02012R0377 — MT — 05.08.2023 — 010.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼M9

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 377/2012

tat-3 ta’ Mejju 2012

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea-Bissau

▼B

(ĠU L 119 4.5.2012, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 458/2012 tal-31 ta' Mejju 2012

  L 142

11

1.6.2012

 M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013

 M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 559/2013 tat-18 ta’ Ġunju 2013

  L 167

1

19.6.2013

►M4

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/403 tas-7 ta' Marzu 2017

  L 63

15

9.3.2017

►M5

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/31 tal-10 ta' Jannar 2018

  L 6

1

11.1.2018

 M6

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1163 tal-5 ta' Lulju 2019

  L 182

33

8.7.2019

►M7

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1302 tal-5 ta’ Awwissu 2021

  L 283

9

6.8.2021

►M8

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/595 tal-11 ta’ April 2022

  L 114

60

12.4.2022

►M9

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/1329 tat-28 ta’ Lulju 2022

  L 201

1

1.8.2022

►M10

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1330 tat-28 ta’ Lulju 2022

  L 201

3

1.8.2022

►M11

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/1593 tat-3 ta’ Awwissu 2023

  L 196

1

4.8.2023


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 168, 28.6.2012, p.  55 (377/2012)

 C2

Rettifika, ĠU L 294, 10.10.2014, p.  60 (377/2012)

 C3

Rettifika, ĠU L 200, 10.8.2023, p.  47 ((UE) 2023/1593)




▼B

▼M9

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 377/2012

tat-3 ta’ Mejju 2012

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea-Bissau

▼B



Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

‘fondi’ tfisser assi u benefiċċji finanzjarji ta’ kull tip, li jinkludu iżda li mhumiex limitati għal:

(i) 

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flejjes, drafts, money orders u strumenti oħra ta’ ħlas;

(ii) 

depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi f’kontijiet, dejn u obbligazzjonijiet ta’ dejn;

(iii) 

titoli negozjati kemm pubblikament kif ukoll privatament u dokumenti dwar dejn, inklużi titoli ta’ fondi u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw sigurtajiet, bonds, noti, mandati, obbligazzjonijiet u kuntratti ta’ derivati;

(iv) 

imgħax, dividendi jew dħul ieħor fuq assi, jew valur li joħroġ minnhom jew li hu ġenerat minnhom;

(v) 

kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, titoli eżegwibbli jew impenji finanzjarji oħra;

(vi) 

ittri ta’ kreditu, poloz tat-tagħbija, dokumenti ta’ bejgħ;

(vii) 

dokumenti li jixhdu xi mgħax f’fondi jew riżorsi finanzjarji;

(b) 

‘iffriżar ta’ fondi’ tfisser il-projbizzjoni ta’ kwalunkwe ċaqliq, trasferiment, bidla, użu, aċċess jew traffikar ta’ fondi li jistgħu b’xi mod iwasslu għal bidla fil-volum, fl-ammont, fil-lokalizzazzjoni, fis-sjieda, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni jew f’bidla oħra li tagħmel possibbli l-użu tal-fondi, inkluż il-ġestjoni tal-portafolli;

(c) 

‘riżorsi ekonomiċi’ tfisser assi ta’ kull xorta, kemm tanġibbli u kif ukoll intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, prodotti jew servizzi;

(d) 

‘iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi’ tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta’ riżorsi ekonomiċi biex jinkisbu fondi, prodotti jew servizzi fi kwalunkwe mod, li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, bejgħ, kiri jew ipoteki tagħhom;

(e) 

‘territorju tal-Unjoni’ tfisser it-territorji li għalihom japplika t-Trattat, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat.

Artikolu 2

1.  
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma miżmuma jew ikkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi li, skont l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/237/PESK, ġew identifikati mill-Kunsill bħal jew (i) li ħadu sehem jew ipprovdew sostenn għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw jew (ii) li assoċjaw ruħhom ma’ tali persuni, entitajiet jew korpi, kif elenkati fl-Anness I għandhom jiġu ffriżati.
2.  
L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I jew għall-benefiċċju tagħhom.
3.  
Il-parteċipazzjoni, b’intenzjoni u apposta, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu, b’mod dirett jew indirett, li jevitaw il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi pprojbit.

▼M11

4.  

Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a) 

in-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b) 

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c) 

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d) 

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e) 

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) waqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet.

▼B

Artikolu 3

1.  
L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-inklużjoni ta’ persuni, entitajiet u korpi elenkati.
2.  
L-Anness I għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi ikkonċernati. Fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, informazzjoni bħal din tista’ tinkludi ismijiet fosthom psewdonomi, data u post tat-twelid, nazzjonalità, numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, sess, indirizz, jekk magħruf, u funzjoni jew professjoni. Fir-rigward ta’ persuni, entitajiet u korpi ġuridiċi, informazzjoni bħal din tista’ tinkludi ismijiet, post u data ta’ reġistrazzjoni, numru tar-reġistrazzjoni u post tan-negozju.

Artikolu 4

1.  

