIKA L-APPROVAZZJONI TAD-DATA TAD-DISINN [DAĦĦAL IN-NUMRU TAĊ-ĊERTIFIKAT TAT-TIP/TAĊ-ĊERTIFIKAT TAT-TIP SUPPLEMENTARI, IL-LIVELL TA’ REVIŻJONI], BID-DATA TA’ [JEKK NEĊESSARJA SABIEX ISIR MAGĦRUF FIEX WASLET IR-REVIŻJONI, DAĦĦAL ID-DATA], LI DAN L-OĠĠETT (DAWN L-OĠĠETTI) ĠIE (ĠEW) IMMANIFATTURAT(I) F’KONFORMITÀ MAGĦHA.”

Il-kaxxa “ data tad-disinn approvata u huma f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu” għandha tiġi mmarkata fil-kaxxa 13a;

Għall-inġenji tal-ajru soġġetti għal dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti C tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light), fil-kaxxa 12 trid tiddaħħal id-dikjarazzjoni li ġejja:

“ĊERTIFIKAZZJONI MILL-ĠDID TA’ OĠĠETTI MINN ‘PROTOTIP’ GĦAL ‘ĠDID’: DAN ID-DOKUMENT JIĊĊERTIFIKA D-DIKJARAZZJONI TAD-DATA TAD-DISINN [DAĦĦAL IR-REFERENZA TAD-DIKJARAZZJONI, IL-LIVELL TA’ REVIŻJONI], BID-DATA TA’ [JEKK NEĊESSARJA SABIEX ISIR MAGĦRUF FIEX WASLET IR-REVIŻJONI, DAĦĦAL ID-DATA], LI DAN L-OĠĠETT (DAWN L-OĠĠETTI) ĠIE (ĠEW) IMMANIFATTURAT(I) F’KONFORMITÀ MAGĦHA.”

(v) 

il-kontroll bir-reqqa ta’ oġġett ġdid li jkun diġà ġie rrilaxxat, qabel ma jibda jintuża, skont standard jew speċifikazzjoni speċifikata mill-klijent (id-dettalji ta’ dan l-istandard jew ta’ din l-ispeċifikazzjoni għandhom jitniżżlu fil-kaxxa 12 flimkien mad-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali) jew sabiex tiġi stabbilita l-ajrunavigabbiltà (fil-kaxxa 12 għandha tiddaħħal spjegazzjoni għalfejn ingħata r-rilaxx flimkien mad-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali).

Kaxxa 12 

Kummenti

Iddeskrivi, jew direttament inkella permezz ta’ referenza għal dokumenti rilevanti, ix-xogħol indikat fil-Kaxxa 11 li huwa neċessarju sabiex l-utent jew l-installatur jiddetermina l-ajrunavigabbiltà tal-oġġett(i) fir-rigward tax-xogħol li qed jiġi ċċertifikat. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tintuża paġna oħra li ssir referenza għaliha fil-Formola 1 tal-EASA. Kull dikjarazzjoni trid tidentifika b’mod ċar għal liema oġġett(i) tal-Kaxxa 6 tkun qed tirreferi. Jekk ma jkunx hemm dikjarazzjoni, indika “Xejn”.

Fil-kaxxa 12 indika r-raġunijiet għar-rilaxx tad-data tad-disinn mhux approvata (eż., pendenti minn ċertifikat tat-tip, għall-ittestjar biss, pendenti minn data approvata).

Jekk l-oġġett ikun ġie prodott f’konformità mad-data tad-disinn li tkun għadha ma ġietx iddikjarata mid-dikjarant f’konformità mas-Subparti C, F jew N tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light), id-dikjarazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fil-Kaxxa 12:

“DIKJARAZZJONI PENDENTI FIR-RIGWARD TAL-KONFORMITÀ TAD-DISINN F’KONFORMITÀ MAS-SUBPARTI C, F JEW N tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light)”

Jekk l-oġġett ikun ġie prodott f’konformità mad-data tad-disinn li tkun ġiet iddikjarata mid-dikjarant f’konformità mas-Subparti C, F jew N tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light), allura d-dikjarazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fil-Kaxxa 12:

“PRODOTT F’KONFORMITÀ MAD-DATA TAD-DISINN TA’ DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAD-DISINN F’KONFORMITÀ MAS-SUBPARTI C, F JEW N tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light)”

Jekk l-istampar tad-data jsir minn forma elettronika tal-Formola 1 tal-EASA, f’din il-kaxxa għandha tiġi indikata kwalunkwe data li ma tistax tiddaħħal f’kaxxi oħrajn.

Kaxxa 13a 

Immarka waħda biss minn dawn iż-żewġ kaxxi:

1. 

Immarka l-kaxxa “data tad-disinn approvata u huma f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu” jekk l-oġġett(i) jkun(u) ġie/ġew immanifatturat(i) bl-użu ta’ data tad-disinn approvata u jinstab li hu(ma) f’kundizzjoni li jaħdem/jaħdmu mingħajr periklu.

2. 

Immarka l-kaxxa “data tad-disinn mhux approvata indikata fil-kaxxa 12” jekk l-oġġett(i) jkun(u) ġie/ġew immanifatturat(i) bl-użu ta’ data tad-disinn mhux approvata applikabbli.

Din il-kaxxa għandha tiġi mmarkata wkoll meta l-oġġett ikun ġie prodott f’konformità mad-data tad-disinn li tkun ġiet iddikjarata f’konformità mas-Subpartijiet C, F u N tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light).

Identifika d-data fil-kaxxa 12 (eż. ċertifikat tat-tip pendenti, għat-test biss, sakemm ikun hemm data approvata, il-konformità mad-data tad-disinn minn dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti C, F jew N tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light).

Ma huwiex permess li fuq l-istess ċertifikat ikun hemm taħlita ta’ oġġetti rilaxxati abbażi ta’ data tad-disinn approvata u ta’ oħrajn rilaxxati abbażi ta’ data tad-disinn mhux approvata.

Kaxxa 13b 

Firma ta’ Persuna Awtorizzata

F’dan l-ispazju għandha tiffirma l-persuna awtorizzata. F’din il-kaxxa jistgħu jiffirmaw biss dawk il-persuni li jkunu awtorizzati speċifikament permezz tar-regoli u permezz tal-politiki tal-awtoritajiet kompetenti. Sabiex il-firma tintgħaraf aħjar, jista’ jitniżżel ukoll numru uniku li jidentifika lill-persuna awtorizzata.

Kaxxa 13c 

Numru tal-Approvazzjoni/tal-Awtorizzazzjoni

Daħħal in-numru/ir-referenza tal-approvazzjoni/tal-awtorizzazzjoni. Dan in-numru jew din ir-referenza tinħareġ mill-awtorità kompetenti għall-organizzazzjonijiet tal-produzzjoni approvati jew iddikjarati (għall-partijiet prodotti skont l-Anness Ib (il-Parti 21 Light). Jekk l-organizzazzjoni tkun ipproduċiet parti li tikkonforma mad-data tad-disinn iddikjarata minn dikjarant f’konformità mas-Subparti C, F jew N tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) u l-organizzazzjoni ma tkunx organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata jew iddikjarata, jenħtieġ li ddaħħal id-dikjarazzjoni li ġejja:

“PRODOTT SKONT IS-SUBPARTI R tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light)”

Kaxxa 13d 

Isem

Daħħal isem il-persuna li qed tiffirma l-kaxxa 13b b’mod li jista’ jinqara.

Kaxxa 13e 

Data

Indika d-data li fiha tiġi ffirmata l-kaxxa 13b. Din id-data jrid ikollha format ta’ jj = jum f’2 ċifri, xxx = l-ewwel 3 ittri tax-xahar, ssss = is-sena f’4 ċifri.

Kaxxi 14a-14e 

Rekwiżiti Ġenerali għall-kaxxi 14a sa 14e:

Dawn il-kaxxi ma jintużawx għar-rilaxx tal-produzzjoni. Skura l-kaxxi jew l-ittri, jew immarkahom b’xi mod ieħor, sabiex jiġi evitat li jintużaw bi żball jew b’mod mhux awtorizzat.

Responsabbiltajiet tal-Utent/tal-Installatur

Daħħal id-dikjarazzjoni ta’ hawn taħt fiċ-ċertifikat sabiex tinnotifika lill-utenti aħħarin li ma humiex eżentati mir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-installazzjoni u tal-użu ta’ kwalunkwe oġġett li jkollu l-formola miegħu:

“DAN IĊ-ĊERTIFIKAT MA JAWTORIZZAX B’MOD AWTOMATIKU T-TWETTIQ TAL-INSTALLAZZJONI.

META L-UTENT/L-INSTALLATUR IWETTAQ XOGĦOL F’KONFORMITÀ MAR-REGOLAMENTI TA’ AWTORITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ LI MA HIJIEX L-AWTORITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ SPEĊIFIKATA FIL-KAXXA 1, IKUN ESSENZJALI LI L-UTENT/L-INSTALLATUR JIŻGURA LI L-AWTORITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ TIEGĦU TAĊĊETTA OĠĠETTI MILL-AWTORITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ SPEĊIFIKATA FIL-KAXXA 1.

ID-DIKJARAZZJONIJIET MOGĦTIJIN FIL-KAXXI 13 A U 14 A MA JIKKOSTITWIXXUX ĊERTIFIKAZZJONI TAL-INSTALLAZZJONI. FI KWALUNKWE KAŻ, IR-REKORDS TAL-MANUTENZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU JRID IKOLLHOM ĊERTIFIKAZZJONI TAL-INSTALLAZZJONI MAĦRUĠA MILL-UTENT/MILL-INSTALLATUR F’KONFORMITÀ MAR-REGOLAMENTI NAZZJONALI, QABEL MA L-INĠENJI TAL-AJRU JKUNU JISTGĦU JITTAJRU.”

▼M6




Appendiċi II

il-Formola 15a tal-EASA — Ċertifikat ta’ Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà

[L-ISTAT MEMBRU]

Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (*)

ĊERTIFIKAT TA’ RIEŻAMI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC)

Referenza tal-ARC:......................

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-[AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU] b’dan tiċċertifika li l-inġenju tal-ajru li ġej:

Manifattur tal-inġenju tal-ajru:…

Deżinjazzjoni tal-manifattur:…

Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru:…

Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru:…

fil-mument tar-rieżami jitqies li jista’ jittajjar.



Data tal-ħruġ:…

Data tal-iskadenza:…

Sigħat ta’ titjir (FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ (**):…



Iffirmat:…

Nru tal-Awtorizzazzjoni:…

L-ewwel estensjoni: L-inġenju tal-ajru baqa’ f’ambjent ikkontrollat f’konformità mal-punt M.A.901 tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 għas-sena preċedenti. Fil-mument tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat l-inġenju tal-ajru jitqies li jista’ jittajjar.



Data tal-ħruġ:…

Data tal-iskadenza:…

Sigħat ta’ titjir (FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ: …



Iffirmat:…

Nru tal-Awtorizzazzjoni: …

Isem il-kumpanija:…

Referenza tal-approvazzjoni:…

It-tieni estensjoni: L-inġenju tal-ajru baqa’ f’ambjent ikkontrollat f’konformità mal-punt M.A.901 tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 għas-sena preċedenti. Fil-mument tal-ħruġ taċ-ċertifikat l-inġenju tal-ajru jitqies li jista’ jittajjar.



Data tal-ħruġ:…

Data tal-iskadenza:…

Sigħat ta’ titjir (FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ (**):…



Iffirmat: …

Nru tal-Awtorizzazzjoni: …

Isem il-kumpanija:…

Referenza tal-approvazzjoni: …

Formola 15a tal-EASA — Ħarġa 5

(*) Ħassar għal pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-UE.

(**) Ħlief għall-iġfna tal-ajru.

▼M7

Ċertifikat tar-Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà - Formola 15c tal-EASA

NOTA: persuni u organizzazzjonijiet li jwettqu r-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà flimkien mal-ispezzjoni kull 100 siegħa/annwali jistgħu jużaw il-faċċata l-oħra ta’ din il-formola biex joħorġu s-CRS imsemmi fil-punt ML.A.801 li jikkorrispondi għall-ispezzjoni ta’ kull 100 siegħa/annwali.

ĊERTIFIKAT TA’ REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC) (għall-inġenji tal-ajru li jikkonformaw mal-Parti-ML)

Ir-referenza ARC: ………..

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill:

[L-ISEM TAL-AWTORITÀ KOMPETENTI] (**)

b’dan jiċċertifika li:

□…..li twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fuq l-inġenju tal-ajru li ġej:

[jew]

□.….l-inġenju tal-ajru l-ġdid li ġej:

Manifattur tal-inġenju tal-ajru:…….............……......... Deżinjazzjoni tal-manifattur:……….............……………………

Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru:…………....…… Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru:………………………………….

(u li dan l-inġenju tal-ajru) fil-mument tar-reviżjoni jitqies li jista’ jittajjar.

Data tal-ħruġ: .................................................................. Data tal-iskadenza: …………………………………………..

Is-sigħat tat-titjir tal-ajruplan (FH) fid-data tar-reviżjoni (*): ………………………………………………………………..

Iffirmat: ............................................................ Nru tal-Awtorizzazzjoni (jekk applikabbli): ………………........……….

[JEW]

[L-ISEM TAL-ORGANIZZAZZJONI APPROVATA, INDIRIZZ u REFERENZA TAL-APPROVAZZJONI] (**)

[jew]

[L-ISEM SĦIĦ TAL-PERSUNAL TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI U N-NUMRU TAL-LIĊENZJA TAL-PARTI-66 (JEW EKWIVALENTI NAZZJONALI)] (**)

bil-preżenti jiċċertifika/tiċċertifika t-twettiq ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fuq l-inġenju tal-ajru li ġej:

Manifattur tal-inġenju tal-ajru:…………………………………. Deżinjazzjoni tal-manifattur:……………………………

Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru:…………………… Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru:…………………………….

u li dan l-inġenju tal-ajru fil-mument tar-reviżjoni jitqies li jista’ jittajjar.

Data tal-ħruġ: .................................................................. Data tal-iskadenza: …………………………………………..

Is-sigħat tat-titjir tal-ajruplan (FH) fid-data tar-reviżjoni (*): ………………………………………………………………..

Iffirmat: ................................................................. Nru tal-Awtorizzazzjoni (jekk applikabbli): ……………………….

================================================================================

L-ewwel estensjoni: L-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta’ ML.A.901(c) tal-Anness Vb (Parti-ML)

Data tal-ħruġ: .................................................................. Data tal-iskadenza: …………………………………………..

Is-sigħat tat-titjir tal-ajruplan (FH) fid-data tal-ħruġ (*): …………………………………………………… ………………

Iffirmat: ............................................................................ Nru tal-Awtorizzazzjoni: ………………………

Isem il-kumpanija: ...............................................Referenza tal-approvazzjoni: ……………………………………...

================================================================================

It-tieni estensjoni: L-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta’ ML.A.901(c) tal-Anness Vb (Parti-ML)

Data tal-ħruġ: .................................................................. Data tal-iskadenza: …………………………………………..

Is-sigħat tat-titjir tal-ajruplan (FH) fid-data tal-ħruġ (*): …………………………………………………… ………………

Iffirmat: ............................................................................Nru tal-Awtorizzazzjoni: ………………………

Isem il-kumpanija: ..................................................Referenza tal-approvazzjoni: ……………………………………...

(*) Għajr għall-blalen tal-arja u l-iġfna tal-ajru

(**) L-emittent tal-Formola jista’ jfassalha skont il-bżonn tiegħu billi jħassar l-isem, id-dikjarazzjoni ta’ ċertifikazzjoni, ir-referenza għall-inġenju tal-ajru inkwistjoni u d-dettalji tal-ħruġ li mhumiex rilevanti għall-użu tiegħu.

Il-Formola 15c tal-EASA, Ħarġa 4.

▼B




Appendiċi III

image




Appendiċi IV

image




Appendiċi V

Ċertifikat tal-Airworthiness Ristrett – il-Formola 24 tal-EASA

image




Appendiċi VI

Ċertifikat tal-Airworthiness — il-Formola 25 tal-EASA

image




Appendiċi VII

image

▼M9




Appendiċi VIII

Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru — il-Formola 52 tal-EASA



DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAL-INĠENJU TAL-AJRU

1.  Stat tal-manifattura

2.  [STAT MEMBRU] (1) Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (2)

3.  Nru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni:

4.  Organizzazzjoni

5.  Tip ta’ inġenju tal-ajru

6.  Nri ta’ referenza taċ-ċertifikat tat-tip:

7.  Reġistrazzjoni jew marka tal-inġenju tal-ajru

8.  Nru ta’ identifikazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni:

9.  Dettalji tal-magna/tal-iskrun (3)

10.  Modifiki u/jew bullettini tas-servizz (3)

11.  Direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà

12.  Konċessjonijiet

13.  Eżenzjonijiet, rinunzji jew derogi (3)

14.  Rimarki

15.  Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà

16.  Rekwiżiti addizzjonali

17.  Dikjarazzjoni tal-konformità

B’dan, qiegħed jiġi ċċertifikat li l-inġenju tal-ajru jikkonforma bis-sħiħ mad-disinn iċċertifikat tat-tip u mal-elementi indikati fil-kaxxi 9, 10, 11, 12 u 13.

L-inġenju tal-ajru jinsab f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu.

L-inġenju tal-ajru ġie ttestjat waqt titjira u ta riżultati sodisfaċenti.

18.  Iffirmat

19.  Isem

20.  Data (j/x/s)

21.  Referenza tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni

Il-Formola 52 tal-EASA — Il-Ħarġa 3

(1) Jew l-“EASA”, jekk l-EASA hija l-awtorità kompetenti.

(2) Ħassar meta ma jkunx Stat Membru tal-UE jew l-EASA.

(3) Ħassar kif applikabbli.

Struzzjonijiet għall-użu tad-“Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru — il-Formola 52 tal-EASA”

1.   L-GĦAN U L-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.1. L-użu tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru maħruġa minn organizzazzjoni tal-produzzjoni li tipproduċi skont il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti F, huwa deskritt fil-punt 21.A.130 u fil-mezzi relatati aċċettabbli ta’ konformità (AMC).

1.2. L-iskop tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru (il-Formola 52 tal-EASA) maħruġa skont il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti G, huwa li tippermetti lid-detentur ta’ ċertifikat xieraq ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jeżerċita l-privileġġ li jikseb ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għal inġenju tal-ajru individwali, u jekk mitlub, ċertifikat tal-istorbju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

2.   ĠENERALI

2.1. Id-dikjarazzjoni tal-konformità trid tikkonforma mal-mudell, inkluż in-numri tal-kaxxi u l-pożizzjoni ta’ kull kaxxa. Madankollu, id-daqs ta’ kull kaxxa jista’ jiġi aġġustat skont il-ħtieġa tal-applikazzjoni individwali, iżda mhux tant li d-dikjarazzjoni tal-konformità ma tibqax tintgħaraf. F’każ ta’ dubju, staqsi lill-awtorità kompetenti.

2.2. Id-dikjarazzjoni tal-konformità trid tkun jew stampata minn qabel jew magħmula permezz ta’ kompjuter, iżda fi kwalunkwe każ, l-istampar tal-linji u tal-karattri jrid ikun ċar u leġġibbli. Kliem stampat minn qabel huwa permess, f’konformità mal-mudell mehmuż, iżda ma hija permessa l-ebda dikjarazzjoni oħra ta’ ċertifikazzjoni.

2.3. Il-mili tad-dikjarazzjoni jista’ jsir jew stampat bil-magna/bil-kompjuter jew bl-idejn, bl-użu ta’ ittri kbar biex jippermetti qari faċli. Bħala lingwa jista’ jintuża l-Ingliż, u fejn ikun rilevanti, tista’/jistgħu tintuża/jintużaw il-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ il-formola.

2.4. L-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata għandha żżomm kopja tad-dikjarazzjoni u tad-dokumenti annessi kollha.

3.   IL-MILI TAD-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MILL-ENTITÀ LI TOĦROGHA

3.1. Sabiex id-dokument ikun dikjarazzjoni valida, għandhom jimtlew il-kaxxi kollha.

3.2. Ma tista’ tinħareġ l-ebda dikjarazzjoni tal-konformità lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, qabel ma jiġu approvati d-disinn tal-inġenju tal-ajru u l-prodotti installati fuqu.

3.3. L-informazzjoni meħtieġa fil-Kaxxi 9, 10, 11, 12, 13 u 14 tista’ tiġi indikata permezz ta’ referenza għal dokumenti identifikati separati oħra, li huma arkivjati mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiftehimx mod ieħor.

3.4. Din id-dikjarazzjoni tal-konformità ma hijiex maħsuba biex tinkludi dawk l-elementi ta’ tagħmir li jistgħu jkunu meħtieġa li jiġu installati sabiex jiġu ssodisfati r-regoli operattivi applikabbli. Madankollu, xi wħud minn dawk l-elementi individwali jistgħu jitniżżlu fil-Kaxxa 10 jew fid-disinn tat-tip approvat. Għaldaqstant, l-operaturi għandhom jiġu mfakkra li huma responsabbli li jiżguraw il-konformità mar-regoli operattivi applikabbli għall-operazzjonijiet partikolari li jwettqu.



Kaxxa 1

Indika l-isem tal-Istat tal-manifattura.

Kaxxa 2

L-awtorità kompetenti li toħroġ id-dikjarazzjoni tal-konformità taħt l-awtorità tagħha.

Kaxxa 3

F’din il-kaxxa għandu jiġi stampat minn qabel numru tas-serje uniku, għal skopijiet ta’ kontroll u traċċabbiltà tad-dikjarazzjoni. Il-każ ta’ dokument iġġenerat mill-kompjuter huwa eċċezzjoni: in-numru ma għandux għalfejn jiġi stampat minn qabel fejn il-kompjuter ikun ipprogrammat biex jipproduċi u jistampa numru uniku.

Kaxxa 4

L-isem sħiħ u l-indirizz tal-post tal-organizzazzjoni li toħroġ id-dikjarazzjoni. Din il-kaxxa tista’ tiġi stampata minn qabel. Logos, eċċ. huma permessi jekk il-logo, eċċ. ikun jista’ joqgħod fil-kaxxa.

Kaxxa 5

L-isem sħiħ tat-tip tal-inġenju tal-ajru, kif definit fiċ-ċertifikat tat-tip u fl-iskeda informattiva tiegħu assoċjata miegħu.

Kaxxa 6

In-numri ta’ referenza taċ-ċertifikat tat-tip u l-edizzjoni għall-inġenju tal-ajru suġġett.

Kaxxa 7

Jekk l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat, din il-marka tkun dik tar-reġistrazzjoni. Jekk l-inġenju tal-ajru ma jkunx irreġistrat, din il-marka għandha tkun dik li ġiet aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, u jekk applikabbli, mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz.

Kaxxa 8

In-numru ta’ identifikazzjoni assenjat mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni għall-finijiet ta’ kontroll u ta’ traċċabbiltà u appoġġ b’rabta mal-prodott. Dan xi drabi jissejjaħ “numru tas-serje tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni” jew “numru tal-kostruzzjoni”.

Kaxxa 9

It-tip(i) tal-magna u tal-iskrun, speċifikati b’mod sħiħ, kif iddefinit fiċ-ċertifikat tat-tip rilevanti u fl-iskeda informattiva tiegħu assoċjata miegħu. Iridu jiġu ddikjarati wkoll in-numru ta’ identifikazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni tagħhom u l-post assoċjat magħhom.

Kaxxa 10

Bidliet fid-disinn approvati għad-definizzjoni tal-inġenju tal-ajru.

Kaxxa 11

Lista tad-direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà (jew ekwivalenti) kollha li huma applikabbli u dikjarazzjoni tal-konformità, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-metodu applikat biex tiġi żgurata l-konformità tal-inġenju tal-ajru individwali li jkun is-suġġett taċ-ċertifikat, inkluż il-prodotti u l-partijiet u t-tagħmir installati. Kwalunkwe limitu ta’ żmien futur li fih trid tintlaħaq il-konformità jrid jiġi ddikjarat.

Kaxxa 12

Devjazzjonijiet mhux intenzjonati, li jkunu ġew approvati, mid-disinn tat-tip approvat, li xi drabi jissejħu “konċessjonijiet”, “diverġenzi” jew “nuqqas ta’ konformità”.

Kaxxa 13

F’din il-kaxxa jistgħu jiġu inklużi biss l-eżenzjonijiet, ir-rinunzji jew id-derogi li jkun intlaħaq ftehim dwarhom.

Kaxxa 14

Kummenti. Kwalunkwe dikjarazzjoni, informazzjoni, data jew limitazzjoni partikolari li tista’ taffettwa l-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru suġġett. Jekk ma jkunx hemm informazzjoni jew data ta’ dan it-tip, niżżel “L-EBDA INFORMAZZJONI”.

Kaxxa 15

Niżżel “ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà”, jew “ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà”, kif mitlub.

Kaxxa 16

F’din il-kaxxa jridu jiġu indikati rekwiżiti addizzjonali, bħal dawk innotifikati mill-pajjiż li jkun qed jimporta.

Kaxxa 17

Biex id-dikjarazzjoni tal-konformità tkun valida, il-kaxxi ta’ din il-formola għandhom jimtlew kollha b’mod sħiħ. Id-detentur taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jrid jarkivja kopja tar-rapport tat-test tat-titjira, flimkien ma’ kwalunkwe difetti rreġistrati u dettalji ta’ tiswijiet. Ir-rapport irid jiġi ddikjarat bħala sodisfaċenti u ffirmat mill-persunal xieraq li jiċċertifika u minn membru tal-ekwipaġġ, eż. il-pilota tat-test jew l-inġinier tat-test tat-titjira. It-testijiet tat-titjira mwettqa huma dawk definiti skont il-kontroll tal-element tal-ġestjoni tal-kwalità tas-sistema tal-produzzjoni, kif stabbilit fil-punt 21.A.139, b’mod partikolari fil-punt 21.A.139(d)(1)(vi), biex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mad-data tad-disinn applikabbli u li jinsab f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu.

L-elenkar tal-oġġetti pprovduti (jew magħmula disponibbli) biex jiġu ssodisfati l-aspetti ta’ din id-dikjarazzjoni li huma relatati mat-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, irid jiġi arkivjat mid-detentur taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni.

Kaxxa 18

Id-dikjarazzjoni tal-konformità tista’ tiġi ffirmata mill-persuna awtorizzata li tagħmel dan mid-detentur tal-approvazzjoni tal-produzzjoni f’konformità mal-punt 21.A.145(d). Għall-firma, ma jridx jintuża timbru.

Kaxxa 19

L-isem tal-persuna li tiffirma d-dikjarazzjoni jrid jiġi ttajpjat jew stampat b’mod leġibbli.

Kaxxa 20

Trid tingħata d-data ta’ meta ġiet iffirmata d-dikjarazzjoni tal-konformità.

Kaxxa 21

Ir-referenza tal-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti trid tiġi kkwotata.

▼B




Appendiċi IX

image

ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ-FORMOLA 53 TAL-EASA

STRUZZJONIJIET GĦALL-MILI

Il-kaxxa DESKRIZZJONI FIL-QOSOR TAX-XOGĦOL LI SAR li tidher fil-FORMOLA 53 tal-EASA għandha tinkludi referenza għad-dejta approvata li tkun intużat biex isir ix-xogħol.

Il-kaxxa POST li tidher fil-FORMOLA 53 tal-EASA tirreferi għall-post fejn tkun saret il-manutenzjoni, u mhux għall-post tal-faċilitajiet tal-organizzazzjoni (jekk differenti).

▼M9




L-Appendiċi X

Ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni — Il-Formola 55 tal-EASA

Ċertifikati tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni msemmija fis-Subparti G tal-Anness I (il-Parti 21)



[STAT MEMBRU] (1)

Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (2)

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

Referenza: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU (1)].21G.XXXX

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012, li bħalissa huma fis-seħħ u soġġetti għall-kundizzjonijiet speċifikati hawn taħt, l-[AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU] b’dan tiċċertifika:

[L-ISEM U L-INDIRIZZ TAL-KUMPANIJA]

bħala organizzazzjoni tal-produzzjoni f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21), it-Taqsima A tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, hija approvata biex tipproduċi prodotti, partijiet u tagħmir elenkati fl-iskeda ta’ approvazzjoni mehmuża u biex toħroġ ċertifikati relatati billi tuża r-referenzi ta’ hawn fuq.

KUNDIZZJONIJIET:

1.  Din l-approvazzjoni hija limitata għal dik speċifikata fit-termini ta’ approvazzjoni mehmużin.

2.  Din l-approvazzjoni hija soġġetta għal konformità mal-proċeduri speċifikati fl-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata.

3.  Din l-approvazzjoni tibqa’ valida sakemm l-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata tibqa’ f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

4.  Suġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet indikati hawn fuq, din l-approvazzjoni għandha tibqa’ valida għal żmien illimitat, sakemm din ma tkunx ġiet preċedentement ċeduta, sostitwita, sospiża jew revokata.

Id-data tal-ħruġ oriġinali: …

Data ta’ din ir-reviżjoni: …

Nru tar-reviżjoni: …

Iffirmat: …

Għall-awtorità kompetenti: [IDENTIFIKAZZJONI TAL-AWTORITÀ KOMPETENTI (1)]

Il-Formola 55a tal-EASA — Il-Ħarġa 3

(1) Jew l-“EASA”, jekk l-EASA hija l-awtorità kompetenti.

(2) Ħassar meta ma jkunx Stat Membru tal-UE.



[STAT MEMBRU] (1)

Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (2)

Termini tal-approvazzjoni

TA: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU (1)].21G.XXXX

Dan id-dokument huwa parti min-numru ta’ approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU (1)].21G.XXXX maħruġ lil:

Isem il-kumpanija:

Taqsima 1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAX-XOGĦOL:

PRODUZZJONI TA’

PRODOTTI/KATEGORIJI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għad-dettalji u l-limitazzjonijiet, irreferi għall-Espożizzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni, it-Taqsima xxx

It-Taqsima 2. POSTIJIET:

It-Taqsima 3. PRIVILEĠĠI:

 

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni hija intitolata li teżerċita, fit-termini tal-approvazzjoni tagħha u f’konformità mal-proċeduri tal-Espożizzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni tagħha, il-privileġġi stabbiliti fil-punt 21.A.163, soġġett għal dan li ġej:

[inkludi biss il-kliem applikabbli]

Qabel l-approvazzjoni tad-disinn tal-prodott, il-Formola 1 tal-EASA tista’ tinħareġ biss għal skopijiet ta’ konformità.

Dikjarazzjoni tal-konformità ma tistax tinħareġ għal inġenju tal-ajru mhux approvat.

Il-manutenzjoni tista’ titwettaq, sakemm tkun meħtieġa konformità mar-regolamenti tal-manutenzjoni, f’konformità mat-Taqsima xxx tal-Espożizzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni.

Il-permessi għat-titjir jistgħu jinħarġu f’konformità mat-Taqsima yyy tal-Espożizzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni.

Id-data tal-ħruġ oriġinali:

Iffirmat:

Data ta’ din ir-reviżjoni:

 

Nru tar-reviżjoni:

Għal [IDENTIFIKAZZJONI TAL-AWTORITÀ KOMPETENTI (1)]

Il-Formola 55b tal-EASA – Il-Ħarġa 3

(1) Jew l-“EASA”, jekk l-EASA hija l-awtorità kompetenti.

(2) Ħassar meta ma jkunx Stat Membru tal-UE.




L-Appendiċi XI

Ittra ta’ ftehim għall-produzzjoni mingħajr approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni — il-Formola 65 tal-EASA

Ittra ta’ ftehim imsemmija fis-Subparti F tal-Anness I (il-Parti 21)



[STAT MEMBRU] (1)

Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (2)

ITTRA TA’ FTEHIM GĦALL-PRODUZZJONI MINGĦAJR APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

[L-ISEM TAL-APPLIKANT]

[ISEM KUMMERĊJALI (jekk differenti mill-isem tal-applikant)]

[L-INDIRIZZ SĦIĦ TAL-APPLIKANT]

Data (Jum, Xahar, Sena)

Referenza: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU (2)].21F.XXXX

Għażiż(a) Sinjur/Sra. [isem l-applikant],

Is-sistema ta’ spezzjoni tal-produzzjoni tiegħek ġiet evalwata u nstabet li hija konformi mat-Taqsima A, is-Subparti A u s-Subparti F tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012.

Għalhekk, soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati hawn taħt, aħna naqblu li t-turija tal-konformità tal-prodotti, partijiet u tagħmir imsemmija hawn taħt tista’ ssir skont it-Taqsima A, is-Subparti F tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

Nru ta’ Unitajiet

P/N

S/N

 

 

INĠENJU TAL-AJRU

PARTIJIET

Il-kundizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal din l-ittra ta’ ftehim:

(1)  Hija tibqa’ valida sakemm [Isem il-Kumpanija] tibqa’ f’konformità mat-Taqsima A, is-Subparti A u s-Subparti F tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(2)  Hija teħtieġ konformità mal-proċeduri speċifikati fir-referenza tal-manwal/data tal-ħruġ ta’ [Isem il-Kumpanija]…

(3)  Hija tintemm fi…

(4)  Id-dikjarazzjoni tal-konformità maħruġa minn [Isem il-Kumpanija] taħt il-punt 21.A.130 tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandha tiġi vvalidata mill-awtorità emittenti ta’ din l-ittra ta’ ftehim f’konformità mal-proċedura… tal-manwal irreferenzjat.

(5)  [Isem il-Kumpanija] għandha tinnotifika lill-awtorità emittenti ta’ din l-ittra ta’ ftehim immedjatament bi kwalunkwe bidliet li jseħħu fis-sistema ta’ spezzjoni tal-produzzjoni, li jistgħu jaffettwaw l-ispezzjoni, il-konformità, jew l-ajrunavigabbiltà tal-prodotti u l-partijiet elenkati f’din l-ittra.

Għall-awtorità kompetenti: [IDENTIFIKAZZJONI TAL-AWTORITA’ KOMPETENTI (1)(2)]

Data u firma

Il-Formola 65 tal-EASA — Il-Ħarġa 3

(1) Jew l-“EASA”, jekk l-EASA hija l-awtorità kompetenti.

(2) Ħassar meta ma jkunx Stat Membru tal-UE.

▼M3




Appendiċi XII

Kategoriji ta' testijiet tat-titjira u l-kwalifiki tal-ekwipaġġ assoċjat tat-titjir bi prova

A.    Ġenerali

Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-kwalifiki meħtieġa għall-ekwipaġġ tat-titjira involut fit-twettiq ta' testijiet tat-titjira għal inġenji tal-ajru ċċertifikati jew li se jkunu ċċertifikati skont CS-23 għal inġenji tal-ajru b'massa ta' tluq massima (MTOM) ta' jew ogħla minn 2 000  kg, CS-25, CS-27, CS-29 jew kodiċijiet ekwivalenti tal-airworthiness.

B.    Definizzjonijiet

1. 

“Inġinier tat-titjir bi prova” tfisser kwalunkwe inġinier involut f'operazzjonijiet tat-titjir bi prova fuq l-art jew fl-ajru.

2. 

“Inġinier responsabbli għat-titjir bi prova” tfisser inġinier tat-titjir bi prova assenjat għal kompiti f'inġenju tal-ajru għall-fini tat-twettiq tat-testijiet tat-titjira jew tal-assistenza għall-bdot fl-operat tal-inġenju tal-ajru u tas-sistemi tagħha matul l-attivitajiet tat-test tat-titjira.

3. 

“testijiet tat-titjira” tfisser:

3.1. 

titijiriet għall-fażi tal-iżvilupp ta' disinn ġdid (inġenju tal-ajru, sistemi tal-propulsjoni, parts u apparat);

3.2. 

titjiriet biex juru l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni jew il-konformità fid-disinn tat-tip;

3.3. 

titjiriet maħsuba bħala esperimenti ta' kunċetti ġodda tad-disinn, li jeħtieġu manuvri jew profili mhux konvenzjonali li permezz tagħhom jista' jkun possibbli li wieħed joħroġ mill-istruttura diġà approvata tal-inġenju tal-ajru;

3.4. 

titjiriet ta' taħriġ tat-titjir bi prova.

C.    Kategoriji ta' testijiet tat-titjira

1.    Ġenerali

Id-deskrizzjonijiet ta' hawn taħt jindirizzaw titjiriet imwettqa permezz ta' organizzazzjonijiet tad-disinn u l-produzzjoni skont l-Anness I (il-Parti 21).

2.    Kamp ta' applikazzjoni

Jekk ikun hemm aktar minn ajruplan wieħed involut f'test, kull inġenju tal-ajru individwali tat-titjira għandu jiġi vvalutat skont dan l-Appendiċi biex jiġi ddeterminat jekk huwiex test tat-titjira u, meta xieraq, il-kategorija tiegħu.

It-titjiriet imsemmija f'punt (B)(3) huma l-uniċi titjiriet li jappartjenu għall-kamp ta' applikazzjoni ta' din l-Appendiċi.

3.    Kategoriji ta' testijiet tat-titjira

Testijiet tat-titjira jinkludu l-erba' kategoriji li ġejjin:

3.1. 

Kategorija Wieħed (1)

(a) 

titjir(a/iet) inizjali ta' tip ġdid ta' inġenju tal-ajru jew ta' inġenju tal-ajru li t-titjir tiegħu jew l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tiegħu setgħu ġew mibdula b'mod sinifikanti;

(b) 

titjiriet li matulhom jista' jkun previst li potenzjalment jiltaqgħu ma' karatteristiċi tat-titjira li huma differenti b'mod sinifikanti minn dawk diġà magħrufa;

(c) 

titjiriet biex jiġu investigati karatteristiċi jew tekniki ġodda jew mhux tas-soltu tad-disinn tal-inġenji tal-ajru;

(d) 

titjiriet li jistabbilixxu jew jespandu l-“flight envelope”;

(e) 

titjiriet biex jiġu ddeterminati l-prestazzjoni regolatorja, il-karatteristiċi u l-kwalitajiet tal-immaniġġjar tat-titjir meta l-limiti tal-“flight envelope” jiġu avviċinati;

(f) 

taħriġ tat-titjir bi prova għal testijiet tat-titjira tal-Kategorija 1.

3.2. 

Kategorija Tnejn (2)

(a) 

titjiriet mhux klassifikati tal-Kategorija 1 fuq inġenju tal-ajru li t-tip tiegħu jkun għadu ma ġiex iċċertifikat;

(b) 

titjiriet mhux klassifikati tal-Kategorija 1 fuq inġenju tal-ajru ta' tip diġà ċċertifikat, wara l-inkorporazzjoni ta' modifika li għadha mhix approvata u li:

(i) 

jeħtieġu evalwazzjoni tal-imġiba ġenerali tal-inġenju tal-ajru; jew

(ii) 

jeħtieġu evalwazzjoni tal-proċeduri bażiċi tal-ekwipaġġ, meta topera jew hija meħtieġa sistema ġdida jew modifikata; jew

(iii) 

huma meħtieġa li jittajru intenzjonalment barra mil-limiti tal-“envelope” operazzjonali approvat bħalissa, iżda fil-limiti tal-“flight envelope” investigat.

(c) 

taħriġ tat-titjir bi prova għal testijiet tat-titjira tal-Kategorija 2.

3.3. 

Kategorija Tlieta (3)

Titjiriet imwettqa għall-ħruġ ta' dikjarazzjoni ta' konformità għal inġenji tal-ajru ġodda li ma jirrikjedux titjir barra mil-limitazzjonijiet taċ-ċertifkat tat-tip jew tal-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru.

3.4. 

Kategorija Erbgħa (4)

Titjiriet mhux klassifikati bħala tal-Kategorija 1 jew 2 fuq inġenju tal-ajru ta' tip diġà ċċertifikat, f'każ ta' inkorporazzjoni ta' bidla fid-disinn li għada ma ġietx approvata.

D.    Kompetenza u esperjenza ta' bdoti u inġiniera responsabbli għat-testijiet tat-titjira

1.    Ġenerali

Il-bdoti u l-inġiniera responsabbli għat-testijiet tat-titjira għandu jkollhom il-kompetenzi u l-esperjenza speċifikati fit-tabella li ġejja.



 

Kategoriji tat-testijiet tat-titjira

Inġenji tal-ajru

1

2

3

4

CS-23 ajruplan tal-ivvjaġġar jew inġenji tal-ajru b'veloċità pprogrammata ta' nżul bis-salt (Md) ogħla minn 0,6 jew tal-għoli massimu ta' aktar minn 7 260  m (25 000 pied), CS-25, CS-27, CS-29 jew kodiċijiet ekwivalenti tal-airworthiness

Kompetenza tal-livell 1:

Kompetenza tal-livell 2:

Kompetenza tal-livell 3:

Kompetenza tal-livell 4:

CS-23 oħra b'MTOM ta' 2 000  kg jew aktar

Kompetenza tal-livell 2:

Kompetenza tal-livell 2:

Kompetenza tal-livell 3:

Kompetenza tal-livell 4:

1.1.   Kompetenza tal-livell 1

1.1.1. Il-bdoti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament tal-Kummissjjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 ( 7 ).

1.1.2. L-inġinier responsabbli għat-titjir bi prova għandu:

(a) 

ikun wettaq b'mod sodisfaċenti kors ta' taħriġ fil-Kompetenza tal-livell 1; u

(b) 

ikollu mill-inqas 100 siegħa ta' esperjenza fit-titjir, inkluż taħriġ fit-titjir bi prova.

1.2.   Kompetenza tal-livell 2

1.2.1. Il-bdoti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

1.2.2. L-inġinier responsabbli għat-titjir bi prova għandu:

(a) 

ikun wettaq b'mod sodisfaċenti kors ta' taħriġ fil-kompetenza tal-livell 1 jew tal-livell 2; u

(b) 

ikollu mill-inqas 50 siegħa ta' esperjenza fit-titjir, inkluż taħriġ fit-titjir bi prova.

Il-korsijiet ta' taħriġ fil-kompetenza tal-livell 1 jew tal-livell 2 għall-Inġinier responsabbli għat-titjir bi prova għandhom ikopru mill-inqas is-suġġetti li ġejjin:

(i) 

il-prestazzjoni;

(ii) 

l-istabilità u kwalitajiet ta' kontroll/tal-immaniġġjar;

(iii) 

is-sistemi;

(iv) 

il-ġestjoni tat-test; u

(v) 

il-ġestjoni tar-riskju/tas-sikurezza.

1.3.   Kompetenza tal-livell 3

1.3.1. Il-bdot(i) għandu(hom) ikun(u) id-detentur(i) ta' liċenzja valida adattata għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru li qed jiġi ttestjat, maħruġa skont il-Parti-FCL u ta' Liċenzja ta' Bdot Kummerċjali (CPL) bħala minimu. Barra minn hekk, il-bdot fil-kmand għandu:

(a) 

ikollu klassifikazzjoni tat-titjir bi prova, jew;

(b) 

ikollu mill-inqas 1 000 siegħa ta' esperjenza fit-titjir bħala bdot fil-kmand fuq inġenji tal-ajru li għandhom kumplessità u karatteristiċi simili, u

(c) 

ikun ipparteċipa, għal kull klassi jew tip ta' inġenju tal-ajru, fit-titjiriet kollha li huma parti mill-programm li jwasslu għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-airworthiness individwali ta' mill-inqas ħames inġenji tal-ajru;

1.3.2. L-inġinier responsabbli għat-titjir bi prova għandu:

(a) 

jissodisfa l-Kompetenza tal-livell 1 jew tal-livell 2, jew;

(b) 

ikun kiseb ammont sinifikanti ta' esperjenza fit-titjir rilevanti għall-kompitu; u

(c) 

ikun ipparteċipa fit-titjiriet kollha li huma parti mill-programm li jwasslu għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-airworthiness individwali ta' mill-inqas ħames inġenji tal-ajru.

1.4.   Kompetenza tal-livell 4

1.4.1. Il-bdot(i) għandu jkun id-detentur(i) ta' liċenzja valida adattata għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru li qed jiġi ttestjat, maħruġa skont il-Parti-FCL u ta' CPL bħala minimu. Il-bdot fil-kmand għandu jkollu klassifikazzjoni ta' ttestjar tat-titjira jew ikollu mill-inqas 1 000 siegħa bħala bdot fil-kmand fuq inġenji tal-ajru li għandhom kumplessità u karatteristiċi simili.

