02012R0511 — MT — 01.01.2023 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 511/2012 tal-15 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 156 16.6.2012, p. 39) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2000 tad-9 ta' Novembru 2015 |
L 292 |
4 |
10.11.2015 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2091 tal-25 ta’ Awwissu 2022 |
L 281 |
16 |
31.10.2022 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 511/2012
tal-15 ta’ Ġunju 2012
dwar notifiki li jikkonċernaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk interprofessjonali u negozjati kuntrattwali u relazzjonijiet previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib
▼M2 —————
Artikolu 2
In-notifiki tal-volumi ta’ ħalib mhux ipproċessat koperti minn negozjati kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 126c(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom isiru lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri
fejn isseħħ il-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat u,
jekk differenti, fejn isseħħ il-kunsinna lil proċessur jew kollettur.
Artikolu 3
Mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 126c(8) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:
il-volum totali ta' ħalib mhux ipproċessat, speċifikat għal kull Stat Membru ta' produzzjoni, ikkonsenjat fit-territorju tagħhom skont kuntratti nnegozjati permezz tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet rikonoxxuti skont l-Artikolu 149(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) fis-sena kalendarja preċedenti, kif notifikat lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 2(3) ta' dan ir-Regolament, u bin-numru ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u ta' assoċjazzjonijiet u l-volumi kkonsenjati rispettivi;
l-għadd ta’ każijiet li fihom l-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Kompetizzjoni iddeċidew li negozjat partikolari għandu jinfetaħ mill-ġdid jew ma għandux iseħħ skont l-Artikolu 126c(6) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u sommarju qasir ta’ dawk id-deċiżjonijiet.
Artikolu 4
In-notifiki skont l-Artikolu 126d(7) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jinkludu r-regoli adottati mill-Istati Membri biex jirregolaw il-provvista tal-ġobon b’denominazzjoni tal-oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta, kif ukoll nota mqassra li tindika:
l-isem tal-ġobon,
l-isem u t-tip ta’ organizzazzjoni li qed jitolbu ir-regolazzjoni tal-provvista;
il-mezzi magħżula għar-regolazzjoni tal-provvista;
id-data tad-dħul fis-seħħ tar-regoli;
il-perjodu taż-żmien fejn japplikaw ir-regoli.
Artikolu 5
In-notifiki msemmija fl-Artikolu 185f(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jinkludu r-regoli adottati mill-Istati Membri rigward il-kuntratti msemmija fl-Artikolu 185f(1) tagħha, kif ukoll in-nota mqassra li tindika:
jekk l-Istat Membru iddeċiediex li l-kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat minn bidwi għal proċessur għandu jkun kopert minn kuntratt bil-miktub bejn il-Partijiet u, jekk iva, l-istadju jew l-istadji tal-kunsinna meħtieġa li ikunu koperti minn tali kuntratti, jekk issir il-kunsinna permezz ta' kollettur wieħed jew aktar, u kwalunkwe żmien minimu għal kuntratti bil-miktub;
jekk l-Istat Membru iddeċiediex li l-ewwel xerrej ta’ ħalib mhux ipproċessat għandu jagħmel offerta bil-miktub għall-kuntratt lill-bidwi, u, fejn xieraq, id-dewmien minimu ta' kuntratt li jrid ikun inkluż fl-offerta.
Artikolu 5a
In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija fl-Artikolu 3(2), għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 2 ).
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).