B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif identifikati fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, taħt il-kondizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:

(a) 

meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness I u l-membri tal-familja dipendenti fuqhom, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka immobiljari, mediċini u kura medika, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u l-ħlasijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;

(b) 

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta’ spejjeż li huma konnessi mal-forniment ta’ servizzi legali;

(c) 

maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ miżati jew il-ħlasijiet ta’ servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d) 

neċessarji għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru nnotifika bir-raġunijiet li jikkonsidra li għalihom awtorizzazzjoni speċifika għandha tingħata lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni mill-anqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

2.  
L-Istat Membru relevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

Artikolu 5

1.  

B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fis-websajts fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma s-suġġett ta’ garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmijin fl-Artikolu 2 ikunu ġew inklużi fl-Anness I jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni jridu jintużaw esklużivament sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet iggarantiti b’din il-garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f’din is-sentenza, fil-limiti stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c) 

il-garanzija jew sentenza mhumiex għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; kif ukoll

(d) 

ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma jmorrux kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

2.  
L-Istat Membru relevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

Artikolu 6

1.  

L-Artikolu 2(2) m’għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta’:

(a) 

imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) 

ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 2 ġew inklużi fl-Anness I,

sakemm tali imgħax, dħul u ħlas ikunu ffriżati skont l-Artikolu 2(1).

2.  
L-Artikolu 2(2) m’għandux iwaqqaf lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw kontijiet iffriżati meta jirċievu fondi trasferiti fil-kont ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat, sakemm kwalunkwe żieda għal dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti b’din it-transazzjoni.

Artikolu 7

1.  
L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li wieħed jagħmel fondi jew riżorsi ekonomiċi disponibbli, magħmula bi skop tajjeb u bil-konvinzjoni li tali azzjoni hi konformi ma’ dan ir-Regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma bħala riżultat ta’ negliġenza.
2.  
Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) m’għandhiex twassal għal responsabbiltà ta’ ebda xorta fuq in-naħa tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li poġġew għad-dispożizzjoni fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida biex jissuspettaw li l-azzjonijiet tagħhom kienu se jiksru din il-projbizzjoni.

Artikolu 8

▼C1

1.  

Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

▼B

(a) 

immedjatament ifornu kull informazzjoni li tiffaċilita konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skont l-Artikolu 2, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huma residenti jew qegħdin, kif identifikati fil-websajts elenkati fl-Anness II, u għandhom jgħaddu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-awtorità kompetenti, lill-Kummissjoni; u

(b) 

jikkooperaw ma’ dik l-awtorità kompetenti f’kull verifikazzjoni ta’ din l-informazzjoni.

2.  
Kwalunkwe informazzjoni li tingħata jew tiġi rċevuta skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta jew irċevuta.

Artikolu 9

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin bil-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti konnessa ma’ dan ir-Regolament li hija għad-dispożizzjoni tagħhom, b’mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta’ ksur u ta’ infurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.

Artikolu 10

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.

Artikolu 11

1.  
Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissottometti persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(1), għandu jemenda l-Anness I kif adegwat.
2.  
Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-inklużjoni, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-paragrafu 1, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, u b’hekk tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.
3.  
Fejn jiġu mressqa osservazzjonijiet, jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrivedi d-deċiżjoni tiegħu u jgħarraf lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat skont il-każ.
4.  
Il-lista fl-Anness I għandha tiġi riveduta f’intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.

Artikolu 12

1.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti f’dawn ir-regoli.

Artikolu 13

Fejn dan ir-Regolament jipprevedi rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata jew li ssir xi komunikazzjoni oħra magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.

Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) 

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b) 

abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew bastiment li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;

(c) 

għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu li tkun ċittadina ta’ Stat Membru;

(d) 

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

(e) 

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe kummerċ imwettaq, b’mod sħiħ jew parzjalment, fl-Unjoni.

Artikolu 15

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi imsemmija fl-Artikoli 2(1) u 2(2)



Persuni

▼M1

▼B

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.)

Raġunijiet għall-inklużjoni

Data tan-nomina

▼M4

1.

António INJAI

(magħruf ukoll bħala “António INDJAI”)

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

d.t.t.: 20.1.1955

p.t.t.: Encheia, Sector de Bissorá, Região de Oio, Guiné-Bissau

Ġenituri: Wasna Injai (isem il-missier) u Quiritche Cofte (isem l-omm)

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Ġeneral b) Kap tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati

Passaport: Passaport Diplomatiku AAID00435

Data tal-ħruġ: 18.2.2010

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 18.2.2013

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782445

António Injai kien personalment involut fl-ippjanar u t-tmexxija tar-rewwixta tal-1 ta' April 2010, li laħqet il-qofol bil-ħtif illegali tal-Prim Ministru, Carlo Gomes Junior, u dak li dak iż-żmien kien il-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati, José Zamora Induta; matul il-perijodu elettorali tal-2012, fil-kapaċità tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati, Injai għamel dikjarazzjonijiet u hedded li jwaqqa' l-awtoritajiet eletti u li jtemm il-proċess elettorali; Antonio Injai kien involut fl-ippjanar operattiv tal-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Wara l-kolp ta' stat, l-ewwel komunikazzjoni mill-“Kmand Militari” inħareġ mill-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati, li huwa mmexxi mill-Ġeneral Injai.