1.4.2. Il-kompetenza u l-esperjenza tal-inġiniera responsabbli għat-titjir bi prova huma ddefiniti fil-manwal tal-operazzjonijiet tat-titjir bi prova.

2.    Inġiniera responsabbli għat-titjir bi prova

L-inġiniera responsabbli għat-titjir bi prova għandhom jirċievu awtorizzazzjoni mill-organizzazzjoni li timpjegahom li tagħti fid-dettall l-ambitu tal-funzjonijiet tagħhom fi ħdan l-organizzazzjoni. L-awtorizzazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem;

(b) 

id-data tat-twelid;

(c) 

l-esperjenza u t-taħriġ;

(d) 

il-kariga fl-organizzazzjoni;

(e) 

l-ambitu tal-awtorizzazzjoni;

(f) 

id-data tal-ewwel ħruġ tal-awtorizzazzjoni;

(g) 

id-data ta' skadenza tal-awtorizzazzjoni, jekk ikun xieraq; u

(h) 

in-numru ta' identifikazzjoni tal-awtorizzazzjoni.

L-inġiniera responsabbli għat-titjir bi prova għandhom jinħatru għal titjira speċifika biss jekk ikunu fiżikament u mentalment b'saħħithom biex jaqdu l-kompiti u r-responsabbiltajiet assenjati lilhom b'mod sikur.

L-organizzazzjoni għandha tagħmel disponibbli għad-detenturi, ir-rekords rilevanti kollha relatati mal-awtorizzazzjonijiet tagħhom.

E.    Kompetenza u esperjenza tal-inġiniera l-oħra tat-titjir bi prova.

L-inġiniera l-oħra tat-titjir bi prova abbord l-inġenju tal-ajru għandu jkollhom ammont ta' esperjenza u taħriġ proporzjonata mal-kompiti assenjati lilhom bħala membri tal-ekwipaġġ, u skont il-manwal tal-operazzjonijiet tat-titjir bi prova, meta applikabbli.

L-organizzazzjoni għandha tagħmel disponibbli għall-inġiniera kkonċernati tat-titjir bi prova, ir-rekords rilevanti kollha relatati mal-attivitajiet tat-titjiriet tagħhom.

▼M12




L-ANNESS IB

Werrej

21L.1

Kamp ta’ applikazzjoni

21L.2

Awtorità kompetenti

TAQSIMA A —

REKWIŻITI TEKNIĊI

SUBPARTI A —

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21L.A.1

Kamp ta’ applikazzjoni

21L.A.2

Obbligi u azzjonijiet imwettqin minn persuna għajr l-applikant għal ċertifikat, jew detentur ta’ dan, jew mid-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn

21L.A.3

Sistema ta’ rapportar

21L.A.4

Id-direttivi tal-ajrunavigabbiltà

21L.A.5

Kollaborazzjoni bejn id-disinn u l-produzzjoni

21L.A.6

Immarkar

21L.A.7

Żamma ta’ rekords

21L.A.8

Manwali

21L.A.9

Struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa

21L.A.10

Aċċess u investigazzjoni

21L.A.11

Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet

21L.A.12

Mezzi ta’ konformità

SUBPARTI B —

ĊERTIFIKATI TAT-TIP

21L.A.21

Kamp ta’ applikazzjoni

21L.A.22

Eliġibbiltà

21L.A.23

Dimostrazzjoni tal-kapaċità tad-disinn

21L.A.24

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip

21L.A.25

Dimostrazzjoni tal-konformità

21L.A.26

Disinn tat-tip

21L.A.27

Rekwiżiti għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip

21L.A.28

Obbligi ta’ detentur taċ-ċertifikat tat-tip

21L.A.29

Trasferibbiltà ta’ ċertifikat tat-tip

21L.A.30

Validità kontinwa ta’ ċertifikat tat-tip

SUBPARTI C —

DIKJARAZZJONIJIET TAL-KONFORMITÀ TAD-DISINN TAL-INĠENJU TAL-AJRU

21L.A.41

Kamp ta’ applikazzjoni

21L.A.42

Eliġibbiltà

21L.A.43

Dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn

21L.A.44

Attivitajiet ta’ konformità għal dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn

21L.A.45

Speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati u rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li huma applikabbli għal inġenji tal-ajru soġġetti għal dikjarazzjonijiet ta’ konformità tad-disinn

21L.A.46

Data dwar id-disinn tal-inġenji tal-ajru

21L.A.47

Obbligi tad-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn

21L.A.48

In-nuqqas ta’ trasferibbiltà ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenji tal-ajru

SUBPARTI D —

BIDLIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP

21L.A.61

Kamp ta’ applikazzjoni

21L.A.62

Bidliet standard

21L.A.63

Klassifikazzjoni tal-bidliet f’ċertifikat tat-tip

21L.A.64

Eliġibbiltà

21L.A.65

Applikazzjoni għal bidla f’ċertifikat tat-tip

21L.A.66

Dimostrazzjoni tal-konformità

21L.A.67

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ bidla minuri f’ċertifikat tat-tip

21L.A.68

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip

21L.A.69

Approvazzjoni ta’ bidla f’ċertifikat tat-tip taħt privileġġ

21L.A.70

Obbligi għal bidliet minuri f’ċertifikat tat-tip

SUBPARTI E —

ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLEMENTARI

21L.A.81

Kamp ta’ applikazzjoni

21L.A.82

Eliġibbiltà

21L.A.83

Dimostrazzjoni tal-kapaċità tad-disinn

21L.A.84

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari

21L.A.85

Dimostrazzjoni tal-konformità

21L.A.86

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ ċertifikat tat-tip supplementari

21L.A.87

Approvazzjoni ta’ ċertifikat tat-tip supplementari taħt privileġġ

21L.A.88

Obbligi ta’ detentur ta’ ċertifikat tat-tip supplementari

21L.A.89

Trasferibbiltà ta’ ċertifikat tat-tip supplementari

21L.A.90

Validità kontinwa ta’ ċertifikat tat-tip supplementari

21L.A.91

Bidliet f’parti ta’ prodott li hija koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari

SUBPARTI F —

BIDLIET FL-INĠENJI TAL-AJRU LI GĦALIHOM ĠIET IDDIKJARATA L-KONFORMITÀ TAD-DISINN

21L.A.101

Kamp ta’ applikazzjoni

21L.A.102

Bidliet standard

21L.A.103

Klassifikazzjoni tal-bidliet fid-disinn ta’ inġenju tal-ajru li għalih ġiet iddikjarata konformità tad-disinn

21L.A.104

Eliġibbiltà

21L.A.105

Dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għal bidliet minuri

21L.A.106

Obbligi tal-persuna li tagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn ta’ bidla minuri

21L.A.107

Dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għal bidla maġġuri

21L.A.108

Attivitajiet ta’ konformità għad-dikjarazzjoni tal-konformità ta’ bidla maġġuri

SUBPARTI G —

ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUZZJONI DDIKJARATI

21L.A.121

Kamp ta’ applikazzjoni

21L.A.122

Eliġibbiltà

21L.A.123

Dikjarazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni

21L.A.124

Sistema ta’ ġestjoni għall-produzzjoni

21L.A.125

Riżorsi tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata

21L.A.126

Ambitu tax-xogħol

21L.A.127

Obbligi tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata

21L.A.128

Notifika tal-bidliet u tal-waqfien tal-attivitajiet

SUBPARTI H —

ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI

21L.A.141

Kamp ta’ applikazzjoni

21L.A.142

Eliġibbiltà

21L.A.143

Applikazzjoni għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett

21L.A.144

Obbligi tal-applikant għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett

21L.A.145

Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà u ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett fl-Istati Membri

21L.A.146

Validità kontinwa ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà u ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett

SUBPARTI I —

ĊERTIFIKATI TAL-ĦOSS U ĊERTIFIKATI TAL-ĦOSS RISTRETTI

21L.A.161

Kamp ta’ applikazzjoni

21L.A.162

Eliġibbiltà

21L.A.163

Applikazzjoni

21L.A.164

Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid ta’ ċertifikati tal-ħoss u ta’ ċertifikati tal-ħoss ristretti fl-Istati Membri

21L.A.165

Validità kontinwa ta’ ċertifikat tal-ħoss u ta’ ċertifikat tal-ħoss ristrett

SUBPARTI J —

ORGANIZZAZZJONIJIET TAD-DISINN IDDIKJARATI

21L.A.171

Kamp ta’ applikazzjoni

21L.A.172

Eliġibbiltà

21L.A.173

Dikjarazzjoni tal-kapaċità tad-disinn

21L.A.174

Sistema ta’ ġestjoni tad-disinn

21L.A.175

Riżorsi tal-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata

21L.A.176

Ambitu tax-xogħol

21L.A.177

Obbligi tal-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata

21L.A.178

Notifika tal-bidliet u tal-waqfien tal-attivitajiet

SUBPARTI K —

PARTIJIET

21L.A.191

Kamp ta’ applikazzjoni

21L.A.192

Turija tal-konformità

21L.A.193

Rilaxx ta’ partijiet għall-installazzjoni

SUBPARTI M —

DISINN TAT-TISWIJIET TA’ PRODOTTI ĊĊERTIFIKATI SKONT IT-TIP

21L.A.201

Kamp ta’ applikazzjoni

21L.A.202

Tiswijiet standard

21L.A.203

Klassifikazzjoni tad-disinji tat-tiswija għal prodott iċċertifikat skont it-tip

21L.A.204

Eliġibbiltà

21L.A.205

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija għal prodott iċċertifikat skont it-tip

21L.A.206

Dimostrazzjoni tal-konformità

21L.A.207

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija minuri

21L.A.208

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri

21L.A.209

Approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija taħt privileġġ

21L.A.210

Obbligi ta’ detentur ta’ approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija

21L.A.211

Ħsara mhux imsewwija

SUBPARTI N —

DISINN TA’ TISWIJIET FL-INĠENJI TAL-AJRU LI GĦALIHOM ĠIET IDDIKJARATA L-KONFORMITÀ TAD-DISINN

21L.A.221

Kamp ta’ applikazzjoni

21L.A.222

Tiswijiet standard

21L.A.223

Klassifikazzjoni tad-disinji ta’ tiswijiet ta’ inġenju tal-ajru li għalih ġiet iddikjarata konformità tad-disinn

21L.A.224

Eliġibbiltà

21L.A.225

Dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għal disinji ta’ tiswijiet minuri

21L.A.226

Dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għal disinji ta’ tiswijiet maġġuri

21L.A.227

Attivitajiet ta’ konformità għad-dikjarazzjoni tal-konformità ta’ disinn tat-tiswija maġġuri

21L.A.228

Obbligi tad-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn ta’ disinn tat-tiswija

21L.A.229

Ħsara mhux imsewwija

SUBPARTI O —

AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW

SUBPARTI P —

PERMESS GĦAT-TITJIR

21L.A.241

Permess għat-titjir u kundizzjonijiet tat-titjir

SUBPARTI Q —

IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI U TA’ PARTIJIET

21L.A.251

Kamp ta’ applikazzjoni

21L.A.252

Disinn tal-immarkar

21L.A.253

Identifikazzjoni ta’ prodotti

21L.A.254

Immaniġġjar ta’ data ta’ identifikazzjoni

21L.A.255

Identifikazzjoni tal-partijiet

SUBPARTI R —

DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ GĦALL-INĠENJI TAL-AJRU U ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX AWTORIZZAT (IL-FORMOLA 1 TAL-EASA) GĦAL MAGNI U GĦAL SKREJJEN, JEW GĦAL PARTIJIET TAGĦHOM, LI JIKKONFORMAW MA’ DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAD-DISINN

21L.A.271

Kamp ta’ applikazzjoni

21L.A.272

Eliġibbiltà

21L.A.273

Sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni

21L.A.274

Ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA)

21L.A.275

Obbligi ta’ persuna fiżika jew ġuridika li toħroġ dikjarazzjoni tal-konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA)

TAQSIMA B —

PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

SUBPARTI A —

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21L.B.11

Dokumentazzjoni tas-sorveljanza

21L.B.12

Skambju ta’ informazzjoni

21L.B.13

Informazzjoni lill-Aġenzija

21L.B.14

Direttivi tal-ajrunavigabbiltà riċevuti minn Stati mhux Stati Membri

21L.B.15

Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza

21L.B.16

Sistema ta’ ġestjoni

21L.B.17

Allokazzjoni ta’ kompiti lil entitajiet kwalifikati

21L.B.18

Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni

21L.B.19

Riżoluzzjoni ta’ tilwim

21L.B.20

Żamma ta’ rekords

21L.B.21

Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet

21L.B.22

Miżuri ta’ infurzar

21L.B.23

Id-direttivi tal-ajrunavigabbiltà

21L.B.24

Mezzi ta’ konformità

SUBPARTI B —

ĊERTIFIKATI TAT-TIP

21L.B.41

Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni

21L.B.42

Investigazzjoni inizjali

21L.B.43

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għal ċertifikat tat-tip

21L.B.44

Kundizzjonijiet speċjali

21L.B.45

Deżinjazzjoni tar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli għal ċertifikat tat-tip

21L.B.46

Investigazzjoni

21L.B.47

Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip

21L.B.48

Sorveljanza tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodotti li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tat-tip

21L.B.49

Trasferiment ta’ ċertifikat tat-tip

SUBPARTI C —

DIKJARAZZJONIJIET TAL-KONFORMITÀ TAD-DISINN

21L.B.61

Speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati u rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali għad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tad-disinn tal-prodott

21L.B.62

Investigazzjoni ta’ sorveljanza inizjali

21L.B.63

Reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn

21L.B.64

Sorveljanza tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenji tal-ajru li għalihom ġiet iddikjarata konformità tad-disinn

SUBPARTI D —

BIDLIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP

21L.B.81

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli għal bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip

21L.B.82

Investigazzjoni u ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ bidla minuri f’ċertifikat tat-tip

21L.B.83

Investigazzjoni ta’ bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip

21L.B.84

Ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip

21L.B.85

Sorveljanza tal-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ prodotti mibdulin li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tat-tip

SUBPARTI E —

ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLEMENTARI

21L.B.101

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali għal ċertifikat tat-tip supplementari

21L.B.102

Investigazzjoni

21L.B.103

Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip supplementari

21L.B.104

Sorveljanza tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodotti li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tat-tip supplementari

SUBPARTI F —

BIDLIET FL-INĠENJI TAL-AJRU LI GĦALIHOM ĠIET IDDIKJARATA L-KONFORMITÀ TAD-DISINN

21L.B.121

Investigazzjoni ta’ sorveljanza inizjali ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn ta’ bidla maġġuri fid-disinn ta’ inġenju tal-ajru li għalih ġiet iddikjarata konformità tad-disinn

21L.B.122

Reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għal bidla maġġuri fid-disinn ta’ inġenju tal-ajru

21L.B.123

Sorveljanza tal-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ inġenju tal-ajru mibdul li għalih ġiet iddikjarata konformità tad-disinn

SUBPARTI G —

ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUZZJONI DDIKJARATI

21L.B.141

Investigazzjoni ta’ sorveljanza inizjali

21L.B.142

Reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni

21L.B.143

Sorveljanza

21L.B.144

Programm ta’ sorveljanza

21L.B.145

Attivitajiet ta’ sorveljanza

21L.B.146

Bidliet fid-dikjarazzjonijiet

SUBPARTI H —

ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI

21L.B.161

Investigazzjoni

21L.B.162

Ħruġ jew emenda ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett

21L.B.163

Sorveljanza

SUBPARTI I —

ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU

21L.B.171

Investigazzjoni

21L.B.172

Ħruġ jew emenda ta’ ċertifikati tal-ħoss

21L.B.173

Sorveljanza

SUBPARTI J —

ORGANIZZAZZJONIJIET TAD-DISINN IDDIKJARATI

21L.B.181

Investigazzjoni ta’ sorveljanza inizjali

21L.B.182

Reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-kapaċità tad-disinn

21L.B.183

Sorveljanza

21L.B.184

Programm ta’ sorveljanza

21L.B.185

Attivitajiet ta’ sorveljanza

21L.B.186

Bidliet fid-dikjarazzjonijiet

SUBPARTI K —

PARTIJIET

SUBPARTI M —

DISINN TAT-TISWIJIET TA’ PRODOTTI ĊĊERTIFIKATI SKONT IT-TIP

21L.B.201

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali għal approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija

21L.B.202

Investigazzjoni u ħruġ ta’ approvazzjoni għal disinn tat-tiswija minuri

21L.B.203

Investigazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri

21L.B.204

Ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri

21L.B.205

Sorveljanza tal-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ prodotti li għalihom ġie approvat disinn tat-tiswija

21L.B.206

Ħsara mhux imsewwija

SUBPARTI N —

DISINN TA’ TISWIJIET FL-INĠENJI TAL-AJRU LI GĦALIHOM ĠIET IDDIKJARATA L-KONFORMITÀ TAD-DISINN

21L.B.221

Investigazzjoni ta’ sorveljanza inizjali ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tat-tiswija maġġuri għal inġenju tal-ajru li għalih ġiet iddikjarata konformità tad-disinn

21L.B.222

Reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri għal inġenju tal-ajru li għalih ġiet iddikjarata konformità tad-disinn

21L.B.223

Sorveljanza tal-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ disinn tat-tiswija li għalih ġiet iddikjarata konformità tad-disinn

SUBPARTI O —

AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW

SUBPARTI P —

PERMESS GĦAT-TITJIR

21L.B.241

Investigazzjoni qabel il-ħruġ ta’ permess għat-titjir

21L.B.242

Investigazzjoni qabel il-ħruġ tal-kundizzjonijiet tat-titjir

SUBPARTI Q —

IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI U TA’ PARTIJIET

SUBPARTI R —

DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ GĦALL-INĠENJI TAL-AJRU U ĊERTIFIKATI TAR-RILAXX AWTORIZZAT (IL-FORMOLA 1 TAL-EASA) GĦAL MAGNI U GĦAL SKREJJEN, U GĦAL PARTIJIET TAGĦHOM, LI JIKKONFORMAW MA’ DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAD-DISINN

21L.B.251

Sorveljanza

21L.B.252

Programm ta’ sorveljanza

21L.B.253

Attivitajiet ta’ sorveljanza

APPENDIĊIJIET TAL-ANNESS IB

▼M13

21L.1    Ambitu

(a) 

It-Taqsima A ta’ dan l-Anness (il-Parti 21 Dawl) tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-persuni li ġejjin li l-post prinċipali tan-negozju tagħhom jinsab fi Stat Membru:

1. 

l-applikant u d-detentur ta’ kwalunkwe ċertifikat maħruġ jew li għandu jinħareġ f’konformità ma’ dan l-Anness;

2. 

persuni fiżiċi u ġuridiċi li jiddikjaraw, f’konformità ma’ dan l-Anness, il-konformità mad-disinn, il-kapaċitajiet potenzjali tad-disinn jew il-kapaċitajiet potenzjali tal-produzzjoni, jew li jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu dawn id-dikjarazzjonijiet;

3. 

il-firmatarju ta’ stqarrija tal-konformità għal inġenju tal-ajru, jew ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) għal magna, skrun jew parti prodotta f’konformità ma’ dan l-Anness.

(b) 

It-Taqsima B ta’ dan l-Anness tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jirregolaw iċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali f’konformità ma’ dan l-Anness u tistabbilixxi r-rekwiżiti għas-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ ġestjoni tagħhom relatati mal-eżerċitar ta’ dawn il-kompiti.

21L.2    Awtorità kompetenti

Għall-fini ta’ dan l-Anness, “awtorità kompetenti” għandha tkun:

(a) 

għas-Subparti A tat-Taqsima A,

1. 

għall-organizzazzjonijiet tad-disinn, l-Aġenzija;

2. 

għal organizzazzjoni tal-produzzjoni, l-awtorità ddeżinjata mill-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha; jew l-Aġenzija, jekk dik ir-responsabbiltà tkun ġiet allokata mill-ġdid lill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 64 jew 65 tar-Regolament (UE) 2018/1139;

(b) 

għas-Subpartijiet B, C, D, E, F, J, K, M, N u Q tat-Taqsima A, l-Aġenzija;

(c) 

għas-Subpartijiet G, H, I u R tat-Taqsima A, l-awtorità ddeżinjata mill-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha; jew l-Aġenzija, jekk dik ir-responsabbiltà tkun ġiet allokata mill-ġdid lill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 64 jew 65 tar-Regolament (UE) 2018/1139;

(d) 

għas-Subparti P tat-Taqsima A:

1. 

għall-inġenji tal-ajru rreġistrati fi Stat Membru, l-awtorità ddeżinjata mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni;

2. 

għall-inġenji tal-ajru mhux irreġistrati, l-awtorità ddeżinjata mill-Istat Membru li jkun ppreskriva l-marki ta’ identifikazzjoni;

3. 

għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir relatati mas-sikurezza tad-disinn, l-Aġenzija.

▼M12

TAQSIMA A

REKWIŻITI TEKNIĊI

SUBPARTI A —   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21L.A.1    Kamp ta’ applikazzjoni

Din it-Taqsima tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi ġenerali li huma applikabbli għal:

(a) 

l-applikant għal, u d-detentur ta’, kwalunkwe ċertifikat maħruġ jew li għandu jinħareġ f’konformità ma’ dan l-Anness;

(b) 

kwalunkwe dikjarant ta’ kapaċità tad-disinn jew tal-produzzjoni jew ta’ konformità tad-disinn; u

(c) 

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li toħroġ dikjarazzjoni tal-konformità għal inġenju tal-ajru, jew ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) għal magna, għal skrun jew għal parti prodotta.

21L.A.2    Obbligi u azzjonijiet imwettqin minn persuna għajr l-applikant għal ċertifikat, jew detentur ta’ dan, jew mid-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn

L-azzjonijiet u l-obbligi meħtieġa li għandhom jitwettqu mill-applikant għal ċertifikat għal prodott jew għal parti, jew mid-detentur ta’ tali ċertifikat, jew mid-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn skont din it-Taqsima jistgħu jitwettqu f’ismu minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, dment li l-obbligi tal-applikant, tad-detentur jew tad-dikjarant jiġu rrilaxxati kif xieraq fil-preżent u fil-futur.

21L.A.3    Sistema ta’ rapportar

(a) 

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha jew li tkun applikat għal ċertifikat tat-tip, għal ċertifikat tat-tip supplementari, għal approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija maġġuri, jew għal kwalunkwe ċertifikat rilevanti ieħor meqjus li jkun inħareġ skont dan l-Anness, jew li jkun iddikjara l-konformità ta’ disinn ta’ inġenju tal-ajru, jew ta’ bidla tad-disinn jew ta’ disinn tat-tiswija għalih skont dan l-Anness għandha:

1. 

tistabbilixxi u żżomm sistema għall-ġbir, għall-investigazzjoni u għall-analiżi tar-rapporti tal-okkorrenzi sabiex jiġu identifikati x-xejriet negattivi jew sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet, u sabiex jiġu estratti okkorrenzi li r-rapportar tagħhom huwa obbligatorju f’konformità mal-punt (3) u dawk li jiġu rrapportati b’mod volontarju. Is-sistema ta’ rapportar għandha tinkludi:

(i) 

rapporti u informazzjoni relatati ma’ ħsarat, ma’ funzjonament ħażin, ma’ difetti jew ma’ avvenimenti oħrajn li jikkawżaw jew li jistgħu jikkawżaw effetti negattivi fuq l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott jew tal-parti koperta miċ-ċertifikat tat-tip, miċ-ċertifikat tat-tip supplementari, mill-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri, jew minn kwalunkwe ċertifikat rilevanti ieħor meqjus li jkun inħareġ skont dan l-Anness, jew mid-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn maħruġa skont dan l-Anness;

(ii) 

rapporti ta’ żbalji, ta’ kważi aċċidenti u ta’ perikli li ma jaqgħux taħt il-punt (i);

2. 

tagħmel disponibbli għall-operaturi magħrufin tal-prodott jew tal-parti u, fuq talba, lil kwalunkwe persuna awtorizzata skont atti ta’ implimentazzjoni jew delegati assoċjati oħrajn, l-informazzjoni dwar is-sistema stabbilita f’konformità mal-punt (a)(1), u dwar kif għandhom jiġu pprovduti t-tali rapporti u informazzjoni relatati ma’ ħsarat, ma’ funzjonament ħażin, ma’ difetti jew ma’ avvenimenti oħrajn imsemmijin fil-punt (a)(1)(i);

3. 

tirrapporta lill-Aġenzija kwalunkwe ħsara, funzjonament ħażin, difett jew avveniment ieħor li tkun konxja tiegħu b’rabta ma’ prodott jew ma’ parti, koperta miċ-ċertifikat tat-tip, miċ-ċertifikat tat-tip supplementari, mill-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri, jew minn kwalunkwe ċertifikat rilevanti ieħor meqjus li jkun inħareġ skont dan l-Anness, jew minn dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn maħruġa skont dan l-Anness, u li jkun irriżulta f’kundizzjoni mhux sikura jew jista’ jirriżulta fiha.

(b) 

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun iddikjarat il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha skont is-Subparti G ta’ dan l-Anness, jew li tipproduċi prodott jew parti skont is-Subparti r ta’ dan l-Anness, għandha:

1. 

tistabbilixxi u żżomm sistema għall-ġbir u għall-valutazzjoni tar-rapporti ta’ okkorrenzi, inklużi rapporti dwar żbalji, kważi aċċidenti u perikli, sabiex jiġu identifikati x-xejriet negattivi jew sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet u jiġu estratti okkorrenzi li r-rapportar tagħhom huwa obbligatorju f’konformità mal-punti (2) u (3) u dawk li jiġu rrapportati b’mod volontarju;

2. 

tirrapporta, lid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn responsabbli jew lid-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn, il-każijiet kollha li fihom il-prodotti jew il-partijiet ikunu ġew irrilaxxati minnhom u sussegwentement ġew identifikati li jkollhom devjazzjonijiet possibbli mid-data tad-disinn applikabbli, u tinvestiga mad-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn jew mad-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn, sabiex jiġu identifikati dawk id-devjazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal kundizzjoni mhux sikura;

3. 

tirrapporta lill-Aġenzija u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli f’konformità mal-punt 21L.2, jekk ikun hemm, id-devjazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal kundizzjoni mhux sikura li ġiet identifikata skont il-punt (2) tal-punt 21L.A.3(b);

4. 

jekk taġixxi bħala fornitur għal organizzazzjoni ta’ produzzjoni oħra, tirrapporta lil dik l-organizzazzjoni l-oħra l-każijiet kollha li fihom tkun irrilaxxat prodotti jew partijiet lil dik l-organizzazzjoni li wara tkun identifikathom li għandhom devjazzjonijiet possibbli mid-data tad-disinn applikabbli.

L-obbligi ta’ rapportar tal-punt 21.A.3 A(b) tal-Anness I ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi li għandhom jew li applikaw għal approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandhom jinkludu okkorrenzi relatati ma’ prodotti u ma’ partijiet prodotti f’konformità mad-data tad-disinn approvata jew iddikjarata f’konformità ma’ dan l-Anness, u, fejn tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn, għandhom isiru rapporti lid-dikjarant dwar il-konformità tad-disinn.

(c) 

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika msemmija fil-punti (a) u (b), meta tirrapporta f’konformità mal-punti (a)(3), (b)(2), (b)(3) u (b)(4), għandha tissalvagwardja b’mod xieraq il-kunfidenzjalità ta’ min jagħmel ir-rapport u tal-persuni msemmijin fir-rapport.

(d) 

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika msemmija fil-punti (a) u (b) għandha tagħmel ir-rapporti definiti fil-punti (a)(3) u (b)(3) f’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti malajr kemm jista’ jkun, u fi kwalunkwe każ, tibgħat ir-rapporti mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li l-persuna fiżika jew ġuridika msemmija fil-punti (a) u (b) tkun identifikat il-kundizzjoni mhux sikura possibbli, sakemm ċirkostanzi eċċezzjonali ma jipprevjenux dan milli jseħħ.

(e) 

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, jekk okkorrenza rrapportata skont il-punt (a)(3) jew skont il-punt (b)(3) tirriżulta minn nuqqas fid-disinn, jew minn nuqqas fil-produzzjoni, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari, tal-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri, jew ta’ kwalunkwe ċertifikat rilevanti ieħor meqjus li jkun inħareġ skont dan l-Anness, id-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn jew l-organizzazzjoni tal-produzzjoni msemmija fil-punt (b), kif xieraq, għandha tinvestiga r-raġuni għan-nuqqas u tirrapporta lill-Aġenzija u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli f’konformità mal-punt 21L.2, jekk ikun hemm, ir-riżultati tal-investigazzjoni tagħha u kwalunkwe azzjoni li tkun qiegħda tieħu jew tipproponi li tittieħed sabiex jiġi kkoreġut dak in-nuqqas.

(f) 

Jekk l-awtorità kompetenti ssib li tkun meħtieġa azzjoni sabiex jiġi kkoreġut in-nuqqas, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari, tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija maġġuri, jew ta’ kwalunkwe ċertifikat rilevanti ieħor meqjus li jkun inħareġ taħt dan l-Anness, id-dikjarant ta’ dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn, jew l-organizzazzjoni tal-produzzjoni msemmija fil-punt (b) kif xieraq, għandha tissottometti d-data rilevanti lill-awtorità kompetenti fuq talba tagħha.

21L.A.4    Id-direttivi tal-ajrunavigabbiltà

Meta direttiva tal-ajrunavigabbiltà jkollha tinħareġ mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.23 sabiex tikkoreġi kundizzjoni mhux sikura, jew sabiex jintalab it-twettiq ta’ spezzjoni, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari, tal-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri, jew ta’ kwalunkwe ċertifikat rilevanti ieħor meqjus li jkun inħareġ skont dan l-Anness, kif ukoll id-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn, kif applikabbli, għandu:

(a) 

jipproponi l-azzjoni xierqa ta’ korrezzjoni jew l-ispezzjonijiet meħtieġa, jew it-tnejn, u jissottometti d-dettalji ta’ dawn il-proposti lill-Aġenzija għall-approvazzjoni;

(b) 

wara li tkun ingħatat l-approvazzjoni mill-Aġenzija għall-proposti msemmijin taħt il-punt (a), jagħmel disponibbli għall-operaturi jew għas-sidien magħrufin kollha tal-prodott, tal-parti u, fuq talba, lil kwalunkwe persuna li meħtieġa tikkonforma mad-direttiva tal-ajrunavigabbiltà, id-data deskrittiva xierqa u l-istruzzjonijiet tal-eżekuzzjoni.

21L.A.5    Kollaborazzjoni bejn id-disinn u l-produzzjoni

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ta’ ċertifikat tat-tip supplementari, ta’ approvazzjoni ta’ bidla fiċ-ċertifikat tat-tip jew ta’ approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija, id-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn, u l-organizzazzjoni jew il-persuna fiżika jew ġuridika li tipproduċi prodotti jew partijiet minn dak id-disinn speċifiku għandhom jikkollaboraw sabiex jiżguraw li l-prodott jew il-parti tkun konformi ma’ dak id-disinn u sabiex jiżguraw l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott jew tal-parti.

21L.A.6    Immarkar

(a) 

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ta’ ċertifikat tat-tip supplementari, ta’ approvazzjoni ta’ bidla fiċ-ċertifikat tat-tip jew ta’ approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija, jew id-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għandu jispeċifika l-immarkar għall-prodotti jew għall-partijiet f’konformità mas-Subparti Q ta’ dan l-Anness.

(b) 

L-organizzazzjoni jew il-persuna fiżika jew ġuridika li tipproduċi l-prodotti jew il-partijiet għandha timmarka dawn il-prodotti u l-partijiet f’konformità mas-Subparti Q ta’ dan l-Anness.

21L.A.7    Żamma ta’ rekords

Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li għandhom jew li applikaw għal ċertifikat tat-tip, għal ċertifikat tat-tip supplementari, għal approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija, jew għal permess għat-titjir, li jkunu ddikjaraw il-konformità tad-disinn, li jkunu ħarġu dikjarazzjoni tad-disinn jew tal-kapaċità tal-produzzjoni, jew li jipproduċu prodotti jew partijiet skont dan ir-Regolament għandhom:

(a) 

meta jiddisinjaw prodott jew parti minnu jew bidliet jew tiswijiet fih, jistabbilixxu sistema ta’ żamma tar-rekords li tinkorpora r-rekwiżiti imposti fuq is-sħab u fuq is-sottokuntratturi tagħhom u jżommu l-informazzjoni/id-data rilevanti dwar id-disinn u jżommuha għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija sabiex jipprovdu l-informazzjoni neċessarja sabiex jiġu żgurati l-ajrunavigabbiltà kontinwa tagħhom u l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali;

(b) 

meta jipproduċu prodott jew parti, jistabbilixxu sistema għaż-żamma ta’ rekords u jirreġistraw id-dettalji tax-xogħol rilevanti għall-konformità tal-prodotti jew tal-partijiet, u r-rekwiżiti imposti fuq is-sħab u fuq il-fornituri tagħhom, u jżommuhom għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti sabiex jipprovdu l-informazzjoni neċessarja sabiex tiġi żgurata l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott u tal-parti;

(c) 

fir-rigward tal-permessi għat-titjir, minbarra r-rekwiżiti ta’ żamma ta’ rekords stabbiliti fil-punt 21.A.5(c) tal-Anness I, jirreġistraw kwalunkwe dokument prodott sabiex juri l-konformità mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fil-punt 21L.A.241(b), u jżommuhom għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija u tal-awtorità kompetenti;

(d) 

iżommu r-rekords ta’ kompetenza u l-kwalifiki tal-persunal li jkun involut fid-disinn jew fil-produzzjoni u fil-funzjoni indipendenti għall-monitoraġġ tal-konformità, jekk ikun meħtieġ mill-punti 21L.A.125(c), 21L.A.175(b) jew 21L.A.175(e).

21L.A.8    Manwali

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip supplementari jew id-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għandu jipproduċi, iżomm u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-manwali jew tal-varjazzjonijiet fil-manwali kollha li huma meħtieġa mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli u mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli għall-prodott jew għall-parti, u, jekk jintalab, jipprovdi kopji lill-Aġenzija.

21L.A.9    Struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa

(a) 

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ta’ ċertifikat tat-tip supplementari, ta’ approvazzjoni ta’ bidla tad-disinn jew ta’ approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija jew id-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għandu jistabbilixxi l-informazzjoni li hija neċessarja sabiex jiġi żgurat li l-ajrunavigabbiltà tat-tip ta’ inġenju tal-ajru u kwalunkwe parti assoċjata, f’konformità ma’ dak id-disinn, tinżamm matul il-ħajja operazzjonali kollha.

(b) 

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ta’ ċertifikat tat-tip supplementari, ta’ tibdil fid-disinn jew ta’ approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija jew id-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għandu jipprovdi l-informazzjoni stabbilita f’(a) qabel ma dak id-disinn jiġi rrilaxxat għas-servizz.

(c) 

L-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa għandhom jiġu pprovduti minn:

1. 

id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip jew mid-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn lil kull sid magħruf ta’ prodott wieħed jew aktar mal-konsenja tiegħu jew mal-ħruġ tal-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett, kif ikun applikabbli, għall-inġenju tal-ajru affettwat, skont liema minnhom iseħħ l-aħħar;

2. 

id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ta’ ċertifikat tat-tip supplementari jew ta’ approvazzjoni ta’ bidla minuri jew mid-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għal bidla fid-disinn lill-operaturi magħrufin kollha tal-prodott affettwat mill-bidla mar-rilaxx għas-servizz tal-prodott modifikat;

3. 

id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija jew mid-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għal disinn tat-tiswija lill-operaturi magħrufin kollha tal-prodott affettwat mit-tiswija mar-rilaxx għas-servizz tal-prodott li fih huwa inkorporat id-disinn tat-tiswija. Il-prodott jew il-parti msewwija tista’ tiġi rrilaxxata għas-servizz qabel ma jitlestew l-istruzzjonijiet relatati għall-ajrunavigabbiltà kontinwa, iżda din għandha tkun għal perjodu ta’ servizz limitat, u bi ftehim mal-Aġenzija.

Minn hemm ’il quddiem, dawn id-detenturi taċ-ċertifikati jew id-dikjaranti għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli fuq talba lil kwalunkwe persuna oħra meħtieġa tikkonforma ma’ dawk l-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa.

(d) 

Bħala deroga mill-punt (b), id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip jew id-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn jista’ jipposponi d-disponibbiltà ta’ parti mill-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa, li tittratta l-istruzzjonijiet tal-eżekuzzjoni fit-tul ta’ natura skedata, sakemm il-prodott jew il-prodott modifikat jidħol fis-servizz, iżda għandu jagħmel dawk l-istruzzjonijiet disponibbli qabel ma jkun meħtieġ l-użu ta’ din id-data għall-prodott jew għall-prodott modifikat.

(e) 

Id-detentur ta’ approvazzjoni tad-disinn jew id-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn, li huwa meħtieġ jipprovdi struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa f’konformità mal-punt (b), għandu wkoll jagħmel il-bidliet f’dawk l-istruzzjonijiet disponibbli għall-operaturi magħrufin kollha tal-prodott affettwat mill-bidla u, fuq talba, għal kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ dawk il-bidliet.

21L.A.10    Aċċess u investigazzjoni

Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li għandhom jew li applikaw għal ċertifikat tat-tip, għal ċertifikat tat-tip supplementari, għal approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri, għal permess għat-titjir, għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà, għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett, għal ċertifikat tal-ħoss jew għal ċertifikat tal-ħoss ristrett, li ddikjaraw konformità tad-disinn, li ddikjaraw il-kapaċità tad-disinn jew tal-produzzjoni tagħhom jew li jipproduċu inġenji tal-ajru, magni, skrejjen jew partijiet skont is-Subparti r ta’ dan l-Anness, għandhom:

(a) 

jagħtu lill-awtorità kompetenti aċċess għal kwalunkwe faċilità, prodott, parti, dokument, rekord, data, proċessi, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor, u jippermettu r-rieżami ta’ kwalunkwe rapport u jagħmlu kwalunkwe spezzjoni u jwettqu jew ikunu preżenti għal test li jkun neċessarju sabiex jiġu vverifikati l-konformità u l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din it-Taqsima;

(b) 

jekk il-persuna fiżika jew ġuridika tuża sħab, fornituri jew sottokuntratturi, jagħmlu arranġamenti magħhom sabiex jiġi żgurat li l-awtorità kompetenti jkollha aċċess u tkun tista’ tinvestiga kif deskritt fil-punt (a).

21L.A.11    Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet

(a) 

Wara li tirċievi n-notifika tal-konstatazzjonijiet, il-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha jew li tkun applikat għal ċertifikat tat-tip, għal ċertifikat tat-tip supplementari, għal approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija maġġuri, għal permess għat-titjir, għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà, għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett, għal ċertifikat tal-ħoss jew għal ċertifikat tal-ħoss ristrett, li tkun iddikjarat il-konformità tad-disinn, li tkun iddikjarat l-kapaċità tad-disinn jew tal-produzzjoni tagħha jew li tipproduċi inġenji tal-ajru, magni, skrejjen jew partijiet skont is-Subparti R ta’ dan l-Anness, għandha tieħu l-passi li ġejjin fil-perjodu ta’ żmien iddeterminat mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt (d) jew (e) tal-punt 21L.B.21:

1. 

tidentifika l-kawża/i ewlenija/ewlenin tan-nuqqas ta’ konformità, kif ukoll il-fatturi kontributorji tiegħu;

2. 

tiddefinixxi pjan ta’ azzjoni korrettiva u tipproponih lill-awtorità kompetenti;

3. 

turi l-implimentazzjoni tal-azzjoni(jiet) korrettiva/i għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti.

(b) 

Osservazzjoni notifikata mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt (f) tal-punt 21L.B.21 għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa. Il-persuna fiżika jew ġuridika għandha tirreġistra d-deċiżjoni meħuda fir-rigward ta’ dawk l-osservazzjonijiet.

21L.A.12    Mezzi ta’ konformità

(a) 

Persuna ġuridika jew fiżika tista’ tuża kwalunkwe mezz alternattiv ta’ konformità mal-mezzi aċċettabbli ta’ konformità (AMC) sabiex tistabbilixxi l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

(b) 

Jekk persuna fiżika jew ġuridika tkun tixtieq tuża mezz alternattiv ta’ konformità, qabel ma tużah, għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b’deskrizzjoni sħiħa. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe reviżjoni għall-manwali jew għall-proċeduri li tista’ tkun rilevanti, kif ukoll spjegazzjoni li tindika kif tinkiseb il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

(c) 

Il-persuna fiżika jew ġuridika tista’ tuża dawk il-mezzi ta’ konformità alternattivi soġġetta għal approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti.

SUBPARTI B —   ĊERTIFIKATI TAT-TIP

21L.A.21    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-applikazzjoni għaċ-ċertifikati tat-tip, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal dawk iċ-ċertifikati għall-prodotti, u tad-detenturi tagħhom, meta l-prodott ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

ajruplan b’massa ta’ tluq massima (MTOM) ta’ 2 000  kg jew anqas b’konfigurazzjoni ta’ sits għal massimu ta’ erba’ persuni;

(b) 

glider jew glider bil-mutur b’MTOM ta’ 2 000  kg jew anqas;

(c) 

ballun tal-arja;

(d) 

ġifen tal-ajru li jaħdem b’arja sħuna;

(e) 

ġifen tal-ajru tal-gass li jġorr il-passiġġieri ddisinjat għal mhux aktar minn erba’ persuni;

(f) 

inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors b’MTOM ta’ 1 200  kg jew anqas b’konfigurazzjoni ta’ sits għal massimu ta’ erba’ persuni;

(g) 

magna bil-pistuni u skrun b’angolu tal-qala’ fiss li huma maħsubin sabiex jiġu installati fuq inġenju tal-ajru msemmi fil-punti (a) sa (f). F’każijiet bħal dawn, l-iskeda tad-data taċ-ċertifikat tat-tip għandha tkun annotata b’mod xieraq sabiex tippermetti biss l-installazzjoni tal-magna jew tal-iskrun fuq tali inġenju tal-ajru;

(h) 

ġiroplani.

21L.A.22    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun uriet, jew tinsab fil-proċess li turi, il-kapaċità tad-disinn tagħha f’konformità mal-punt 21L.A.23, tista’ tapplika għal ċertifikat tat-tip fil-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.

21L.A.23    Dimostrazzjoni tal-kapaċità tad-disinn

Applikant għal ċertifikat tat-tip għandu juri l-kapaċità tad-disinn tiegħu billi:

(a) 

jkollu approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn b’termini ta’ approvazzjoni li jkopru l-kategorija rispettiva tal-prodott, maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mas-Subparti J tat-Taqsima A tal-Anness I (il-Parti 21); jew

(b) 

jiddikjara l-kapaċità tad-disinn tiegħu għat-tip ta’ xogħol tad-disinn u għall-kategorija tal-prodott f’konformità mas-Subparti J ta’ dan l-Anness.

21L.A.24    Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip

(a) 

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip għandha ssir f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

(b) 

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip għandha tinkludi bħala minimu:

1. 

ġustifikazzjoni li l-applikazzjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni kif stabbilit fil-punt 21L.A.21;

2. 

data deskrittiva preliminari tal-prodott, tal-użu maħsub, u tat-tip ta’ operazzjoni tal-prodott li għalih tintalab iċ-ċertifikazzjoni;

3. 

proposta għall-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u għar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, imħejjija f’konformità mar-rekwiżiti u mal-opzjonijiet speċifikati fil-punti 21L.B.43 u 21L.B.45;

4. 

pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità li jagħti dettalji dwar il-mezzi u l-metodi ta’ konformità li għandu jiġi aġġornat mill-applikant meta jkun hemm bidliet fil-proġett ta’ ċertifikazzjoni li jaffettwaw il-punti (1) sa (3) jew kwalunkwe bidla fil-mezzi u fil-metodi ta’ konformità.

(c) 

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip għandha tibqa’ valida għal 3 snin. F’każ li ċertifikat tat-tip ma jkunx inħareġ f’dan il-perjodu, għandha ssir applikazzjoni ġdida f’konformità mal-punti (a) u (b).

21L.A.25    Dimostrazzjoni tal-konformità

(a) 

Imbagħad, wara l-aċċettazzjoni tal-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità mill-Aġenzija u f’konformità mal-kontenut tiegħu, l-applikant għal ċertifikat tat-tip għandu:

1. 

juri l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli kif stabbilita u nnotifikata lill-applikant mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.43;

2. 

juri konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali kif stabbiliti u nnotifikati lill-applikant mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.45; u

3. 

jipprovdi lill-Aġenzija bil-mezzi li bihom tkun intweriet din il-konformità.

(b) 

L-applikant għal ċertifikat tat-tip għandu jipprovdi lill-Aġenzija b’ġustifikazzjoni rreġistrata tal-mezzi ta’ konformità fid-dokumenti ta’ konformità skont il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità.

(c) 

Meta jwettaq l-ittestjar u l-ispezzjonijiet sabiex juri l-konformità f’konformità mal-punt (a), l-applikant għandu jkun ivverifika u ddokumenta din il-verifika qabel ma jwettaq kwalunkwe test:

1. 

għal kull kampjun tat-test, li:

(i) 

il-materjali u l-proċessi jikkonformaw b’mod adegwat mal-ispeċifikazzjonijiet għad-disinn tat-tip propost;

(ii) 

il-partijiet kostitwenti tal-prodotti jikkonformaw b’mod adegwat mat-tpinġijiet tad-disinn tat-tip propost;

(iii) 

il-proċessi tal-manifattura, il-kostruzzjoni u t-twaħħil jikkonformaw b’mod adegwat ma’ dawk speċifikati fid-disinn tat-tip propost; u

2. 

li t-test u t-tagħmir tal-kejl użati għat-test kienu adegwati għat-test u kkalibrati kif xieraq.

(d) 

L-ittestjar tat-titjiriet, għall-fini li jinkiseb ċertifikat tat-tip, għandu jsir f’konformità mal-metodi għat-tali ttestjar tat-titjiriet speċifikat mill-Aġenzija. L-applikant għal ċertifikat tat-tip għandu jagħmel it-testijiet tat-titjiriet kollha neċessarji sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip. It-testijiet tat-titjiriet għandhom jinkludu perjodu ta’ tħaddim f’konfigurazzjoni finali ta’ durata suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda kwistjoni ta’ sikurezza meta l-inġenju tal-ajru jidħol fis-servizz għall-ewwel darba.

(e) 

Applikant għal ċertifikat tat-tip għandu jippermetti lill-Aġenzija:

1. 

tanalizza kull data u informazzjoni relatata mad-dimostrazzjoni tal-konformità;

2. 

tkun preżenti għal, jew twettaq, kwalunkwe test jew spezzjoni li ssir għall-fini li tintwera l-konformità;

3. 

twettaq spezzjoni fiżika tal-ewwel oġġett ta’ dak il-prodott fil-konfigurazzjoni finali sabiex tivverifika l-konformità tad-disinn mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali u kwalunkwe investigazzjoni oħra ddeterminata f’konformità mal-punt 21L.B.46.

(f) 

Mat-tlestija tad-dimostrazzjoni tal-konformità, l-applikant għandu jiddikjara lill-Aġenzija li:

1. 

ikun wera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali kif stabbiliti u nnotifikati lill-applikant mill-Aġenzija f’konformità mal-punti 21L.B.43 u 21L.B.45, skont il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità; u

2. 

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista’ tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott jew tagħmlu ambjentalment inkompatibbli għall-użi li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

21L.A.26    Disinn tat-tip

L-applikant għal ċertifikat tat-tip għandu jiddefinixxi d-disinn tat-tip ta’ prodott sabiex tkun tista’ ssir l-identifikazzjoni unika u mhux ambigwa tiegħu, li tikkonsisti f’dawn:

(a) 

tpinġijiet u speċifikazzjonijiet u elenkar ta’ dawk it-tpinġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet li huma neċessarji sabiex jiġu ddefiniti l-konfigurazzjoni u l-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott;

(b) 

informazzjoni dwar il-materjali u l-proċessi użati;

(c) 

informazzjoni dwar il-metodi ta’ manifattura u ta’ assemblaġġ;

(d) 

kwalunkwe limitazzjoni tal-ajrunavigabbiltà;

(e) 

ir-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà ambjentali; u

(f) 

kull data oħra li b’paragun tippermetti d-determinazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u, jekk rilevanti, il-kompatibbiltà ambjentali ta’ prodotti tal-istess tip li jsiru aktar ’il quddiem.

21L.A.27    Rekwiżiti għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip

Sabiex jinħareġ ċertifikat tat-tip, l-applikant għandu:

(a) 

juri l-kapaċità tad-disinn tiegħu f’konformità mal-punt 21L.A.23;

(b) 

juri l-konformità tad-disinn f’konformità mal-punt 21L.A.25;

(c) 

juri, għaċ-ċertifikati tat-tip ta’ inġenju tal-ajru, li l-magna jew l-iskrun, jew it-tnejn, jekk ikunu installati fuq l-inġenju tal-ajru, għandhom jew:

1. 

ċertifikat tat-tip maħruġ jew iddeterminat f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) jew maħruġ f’konformità ma’ dan l-Anness; jew

2. 

ikunu ġew inklużi fl-applikazzjoni għaċ-ċertifikat tat-tip ta’ inġenju tal-ajru u l-applikant ikun żgura l-konformità tal-magna u tal-iskrun matul id-dimostrazzjoni tal-konformità fil-punt 21L.A.25;

(d) 

juri li ma hemm l-ebda kwistjoni mhux solvuta mill-ispezzjoni fiżika tal-ewwel oġġett ta’ dak il-prodott fil-konfigurazzjoni finali jew kwalunkwe investigazzjoni oħra mwettqa mill-Aġenzija f’konformità mal-punti (c) u (d) tal-punt 21L.B.46.

21L.A.28    Obbligi ta’ detentur taċ-ċertifikat tat-tip

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip għandu jwettaq l-obbligi ta’ detentur taċ-ċertifikat tat-tip stabbiliti fis-Subparti A ta’ dan l-Anness u għandu jkompli jikkonforma mar-rekwiżit tal-eliġibbiltà skont il-punt 21L.A.22.

21L.A.29    Trasferibbiltà ta’ ċertifikat tat-tip

Ċertifikat tat-tip jista’ jiġi ttrasferit lil detentur ġdid, dment li l-Aġenzija tkun ivverifikat, f’konformità mal-punt 21L.B.49, li l-persuna fiżika jew ġuridika li lilha huwa maħsub li jiġi ttrasferit iċ-ċertifikat tat-tip tkun eliġibbli f’konformità mal-punt 21L.A.22 sabiex ikollha ċertifikat tat-tip u tkun tista’ twettaq l-obbligi ta’ detentur taċ-ċertifikat tat-tip skont il-punt 21L.A.28. Id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew il-persuna fiżika jew ġuridika li tixtieq tadotta ċ-ċertifikat għandha tapplika mal-Aġenzija sabiex tivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet ikunux issodisfati, f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

21L.A.30    Validità kontinwa ta’ ċertifikat tat-tip

(a) 

Ċertifikat tat-tip għandu jibqa’ validu sakemm:

1. 

iċ-ċertifikat tat-tip ma jiġix ċedut mid-detentur;

2. 

id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jibqa’ konformi mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tiegħu, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament tal-konstatazzjonijiet kif speċifikati fil-punt 21L.B.21;

3. 

iċ-ċertifikat tat-tip ma jiġix irrevokat mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.22.

(b) 

Meta jiġi ċedut jew irrevokat, iċ-ċertifikat tat-tip għandu jintbagħat lura lill-Aġenzija.

SUBPARTI C —   DIKJARAZZJONIJIET TAL-KONFORMITÀ TAD-DISINN TAL-INĠENJU TAL-AJRU

21L.A.41    Kamp ta’ applikazzjoni

(a) 

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għad-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenji tal-ajru, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-persuni li jagħmlu t-tali dikjarazzjonijiet.

(b) 

Din is-Subparti tapplika għall-kategoriji ta’ inġenji tal-ajru li ġejjin, sakemm id-disinn tal-inġenju tal-ajru ma jinkludix karatteristiċi tad-disinn ġodda jew mhux tas-soltu:

1. 

ajruplan b’massa ta’ tluq massima (MTOM) ta’ 1 200  kg jew anqas li ma jkunx jaħdem bil-ġettijiet, u li jkollu konfigurazzjoni ta’ sits għal massimu ta’ żewġ persuni;

2. 

glider jew glider bil-mutur b’MTOM ta’ 1 200  kg jew anqas;

3. 

ballun tal-arja ddisinjat għal mhux aktar minn erba’ persuni;

4. 

ġifen tal-ajru li jaħdem bl-arja sħuna ddisinjat għal mhux aktar minn erba’ persuni.

(c) 

Għall-fini ta’ din is-Subparti, karatteristika tad-disinn għandha titqies bħala ġdida jew mhux tas-soltu jekk fiż-żmien li ssir id-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn, dik il-karatteristika tad-disinn ma tkunx koperta mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati stabbiliti u magħmula disponibbli mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.61.

21L.A.42    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tiddikjara l-konformità ta’ disinn ta’ inġenju tal-ajru skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.

21L.A.43    Dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn

(a) 

Qabel ma tipproduċi inġenju tal-ajru jew taqbel ma’ organizzazzjoni tal-produzzjoni sabiex tipproduċi inġenju tal-ajru, persuna fiżika jew ġuridika li tiddisinja dak l-inġenju tal-ajru għandha tiddikjara li d-disinn tiegħu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali msemmijin fil-punt 21L.A.45.

(b) 

Id-dikjarazzjoni għandha ssir f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-Aġenzija u għandu jkun fiha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

1. 

l-isem tal-persuna li tissottometti d-dikjarazzjoni, u l-indirizz/post tan-negozju tagħha;

2. 

referenza unika għall-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

3. 

indikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli u tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali skont il-punt 21L.A.45 li d-dikjarant jiddikjara l-konformità magħhom;

4. 

dikjarazzjoni ffirmata magħmula taħt ir-responsabbiltà unika tal-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni li d-disinn tal-inġenju tal-ajru, u jekk applikabbli, tal-magna jew tal-iskrun, ikun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali msemmijin fil-punt 3, skont il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità msemmi fil-punt (c)(3);

5. 

dikjarazzjoni ffirmata magħmula taħt ir-responsabbiltà unika tal-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni li ma ġiet identifikata l-ebda partikolarità jew karatteristika minn dik il-persuna li tista’ tagħmel l-inġenju tal-ajru mhux sikur jew ambjentalment inkompatibbli għall-użu maħsub;

6. 

impenn iffirmat li l-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni se twettaq l-obbligi msemmijin fil-punt 21L.A.47;

7. 

jekk id-disinn tal-inġenju tal-ajru kopert mid-dikjarazzjoni jinkludi magna jew skrun:

(i) 

referenza għaċ-ċertifikat tat-tip ta’ magna jew ta’ skrun maħruġ jew iddeterminat f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) jew maħruġ f’konformità ma’ dan l-Anness; jew

(ii) 

fil-każ ta’ magni bil-pistuni u ta’ skrejjen b’angolu tal-qala’ fiss, affermazzjoni li d-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru tkopri l-konformità tal-magna jew tal-iskrun mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli tal-magna jew tal-iskrun;

8. 

l-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa;

9. 

il-limitazzjonijiet operattivi;

10. 

l-iskeda tad-data għall-ajrunavigabbiltà u, jekk applikabbli, għall-emissjonijiet;

11. 

l-iskeda tad-data għall-ħoss, jekk applikabbli;

12. 

kwalunkwe kundizzjoni jew limitazzjoni oħra stabbilita għall-inġenju tal-ajru, u jekk applikabbli għall-magna jew għall-iskrun, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli u fir-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali li d-dikjarant jiddikjara l-konformità magħhom.

(c) 

Id-dikjarant għandu jissottometti d-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn imsemmija fil-punt (b) lill-Aġenzija. Flimkien ma’ din id-dikjarazzjoni, id-dikjarant għandu jipprovdi lill-Aġenzija:

1. 

tpinġija tal-inġenju tal-ajru;

2. 

deskrizzjoni dettaljata tad-disinn tal-inġenju tal-ajru, inklużi l-konfigurazzjonijiet kollha koperti mid-dikjarazzjoni, il-karatteristiċi operattivi, il-karatteristiċi tad-disinn u kwalunkwe limitazzjoni;

3. 

pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità li jagħti dettalji dwar il-mezzi li bihom tkun intweriet il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali matul id-dimostrazzjoni tal-konformità;

4. 

il-ġustifikazzjonijiet irreġistrati tal-konformità miksubin mill-attivitajiet ta’ konformità li twettqu skont il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità;

5. 

meta tintwera l-konformità billi jitwettqu t-testijiet, ġustifikazzjoni rreġistrata tal-konformità tal-oġġetti u tat-tagħmir tat-test, li turi:

(i) 

fil-każ tal-kampjun tat-test, li:

(A) 

il-materjali u l-proċessi kkonformaw b’mod adegwat mal-ispeċifikazzjonijiet għad-disinn;

(B) 

il-partijiet kostitwenti tal-prodotti kkonformaw b’mod adegwat mat-tpinġijiet tad-disinn; u

(C) 

il-proċessi tal-manifattura, il-kostruzzjoni u t-twaħħil ikkonformaw b’mod adegwat ma’ dawk speċifikati fid-disinn;

(ii) 

li t-test u t-tagħmir tal-kejl użati għat-test kienu adegwati għat-test u kkalibrati kif xieraq;

6. 

ir-rapporti, ir-riżultati tal-ispezzjonijiet jew tat-testijiet li d-dikjarant sab li kienu neċessarji sabiex jiġi ddeterminat li l-inġenju tal-ajru, u jekk applikabbli l-magna jew l-iskrun, jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali.

21L.A.44    Attivitajiet ta’ konformità għal dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn

Qabel ma jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn f’konformità mal-punt 21L.A.43, id-dikjarant responsabbli għad-disinn ta’ dak l-inġenju tal-ajru għandu, għal dak id-disinn speċifiku tal-inġenju tal-ajru:

(a) 

jistabbilixxi pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità li jagħti dettalji dwar il-mezzi għad-dimostrazzjoni tal-konformità li għandhom jiġu segwiti matul id-dimostrazzjoni tal-konformità. Dan id-dokument għandu jkun aġġornat kif ikun neċessarju;

(b) 

jirreġistra l-ġustifikazzjoni tal-konformità fid-dokumenti tal-konformità skont il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità;

(c) 

iwettaq l-ittestjar u l-ispezzjonijiet kif neċessarji f’konformità mal-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità;

(d) 

jiżgura u jirreġistra l-konformità tal-oġġetti u tat-tagħmir tat-test u jiżgura li l-kampjun tat-test jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet, mat-tpinġijiet, mal-proċessi tal-manifattura, mal-mezzi tal-kostruzzjoni u tal-assemblaġġ fid-disinn;

(e) 

jiżgura li t-tagħmir tat-test u tal-kejl li għandu jintuża għall-ittestjar ikun adegwat għall-ittestjar u kkalibrat kif xieraq;

(f) 

jippermetti lill-Aġenzija twettaq jew tipparteċipa fi kwalunkwe spezzjoni jew test tal-inġenji tal-ajru fil-konfigurazzjoni tad-disinn u tal-produzzjoni finali jew matura kif xieraq li jkun neċessarju sabiex jiġi ddeterminat li l-prodott ma għandu l-ebda partikolarità jew karatteristika li tagħmel l-inġenju tal-ajru mhux sikur jew ambjentalment inkompatibbli għall-użu maħsub;

(g) 

iwettaq ittestjar tat-titjira, f’konformità mal-metodi għal tali ttestjar tat-titjira speċifikati mill-Aġenzija, sabiex jiddetermina jekk l-inġenju tal-ajru jikkonformax mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali. L-ittestjar tat-titjiriet għandhom jinkludu perjodu ta’ tħaddim fil-konfigurazzjoni finali ta’ durata suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda kwistjoni ta’ sikurezza meta l-inġenju tal-ajru jidħol fis-servizz għall-ewwel darba.

21L.A.45    Speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati u rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li huma applikabbli għal inġenji tal-ajru soġġetti għal dikjarazzjonijiet ta’ konformità tad-disinn

Id-dikjarant għandu juri l-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali msemmijin fil-punt 21L.B.61, li jkunu applikabbli għal dak l-inġenju tal-ajru u li jkunu effettivi fid-data li fiha ssir id-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn lill-Aġenzija.

21L.A.46    Data dwar id-disinn tal-inġenji tal-ajru

(a) 

Id-dikjarant għandu jiddefinixxi b’mod ċar id-disinn tal-inġenju tal-ajru sabiex jippermetti l-identifikazzjoni unika u mhux ambigwa tiegħu.

(b) 

Id-data tad-disinn tal-inġenju tal-ajru li tintuża mid-dikjarant sabiex jiddefinixxi b’mod uniku d-disinn tal-inġenju tal-ajru għandha tinkludi:

1. 

it-tpinġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet u elenkar ta’ dawk it-tpinġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet li huma neċessarji sabiex jiġu ddefiniti l-konfigurazzjoni u l-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott;

2. 

informazzjoni dwar il-materjali u l-proċessi użati;

3. 

informazzjoni dwar il-metodi ta’ manifattura u ta’ assemblaġġ;

4. 

kwalunkwe limitazzjoni tal-ajrunavigabbiltà;

5. 

kwalunkwe rekwiżit ta’ kompatibbiltà ambjentali; u

6. 

kull data oħra li b’paragun tippermetti d-determinazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u, jekk rilevanti, il-kompatibbiltà ambjentali ta’ prodotti tal-istess tip li jsiru aktar ’il quddiem.

21L.A.47    Obbligi tad-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn

Id-dikjarant li jkun għamel dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru lill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.A.43 għandu:

(a) 

mas-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni, jagħmel arranġamenti sabiex l-Aġenzija twettaq spezzjoni fiżika u testijiet tat-titjiriet tal-ewwel oġġett ta’ dak l-inġenju tal-ajru fil-konfigurazzjoni finali jew matura kif xieraq sabiex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jkun jista’ jikseb livell aċċettabbli ta’ sikurezza u jkun ambjentalment kompatibbli;

(b) 

iżomm id-dokumenti ta’ sostenn kollha għad-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn, u jagħmilhom disponibbli għall-Aġenzija fuq talba;

(c) 

jikkonforma mal-obbligi l-oħrajn kollha applikabbli għal dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn stabbilita fis-Subparti A ta’ dan l-Anness.

21L.A.48    In-nuqqas ta’ trasferibbiltà ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenji tal-ajru

(a) 

Dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru ma tistax tiġi ttrasferita.

(b) 

Persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tieħu f’idejha d-disinn ta’ inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata qabel il-konformità tad-disinn għandha:

1. 

tissottometti dikjarazzjoni ġdida tal-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru f’konformità ma’ din is-Subparti;

2. 

turi li d-dikjarant li qabel għamel dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru ma għadux attiv jew qabel għat-trasferiment tad-data dwar id-disinn tal-inġenju tal-ajru;

3. 

tieħu impenn li tikkonforma mal-obbligi kollha applikabbli għall-persuni li jagħmlu dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenji tal-ajru stabbiliti f’din is-Subparti skont il-punt 21L.A.47.

SUBPARTI D —   BIDLIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP

21L.A.61    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi:

(a) 

il-proċedura għall-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ bidliet fiċ-ċertifikati tat-tip għall-prodotti ċċertifikati f’konformità ma’ dan l-Anness, dment li l-prodott mibdul ikun għadu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 21L.A.21;

(b) 

id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal dawk l-approvazzjonijiet imsemmijin fil-punt (a), u tad-detenturi tagħhom;

(c) 

id-dispożizzjonijiet dwar il-bidliet standard li ma jeħtiġux approvazzjoni.

21L.A.62    Bidliet standard

(a) 

Bidliet standard huma dawk il-bidliet f’ċertifikat tat-tip ta’ prodott approvat f’konformità mas-Subparti B tat-Taqsima B ta’ dan l-Anness:

1. 

li jsegwu d-data tad-disinn inkluża fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni maħruġin mill-Aġenzija, li jkun fihom il-metodi, it-tekniki u l-prattiki aċċettabbli sabiex titwettaq u tiġi identifikata l-bidla standard, inklużi l-istruzzjonijiet assoċjati għall-ajrunavigabbiltà kontinwa; u

2. 

li ma humiex f’kunflitt mad-data tad-detentur ta’ dak iċ-ċertifikat tat-tip.

(b) 

Il-punti 21L.A.63 sa 21L.A.70 ma japplikawx għal bidliet standard.

21L.A.63    Klassifikazzjoni tal-bidliet f’ċertifikat tat-tip

(a) 

Bidliet f’ċertifikat tat-tip għandhom jiġu kklassifikati bħala minuri jew maġġuri.

(b) 

“Bidla minuri” hija bidla li ma għandha l-ebda effett apprezzabbli fuq il-massa, fuq il-bilanċ, fuq is-saħħa strutturali, fuq l-affidabbiltà, fuq il-livelli ċċertifikati tal-ħoss jew tal-emissjonijiet, fuq il-karatteristiċi operattivi, jew fuq karatteristiċi oħrajn li jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà jew il-kompatibbiltà ambjentali tal-prodott.

(c) 

Il-bidliet l-oħrajn kollha huma “bidliet maġġuri”, sakemm il-bidla fid-disinn, fil-potenza, fil-forza propulsiva, jew fil-massa tkun tant estensiva li tkun meħtieġa investigazzjoni sostanzjalment kompluta tal-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali jew mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli, f’liema każ id-disinn għandu jiġi ċċertifikat f’konformità mas-Subparti B ta’ dan l-Anness.

(d) 

Ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ bidliet minuri huma dawk stabbiliti fil-punt 21L.A.67.

(e) 

Ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ bidliet maġġuri huma dawk stabbiliti fil-punt 21L.A.68.

21L.A.64    Eliġibbiltà

(a) 

Id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip biss jista’ japplika għall-approvazzjoni ta’ bidla maġġuri fid-disinn tat-tip skont din is-Subparti; l-applikanti l-oħrajn kollha għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandhom japplikaw skont is-Subparti E ta’ dan l-Anness.

(b) 

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tapplika għall-approvazzjoni ta’ bidla minuri fiċ-ċertifikat tat-tip skont din is-Subparti.

21L.A.65    Applikazzjoni għal bidla f’ċertifikat tat-tip

(a) 

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ bidla fiċ-ċertifikat tat-tip għandha ssir f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

(b) 

Għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip, l-applikant għandu jinkludi fl-applikazzjoni pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità għad-dimostrazzjoni tal-konformità f’konformità mal-punt 21L.A.66, flimkien ma’ proposta għall-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u għar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, imħejjija f’konformità mar-rekwiżiti u mal-opzjonijiet speċifikati fil-punt 21L.B.81.

21L.A.66    Dimostrazzjoni tal-konformità

(a) 

L-applikant għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandu juri konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali kif stabbiliti u nnotifikati lill-applikant mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.81, u għandu jipprovdi lill-Aġenzija bil-mezzi li bihom tkun intweriet din il-konformità.

(b) 

L-applikant għal bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip għandu jipprovdi lill-Aġenzija b’ġustifikazzjoni rreġistrata tal-mezzi ta’ konformità skont il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità.

(c) 

Meta jwettaq l-ittestjar u l-ispezzjonijiet sabiex juri l-konformità f’konformità mal-punt (a), l-applikant għandu jkun ivverifika u ddokumenta din il-verifika qabel ma jwettaq kwalunkwe test:

1. 

fil-każ tal-kampjun tat-test, li:

(i) 

il-materjali u l-proċessi jikkonformaw b’mod adegwat mal-ispeċifikazzjonijiet għad-disinn tat-tip mibdul propost;

(ii) 

il-partijiet kostitwenti tal-prodotti jikkonformaw b’mod adegwat mat-tpinġijiet tad-disinn tat-tip mibdul propost;

(iii) 

il-proċessi tal-manifattura, il-kostruzzjoni u t-twaħħil jikkonformaw b’mod adegwat ma’ dawk speċifikati fid-disinn mibdul tat-tip propost; u

2. 

li t-test u t-tagħmir tal-kejl użati għat-test kienu adegwati għat-test u kkalibrati kif xieraq.

(d) 

L-ittestjar tat-titjiriet, għall-fini li tinkiseb approvazzjoni ta’ bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip, għandu jsir f’konformità mal-metodi għat-tali ttestjar tat-titjiriet speċifikat mill-Aġenzija. L-applikant għal bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip għandu jagħmel it-testijiet tat-titjiriet kollha neċessarji sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali.

(e) 

Applikant għal bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip għandu jippermetti lill-Aġenzija:

1. 

tanalizza kull data u informazzjoni relatata mad-dimostrazzjoni tal-konformità;

2. 

tkun preżenti għal, jew twettaq, kwalunkwe test jew spezzjoni li ssir għall-fini li tintwera l-konformità; u

3. 

jekk jitqies neċessarju, twettaq spezzjoni fiżika tal-ewwel oġġett ta’ dak il-prodott fil-konfigurazzjoni finali sabiex tivverifika l-konformità tad-disinn mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali.

(f) 

Mat-tlestija tad-dimostrazzjoni tal-konformità, l-applikant għandu jiddikjara lill-Aġenzija li:

1. 

ikun wera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali kif stabbiliti u nnotifikati lill-applikant mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.81, skont il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità; u

2. 

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista’ tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott mibdul jew tagħmlu ambjentalment inkompatibbli għall-użi li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

21L.A.67    Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ bidla minuri f’ċertifikat tat-tip

Sabiex tinħariġlu approvazzjoni ta’ bidla minuri f’ċertifikat tat-tip, l-applikant għandu:

(a) 

juri li l-bidla u l-postijiet affettwati mill-bidla jikkonformaw:

1. 

mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali inkorporati b’referenza fiċ-ċertifikat tat-tip; jew

2. 

jekk l-applikant jagħżel hekk, mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li huma applikabbli għall-prodott fid-data tal-applikazzjoni għall-bidla;

(b) 

jiddikjara l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali li japplikaw f’konformità mal-punt (a)(1), jew mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni magħżulin f’konformità mal-punt (a)(2), jirreġistra l-ġustifikazzjonijiet tal-konformità fid-dokumenti ta’ konformità, u jirreġistra li ma ġiet identifikata l-ebda partikolarità jew karatteristika li tista’ tagħmel il-prodott mibdul mhux sikur għall-użi li għalihom tintalab iċ-ċertifikazzjoni;

(c) 

jissottometti lill-Aġenzija l-ġustifikazzjoni tal-konformità għall-bidla u d-dikjarazzjoni tal-konformità.

21L.A.68    Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip

Sabiex tinħariġlu approvazzjoni ta’ bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip, l-applikant għandu:

(a) 

juri li l-bidla u l-partijiet affettwati mill-bidla jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbiliti u nnotifikati lill-applikant mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.81;

(b) 

juri l-konformità f’konformità mal-punt 21L.A.66;

(c) 

juri li ma hemm l-ebda kwistjoni mhux solvuta mill-ispezzjoni fiżika tal-ewwel oġġett ta’ dak il-prodott fil-konfigurazzjoni mibdula finali mwettqa mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.A.66(e)(3).

21L.A.69    Approvazzjoni ta’ bidla f’ċertifikat tat-tip taħt privileġġ

(a) 

L-approvazzjoni ta’ bidla f’ċertifikat tat-tip li jkun iddisinja tista’ tinħareġ minn organizzazzjoni tad-disinn approvata mingħajr applikazzjoni skont il-punt 21L.A.65 f’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-privileġġi tiegħu previst fil-punti (2) u (8) tal-punt 21.A.263(c) tal-Anness I (il-Parti 21) minflok l-Aġenzija, kif irreġistrata fit-termini tal-approvazzjoni.

(b) 

Meta toħroġ approvazzjoni ta’ bidla f’ċertifikat tat-tip f’konformità mal-punt (a), l-organizzazzjoni tad-disinn għandha:

1. 

tiżgura li jkunu disponibbli d-data u l-ġustifikazzjonijiet li jissostanzjaw kollha;

2. 

tiżgura li l-konformità tal-bidla mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali skont il-punt (a)(1) tal-punt 21L.A.67 jew il-punt (a) tal-punt 21L.A.68 tkun intweriet u ġiet iddikjarata f’konformità mal-punt 21L.A.66;

3. 

tikkonferma li ma sabitx:

(i) 

xi nuqqas ta’ konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, jew mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni magħżulin;

(ii) 

xi partikolarità jew karatteristika tal-bidla li tista’ tagħmel il-prodott mibdul mhux sikur jew ambjentalment inkompatibbli għall-użi li għalihom tintalab iċ-ċertifikazzjoni;

4. 

tillimita l-approvazzjoni ta’ bidla f’ċertifikat tat-tip għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li magħha/magħhom għandha x’taqsam il-bidla.

21L.A.70    Obbligi għal bidliet minuri f’ċertifikat tat-tip

Id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ bidla minuri f’ċertifikat tat-tip għandu jiżgura li jitwettqu l-obbligi għad-detenturi ta’ approvazzjonijiet ta’ bidliet minuri tas-Subparti A ta’ dan l-Anness.

SUBPARTI E —   ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLEMENTARI

21L.A.81    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi għajr id-detentur ta’ dak iċ-ċertifikat tat-tip sabiex japplikaw għall-approvazzjoni ta’ bidliet maġġuri f’ċertifikati tat-tip, maħruġin skont l-Anness I (il-Parti 21) jew dan l-Anness, ta’ prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 21L.A.21, dment li l-prodott mibdul ikun għadu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak il-punt, u jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal dawk iċ-ċertifikati, u tad-detenturi tagħhom.

21L.A.82    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun uriet, jew tinsab fil-proċess li turi, jew li ddikjarat il-kapaċità tad-disinn tagħha f’konformità mal-punt 21L.A.83, tista’ tapplika għal ċertifikat tat-tip supplementari fil-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.

21L.A.83    Dimostrazzjoni tal-kapaċità tad-disinn

Applikant għal ċertifikat tat-tip supplementari għandu juri l-kapaċità tad-disinn tiegħu billi:

(a) 

jkollu approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn b’termini ta’ approvazzjoni li jkopru l-kategorija rispettiva tal-prodott, maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mas-Subparti J tat-Taqsima A tal-Anness I (il-Parti 21); jew

(b) 

jiddikjara l-kapaċità tad-disinn tiegħu għall-ambitu tal-prodott f’konformità mas-Subparti J ta’ dan l-Anness.

21L.A.84    Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari

(a) 

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari għandha ssir f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

(b) 

Meta japplika għal ċertifikat tat-tip supplementari, l-applikant għandu:

1. 

jinkludi fl-applikazzjoni l-informazzjoni meħtieġa mill-punt 21L.A.65(b);

2. 

jispeċifika jekk id-data taċ-ċertifikazzjoni tkunx tħejjiet jew hijiex se titħejja kollha kemm hi mill-applikant jew fuq il-bażi ta’ arranġament ma’ sid id-data taċ-ċertifikazzjoni tat-tip.

21L.A.85    Dimostrazzjoni tal-konformità

(a) 

L-applikant għal ċertifikat tat-tip supplementari għandu juri konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali kif stabbiliti u nnotifikati lill-applikant mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.101 u għandu jipprovdi lill-Aġenzija bil-mezzi li bihom tkun intweriet din il-konformità.

(b) 

L-applikant għal ċertifikat tat-tip supplementari għandu jipprovdi lill-Aġenzija b’ġustifikazzjoni rreġistrata tal-mezzi ta’ konformità fid-dokumenti ta’ konformità skont il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità.

(c) 

Meta jwettaq l-ittestjar u l-ispezzjonijiet sabiex juri l-konformità f’konformità mal-punt (a), l-applikant għandu jkun ivverifika u ddokumenta din il-verifika qabel ma jwettaq kwalunkwe test:

1. 

fil-każ tal-kampjun tat-test, li:

(i) 

il-materjali u l-proċessi jikkonformaw b’mod adegwat mal-ispeċifikazzjonijiet għad-disinn tat-tip mibdul propost;

(ii) 

il-partijiet kostitwenti tal-prodotti jikkonformaw b’mod adegwat mat-tpinġijiet tad-disinn tat-tip mibdul propost;

(iii) 

il-proċessi tal-manifattura, il-kostruzzjoni u t-twaħħil jikkonformaw b’mod adegwat ma’ dawk speċifikati fid-disinn mibdul tat-tip propost; u

2. 

li t-test u t-tagħmir tal-kejl użati għat-test kienu adegwati għat-test u kkalibrati kif xieraq.

(d) 

L-ittestjar tat-titjiriet, għall-fini li jinkiseb ċertifikat tat-tip supplementari, għandu jsir f’konformità mal-metodi għat-tali ttestjar tat-titjiriet speċifikat mill-Aġenzija. L-applikant għal ċertifikat tat-tip supplementari għandu jagħmel it-testijiet tat-titjiriet kollha neċessarji sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip.

(e) 

Applikant għal ċertifikat tat-tip supplementari għandu jippermetti lill-Aġenzija:

1. 

tanalizza kull data u informazzjoni relatata mad-dimostrazzjoni tal-konformità;

2. 

tkun preżenti għal, jew twettaq, kwalunkwe test jew spezzjoni li ssir għall-fini li tintwera l-konformità; u

3. 

twettaq spezzjoni fiżika tal-ewwel oġġett ta’ dak il-prodott fil-konfigurazzjoni finali sabiex tivverifika l-konformità tad-disinn mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali.

(f) 

Mat-tlestija tad-dimostrazzjoni tal-konformità, l-applikant għal ċertifikat tat-tip supplementari għandu jiddikjara lill-Aġenzija li:

1. 

ikun wera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali kif stabbiliti u nnotifikati lill-applikant mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.101, skont il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità; u

2. 

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista’ tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott mibdul jew tagħmlu ambjentalment inkompatibbli għall-użi li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

21L.A.86    Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ ċertifikat tat-tip supplementari

(a) 

Sabiex jinħareġ ċertifikat tat-tip supplementari, l-applikant għandu:

1. 

juri l-kapaċità tad-disinn tiegħu f’konformità mal-punt 21L.A.83;

2. 

juri li l-bidla u l-partijiet affettwati mill-bidla f’ċertifikat tat-tip jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbiliti mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.101;

3. 

juri l-konformità f’konformità mal-punt 21L.A.85;

4. 

jekk l-applikant ikun speċifika li jkun ipprovda d-data taċ-ċertifikazzjoni fuq il-bażi ta’ arranġament ma’ sid id-data taċ-ċertifikazzjoni tat-tip f’konformità mal-punt 21L.A.84(b), juri li d-detentur taċ-ċertifikat tat-tip:

(i) 

ma għandu l-ebda oġġezzjoni teknika għall-informazzjoni sottomessa skont il-punt 21L.A.65; u

(ii) 

qabel li jikkollabora mal-applikant sabiex jiżgura t-twettiq tal-obbligi kollha għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott mibdul permezz ta’ konformità mal-punti 21L.A.28 u 21L.A.88;

5. 

juri li ma hemm l-ebda kwistjoni mhux solvuta mill-ispezzjoni fiżika tal-ewwel oġġett ta’ dak il-prodott fil-konfigurazzjoni mibdula finali mwettqa mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.A.85(e)(3).

(b) 

Ċertifikat tat-tip supplementari għandu jkun limitat għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li miegħu jkollha x’taqsam il-bidla maġġuri.

21L.A.87    Approvazzjoni ta’ ċertifikat tat-tip supplementari taħt privileġġ

(a) 

L-approvazzjoni ta’ ċertifikat tat-tip supplementari għal bidla maġġuri li jkun iddisinja tista’ tinħareġ minn organizzazzjoni tad-disinn approvata mingħajr applikazzjoni skont il-punt 21L.A.84 f’konformità mal-ambitu tal-privileġġi tagħha previst fil-punt (9) tal-punt 21.A.263(c) tal-Anness I (il-Parti 21) minflok l-Aġenzija, kif irreġistrat fit-termini tal-approvazzjoni.

(b) 

Meta toħroġ ċertifikat tat-tip supplementari f’konformità mal-punt (a), l-organizzazzjoni tad-disinn għandha:

1. 

tiżgura li jkunu disponibbli d-data u l-ġustifikazzjonijiet li jissostanzjaw kollha;

2. 

tiżgura li l-konformità tal-bidla mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali tkun intweriet u ġiet iddikjarata;

3. 

tikkonferma li ma sabitx:

(i) 

xi nuqqas ta’ konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, jew mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni magħżulin;

(ii) 

xi partikolarità jew karatteristika tal-bidla li tista’ tagħmel il-prodott mibdul mhux sikur jew ambjentalment inkompatibbli għall-użi li għalihom tintalab iċ-ċertifikazzjoni;

4. 

tillimita l-approvazzjoni taċ-ċertifikat tat-tip supplementari għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li magħha/magħhom għandha x’taqsam il-bidla.

21L.A.88    Obbligi ta’ detentur ta’ ċertifikat tat-tip supplementari

Kull detentur ta’ ċertifikat tat-tip supplementari għandu jwettaq l-obbligi ta’ detentur taċ-ċertifikat tat-tip supplementari stabbiliti fis-Subparti A ta’ dan l-Anness u għandu jkompli jikkonforma mar-rekwiżit tal-eliġibbiltà skont il-punt 21L.A.82.

21L.A.89    Trasferibbiltà ta’ ċertifikat tat-tip supplementari

Ċertifikat tat-tip supplementari jista’ jiġi ttrasferit lil detentur ġdid, dment li l-Aġenzija tkun ivverifikat li l-persuna fiżika jew ġuridika li lilha jkun maħsub li jiġi ttrasferit iċ-ċertifikat tkun eliġibbli f’konformità mal-punt 21L.A.83 sabiex ikollha ċertifikat tat-tip supplementari u tkun tista’ twettaq l-obbligi ta’ detentur taċ-ċertifikat tat-tip supplementari skont il-punt 21L.A.88.

21L.A.90    Validità kontinwa ta’ ċertifikat tat-tip supplementari

(a) 

Ċertifikat tat-tip supplementari għandu jibqa’ validu sakemm:

1. 

iċ-ċertifikat tat-tip supplementari ma jiġix ċedut mid-detentur;

2. 

id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip supplementari jibqa’ konformi mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tiegħu, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament tal-konstatazzjonijiet kif speċifikati fil-punt 21L.B.21;

3. 

iċ-ċertifikat tat-tip supplementari ma jiġix irrevokat mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.22.

(b) 

Meta jiġi ċedut jew irrevokat, iċ-ċertifikat tat-tip għandu jintbagħat lura lill-Aġenzija.

21L.A.91    Bidliet f’parti ta’ prodott li hija koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari

(a) 

Bidla minuri f’parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari għandha tiġi approvata f’konformità mas-Subparti D ta’ dan l-Anness.

(b) 

Kull bidla maġġuri f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari għandha tiġi approvata bħala ċertifikat tat-tip supplementari separat f’konformità ma’ din is-Subparti.

(c) 

B’deroga mill-punt (b), bidla maġġuri f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari sottomessa mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip supplementari tista’ tiġi approvata bħala bidla fiċ-ċertifikat tat-tip supplementari eżistenti f’konformità mal-punti 21L.A.63 sa 21L.A.69.

SUBPARTI F —   BIDLIET FL-INĠENJI TAL-AJRU LI GĦALIHOM ĠIET IDDIKJARATA L-KONFORMITÀ TAD-DISINN

21L.A.101    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi:

(a) 

il-proċedura għad-dikjarazzjoni tal-konformità ta’ bidla fid-disinn ta’ inġenju tal-ajru li kien soġġett għal dikjarazzjoni magħmula f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness;

(b) 

id-drittijiet u l-obbligi tad-dikjarant li jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-bidla msemmija fil-punt (a); u

(c) 

dispożizzjonijiet dwar il-bidliet standard li ma jeħtiġux dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn.

21L.A.102    Bidliet standard

(a) 

Il-bidliet standard huma bidliet fid-disinn ta’ inġenju tal-ajru li kien soġġett għal dikjarazzjoni magħmula f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness u li:

1. 

isegwu d-data tad-disinn inkluża fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni maħruġin mill-Aġenzija, li jkun fihom il-metodi, it-tekniki u l-prattiki aċċettabbli sabiex titwettaq u tiġi identifikata l-bidla standard, inklużi l-istruzzjonijiet assoċjati għall-ajrunavigabbiltà kontinwa; u

2. 

ma jkunux f’kunflitt mad-data tad-disinn koperta mid-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru magħmula f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness.

(b) 

Il-punti 21L.A.103 sa 21L.A.108 ma japplikawx għal bidliet standard.

21L.A.103    Klassifikazzjoni tal-bidliet fid-disinn ta’ inġenju tal-ajru li għalih ġiet iddikjarata konformità tad-disinn

(a) 

Bidliet fid-disinn ta’ inġenju tal-ajru li kien soġġett għal dikjarazzjoni magħmula f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness għandhom jiġu kklassifikati bħala minuri jew maġġuri, bl-użu tal-kriterji stabbiliti fil-punti 21L.A.63 (b) u (c).

(b) 

Il-konformità tad-disinn ta’ bidla minuri għandha tiġi ddikjarata f’konformità mal-punt 21L.A.105.

(c) 

Il-konformità tad-disinn ta’ bidla maġġuri għandha tiġi ddikjarata f’konformità mal-punt 21L.A.107.

21L.A.104    Eliġibbiltà

(a) 

Dikjarant li jkun għamel dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness jista’ jiddikjara l-konformità ta’ bidla minuri fid-disinn ta’ dak l-inġenju tal-ajru bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti. Barra minn hekk, tali dikjarazzjoni tal-konformità tista’ ssir ukoll, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti, minn organizzazzjoni tad-disinn approvata f’konformità mal-punt (c)(3) tal-punt 21.A.263 tal-Anness I (il-Parti 21).

(b) 

Id-dikjarant biss li jkun għamel dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness jista’ jiddikjara l-konformità ta’ bidla maġġuri fid-disinn ta’ inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.

(c) 

B’deroga mill-punt (b) tal-punt 21.L.A.104, jekk id-dikjarant li jkun għamel dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness ma jibqax attiv jew ma jwiġibx għat-talbiet għal bidliet fid-disinn, il-konformità ta’ disinn tal-inġenju tal-ajru mibdul tista’ tiġi ddikjarata wkoll f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness minn organizzazzjoni tad-disinn approvata f’konformità mal-punt (c)(4) tal-punt 21.A.263 tal-Anness I (il-Parti 21) fi ħdan l-ambitu tat-termini tal-approvazzjoni tagħha, jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tkun tista’ twettaq l-obbligi stabbiliti fil-punt 21L.A.47 fir-rigward ta’ dak l-inġenju tal-ajru mibdul.

21L.A.105    Dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għal bidliet minuri

(a) 

Qabel ma tiġi installata jew inkorporata jew miftiehma ma’ organizzazzjoni tal-produzzjoni sabiex tiġi installata jew inkorporata bidla minuri fid-disinn ta’ inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness, l-organizzazzjoni li tkun fasslet dik il-bidla minuri għandha tiddikjara li d-disinn ta’ dik il-bidla minuri jikkonforma ma’:

1. 

jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati inkorporati b’referenza fid-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru, dment li dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati jew partijiet minnhom ma jibqgħux applikabbli f’konformità mal-punt 21L.B.61 minħabba li l-Aġenzija tkun iddeterminat dik l-esperjenza minn prodotti simili oħrajn fis-servizz jew minn prodotti li għandhom karatteristiċi tad-disinn simili tkun uriet li jistgħu jiżviluppaw kundizzjonijiet mhux sikuri, u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati li ġew irreferenzjati fid-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru ma jindirizzawx din il-kundizzjoni mhux sikura, jew

2. 

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli, fid-data li fiha ssir id-dikjarazzjoni f’konformità mal-punt 21L.B.61, jekk jintgħażlu mid-dikjarant; u

3. 

ir-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali msemmijin fil-punt 21L.B.61 li huma applikabbli fid-data li fiha ssir id-dikjarazzjoni.

(b) 

Id-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għandha ssir f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

(c) 

Id-dikjarant jew l-organizzazzjoni li tkun fasslet il-bidla minuri għandha żżomm reġistru tal-bidliet minuri fid-disinn tal-inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn, u tagħmel kwalunkwe dikjarazzjoni magħmula f’konformità mal-punt (a) disponibbli għall-Aġenzija fuq talba.

21L.A.106    Obbligi tal-persuna li tagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn ta’ bidla minuri

Kwalunkwe persuna li tkun għamlet dikjarazzjoni tal-konformità ta’ bidla minuri fid-disinn tal-inġenju tal-ajru f’konformità mal-punt 21L.A.105 għandha:

(a) 

iżżomm reġistru ta’ dawk id-dikjarazzjonijiet u għandha tagħmel dawk id-dikjarazzjonijiet disponibbli għall-Aġenzija fuq talba;

(b) 

iżżomm id-dokumenti ta’ sostenn kollha għal dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn, u tagħmilhom disponibbli għall-Aġenzija fuq talba;

(c) 

twettaq l-obbligi l-oħrajn kollha ta’ dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn stabbilita fis-Subparti A ta’ dan l-Anness.

21L.A.107    Dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għal bidla maġġuri

(a) 

Qabel ma tiġi installata jew inkorporata jew miftiehma ma’ organizzazzjoni tal-produzzjoni sabiex tiġi installata jew inkorporata bidla maġġuri fid-disinn ta’ inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness, l-organizzazzjoni li tkun fasslet dik il-bidla maġġuri għandha tiddikjara li l-bidla maġġuri u l-partijiet affettwati minn dik il-bidla jikkonformaw ma’:

1. 

jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati inkorporati b’referenza fid-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru, dment li dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati jew partijiet minnhom ma jibqgħux applikabbli f’konformità mal-punt 21L.B.61 minħabba li l-Aġenzija tkun iddeterminat dik l-esperjenza minn prodotti simili oħrajn fis-servizz jew minn prodotti li għandhom karatteristiċi tad-disinn simili tkun uriet li jistgħu jiżviluppaw kundizzjonijiet mhux sikuri, u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati li ġew irreferenzjati fid-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru ma jindirizzawx din il-kundizzjoni mhux sikura, jew

2. 

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli, fid-data li fiha ssir id-dikjarazzjoni f’konformità mal-punt 21L.B.61, jekk jintgħażlu mid-dikjarant; u

3. 

ir-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali msemmijin fil-punt 21L.B.61 li huma applikabbli fid-data li fiha ssir id-dikjarazzjoni.

(b) 

Id-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għandha ssir f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

(c) 

Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

1. 

l-isem tal-persuna li tissottometti d-dikjarazzjoni, u l-indirizz/post tan-negozju tagħha;

2. 

in-numru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni tal-inġenju tal-ajru li miegħu tkun relatata l-bidla maġġuri;

3. 

referenza unika għall-identifikazzjoni tal-bidla maġġuri;

4. 

indikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati u tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali li d-dikjarant jiddikjara l-konformità magħhom;

5. 

dikjarazzjoni ffirmata magħmula taħt ir-responsabbiltà unika tal-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni li d-disinn tal-bidla maġġuri jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali msemmijin fil-punt (4), skont il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità msemmi fil-punt (d)(3);

6. 

dikjarazzjoni ffirmata magħmula taħt ir-responsabbiltà unika tal-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni li ma ġiet identifikata l-ebda partikolarità jew karatteristika minn dik il-persuna li tista’ tagħmel l-inġenju tal-ajru mhux sikur jew ambjentalment inkompatibbli għall-użu maħsub;

7. 

impenn iffirmat li l-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni se twettaq l-obbligi msemmijin fil-punt 21L.A.47 fir-rigward tad-disinn mibdul tal-inġenju tal-ajru;

8. 

l-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa;

9. 

il-limitazzjonijiet operattivi, jekk jinbidlu;

10. 

l-iskeda tad-data għall-ajrunavigabbiltà u, jekk applikabbli, ir-rekord tal-konformità tal-emissjonijiet;

11. 

l-iskeda tad-data għall-ħoss, jekk applikabbli;

12. 

kwalunkwe kundizzjoni jew limitazzjoni oħra stabbilita għall-inġenju tal-ajru fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli u fir-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali li d-dikjarant jiddikjara l-konformità magħhom.

(d) 

Id-dikjarant li jfassal bidla maġġuri għandu jissottometti d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (c) lill-Aġenzija. Flimkien ma’ din id-dikjarazzjoni, id-dikjarant għandu jipprovdi lill-Aġenzija:

1. 

deskrizzjoni tal-bidla maġġuri;

2. 

data bażika dwar il-bidla maġġuri, inklużi l-karatteristiċi operattivi, il-karatteristiċi tad-disinn u kwalunkwe limitazzjoni;

3. 

pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità li jagħti dettalji dwar il-mezzi għad-dimostrazzjoni tal-konformità li ġew segwiti matul id-dimostrazzjoni tal-konformità;

4. 

il-ġustifikazzjonijiet irreġistrati tal-konformità fi ħdan id-data tal-konformità miksubin mill-attivitajiet ta’ konformità li twettqu skont il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità;

5. 

il-mezzi li bihom tkun intweriet tali konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali fil-punt 21L.B.61;

6. 

meta tintwera l-konformità billi jitwettqu t-testijiet, ġustifikazzjoni rreġistrata tal-konformità tal-oġġetti u tat-tagħmir tat-test, li turi:

(i) 

fil-każ tal-kampjun tat-test, li:

(A) 

il-materjali u l-proċessi kkonformaw b’mod adegwat mal-ispeċifikazzjonijiet għad-disinn;

(B) 

il-partijiet kostitwenti tal-prodotti kkonformaw b’mod adegwat mat-tpinġijiet tad-disinn; u

(C) 

il-proċessi tal-manifattura, il-kostruzzjoni u t-twaħħil ikkonformaw b’mod adegwat ma’ dawk speċifikati fid-disinn;

(ii) 

li t-test u t-tagħmir tal-kejl użati għat-test kienu adegwati għat-test u kkalibrati kif xieraq;

7. 

ir-rapporti, ir-riżultati tal-ispezzjonijiet jew tat-testijiet li d-dikjarant sab li kienu neċessarji sabiex jiġi ddeterminat li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali.

(e) 

Id-dikjarazzjoni ta’ bidla maġġuri f’dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għandha tkun limitata għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fid-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn li magħha hija relatata l-bidla.

21L.A.108    Attivitajiet ta’ konformità għad-dikjarazzjoni tal-konformità ta’ bidla maġġuri

Qabel ma jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità f’konformità mal-punt 21L.A.107, id-dikjarant għandu, għal dak id-disinn speċifiku:

(a) 

jistabbilixxi pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità li jagħti dettalji dwar il-mezzi għad-dimostrazzjoni tal-konformità li għandhom jiġu segwiti matul id-dimostrazzjoni tal-konformità. Dan id-dokument għandu jkun aġġornat kif ikun neċessarju;

(b) 

jirreġistra l-ġustifikazzjoni tal-konformità fid-dokumenti tal-konformità skont il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità;

(c) 

iwettaq l-ittestjar u l-ispezzjonijiet kif neċessarji f’konformità mal-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità;

(d) 

jiżgura u jirreġistra l-konformità tal-oġġetti u tat-tagħmir tat-test u jiżgura li l-kampjun tat-test jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet, mat-tpinġijiet, mal-proċessi tal-manifattura, mal-mezzi tal-kostruzzjoni u tal-assemblaġġ fid-disinn;

(e) 

jiżgura li t-tagħmir tat-test u tal-kejl li għandu jintuża għall-ittestjar ikun adegwat għall-ittestjar u kkalibrat kif xieraq;

(f) 

jippermetti lill-Aġenzija twettaq jew tipparteċipa fi kwalunkwe spezzjoni jew test tal-inġenji tal-ajru fil-konfigurazzjoni tad-disinn u tal-produzzjoni finali jew matura kif xieraq li jkun neċessarju sabiex jiġi ddeterminat li l-prodott mibdul ma għandu l-ebda partikolarità jew karatteristika li tagħmel l-inġenju tal-ajru mhux sikur jew ambjentalment inkompatibbli għall-użu maħsub;

(g) 

iwettaq ittestjar tat-titjira, f’konformità mal-metodi għal tali ttestjar tat-titjira speċifikati mill-Aġenzija, kif neċessarju sabiex jiddetermina li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali.

SUBPARTI G —   ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUZZJONI DDIKJARATI

21L.A.121    Kamp ta’ applikazzjoni

(a) 

Din is-Subparti tistabbilixxi:

1. 

il-proċeduri għad-dikjarazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi li juru l-konformità tal-prodotti u tal-partijiet mad-data tad-disinn applikabbli;

2. 

id-drittijiet u l-obbligi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jagħmlu dikjarazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni msemmija fil-punt (1).

(b) 

Il-kategoriji ta’ prodotti u ta’ partijiet li ġejjin jistgħu jiġu prodotti minn organizzazzjonijiet li jkunu għamlu dikjarazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni f’konformità ma’ din is-Subparti:

1. 

prodotti u partijiet li d-disinn tagħhom ikun ġie ċċertifikat f’konformità ma’ dan l-Anness;

2. 

inġenju tal-ajru li d-disinn tiegħu jkun kopert minn dikjarazzjoni magħmula f’konformità ma’ dan l-Anness, u l-magni, l-iskrejjen u l-partijiet tiegħu.

21L.A.122    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika (“organizzazzjoni”) tista’ tiddikjara l-kapaċità tal-produzzjoni tagħha taħt din is-Subparti, jekk dik il-persuna:

(a) 

tkun applikat jew ikollha l-ħsieb li tapplika għall-approvazzjoni tad-disinn tal-prodott jew tal-parti f’konformità ma’ dan l-Anness; jew

(b) 

tkun iddikjarat jew biħsiebha tiddikjara l-konformità ta’ disinn ta’ inġenju tal-ajru f’konformità ma’ dan l-Anness; jew

(c) 

tkun qed tikkollabora mal-applikant għal, jew mad-detentur ta’, approvazzjoni tad-disinn tal-prodott li għandu jinħareġ jew maħruġ f’konformità ma’ dan l-Anness, jew mal-organizzazzjoni li tkun iddikjarat jew li jkollha l-ħsieb li tiddikjara l-konformità ta’ dak id-disinn tal-inġenju tal-ajru f’konformità ma’ dan l-Anness, sabiex jiġi żgurat li l-prodott jew il-parti manifatturati jkunu konformi ma’ dak id-disinn, u sabiex tiġi żgurata l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott jew tal-parti.

21L.A.123    Dikjarazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni

(a) 

Qabel ma tipproduċi kwalunkwe prodott jew parti, organizzazzjoni li jkollha l-ħsieb li turi l-konformità ta’ dawk il-prodotti jew il-partijiet mad-data tad-disinn applikabbli għandha tiddikjara l-kapaċità tal-produzzjoni tagħha.

(b) 

Id-dikjarazzjoni, u kwalunkwe bidla sussegwenti fiha, għandhom isiru f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti.

(c) 

Id-dikjarazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni neċessarja sabiex l-awtorità kompetenti ssir familjari mal-organizzazzjoni u mal-ambitu tax-xogħol maħsub, u għandha tinkludi tal-anqas dawn li ġejjin:

1. 

l-isem irreġistrat tal-organizzazzjoni;

2. 

id-dettalji ta’ kuntatt tal-indirizz irreġistrat tal-organizzazzjoni tal-post prinċipali tan-negozju tagħha u, fejn applikabbli, il-kuntatt u s-siti tal-operat tal-organizzazzjoni;

3. 

l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-maniġer responsabbli tal-organizzazzjoni nominata f’konformità mal-punt (c)(1) tal-punt 21L.A.125;

4. 

l-ambitu maħsub tax-xogħol;

5. 

id-data tal-bidu ppjanat tal-produzzjoni;

6. 

dikjarazzjoni li tikkonferma li l-organizzazzjoni:

(i) 

għandha sistema ta’ ġestjoni għall-produzzjoni f’konformità mal-punt (a) tal-punt 21L.A.124; u

(ii) 

se tmantni s-sistema ta’ ġestjoni għall-produzzjoni f’konformità ma’ din is-Subparti;

7. 

dikjarazzjoni li tikkonferma li l-organizzazzjoni se taderixxi mal-proċessi u mal-proċeduri stabbiliti f’konformità mal-punt (d) tal-punt 21L.A.124;

8. 

dikjarazzjoni li l-organizzazzjoni taqbel li twettaq l-obbligi ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata f’konformità mal-punt 21L.A.127.

(d) 

Id-dikjarazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti.

21L.A.124    Sistema ta’ ġestjoni għall-produzzjoni

(a) 

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm sistema ta’ ġestjoni għall-produzzjoni b’responsabbiltà ċara u b’linji ta’ responsabbiltà fl-organizzazzjoni kollha li:

1. 

tikkorrispondi għan-natura u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u għad-daqs tal-organizzazzjoni, u tqis il-perikli u r-riskji assoċjati inerenti f’dawn l-attivitajiet;

2. 

hija stabbilita taħt ir-responsabbiltà ta’ maniġer responsabbli nominat skont il-punt (c)(1) tal-punt 21L.A.125.

(b) 

Is-sistema ta’ ġestjoni għall-produzzjoni għandha tinkludi mezz għall-ġestjoni tal-kwalità billi tinżamm sistema ta’ kwalità li għandha:

1. 

tiżgura li kull prodott jew parti li tiġi prodotta mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata jew mis-sħab tagħha, jew fornita minn partijiet esterni jew sottokuntrattata lilhom, tkun konformi mad-data tad-disinn applikabbli u tjkun f’kundizzjoni li taħdem mingħajr periklu;

2. 

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm, kif xieraq, fl-ambitu tal-attivitajiet tagħha, proċeduri ta’ kontroll:

(i) 

għall-ħruġ, għall-approvazzjoni jew għall-bidla ta’ dokument;

(ii) 

għall-valutazzjoni, għall-awditjar u għall-kontroll tal-bejjiegħ u tas-sottokuntrattur;

(iii) 

għall-verifika li l-prodotti, il-partijiet, il-materjali u t-tagħmir li jkunu qed jaslu, inklużi dawk l-oġġetti, forniti ġodda jew użati mix-xerrejja tal-prodotti, ikunu kif speċifikati fid-data tad-disinn applikabbli;

(iv) 

għall-identifikazzjoni u għat-traċċabbiltà;

(v) 

għall-metodi ta’ manifattura;

(vi) 

għall-ispezzjoni u għall-ittestjar, inklużi testijiet tat-titjira tal-produzzjoni;

(vii) 

għall-kalibrazzjoni ta’ għodda, ta’ jigs u ta’ tagħmir tat-test;

(viii) 

għall-kontroll fuq oġġetti li ma jkunux konformi;

(ix) 

għall-kollaborazzjoni mal-applikant għall-approvazzjoni tad-disinn, jew mad-detentur tagħha, jew mad-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn;

(x) 

għat-tlestija u għaż-żamma tar-rekords;

(xi) 

għall-iżgurar tal-kompetenza u tal-kwalifiki tal-persunal;

(xii) 

għall-ħruġ ta’ dokumenti ta’ rilaxx tal-ajrunavigabbiltà;

(xiii) 

għall-immaniġġjar, għall-ħażna u għall-ippakkjar;

(xiv) 

għall-awditi interni tal-kwalità u għall-azzjonijiet korrettivi li jirriżultaw;

(xv) 

għax-xogħol imwettaq fi kwalunkwe post għajr is-siti tal-operat inklużi fid-dikjarazzjoni;

(xvi) 

għax-xogħol imwettaq wara t-tlestija tal-produzzjoni iżda qabel il-konsenja, sabiex l-inġenju tal-ajru jinżamm f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu;

(xvii) 

għat-talba għall-ħruġ ta’ permessi għat-titjir u tal-approvazzjoni ta’ kundizzjonijiet tat-titjir assoċjati;

3. 

tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi fil-proċeduri ta’ kontroll għal kwalunkwe parti kritika.

(c) 

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandha tistabbilixxi, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tagħha għall-produzzjoni, funzjoni indipendenti għall-monitoraġġ tal-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti rilevanti, u tal-konformità mas-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni u tal-adegwatezza tagħha. Dan il-monitoraġġ għandu jinkludi sistema li tipprovdi feedback lill-persuna jew lill-grupp ta’ persuni msemmijin fil-punti (c)(1) u (2) tal-punt 21L.A.125 sabiex tiżgura, kif ikun neċessarju, azzjoni korrettiva.

(d) 

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandha tistabbilixxi, tmantni u żżomm aġġornata, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tagħha għall-produzzjoni, proċessi u proċeduri li jiżguraw il-konformità tal-prodotti manifatturati mad-data tad-disinn applikabbli. L-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandha tagħmel id-dokumenti ta’ sostenn ta’ dawn il-proċessi u l-proċeduri disponibbli għall-awtorità kompetenti fuq talba.

(e) 

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandu jkollha fis-seħħ proċeduri sabiex tiżgura li l-inġenji tal-ajru manifatturati ġodda jinżammu f’konformità mal-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni applikabbli u jinżammu f’kundizzjoni ta’ ajrunavigabbiltà u, jekk applikabbli, li jinħareġ ċertifikat ta’ rilaxx għas-servizz għal kwalunkwe manutenzjoni li tkun tlestiet.

(f) 

Jekk l-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata jkollha ċertifikat(i) ta’ organizzazzjoni ieħor/oħrajn maħruġ(in) fuq il-bażi tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tiegħu, l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tista’ tintegra s-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni mas-sistema ta’ ġestjoni li hija meħtieġa għall-ħruġ taċ-ċertifikat(i) l-ieħor/l-oħrajn.

21L.A.125    Riżorsi tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandha tiżgura li:

(a) 

il-faċilitajiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, it-tagħmir u l-għodda, il-proċessi u l-materjali assoċjati, in-numru u l-kompetenza tal-persunal, u l-organizzazzjoni ġenerali huma adegwati sabiex jiġu eżegwiti l-obbligi tagħha skont il-punt 21L.A.127;

(b) 

fir-rigward tad-data neċessarja kollha tal-ajrunavigabbiltà u tal-protezzjoni ambjentali:

1. 

tirċievi tali data mill-Aġenzija, u mid-dikjarant tal-konformità tad-disinn jew mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew tal-approvazzjoni tat-tip, jew mill-applikant għaliha, sabiex tiddetermina l-konformità tiegħu mad-data tad-disinn applikabbli;

2. 

stabbiliet proċedura sabiex tiżgura li d-data tal-ajrunavigabbiltà u tal-kompatibbiltà ambjentali tiġi inkorporata b’mod korrett fid-data tal-produzzjoni tagħha;

3. 

din id-data tinżamm aġġornata u tkun disponibbli għall-persunal kollu li jkun jeħtieġ jaċċessa din id-data sabiex iwettaq dmirijietu;

(c) 

fir-rigward tal-maniġment u tal-persunal:

1. 

ġie nnominat maniġer responsabbli mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata b’awtorità sabiex jiżgura li, fi ħdan l-organizzazzjoni, il-produzzjoni kollha titwettaq skont l-istandards meħtieġa u li l-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata tkun kontinwament konformi mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni għall-produzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-punt 21L.A.124, u mal-proċessi u mal-proċeduri identifikati fil-punt (d) tal-punt 21L.A.124;

2. 

persuna jew grupp ta’ persuni jkunu jew ġew innominati mill-maniġer responsabbli sabiex jiżguraw li l-organizzazzjoni tkun f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din is-Subparti, u jkunu identifikati, flimkien mal-limitu tal-awtorità tagħhom. Tali persuna jew grupp ta’ persuni għandhom ikunu responsabbli quddiem il-maniġer responsabbli u jkollhom aċċess dirett għalih. Għandu jkollhom l-għarfien, l-isfond u l-esperjenza xierqa sabiex jeżegwixxu r-responsabbiltajiet tagħhom;

3. 

il-persunal fil-livelli kollha jkun ingħata l-awtorità xierqa sabiex ikun jista’ jeżegwixxi r-responsabbiltajiet allokati lilu, u li jkun hemm koordinazzjoni sħiħa u effettiva fi ħdan l-organizzazzjoni tal-produzzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet tad-data tal-ajrunavigabbiltà u ta’ kompatibbiltà ambjentali;

4. 

l-istruttura organizzazzjonali tal-organizzazzjoni flimkien mal-persunal ewlieni li jkun responsabbli sabiex jiżgura li l-organizzazzjoni tkun f’konformità ma’ din is-Subparti tiġi ddokumentata u tinżamm aġġornata;

(d) 

fir-rigward tal-persunal awtorizzat li jiċċertifika, u li huwa awtorizzat mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni sabiex jiffirma d-dokumenti maħruġin skont il-punt 21L.A.126 fi ħdan l-ambitu tal-attivitajiet tal-produzzjoni ddikjarati:

1. 

l-għarfien, l-isfond (inklużi funzjonijiet oħrajn fl-organizzazzjoni), u l-esperjenza tal-persunal awtorizzat li jiċċertifika jkunu adattati sabiex dan iwettaq ir-responsabbiltajiet allokati lilu;

2. 

il-persunal awtorizzat li jiċċertifika jiġi pprovdut bl-evidenza tal-ambitu tal-awtorizzazzjoni tiegħu. Għandha tinżamm lista tal-persunal awtorizzat li jiċċertifika mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata.

21L.A.126    Ambitu tax-xogħol

(a) 

Organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata hija intitolata turi l-konformità tal-prodotti u tal-partijiet li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-Taqsima u li hija tkun ipproduċiet fi ħdan l-ambitu ddikjarat tax-xogħol, mad-data tad-disinn applikabbli.

(b) 

Organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata hija intitolata, għal inġenju tal-ajru komplut, wara l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru (il-Formola 52B tal-EASA), li tapplika:

1. 

għal inġenju tal-ajru li jikkonforma ma’ disinn tat-tip approvat f’konformità mas-Subparti B tat-Taqsima B ta’ dan l-Anness, għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà u għal ċertifikat tal-ħoss;

2. 

għal inġenju tal-ajru li jikkonforma ma’ disinn li għalih ġiet iddikjarata l-konformità f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness, għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett u għal ċertifikat tal-ħoss ristrett.

(c) 

Organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata hija intitolata toħroġ ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) għall-magni, għall-iskrejjen u għall-partijiet li jew jikkonformaw ma’:

1. 

data tad-disinn approvata maħruġa f’konformità mas-Subpartijiet B, D, E jew M tat-Taqsima B ta’ dan l-Anness;

2. 

data tad-disinn iddikjarata li għaliha ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn skont is-Subpartijiet C, F jew N ta’ dan l-Anness;

3. 

data tal-produzzjoni bbażata fuq id-data tad-disinn approvata kollha meħtieġa kif ipprovduta minn detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija.

(d) 

Organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata hija intitolata tirrakkomanda l-kundizzjonijiet għal inġenju tal-ajru li tkun ipproduċiet u li għalih tkun attestat il-konformità mad-data tad-disinn applikabbli, li skont din jista’ jinħareġ permess għat-titjir mill-awtorità kompetenti skont is-Subparti P tal-Anness I (il-Parti 21).

(e) 

Organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata hija intitolata żżomm inġenju tal-ajru ġdid li tkun ipproduċiet, kif neċessarju sabiex iżżommuf’kundizzjoni ta’ ajrunavigabbiltà, sakemm ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 ma jirrikjedix li l-manutenzjoni titwettaq skont tali regoli, u li toħroġ ċertifikat ta’ rilaxx għas-servizz (il-Formola 53B tal-EASA) fir-rigward ta’ dik il-manutenzjoni.

21L.A.127    Obbligi tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata

(a) 

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandha taħdem f’konformità ma’ proċeduri, ma’ prattiki u ma’ proċessi ddefiniti b’mod ċar.

(b) 

Jekk l-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata jkollha l-ħsieb li twettaq testijiet tat-titjir, hija għandha tħejji, tmantni u żżomm aġġornat manwal tal-operat li jinkludi deskrizzjoni tal-politiki u tal-proċessi tal-organizzazzjoni għall-ittestjar tat-titjir. L-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandha tagħmel dan il-manwal disponibbli għall-awtorità kompetenti fuq talba.

(c) 

Għall-inġenji tal-ajru kompluti, qabel ma tiġi sottomessa dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru (il-Formola 52B tal-EASA) lill-awtorità kompetenti, l-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandha tiżgura li l-inġenju tal-ajru jkun f’kundizzjoni għal tħaddim sikur u jikkonforma:

1. 

mad-disinn tat-tip approvat ta’ prodott iċċertifikat skont it-tip maħruġ f’konformità mas-Subparti B tat-Taqsima B ta’ dan l-Anness, jew

2. 

mad-data tad-disinn ta’ inġenju tal-ajru li għalih ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness.

(d) 

Għall-prodotti (għajr inġenji tal-ajru kompluti) u għal partijiet, l-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandha tiżgura qabel ma toħroġ ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) li l-prodott jew il-parti tkun f’kundizzjoni għal tħaddim sikur u tikkonforma mad-disinn tat-tip approvat ta’ prodott iċċertifikat skont it-tip maħruġ f’konformità mas-Subparti B, D, E jew M tat-Taqsima B ta’ dan l-Anness jew tikkonforma mad-data tad-disinn ta’ inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti C, F jew M ta’ dan l-Anness.

(e) 

Għall-magni, l-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandha tiżgura li l-magna lesta hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tal-egżost tal-magna fid-data tal-produzzjoni tal-magna.

(f) 

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandha tinkludi, fi kwalunkwe ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) li jinħareġ minnha, in-numru ta’ referenza maħruġ mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt 21L.B.142 għal din l-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata.

(g) 

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandha tiżgura li l-organizzazzjoni tirreġistra d-dettalji ta’ kwalunkwe xogħol li jitlesta.

(h) 

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandha tipprovdi, lid-detentur tad-disinn jew lid-dikjarant, dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn, appoġġ kontinwu għall-ajrunavigabbiltà għal kwalunkwe prodott jew parti li tkun ipproduċiet.

(i) 

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandu jkollha sistema ta’ arkivjar li tirreġistra r-rekwiżiti li jkunu tqiegħdu fuq organizzazzjonijiet oħrajn, bħall-fornituri u s-sottokuntratturi. L-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandha tagħmel id-data arkivjata disponibbli għall-awtorità kompetenti għall-finijiet ta’ ajrunavigabbiltà kontinwa.

(j) 

Għall-produzzjoni ta’ inġenji tal-ajru ġodda, l-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandha tiżgura li l-inġenju tal-ajru jinżamm f’kundizzjoni ta’ ajrunavigabbiltà u li titwettaq il-manutenzjoni, inkluża kwalunkwe tiswija neċessarja f’konformità mad-data tad-disinn applikabbli, qabel il-ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru (il-Formola 52B tal-EASA).

(k) 

Meta l-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata toħroġ ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz, wara t-tali manutenzjoni, hija għandha tiddetermina li kull inġenju tal-ajru lest ikun ġie soġġett għall-manutenzjoni neċessarja u li jkun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu, qabel ma toħroġ dak iċ-ċertifikat.

(l) 

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandha tikkonforma mar-rekwiżiti fis-Subparti A ta’ dan l-Anness applikabbli għal organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata.

21L.A.128    Notifika tal-bidliet u tal-waqfien tal-attivitajiet

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien żejjed b’dan li ġej:

(a) 

kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tkun ġiet iddikjarata f’konformità mal-punt (c) tal-punt 21L.A.123;

(b) 

kwalunkwe bidla fis-sistema ta’ ġestjoni għall-produzzjoni li tkun sinifikanti għall-wiri tal-konformità jew għall-karatteristiċi tal-ajrunavigabbiltà u tal-kompatibbiltà ambjentali tal-prodott jew tal-parti;

(c) 

il-waqfien ta’ xi attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha koperti mid-dikjarazzjoni.

SUBPARTI H —   ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI

21L.A.141    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-applikazzjoni għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għal inġenju tal-ajru li d-disinn tiegħu jkun ġie ċċertifikat jew iddikjarat f’konformità ma’ dan l-Anness, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal dawk iċ-ċertifikati, u tad-detenturi tagħhom.

21L.A.142    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li taħt isimha jkun irreġistrat jew se jiġi rreġistrat inġenju tal-ajru fi Stat Membru (“Stat Membru ta’ reġistrazzjoni”) tista’ tapplika għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għal dak l-inġenju tal-ajru skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.

21L.A.143    Applikazzjoni għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett

(a) 

Persuna fiżika jew ġuridika għandha tapplika għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

(b) 

Persuna fiżika jew ġuridika tista’ tapplika għal:

1. 

ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għal inġenji tal-ajru li jikkonformaw ma’ ċertifikat tat-tip li jkun inħareġ mill-Aġenzija f’konformità mas-Subparti B tat-Taqsima b ta’ dan l-Anness; jew

2. 

ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għal inġenji tal-ajru li jikkonformaw ma’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness li jkun irreġistrat mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.63 fiż-żmien tal-applikazzjoni.

(c) 

Għal inġenju tal-ajru ġdid li jikkonforma ma’ ċertifikat tat-tip maħruġ mill-Aġenzija, l-applikant għandu jinkludi fl-applikazzjoni:

1. 

dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru (il-Formola 52 tal-EASA jew il-Formola 52B tal-EASA) li jew tinħareġ jew tiġi ffirmata minn:

(i) 

organizzazzjoni tal-produzzjoni li tkun iddikjarat il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha skont is-Subparti G ta’ dan l-Anness u li tkun ġiet irreġistrata mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt 21L.B.142; jew

(ii) 

detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni skont il-privileġġi tal-punt (b) tal-punt 21.A.163 tal-Anness I (il-Parti 21);

2. 

rapport dwar il-piż u l-bilanċ bi skeda tat-tagħbija;

3. 

il-manwal tat-titjira jekk meħtieġ mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli.

(d) 

Għal inġenju tal-ajru ġdid li jikkonforma ma’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn li tkun irreġistrata mill-Aġenzija, l-applikant għandu jinkludi fl-applikazzjoni:

1. 

dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru (il-Formola 52B tal-EASA) li jew tinħareġ jew tiġi ffirmata minn:

(i) 

persuna fiżika jew ġuridika f’konformità mas-Subparti R ta’ dan l-Anness;

(ii) 

organizzazzjoni tal-produzzjoni li tkun iddikjarat il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha skont is-Subparti G ta’ dan l-Anness u li tkun ġiet irreġistrata mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt 21L.B.142; jew

(iii) 

detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni skont il-privileġġi tal-punt (d) tal-punt 21.A.163 tal-Anness I (il-Parti 21);

2. 

rapport dwar il-piż u l-bilanċ bi skeda tat-tagħbija;

3. 

il-manwal tat-titjira, jekk ikun meħtieġ mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni dettaljati applikabbli għad-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn.

(e) 

Għal inġenju tal-ajru użat li joriġina minn Stat Membru, l-applikant għandu jinkludi fl-applikazzjoni ċertifikat ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

(f) 

Għal inġenju tal-ajru użat li joriġina minn Stat mhux Stat Membru, l-applikant għandu jinkludi fl-applikazzjoni:

1. 

dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat fejn l-ajruplan huwa rreġistrat jew kien irreġistrat, li tkun tirrifletti l-istatus tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru fiż-żmien tat-trasferiment;

2. 

ir-rekords storiċi sabiex ikun stabbilit l-istandard tal-produzzjoni, tal-modifikazzjoni u tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru;

3. 

rapport dwar il-piż u l-bilanċ bi skeda tat-tagħbija;

4. 

il-manwal tat-titjira;

5. 

rakkomandazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett u għal ċertifikat ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jew għal ċertifikat ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

(g) 

Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, id-dikjarazzjonijiet imsemmijin fil-punti (c)(1), (d)(1) u (f)(1) għandhom jinħarġu mhux aktar minn 60 ġurnata qabel il-preżentazzjoni tal-inġenju tal-ajru lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21L.A.144    Obbligi tal-applikant għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett

L-applikant għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għandu:

(a) 

jippreżenta l-manwali, l-avviżi, il-listi, l-immarkar tal-istrumenti u kwalunkwe informazzjoni oħra neċessarja mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli jew mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati għad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tad-disinn f’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni aċċettabbli għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni;

(b) 

juri li l-inġenju tal-ajru tiegħu jkun identifikat f’konformità mas-Subparti Q ta’ dan l-Anness;

(c) 

jorganizza spezzjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni sabiex jivvaluta jekk l-inġenju tal-ajru għandux xi nuqqas ta’ konformità li jista’ jaffettwa s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru.

21L.A.145    Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà u ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett fl-Istati Membri

Meta tinbidel is-sjieda ta’ inġenju tal-ajru:

(a) 

jekk dan jibqa’ fl-istess reġistru, iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà, jew iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett maħruġ f’konformità mas-Subparti H tat-Taqsima B ta’ dan l-Anness, għandu jiġi ttrasferit flimkien mal-inġenju tal-ajru;

(b) 

jekk l-inġenju tal-ajru jkun maħsub sabiex jiġi rreġistrat fi Stat Membru ieħor, il-persuna fiżika jew ġuridika li taħt isimha se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru għandha tapplika mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni l-ġdid għal ċertifikat ġdid tal-ajrunavigabbiltà jew għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett u għandha tinkludi f’din l-applikazzjoni ċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett preċedenti maħruġ f’konformità mas-Subparti H tat-Taqsima B ta’ dan l-Anness u ċertifikat validu ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mal-Anness I (Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

21L.A.146    Validità kontinwa ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà u ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett

(a) 

Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għandu jibqa’ validu dment li:

1. 

l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru;

2. 

iċ-ċertifikat ma jkunx ġie ċedut mid-detentur;

3. 

l-inġenju tal-ajru jibqa’ f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tiegħu u mad-disinn tat-tip applikabbli jew mad-data tad-disinn applikabbli ta’ inġenju tal-ajru li għalih ġiet iddikjarata konformità tad-disinn, u mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament tal-konstatazzjonijiet kif speċifikati fil-punt 21L.B.21;

4. 

iċ-ċertifikat ma jkunx ġie rrevokat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni skont il-punt 21L.B.22.

(b) 

Meta jiġi ċedut jew irrevokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

SUBPARTI I —   ĊERTIFIKATI TAL-ĦOSS U ĊERTIFIKATI TAL-ĦOSS RISTRETTI

21L.A.161    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-applikazzjoni għal ċertifikat tal-ħoss jew għal ċertifikat tal-ħoss ristrett għal inġenju tal-ajru li d-disinn tiegħu jkun ġie ċċertifikat jew iddikjarat f’konformità ma’ dan l-Anness u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal dawk iċ-ċertifikati, u tad-detenturi tagħhom.

21L.A.162    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li taħt isimha jkun irreġistrat jew se jiġi rreġistrat inġenju tal-ajru fi Stat Membru tista’ tapplika għal ċertifikat tal-ħoss jew għal ċertifikat tal-ħoss ristrett għal dak l-inġenju tal-ajru skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.

21L.A.163    Applikazzjoni

(a) 

Persuna fiżika jew ġuridika għandha tapplika għal ċertifikat tal-ħoss jew għal ċertifikat tal-ħoss ristrett f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

(b) 

Persuna fiżika jew ġuridika tista’ tapplika għal:

1. 

ċertifikat tal-ħoss għal inġenji tal-ajru li jikkonformaw ma’ ċertifikat tat-tip li jkun inħareġ mill-Aġenzija f’konformità mas-Subparti B tat-Taqsima b ta’ dan l-Anness; jew

2. 

ċertifikat tal-ħoss ristrett għal inġenji tal-ajru li jikkonformaw ma’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn sottomessa f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness li jkun irreġistrat mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.63 fiż-żmien tal-applikazzjoni.

(c) 

L-applikant għandu jinkludi fl-applikazzjoni:

1. 

fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru ġdid:

(i) 

dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru (il-Formola 52 tal-EASA jew il-Formola 52B tal-EASA) li jew tinħareġ jew tiġi ffirmata minn:

(A) 

persuna fiżika jew ġuridika f’konformità mas-Subparti R ta’ dan l-Anness;

(B) 

organizzazzjoni tal-produzzjoni li tkun iddikjarat il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha skont is-Subparti G ta’ dan l-Anness u li tkun ġiet irreġistrata mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt 21L.B.142; jew

(C) 

detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni skont il-privileġġi tal-punt (b) tal-punt 21.A.163 tal-Anness I (il-Parti 21);

(ii) 

ir-referenza għar-rekord tal-ħoss fi ħdan il-bażi ta’ data tal-Aġenzija tal-livelli ta’ ħoss li jirriflettu l-informazzjoni dwar il-ħoss iddeterminata f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli dwar il-ħoss;

2. 

fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru użat:

(i) 

ir-referenza għar-rekord tal-ħoss fi ħdan il-bażi ta’ data tal-Aġenzija tal-livelli ta’ ħoss li jirriflettu l-informazzjoni dwar il-ħoss iddeterminata f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli dwar il-ħoss; u

(ii) 

ir-rekords storiċi sabiex ikun stabbilit l-istandard tal-produzzjoni, tal-modifikazzjoni u tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru.

(d) 

Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, id-dikjarazzjonijiet imsemmijin fil-punt (c)(1)(i) għandhom jinħarġu mhux aktar minn 60 ġurnata qabel il-preżentazzjoni tal-inġenju tal-ajru lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21L.A.164    Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid ta’ ċertifikati tal-ħoss u ta’ ċertifikati tal-ħoss ristretti fl-Istati Membri

Meta tinbidel is-sjieda ta’ inġenju tal-ajru:

(a) 

jekk l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru, iċ-ċertifikat tal-ħoss, jew iċ-ċertifikat tal-ħoss ristrett maħruġ f’konformità mas-Subparti I tat-Taqsima B ta’ dan l-Anness, għandu jiġi ttrasferit flimkien mal-inġenju tal-ajru;

(b) 

jekk l-inġenju tal-ajru jkun maħsub sabiex jiġi rreġistrat fi Stat Membru ieħor, il-persuna fiżika jew ġuridika li taħt isimha jkun se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru għandha tapplika mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni l-ġdid għal ċertifikat tal-ħoss ġdid jew għal ċertifikat tal-ħoss ristrett u għandha tinkludi f’din l-applikazzjoni ċ-ċertifikat tal-ħoss preċedenti jew iċ-ċertifikat tal-ħoss ristrett maħruġ f’konformità mas-Subparti I tat-Taqsima B ta’ dan l-Anness.

21L.A.165    Validità kontinwa ta’ ċertifikat tal-ħoss u ta’ ċertifikat tal-ħoss ristrett

(a) 

Ċertifikat tal-ħoss jew ċertifikat tal-ħoss ristrett għandu jibqa’ validu dment li:

1. 

l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru;

2. 

iċ-ċertifikat ma jkunx ġie ċedut mid-detentur;

3. 

l-inġenju tal-ajru jibqa’ konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tiegħu u mad-disinn tat-tip applikabbli jew mad-data tad-disinn applikabbli ta’ inġenju tal-ajru li għalih ġiet iddikjarata konformità tad-disinn, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament tal-konstatazzjonijiet kif speċifikati fil-punt 21L.B.21;

4. 

iċ-ċertifikat ma jkunx ġie rrevokat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni skont il-punt 21L.B.22.

(b) 

Meta jiġi ċedut jew irrevokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

SUBPARTI J —   ORGANIZZAZZJONIJIET TAD-DISINN IDDIKJARATI

21L.A.171    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi:

(a) 

il-proċedura għad-dikjarazzjoni tal-kapaċità tad-disinn minn persuni fiżiċi u ġuridiċi li jfasslu l-prodotti skont din it-Taqsima; u

(b) 

id-drittijiet u l-obbligi tal-persuni li jagħmlu d-dikjarazzjonijiet tal-kapaċità tad-disinn imsemmijin fil-punt (a).

21L.A.172    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika (“organizzazzjoni” f’din is-Subparti) meħtieġa mill-punt 21L.A.22, mill-punt 21L.A.82 jew mill-punt 21L.A.204 turi l-kapaċità tad-disinn tagħha tista’ tiddikjara l-kapaċità tagħha skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.

21L.A.173    Dikjarazzjoni tal-kapaċità tad-disinn

(a) 

Qabel jew fl-istess żmien li ssir applikazzjoni għal approvazzjoni tad-disinn skont din it-Taqsima, jew qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir f’konformità mal-punt 21.A.710 tal-Anness I (il-Parti 21) ta’ prodott iddisinjat minnha, skont liema jseħħ l-ewwel, l-organizzazzjoni għandha tissottometti dikjarazzjoni tal-kapaċità tad-disinn lill-Aġenzija.

(b) 

Id-dikjarazzjoni, u kwalunkwe bidla sussegwenti fiha, għandhom isiru f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

(c) 

Id-dikjarazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni neċessarja sabiex l-Aġenzija ssir familjari mal-organizzazzjoni u mal-ambitu tax-xogħol maħsub, u għandha tinkludi tal-anqas dawn li ġejjin:

1. 

l-isem irreġistrat tal-organizzazzjoni;

2. 

id-dettalji ta’ kuntatt tal-indirizz irreġistrat tal-organizzazzjoni tal-post prinċipali tan-negozju u, fejn applikabbli, tas-siti tal-operat tal-organizzazzjoni;

3. 

l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kap tal-organizzazzjoni tad-disinn;

4. 

l-ambitu maħsub tax-xogħol;

5. 

dikjarazzjoni li tikkonferma li l-organizzazzjoni:

(i) 

għandha sistema ta’ ġestjoni għad-disinn motif f’konformità mal-punt (a) tal-punt 21L.A.174; u

(ii) 

se tmantni s-sistema ta’ ġestjoni għad-disinn f’konformità ma’ din is-Subparti;

6. 

dikjarazzjoni li tikkonferma li l-organizzazzjoni se taderixxi mal-proċessi u mal-proċeduri stabbiliti f’konformità mal-punt (d) tal-punt 21L.A.174;

7. 

dikjarazzjoni li l-organizzazzjoni taqbel li twettaq l-obbligi ta’ organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata f’konformità mal-punt 21L.A.177.

(d) 

Id-dikjarazzjoni tal-kapaċità tad-disinn għandha tiġi sottomessa lill-Aġenzija.

21L.A.174    Sistema ta’ ġestjoni tad-disinn

(a) 

L-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm sistema ta’ ġestjoni għad-disinn b’responsabbiltà ċara u b’linji ta’ responsabbiltà fl-organizzazzjoni kollha li:

1. 

tikkorrispondi għan-natura u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u għad-daqs tal-organizzazzjoni, u tqis il-perikli u r-riskji assoċjati inerenti f’dawn l-attivitajiet;

2. 

tkun stabbilita taħt ir-responsabbiltà ta’ maniġer uniku nnominat bħala l-kap tal-organizzazzjoni tad-disinn skont il-punt (a) tal-punt 21L.A.175.

(b) 

L-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata għandu jkollha, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tagħha għad-disinn, mezz sabiex tipprovdi assigurazzjoni tad-disinn billi tistabbilixxi, timplimenta u żżomm sistema għall-kontroll u għas-superviżjoni tad-disinn, u tal-bidliet fid-disinn u tat-tiswijiet, tal-prodotti. Din is-sistema għandha:

1. 

tinkludi funzjoni tal-ajrunavigabbiltà responsabbli sabiex tiżgura li d-disinji tal-prodotti u d-disinji tal-bidliet u tat-tiswijiet tagħhom jikkonformaw mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali;

2. 

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm funzjoni indipendenti li tivverifika l-wiri tal-konformità li, fuq il-bażi tagħha, l-organizzazzjoni tiddikjara l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali;

3. 

tispeċifika l-mod li bih is-sistema ta’ assigurazzjoni tad-disinn tqis l-aċċettabbiltà tal-partijiet iddisinjati, jew il-kompiti li jitwettqu mis-sħab jew mis-sottokuntratturi skont il-metodi li jkunu s-suġġett ta’ proċeduri bil-miktub.

(c) 

L-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata għandha tistabbilixxi, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tagħha għad-disinn, funzjoni indipendenti għall-monitoraġġ tal-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti rilevanti, u tal-konformità mas-sistema ta’ ġestjoni għad-disinn u tal-adegwatezza tagħha. Dan il-monitoraġġ għandu jinkludi sistema li tipprovdi feedback lill-persuna jew lil grupp ta’ persuni msemmijin fil-punt (b) tal-punt 21L.A.175, u lill-maniġer responsabbli msemmi fil-punt (a) tal-punt 21L.A.175 sabiex tiġi żgurata, kif ikun neċessarju, azzjoni korrettiva.

(d) 

L-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata għandha tistabbilixxi, tmantni u żżomm proċessi u proċeduri aġġornati li jiżguraw il-konformità tad-disinn tal-prodotti mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali. L-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata għandha tagħmel id-dokumenti ta’ sostenn ta’ dawn il-proċessi u l-proċeduri disponibbli għall-Aġenzija fuq talba.

(e) 

Meta kwalunkwe parti jew kwalunkwe bidlafil-prodotti tkun ġiet iddisinjata minn organizzazzjonijiet sħab jew minn sottokuntratturi, il-proċessi u l-proċeduri fil-punt (d) għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ kif l-organizzazzjoni tad-disinn tista’ tagħti, għall-partijiet kollha, l-assigurazzjoni tal-konformità meħtieġa mill-punt (b)(2), u għandu jkun fiha, direttament jew b’kontroreferenza, deskrizzjonijiet u informazzjoni fuq l-attivitajiet tad-disinn u l-organizzazzjoni ta’ dawk is-sħab jew dawk is-sottokuntratturi.

(f) 

Jekk l-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata jkollha ċertifikat(i) ta’ organizzazzjoni ieħor/oħrajn maħruġ(in) fuq il-bażi tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tiegħu, l-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata tista’ tintegra s-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn mas-sistema ta’ ġestjoni li hija meħtieġa għall-ħruġ taċ-ċertifikat(i) l-ieħor/l-oħrajn.

21L.A.175    Riżorsi tal-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata

(a) 

L-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata għandha tinnomina kap tal-organizzazzjoni tad-disinn b’awtorità li jiżgura li, fi ħdan l-organizzazzjoni, l-attivitajiet kollha tad-disinn jitwettqu skont l-istandards meħtieġa u li l-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata tkun kontinwament f’konformità mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni għad-disinn imsemmija fil-punti (a) sa (c) tal-punt 21L.A.174 u mal-proċessi u mal-proċeduri msemmijin fil-punt (d) tal-punt 21L.A.174.

(b) 

Il-kap tal-organizzazzjoni tad-disinn għandu jinnomina u jidentifika l-persunal ewlieni fl-organizzazzjoni li jkun responsabbli għal:

1. 

l-iżgurar li d-disinji tal-prodotti u d-disinji tal-bidliet u tat-tiswijiet tagħhom jikkonformaw mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali;

2. 

il-monitoraġġ indipendenti tal-funzjoni tal-konformità u tal-adegwatezza; u

3. 

skont id-daqs tal-organizzazzjoni, kwalunkwe persuna oħra jew grupp ta’ persuni li hija jew huma meħtieġa sabiex jiżguraw li l-organizzazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ din it-Taqsima.

(c) 

Il-persuna jew il-grupp ta’ persuni identifikati fil-punt (b) għandhom:

1. 

ikunu responsabbli quddiem il-kap tal-organizzazzjoni tad-disinn u jkollhom aċċess dirett għalih;

2. 

ikollhom l-għarfien, l-isfond u l-esperjenza xierqa sabiex jeżegwixxu r-responsabbiltajiet allokati tagħhom.

(d) 

L-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata għandha tiżgura li:

1. 

il-persunal fid-dipartimenti tekniċi kollha jkun ta’ numru suffiċjenti u jkollu biżżejjed esperjenza, u jkun ingħata wkoll l-awtorità xierqa sabiex ikun jista’ jeżegwixxi r-responsabilitajiet allokati lilu u li dawn, flimkien mal-akkommodazzjoni, mal-faċilitajiet u mat-tagħmir, ikunu adegwati biżżejjed sabiex il-persunal ikun jista’ jiżgura li l-prodotti ddisinjati jkunu ajrunavigabbli u ambjentalment kompatibbli;

2. 

hemm koordinazzjoni sħiħa u effiċjenti fi ħdan l-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata fir-rigward ta’ kwistjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u ta’ kompatibbiltà ambjentali.

(e) 

L-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata għandha tiddokumenta l-istruttura organizzazzjonali tal-organizzazzjoni tagħha, flimkien mal-persunal ewlieni li huwa responsabbli sabiex jiżgura li l-organizzazzjoni tkun f’konformità ma’ din is-Subparti, iżżommhom aġġornati u tagħmilhom disponibbli għall-Aġenzija fuq talba.

21L.A.176    Ambitu tax-xogħol

L-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata għandha tidentifika t-tipi ta’ xogħol ta’ disinn, il-kategoriji ta’ prodotti li għalihom jitwettqu l-attivitajiet ta’ disinn, u l-funzjonijiet u d-dmirijiet li l-organizzazzjoni twettaq fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà u tal-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti.

21L.A.177    Obbligi tal-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata

Organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata għandha:

(a) 

taħdem f’konformità ma’ proċeduri, ma’ prattiki u ma’ proċessi definiti b’mod ċar;

(b) 

jekk l-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata jkollha l-ħsieb li twettaq l-ittestjar tat-titjir, tmantni u żżomm aġġornat manwal tal-operat li jipprovdi deskrizzjoni tal-politiki u tal-proċessi tal-organizzazzjoni għall-ittestjar tat-titjir u tagħmel dan il-manwal disponibbli għall-Aġenzija fuq talba;

(c) 

tiddetermina jekk id-disinji tal-prodotti, inklużi l-bidliet u t-tiswijiet, għandhomx karatteristiċi mhux sikuri u jikkonformawx mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, u tipprovdi lill-Aġenzija b’dikjarazzjonijiet/b’dokumentazzjoni li jikkonfermaw dan;

(d) 

tipprovdi lill-Aġenzija b’informazzjoni jew bi struzzjonijiet relatati ma’ azzjonijiet ta’ ajrunavigabbiltà kontinwa;

(e) 

tikkonforma mar-rekwiżiti fis-Subparti A ta’ dan l-Anness applikabbli għall-organizzazzjonijiet tad-disinn iddikjarati.

21L.A.178    Notifika tal-bidliet u tal-waqfien tal-attivitajiet

L-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata għandha tinnotifika lill-Aġenzija mingħajr dewmien żejjed b’dan li ġej:

(a) 

kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tkun ġiet iddikjarata f’konformità mal-punt (c) tal-punt 21L.A.173;

(b) 

bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni għad-disinn li jkunu sinifikanti għad-dimostrazzjoni tal-konformità tal-prodott iddisinjat minnha;

(c) 

il-waqfien ta’ xi attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha koperti mid-dikjarazzjoni.

SUBPARTI K —   PARTIJIET

21L.A.191    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi kif għandha tintwera l-konformità tal-partijiet mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà.

21L.A.192    Turija tal-konformità

(a) 

It-turija tal-konformità mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà tal-partijiet li għandhom jiġu installati fi prodott iċċertifikat skont it-tip jew f’inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn għandha ssir:

1. 

f’rabta mal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tas-Subparti B, D jew E ta’ dan l-Anness għall-prodott li fih dan se jkun installat; jew

2. 

f’rabta mad-dikjarazzjoni tal-proċeduri ta’ konformità tad-disinn tas-Subparti C jew F ta’ dan l-Anness għall-prodott li fih dan se jkun installat; jew

3. 

skont il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO tas-Subparti O tat-Taqsima A tal-Anness I (il-Parti 21); jew

4. 

fil-każ ta’ partijiet standard, f’konformità ma’ standards rikonoxxuti uffiċjalment.

(b) 

Fil-każijiet kollha li fihom l-approvazzjoni ta’ parti jew ta’ tagħmir tkun meħtieġa b’mod espliċitu bid-dritt tal-Unjoni jew bil-miżuri tal-Aġenzija, il-parti għandha tikkonforma mal-ETSO applikabbli jew mal-ispeċifikazzjonijiet rikonoxxuti bħala ekwivalenti mill-Aġenzija fil-każ partikolari.

21L.A.193    Rilaxx ta’ partijiet għall-installazzjoni

(a) 

Parti jew prodott għandu jiġi installat biss fi prodott meta jiġi identifikat mid-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ta’ ċertifikat tat-tip supplementari, ta’ bidla fid-disinn, ta’ approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija jew b’dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn bħala adattat għall-installazzjoni, u meta jkun:

1. 

f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu;

2. 

immarkat f’konformità mas-Subparti Q ta’ dan l-Anness; u

3. 

akkumpanjat minn ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) li jiċċertifika li l-oġġett ġie mmanifatturat f’konformità mad-data tad-disinn applikabbli.

(b) 

B’deroga mill-punt (a)(3) u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-punt (c), il-partijiet li ġejjin ma jeħtiġux ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) sabiex jiġi installat fi prodott ċertifikat skont it-tip jew f’inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn:

1. 

parti standard;

2. 

parti li:

(i) 

li l-użu tagħha ma jkunx għal żmien limitat, li ma tiffurmax parti mill-istruttura primarja jew mill-kontrolli tat-titjira;

(ii) 

identifikaa għall-installazzjoni fl-inġenju tal-ajru speċifiku mid-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ta’ ċertifikat tat-tip supplementari, ta’ bidla fid-disinn, ta’ approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija jew ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn;

(iii) 

li għandha tiġi installata f’inġenju tal-ajru li sidu jkun ivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet applikabbli fil-punti (i) u (ii), u jkun aċċetta r-responsabbiltà għal din il-konformità;

3. 

parti li għaliha l-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità mad-data tad-disinn approvata jew mad-data tad-disinn iddikjarata tagħha jkollu effett negliġibbli fuq is-sikurezza tal-prodott u li jkun identifikat bħala tali mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn jew mid-dikjarant tal-konformità tad-disinn fl-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa. Sabiex jiġu ddeterminati l-effetti tas-sikurezza ta’ parti li ma tikkonformax, id-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn jew id-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn jista’ jistabbilixxi fl-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa attivitajiet speċifiċi ta’ verifika li għandhom jitwettqu mill-installatur tal-parti fuq il-prodott;

4. 

fil-każ tal-inkorporazzjoni ta’ bidla standard skont il-punt 21L.A.102 jew tiswija standard skont il-punt 21L.A.202, parti li għaliha l-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità mad-data tad-disinn ikollhom effett negliġibbli fuq is-sikurezza tal-prodott, u l-parti tiġi identifikata bħala tali fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għal bidliet standard jew għal tiswijiet standard maħruġin f’konformità mal-punt 21.B.70 tal-Anness I (il-Parti 21). Sabiex jiġu ddeterminati l-effetti fuq is-sikurezza ta’ parti mhux konformi, f’dawn l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jiġu stabbiliti attivitajiet speċifiċi ta’ verifika li għandhom jitwettqu mill-persuna li tinstalla l-parti fil-prodott;

5. 

parti li tkun eżentata minn approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 ( 9 ); u

6. 

parti li hija oġġett ta’ assemblaġġ ogħla identifikat fil-punti (b)(1) sa (b)(5).

(c) 

Il-partijiet elenkati fil-punt (b) huma eliġibbli għall-installazzjoni fi prodott iċċertifikat skont it-tip jew f’inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn mingħajr ma jkunu akkumpanjati mill-Formola 1 tal-EASA, dment li l-installatur ikollu dokument maħruġ mill-persuna jew mill-organizzazzjoni li mmanifatturat il-parti, li jiddikjara l-isem tal-parti, in-numru tal-parti, u l-konformità tal-parti mad-data tad-disinn tagħha, u li jkun fih id-data tal-ħruġ.

SUBPARTI M —   DISINN TAT-TISWIJIET TA’ PRODOTTI ĊĊERTIFIKATI SKONT IT-TIP

21L.A.201    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi:

(a) 

il-proċedura għall-applikazzjoni għall-approvazzjonijiet tad-disinji tat-tiswijiet għal prodotti ċċertifikati skont it-tip;

(b) 

id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal dawk l-approvazzjonijiet imsemmijin fil-punt (a), u tad-detenturi tagħhom;

(c) 

dispożizzjonijiet għal tiswijiet standard li ma jeħtiġux approvazzjoni.

21L.A.202    Tiswijiet standard

(a) 

It-tiswijiet standard huma disinji tat-tiswijiet għal prodott iċċertifikat skont it-tip approvat f’konformità mas-Subparti B tat-Taqsima B ta’ dan l-Anness u li:

1. 

isegwu d-data tad-disinn inkluża fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni maħruġin mill-Aġenzija, li jkun fihom il-metodi, it-tekniki u l-prattiki aċċettabbli sabiex jitwettqu u jiġu identifikati t-tiswijiet standard, inklużi l-istruzzjonijiet assoċjati għall-ajrunavigabbiltà kontinwa; u

2. 

ma humiex f’kunflitt mad-data tad-detentur ta’ dak iċ-ċertifikat tat-tip.

(b) 

Il-punti 21L.A.203 sa 21L.A.211 ma japplikawx għal tiswijiet standard.

21L.A.203    Klassifikazzjoni tad-disinji tat-tiswija għal prodott iċċertifikat skont it-tip

(a) 

Id-disinji tat-tiswijiet għal prodott iċċertifikat skont it-tip għandhom jiġu kklassifikati bħala minuri jew maġġuri.

(b) 

“Tiswija minuri” hija disinn tat-tiswija li ma għandu l-ebda effett apprezzabbli fuq il-massa, fuq il-bilanċ, fuq is-saħħa strutturali, fuq l-affidabbiltà, fuq il-livell iċċertifikat tal-ħoss jew tal-emissjonijiet, fuq il-karatteristiċi operattivi, jew fuq karatteristiċi oħrajn li jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà jew il-kompatibbiltà ambjentali tal-prodott.

(c) 

Id-disinji l-oħrajn kollha tat-tiswijiet huma “tiswijiet maġġuri”.

(d) 

Ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ disinji tat-tiswijiet minuri huma dawk stabbiliti fil-punt 21L.A.207.

(e) 

Ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ disinji tat-tiswijiet maġġuri huma dawk stabbiliti fil-punt 21L.A.208.

21L.A.204    Eliġibbiltà

(a) 

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun uriet, jew tinsab fil-proċess li turi, il-kapaċità tad-disinn tagħha f’konformità mal-punt 21L.A.23, tista’ tapplika għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri għal prodott iċċertifikat skont it-tip fil-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.

(b) 

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tapplika għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija minuri għal prodott iċċertifikat skont it-tip fil-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.

21L.A.205    Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija għal prodott iċċertifikat skont it-tip

(a) 

Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija għal prodott iċċertifikat skont it-tip għandha ssir f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

(b) 

Għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri, l-applikant għandu jinkludi fl-applikazzjoni, jew jissottometti wara l-applikazzjoni inizjali, pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità:

1. 

li fih deskrizzjoni tal-ħsara u tad-disinn tat-tiswija, filwaqt li jidentifika l-konfigurazzjoni tad-disinn tat-tip li fuqha jkun sar id-disinn tat-tiswija;

2. 

li jidentifika l-oqsma kollha tad-disinn tat-tip u l-manwali approvati li huma mibdulin jew milqutin mid-disinn tat-tiswija;

3. 

li jidentifika kwalunkwe investigazzjoni mill-ġdid neċessarja sabiex tintwera l-konformità tad-disinn tat-tiswija u tal-oqsma affettwati mid-disinn tat-tiswija mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, inkorporati b’referenza fiċ-ċertifikat tat-tip jew fiċ-ċertifikat tat-tip supplementari, kif applikabbli;

4. 

li jidentifika kwalunkwe emenda proposta għall-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b’referenza, kif applikabbli, fiċ-ċertifikat tat-tip jew fiċ-ċertifikat tat-tip supplementari;

5. 

li jispeċifika jekk id-data taċ-ċertifikazzjoni tkunx tħejjiet jew hijiex se titħejja kollha kemm hi mill-applikant jew fuq il-bażi ta’ arranġament ma’ sid id-data taċ-ċertifikazzjoni tat-tip.

21L.A.206    Dimostrazzjoni tal-konformità

(a) 

L-applikant għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri għandu juri konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali kif stabbiliti u nnotifikati lill-applikant mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.201 u għandu jipprovdi lill-Aġenzija bil-mezzi li bihom tkun intweriet din il-konformità.

(b) 

L-applikant għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri għandu jipprovdi lill-Aġenzija b’ġustifikazzjoni rreġistrata tal-mezzi ta’ konformità fi ħdan id-dokumenti ta’ konformità skont il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità.

(c) 

Meta jwettaq l-ittestjar u l-ispezzjonijiet sabiex juri l-konformità f’konformità mal-punt (a), l-applikant għandu jkun ivverifika u ddokumenta din il-verifika qabel ma jwettaq kwalunkwe test:

1. 

fil-każ tal-kampjun tat-test, li:

(i) 

il-materjali u l-proċessi jikkonformaw b’mod adegwat mal-ispeċifikazzjonijiet għad-disinn tat-tip propost;

(ii) 

il-partijiet kostitwenti tal-prodotti jikkonformaw b’mod adegwat mat-tpinġijiet tad-disinn tat-tip propost;

(iii) 

il-proċessi tal-manifattura, il-kostruzzjoni u t-twaħħil jikkonformaw b’mod adegwat ma’ dawk speċifikati fid-disinn tat-tip propost; u

2. 

li t-test u t-tagħmir tal-kejl użati għat-test kienu adegwati għat-test u kkalibrati kif xieraq.

(d) 

L-ittestjar tat-titjiriet, għall-fini li tinkiseb approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri, għandu jsir f’konformità mal-metodi għat-tali ttestjar tat-titjiriet speċifikat mill-Aġenzija. L-applikant għandu jagħmel it-testijiet tat-titjiriet kollha neċessarji sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali.

(e) 

Applikant għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri għandu jippermetti lill-Aġenzija:

1. 

tanalizza kull data u informazzjoni relatata mad-dimostrazzjoni tal-konformità;

2. 

tkun preżenti għal, jew twettaq, kwalunkwe test jew spezzjoni li ssir għall-fini li tintwera l-konformità; u

3. 

jekk jitqies neċessarju, twettaq spezzjoni fiżika tal-prodott imsewwi sabiex tivverifika l-konformità tad-disinn mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali.

(f) 

Mat-tlestija tad-dimostrazzjoni tal-konformità, l-applikant għandu jiddikjara lill-Aġenzija li:

1. 

ikun wera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali kif stabbiliti u nnotifikati lill-applikant mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.201, skont il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità; u

2. 

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista’ tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott bid-disinn tat-tiswija jew tagħmlu ambjentalment inkompatibbli għall-użi li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

21L.A.207    Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija minuri

Sabiex tinħariġlu approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija minuri għal prodott iċċertifikat skont it-tip, l-applikant għandu:

(a) 

juri li d-disinn tat-tiswija u l-postijiet affettwati mid-disinn tat-tiswija jikkonformaw:

1. 

mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali inkorporati b’referenza fiċ-ċertifikat tat-tip; jew

2. 

jekk l-applikant jagħżel hekk, mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li huma applikabbli għall-prodott fid-data tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija;

(b) 

jiddikjara l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali li japplikaw f’konformità mal-punt (a)(1), jew mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni magħżulin f’konformità mal-punt (a)(2), jirreġistra l-ġustifikazzjonijiet tal-konformità fid-dokumenti ta’ konformità, u jirreġistra li ma ġiet identifikata l-ebda partikolarità jew karatteristika li tista’ tagħmel il-prodott mibdul mhux sikur jew ambjentalment inkompatibbli għall-użi li għalihom tintalab iċ-ċertifikazzjoni;

(c) 

jissottometti lill-Aġenzija l-ġustifikazzjoni tal-konformità għat-tiswija u d-dikjarazzjoni tal-konformità.

21L.A.208    Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri

Sabiex tinħariġlu approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri għal prodott iċċertifikat skont it-tip, l-applikant għandu:

(a) 

juri li d-disinn tat-tiswija u l-partijiet affettwati mid-disinn tat-tiswija jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali kif stabbiliti u nnotifikati lill-applikant mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.201;

(b) 

juri l-konformità f’konformità mal-punt 21L.A.206;

(c) 

jekk l-applikant ikun speċifika li jkun ipprovda d-data taċ-ċertifikazzjoni fuq il-bażi ta’ arranġament ma’ sid id-data taċ-ċertifikazzjoni tat-tip f’konformità mal-punt 21L.A.205(b)(5), juri li d-detentur taċ-ċertifikat tat-tip:

1. 

ma għandu l-ebda oġġezzjoni teknika għall-informazzjoni sottomessa skont il-punt 21L.A.205; u

2. 

qabel li jikkollabora mal-applikant sabiex jiżgura t-twettiq tal-obbligi kollha għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott imsewwi permezz ta’ konformità mal-punti 21L.A.28 u 21L.A.88;

(d) 

juri li ma hemm l-ebda kwistjoni mhux solvuta mill-ispezzjoni fiżika tal-ewwel oġġett ta’ dak il-prodott bid-disinn tat-tiswija fil-konfigurazzjoni mibdula finali mwettqa mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.A.206(e)(3).

21L.A.209    Approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija taħt privileġġ

(a) 

L-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija li jkun iddisinja tista’ tinħareġ minn organizzazzjoni tad-disinn approvata mingħajr applikazzjoni skont il-punt 21L.A.205 f’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-privileġġi tiegħu previst fil-punti (2) u (5) tal-punt 21.A.263(c) tal-Anness I (il-Parti 21) minflok l-Aġenzija, kif irreġistrata fit-termini tal-approvazzjoni.

(b) 

Meta toħroġ approvazzjoni tat-tiswija f’konformità mal-punt (a), l-organizzazzjoni tad-disinn għandha:

1. 

tiżgura li jkunu disponibbli d-data u l-ġustifikazzjonijiet li jissostanzjaw kollha;

2. 

tiżgura li l-konformità tal-bidla mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali skont il-punt (a) tal-punt 21L.A.207 jew il-punt (a) tal-punt 21L.A.208 tkun intweriet u ġiet iddikjarata f’konformità mal-punt 21L.A.206;

3. 

tikkonferma li ma sabitx:

(i) 

xi nuqqas ta’ konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, jew mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni magħżulin;

(ii) 

xi partikolarità jew karatteristika tat-tiswija li tista’ tagħmel il-prodott mibdul mhux sikur jew ambjentalment inkompatibbli għall-użi li għalihom tintalab iċ-ċertifikazzjoni;

4. 

tillimita l-approvazzjoni ta’ tiswija f’ċertifikat tat-tip għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li magħha/magħhom għandha x’taqsam it-tiswija.

21L.A.210    Obbligi ta’ detentur ta’ approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija

Id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija għandu:

(a) 

jekk ma jkunx id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip supplementari, u d-data taċ-ċertifikazzjoni tkun ġiet ipprovduta f’konformità ma’ 21L.A.205 (b)(5), jistabbilixxi arranġament mad-detentur rilevanti;

(b) 

jipprovdi lill-organizzazzjoni li twettaq it-tiswija l-istruzzjonijiet kollha neċessarji sabiex tinstalla jew tinkorpora d-disinn tat-tiswija;

(c) 

jappoġġa lil kwalunkwe organizzazzjoni tal-produzzjoni li tipproduċi partijiet għad-disinn tat-tiswija, u jiżgura li dawk il-partijiet jiġu prodotti bl-użu ta’ data dwar il-produzzjoni li tkun ibbażata fuq id-data tad-disinn li tiġi pprovduta mid-detentur tal-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija;

(d) 

jiżgura li d-disinn tat-tiswija jinkludi l-istruzzjonijiet u l-limitazzjonijiet neċessarji kollha, jekk disinn tat-tiswija jiġi approvat soġġett għal limitazzjonijiet. Dawn l-istruzzjonijiet u l-limitazzjonijiet għandhom jiġu trażmessi lill-operatur mid-detentur tal-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija f’konformità ma’ proċedura miftiehma mal-Aġenzija;

(e) 

iwettaq l-obbligi ta’ detentur ta’ approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija tas-Subparti A ta’ dan l-Anness.

21L.A.211    Ħsara mhux imsewwija

Ħsara lil prodott, li d-disinn tiegħu jkun ġie approvat f’konformità mat-Taqsima B, ma tistax teħtieġ disinn tat-tiswija jekk evalwazzjoni tal-konsegwenzi tal-ajrunavigabbiltà tiġġustifika dan. Tali evalwazzjoni għandha ssir jew mill-Aġenzija jew minn organizzazzjoni tad-disinn li tkun approvata kif xieraq f’konformità mas-Subparti J tat-Taqsima A tal-Anness I (il-Parti 21), skont proċedura aċċettata mill-Aġenzija. Jekk l-evalwazzjoni tikkonkludi li l-ħsara mhux imsewwija teħtieġ limitazzjonijiet, dawk għandhom jiġu pproċessati f’konformità mal-punt (d) tal-punt 21L.A.210.

SUBPARTI N —   DISINN TA’ TISWIJIET FL-INĠENJI TAL-AJRU LI GĦALIHOM ĠIET IDDIKJARATA L-KONFORMITÀ TAD-DISINN

21L.A.221    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi:

(a) 

il-proċedura għad-dikjarazzjoni tal-konformità ta’ disinji tat-tiswijiet għal inġenju tal-ajru li kien soġġett għal dikjarazzjoni magħmula f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness;

(b) 

id-drittijiet u l-obbligi tad-dikjarant li jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-bidla msemmija fil-punt (a);

(c) 

dispożizzjonijiet dwar it-tiswijiet standard li ma jeħtiġux dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn.

21L.A.222    Tiswijiet standard

(a) 

It-tiswijiet standard huma disinji tat-tiswijiet għal inġenju tal-ajru li kien soġġett għal dikjarazzjoni magħmula f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness u li:

1. 

isegwu d-data tad-disinn inkluża fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni maħruġin mill-Aġenzija, li jkun fihom il-metodi, it-tekniki u l-prattiki aċċettabbli sabiex jitwettqu u jiġu identifikati t-tiswijiet standard, inklużi l-istruzzjonijiet assoċjati għall-ajrunavigabbiltà kontinwa; u

2. 

ma jkunux f’kunflitt mad-data tad-disinn koperta mid-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru magħmula f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness.

(b) 

Il-punti 21L.A.223 sa 21L.A.229 ma japplikawx għal tiswijiet standard.

21L.A.223    Klassifikazzjoni tad-disinji ta’ tiswijiet ta’ inġenju tal-ajru li għalih ġiet iddikjarata konformità tad-disinn

(a) 

Id-disinji tat-tiswijiet għal inġenju tal-ajru li kien soġġett għal dikjarazzjoni magħmula f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness għandhom jiġu kklassifikati bħala maġġuri jew minuri, bl-użu tal-kriterji stabbiliti fil-punti (b) u (c) ta’ 21L.A.203.

(b) 

Il-konformità tad-disinn ta’ disinn tat-tiswija minuri għandha tiġi ddikjarata f’konformità mal-punt 21L.A.225.

(c) 

Il-konformità tad-disinn ta’ disinn tat-tiswija maġġuri għandha tiġi ddikjarata f’konformità mal-punt 21L.A.226.

21L.A.224    Eliġibbiltà

(a) 

Dikjarant li jkun għamel dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness jista’ jiddikjara l-konformità ta’ disinn tat-tiswija minuri ta’ dak l-inġenju tal-ajru bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti. Barra minn hekk, tali dikjarazzjoni tal-konformità tista’ ssir ukoll, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti, minn organizzazzjoni tad-disinn approvata f’konformità mal-punt (c)(3) tal-punt 21.A.263 tal-Anness I (il-Parti 21).

(b) 

Id-dikjarant biss li jkun għamel dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness jista’ jiddikjara l-konformità ta’ disinn tat-tiswija maġġuri għal inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.

(c) 

B’deroga mill-punt (b), jekk id-dikjarant li jkun għamel dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness ma jibqax attiv jew ma jwiġibx għat-talbiet għal disinji tat-tiswijiet, il-konformità ta’ disinn tal-inġenju tal-ajru mibdul tista’ tiġi ddikjarata wkoll f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness minn organizzazzjoni tad-disinn approvata f’konformità mal-punt (c)(2) tal-punt 21.A.263 tal-Anness I (il-Parti 21) fi ħdan l-ambitu tat-termini tal-approvazzjoni tagħha, jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tkun tista’ twettaq l-obbligi stabbiliti fil-punt 21L.A.47 fir-rigward ta’ dak l-inġenju tal-ajru mibdul.

21L.A.225    Dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għal disinji ta’ tiswijiet minuri

(a) 

Qabel ma jinkorpora jew jaqbel ma’ organizzazzjoni tal-produzzjoni sabiex jinkorpora disinn tat-tiswija minuri f’inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness, id-dikjarant jew l-organizzazzjoni li tkun iddisinjat it-tiswija minuri għandha tiddikjara li d-disinn tat-tiswija minuri jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali li magħhom tkun ġiet iddikjarata l-konformità skont il-punt 21L.A.43.

(b) 

Id-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għandha ssir f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

(c) 

Id-dikjarant jew l-organizzazzjoni li tkun fasslet il-bidla minuri għandha żżomm reġistru tad-disinji tat-tiswija minuri għal inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn, u tagħmel kwalunkwe dikjarazzjoni magħmula f’konformità mal-punt (a) disponibbli għall-Aġenzija fuq talba.

21L.A.226    Dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għal disinji ta’ tiswijiet maġġuri

(a) 

Qabel ma jinkorpora jew jaqbel ma’ organizzazzjoni tal-produzzjoni sabiex jinkorpora disinn tat-tiswija maġġuri f’inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness, id-dikjarant għandu jiddikjara li d-disinn tat-tiswija maġġuri jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali li l-konformità magħhom kienet ġiet iddikjarata skont il-punt 21L.A.43.

(b) 

Id-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għandha ssir f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

(c) 

Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

1. 

l-isem tal-persuna li tissottometti d-dikjarazzjoni, u l-indirizz/post tan-negozju tagħha;

2. 

in-numru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni tal-inġenju tal-ajru li miegħu jkun relatat id-disinn tat-tiswija maġġuri;

3. 

referenza unika għall-identifikazzjoni tad-disinn tat-tiswija maġġuri;

4. 

indikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati u tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali li magħhom ġiet iddikjarata l-konformità tal-inġenju tal-ajru mid-dikjarant skont il-punt 21L.A.43;

5. 

dikjarazzjoni ffirmata magħmula taħt ir-responsabbiltà unika tal-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni li d-disinn tat-tiswija maġġuri jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali msemmijin fil-punt (4), skont il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità msemmi fil-punt (d)(3);

6. 

dikjarazzjoni ffirmata magħmula taħt ir-responsabbiltà unika tal-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni li ma ġiet identifikata l-ebda partikolarità jew karatteristika minn dik il-persuna li tista’ tagħmel l-inġenju tal-ajru mhux sikur jew ambjentalment inkompatibbli għall-użu maħsub;

7. 

deskrizzjoni tal-ħsara u tad-disinn ta’ tiswija filwaqt li tiġi identifikata l-konfigurazzjoni tad-disinn tat-tip li fuqha tkun saret it-tiswija;

8. 

identifikazzjoni tal-oqsma kollha tad-disinn tat-tip u tal-manwali approvati li huma mibdulin jew milqutin mid-disinn tat-tiswija.

(d) 

Id-dikjarant li jfassal tiswija maġġuri għandu jissottometti d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (c) lill-Aġenzija. Flimkien ma’ din id-dikjarazzjoni, id-dikjarant għandu jipprovdi lill-Aġenzija:

1. 

deskrizzjoni tat-tiswija maġġuri;

2. 

data bażika dwar it-tiswija maġġuri, inklużi l-karatteristiċi operattivi, il-karatteristiċi tad-disinn u kwalunkwe limitazzjoni;

3. 

pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità li jagħti dettalji dwar il-mezzi għad-dimostrazzjoni tal-konformità li ġew segwiti matul id-dimostrazzjoni tal-konformità;

4. 

il-ġustifikazzjonijiet irreġistrati tal-konformità fi ħdan id-data tal-konformità miksubin mill-attivitajiet ta’ konformità li twettqu skont il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità;

5. 

il-mezzi li bihom intweriet il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali li magħhom id-dikjarant kien iddikjara l-konformità tal-inġenju tal-ajru skont il-punt 21L.A.43;

6. 

meta tintwera l-konformità billi jitwettqu t-testijiet, ġustifikazzjoni rreġistrata tal-konformità tal-oġġetti u tat-tagħmir tat-test, li turi:

(i) 

fil-każ tal-kampjun tat-test, li:

(A) 

il-materjali u l-proċessi kkonformaw b’mod adegwat mal-ispeċifikazzjonijiet għad-disinn;

(B) 

il-partijiet kostitwenti tal-prodotti kkonformaw b’mod adegwat mat-tpinġijiet tad-disinn; u

(C) 

il-proċessi tal-manifattura, il-kostruzzjoni u t-twaħħil ikkonformaw b’mod adegwat ma’ dawk speċifikati fid-disinn;

(ii) 

li t-test u t-tagħmir tal-kejl użati għat-testijiet kienu adegwati għat-testijiet u kkalibrati kif xieraq;

7. 

ir-rapporti, ir-riżultati tal-ispezzjonijiet jew tat-testijiet li d-dikjarant sab li kienu neċessarji sabiex jiġi ddeterminat li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali.

(e) 

Id-dikjarazzjoni ta’ tiswija maġġuri f’dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għandha tkun limitata għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fid-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn li magħha hija relatata l-bidla.

21L.A.227    Attivitajiet ta’ konformità għad-dikjarazzjoni tal-konformità ta’ disinn tat-tiswija maġġuri

Qabel ma jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità f’konformità mal-punt 21L.A.226, id-dikjarant għandu, għal dak id-disinn speċifiku:

(a) 

jistabbilixxi pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità li jagħti dettalji dwar il-mezzi għad-dimostrazzjoni tal-konformità li għandhom jiġu segwiti matul id-dimostrazzjoni tal-konformità. Dan id-dokument għandu jkun aġġornat kif ikun neċessarju;

(b) 

jirreġistra l-ġustifikazzjoni tal-konformità fid-dokumenti tal-konformità skont il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità;

(c) 

iwettaq l-ittestjar u l-ispezzjonijiet kif neċessarji f’konformità mal-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità;

(d) 

jiżgura u jirreġistra l-konformità tal-oġġetti u tat-tagħmir tat-test u jiżgura li l-kampjun tat-test jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet, mat-tpinġijiet, mal-proċessi tal-manifattura, mal-mezzi tal-kostruzzjoni u tal-assemblaġġ fid-disinn;

(e) 

jiżgura li t-tagħmir tat-test u tal-kejl li għandu jintuża għall-ittestjar ikun adegwat għall-ittestjar u kkalibrat kif xieraq;

(f) 

jippermetti lill-Aġenzija twettaq jew tipparteċipa fi kwalunkwe spezzjoni jew test tal-inġenji tal-ajru fil-konfigurazzjoni tad-disinn u tal-produzzjoni finali jew matura kif xieraq li jkun neċessarju sabiex jiġi ddeterminat li l-prodott bid-disinn tat-tiswija ma għandu l-ebda partikolarità jew karatteristika li tagħmel l-inġenju tal-ajru mhux sikur jew ambjentalment inkompatibbli għall-użu maħsub;

(g) 

iwettaq ittestjar tat-titjira, f’konformità mal-kundizzjonijiet tat-titjir għal tali ttestjar tat-titjira speċifikati mill-Aġenzija, kif neċessarju sabiex jiddetermina li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali.

21L.A.228    Obbligi tad-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn ta’ disinn tat-tiswija

Id-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għandu:

(a) 

għal disinji minuri, iżomm reġistru ta’ dawk id-dikjarazzjonijiet u għandu jagħmel dawk id-dikjarazzjonijiet disponibbli għall-Aġenzija fuq talba;

(b) 

jipprovdi lill-organizzazzjoni li twettaq it-tiswija l-istruzzjonijiet kollha neċessarji sabiex tinstalla jew tinkorpora d-disinn tat-tiswija;

(c) 

jappoġġa lil kwalunkwe organizzazzjoni tal-produzzjoni li tipproduċi partijiet għad-disinn tat-tiswija, u jiżgura li dawk il-partijiet jiġu prodotti bl-użu ta’ data dwar il-produzzjoni li tkun ibbażata fuq id-data tad-disinn li tiġi pprovduta mid-dikjarant;

(d) 

jekk disinn tat-tiswija jiġi ddikjarat soġġett għal limitazzjonijiet, jibgħat dawn il-limitazzjonijiet lill-operatur billi juża proċedura dokumentata li ssir disponibbli għall-Aġenzija fuq talba;

(e) 

iwettaq l-obbligi ta’ dikjarant tal-konformità tad-disinn ta’ disinn tat-tiswija tas-Subparti A ta’ dan l-Anness.

21L.A.229    Ħsara mhux imsewwija

Id-dikjarant tal-konformità tad-disinn ta’ inġenju tal-ajru f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness jew organizzazzjoni tad-disinn approvata bil-privileġġi pprovduti f’konformità mal-punt (c)(3) tal-punt 21.A.263 tal-Anness I (il-Parti 21) u bl-ambitu xieraq tal-approvazzjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-konsegwenzi fuq l-ajrunavigabbiltà u fuq il-kompatibbiltà ambjentali ta’ kwalunkwe ħsara għal tali inġenji tal-ajru li titħalla mhux imsewwija u li ma tkunx koperta mid-data ddikjarata qabel. Kwalunkwe limitazzjoni neċessarja għandha tkun ipproċessata f’konformità mal-punt (d) tal-punt 21L.A.228.

SUBPARTI O —   AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW

(Riżervat)

SUBPARTI P —   PERMESS GĦAT-TITJIR

21L.A.241    Permess għat-titjir u kundizzjonijiet tat-titjir

(a) 

Il-proċeduri għall-applikazzjoni għall-ħruġ ta’ permessi għat-titjir u l-kundizzjonijiet tat-titjir relatati għall-inġenji tal-ajru fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Anness għandhom ikunu dawk stabbiliti fis-Subparti P tat-Taqsima A tal-Anness I (il-Parti 21) u dawk stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-punt 21L.A.241.

(b) 

Meta japplika għal permess għat-titjir f’konformità mal-punt 21.A.707 tal-Anness I (il-Parti 21), l-applikant għandu jagħmel arranġamenti sabiex l-awtorità kompetenti twettaq spezzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru meta l-applikazzjoni għal permess għat-titjir tkun relatata ma’:

1. 

l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni tal-konformità fil-punt 21L.A.25 għal inġenju tal-ajru li huwa, jew li huwa maħsub li se jiġi, iċċertifikat skont it-tip;

2. 

l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni tal-konformità fil-punt 21L.A.44 għal inġenju tal-ajru li għalih hija, jew hija maħsuba li tiġi, iddikjarata l-konformità tad-disinn.

(c) 

Meta japplika għall-kundizzjonijiet tat-titjir f’konformità mal-punt 21.A.709 tal-Anness I (il-Parti 21), l-applikant għandu jagħmel arranġamenti sabiex l-Aġenzija:

1. 

tispezzjona fiżikament u tivvaluta l-inġenju tal-ajru jekk il-kundizzjonijiet tat-titjir ikunu relatati mad-dimostrazzjoni tal-konformità b’appoġġ ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn fil-punt 21L.A.44 u jekk mitlub mill-Aġenzija matul l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni tal-konformità kif imsemmi fil-punt (b) tal-punt 21L.B.121 u fil-punt (c) tal-punt 21L.B.203; jew

2. 

tispezzjona fiżikament u tivvaluta l-inġenju tal-ajru u twettaq rieżami kritiku tad-disinn jekk il-kundizzjonijiet tat-titjir ikunu relatati mad-dimostrazzjoni tal-konformità assoċjata maċ-ċertifikazzjoni tad-disinn fil-punt 21L.A.25 u jekk mitlub mill-Aġenzija fil-punt 21L.B.83, fil-punt 21L.B.102 u fil-punt 21L.B.203.

SUBPARTI Q —   IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI U TA’ PARTIJIET

21L.A.251    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-identifikazzjoni ta’ prodotti u ta’ partijiet iddisinjati u prodotti skont dan l-Anness.

21L.A.252    Disinn tal-immarkar

(a) 

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ta’ ċertifikat tat-tip supplementari, ta’ approvazzjoni ta’ bidla fiċ-ċertifikat tat-tip jew ta’ approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija, jew id-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għandu jispeċifika fid-data tad-disinn l-immarkar tal-prodotti u tal-partijiet iddisinjati f’konformità ma’ dan l-Anness.

(b) 

L-ispeċifikazzjonijiet tal-immarkar għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

1. 

għall-prodotti:

(i) 

l-isem tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni;

(ii) 

id-deżinjazzjoni tal-prodott;

(iii) 

in-numru tas-serje tal-prodott;

(iv) 

kwalunkwe informazzjoni oħra xierqa sabiex jiġi identifikat il-prodott;

2. 

għall-partijiet:

(i) 

isem, trademark, jew simbolu li jidentifika l-organizzazzjoni tal-produzzjoni;

(ii) 

in-numru tal-parti;

(iii) 

in-numru tas-serje, f’każijiet li fihom parti li għandha titwaħħal fuq prodott tkun ġiet identifikata bħala parti kritika.

(c) 

L-ispeċifikazzjoni tal-partijiet f’konformità mal-punt (ii) tal-punt (b)(2) għandha tinkludi l-ittra “(R)” fi tmiem in-numru tal-parti meta:

1. 

il-parti tkun minn disinn soġġett għal dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti C ta’ dan l-Anness;

2. 

il-parti għandha tiġi rrilaxxata b’Formola 1 tal-EASA f’konformità mal-punt (a) tal-punt 21L.A.193; u

3. 

il-parti tkun ġiet prodotta f’konformità mas-Subparti R ta’ dan l-Anness.

21L.A.253    Identifikazzjoni ta’ prodotti

(a) 

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproduċi prodotti skont is-Subparti G tat-Taqsima A tal-Anness I (il-Parti 21) jew skont is-Subparti G jew R ta’ dan l-Anness li għalihom id-disinn ikun ġie approvat jew iddikjarat f’konformità ma’ dan l-Anness, għandha tidentifika dak il-prodott kif speċifikat f’konformità ma’ 21L.A.252 permezz ta’ mmarkar li jkun jiflaħ għan-nar fuq pjanċa li tkun tiflaħ għan-nar.

(b) 

Il-pjanċa ta’ identifikazzjoni għandha tkun marbuta b’tali mod li tkun aċċessibbli u tinqara, u li x’aktarx ma titħassarx jew ma titneħħiex matul is-servizz normali, jew tintilef jew tinqered f’aċċident, u fil-każ ta’ skrun, ta’ xafra ta’ skrun, jew ta’ buttun ta’ skrun, titqiegħed fuq wiċċ mhux kritiku tal-oġġett.

(c) 

Għal blalen tal-arja bl-ekwipaġġ, il-pjanċa ta’ identifikazzjoni għandha tkun marbuta sew mal-għata tagħhom u għandha titpoġġa, jekk ikun prattiku, fejn l-operatur ikun jista’ jaqraha meta l-ballun ikun minfuħ bl-arja. Barra minn hekk, il-qoffa u l-qafas tiegħu, u kwalunkwe sistema ta’ tisħin għandhom ikunu mmarkati b’mod permanenti u li jinqara, bl-isem tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni, bin-numru tal-parti, jew bl-ekwivalenti tiegħu, u bin-numru tas-serje, jew bl-ekwivalenti tiegħu.

21L.A.254    Immaniġġjar ta’ data ta’ identifikazzjoni

(a) 

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq xogħol ta’ manutenzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 tista’, f’konformità mal-metodi, mat-tekniki u mal-prattiki stabbiliti mill-Aġenzija:

1. 

tneħħi, tibdel, jew tqiegħed l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punt 21L.A.253; jew

2. 

tneħħi jew tinstalla pjanċa ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punt 21L.A.253, meta jkun neċessarju matul l-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni.

(b) 

Ħlief għall-finijiet iddikjarati fil-punt (a) tal-punt 21L.A.254, l-ebda persuna ma għandha tneħħi, tibdel, jew tqiegħed l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-punt 21L.A.253.

(c) 

Ħlief għall-finijiet iddikjarati fil-punt (a) tal-punt 21L.A.254, l-ebda persuna ma għandha tneħħi jew tinstalla xi pjanċa ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-punt 21L.A.253.

(d) 

L-ebda persuna ma tista’ twaħħal pjanċa ta’ identifikazzjoni mneħħija f’konformità mal-punt (a)(2) fuq kwalunkwe inġenju tal-ajru, magna, skrun, xafra ta’ skrun jew buttun ta’ skrun għajr fuq dak li minn fuqu din tkun tneħħiet.

21L.A.255    Identifikazzjoni tal-partijiet

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproduċi partijiet skont is-Subparti G tat-Taqsima A tal-Anness I (il-Parti 21) jew skont is-Subparti G jew R ta’ dan l-Anness għal prodott li għalih id-disinn ikun ġie approvat jew iddikjarat f’konformità ma’ dan l-Anness għandha timmarka b’mod permanenti u li jinqara dik il-parti kif speċifikat f’konformità mal-punt 21L.A.252.

SUBPARTI R —   DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ GĦALL-INĠENJI TAL-AJRU U ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX AWTORIZZAT (IL-FORMOLA 1 TAL-EASA) GĦAL MAGNI U GĦAL SKREJJEN, JEW GĦAL PARTIJIET TAGĦHOM, LI JIKKONFORMAW MA’ DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAD-DISINN

21L.A.271    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċeduri għall-ħruġ ta’ dikjarazzjonijiet tal-konformità għall-inġenji tal-ajru (il-Formola 52B tal-EASA) u għaċ-ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) għall-magni u għall-iskrejjen, jew għal partijiet minnhom, li jkunu ġew prodotti f’konformità mad-data tad-disinn ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn, u mad-drittijiet u mal-obbligi tad-dikjarant.

21L.A.272    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tingħata aċċess għad-data tad-disinn applikabbli u li tkun tista’ twettaq l-obbligi ddikjarati fil-punt 21L.A.275 tista’ toħroġ dikjarazzjoni tal-konformità (il-Formola 52B tal-EASA) għal inġenju tal-ajru jew ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) għal magna jew għal skrun, jew għal parti minnu, fil-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.

21L.A.273    Sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni

Persuna fiżika jew ġuridika li toħroġ dikjarazzjoni tal-konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) bid-data tad-disinn iddikjarata applikabbli ta’ inġenju tal-ajru, ta’ magna jew ta’ skrun, jew ta’ parti minnu, li tkun ipproduċiet, għandha tistabbilixxi, timplimenta u tmantni sistema għall-kontroll tal-produzzjoni li:

(a) 

tinkludi proċessi u proċeduri li jiżguraw li l-inġenju tal-ajru, il-magna jew l-iskrun, u kwalunkwe parti minnu, jikkonformaw mad-data tad-disinn iddikjarata applikabbli;

(b) 

tiżgura li kull dikjarazzjoni tal-konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) tiġi/jiġi ffirmat(a) biss minn persuni awtorizzati;

(c) 

jekk it-testijiet tat-titjira jkunu neċessarji fl-ambitu tal-produzzjoni, ikollha proċessi fis-seħħ li jiżguraw li kwalunkwe test tat-titjira jitwettaq b’mod sikur;

(d) 

tiżgura li l-persuna fiżika jew ġuridika tirċievi d-data kollha neċessarja dwar l-ajrunavigabbiltà u l-kompatibbiltà ambjentali sabiex tiddetermina l-konformità;

(e) 

ikollha fis-seħħ proċeduri li jiżguraw li d-data dwar l-ajrunavigabbiltà u l-kompatibbiltà ambjentali tkun inkorporata b’mod korrett fid-data tal-produzzjoni tagħha, tinżamm aġġornata u tkun disponibbli għall-persunal kollu li jeħtieġ aċċess għal tali data sabiex iwettaq dmirijietu;

(f) 

tinkludi sistema ta’ spezzjoni li tiżgura li kwalunkwe inġenju tal-ajru, magna jew skrun, u kwalunkwe parti minnu, li jiġu prodotti mill-persuna fiżika jew ġuridika, inklużi s-sħab tagħha, jew jiġu forniti minn jew jingħataw b’sottokuntratt lil partijiet esterni, jikkonformaw mad-data tad-disinn iddikjarata applikabbli u jkunu f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu;

(g) 

tinkludi sistema ta’ arkivjar li tirreġistra r-rekwiżiti li jkunu tqiegħdu fuq organizzazzjonijiet oħrajn bħall-fornituri u s-sottokuntratturi. Id-data arkivjata għandha tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti għall-finijiet ta’ ajrunavigabbiltà kontinwa;

(h) 

tiżgura li l-manutenzjoni ta’ inġenju tal-ajru li jkun għadu kif ġie mmanifatturat titwettaq f’konformità mal-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni applikabbli u li l-inġenju tal-ajru jinżamm f’kundizzjoni ta’ ajrunavigabbiltà, u jekk applikabbli, jinħareġ ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għal kwalunkwe manutenzjoni li tkun tlestiet;

(i) 

tinkludi sistema interna ta’ rapportar tal-okkorrenzi fl-interess tas-sikurezza, sabiex ikunu jistgħu jinġabru u jiġu vvalutati r-rapporti ta’ okkorrenzi miġburin f’konformità mal-punt 21L.A.3 sabiex jiġu identifikati xejriet kuntrarji jew sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet, u sabiex jiġu estratti l-okkorrenzi rapportabbli. Din is-sistema għandha tinkludi l-evalwazzjoni tal-informazzjoni rilevanti marbuta mal-okkorrenzi u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni relatata.

21L.A.274    Ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA)

(a) 

Meta toħroġ dikjarazzjoni tal-konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA), il-persuna fiżika jew ġuridika għandha tinkludi dan kollu li ġej:

1. 

dikjarazzjoni li l-inġenju tal-ajru, il-magna jew l-iskruwn, jew kwalunkwe parti minnu, tikkonforma mad-data tad-disinn iddikjarata applikabbli u tkun f’kundizzjoni li taħdem b’mod sikur;

2. 

għal kull inġenju tal-ajru, dikjarazzjoni li l-inġenju tal-ajru jkun għadda mit-testijiet tal-art u tal-ajru;

3. 

għal kull magna jew skrun b’angolu tal-qala’ varjabbli, dikjarazzjoni li l-magna jew l-iskrun b’angolu tal-qala’ varjabbli jkunu ġew soġġetti għal test funzjonali finali;

4. 

jekk applikabbli, dikjarazzjoni li l-magna lesta hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli dwar l-emissjonijiet tal-egżost tal-magna fis-seħħ fid-data tal-produzzjoni tal-magna.

(b) 

Il-persuna fiżika jew ġuridika għandha toħroġ dikjarazzjoni tal-konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) meta jseħħ xi wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

it-trasferiment inizjali tas-sjieda tal-inġenju tal-ajru, tal-magna jew tal-iskrun, jew ta’ partijiet minnu; jew

2. 

għall-inġenji tal-ajru, l-applikazzjoni għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għall-inġenju tal-ajru.

21L.A.275    Obbligi ta’ persuna fiżika jew ġuridika li toħroġ dikjarazzjoni tal-konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA)

Il-persuna fiżika jew ġuridika li toħroġ dikjarazzjoni tal-konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) għandha:

(a) 

tinforma lill-awtorità kompetenti li jkollha l-intenzjoni li tipproduċi inġenju tal-ajru, magna jew skrun, jew parti minnu, f’konformità mad-data tad-disinn ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn u li se toħroġ dikjarazzjonijiet tal-konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) f’konformità ma’ din is-Subparti;

(b) 

tiżgura li jiġu rreġistrati d-dettalji ta’ kwalunkwe xogħol lest;

(c) 

iżżomm, fil-post tal-produzzjoni, id-data teknika u t-tpinġijiet neċessarji sabiex jiġi ddeterminat jekk l-inġenju tal-ajru, il-magna jew l-iskrun, jew parti minnu, tikkonformax mad-data tad-disinn iddikjarata applikabbli;

(d) 

tipprovdi appoġġ għall-ajrunavigabbiltà kontinwa lid-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għal kwalunkwe inġenju tal-ajru, magna jew skrun, jew parti minnu, li tkun ipproduċiet;

(e) 

għal inġenji tal-ajru ġodda li tkun ipproduċiet, tiżgura li l-inġenju tal-ajru jinżamm f’kundizzjoni ta’ ajrunavigabbiltà u li titwettaq il-manutenzjoni, sakemm ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 ma jirrikjedix li l-manutenzjoni titwettaq skont tali regoli, inkluża kwalunkwe tiswija neċessarka f’konformità mad-data tad-disinn applikabbli qabel il-ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru (il-Formola 52B tal-EASA);

(f) 

meta toħroġ ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz, wara t-tali manutenzjoni, tiddetermina li kull inġenju tal-ajru lest ikun ġie soġġett għall-manutenzjoni neċessarja u li jkun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu, qabel ma toħroġ iċ-ċertifikat;

(g) 

twettaq l-obbligi ta’ persuna fiżika jew ġuridika li toħroġ dikjarazzjonijiet tal-konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) tas-Subparti A ta’ dan l-Anness;

(h) 

tinforma lill-awtorità kompetenti dwar il-waqfien tal-attivitajiet tagħhom taħt din is-Subparti.

TAQSIMA B

PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

▼M13

SUBPARTI A —   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21L.B.11    Dokumentazzjoni tas-sorveljanza

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-atti leġiżlattivi, l-istandards, ir-regoli, il-pubblikazzjonijiet tekniċi, u d-dokumenti relatati kollha lill-persunal rilevanti sabiex dan ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu u jaqdi r-responsabbiltajiet tiegħu.

21L.B.12    Skambju ta’ informazzjoni

(a) 

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u l-Aġenzija għandhom jikkondividu l-informazzjoni disponibbli għalihom permezz tal-investigazzjoni mwettqa tagħhom u s-sorveljanza mwettqa f’konformità ma’ din it-Taqsima, li hija rilevanti għall-parti l-oħra meta twettaq kompiti ta’ ċertifikazzjoni, sorveljanza jew infurzar skont din it-Taqsima.

(b) 

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u l-Aġenzija għandhom jikkoordinaw investigazzjoni ffokata fuq il-prodott u sorveljanza tad-disinn u l-produzzjoni ta’ prodotti u partijiet skont dan l-Anness, inkluż, fejn meħtieġ, it-twettiq ta’ żjarat konġunti ta’ sorveljanza.

21L.B.13    Informazzjoni lill-Aġenzija

(a) 

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika lill-Aġenzija f’każ ta’ kwalunkwe problema sinifikanti bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, fi żmien 30 jum minn meta l-awtorità ssir taf bil-problemi.

(b) 

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tipprovdi lill-Aġenzija mill-aktar fis possibbli bi kwalunkwe informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li tirriżulta mir-rapporti tal-okkorrenzi maħżuna fil-bażi tad-data nazzjonali kif speċifikat fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014.

21L.B.14    Direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà riċevuti minn Stati mhux Membri

Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tirċievi direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà mill-awtorità kompetenti ta’ Stat mhux Membru, dik id-direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà għandha tiġi ttrasferita lill-Aġenzija.

21L.B.15    Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza

(a) 

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha timplimenta sistema sabiex tiġbor, tanalizza u xxerred b’mod xieraq l-informazzjoni dwar is-sikurezza.

(b) 

L-Aġenzija għandha timplimenta sistema sabiex tanalizza b’mod xieraq kwalunkwe informazzjoni rilevanti marbuta mas-sikurezza li din tkun irċeviet, u tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed, bi kwalunkwe informazzjoni, inkluż rakkomandazzjonijiet jew azzjonijiet korrettivi li għandhom jittieħdu, li huma jkunu jeħtieġu sabiex jirreaġixxu fil-ħin għal problema ta’ sikurezza li tkun tinvolvi prodotti, partijiet, tagħmir, persuni jew organizzazzjonijiet li huma soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

(c) 

Hekk kif tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tieħu miżuri adegwati sabiex tindirizza l-problema ta’ sikurezza.

(d) 

Il-miżuri meħuda skont il-punt (c) tal-punt 21L.B.15 għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-persuni jew lill-organizzazzjonijiet kollha li jeħtieġ li jikkonformaw magħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika wkoll lill-Aġenzija dwar dawk il-miżuri u, meta tkun meħtieġa azzjoni kkombinata, lill-Istati Membri l-oħrajn kkonċernati.

21L.B.16    Sistema ta’ ġestjoni

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta’ ġestjoni, li tkun tinkludi mill-inqas:

1. 

politiki u proċeduri dokumentati sabiex jiddeskrivu l-organizzazzjoni, il-mezzi u l-metodi tagħha sabiex tinkiseb konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. Il-proċeduri għandhom jinżammu aġġornati u jservu bħala d-dokumenti ta’ ħidma bażiċi fi ħdan dik l-awtorità kompetenti għall-kompiti relatati kollha;

2. 

numru suffiċjenti ta’ persunal sabiex iwettaq il-kompiti tagħha u jeżegwixxi r-responsabbiltajiet tagħha. Għandu jkun hemm sistema fis-seħħ sabiex tkun tista’ tiġi ppjanata d-disponibbiltà tal-persunal, sabiex tkun żgurata t-tlestija xierqa tal-kompiti kollha;

3. 

persunal li huwa kwalifikat sabiex iwettaq il-kompiti allokati lilu u li jkollu l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa, kif ukoll it-taħriġ inizjali u rikorrenti meħtieġ sabiex jiżgura kompetenza kontinwa;

4. 

faċilitajiet u akkomodazzjoni tal-uffiċċji adegwati sabiex jitwettqu l-kompiti allokati;

5. 

funzjoni sabiex jiġu mmonitorjati l-konformità tas-sistema ta’ ġestjoni mar-rekwiżiti rilevanti, u l-adegwatezza tal-proċeduri, inkluż l-istabbiliment ta’ proċess ta’ verifiki interni u proċess ta’ ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza. Il-funzjoni ta’ monitoraġġ tal-konformità għandha tinkludi sistema sabiex jiġi pprovdut feedback dwar is-sejbiet tal-verifiki lill-maniġment superjuri tal-awtorità kompetenti sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi kif ikun meħtieġ;

6. 

persuna jew grupp ta’ persuni li jkollhom ir-responsabbiltà taħt il-maniġment superjuri tal-awtorità kompetenti għall-funzjoni ta’ monitoraġġ tal-konformità.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha taħtar, għal kull qasam ta’ attività, inkluż fis-sistema ta’ ġestjoni, persuna jew persuni li jkollha/jkollhom ir-responsabbiltà ġenerali għall-ġestjoni tal-kompitu/i rilevanti.

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-parteċipazzjoni fi skambju reċiproku tal-informazzjoni kollha meħtieġa ma’ kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata u għandha tagħtihom assistenza, fi ħdan l-Istat Membru jew fi Stati Membri oħrajn, inkluż dwar:

1. 

is-sejbiet kollha kkomunikati u kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu li tittieħed bħala riżultat tas-sorveljanza ta’ persuni u organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet fit-territorju ta’ Stat Membru, iżda li jkunu ċċertifikati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, jew mill-Aġenzija;

2. 

kwalunkwe informazzjoni li tirriżulta mir-rapportar tal-okkorrenzi obbligatorju u volontarju kif meħtieġ skont il-punt 21L.A.3.

(d) 

Kopja tal-proċeduri relatati mas-sistema ta’ ġestjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u kwalunkwe emenda għal dawk il-proċeduri għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija għall-fini ta’ standardizzazzjoni.

21L.B.17    Allokazzjoni ta’ kompiti lil entitajiet kwalifikati

(a) 

Awtorità kompetenti tista’ talloka l-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni inizjali jew mas-sorveljanza kontinwa ta’ prodotti u partijiet, kif ukoll ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, lil entitajiet kwalifikati. Meta talloka l-kompiti, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:

1. 

tkun daħħlet fis-seħħ sistema sabiex tivvaluta, fil-bidu u b’mod kontinwu, jekk l-entità kwalifikata tikkonformax mal-Anness VI “Rekwiżiti essenzjali għall-entitajiet kwalifikati” tar-Regolament (UE) 2018/1139. Din is-sistema u r-riżultati tal-valutazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati;

2. 

tkun stabbiliet ftehim dokumentat mal-entità kwalifikata, li jkun approvat miż-żewġ partijiet fil-livell xieraq tal-maniġment, li jiddefinixxi:

(i) 

il-kompiti li għandhom jitwettqu;

(ii) 

id-dikjarazzjonijiet, ir-rapporti u r-rekords li għandhom jiġu pprovduti;

(iii) 

il-kundizzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti;

(iv) 

il-kopertura tar-responsabbiltà relatata;

(v) 

il-protezzjoni mogħtija lill-informazzjoni miksuba meta jitwettqu dawn il-kompiti.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċess ta’ verifiki interni u l-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza, li huma meħtieġa skont il-punt (a)(5) tal-punt 21L.B.16 ikopru l-kompiti kollha ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sorveljanza kontinwa li jitwettqu f’isimha mill-entità kwalifikata.

21L.B.18    Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni

(a) 

L-awtorità kompetenti għandu jkollha fis-seħħ sistema sabiex tidentifika l-bidliet li jaffettwaw il-kapaċità potenzjali tagħha li twettaq il-kompiti tagħha u teżegwixxi r-responsabbiltajiet tagħha kif definit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. Din is-sistema għandha tippermettilha tieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex tiżgura li s-sistema ta’ ġestjoni tagħha tibqa’ adegwata u effettiva.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha taġġorna s-sistema ta’ ġestjoni tagħha sabiex tirrifletti kwalunkwe bidla fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu b’mod f’waqtu, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tagħha.

(c) 

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika lill-Aġenzija bi kwalunkwe bidla li taffettwa l-kapaċità potenzjali tagħha li twettaq il-kompiti tagħha u teżegwixxi r-responsabbiltajiet tagħha kif definit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

21L.B.19    Riżoluzzjoni ta’ tilwim

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tistabbilixxi proċess għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim fi ħdan il-proċeduri dokumentati tagħha.

21L.B.20    Żamma ta’ rekords

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma ta’ rekords li tippermetti l-ħżin adegwat, l-aċċessibbiltà u t-traċċabbiltà affidabbli:

1. 

tal-politiki u tal-proċeduri dokumentati tas-sistema ta’ ġestjoni;

2. 

tat-taħriġ, tal-kwalifiki u tal-awtorizzazzjoni tal-persunal tagħha;

3. 

tal-allokazzjoni tal-kompiti li jkopru l-elementi meħtieġa skont il-punt 21L.B.17, kif ukoll id-dettalji tal-kompiti allokati;

4. 

tal-proċessi ta’ ċertifikazzjoni u s-sorveljanza kontinwa tal-organizzazzjonijiet iċċertifikati u ddikjarati, inkluż:

(i) 

l-applikazzjonijiet għal ċertifikat;

(ii) 

id-dikjarazzjonijiet ta’ kapaċità potenzjali;

(iii) 

id-dikjarazzjonijiet ta’ konformità tad-disinn;

(iv) 

il-programm ta’ sorveljanza kontinwa tal-awtorità kompetenti, inkluż ir-rekords kollha tal-valutazzjonijiet, tal-verifiki u tal-ispezzjonijiet;

(v) 

iċ-ċertifikati maħruġa, inkluż kwalunkwe bidla fihom;

(vi) 

kopja tal-programm ta’ sorveljanza li jelenka d-dati meta jmisshom isiru l-verifiki u meta saru;

(vii) 

kopji tal-korrispondenza formali kollha;

(viii) 

ir-rakkomandazzjonijiet għall-ħruġ jew għall-kontinwazzjoni ta’ ċertifikat jew għall-kontinwazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni, id-dettalji tas-sejbiet u l-azzjonijiet meħuda mill-organizzazzjonijiet sabiex dawn jingħalqu, inkluż id-data tal-għeluq ta’ kull punt, l-azzjonijiet ta’ infurzar u l-osservazzjonijiet;

(ix) 

kwalunkwe rapport ta’ valutazzjoni, ta’ verifika jew ta’ spezzjoni maħruġ minn awtorità kompetenti oħra;

(x) 

kopji tal-manwali bl-istruzzjonijiet, tal-proċeduri u tal-proċessi jew tal-manwali kollha tal-organizzazzjoni u l-emendi għalihom;

(xi) 

kopji ta’ kwalunkwe dokument ieħor approvat mill-awtorità kompetenti;

5. 

stqarrijiet ta’ konformità tal-inġenji tal-ajru (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikati ta’ rilaxx awtorizzati (il-Formola 1 tal-EASA) għall-magni, għall-iskrejjen jew għall-partijiet li tkun spezzjonat skont is-Subparti R ta’ dan l-Anness.

(b) 

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinkludi fiż-żamma ta’ rekords:

1. 

l-evalwazzjoni u n-notifika lill-Aġenzija ta’ kwalunkwe mezz alternattiv ta’ konformità propost mill-organizzazzjonijiet u l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe mezz alternattiv ta’ konformità użat mill-awtorità kompetenti nnifisha;

2. 

informazzjoni dwar is-sikurezza f’konformità mal-punt 21L.B.13 u l-miżuri ta’ segwitu;

3. 

l-użu ta’ dispożizzjonijiet ta’ salvagwardja u flessibbiltà f’konformità mal-Artikoli 71(1) u 76(4) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha żżomm lista taċ-ċertifikati kollha li tkun ħarġet u kwalunkwe dikjarazzjoni li tkun irreġistrat.

(d) 

Ir-rekords kollha msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ ħames snin, soġġett għal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

(e) 

Ir-rekords kollha msemmija fil-punti (a), (b) u (c), fuq talba, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew tal-Aġenzija.

21L.B.21    Sejbiet u osservazzjonijiet

(a) 

Meta l-awtorità kompetenti, matul l-investigazzjoni jew is-sorveljanza jew bi kwalunkwe mezz ieħor, tidentifika nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, ta’ proċedura jew ta’ manwal meħtieġ skont dawk ir-Regolamenti, jew ta’ ċertifikat jew dikjarazzjoni maħruġa f’konformità ma’ dawk ir-Regolamenti, din għandha, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni addizzjonali meħtieġa skont dawk ir-Regolamenti, tikkomunika sejba.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema sabiex tanalizza s-sejbiet fir-rigward tas-sinifikat tas-sikurezza tagħhom.

Sejba tal-livell 1 għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti meta jinstab kwalunkwe nuqqas sinifikanti ta’ konformità li jnaqqas is-sikurezza jew li jipperikola serjament is-sikurezza tat-titjira, jew fil-każ ta’ organizzazzjonijiet tad-disinn tista’ twassal għal nuqqas ta’ konformità mhux ikkontrollat u għal kundizzjoni mhux sikura potenzjali skont il-punt 21L.B.23; is-sejbiet tal-livell 1 għandhom jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

1. 

kwalunkwe nuqqas milli l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-faċilitajiet tal-organizzazzjoni jew tal-persuna fiżika jew ġuridika kif definit fil-punt 21L.A.10 matul il-ħinijiet normali tax-xogħol u wara żewġ talbiet bil-miktub;

2. 

l-għoti ta’ informazzjoni ħażina jew falsifikazzjoni ta’ evidenza dokumentarja;

3. 

kwalunkwe evidenza ta’ prassi ħażina jew ta’ użu frawdolenti ta’ ċertifikat, dikjarazzjoni jew stqarrija maħruġa f’konformità ma’ dan l-Anness;

4. 

in-nuqqas ta’ maniġer responsabbli jew ta’ kap tal-organizzazzjoni tad-disinn, kif applikabbli.

Sejba tal-livell 2 għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, ta’ proċedura jew manwal meħtieġ skont dawk ir-Regolamenti, jew ta’ dikjarazzjoni maħruġa f’konformità ma’ dawk ir-Regolamenti, li ma tiġix ikklassifikata bħala sejba tal-livell 1.

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika s-sejba lill-organizzazzjoni jew lill-persuna fiżika jew ġuridika bil-miktub, u għandha titlob azzjoni korrettiva sabiex tindirizza n-nuqqas(ijiet) ta’ konformità identifikat(i).

(d) 

Jekk ikun hemm xi sejba tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata u xierqa f’konformità mal-punt 21L.B.22, sakemm is-sejba ma tkunx fuq organizzazzjoni tad-disinn li tkun iddikjarat il-kapaċitajiet potenzjali tad-disinn tagħha, u f’dak il-każ l-Aġenzija għandha l-ewwel tagħti lill-organizzazzjoni perjodu ta’ implimentazzjoni għal azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tas-sejba, li fi kwalunkwe każ ma għandux ikun iktar minn 21 jum tax-xogħol. Dan il-perjodu għandu jibda mid-data tal-komunikazzjoni bil-miktub dwar is-sejba lill-organizzazzjoni, li titlob azzjoni korrettiva sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ konformità identifikat. Jekk is-sejba tal-livell 1 tkun relatata direttament ma’ inġenju tal-ajru, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun irreġistrat l-inġenju tal-ajru.

(e) 

Għal sejbiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha tagħti lill-organizzazzjoni jew lill-persuna fiżika jew ġuridika perjodu ta’ implimentazzjoni għal azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tas-sejba. Il-perjodu għandu jibda mid-data tal-komunikazzjoni bil-miktub dwar is-sejba lill-organizzazzjoni jew lill-persuna fiżika jew ġuridika, li titlob azzjoni korrettiva sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ konformità identifikat. Fi tmiem dan il-perjodu, u soġġett għan-natura tas-sejba, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu, diment li jkun intlaħaq qbil dwar pjan ta’ azzjoni korrettiva mill-awtorità kompetenti.

L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-azzjoni korrettiva u l-pjan ta’ implimentazzjoni propost mill-organizzazzjoni jew mill-persuna fiżika jew ġuridika, u jekk il-valutazzjoni tikkonkludi li huma biżżejjed sabiex jindirizzaw in-nuqqas(ijiet) ta’ konformità, taċċettahom.

Jekk l-organizzazzjoni jew il-persuna fiżika jew ġuridika tonqos milli tressaq pjan ta’ azzjoni korrettiva aċċettabbli, jew milli twettaq l-azzjoni korrettiva fil-perjodu ta’ żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, is-sejba għandha tiġi avvanzata għal sejba tal-livell 1 u għandha tittieħed azzjoni kif stipulat fil-punt (d).

(f) 

L-awtorità kompetenti tista’ toħroġ osservazzjonijiet għal dawk il-każijiet li ma jeħtiġux sejbiet tal-livell 1 jew tal-livell 2:

1. 

għal kwalunkwe oġġett li l-prestazzjoni tiegħu tkun ġiet ivvalutata bħala ineffettiva;

2. 

meta jkun ġie identifikat li oġġett ikollu l-potenzjal li jikkawża nuqqas ta’ konformità; jew

3. 

meta s-suġġerimenti jew it-titjib ikunu ta’ interess għall-prestazzjoni kumplessiva tas-sikurezza tal-organizzazzjoni.

L-osservazzjonijiet maħruġa skont dan il-punt għandhom jiġu kkomunikati lill-organizzazzjoni jew lill-persuna fiżika jew ġuridika bil-miktub u għandhom jiġu rreġistrati mill-awtorità kompetenti.

21L.B.22    Miżuri ta’ infurzar

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha:

1. 

tissospendi ċertifikat jekk l-awtorità kompetenti tqis li jkun hemm raġunijiet raġonevoli li din l-azzjoni tkun meħtieġa sabiex tiġi evitata theddida kredibbli għas-sikurezza tal-inġenji tal-ajru;

2. 

toħroġ direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà skont il-kundizzjonijiet tal-punt 21L.B.23;

3. 

tissospendi, tirrevoka jew tillimita ċertifikat jekk din l-azzjoni tkun meħtieġa skont il-punt (d) tal-punt 21L.B.21;

4. 

tissospendi jew tirrevoka ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (b) tal-punt 21L.B.163;

5. 

tissospendi jew tirrevoka ċertifikat tal-istorbju jew ċertifikat tal-istorbju ristrett meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (b) tal-punt 21L.B.173;

6. 

tieħu azzjoni immedjata u xierqa meħtieġa sabiex tillimita jew tipprojbixxi l-attivitajiet ta’ organizzazzjoni jew ta’ persuna fiżika jew ġuridika jekk l-awtorità kompetenti tqis li hemm raġunijiet raġonevoli li din l-azzjoni hija meħtieġa sabiex tiġi evitata theddida kredibbli għas-sikurezza tal-inġenji tal-ajru;

7. 

tillimita jew tipprojbixxi l-attivitajiet ta’ organizzazzjoni jew ta’ persuna fiżika jew ġuridika li tkun iddikjarat il-kapaċitajiet potenzjali tagħha li tiddisinnja jew li tipproduċi prodotti jew partijiet f’konformità mat-Taqsima A jew li toħroġ stqarrijiet ta’ konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikati ta’ rilaxx awtorizzati (il-Formola 1 tal-EASA) f’konformità mas-Subparti R tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness skont il-punt (d) tal-punt 21L.B.21;

8. 

ma tirreġistrax dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn sakemm ikun hemm sejbiet mhux solvuti mill-investigazzjoni ta’ sorveljanza inizjali;

9. 

tneħħi b’mod temporanju jew permanenti mir-reġistru dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn jew dikjarazzjoni ta’ kapaċità potenzjali skont il-punt (d) tal-punt 21L.B.21;

10. 

tieħu kwalunkwe miżura oħra ta’ infurzar meħtieġa sabiex tiżgura t-terminazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 u ma’ dan l-Anness, u, fejn meħtieġ, tirrimedja l-konsegwenzi ta’ dan.

(b) 

Malli tieħu miżura ta’ infurzar f’konformità mal-punt (a), l-awtorità kompetenti għandha tinnotifikaha lid-destinatarju, tiddikjara r-raġunijiet għaliha, u tinforma lid-destinatarju bid-dritt tiegħu għal appell.

21L.B.23    Direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà

(a) 

Direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà tfisser dokument maħruġ jew adottat mill-Aġenzija li jordna azzjonijiet li għandhom jitwettqu fuq inġenju tal-ajru sabiex dan jerġa’ lura għal livell aċċettabbli ta’ sikurezza meta l-evidenza turi li l-livell ta’ sikurezza ta’ dan l-inġenju tal-ajru tkun tista’ tiġi kompromessa b’xi mod ieħor.

(b) 

L-Aġenzija għandha toħroġ direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà meta:

1. 

ikun ġie ddeterminat mill-Aġenzija li teżisti kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza f’inġenju tal-ajru bħala riżultat ta’ defiċjenza fl-inġenju tal-ajru, jew f’magna, fi skrun jew f’parti installata fuq dan l-inġenju tal-ajru; u

2. 

dik il-kundizzjoni aktarx li teżisti jew tiżviluppa f’inġenji tal-ajru oħrajn.

(c) 

Direttiva dwar l-airworthiness għandu jkun fiha mill-anqas informazzjoni li tidentifika:

1. 

il-kundizzjoni mhux sikura;

2. 

l-inġenju tal-ajru affettwat;

3. 

l-azzjoni(jiet) meħtieġa;

4. 

iż-żmien ta’ konformità għall-azzjoni(jiet) meħtieġa;

5. 

id-data tad-dħul fis-seħħ.

21L.B.24    Mezzi ta’ konformità

(a) 

L-Aġenzija għandha tiżviluppa mezzi ta’ konformità aċċettabbli (“AMC”) li jistgħu jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

(b) 

Jistgħu jintużaw mezzi alternattivi ta’ konformità sabiex tiġi stabbilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

(c) 

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-Aġenzija dwar kwalunkwe mezz alternattiv ta’ konformità użat mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi taħt is-sorveljanza tagħhom għall-istabbiliment tal-konformità ma’ dan ir-Regolament.

▼M12

SUBPARTI B —   ĊERTIFIKATI TAT-TIP

21L.B.41    Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni

L-Aġenzija, f’konformità mal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, għandha toħroġ speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħrajn, inklużi speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-ajrunavigabbiltà, u l-kompatibbiltà ambjentali li l-awtoritajiet kompetenti, l-organizzazzjonijiet u l-persunal ikunu jistgħu jużaw sabiex juru l-konformità ta’ prodotti u ta’ partijiet mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Annessi II, IV u V ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll ma’ dawk għall-protezzjoni ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9(2) u fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu dettaljati u speċifiċi biżżejjed sabiex lill-applikanti juruhom il-kundizzjonijiet li skonthom jinħarġu, jiġu emendati jew jiġu ssupplimentati ċ-ċertifikati.

21L.B.42    Investigazzjoni inizjali

(a) 

Malli tirċievi applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip skont dan l-Anness, l-Aġenzija għandha tivverifika jekk il-prodott ikunx fil-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit fil-punt 21L.A.21 u jekk l-applikant ikunx eliġibbli f’konformità mal-punt 21L.A.22 sabiex japplika għal ċertifikat tat-tip għall-prodott.

(b) 

Meta ma jkunux issodisfati l-kundizzjonijiet tal-punt (a), l-Aġenzija għandha tirrifjuta l-applikazzjoni.

21L.B.43    Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għal ċertifikat tat-tip

(a) 

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u tinnotifikaha lill-applikant. Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għandha tkun magħmula minn dawn:

1. 

l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-ajrunavigabbiltà deżinjati mill-Aġenzija minn fost dawk applikabbli għall-prodott fid-data tal-applikazzjoni għal dak iċ-ċertifikat, ħlief jekk:

(i) 

l-applikant jagħżel li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li saru applikabbli wara d-data tal-applikazzjoni; jekk applikant jagħżel li jikkonforma ma’ speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni li saret applikabbli wara d-data tal-applikazzjoni, l-Aġenzija għandha tinkludi, fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, kull speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra relatata b’mod dirett; jew

(ii) 

l-Aġenzija taċċetta kwalunkwe alternattiva għal speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni deżinjata li ma jistax ikun hemm konformità magħha, u li għaliha nstabu fatturi kompensatorji li jipprovdu livell ekwivalenti tas-sikurezza; jew

(iii) 

l-Aġenzija taċċetta jew tippreskrivi mezzi oħrajn sabiex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139;

2. 

kwalunkwe kundizzjoni speċjali stipulata mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.44(a).

(b) 

L-Aġenzija tista’ temenda l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip fi kwalunkwe punt qabel il-ħruġ taċ-ċertifikat tat-tip jekk tkun iddeterminat dik l-esperjenza minn prodotti simili oħrajn fis-servizz, jew minn prodotti li għandhom karatteristiċi tad-disinn simili, tkun uriet li jistgħu jiżviluppaw kundizzjonijiet mhux sikuri, u l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip li ġiet stabbilita u nnotifikata lill-applikant ma tindirizzax din il-kundizzjoni mhux sikura.

21L.B.44    Kundizzjonijiet speċjali

(a) 

L-Aġenzija għandha tistipula speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati speċjali, imsejħin “kundizzjonijiet speċjali”, għal prodott, jekk l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni relatati ma jkunx fihom standards tas-sikurezza adegwati jew xierqa għall-prodott għaliex:

1. 

il-prodott ikollu karatteristiċi tad-disinn ġodda jew mhux tas-soltu b’rabta mal-prattiki tad-disinn li fuqhom ikunu msejsin l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;

2. 

l-użu maħsub tal-prodott ma jkunx wieħed konvenzjonali; jew

3. 

l-esperjenza minn prodotti simili oħrajn fis-servizz, jew minn prodotti li jkollhom karatterisitiċi tad-disinn simili jew perikli ġodda identifikati, tkun uriet li jistgħu jiżviluppaw xi kundizzjonijiet mhux sikuri.

(b) 

Il-kundizzjonijiet speċjali jinkludu dawk l-istandards tas-sikurezza li l-Aġenzija jidhrilha li huma neċessarji sabiex tistabbilixxi livell tas-sikurezza ekwivalenti għal dak fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli.

21L.B.45    Deżinjazzjoni tar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli għal ċertifikat tat-tip

L-Aġenzija għandha tiddeżinja u tinnotifika lill-applikant għal ċertifikat tat-tip għal inġenju tal-ajru jew għal magna, ir-rekwiżiti ambjentali applikabbli f’konformità mal-punt 21.B.85 tal-Anness I (il-Parti 21).

21L.B.46    Investigazzjoni

Malli tirċievi applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip skont dan l-Anness, l-Aġenzija għandha:

(a) 

twettaq rieżami tal-pjan inizjali ta’ dimostrazzjoni tal-konformità u kwalunkwe aġġornament sussegwenti pprovdut mill-applikant sabiex tistabbilixxi l-kompletezza tal-pjan u l-adegwatezza tal-mezzi u tal-metodi proposti sabiex tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip stabbilita f’konformità mal-punt 21L.B.43 u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali ddeżinjati f’konformità mal-punt 21L.B.45; jekk il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità ma jkunx komplut jew il-mezzi u l-metodi ma jkunux adattati sabiex tinkiseb dimostrazzjoni tal-konformità, l-Aġenzija għandha tinforma lill-applikant u titlob emenda tiegħu;

(b) 

meta tkun sodisfatta li l-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità pprovdut ikun xieraq sabiex l-applikant ikun jista’ juri l-konformità, tapprova l-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità u kwalunkwe aġġornament sussegwenti tal-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità;

(c) 

wara li tirċievi d-dikjarazzjoni tal-konformità f’konformità mal-punt (f) tal-punt 21L.A.25, twettaq spezzjoni fiżika u valutazzjoni tal-ewwel oġġett ta’ dak il-prodott fil-konfigurazzjoni finali, filwaqt li tqis ir-rieżami tad-disinn kritiku mwettaq f’konformità mal-punt (a) tal-punt 21L.B.242, sabiex tiġi vverifikata l-konformità tal-prodott mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali; l-Aġenzija għandha tivverifika l-konformità tal-prodott, filwaqt li tqis il-probabbiltà ta’ nuqqas ta’ konformità mhux identifikat mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, u l-impatt potenzjali ta’ dak in-nuqqas ta’ konformità fuq is-sikurezza jew fuq il-kompatibbiltà ambjentali tal-prodott;

(d) 

jekk matul l-istabbiliment tal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, id-deżinjazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali jew matul ir-rieżami tal-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità, l-Aġenzija tiddetermina li d-disinn tal-prodott fih kwalunkwe element li għalih nuqqas ta’ konformità mhux identifikat mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali jista’ jkollu impatt avvers fuq is-sikurezza jew fuq il-kompatibbiltà ambjentali tal-prodott, l-Aġenzija għandha tiddetermina liema investigazzjonijiet huma neċessarji minbarra dawk deskritti fil-punt (c) sabiex tivverifika d-dimostrazzjoni tal-konformità; l-Aġenzija għandha tinnotifika lill-applikant dwar kwalunkwe investigazzjoni addizzjonali u liema elementi tad-disinn ikunu soġġetti għal dawk l-investigazzjonijiet.

21L.B.47    Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip

(a) 

L-Aġenzija għandha toħroġ mingħajr dewmien żejjed ċertifikat tat-tip ta’ inġenju tal-ajru, ta’ magna jew ta’ skrun, dment li:

1. 

l-applikant ikun ikkonforma mal-punt 21L.A.27;

2. 

l-Aġenzija, permezz tal-investigazzjoni mwettqa skont il-punt 21L.B.46, ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta’ konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali;

3. 

ma jkun hemm l-ebda kwistjoni mhux solvuta mill-investigazzjoni mwettqa skont il-punt (c) tal-punt 21L.B.46 ta’ dak il-prodott fil-konfigurazzjoni finali;

4. 

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista’ tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott jew tagħmlu ambjentalment inkompatibbli għall-użi li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b) 

Iċ-ċertifikat tat-tip għandu jinkludi:

1. 

id-disinn tat-tip;

2. 

il-limitazzjonijiet operattivi;

3. 

l-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa;

4. 

l-iskeda tad-data taċ-ċertifikat tat-tip għall-ajrunavigabbiltà u, jekk applikabbli, ir-rekord tal-konformità tal-emissjonijiet tal-egżost tal-magna;

5. 

il-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u r-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali li magħhom l-Aġenzija tirreġistra l-konformità;

6. 

jekk applikabbli, l-iskeda tad-data taċ-ċertifikat tat-tip għall-ħoss; u

7. 

kwalunkwe kundizzjoni jew limitazzjoni oħra stipulata għall-prodott fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli u r-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali.

21L.B.48    Sorveljanza tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodotti li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tat-tip

Jekk l-Aġenzija, permezz tas-sorveljanza kontinwa tal-ajrunavigabbiltà tagħha, inkluż permezz ta’ rapporti li tirċievi f’konformità mal-punt 21L.A.3, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, tinduna b’nuqqas ta’ konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, l-Aġenzija għandha tqajjem konstatazzjoni f’konformità mal-punt 21L.B.21, jew toħroġ direttiva tal-ajrunavigabbiltà skont il-kundizzjonijiet tal-punt 21L.B.23.

21L.B.49    Trasferiment ta’ ċertifikat tat-tip

(a) 

Meta l-Aġenzija tirċievi applikazzjoni għall-verifika ta’ jekk ċertifikat tat-tip jistax jiġi ttrasferit mid-detentur tagħha f’konformità mal-punt 21L.A.29 jew meta l-Aġenzija tqis talba għall-adozzjoni ta’ ċertifikat tat-tip f’konformità mal-punt 21L.A.29, l-Aġenzija għandha tivverifika filwaqt li tikkorrispondi għall-punti 21L.B.42 u 21L.B.46 jekk ir-riċevitur tat-trasferiment ikunx eliġibbli sabiex ikun detentur taċ-ċertifikat tat-tip f’konformità mal-punt 21L.A.22 u li jkun jista’ jwettaq l-obbligi ta’ detentur taċ-ċertifikat tat-tip skont il-punt 21L.A.28.

(b) 

Meta l-Aġenzija tikkonkludi li l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt (a) huma ssodisfati mir-riċevitur tat-trasferiment, hija għandha tinforma lid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew lill-persuna fiżika jew ġuridika li titlob li tadotta ċertifikat tat-tip li trasferiment taċ-ċertifikat tat-tip lil dik il-persuna fiżika jew ġuridika huwa aċċettat mill-Aġenzija.

SUBPARTI C —   DIKJARAZZJONIJIET TAL-KONFORMITÀ TAD-DISINN

21L.B.61    Speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati u rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali għad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tad-disinn tal-prodott

(a) 

L-Aġenzija, f’konformità mal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, għandha tistabbilixxi u tagħmel disponibbli l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi jistgħu jużaw sabiex juru l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament meta jiddikjaraw il-konformità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru f’konformità mas-Subparti C tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness.

(b) 

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati msemmijin fil-punt (a) għandhom jipprovdu standards tad-disinn li jirriflettu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u l-aħjar prattiki tad-disinn, u li jibnu fuq l-aħjar esperjenza disponibbli u l-progress xjentifiku u tekniku, u fuq l-aħjar evidenza u analiżi disponibbli tad-disinn tal-inġenji tal-ajru, għal inġenji tal-ajru li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit fil-punt 21L.A.41. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati jistgħu jinkludu jew jirreferu għal:

1. 

l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21.B.70 tal-Anness I (il-Parti 21) għall-ajrunavigabbiltà tad-disinn tal-inġenju tal-ajru;

2. 

il-kundizzjonijiet speċjali li ġew stipulati mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21.B.75 tal-Anness I (il-Parti 21) jew il-punt 21L.B.44 għal inġenji tal-ajru oħrajn u li huma ta’ natura ġenerali;

3. 

l-istandards tekniċi dettaljati żviluppati mill-istandardizzazzjoni u minn korpi oħrajn tal-industrija.

(c) 

Għall-finijiet li tiġi żgurata l-kompatibbiltà ambjentali tad-disinn, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tagħmel disponibbli r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li għandhom jintużaw bħala l-bażi għad-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn, li għandha tinkludi:

1. 

ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għall-kategoriji ta’ prodotti rilevanti kif jinsabu fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, il-Volumi I sa III, f’livell ta’ emenda msemmi fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139; għal dan l-għan, ir-referenzi għal dawn:

(i) 

id-data tal-applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip li jinsab f’dawk il-volumi għandha tinftiehem bħala referenzi għad-data li fiha d-dikjarant jagħmel id-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn; u

(ii) 

ir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni li jinsabu f’dawk il-volumi għandhom jinftiehmu bħala rekwiżiti għad-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn.

2. 

[riżervat]

21L.B.62    Investigazzjoni ta’ sorveljanza inizjali

(a) 

Malli tirċievi dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn, l-Aġenzija għandha tivverifika li l-inġenju tal-ajru jkun fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tas-Subparti C tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness u li d-dikjarazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha speċifikata fil-punt 21L.A.43. L-Aġenzija għandha tirrikonoxxi l-wasla tad-dikjarazzjoni, inkluża l-assenjazzjoni ta’ numru ta’ referenza individwali tad-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn lid-dikjarant għal dik il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru.

(b) 

L-Aġenzija għandha twettaq spezzjoni fiżika u valutazzjoni tal-ewwel oġġett ta’ dak l-inġenju tal-ajru fil-konfigurazzjoni finali, filwaqt li tqis ir-rieżami tas-sikurezza mwettaq f’konformità mal-punt (a)(2) tal-punt 21L.B.242. Jekk l-Aġenzija ssib evidenza, fid-dikjarazzjoni jew permezz tal-ispezzjoni fiżika u permezz tal-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-ewwel sentenza, li tindika li l-inġenju tal-ajru jaf ma jkunx kapaċi jwettaq titjira sikura jew jista’ jkun ambjentalment inkompatibbli matul l-operazzjonijiet fis-servizz, l-Aġenzija għandha tqajjem konstatazzjoni f’konformità mal-punt 21L.B.21.

21L.B.63    Reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn

L-Aġenzija għandha tirreġistra dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għal inġenju tal-ajru dment li:

(a) 

id-dikjarant ikun iddikjara l-konformità f’konformità mal-punt (a) tal-punt 21L.A.43;

(b) 

id-dikjarant ikun ipprovda lill-Aġenzija d-dokumenti meħtieġa f’konformità mal-punt (c) tal-punt 21L.A.43;

(c) 

id-dikjarant ikun impenja ruħu li se jitwettqu l-obbligi f’konformità mal-punt 21L.A.47;

(d) 

ma jkun hemm l-ebda konstatazzjoni mhux solvuta mill-ispezzjoni fiżika u mill-valutazzjoni tal-ewwel oġġett tal-inġenju tal-ajru fil-konfigurazzjoni finali mwettqa f’konformità mal-punt (b) tal-punt 21L.B.62.

21L.B.64    Sorveljanza tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenji tal-ajru li għalihom ġiet iddikjarata konformità tad-disinn

Jekk l-Aġenzija, permezz tas-sorveljanza kontinwa tal-ajrunavigabbiltà tagħha, inkluż permezz ta’ rapporti li tirċievi f’konformità mal-punt 21L.A.3, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, tinduna b’nuqqas ta’ konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, l-Aġenzija għandha tqajjem konstatazzjoni f’konformità mal-punt 21L.B.21, jew toħroġ direttiva tal-ajrunavigabbiltà skont il-kundizzjonijiet tal-punt 21L.B.23.

SUBPARTI D —   BIDLIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP

21L.B.81    Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli għal bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip

(a) 

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għal bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip u tinnotifikaha lill-applikant.

(b) 

Għal bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip u fiż-żoni affettwati mill-bidla, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għandha tikkonsisti fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni inkorporati b’referenza fiċ-ċertifikat tat-tip, ħlief jekk:

1. 

l-Aġenzija ssib li l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni imsemmijin fiċ-ċertifikat tat-tip ma jipprovdux standards adegwati fir-rigward tal-bidla proposta, u għalhekk il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla għandhom jikkonformaw ukoll ma’ kull kundizzjoni speċjali oħra, u mal-emendi għal dawk il-kundizzjonijiet speċjali, stabbiliti mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.44, sabiex jinkiseb livell ta’ sikurezza ekwivalenti għal dak stabbilit mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli fid-data tal-applikazzjoni għall-bidla;

2. 

applikant jagħżel li jikkonforma ma’ speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni stabbilita f’emenda li tkun applikabbli fid-data tal-applikazzjoni għall-bidla.

(c) 

L-Aġenzija għandha tiddeżinja r-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali għall-bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip f’konformità mal-punt 21.B.85 tal-Anness I (il-Parti 21) u tinnotifikahom lill-applikant.

21L.B.82    Investigazzjoni u ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ bidla minuri f’ċertifikat tat-tip

(a) 

Malli tirċievi applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ bidla minuri f’ċertifikat tat-tip skont dan l-Anness, l-Aġenzija għandha tapprova l-bidla minuri meta:

1. 

l-applikant ikun ipprovda d-data u l-ġustifikazzjonijiet ta’ sostanzjar, u jkun wera u ddikjara l-konformità tal-bidla mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, jew mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni magħżulin f’konformità mal-punt 21L.A.67;

2. 

l-Aġenzija, permezz tal-verifika tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità, filwaqt li tqis il-karatteristiċi tad-disinn, il-kumplessità u l-kritikalità ġenerali tad-disinn jew tat-teknoloġija, kif ukoll l-esperjenza preċedenti tal-attivitajiet tad-disinn mal-applikant, ma tkunx sabet:

(i) 

xi nuqqas ta’ konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, jew mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni magħżulin;

(ii) 

xi partikolarità jew karatteristika tal-bidla li tista’ tagħmel il-prodott mibdul mhux sikur jew ambjentalment inkompatibbli għall-użi li għalihom tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b) 

Approvazzjoni ta’ bidla minuri f’ċertifikat tat-tip għandha tkun limitata għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li miegħu għandha x’taqsam il-bidla.

21L.B.83    Investigazzjoni ta’ bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip

Malli tirċievi applikazzjoni għal bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip skont dan l-Anness, l-Aġenzija għandha:

(a) 

twettaq rieżami tal-pjan inizjali ta’ dimostrazzjoni tal-konformità u kwalunkwe aġġornament sussegwenti pprovdut mill-applikant sabiex tistabbilixxi l-kompletezza tal-pjan u l-adegwatezza tal-mezzi u tal-metodi proposti sabiex tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali stabbiliti u ddeżinjati f’konformità mal-punt 21L.B.81; jekk il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità ma jkunx komplut jew il-mezzi u l-metodi ma jkunux adattati sabiex tinkiseb dimostrazzjoni tal-konformità, l-Aġenzija għandha tinforma lill-applikant u titlob emenda tiegħu;

(b) 

meta tkun sodisfatta li l-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità pprovdut ikun xieraq sabiex l-applikant ikun jista’ juri l-konformità, tapprova l-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità u tapprova wkoll kwalunkwe aġġornament sussegwenti tal-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità;

(c) 

tiddetermina l-probabbiltà ta’ nuqqas ta’ konformità mhux identifikat tal-bidla maġġuri mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, u l-impatt potenzjali ta’ dak in-nuqqas ta’ konformità fuq is-sikurezza jew fuq il-kompatibbiltà ambjentali tal-prodott, u tiddetermina fuq dik il-bażi jekk humiex neċessarji spezzjoni fiżika u valutazzjoni tal-ewwel oġġett ta’ dak il-prodott fil-konfigurazzjoni mibdula finali sabiex tiġi vverifikata l-konformità tal-prodott mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, b’kont meħud tar-rieżami kritiku tad-disinn jekk jitwettaq f’konformità mal-punt (a)(3) tal-punt 21L.B.242; l-Aġenzija għandha tinnotifika lill-applikant qabel ma twettaq din l-ispezzjoni u l-valutazzjoni;

(d) 

jekk matul l-istabbiliment tal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, id-deżinjazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali jew matul ir-rieżami tal-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità, l-Aġenzija tiddetermina li d-disinn tal-bidla maġġuri fih kwalunkwe element li għalih nuqqas ta’ konformità mhux identifikat mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali jista’ jkollu impatt avvers fuq is-sikurezza jew fuq il-kompatibbiltà ambjentali tal-prodott mibdul, l-Aġenzija għandha tiddetermina liema investigazzjonijiet huma neċessarji minbarra dawk tal-punt (c) sabiex tivverifika d-dimostrazzjoni tal-konformità; l-Aġenzija għandha tinnotifika lill-applikant dwar dawk l-investigazzjonijiet addizzjonali u liema elementi tad-disinn ikunu soġġetti għal investigazzjoni.

21L.B.84    Ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip

(a) 

L-Aġenzija għandha tapprova l-bidla maġġuri meta:

1. 

l-applikant ikun wera li l-bidla u l-partijiet affettwati mill-bidla jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbiliti u ddeżinjati mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.81;

2. 

l-applikant ikun wera u ddikjara l-konformità f’konformità mal-punt (f) tal-punt 21L.A.66;

3. 

l-Aġenzija, permezz tal-verifika tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità, ma tkunx sabet:

(i) 

xi nuqqas ta’ konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali;

(ii) 

xi partikolarità jew karatteristika tal-bidla li tista’ tagħmel il-prodott mibdul mhux sikur jew ambjentalment inkompatibbli għall-użi li għalihom tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b) 

Approvazzjoni ta’ bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip għandha tkun limitata għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li miegħu għandha x’taqsam il-bidla.

21L.B.85    Sorveljanza tal-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ prodotti mibdulin li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tat-tip

Jekk l-Aġenzija, permezz tas-sorveljanza kontinwa tal-ajrunavigabbiltà tagħha, inkluż permezz ta’ rapporti li tirċievi f’konformità mal-punt 21L.A.3, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, tinduna b’nuqqas ta’ konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali ta’ prodott li għalih tkun ġiet approvata bidla fiċ-ċertifikat tat-tip, l-Aġenzija għandha tqajjem konstatazzjoni f’konformità mal-punt 21L.B.21, jew toħroġ direttiva tal-ajrunavigabbiltà skont il-kundizzjonijiet tal-punt 21L.B.23.

SUBPARTI E —   ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLEMENTARI

21L.B.101    Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali għal ċertifikat tat-tip supplementari

(a) 

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għal ċertifikat tat-tip supplementari u tinnotifikaha lill-applikant.

(b) 

Għal bidliet maġġuri f’ċertifikat tat-tip fil-forma ta’ ċertifikat tat-tip supplementari, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għall-oqsma affettwati mill-bidla għandha tkun dik li tkun inkorporata b’referenza fiċ-ċertifikat tat-tip, ħlief jekk:

1. 

l-Aġenzija ssib li l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni imsemmijin fiċ-ċertifikat tat-tip ma jipprovdux standards adegwati fir-rigward tal-bidla proposta, u għalhekk il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla għandhom jikkonformaw ukoll ma’ kull kundizzjoni speċjali oħra, u mal-emendi għal dawk il-kundizzjonijiet speċjali, stabbiliti mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.44, sabiex jinkiseb livell ta’ sikurezza ekwivalenti għal dak stabbilit mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli fid-data tal-applikazzjoni għall-bidla;

2. 

applikant jagħżel li jikkonforma ma’ speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni stabbilita f’emenda li tkun applikabbli fid-data tal-applikazzjoni għall-bidla.

(c) 

L-Aġenzija għandha tiddeżinja r-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip f’konformità mal-punt 21.A.85 tal-Anness I (il-Parti 21) u tinnotifikahom lill-applikant.

21L.B.102    Investigazzjoni

Malli tirċievi applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari skont dan l-Anness, l-Aġenzija għandha:

(a) 

twettaq rieżami tal-pjan inizjali ta’ dimostrazzjoni tal-konformità u kwalunkwe aġġornament sussegwenti pprovdut mill-applikant sabiex tistabbilixxi l-kompletezza tal-pjan u l-adegwatezza tal-mezzi u tal-metodi proposti sabiex tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali stabbiliti u ddeżinjati f’konformità mal-punt 21L.B.101; jekk il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità ma jkunx komplut jew il-mezzi u l-metodi ma jkunux adattati sabiex tinkiseb dimostrazzjoni tal-konformità, l-Aġenzija għandha tinforma lill-applikant u titlob emenda tiegħu;

(b) 

meta tkun sodisfatta li l-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità pprovdut ikun xieraq sabiex l-applikant ikun jista’ juri l-konformità, tapprova l-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità u kwalunkwe aġġornament sussegwenti tal-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità;

(c) 

tiddetermina l-probabbiltà ta’ nuqqas ta’ konformità mhux identifikat tal-bidla maġġuri mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, u l-impatt potenzjali ta’ dak in-nuqqas ta’ konformità fuq is-sikurezza jew fuq il-kompatibbiltà ambjentali tal-prodott, u tiddetermina fuq dik il-bażi jekk humiex neċessarji spezzjoni fiżika u valutazzjoni tal-ewwel oġġett ta’ dak il-prodott fil-konfigurazzjoni mibdula finali sabiex tiġi vverifikata l-konformità tal-prodott mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, b’kont meħud tar-rieżami kritiku tad-disinn jekk jitwettaq f’konformità mal-punt (a) tal-punt 21L.B.242; l-Aġenzija għandha tinnotifika lill-applikant qabel ma twettaq din l-ispezzjoni u l-valutazzjoni;

(d) 

jekk matul l-istabbiliment tal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, id-deżinjazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali jew matul ir-rieżami tal-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità, l-Aġenzija tiddetermina li l-bidla maġġuri tad-disinn fiha kwalunkwe element li għalih nuqqas ta’ konformità mhux identifikat mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali jista’ jkollu impatt avvers fuq is-sikurezza jew fuq il-kompatibbiltà ambjentali tal-prodott mibdul, l-Aġenzija għandha tiddetermina liema investigazzjonijiet huma neċessarji minbarra dawk tal-punt (c) sabiex tivverifika d-dimostrazzjoni tal-konformità; l-Aġenzija għandha tinnotifika lill-applikant dwar dawk l-investigazzjonijiet addizzjonali u liema elementi tad-disinn ikunu soġġetti għal din l-investigazzjoni.

21L.B.103    Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip supplementari

(a) 

Malli tirċievi applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari skont dan l-Anness, l-Aġenzija għandha toħroġ ċertifikat tat-tip supplementari meta:

1. 

l-applikant ikun wera li l-bidla u l-partijiet affettwati mill-bidla jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbiliti u ddeżinjati mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.101;

2. 

l-applikant ikun wera u ddikjara l-konformità f’konformità mal-punt (f) tal-punt 21L.A.85;

3. 

sid id-data taċ-ċertifikat tat-tip, jekk l-applikant ikun speċifika f’konformità mal-punt (b)(2) ta’ 21L.A.84 li d-data taċ-ċertifikazzjoni tkun ġiet ipprovduta fuq il-bażi ta’ arranġament ma’ sid id-data taċ-ċertifikat tat-tip:

(i) 

ma jkollu l-ebda oġġezzjoni teknika għall-informazzjoni sottomessa skont il-punt (a)(2) tal-punt 21L.B.103; u

(ii) 

ikun qabel li jikkollabora mad-detentur tal-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija sabiex iwettaq l-obbligi kollha għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott bid-disinn tat-tiswija permezz tal-konformità mal-punt 21L.A.88;

4. 

l-Aġenzija, permezz tal-verifika tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità, ma tkunx sabet:

(i) 

xi nuqqas ta’ konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali;

(ii) 

xi partikolarità jew karatteristika tal-bidla li tista’ tagħmel il-prodott mibdul mhux sikur jew ambjentalment inkompatibbli għall-użi li għalihom tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b) 

Ċertifikat tat-tip supplementari għandu jkun limitat għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li miegħu jkollha x’taqsam il-bidla maġġuri.

21L.B.104    Sorveljanza tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodotti li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tat-tip supplementari

Jekk l-Aġenzija, permezz tas-sorveljanza kontinwa tal-ajrunavigabbiltà tagħha, inkluż permezz ta’ rapporti li tirċievi f’konformità mal-punt 21L.A.3, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, tinduna b’nuqqas ta’ konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali ta’ prodott li għalih ikun inħareġ ċertifikat tat-tip supplementari, l-Aġenzija għandha tqajjem konstatazzjoni f’konformità mal-punt 21L.B.21, jew toħroġ direttiva tal-ajrunavigabbiltà skont il-kundizzjonijiet tal-punt 21L.B.23.

SUBPARTI F —   BIDLIET FL-INĠENJI TAL-AJRU LI GĦALIHOM ĠIET IDDIKJARATA L-KONFORMITÀ TAD-DISINN

21L.B.121    Investigazzjoni ta’ sorveljanza inizjali ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn ta’ bidla maġġuri fid-disinn ta’ inġenju tal-ajru li għalih ġiet iddikjarata konformità tad-disinn

(a) 

Malli tirċievi dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għal bidla maġġuri fid-disinn ta’ inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn, l-Aġenzija għandha tivverifika li l-bidla tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 21L.A.101 u li d-dikjarazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha speċifikata fil-punt 21L.A.107. L-Aġenzija għandha tirrikonoxxi l-wasla tad-dikjarazzjoni, inkluża l-assenjazzjoni ta’ numru ta’ referenza individwali tad-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn lid-dikjarant.

(b) 

L-Aġenzija għandha tivvaluta, fuq il-bażi tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità li jwassal għal disinn li ma jkunx kapaċi joffri titjira sikura jew li ma jkunx ambjentalment kompatibbli, jekk tkunx meħtieġa spezzjoni fiżika u valutazzjoni tal-prodott mibdul, u sussegwentement tinforma lid-dikjarant jekk dak ikun il-każ. Din il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis:

1. 

il-kumplessità tal-bidla maġġuri u l-effett ġenerali fuq l-istrutturi, fuq il-karatteristiċi tat-titjira u fuq is-sistemi tal-inġenji tal-ajru;

2. 

esperjenza preċedenti fi spezzjonijiet fiżiċi ta’ inġenji tal-ajru u ta’ bidliet maġġuri li ġew iddisinjati mid-dikjarant;

3. 

it-tweġiba mid-dikjarant għal kwalunkwe konstatazzjoni preċedenti li tkun tqajmet għal nuqqasijiet ta’ konformità għall-inġenju tal-ajru speċifiku jew għal inġenju tal-ajru simili ddisinjat mid-dikjarant li kien ukoll soġġett għal dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn.

(c) 

Jekk l-Aġenzija ssib evidenza, fid-dikjarazzjoni, jew permezz tal-ispezzjoni fiżika u permezz tal-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-punt (b) tal-punt 21L.B.121, li tindika li l-inġenju tal-ajru mibdul jaf ma jkunx kapaċi jwettaq titjira sikura jew jista’ jkun ambjentalment inkompatibbli matul l-operazzjonijiet fis-servizz, l-Aġenzija għandha tqajjem konstatazzjoni f’konformità mal-punt 21L.B.21.

21L.B.122    Reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għal bidla maġġuri fid-disinn ta’ inġenju tal-ajru

(a) 

L-Aġenzija għandha tirreġistra dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għal bidla maġġuri fid-disinn ta’ inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn, dment li:

1. 

id-dikjarant ikun iddikjara l-konformità f’konformità mal-punt (a) tal-punt 21L.A.107;

2. 

id-dikjarant ikun ipprovda lill-Aġenzija d-dokumenti meħtieġa f’konformità mal-punt (d) tal-punt 21L.A.107;

3. 

id-dikjarant ikun impenja ruħu li l-obbligi f’konformità mal-punt 21L.A.47 se jitwettqu wkoll fir-rigward tad-disinn mibdul tal-inġenju tal-ajru;

4. 

ma hemm l-ebda kwistjoni mhux solvuta mill-ispezzjoni fiżika, jekk titwettaq f’konformità mal-punt (b) tal-punt 21L.B.121.

(b) 

L-Aġenzija għandha tirreġistra biss dikjarazzjoni ta’ bidla maġġuri fid-disinn ta’ inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn jekk din tkun limitata għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fid-dikjarazzjoni rreġistrata tal-konformità tad-disinn li magħha tkun relatata l-bidla.

21L.B.123    Sorveljanza tal-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ inġenju tal-ajru mibdul li għalih ġiet iddikjarata konformità tad-disinn

Jekk l-Aġenzija, permezz tas-sorveljanza kontinwa tal-ajrunavigabbiltà tagħha, inkluż permezz ta’ rapporti li tirċievi f’konformità mal-punt 21L.A.3, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, tinduna b’nuqqas ta’ konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali ta’ bidla li għaliha tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn, l-Aġenzija għandha taġixxi f’konformità mal-punt 21L.B.64.

▼M13

SUBPARTI G —   ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUZZJONI DDIKJARATI

21L.B.141    Investigazzjoni ta’ sorveljanza inizjali

(a) 

Malli tirċievi dikjarazzjoni minn organizzazzjoni li tiddikjara l-kapaċità potenzjali tal-produzzjoni tagħha, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li:

1. 

id-dikjarant huwa eliġibbli jiddikjara l-kapaċità potenzjali tal-produzzjoni tiegħu f’konformità mal-punt 21L.A.122;

2. 

id-dikjarazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha speċifikata fil-punt (c) tal-punt 21L.A.123; u

3. 

id-dikjarazzjoni ma fihiex informazzjoni li tindika nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tas-Subparti G tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha tirrikonoxxi l-wasla tad-dikjarazzjoni, inkluż l-assenjazzjoni ta’ numru ta’ referenza ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata individwali lid-dikjarant.

21L.B.142    Reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-kapaċità potenzjali tal-produzzjoni

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra d-dikjarazzjoni tal-kapaċità potenzjali tal-produzzjoni fuq bażi tad-data xierqa, inkluż l-ambitu ddikjarat tax-xogħol, diment li:

(a) 

id-dikjarant iddikjara l-kapaċità potenzjali tiegħu f’konformità mal-punt 21L.A.123;

(b) 

id-dikjarant impenja ruħu li se jitwettqu l-obbligi f’konformità mal-punt 21L.A.127;

(c) 

ma hemm l-ebda kwistjoni mhux solvuta f’konformità mal-punt 21L.B.141.

21L.B.143    Sorveljanza

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja l-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata sabiex tivverifika l-konformità kontinwa tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sikurezza kif stipulat fil-punti (c) u (d) tal-punt 21L.B.15.

(b) 

Is-sorveljanza għandha tinkludi spezzjoni skont l-ewwel artikolu ta’ kull inġenju tal-ajru, magna, skrun jew disinn ta’ parti ġdid(a) prodott(a) għall-ewwel darba u, kif iddeterminat mill-programm ta’ sorveljanza f’konformità mal-punt 21L.B.144, spezzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru, magni, skrejjen u partijiet li jiġu prodotti wara mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata.

21L.B.144    Programm ta’ sorveljanza

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta’ sorveljanza sabiex tiżgura l-konformità mal-punt 21L.B.143. Il-programm ta’ sorveljanza għandu jqis in-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati ta’ attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u/jew sorveljanza li saru fil-passat, u għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. F’kull ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza, dan għandu jinkludi:

1. 

valutazzjonijiet, verifiki u spezzjonijiet, inkluż, kif xieraq:

(i) 

il-valutazzjonijiet tas-sistemi ta’ ġestjoni u l-verifiki tal-proċessi;

(ii) 

il-verifiki tal-prodott ta’ kampjun rilevanti tal-prodotti u l-partijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-organizzazzjoni;

(iii) 

il-kampjunar tax-xogħol imwettaq; u

(iv) 

spezzjonijiet mingħajr avviż;

2. 

laqgħat bejn il-maniġer responsabbli u l-awtorità kompetenti sabiex jiġi żgurat li t-tnejn jibqgħu jiġu informati dwar kwalunkwe kwistjoni sinifikanti.

(b) 

Il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi rekords tad-dati meta jmisshom isiru l-valutazzjonijiet, il-verifiki, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat, u d-dati meta effettivament ikunu saru l-valutazzjonijiet, il-verifiki, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat.

(c) 

Għandu jiġi applikat ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza li ma jaqbiżx l-24 xahar.

(d) 

Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jiġi estiż sa 36 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li matul l-24 xahar ta’ qabel:

1. 

l-organizzazzjoni tkun uriet li tista’ tidentifika b’mod effettiv il-perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni u tiġġestixxi r-riskji assoċjati;

2. 

l-organizzazzjoni tkun uriet kontinwament konformità mal-punt 21L.A.128 u jkollha kontroll sħiħ fuq il-bidliet kollha fis-sistema ta’ ġestjoni għall-produzzjoni;

3. 

ma tkun inħarġet l-ebda sejba tal-livell 1;

4. 

l-azzjonijiet korrettivi kollha ġew implimentati fil-perjodu ta’ żmien li kien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti kif definit fil-punt 21L.B.21.

(e) 

Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jkompli jiġi estiż għal massimu ta’ 48 xahar jekk, minbarra l-kundizzjonijiet previsti fil-punt (d), l-organizzazzjoni tkun stabbiliet, u l-awtorità kompetenti tkun approvat, sistema kontinwa effettiva għar-rapportar lill-awtorità kompetenti dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u l-konformità regolatorja tal-organizzazzjoni nnifisha.

(f) 

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni tkun naqset.

(g) 

Mat-tlestija ta’ kull ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ rapport ta’ rakkomandazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imwettqa mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata abbażi tad-dikjarazzjoni tagħha tal-kapaċità potenzjali tal-produzzjoni, li jirrifletti r-riżultati tas-sorveljanza.

21L.B.145    Attivitajiet ta’ sorveljanza

(a) 

Meta l-awtorità kompetenti tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata f’konformità mal-punt 21L.B.143 u l-programm ta’ sorveljanza stabbilit f’konformità mal-punt 21L.B.144, din għandha:

1. 

tipprovdi lill-persunal responsabbli għas-sorveljanza bi gwida sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu;

2. 

twettaq valutazzjonijiet, verifiki, spezzjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, spezzjonijiet mingħajr avviż;

3. 

tiġbor l-evidenza meħtieġa f’każ li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri, inkluż il-miżuri previsti fil-punti 21L.B.21 u 21L.B.22;

4. 

tinforma lill-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata dwar ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza.

(b) 

Jekk il-faċilitajiet tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata jkunu jinsabu f’aktar minn Stat wieħed, l-awtorità kompetenti, identifikata fil-punt 21L.2, tista’ taqbel li l-kompiti ta’ sorveljanza jitwettqu mill-awtorità/awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i fejn ikunu jinsabu l-faċilitajiet l-oħrajn, jew mill-Aġenzija għal faċilitajiet li jinsabu fi Stat mhux Membru. Kwalunkwe organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata li tkun soġġetta għal ftehim bħal dan għandha tiġi informata dwar l-eżistenza u l-ambitu tiegħu.

(c) 

Għal kwalunkwe attività ta’ sorveljanza li titwettaq mill-awtorità kompetenti f’faċilitajiet li jinsabu fi Stat Membru għajr dak fejn l-organizzazzjoni jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru qabel ma twettaq kwalunkwe verifika jew spezzjoni fuq il-post tal-faċilitajiet.

(d) 

L-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni li titqies meħtieġa għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza.

(e) 

Jekk l-awtorità kompetenti ssib nuqqas ta’ konformità tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A u mal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sikurezza obbligatorji skont il-punti (c) u (d) tal-punt 21L.B.15, l-awtorità kompetenti għandha taġixxi f’konformità mal-punti 21L.B.21 u 21L.B.22.

21L.B.146    Bidliet fid-dikjarazzjonijiet

(a) 

Malli tirċievi notifika tal-bidliet f’konformità mal-punt 21L.A.128, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-kompletezza tan-notifika f’konformità mal-punt 21L.B.141.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-programm ta’ sorveljanza tagħha stabbilit skont il-punt 21L.B.144 u tinvestiga jekk huwiex meħtieġ li tiġi stabbilita kwalunkwe kundizzjoni li taħtha l-organizzazzjoni tista’ topera matul il-bidla.

(c) 

Meta l-bidla taffettwa kwalunkwe aspett tad-dikjarazzjoni li jkun irreġistrat f’konformità mal-punt 21L.B.142, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna r-reġistru.

(d) 

Mat-tlestija tal-attivitajiet meħtieġa mill-punti (a) sa (c), l-awtorità kompetenti għandha tirrikonoxxi l-wasla tan-notifika lill-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata.

SUBPARTI H — ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI RISTRETTI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

21L.B.161    Investigazzjoni

(a) 

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tħejji proċeduri għall-investigazzjonijiet tagħha, li jkunu jkopru mill-inqas l-elementi li ġejjin:

1. 

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikant;

2. 

l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni;

3. 

il-klassifikazzjoni taċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà;

4. 

l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li tasal mal-applikazzjoni;

5. 

l-ispezzjonijiet tal-inġenju tal-ajru;

6. 

id-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet, tar-restrizzjonijiet jew tal-limitazzjonijiet meħtieġa għaċ-ċertifikat.

(b) 

Malli tirċievi applikazzjoni għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew għal ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tivverifika jekk l-inġenju tal-ajru jaqax fl-ambitu stabbilit fil-punt 21L.A.141.

(c) 

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha twettaq biżżejjed attivitajiet ta’ investigazzjoni sabiex tiġġustifika l-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew taċ-ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà. Meta twettaq investigazzjonijiet relatati mal-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà għal inġenju tal-ajru li jkun għadu kemm ġie prodott, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tevalwa l-ħtieġa li titwettaq spezzjoni fiżika tal-inġenju tal-ajru sabiex jiġu żgurati l-konformità u s-sikurezza tat-titjira tal-inġenju tal-ajru qabel il-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà. Din l-evalwazzjoni għandha tqis:

1. 

ir-riżultati tal-ispezzjoni fiżika skont l-ewwel artikolu ta’ dak il-prodott fil-konfigurazzjoni finali, imwettqa f’konformità mal-punt (b) tal-punt 21L.B.143 jew mal-punt (b) tal-punt 21L.B.251 mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni, jew mill-awtorità kompetenti li tissorvelja l-organizzazzjoni jew il-persuna fiżika jew ġuridika li pproduċiet dan l-inġenju tal-ajru, jekk ikun differenti;

2. 

il-perjodu ta’ żmien mill-aħħar spezzjoni fiżika mwettqa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni ta’ inġenju tal-ajru prodott mill-organizzazzjoni, jew mill-persuna fiżika jew ġuridika li pproduċiet dak l-inġenju tal-ajru;

3. 

ir-riżultati tas-sorveljanza mwettqa skont is-Subparti G ta’ dan l-Anness jew skont is-Subparti G tat-Taqsima b tal-Anness I (il-Parti 21) tal-organizzazzjoni li toħroġ l-istqarrija ta’ konformità għall-inġenju tal-ajru, jew il-verifika mwettqa taħt is-Subparti R tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness ta’ stqarrijiet ta’ konformità oħrajn (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikati ta’ rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) li nħarġu mill-istess firmatarju;

4. 

il-perjodu ta’ żmien mill-aħħar żjara ta’ sorveljanza tal-organizzazzjoni f’konformità mas-Subparti G ta’ dan l-Anness, jew mas-Subparti G tat-Taqsima b tal-Anness I (il-Parti 21), jew mill-aħħar verifika mwettqa taħt is-Subparti R tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness ta’ stqarrija ta’ konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikat ta’ rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) maħruġa mill-istess firmatarju.

21L.B.162    Ħruġ jew emendar ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà

(a) 

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ jew temenda ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 25 tal-EASA, ara l-Appendiċi VI tal-Anness I (il-Parti 21) mingħajr dewmien żejjed meta l-applikant ikun ipprovda d-dokumentazzjoni meħtieġa mill-punt 21L.A.143 u jikkonforma mal-obbligi fil-punt 21L.A.144, u meta tkun sodisfatta li:

1. 

għall-inġenji tal-ajru ġodda, li l-inġenju tal-ajru, u l-magna u l-iskrun tiegħu jekk applikabbli, jikkonformaw ma’ disinn approvat f’konformità mas-Subparti B ta’ dan l-Anness u li huwa f’kundizzjoni għal tħaddim sikur;

2. 

għall-inġenji tal-ajru użati, li:

(i) 

l-inġenju tal-ajru, u l-magna u l-iskrun tiegħu jekk applikabbli, jikkonformaw ma’ disinn tat-tip approvat f’konformità mas-Subparti B ta’ dan l-Anness u ma’ kwalunkwe ċertifikat tat-tip supplimentari, tibdil jew tiswija approvata f’konformità mas-Subparti D, E jew M ta’ dan l-Anness;

(ii) 

kien hemm konformità mad-direttivi applikabbli dwar l-ajrunavigabbiltà; u

(iii) 

l-inġenju tal-ajru, u l-magna u l-iskrun tiegħu jekk applikabbli, ġew spezzjonati f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) jew l-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

(b) 

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ jew temenda ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 24B tal-EASA, ara l-Appendiċi I) mingħajr dewmien żejjed meta l-applikant ikun ipprovda d-dokumentazzjoni meħtieġa mill-punt 21L.A.143 u jikkonforma mal-obbligi fil-punt 21L.A.144, u meta tkun sodisfatta li:

1. 

għall-inġenji tal-ajru ġodda, li l-inġenju tal-ajru, u l-magna u l-iskrun tiegħu jekk applikabbli, jikkonformaw ma’ disinn tal-inġenju tal-ajru li għalih ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti C tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness, li huwa rreġistrat mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B. 63 fil-ħin tal-applikazzjoni, u jkun f’kundizzjoni għal tħaddim sikur;

2. 

għall-inġenji tal-ajru użati, li:

(i) 

l-inġenju tal-ajru, u l-magna u l-iskrun tiegħu jekk applikabbli, jikkonformaw ma’ disinn tal-inġenju tal-ajru li għalih ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti C tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness, u li huwa rreġistrat mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B. 63 fil-ħin tal-applikazzjoni, flimkien ma’ kwalunkwe tibdil fid-disinn jew tibdil fid-disinn tat-tiswija li għalihom ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn f’konformità mas-Subparti F jew N tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness, li huma rreġistrati mill-Aġenzija skont il-punt 21L.B.122 jew il-punt 21L.B.222, jew mid-dikjarant f’konformità mal-punt (c) tal-punt 21L.A.105;

(ii) 

kien hemm konformità mad-direttivi applikabbli dwar l-ajrunavigabbiltà; u

(iii) 

l-inġenju tal-ajru jkun ġie spezzjonat f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

(c) 

B’deroga mill-punti (a) u (b) tal-punt 21L.B.162, għal inġenju tal-ajru użat li joriġina minn Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni l-ġdid għandha toħroġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew iċ-ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà meta l-applikant ikun ipprovda d-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt (b) tal-punt 21L.A.145 u meta tkun sodisfatta li l-applikant jikkonforma mal-punt (a) tal-punt 21L.A.144.

(d) 

Għall-inġenji tal-ajru ġodda, u għall-inġenji tal-ajru użati li joriġinaw minn Stat mhux Membru, minbarra ċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà xieraq imsemmi fil-punt (a) jew (b), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ:

1. 

għall-inġenji tal-ajru soġġetti għall-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, ċertifikat inizjali tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15a tal-EASA, l-Appendiċi II);

2. 

għall-inġenji tal-ajru ġodda soġġetti għall-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, ċertifikat inizjali tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15c tal-EASA, l-Appendiċi II);

3. 

għall-inġenji tal-ajru użati li joriġinaw minn Stat mhux Membru u soġġetti għall-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, ċertifikat inizjali tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15c tal-EASA, l-Appendiċi II), meta l-awtorità kompetenti tkun wettqet ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà.

(e) 

Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà għandu jinħareġ għal durata mhux limitata. Dan jista’ jiġi emendat biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21L.B.163    Sorveljanza

(a) 

Fuq evidenza ta’ ksur ta’ kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li taħthom ikun inħareġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew iċ-ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà, jew li d-detentur ma jikkonformax mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu jew mad-disinn tat-tip applikabbli jew mad-data tad-disinn applikabbli ta’ inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn, jew mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ sejba f’konformità mal-punt 21L.B.21.

(b) 

Meta ċ-ċertifikat tat-tip li taħtu jkun inħareġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jiġi sospiż jew revokat, jew inkella jsir invalidu f’konformità mal-punt 21L.A.30, jew id-dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn li taħtha jkun inħareġ iċ-ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà ma tkunx għadha rreġistrata f’konformità mal-punt 21L.B.63, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tieħu azzjoni f’konformità mal-punt 21L.B.22.

SUBPARTI I — ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU

21L.B.171    Investigazzjoni

(a) 

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tħejji proċeduri għall-investigazzjonijiet tagħha, li jkunu jkopru mill-anqas l-elementi li ġejjin:

1. 

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikant;

2. 

l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni;

3. 

l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li tasal mal-applikazzjoni;

4. 

l-ispezzjonijiet tal-inġenju tal-ajru.

(b) 

Malli tirċievi applikazzjoni għal ċertifikat tal-istorbju jew għal ċertifikat ristrett tal-istorbju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tivverifika jekk l-inġenju tal-ajru jaqax fl-ambitu stabbilit fil-punt 21L.A.161.

(c) 

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha twettaq biżżejjed attivitajiet ta’ investigazzjoni għal applikant għal, jew għal detentur ta’, ċertifikat tal-istorbju jew ċertifikat ristrett tal-istorbju sabiex din tiġġustifika l-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat.

21L.B.172    Ħruġ jew emendar taċ-ċertifikati tal-istorbju

(a) 

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ jew temenda ċ-ċertifikati tal-istorbju (il-Formola 45 tal-EASA, ara l-Appendiċi VII tal-Anness I (il-Parti 21)) u ċ-ċertifikati ristretti tal-istorbju (il-Formola 45B tal-EASA, ara l-Appendiċi II) mingħajr dewmien bla bżonn, meta l-applikant ikun ipprovda d-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21L.A.163, u meta tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jkun konformi mal-informazzjoni applikabbli dwar l-istorbju ddeterminata f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli dwar l-istorbju.

(b) 

Għall-inġenji tal-ajru użati li joriġinaw minn Stat Membru ieħor, iċ-ċertifikat tal-istorbju jew iċ-ċertifikat ristrett tal-istorbju għandhom jinħarġu skont id-data korrispondenti li tiġi pprovduta mill-bażi tad-data tal-Aġenzija dwar il-livelli ta’ storbju.

(c) 

Ċertifikat tal-istorbju u ċertifikat ristrett tal-istorbju għandhom jinħarġu għal durata mhux limitata. Dan jista’ jiġi emendat biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21L.B.173    Sorveljanza

(a) 

Fuq evidenza ta’ ksur ta’ kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li taħthom ikun inħareġ iċ-ċertifikat tal-istorbju jew iċ-ċertifikat ristrett tal-istorbju, jew li d-detentur ma jikkonformax mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu jew mad-disinn tat-tip applikabbli jew mad-data tad-disinn applikabbli ta’ inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ sejba f’konformità mal-punt 21L.B.21.

(b) 

Meta ċ-ċertifikat tat-tip li taħtu jkun inħareġ iċ-ċertifikat tal-istorbju jiġi sospiż jew revokat, jew inkella jsir invalidu f’konformità mal-punt 21L.A.30, jew id-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn li taħtha jkun inħareġ iċ-ċertifikat ristrett tal-istorbju ma tkunx għadha rreġistrata f’konformità mal-punt 21L.B.63, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tieħu azzjoni f’konformità mal-punt 21L.B.22.

▼M12

SUBPARTI J —   ORGANIZZAZZJONIJIET TAD-DISINN IDDIKJARATI

21L.B.181    Investigazzjoni ta’ sorveljanza inizjali

(a) 

Malli tirċievi dikjarazzjoni minn organizzazzjoni li tiddikjara l-kapaċità tad-disinn tagħha, l-Aġenzija għandha tivverifika li:

1. 

id-dikjarant ikun eliġibbli li jiddikjara l-kapaċità tad-disinn tiegħu f’konformità mal-punt 21L.A.172;

2. 

id-dikjarazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha speċifikata fil-punt (c) tal-punt 21L.A.173; u

3. 

id-dikjarazzjoni ma jkunx fiha informazzjoni li tindika nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tas-Subparti J tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness.

(b) 

L-Aġenzija għandha tirrikonoxxi l-wasla tad-dikjarazzjoni, inkluża l-assenjazzjoni ta’ numru ta’ referenza individwali tal-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata lid-dikjarant.

21L.B.182    Reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-kapaċità tad-disinn

L-Aġenzija għandha tirreġistra d-dikjarazzjoni tal-kapaċità tad-disinn fuq bażi ta’ data xierqa, inkluż l-ambitu ddikjarat tax-xogħol, dment li:

(a) 

id-dikjarant ikun wera l-kapaċità tiegħu f’konformità mal-punt 21L.A.173;

(b) 

id-dikjarant impenja ruħu li se jitwettqu l-obbligi f’konformità mal-punt 21L.A.177;

(c) 

ma jkun hemm l-ebda kwistjoni mhux solvuta f’konformità mal-punt 21L.B.181.

21L.B.183    Sorveljanza

(a) 

L-Aġenzija għandha tissorvelja l-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata sabiex tivverifika l-konformità kontinwa tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A.

(b) 

Is-sorveljanza għandha tinkludi rieżami kritiku tad-disinn jew spezzjoni fiżika tal-prodott, u spezzjoni tal-ewwel oġġett ta’ kull disinn ġdid tal-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata.

21L.B.184    Programm ta’ sorveljanza

(a) 

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta’ sorveljanza sabiex tiżgura l-konformità mal-punt 21L.B.183. Il-programm ta’ sorveljanza għandu jqis in-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati ta’ attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ sorveljanza li saru fil-passat, u għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. F’kull ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza, dan għandu jinkludi:

1. 

valutazzjonijiet, awditi u spezzjonijiet, inklużi, kif xieraq:

(i) 

valutazzjonijiet tas-sistemi ta’ ġestjoni u awditi tal-proċessi;

(ii) 

l-awditi tal-prodotti ta’ kampjun rilevanti tad-disinn u taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti, u tal-partijiet li jaqgħu taħt l-ambitu tal-organizzazzjoni;

(iii) 

kampjunar tax-xogħol imwettaq;

(iv) 

spezzjonijiet mingħajr avviż;

2. 

laqgħat imsejħin bejn il-kap tal-organizzazzjoni tad-disinn u l-Aġenzija sabiex ikun żgurat li t-tnejn jibqgħu informati dwar kwalunkwe kwistjoni sinifikanti.

(b) 

Il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi rekords tad-dati meta jmisshom isiru l-valutazzjonijiet, l-awditi, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat, u d-dati meta dawn il-valutazzjonijiet, awditi, spezzjonijiet u laqgħat ikunu saru.

(c) 

Għandu jiġi applikat ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza li ma jaqbiżx l-24 xahar.

(d) 

Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jiġi estiż sa 36 xahar, jekk l-Aġenzija tkun stabbiliet li matul l-24 xahar ta’ qabel:

1. 

l-organizzazzjoni tkun uriet li tista’ tidentifika b’mod effettiv il-perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni u timmaniġġja r-riskji assoċjati;

2. 

l-organizzazzjoni tkun uriet kontinwament konformità mal-punt 21L.A.178 u jkollha kontroll sħiħ fuq il-bidliet kollha fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn;

3. 

ma tkun inħarġet l-ebda konstatazzjoni tal-livell 1;

4. 

l-azzjonijiet korrettivi kollha ġew implimentati fi ħdan il-perjodu ta’ żmien li kien aċċettat jew estiż mill-Aġenzija kif definit fil-punt 21L.B.21.

(e) 

Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jkompli jiġi estiż għal massimu ta’ 48 xahar jekk, minbarra l-kundizzjonijiet previsti fil-punt (d), l-organizzazzjoni tkun stabbiliet, u l-Aġenzija tkun approvat, sistema kontinwa effettiva għar-rapportar lill-Aġenzija dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u l-konformità regolatorja tal-organizzazzjoni nnifisha.

(f) 

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni tkun naqset.

(g) 

Mat-tlestija ta’ kull ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza, l-Aġenzija għandha toħroġ rapport ta’ rakkomandazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imwettqin mill-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tagħha tal-kapaċità tad-disinn, li jirrifletti r-riżultati tas-sorveljanza.

21L.B.185    Attivitajiet ta’ sorveljanza

(a) 

Meta l-Aġenzija tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata f’konformità mal-punt 21L.B.183 u mal-programm ta’ sorveljanza stabbilit f’konformità mal-punt 21L.B.184, hija għandha:

1. 

tipprovdi lill-persunal responsabbli għas-sorveljanza bi gwida sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu;

2. 

twettaq valutazzjonijiet, awditi, spezzjonijiet u, jekk ikunu meħtieġa, spezzjonijiet mingħajr avviż;

3. 

tiġbor l-evidenza meħtieġa f’każ li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri, inklużi l-miżuri previsti fil-punti 21L.B.21 u 21L.B.22;

4. 

tinforma lill-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata dwar ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza.

(b) 

L-Aġenzija għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni meqjusa neċessarja għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ sorveljanza.

(c) 

Jekk l-Aġenzija ssib nuqqas ta’ konformità tal-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A, ma’ proċedura jew ma’ manwal meħtieġ mit-Taqsima A, jew mad-dikjarazzjoni sottomessa, l-Aġenzija għandha taġixxi f’konformità mal-punti 21L.B.21 u 21L.B.22.

21L.B.186    Bidliet fid-dikjarazzjonijiet

(a) 

Malli tirċievi notifika ta’ bidliet f’konformità mal-punt 21L.A.178, l-Aġenzija għandha tivverifika l-kompletezza tan-notifika f’konformità mal-punt 21L.B.181.

(b) 

L-Aġenzija għandha taġġorna l-programm ta’ sorveljanza tagħha stabbilit skont il-punt 21L.B.184 u tinvestiga jekk huwiex neċessarju li tiġi stabbilita kwalunkwe kundizzjoni li fiha tista’ topera l-organizzazzjoni matul il-bidla.

(c) 

Meta l-bidla taffettwa xi aspett tad-dikjarazzjoni li tkun irreġistrata f’konformità mal-punt 21L.B.182, l-Aġenzija għandha taġġorna r-reġistru.

(d) 

Mat-tlestija tal-attivitajiet meħtieġa mill-punti (a) sa (c), l-Aġenzija għandha tirrikonoxxi l-wasla tan-notifika lill-organizzazzjoni tad-disinn iddikjarata.

SUBPARTI K —   PARTIJIET

(Riżervat)

SUBPARTI M —   DISINN TAT-TISWIJIET TA’ PRODOTTI ĊĊERTIFIKATI SKONT IT-TIP

21L.B.201    Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali għal approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija

L-Aġenzija għandha tiddeżinja kwalunkwe emenda fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u fir-rekwiżiti ambjentali applikabbli inkorporata b’referenza, kif applikabbli, fiċ-ċertifikat tat-tip jew fiċ-ċertifikat tat-tip supplementari, li l-Aġenzija tqis li tkun neċessarja sabiex jinżamm livell ta’ sikurezza u ta’ kompatibbiltà ambjentali daqs dak stabbilit qabel u tinnotifikaha lill-applikant għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija.

21L.B.202    Investigazzjoni u ħruġ ta’ approvazzjoni għal disinn tat-tiswija minuri

(a) 

Malli tirċievi applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija minuri għal prodott iċċertifikat skont it-tip skont dan l-Anness, l-Aġenzija għandha tapprova d-disinn tat-tiswija minuri meta:

1. 

l-applikant ikun ipprovda d-data u l-ġustifikazzjonijiet ta’ sostanzjar, u jkun wera u ddikjara l-konformità tad-disinn tat-tiswija mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali stabbiliti f’konformità mal-punt 21L.B.201;

2. 

l-Aġenzija, permezz tal-verifika tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità, filwaqt li tqis il-karatteristiċi tad-disinn tad-disinn tat-tiswija, il-kumplessità u l-kritikalità ġenerali tad-disinn tat-tiswija, kif ukoll l-esperjenza preċedenti tal-attivitajiet tad-disinn mal-applikant, ma tkunx sabet:

(i) 

xi nuqqas ta’ konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali;

(ii) 

kwalunkwe partikolarità jew karatteristika tad-disinn tat-tiswija li tista’ tagħmel il-prodott bid-disinn tat-tiswija mhux sikur għall-użi li għalihom tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b) 

Approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija minuri għandha tkun limitata għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li miegħu għandu x’jaqsam id-disinn tat-tiswija.

21L.B.203    Investigazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri

Malli tirċievi applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri skont dan l-Anness, l-Aġenzija għandha:

(a) 

twettaq rieżami tal-pjan inizjali ta’ dimostrazzjoni tal-konformità u kwalunkwe aġġornament sussegwenti pprovdut mill-applikant sabiex tistabbilixxi l-kompletezza tal-pjan u l-adegwatezza tal-mezzi u tal-metodi proposti sabiex tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali stabbiliti u ddeżinjati f’konformità mal-punt 21L.B.201; jekk il-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità ma jkunx komplut jew il-mezzi u l-metodi ma jkunux adattati sabiex tinkiseb dimostrazzjoni tal-konformità, l-Aġenzija għandha tinforma lill-applikant u titlob emenda tiegħu;

(b) 

meta tkun sodisfatta li l-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità pprovdut ikun xieraq sabiex l-applikant ikun jista’ juri l-konformità, tapprova l-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità u kwalunkwe aġġornament sussegwenti tal-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità;

(c) 

tiddetermina l-probabbiltà ta’ nuqqas ta’ konformità mhux identifikat tad-disinn tat-tiswija maġġuri mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, u l-impatt potenzjali ta’ dak in-nuqqas ta’ konformità fuq is-sikurezza jew fuq il-kompatibbiltà ambjentali tal-prodott, u tiddetermina fuq dik il-bażi jekk humiex neċessarji spezzjoni fiżika u valutazzjoni tal-ewwel oġġett ta’ dak il-prodott fil-konfigurazzjoni finali bid-disinn tat-tiswija sabiex tiġi vverifikata l-konformità tal-prodott mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli; l-Aġenzija għandha tinnotifika lill-applikant qabel ma twettaq din l-ispezzjoni u l-valutazzjoni;

(d) 

matul ir-rieżami tal-pjan ta’ dimostrazzjoni tal-konformità, l-Aġenzija tiddetermina li d-disinn tat-tiswija maġġuri fih kwalunkwe element li għalih nuqqas ta’ konformità mhux identifikat mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali jista’ jkollu impatt avvers fuq is-sikurezza jew fuq il-kompatibbiltà ambjentali tal-prodott mibdul, l-Aġenzija għandha tiddetermina liema investigazzjonijiet huma neċessarji minbarra dawk tal-punt (c) sabiex tivverifika d-dimostrazzjoni tal-konformità; l-Aġenzija għandha tinnotifika lill-applikant dwar dawk l-investigazzjonijiet addizzjonali u liema elementi tad-disinn ikunu soġġetti għal investigazzjoni.

21L.B.204    Ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri

(a) 

Malli tirċievi applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri għal prodott iċċertifikat skont it-tip skont dan l-Anness, l-Aġenzija għandha tapprova d-disinn tat-tiswija maġġuri meta:

1. 

l-applikant ikun wera li d-disinn tat-tiswija u l-partijiet affettwati mid-disinn tat-tiswija jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbiliti mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21L.B.201; u

2. 

l-applikant ikun wera u ddikjara l-konformità f’konformità mal-punt 21L.A.208;

3. 

sid id-data taċ-ċertifikat tat-tip, jekk l-applikant ikun speċifika f’konformità mal-punt 21L.A.205(b)(5) li huwa pprovda d-data taċ-ċertifikazzjoni fuq il-bażi ta’ arranġament ma’ sid id-data taċ-ċertifikat tat-tip:

(i) 

ma jkollu l-ebda oġġezzjoni teknika għall-informazzjoni sottomessa skont il-punt (a)(2) tal-punt 21L.B.204; u

(ii) 

ikun qabel li jikkollabora mad-detentur tal-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija sabiex iwettaq l-obbligi kollha għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott bid-disinn tat-tiswija permezz tal-konformità mal-punt 21L.A.210;

4. 

l-Aġenzija, permezz tal-verifika tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità, ma tkunx sabet:

(i) 

xi nuqqas ta’ konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali;

(ii) 

kwalunkwe partikolarità jew karatteristika tal-bidla li tista’ tagħmel il-prodott bid-disinn tat-tiswija mhux sikur għall-użi li għalihom tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b) 

Approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri għandha tkun limitata għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li miegħu għandu x’jaqsam id-disinn tat-tiswija.

21L.B.205    Sorveljanza tal-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ prodotti li għalihom ġie approvat disinn tat-tiswija

Jekk l-Aġenzija, permezz tas-sorveljanza kontinwa tal-ajrunavigabbiltà tagħha, inkluż permezz ta’ rapporti li tirċievi f’konformità mal-punt 21L.A.3, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, tinduna b’nuqqas ta’ konformità ta’ prodott, li għalih ġie approvat disinn tat-tiswija, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, l-Aġenzija għandha tqajjem konstatazzjoni f’konformità mal-punt 21L.B.21, jew toħroġ direttiva tal-ajrunavigabbiltà skont il-kundizzjonijiet tal-punt 21L.B.23.

21L.B.206    Ħsara mhux imsewwija

L-Aġenzija għandha twettaq evalwazzjoni tal-konsegwenzi fuq l-ajrunavigabbiltà, meta tintalab tagħmel dan skont il-punt 21L.A.211, f’każ li prodott bil-ħsara jitħalla mhux imsewwi u ma jkunx kopert minn data approvata qabel. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi kwalunkwe limitazzjoni neċessarja sabiex tiżgura titjira sikura bil-prodott bil-ħsara.

SUBPARTI N —   DISINN TA’ TISWIJIET FL-INĠENJI TAL-AJRU LI GĦALIHOM ĠIET IDDIKJARATA L-KONFORMITÀ TAD-DISINN

21L.B.221    Investigazzjoni ta’ sorveljanza inizjali ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tat-tiswija maġġuri għal inġenju tal-ajru li għalih ġiet iddikjarata konformità tad-disinn

(a) 

Malli tirċievi dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn għal disinn tat-tiswija maġġuri għal inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn, l-Aġenzija għandha tivverifika li d-disinn tat-tiswija ikun fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 21L.A.221 u li d-dikjarazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha speċifikata fil-punt 21L.A.226. L-Aġenzija għandha tirrikonoxxi l-wasla tad-dikjarazzjoni, inkluża l-assenjazzjoni ta’ numru ta’ referenza individwali tad-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn lid-dikjarant.

(b) 

L-Aġenzija għandha tivvaluta, fuq il-bażi tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità li jwassal għal disinn li ma jkunx kapaċi joffri titjira sikura jew li ma jkunx ambjentalment kompatibbli, jekk tkunx meħtieġa spezzjoni fiżika u valutazzjoni tal-inġenju tal-ajru bid-disinn tat-tiswija maġġuri, u sussegwentement tinforma lid-dikjarant jekk dak ikun il-każ. Din il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis:

1. 

il-kumplessità tad-disinn tat-tiswija maġġuri u l-effett ġenerali fuq l-istrutturi, fuq il-karatteristiċi tat-titjira u fuq is-sistemi tal-inġenji tal-ajru;

2. 

esperjenza preċedenti fi spezzjonijiet fiżiċi ta’ inġenji tal-ajru u ta’ disinji tat-tiswija u ta’ bidliet maġġuri li ġew iddisinjati mid-dikjarant;

3. 

it-tweġiba mid-dikjarant għal kwalunkwe konstatazzjoni preċedenti li tkun tqajmet għal nuqqasijiet ta’ konformità tal-inġenju tal-ajru speċifiku jew ta’ inġenju tal-ajru simili ddisinjat mid-dikjarant li kien ukoll soġġett għal dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn.

(c) 

Jekk l-Aġenzija ssib evidenza fid-dikjarazzjoni, jew permezz tal-ispezzjoni fiżika u permezz tal-valutazzjoni jekk imwettqa f’konformità mal-punt (b) tal-punt 21L.B.221, filwaqt li tindika li l-inġenju tal-ajru bid-disinn tat-tiswija maġġuri jaf ma jkunx kapaċi jwettaq titjira sikura jew jista’ jkun ambjentalment inkompatibbli matul l-operazzjonijiet fis-servizz, l-Aġenzija għandha tqajjem konstatazzjoni f’konformità mal-punt 21L.B.21.

21L.B.222    Reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri għal inġenju tal-ajru li għalih ġiet iddikjarata konformità tad-disinn

(a) 

L-Aġenzija għandha tirreġistra dikjarazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri għal inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn dment li:

1. 

id-dikjarant ikun iddikjara l-konformità f’konformità mal-punt (a) tal-punt 21L.A.226;

2. 

id-dikjarant ikun ipprovda lill-Aġenzija d-dokumenti meħtieġa f’konformità mal-punt (d) tal-punt 21L.A.226;

3. 

id-dikjarant impenja ruħu li se jitwettqu l-obbligi f’konformità mal-punt 21L.A.228;

4. 

ma hemm l-ebda kwistjoni mhux solvuta mill-ispezzjoni fiżika, jekk titwettaq f’konformità mal-punt (b) tal-punt 21L.B.221.

(b) 

L-Aġenzija għandha tirreġistra biss dikjarazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri għal inġenju tal-ajru li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn jekk tkun limitata għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fid-dikjarazzjoni reġistrata tal-konformità tad-disinn li magħha jkun relatat id-disinn tat-tiswija maġġuri.

21L.B.223    Sorveljanza tal-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ disinn tat-tiswija li għalih ġiet iddikjarata konformità tad-disinn

Jekk l-Aġenzija, permezz tas-sorveljanza tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tagħha, inkluż permezz ta’ rapporti li tirċievi f’konformità mal-punt 21L.A.3, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, tidentifika nuqqas ta’ konformità ta’ disinn tat-tiswija, li għalih tkun ġiet iddikjarata l-konformità tad-disinn, mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati applikabbli jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, l-Aġenzija għandha tqajjem konstatazzjoni f’konformità mal-punt 21L.B.21, jew toħroġ direttiva tal-ajrunavigabbiltà skont il-kundizzjonijiet tal-punt 21L.B.23.

SUBPARTI O —   AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW

(Riżervat)

▼M13

SUBPARTI P —   PERMESS GĦAT-TITJIR

21L.B.241    Investigazzjoni qabel il-ħruġ ta’ permess għat-titjir

(a) 

Mingħajr preġudizzju għas-Subparti P tat-Taqsima B tal-Anness I (il-Parti 21), meta tiġi investigata applikazzjoni għall-ħruġ ta’ permess għat-titjir għal inġenju tal-ajru li jaqa’ fl-ambitu ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha twettaq spezzjoni fiżika tal-inġenju tal-ajru u għandha tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mad-disinn iddefinit fil-punt 21.A.708 ta’ dak l-Anness I (il-Parti 21) qabel it-titjira meta l-applikazzjoni għal permess għat-titjir tkun relatata:

1. 

mad-dimostrazzjoni tal-attivitajiet ta’ konformità fil-punt 21L.A.25 għal inġenju tal-ajru li huwa, jew li huwa maħsub li jiġi, iċċertifikat għat-tip;

2. 

mad-dimostrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ konformità fil-punt 21L.A.44 għal inġenju tal-ajru li għalih hija, jew hija maħsuba li tiġi, iddikjarata l-konformità mad-disinn.

(b) 

Għat-talbiet l-oħrajn kollha għall-ħruġ ta’ permess għat-titjir għal attivitajiet u għal inġenji tal-ajru fl-ambitu ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta, f’konformità mal-punt 21.B.520 tal-Anness I (il-Parti 21), il-ħtieġa għal spezzjoni fiżika.

(c) 

Jekk l-awtorità kompetenti ssib evidenza li tindika li l-inġenju tal-ajru ma jikkonformax mad-disinn definit fil-punt 21.A.708 tal-Anness I (il-Parti 21), hija għandha tikkomunika sejba f’konformità mal-punt 21L.B.21.

21L.B.242    Investigazzjoni qabel il-ħruġ tal-kundizzjonijiet tat-titjir

(a) 

Mingħajr preġudizzju għas-Subparti P tat-Taqsima B tal-Anness I (il-Parti 21), meta tkun qed tinvestiga applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir għal inġenju tal-ajru li tkun fl-ambitu ta’ dan l-Anness, l-Aġenzija għandha:

1. 

jekk l-applikazzjoni għall-kundizzjonijiet tat-titjir tkun relatata mad-dimostrazzjoni tal-attivitajiet ta’ konformità fil-punt 21L.A.25 għal inġenju tal-ajru li jkun, jew li huwa maħsub li jkun, iċċertifikat skont it-tip, twettaq rieżami kritiku tad-disinn fir-rigward tad-disinn u spezzjoni fiżika u valutazzjoni tal-inġenju tal-ajru sabiex tiżgura li l-inġenju tal-ajru jkun kapaċi jtir b’mod sikur, u li l-ittestjar tat-titjir ikun jista’ jitwettaq b’mod sikur;

2. 

jekk l-applikazzjoni għall-kundizzjonijiet tat-titjir tkun relatata mad-dimostrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ konformità fil-punt 21L.A.44 għal inġenju tal-ajru li għalih tiġi ddikjarata, jew tkun maħsuba li tiġi ddikjarata l-konformità tad-disinn, twettaq spezzjoni fiżika u valutazzjoni tal-inġenju tal-ajru sabiex tiżgura li l-inġenju tal-ajru jkun kapaċi jtir b’mod sikur, u li l-ittestjar tat-titjir ikun jista’ jitwettaq b’mod sikur;

3. 

jekk l-applikazzjoni għall-kundizzjonijiet tat-titjira tkun relatata mad-dimostrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ konformità għal bidla kbira fil-punt 21L.A.66, ċertifikat tat-tip supplimentari fil-punt 21L.A.85 jew tiswija kbira fil-punt 21L.A.206, abbażi tal-evalwazzjoni mwettqa fil-punt 21L.B.83, fil-punt 21L.B.102 u fil-punt 21L.B.203, tiddetermina l-ħtieġa li titwettaq spezzjoni fiżika u valutazzjoni tal-inġenju tal-ajru u rieżami kritiku tad-disinn fir-rigward tad-disinn sabiex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jkun kapaċi jtir b’mod sikur, u li l-ittestjar tat-titjir ikun jista’ jitwettaq b’mod sikur;

4. 

jekk l-applikazzjoni għall-kundizzjonijiet tat-titjir tkun relatata mad-dimostrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ konformità għal bidla kbira fil-punt 21L.A.108 jew tiswija kbira fil-punt 21L.A.227, abbażi tal-evalwazzjoni mwettqa fil-punt 21L.B.121 u fil-punt 21L.B.221, tiddetermina l-ħtieġa li jitwettqu spezzjoni fiżika u valutazzjoni tal-inġenju tal-ajru sabiex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jkun kapaċi jtir b’mod sikur, u li l-ittestjar tat-titjira jkun jista’ jitwettaq b’mod sikur.

(b) 

Jekk l-Aġenzija ssib evidenza li tindika li l-inġenju tal-ajru jista’ ma jkunx kapaċi jwettaq titjira sikura, l-Aġenzija għandha tikkomunika sejba f’konformità mal-punt 21L.B.21.

▼M12

SUBPARTI Q —   IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI U TA’ PARTIJIET

▼M13

SUBPARTI R —   STQARRIJA TA’ KONFORMITÀ GĦALL-INĠENJI TAL-AJRU U ĊERTIFIKATI TA’ RILAXX AWTORIZZATI (IL-FORMOLA 1 TAL-EASA) GĦALL-MAGNI U L-ISKREJJEN, U PARTIJIET MINNHOM, LI JIKKONFORMAW MA’ DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAD-DISINN

21L.B.251    Sorveljanza

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja l-persuna fiżika jew ġuridika li toħroġ stqarrijiet ta’ konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikati ta’ rilaxx awtorizzati (il-Formola 1 tal-EASA) taħt is-Subparti R tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness sabiex tiġi vverifikata l-konformità kontinwa tal-persuna fiżika jew ġuridika mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sikurezza awtorizzati skont il-punti (c) u (d) tal-punt 21L.B.15.

(b) 

Is-sorveljanza għandha tinkludi spezzjoni skont l-ewwel artikolu ta’ kull inġenju tal-ajru, magna, skrun jew parti ġdida li tiġi prodotta għall-ewwel darba li għaliha l-persuna fiżika jew ġuridika tkun ħarġet stqarrija ta’ konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA), u, kif determinat mill-programm ta’ sorveljanza f’konformità mal-punt 21L.B.252, spezzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru, magni, skrejjen u partijiet oħrajn li jiġu prodotti minn dik il-persuna fiżika jew ġuridika.

21L.B.252    Programm ta’ sorveljanza

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta’ sorveljanza sabiex tiżgura l-konformità mal-punt 21L.B.251. Dan il-programm ta’ sorveljanza għandu jqis in-natura speċifika tal-persuna fiżika jew ġuridika, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza li saru fil-passat, u għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. F’kull ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza, dan għandu jinkludi:

1. 

valutazzjonijiet, verifiki u spezzjonijiet, inkluż, kif xieraq:

(i) 

il-valutazzjonijiet tas-sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni u l-verifiki tal-proċessi;

(ii) 

il-verifiki tal-prodotti ta’ kampjun rilevanti tal-prodotti u tal-partijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-persuna fiżika jew ġuridika;

(iii) 

il-kampjunar tax-xogħol imwettaq; u

(iv) 

spezzjonijiet mingħajr avviż;

2. 

il-laqgħat bejn il-persuna ġuridika jew fiżika u l-awtorità kompetenti sabiex jiġi żgurat li t-tnejn jibqgħu jiġu informati dwar kwalunkwe kwistjoni sinifikanti.

(b) 

Il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi rekords tad-dati meta jmisshom isiru l-valutazzjonijiet, il-verifiki, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat, u d-dati meta effettivament ikunu saru l-valutazzjonijiet, il-verifiki, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat.

(c) 

Għandu jiġi applikat ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza li ma jaqbiżx l-24 xahar.

(d) 

Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jiġi estiż sa 36 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li matul l-24 xahar ta’ qabel:

1. 

il-persuna fiżika jew ġuridika tkun uriet li tista’ tidentifika b’mod effettiv il-perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni u tiġġestixxi r-riskji assoċjati;

2. 

il-persuna fiżika jew ġuridika tkun uriet kontinwament il-konformità mal-punt 21L.A.273 u li jkollha kontroll sħiħ fuq il-bidliet kollha fis-sistema ta’ ġestjoni għall-produzzjoni;

3. 

ma tkun inħarġet l-ebda sejba tal-livell 1;

4. 

l-azzjonijiet korrettivi kollha ġew implimentati fil-perjodu ta’ żmien li kien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti kif definit fil-punt 21L.B.21.

(e) 

Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jkompli jiġi estiż għal massimu ta’ 48 xahar jekk, minbarra l-kundizzjonijiet previsti fil-punt (d), il-persuna fiżika jew ġuridika tkun stabbiliet, u l-awtorità kompetenti tkun approvat, sistema kontinwa effettiva għar-rapportar lill-awtorità kompetenti dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u l-konformità regolatorja tal-persuna fiżika jew ġuridika nnifisha.

(f) 

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-persuna fiżika jew ġuridika tkun naqset.

(g) 

Mat-tlestija ta’ kull ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ rapport ta’ rakkomandazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imwettqa mill-persuna fiżika jew ġuridika, li jirrifletti r-riżultati tas-sorveljanza.

21L.B.253    Attivitajiet ta’ sorveljanza

(a) 

Meta l-awtorità kompetenti tivverifika l-konformità tal-persuna fiżika jew ġuridika f’konformità mal-punt 21L.B.251 u l-programm ta’ sorveljanza stabbilit f’konformità mal-punt 21L.B.252, din għandha:

1. 

tipprovdi lill-persunal responsabbli għas-sorveljanza bi gwida sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu;

2. 

twettaq valutazzjonijiet, verifiki, spezzjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, spezzjonijiet mingħajr avviż;

3. 

tiġbor l-evidenza meħtieġa f’każ li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri, inklużi l-miżuri previsti fil-punti 21L.B.21 u 21L.B.22;

4. 

tinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika dwar ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza.

(b) 

Jekk il-faċilitajiet tal-persuna fiżika jew ġuridika jkunu jinsabu f’aktar minn Stat wieħed, l-awtorità kompetenti identifikata fil-punt 21L.2 tista’ taqbel li l-kompiti ta’ sorveljanza jitwettqu mill-awtorità/awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i fejn ikunu jinsabu l-faċilitajiet l-oħrajn, jew mill-Aġenzija għal faċilitajiet li jinsabu fi Stat mhux Membru. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun soġġetta għal ftehim bħal dan għandha tiġi informata dwar l-eżistenza u l-ambitu tiegħu.

(c) 

Għal kwalunkwe attività ta’ sorveljanza li titwettaq mill-awtorità kompetenti f’faċilitajiet li jinsabu fi Stat Membru għajr dak fejn il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru qabel twettaq kwalunkwe verifika jew spezzjoni fuq il-post tal-faċilitajiet.

(d) 

L-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni li titqies meħtieġa għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza.

(e) 

Jekk l-awtorità kompetenti ssib nuqqas ta’ konformità tal-persuna fiżika jew ġuridika li toħroġ stqarrijiet ta’ konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sikurezza obbligatorji skont il-punti (c) u (d) tal-punt 21L.B.15, l-awtorità kompetenti għandha taġixxi f’konformità mal-punti 21L.B.21 u 21L.B.22.

▼M12




Appendiċi tal-ANNESS IB (il-Parti 21 Light)

FORMOLI TAL-EASA



Meta l-Formoli ta’ dan l-Anness jinħarġu f’lingwa għajr l-Ingliż, huma għandhom ikunu jinkludu traduzzjoni bl-Ingliż.

Il-Formoli tal-EASA (“Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea”) imsemmijin fl-appendiċijiet għal din il-Parti għandu jkollhom il-karatteristiċi obbligatorji li ġejjin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Formoli tal-EASA li joħorġuhuma stess ikunu rikonoxxibli sew u għandhom ikunu responsabbli għall-istampar ta’ dawk il-Formoli.

Appendiċi I 

Formola 24B tal-EASA Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett

Appendiċi II 

Formola 45B tal-EASA Ċertifikat tal-ħoss ristrett

Appendiċi III 

Formola 52B tal-EASA Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru

Appendiċi IV 

Formola 53B tal-EASA Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz




Appendiċi I

Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett — Formola 24B tal-EASA

Logo tal-awtorità kompetenti

ĊERTIFIKAT TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETT (IDDIKJARAT)



 ()

[Stat Membru ta’ reġistrazzjoni]

[L-AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU]

4

1.  Nazzjonalità u marki tar-reġistrazzjoni

2.  Manifattur u deżinjazzjoni mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru

3.  Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru

4.  Kategoriji

5.  Dan iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett jinħareġ skont l-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament (UE) 2018/1139 fir-rigward tal-inġenji tal-ajru msemmijin hawn fuq li jitqiesu li huma ajrunavigabbli meta jiġu mantnuti u operati f’konformità ma’ kif spjegat aktar ’il fuq u mal-limitazzjonijiet operattivi pertinenti.

Minbarra dawn ta’ hawn fuq, tapplika wkoll ir-restrizzjoni li ġejja:

Dan iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett jinħareġ abbażi ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn magħmula f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012 u huwa validu u rikonoxxut fl-Istati Membri kollha tal-UE mingħajr aktar rekwiżiti jew evalwazzjoni. Dan iċ-ċertifikat ma jikkonformax mal-Istandards applikabbli kollha tal-Anness 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u, għalhekk, jista’ ma jkunx validu għan-navigazzjoni internazzjonali bl-ajru fuq Stati Membri mhux tal-UE, sakemm ma jkunx approvat mill-Istat(i) li fuqhom ikun qed jittajjar.

Data tal-ħruġ:

Firma:

6.  Dan iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett huwa validu sakemm ma jiġix irrevokat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

Ma’ dan iċ-ċertifikat għandu jiġi mehmuż ċertifikat ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà attwali.

(1)   

Għall-użu mill-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

Formola 24B tal-EASA — Il-Ħarġa 1

Dan iċ-ċertifikat għandu jinżamm abbord matul it-titjiriet kollha.




Appendiċi II

Ċertifikat tal-ħoss ristrett — Formola 45B tal-EASA



Għall-użu mill-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni

1.  Stat Membru ta’ reġistrazzjoni

3.  Nru tad-Dokument:

2.  ĊERTIFIKAT TAL-ĦOSS RISTRETT (IDDIKJARAT)

4.  Marki tar-reġistrazzjoni:

5.  Manifattur u deżinjazzjoni tal-inġenju tal-ajru:

6.  Nru tas-serje tal-inġenju tal-ajru:

7.  Deżinjazzjoni tal-magna:

8.  Deżinjazzjoni tal-iskrun:

9.  Massa ta’ tluq massima (kg)

 

10.  Modifiki addizzjonali inkorporati għall-għan ta’ konformità mal-istandards applikabbli ta’ ċertifikazzjoni tal-ħoss:

11.  Standard taċ-ċertifikazzjoni tal-ħoss:

12.  Livell tal-ħoss mat-tluq:

 

Kummenti

13.  Dan iċ-ċertifikat tal-ħoss ristrett jinħareġ skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/1139, fir-rigward tal-inġenji tal-ajru msemmijin hawn fuq, li jiġi ddikjarat mid-dikjarant ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn f’konformità mal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 li jikkonforma mal-istandard tal-ħoss indikat meta jkun mantnut u jitħaddem f’konformità mar-rekwiżiti u mal-limitazzjonijiet operattivi rilevanti.

14.  Data tal-ħruġ … 15.Firma …

Formola 45B tal-EASA — Il-Ħarġa 1




Appendiċi III

Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru — Formola 52B tal-EASA



DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAL-INĠENJU TAL-AJRU

1.  Stat tal-manifattura

2.  [STAT MEMBRU] Membru tal-Unjoni Ewropea

3.  Nru ta’ Ref. tad-Dikjarazzjoni:

4.  Organizzazzjoni

5.  Tip ta’ inġenju tal-ajru

6.  Ref. taċ-ċertifikat tat-tip/tad-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn:

7.  Reġistrazzjoni jew marka tal-inġenju tal-ajru

8.  Nru ta’ identifikazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni

9.  Dettalji tal-magna/tal-iskrun ()

10.  Modifiki u/jew bullettini tas-servizz1

11.  Direttivi tal-ajrunavigabbiltà

12.  Konċessjonijiet

13.  Eżenzjonijiet, rinunzji jew derogi1

14.  Kummenti

15.  Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà/ristrett

16.  Rekwiżiti addizzjonali

17.  Dikjarazzjoni tal-konformità

Huwa b’dan iċċertifikat li dan l-inġenju tal-ajru jikkonforma bis-sħiħ mad-:

□  disinn iċċertifikat skont it-tip; jew

□  data tad-disinn iddikjarata

u mal-punti ta’ hawn fuq fil-kaxxi 9, 10, 11, 12 u 13.

L-inġenju tal-ajru jinsab f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu.

L-inġenju tal-ajru ġie ttestjat waqt titjira u ta riżultati sodisfaċenti.

18.  Iffirmat

19.  Isem

20.  Data (j/x/s)

21.  Referenza tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni ddikjarata jew approvata (jekk applikabbli)

(1)   

Ħassar skont kif japplika.

Formola 52B tal-EASA — Il-Ħarġa 1

Struzzjonijiet għall-użu tad-“Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru — il-Formola 52B tal-EASA”

1.   L-GĦAN U L-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.1. L-għan tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru (il-Formola 52B tal-EASA) maħruġa skont is-Subparti G jew is-Subparti R tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) jew skont is-Subparti G tat-Taqsima A tal-Anness I (il-Parti 21) huwa li l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun tista’ tapplika għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali tal-inġenju tal-ajru jew għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

2.   ĠENERALI

2.1. Id-dikjarazzjoni tal-konformità trid tikkonforma mal-format tal-mudell, inklużi n-numri tal-kaxxi u l-pożizzjoni ta’ kull kaxxa. Madankollu, id-daqs ta’ kull kaxxa jista’ jiġi aġġustat skont il-ħtieġa tal-applikazzjoni individwali, iżda mhux tant li d-dikjarazzjoni tal-konformità ma tibqax tintgħaraf. F’każ ta’ dubju, staqsi lill-awtorità kompetenti.

2.2. Id-dikjarazzjoni tal-konformità trid tkun jew stampata minn qabel jew magħmula permezz ta’ kompjuter, iżda fi kwalunkwe każ, l-istampar tal-linji u tal-karattri jrid ikun ċar u leġġibbli. Il-kliem tad-dikjarazzjoni tal-konformità stampata minn qabel jista’ jsir f’konformità mal-mudell mehmuż, iżda ma tista’ ssir ebda dikjarazzjoni oħra ta’ ċertifikazzjoni.

2.3. Il-mili tad-dikjarazzjoni jista’ jsir jew stampat bil-magna/bil-kompjuter jew bl-idejn, bl-użu ta’ ittri kbar sabiex jippermetti qari faċli. Bħala lingwa jista’ jintuża l-Ingliż, u fejn ikun rilevanti, tista’/jistgħu tintuża/jintużaw il-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ il-formola.

2.4. L-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata għandha żżomm kopja tad-dikjarazzjoni u tad-dokumenti annessi kollha.

3.   Il-MILI TAD-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MILL-ENTITÀ LI TOĦROGHA

3.1. Sabiex id-dokument ikun dikjarazzjoni valida, jenħtieġ li jimtlew il-kaxxi kollha.

3.2. Ma tista’ tinħareġ l-ebda dikjarazzjoni tal-konformità lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni, qabel ma jiġu approvati d-disinn tal-inġenju tal-ajru u l-prodotti installati fuqu jew id-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tiġi rreġistrata mal-Aġenzija.

3.3. L-informazzjoni meħtieġa fil-kaxxi 9, 10, 11, 12, 13 u 14 tista’ tiġi indikata permezz ta’ referenza għal dokumenti identifikati separati oħrajn, li huma arkivjati mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiftehimx mod ieħor.

3.4. Din id-dikjarazzjoni tal-konformità ma hijiex maħsuba sabiex tinkludi dawk l-elementi ta’ tagħmir li jistgħu jkunu meħtieġa li jiġu installati sabiex jiġu ssodisfati r-regoli operattivi applikabbli. Madankollu, xi wħud minn dawn l-elementi individwali jistgħu jitniżżlu fil-kaxxa 10 jew fid-disinn tat-tip approvat jew fid-disinn tal-inġenju tal-ajru ddikjarat. Għaldaqstant, l-operaturi għandhom jiġu mfakkrin li huma responsabbli li jiżguraw il-konformità mar-regoli operattivi applikabbli għall-operazzjonijiet partikolari li jwettqu.

Kaxxa 1 

Indika l-isem tal-Istat tal-manifattura.

Kaxxa 2 

L-awtorità kompetenti li toħroġ id-dikjarazzjoni tal-konformità taħt l-awtorità tagħha.

Kaxxa 3 

F’din il-kaxxa għandu jiġi stampat minn qabel numru tas-serje uniku, għal skopijiet ta’ kontroll u ta’ traċċabbiltà tad-Dikjarazzjoni. Il-każ ta’ dokument iġġenerat mill-kompjuter huwa eċċezzjoni: in-numru ma għandux għalfejn jiġi stampat minn qabel meta l-kompjuter ikun ipprogrammat sabiex jipproduċi u jistampa numru uniku.

Kaxxa 4 

L-isem sħiħ u l-indirizz tal-post tal-organizzazzjoni li toħroġ id-dikjarazzjoni. Din il-kaxxa tista’ tiġi stampata minn qabel. Logos, eċċ. huma permessi jekk il-logo, eċċ. ikun jista’ joqgħod fil-kaxxa.

Kaxxa 5 

It-tip ta’ inġenju tal-ajru sħiħ kif iddefinit fiċ-ċertifikat tat-tip u fl-iskeda tad-data assoċjata tiegħu jew fid-disinn tal-inġenju tal-ajru ddikjarat kif irreġistrat mill-Aġenzija

Kaxxa 6 

In-numri ta’ referenza taċ-ċertifikat tat-tip u l-ħarġa għall-inġenju tal-ajru inkwistjoni jew in-numru ta’ reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn

Kaxxa 7 

Jekk l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat, din il-marka tkun dik tar-reġistrazzjoni. Jekk l-inġenju tal-ajru ma jkunx irreġistrat, din il-marka għandha tkun dik li ġiet aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, u jekk applikabbli, mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz.

Kaxxa 8 

In-numru ta’ identifikazzjoni assenjat mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni għall-finijiet ta’ kontroll u ta’ traċċabbiltà u ta’ appoġġ b’rabta mal-prodott. Dan xi drabi jissejjaħ “numru tas-serje tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni” jew “numru tal-kostruzzjoni”.

Kaxxa 9 

It-tip ta’ magna u t-tip(i) ta’ skrun b’mod sħiħ kif iddefiniti fiċ-ċertifikat tat-tip rilevanti u fl-iskeda tad-data assoċjata tiegħu jew fid-dikjarazzjoni rreġistrata tal-konformità tad-disinn. Jenħtieġ li jiġu ddikjarati wkoll in-numru ta’ identifikazzjoni/referenza tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni tagħhom u l-post assoċjat magħhom.

Kaxxa 10 

Bidliet fid-disinn approvat jew iddikjarat fid-definizzjoni tal-inġenju tal-ajru

Kaxxa 11 

Lista tad-direttivi tal-ajrunavigabbiltà (jew ekwivalenti) kollha li huma applikabbli u dikjarazzjoni tal-konformità mad-direttivi tal-ajrunavigabbiltà, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-metodu applikat sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-inġenju tal-ajru individwali li jkun is-suġġett taċ-ċertifikat, inklużi l-prodotti u l-partijiet u t-tagħmir installati. Kwalunkwe limitu ta’ żmien futur li fih trid tintlaħaq il-konformità jenħtieġ li jiġi ddikjarat.

Kaxxa 12 

Devjazzjonijiet mhux intenzjonati, li jkunu ġew approvati jew iddikjarati, mid-disinn tat-tip approvat jew mid-disinn iddikjarat, li xi drabi jissejħu “konċessjonijiet”, “diverġenzi” jew “nuqqas ta’ konformità”.

Kaxxa 13 

F’din il-kaxxa jistgħu jiġu inklużi biss l-eżenzjonijiet, ir-rinunzji jew id-derogi li jkun intlaħaq ftehim dwarhom jew li ġew iddikjarati.

Kaxxa 14 

Kummenti. Kwalunkwe dikjarazzjoni, informazzjoni, data jew limitazzjoni partikolari li tista’ taffettwa l-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru suġġett. Jekk ma jkunx hemm informazzjoni jew data ta’ dan it-tip, niżżel “L-EBDA INFORMAZZJONI”.

Kaxxa 15 

Niżżel “ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà”, jew “ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett”, bħala ċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbilità mitlub.

Kaxxa 16 

F’din il-kaxxa jenħtieġ li jiġu indikati rekwiżiti addizzjonali, bħal dawk innotifikati mill-pajjiż li jkun qed jimporta.

Kaxxa 17 

Sabiex id-dikjarazzjoni tal-konformità tkun valida, il-kaxxi ta’ din il-formola għandhom jimtlew kollha b’mod sħiħ. L-organizzazzjoni tal-produzzjoni jenħtieġ li tarkivja kopja tar-rapport tat-test tat-titjira, flimkien ma’ kwalunkwe difett irreġistrat u dettall ta’ rettifika. Jenħtieġ li r-rapport jiġi ffirmat bħala sodisfaċenti mill-persunal xieraq li jiċċertifika u minn membru tal-ekwipaġġ, eż. il-pilota tat-test jew l-inġinier tat-test tat-titjira.

It-testijiet tat-titjira mwettqin huma dawk iddefiniti taħt il-kontroll tal-element ta’ ġestjoni tal-kwalità tas-sistema tal-produzzjoni, kif stabbilit jew:

1. 

mill-punt (b) tal-punt 21L.A.124; jew

2. 

mill-punt (f) tal-punt 21L.A.273,

sabiex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mad-data tad-disinn applikabbli, u jkun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu.

L-elenkar tal-oġġetti pprovduti (jew magħmula disponibbli) sabiex jiġu ssodisfati l-aspetti ta’ din id-dikjarazzjoni li huma relatati mat-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, jenħtieġ li jiġi arkivjat mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni.

Kaxxa 18 

Id-dikjarazzjoni tal-konformità tista’ tiġi ffirmata mill-persuna awtorizzata li tagħmel dan mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni f’konformità mal-punt (d) tal-punt 21L.A.125 jew mal-punt (b) tal-punt 21L.A.273. Għall-firma, ma jistax jintuża timbru.

Kaxxa 19 

L-isem tal-persuna li tiffirma d-dikjarazzjoni jenħtieġ li jiġi ttajpjat jew stampat b’mod leġġibbli.

Kaxxa 20 

Jenħtieġ li tingħata d-data ta’ meta ġiet iffirmata d-dikjarazzjoni tal-konformità.

Kaxxa 21 

Indika r-referenza tal-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.




Appendiċi IV

Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz — Formola 53B tal-EASA



ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ

[ISEM L-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI]

Referenza tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni:

Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz f’konformità ma’ 21L.A.126(e) jew ma’ 21L.A.273(8) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 (ħassar kif xieraq).

Inġenju tal-ajru: … Tip: … Nru tal-Konstruttur/Reġistrazzjoni: …

saret il-manutenzjoni fuqu kif speċifikat fl-ordni tax-xogħol: …

Deskrizzjoni fil-qosor tax-xogħol li sar:

Jiċċertifika li x-xogħol speċifikat twettaq f’konformità ma’ 21L.A.126(e) jew ma’ 21L.A.273(8) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 (ħassar kif xieraq) u fir-rigward ta’ dak ix-xogħol, l-inġenju tal-ajru jitqies lest għar-rilaxx għas-servizz u, għalhekk, huwa f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu.

Persunal li jiċċertifika (isem):

(firma):

Post:

Data:. . -. . -. .. . (jum, xahar, sena)

Formola 53B tal-EASA — Il-Ħarġa 1

STRUZZJONIJIET GĦALL-MILI

Il-Kaxxa DESKRIZZJONI FIL-QOSOR TAX-XOGĦOL LI SAR li tidher fil-FORMOLA 53B tal-EASA jenħtieġ li tinkludi referenza għad-data approvata użata sabiex isir ix-xogħol.

Il-Kaxxa POST li tidher fil-FORMOLA 53B tal-EASA tirreferi għall-post fejn tkun saret il-manutenzjoni, u mhux għall-post tal-faċilitajiet tal-organizzazzjoni (jekk ikun differenti).

▼B




ANNESS II



Ir-Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003

(ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/2005

(ĠU L 338M, 17.12.2008, p. 189)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2006

(ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 391)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 335/2007

(ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 215)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 375/2007

(ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 316)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2008

(ĠU L 87, 29.3.2008, p. 3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1057/2008

(ĠU L 283, 28.10.2008, p. 30)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2009

(ĠU L 321, 8.12.2009, p. 5)




ANNESS III



Tabella ta’ korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)(a) sa (h)

Artikolu 1(2)(i) u (j)

Artikolu 2(1) u (2)

Artikolu 2(1) u (2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2a(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 3(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 2a(1), il-punti (a) u (b)

Artikolu 3(1), il-punti (a) u (b)

Artikolu 2a(1), il-punti (ċ) u (d)

Artikolu 2a(2) sa (5)

Artikolu 3(2) sa (5)

Artikolu 2b

Artikolu 4

Artikolu 2ċ(1)

Artikolu 5

Artikolu 2ċ(2) u (3)

Artikolu 2d

Artikolu 6

Artikolu 2e, l-ewwel paragrafu

Artikolu 7

Artikolu 2e, it-tieni paragrafu

Artikolu 3(1), (2) u l-ewwel sentenza tal-punt (3)

Artikolu 8(1), (2) u (3)

Artikolu 3(3), it-tieni sentenza, (4) u (5)

Artikolu 3(6)

Artikolu 4(1), (2) u l-ewwel sentenza tal-punt (3)

Artikolu 9(1), (2) u (3)

Artikolu 4(3), it-tieni sentenza, (4), (5) u (6)

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 5(1)

Artikolu 12

Artikolu 5(2) sa (5)

Anness

Anness I

Anness II

Anness III



( 1 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/201 tal-10 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u s-sistemi tar-rappurtar tal-okkorrenzi li għandhom jiġu stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni, kif ukoll il-proċeduri applikati mill-Aġenzija, u li jikkoreġi dak ir-Regolament (ĠU L 33, …, 7)

( 2 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/201 tal-10 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u s-sistemi tar-rappurtar tal-okkorrenzi li għandhom jiġu stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni, kif ukoll il-proċeduri applikati mill-Aġenzija, u li jikkoreġi dak ir-Regolament (ĠU L 33, 15.2.2022, p. 7).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).

( 4 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18).

( 5 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).

( 6 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2014 tas-7 ta’ April 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 123, 24.4.2014, p. 1).

( 7 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).

( 8 ) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).

( 9 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).