3.5.2012

2.

Mamadu TURE (magħruf ukoll bħala “N'Krumah”)

Nazzjonalità — Guinea-Bissau

d.t.t. 26.4.1947

Deżinjazzjoni: a) Maġġur Ġeneral b) Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

Passaport Diplomatiku Nru DA0002186

Data tal-ħruġ: 30.3.2007

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 26.8.2013

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782456

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

3.

Estêvão NA MENA

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

d.t.t. 7.3.1956

Deżinjazzjoni: Spettur Ġenerali tal-Forzi Armati

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782449

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

4.

Ibraima CAMARÁ

(magħruf ukoll bħala “Papa Camará”)

Nazzjonalità — Guinea-Bissau

d.t.t. 11.5.1964

Ġenituri: Suareba Camará (isem il-missier) u Sale Queita (isem l-omm)

Deżinjazzjoni: a) Brigadier Ġenerali b) Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru

Passaport Diplomatiku Nru AAID00437

Data tal-Ħruġ: 18.2.2010

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 18.2.2013

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5781782

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

5.

Daba NAUALNA

(magħruf bħala “Daba Na Walna”)

Nazzjonalità — Guinea-Bissau

d.t.t. 6.6.1966

Ġenituri: Samba Naualna (Isem il-missier) u In-Uasne Nanfafe (Isem l-omm)

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kelliem tal-“Kmand Militari”

Passaport nru SA 0000417

Data tal-ħruġ: 29.10.2003

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 10.3.2013

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782452

Kelliem tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

▼M10 —————

▼M5 —————

▼M4

12.

Júlio NHATE

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 28.9.1965

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kmandant tar-Reġiment tal-Paratruppi

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782454

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Alleat leali ta' António Injai, il-Logutenent-kurunell Júlio Nhate għandu r-responsabbiltà materjali għall-kolp tat-12 ta' April 2012, billi mexxa l-operazzjoni militari.

1.6.2012

13.

Tchipa NA BIDON

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 28.5.1954

Ġenituri: “Nabidom”

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kap tal-Intelligence

Passaport: Passaport Diplomatiku DA0001564

Data tal-ħruġ: 30.11.2005

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 15.5.2011

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782446

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

▼M10 —————

▼M4

16.

Idrissa DJALÓ (magħruf ukoll bħala: Idriça Djaló)

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 18 ta' Diċembru 1954

Deżinjazzjoni: a) Maġġur b) Konsulent ta' protokoll għall-Kap Kmandant tal-Forzi Armati c) Kurunell d) Kap tal-Protokoll tal-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi Armati (sussegwentement)

Passaport: AAISO40158

Data tal-ħruġ: 12.10.2012

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 2.10.2015

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782443

Punt ta' Kuntatt għall-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012 u wieħed mill-aktar membri attivi tiegħu. Kien wieħed mill-ewwel uffiċjali li assumew pubblikament l-affiljazzjoni tagħhom mal-“Kmand Militari”, billi ffirma waħda mill-ewwel communiqués tiegħu (nru 5, datata 13 ta' April 2012). Il-Maġġur Djaló jappartjeni wkoll għall-Intelligence Militari.

18.7.2012

▼M7 —————

▼M10 —————

▼M7 —————

▼M10 —————

▼M1

21.

Logutenent Julio NA MAN

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Aide-de-Camp tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Il-Logutenent Na Man kien attiv fil-kmand operazzjonali tal-kolp tat-12 ta' April, taħt ordnijiet minn António Injai. Ħa wkoll sehem, f'isem il-“Kmand Militari”, f'laqgħat ma' partiti politiċi.

1.6.2012




ANNESS II

Websajts għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri msemmija fl-Artikoli 4(1), 5(1) u 8(1), u l-indirizzi għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

▼M8

IL-BELĠJU

https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions

IL-BULGARIJA

https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions

IĊ-ĊEKJA

www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html

L-ESTONJA

https://vm.ee/et/rahvusvahelised-sanktsioonid

L-IRLANDA

https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955

L-ITALJA

https://www.esteri.it/it/politica-estera-e-cooperazione-allo-sviluppo/politica_europea/misure_deroghe/

ĊIPRU

https://mfa.gov.cy/themes/

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html

L-UNGERIJA

https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato

MALTA

https://foreignandeu.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/SMB-Home.aspx

IN-NETHERLANDS

https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

L-AWSTRIJA

https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/

IL-POLONJA

https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe

https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions

IL-PORTUGALL

https://www.portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi

IS-SLOVAKKJA

https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

https://um.fi/pakotteet

L-IŻVEZJA

https://www.regeringen.se/sanktioner

Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA)

Rue de Spa 2

B-1049 Brussell, il-Belġju

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu