02012R0236 — MT — 09.01.2024 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 086 24.3.2012, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) Nru 909/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Lulju 2014 |
L 257 |
1 |
28.8.2014 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/27 tas-27 ta’ Settembru 2021 |
L 6 |
9 |
11.1.2022 |
|
REGOLAMENT (UE) 2023/2869 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Diċembru 2023 |
L |
1 |
20.12.2023 |
REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Marzu 2012
dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għal dan li ġej:
strument finanzjarji fit-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2(1) li jkunu ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar fl-Unjoni, inklużi tali strumenti meta jiġu nnegozjati barra minn ċentru tan-negozjar;
derivati msemmija fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE relatati ma’ strumenti finanzjarji msemmija fil-punt (a) jew ma’ emittent ta’ tali strument finanzjarju, inkluż tali derivati meta nnegozjati barra ċentru tan-negozjar;
strumenti ta’ dejn maħruġa minn Stat Membru jew l-Unjoni u derivati li hemm riferiment għalihom fl-Anness I it-Taqsima C il-punti (4) sa (10) tad-Direttiva 2004/39/KE relatati jew li hemm riferiment għalihom ma’ strumenti ta’ dejn maħruġa minn Stat Membru jew l-Unjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“strument finanzjarju” tfisser strument elenkat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;
“bejgħ bin-nieqes” b’rabta ma’ sehem jew strument ta’ dejn tfisser kwalunkwe bejgħ tas-sehem jew l-istrument ta’ dejn li bejjiegħ ma jkollux is-sjieda tiegħu fil-waqt tad-dħul fil-ftehim ta’ bejgħ, inkluż bejgħa fejn fil-waqt tad-dħul fil-ftehim ta’ bejgħ il-bejjiegħ ikun issellef jew ftiehem li jissellef is-sehem jew l-istrument ta’ dejn għall-konsenja fis-salduli ma jinkludix:
bejgħa minn kwalunkwe parti taħt ftehim ta’ riakkwist fejn parti qablet li tbigħ lill-oħra titolu għal prezz speċifikat b’impenn mill-parti l-oħra li tbigħ it-titolu lura f’data aktar tard għal prezz speċifikat ieħor,
trasferiment ta’ titoli fil-kwadru ta’ ftehim ta’ self ta’ titoli, jew
id-dħul f’kuntratt ta’ futuri jew kuntratt ta’ derivattiv ieħor fejn huwa maqbul li jinbigħu t-titoli għal prezz speċifikat f’data futura;
“swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu” tfisser kuntratt ta’ derivat fejn parti waħda tħallas miżata lil parti oħra għal ħlas jew benefiċċju ieħor fil-każ ta’ avveniment ta’ kreditu li għandu x’jaqsam ma’ entità referenzjarja u ta’ kwalunkwe inadempjenza oħra, relatata ma’ dak il-kuntratt ta’ derivati, li jkollu effett ekonomiku simili;
“emittent sovran” ifisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin li joħroġ strumenti ta’ dejn:
l-Unjoni;
Stat Membru, inkluż dipartiment tal-gvern, aġenzija jew vettura bi skop speċjali tal-Istat Membru;
f’każ ta’ Stat Membru federali, il-membri tal-federazzjoni;
vettura bi skop speċjali għal diversi Stati Membri;
istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabbilita minn żewġ Stati Membri jew aktar li jkollha l-fini li timmobilizza l-iffinanzjar u tagħti assistenza finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri tagħha li jkunu għaddejjin jew mheddin minn problemi finanzjarji severi, jew
il-Bank Ewropew tal-Investiment;
“swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran” tfisser swap ta’ inadempjenza tal-kreditu fejn ħlas jew benefiċċju ieħor jitħallas f’każ ta’ avveniment ta’ kreditu jew inadempjenza marbut ma’ emittent sovran;
“dejn sovran” ifisser strument ta’ dejn maħruġ minn emittent sovran;
“dejn sovran maħruġ” ifisser it-total tad-dejn sovran maħruġ minn emittenti sovran li ma ġiex mifdi;
“kapital azzjonarju maħruġ” fir-rigward ta’ kumpanija, tfisser it-total ta’ ishma ordinarji u kwalunkwe sehem preferut maħruġ mill-kumpanija imma ma jinkludix titoli ta’ dejn trasferibbli;
“Stat Membru ta’ domiċilju” tfisser:
b’rabta ma’ ditta ta’ investiment fit-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE jew ma’ suq regolat fit-tifsira tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, l-Istat Membru ta’ domiċilju fit-tifsira tal-punt 20 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;
b’relazzjoni ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-Istat Membru ta’ domiċilju fit-tifsira tal-punt 7 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Europew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-eżerċizzju tagħhom ( 1 );
b’rabta ma’ kwalunkwe persuna ġuridika mhux imsemmija fil-punti (i) jew (ii), l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat tagħha jew jekk ma għandhiex uffiċċju reġistrat l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħha;
b’rabta ma’ persuna fiżika l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju prinċipali ta’ dik il-persuna, jew, jekk ma jkunx hemm uffiċċju prinċipali, l-Istat Membru li fih hija domiċiljata dik il-persuna;
“awtorità kompetenti rilevanti” tfisser:
b’rabta mad-dejn sovran ta’ Stat Membru, jew, fil-każ ta’ Stat Membru federali, rigward dejn sovran ta’ membru tal-federazzjoni jew swap ta’ inadempjenza tal-kreditu li għandu x’jaqsam ma’ Stat Membru jew membru ta’ federazzjoni, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru;
b’rabta mad-dejn sovran tal-Unjoni jew swap ta’ inadempjenza tal-kreditu li għandu x’jaqsam mal-Unjoni, l-awtorità kompetenti tal-ġurisdizzjoni li fiha jinsab id-dipartiment li joħroġ id-dejn;
b’rabta mad-dejn sovran ta’ diversi Stati Membri li jaġixxu permezz ta’ vettura bi skop speċjali jew swap ta’ inadempjenza tal-kreditu li għandu x’jaqsam ma’ tali vettura bi skop speċjali, l-awtorità kompetenti tal-ġuriżdizzjoni li fiha hija stabbilita l-vettura bi skop speċjali;
b’rabta mad-dejn sovran ta’ istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabbilita minn żewġ Stati Membri jew aktar li jkollha l-fini li timmobilizza l-iffinanzjar u tagħti assistenza finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri tagħha li jkunu għaddejjin jew mheddin minn problemi finanzjarji severi, l-awtorità kompetenti tal-ġuriżdizzjoni fejn tkun stabbilitia l-istituzzjoni finanzjarja internazzjonali;
b’rabta ma’ strument finanzjarju ieħor għajr strument imemmi fil-punt (i) sa (iv), l-awtorità kompetenti għal dak l-istrument finanzjarju kif iddefinita fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 ( 2 ) u ddeterminat skont il-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament;
b’rabta ma’ strument finanzjarju li mhuwiex kopert skont il-punti (i) sa (v), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l-istrument finanzjarju kien ammess għall-ewwel darba għan-negozjar f’ċentru għan-negozjar;
b’rabta ma’ strument ta’ dejn maħruġ mill-Bank Ewropew tal-Investiment, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih jinsab il-Bank Ewropew tal-Investiment;
“attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq” tfisser l-attivitajiet ta’ ditta ta’ investiment, istituzzjoni ta’ kreditu, entità ta’ pajjiż terz, jew ditta kif imsemmi fil-punt (1) tal-Artikoul 2(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, li tkun membru ta’ ċentru tan-negozjar jew ta’ suq f’pajjiż terz li l-qafas legali u superviżorju tiegħu jkun ġie ddikjarat bħala ekwivalenti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) meta tinnegozja bħala prinċipal fi strument finanzjarju, kemm jekk innegozjata fiċ-ċentru tan-negozjar jew barra, fi kwalunkwe waħda minn dawn il-kapaċitajiet:
billi ddaħħal kwoti fuq żewġ binarji, sodi u simultanji, ta’ daqs komparabbli u bi prezzijiet kompetittivi, bir-riżultat li tiġi pprovduta likwidità fuq bażi regolari u kontinwa lis-suq;
bħala parti mill-operat normali tagħha, billi tissodisfa ordnijiet mibdija minn klijenti jew b’rispons għat-talbiet tal-klijenti għan-negozjar;
billi tiħħeġġja pożizzjonijiet li jirriżultaw mit-twettiq tal-kompiti taħt punti (i) u (ii);
“ċentru tan-negozjar” tfisser suq regolat fit-tifsira tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, jew faċilità tan-negozjar multilaterali fit-tifsira tal-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;
“ċentru prinċipali” fir-rigward ta’ sehem tfisser iċ-ċentru tan-negozjar ta’ dak is-sehem bl-ogħla fatturat;
“negozjant primarju awtorizzat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun iffirmat ftehim ma’ emittent sovran jew li għandha rikonoxximent formali bħala negozjant primarju mingħand jew f’isem emittent sovran u li, skont dak il-ftehim jew rikonoxximent, tikkommetti ruħa li tinnegozja bħala prinċipal b’konnessjoni ma’ operazzjonijiet primarji u sekondarji tas-suq li għandhom x’jaqsmu ma’ dejn maħruġ minn dak l-emittent;
“kontroparti ċentrali” tfisser entità ġuridika li tinterponi lilha nnifisha bejn il-kontropartijiet għall-kuntratti nnegozjati f’suq finanzjarju wieħed jew aktar, u ssir ix-xerrej għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħ għal kull xerrej u li hija responsabbli għall-operazzjoni ta’ sistema tal-ikklerjar (clearing);
“jum ta’ negozju” jfisser jum ta’ negozju kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1287/2006;
“fatturat” ta’ sehem tfisser fatturat skont it-tifsira fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006.
Artikolu 3
Pożizzjonijiet bin-nieqes u twal
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, pożizzjoni li tirriżulta minn waħda minn dawn li ġejjin għandha titqies li hija pożizzjoni bin-nieqes relatata mal-kapital azzjonarju maħruġ jew dejn sovran maħruġ:
bejgħ bin-nieqes ta’ sehem maħruġ minn kumpanija jew ta’ strument ta’ dejn maħruġ minn emittent sovran;
id-dħul fi tranżazzjoni li toħloq jew li għandha x’taqsam ma’ strument finanzjarju għajr l-istrument imsemmi fil-punt (a) meta l-effett jew wieħed mill-effetti tat-tranżazzjoni jkun li jagħti vantaġġ finanzjarju lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun dieħla f’dik it-tranżazzjoni, fil-każ ta’ tnaqqis fil-prezz jew valur tas-sehem jew tal-istrument ta’ dejn.
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, pożizzjoni li tirriżulta minn waħda minn dawn li ġejjin għandha titqies li hija pożizzjoni twila relatata ma’ kapital azzjonarju maħruġ jew dejn sovran maħruġ:
pussess ta’ sehem maħruġ minn kumpanija jew ta’ strument ta’ dejn maħruġ mill-emittent sovran;
id-dħul fi tranżazzjoni li toħloq jew li għandha x’taqsam ma’ strument finanzjarju għajr l-istrument imsemmi fil-punt (a) meta l-effett jew wieħed mill-effetti tat-tranżazzjoni jkun li jagħti vantaġġ finanzjarju lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun dieħla f’dik it-tranżazzjoni, fil-każ ta’ żieda fil-prezz jew valur tas-sehem jew tal-istrument ta’ dejn.
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-kalkolu ta’ pożizzjoni bin-nieqes jew twila li għandha x’taqsam ma’ dejn sovran għandha tinkludi kwalunkwe swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran li għandu x’jaqsam mal-emittent sovran.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 filwaqt li tispeċifika:
il-każijiet meta persuna fiżika jew ġuridika titqies li tkun is-sid ta’ sehem jew strument ta’ dejn għall-finijiet tal-paragrafu 2;
każijiet fejn persuna fiżika jew ġuridika jkollha pożizzjoni bin-nieqes netta għall-finijiet tal-paragrafi 4 u 5 u l-metodu tal-kalkolu ta’ tali pożizzjoni;
il-metodu tal-kalkolu tal-pożizzjonijiet għall-finijiet tal-paragrafi 3, 4 u 5 fejn entitajiet differenti fi grupp ikollhom pożizzjonijiet twal jew bin-nieqes jew għall-attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ fondi relatati ma’ fondi separati.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-metodu ta’ kalkolu għandu jqis b’mod partikolari, jekk jiġux segwiti strateġiji ta’ investiment differenti b’rabta mal-emittent partikolari permezz ta’ aktar minn fond separat wieħed ġestit mill-istess ġestur tal-fondi, jekk l-istess strateġija ta’ investiment tkun persegwita b’rabta ma’ emittent partikolari permezz ta’ aktar minn fond wieħed u jekk aktar minn portafoll wieħed fl-istess entità jkunx ġestit fuq bażi diskrezzjonali li tkun tippersegwita l-istess strateġija ta’ investiment b’rabta ma’ emittent partikolari.
Artikolu 4
Pożizzjoni skoperta fi swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, persuna fiżika jew ġuridika għandha titqies li jkollha pożizzjoni skoperta fi swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran meta s-swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran ma jkunx qed iservi biex jiħħeġġja kontra:
r-riskju ta’ inadempjenza fejn il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha pożizzjoni twila fid-dejn sovran tal-emittent li miegħu huwa marbut l-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran, jew
ir-riskju ta’ deklin tal-valur tad-dejn sovran meta l-persuni fiżika jew ġuridika jkollha beni jew tkun soġġetta għal debiti, inklużi imma mhux biss kuntratti finanzjarji, portafoll ta’ beni jew obbligazzjonijiet finanzjarji li l-valur tagħhom ikun korrelatat mal-valur tad-dejn sovran.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 li tispeċifika, għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:
il-każijiet fejn tranżazzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran titqies li tkun qed tiħħeġġja kontra riskju ta’ inadempjenza jew riskju ta’ tnaqqis fil-valur tad-dejn sovran, u l-metodu tal-kalkolu ta’ pożizzjoni skoperta fi swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran;
il-metodu tal-kalkolu tal-pożizzjonijiet fejn entitajiet differenti fi grupp ikollhom pożizzjonijiet twal jew bin-nieqes jew għall-attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ fondi relatati ma’ fondi separati.
KAPITOLU II
TRASPARENZA TAL-POŻIZZJONIJIET BIN-NIEQES NETTI
Artikolu 5
Notifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti f’ishma
Artikolu 6
Divulgazzjoni pubblika ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti f’ishma
Artikolu 7
Notifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikant f’dejn sovran
Il-Kummissjoni għandha:
tiżgura li l-livelli limitu ma jiġux stabbiliti f’tali livell li jirrikjedi notifika ta’ pożizzjonijiet li jkunu ta’ valur minimu;
tieħu kont tal-ammont totali tad-dejn sovran maħruġ pendenti għal kull emittent sovran u d-daqs medju ta’ pożizzjonijiet miżmuma minn parteċipanti fis-suq relatati mad-dejn sovran ta’ dak l-emittent sovran; u
tieħu kont tal-likwidità ta’ kull suq tal-bonds sovrani.
Artikolu 8
Notifika lill-awtoritajiet kompetenti dwar pożizzjonijiet skoperti fi swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu sovran
Meta awtorità kompetenti tissospendi restrizzjonijiet f’konformita’ mal-Artikolu 14(2), persuna fiżika jew ġuridika li jkollha pożizzjoni mhux koperta fi swap ta’ inadempjenza ta’ kreditu sovran għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti relevanti meta tali pożizzjoni tilħaq jew taqa’ taħt il-livelli limiti relevanti għan-notifika għall-emittent sovran, kif speċifikat skont it-termini tal-Artikolu 7.
Artikolu 9
Metodu ta’ notifika u divulgazzjoni
Għall-finijiet tal-Artikoli 5, 6, 7 jew 8, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għandhom pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti għandhom iżommu, għal perijodu ta’ ħames snin, ir-rekords tal-pożizzjonijiet grossi li jagħmlu pożizzjoni bin-nieqes netta sinifikanti.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2012.
Is-setgħat huma ddelegati lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2012.
Is-setgħat huma mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 10
Applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ notifika u divulgazzjoni
Ir-rekwiżiti ta’ notifika u divulgazzjoni skont l-Artikoli 5, 6, 7 u 8 japplikaw għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kemm jekk domiċiljati jew ikunu stabbiliti fl-Unjoni jew f’pajjiż terz.
Artikolu 11
Informazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-AETS
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-informazzjoni mitluba lill-AETS mhux iżjed tard minn sebat ijiem kalendarji. Fejn ikun hemm inċidenti jew żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-swieq fl-Istat Membru konċernat jew fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti tipprovdi lill-AETS kull tagħrif disponibbli msejjes fuq ir-rekwiżiti ta’ notifika skont it-termini tal-Artikoli 5, 7 u 8 fi żmien 24 siegħa.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2012.
Is-setgħat huma ddelegati lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2012.
Is-setgħat huma mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 11a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
l-ismijiet kollha tal-persuna fiżika jew ġuridika li magħha hija relatata l-informazzjoni;
għall-persuni ġuridiċi, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-persuna, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
għall-persuni ġuridiċi, id-daqs tal-persuna skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.
Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;
l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.
L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.
Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
KAPITOLU III
BEJGĦ BIN-NIEQES SKOPERTI
Artikolu 12
Restrizzjonijiet fuq bejgħ bin-nieqes skoperti ta’ ishma
Persuna fiżika jew ġuridika tista’ tidħol biss f’bejgħa bin-nieqes ta’ sehem ammess għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar fejn waħda mill-kondizzjonijiet segwenti tkun ssodisfatta:
il-persuna fiżika jew ġuridika tkun isselfet is-sehem; jew għamlet dispożizzjonijiet alternattivi li rriżultaw f’effett legali simili;
il-persuna fiżika jew ġuridika tkun daħlet fi ftehim biex tissellef is-sehem jew ikollha talba oħra assolutament infurzabbli b’kuntratt jew b’liġi dwar il-proprjetà biex tiġi trasferita s-sjieda ta’ għadd korrispondenti ta’ titoli tal-istess klassi sabiex ikun jista’ jiġi affettwat saldu meta jkun dovut; jew
il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha arranġament ma’ parti terza li permezz tiegħu dik il-parti terza tkun ikkonfermat li s-sehem ikun ġie identifikat, u tkun ħadet miżuri vis-à-vis partijiet terzi meħtieġa sabiex il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha aspettattivi raġonevolili s-saldu jista’ jiġi effettwat meta dan ikun dovut.
L-AETS għandha tissottometti l-abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi implimentatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2012.
Is-setgħat huma mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 13
Restrizzjonijiet fuq bejgħ bin-nieqes skoperti ta’ dejn sovran
Persuna fiżika jew ġuridika tista’ tidħol biss f’bejgħ bin-nieqes ta’ dejn sovran fejn waħda mill-kundizzjonijiet segwenti tkun sodisfatta:
il-persuna fiżika jew ġuridika tkun isselfet id-dejn sovran; jew għamlet dispożizzjonijiet alternattivi li rriżultaw f’effett legali simili;
il-persuna fiżika jew ġuridika tkun daħlet fi ftehim biex tissellef dejn sovran jew ikollha talba oħra assolutament infurzata b’kuntratt jew b’liġi dwar il-proprjetà biex tiġi trasferita s-sjieda ta’ għadd korrispondenti ta’ titoli tal-istess klassi sabiex ikun jista’ jsir saldu meta jkun dovut; jew
il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha arranġament ma’ parti terza li permezz tiegħu dik il-parti terza tkun ikkonfermat li d-dejn sovran ikun ġie identifikat jew inkella jkollha aspettattiva raġonevoli li s-saldu jkunu jista’ jsir meta dan ikun dovut.
Sospensjoni għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta’ mhux aktar minn sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fis-sit tal-Internet tal-awtorità kompetenti rilevanti. Is-sospensjoni tista’ tiġġedded għal perijodi ta’ mhux aktar minn sitt xhur jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħu japplikaw. Jekk is-sospensjoni ma tiġġeddidx sal-aħħar tal-perijodu inizjali jew ta’ kwalunkwe perijodu ta’ tiġdid sussegwenti, din għandha tiskadi awtomatikament.
L-AETS, fi żmien 24 siegħa minnnotifika mill-awtorità kompetenti rilevanti, għandha toħroġ opinjoni bbażata fuq il-paragrafu 4 dwar s-sospensjoni nnotifikata jew tiġdid ta’ sospensjoni. L-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-Internet tal-AETS.
Il-parametri u l-metodi biex l-Istati Membri jikkalkulaw il-limitu għandhom jiġu stabbiliti b’tali mod li meta jintlaħaq, dan jirrappreżenta tnaqqis sinifikanti meta mqabbel mal-livell medju tal-likwidità għad-dejn sovran ikkonċernat.
Il-limitu għandu jiġi definit abbażi ta’ kriterji oġġettivi speċifiċi għas-suq tad-dejn sovran rilevanti, inkluż l-ammont totali ta’ dejn sovran maħruġ pendenti għal kull emittent sovran.
L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2012.
Is-setgħat huma mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 14
Restrizzjonijiet fuq swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran
Awtorità kompetent tista’ tissospendi temporanjament ir-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, meta għandha raġunijiet oġġettivi biex temmen lis-suq tagħha ta’ dejn sovran ma jkunx qed jiffunzjona b’mod korrett u li r-restrizzjonijiet jistgħu jkollhom impatt negattiv fuq is-suq tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran, billi tiżdied l-ispiża tas-self għall-emittenti sovrani jew tiġi effettwata l-kapaċità tagħhom li joħorġu dejn ġdid. Dawn ir-raġunijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-indikaturi li ġejjin:
rata ta’ mgħax għolja jew tiżdied fuq id-dejn sovran;
twessigħ ta’ varjazzjonijiet fir-rati ta’ mgħax fuq id-dejn sovran b’paragun mad-dejn sovran ta’ emittenti sovrani oħra;
twessigħ tal-varjazzjonijiet tas-swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran b’paragun mal-kurva proprja u b’paragun ma’ emittenti sovrani oħra;
iż-żmien opportun tar-ritorn tal-prezz tad-dejn sovran lejn l-ekwilibriju oriġinali wara trattativa kummerċjali fuq skala kbira;
ammonti ta’ dejn sovran li jistgħu jiġu nnegozjati.
L-awtorità kompetenti tista’ tuża ukoll indikaturi oħra li mhumiex dawk stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu.
Qabel ma tissospendi ir-restrizzjonijiet taħt dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-AETS u awtoritajiet kompetenti oħra bis-sospensjoni proposta u r-raġunijiet li fuqha hija bbażata.
Is-sospensjoni għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta’ mhux aktar minn 12-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fis-sit tal-Internet tal-awtorità kompetenti rilevanti. Is-sospensjoni tista’ tiġġedded għal perijodi ta’ mhux aktar minn sitt xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħu japplikaw. Jekk is-sospensjoni ma tiġġeddidx sal-aħħar tal-perijodu inizjali jew wara kwalunkwe perijodu ta’ tiġdid sussegwenti, din għandha tiskadi awtomatikament.
L-AETS, fi żmien 24 siegħa minn notifika mill-awtorità kompetenti rilevanti, għandha toħroġ opinjoni dwar is-sospensjoni intenzjonata jew it-tiġdid ta’ dik is-sospensjoni, irrispettivament mill-fatt jekk l-awtorità kompetenti tkunx ibbażat is-sospensjoni fuq l-indikaturi stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu jew fuq indikaturi oħra. Meta s-sospensjoni intenzjonata jew it-tiġdid tas-sospensjoni hija bbażata fuq it-tieni subparagrafu, dik l-opinjoni għandha tinkludi wkoll valutazzjoni tal-indikaturi użati mill-awtorità kompetenti. L-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-Internet tal-AETS.
▼M1 —————
KAPITOLU IV
EŻENZJONIJIET
Artikolu 16
Eżenzjoni fejn iċ-ċentru tan-negozjar prinċipali jkun f’pajjiż terz
L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-AETS bi kwalunkwe tali ishma identifikati li jkollhom is-suq prinċipali ta’ negozjar tagħhom f’pajjiż terz.
Kull sentejn l-AETS għandha tippubblika l-lista ta’ ishma li għalihom iċ-ċentru prinċipali ta’ negozjar jinstab f’pajjiż terz. Il-lista għandha tkun effettiva għal perijodu ta’ sentejn.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2012.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Sabiex tiżgura l-uniformità fil-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġu speċifikati:
id-data li fiha u l-perijodu li fir-rigward tiegħu għandu jsir kwalunkwe kalkolu li jiddetermina ċ-ċentru prinċipali ta’ negozjar għal sehem;
id-data sa meta l-awtorità rilevanti għandha tinnotifika lill-AETS b’dawn l-ishma li għalihom iċ-ċentru prinċipali ta’ negozjar ikun f’pajjiż terz;
id-data li minna l-lista għandha tkun effettiva wara l-pubblikazzjoni mill-AETS.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2012.
Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 17
Eżenzjoni għall-attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq u operazzjonijiet tas-suq primarju
Il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jista’ jitqies ekwivalenti meta f’dak il-pajjiż terz:
is-swieq ikunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u infurzar effikaċi fuq bażi kontinwa;
is-swieq ikollhom regoli ċari u trasparenti fir-rigward ta’ ammissjoni ta’ titoli għan-negozjar sabiex dawn it-titoli jkunu kapaċi li jiġu nnegozjati b’mod ġust, ordinat u effiċjenti, u jkunu negozjabbli liberament;
l-emittenti ta’ titoli jkunu suġġetti għal rekwiżiti ta’ informazzjoni perjodika u kontinwa sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-investitur; u
it-trasparenza u l-integrità fis-suq huma żgurati billi ssir prevenzjoni tal-abbuż tas-suq fil-forma insider dealing u manipulazzjoni tas-suq.
KAPITOLU V
SETGĦAT TA’ INTERVENT TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI U TAL-AETS
TAQSIMA 1
Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
Artikolu 18
Notifika u divulgazzjoni f’ċirkostanzi eċċezzjonali
Suġġetta għall-Artikolu 22, awtorità kompetenti tista’ teħtieġ lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom pożizzjonijiet bin-nieqes netti fir-rigward ta’ strument finanzjarju speċifiku jew klassi ta’ strumenti finanzjarji jinnotifikawha jew jiddivulgaw lill-pubbliku dettalji tal-pożizzjoni meta l-pożizzjoni tilħaq jew taqa’ taħt livell limitu ta’ notifika ffissat mill-awtorità kompetenti u fejn:
ikun hemm avvenimenti jew żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fl-Istat Membru kkonċernat jew fi Stat Membru ieħor jew aktar; u
il-miżura tkun neċessarja sabiex tiġi indirizzata t-theddida u ma jkollhiex effett ta’ ħsara fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji li tkun sproporzjonata għall-benefiċċji tagħha.
Artikolu 19
Notifika minn selliefa f’ċirkostanzi eċċezzjonali
Suġġetta għall-Artikolu 22, awtorità kompetenti tista’ tieħu l-miżura msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn:
ikun hemm avvenimenti jew żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fl-Istat Membru kkonċernat jew fi Stat Membru ieħor jew aktar; u
il-miżura tkun neċessarja sabiex tiġi indirizzata t-theddida u ma jkollhiex effett ta’ ħsara fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji li tkun sproporzjonata għall-benefiċċji tagħha.
Artikolu 20
Restrizzjonijiet dwar bejgħ bin-nieqes u tranżazzjonijiet simili f’ċirkostanzi eċċezzjonali
Suġġetta għall-Artikolu 22, awtorità kompetenti tista’ tieħu waħda mill-miżuri jew aktar imsemmija fil-paragrafi 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn:
ikun hemm avvenimenti jew żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fl-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor jew aktar; u
il-miżura tkun neċessarja sabiex tiġi indirizzata t-theddida u ma jkollhiex effett ta’ ħsara fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji li tkun sproporzjonata għall-benefiċċji tagħha.
Awtorità kompetenti tista’ tipprojbixxi jew timponi kundizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li qed jidħlu għal:
bejgħa bin-nieqes; jew
tranżazzjoni għajr bejgħa bin-nieqes li toħloq, jew relatata ma’ strument finanzjarju ieħor u l-effett jew wieħed mill-effetti ta’ dik it-tranżazzjoni jkun li jagħti vantaġġ finanzjarju lill-persuna fiżika jew ġuridika fil-każ ta’ tnaqqis fil-prezz jew il-valur ta’ strument finanzjarju.
Artikolu 21
Restrizzjonijiet fuq tranżazzjonijiet ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran f’ċirkostanzi eċċezzjonali
Suġġetta għall-Artikolu 22, awtorità kompetenti tista’ tillimita l-kapaċita ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi milli jidħlu fi tranżazzjonijiet sovrani ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu jew tista’ tillimita l-valur ta’ pożizzjonijiet sovrani skoperti ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu li dawk il-persuni huma permessi jidħlu fihom fejn:
ikun hemm avvenimenti jew żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fl-Istat Membru kkonċernat jew fi Stat Membru ieħor jew aktar; u
il-miżura tkun neċessarja sabiex tiġi indirizzata t-theddida u ma jkollhiex effett ta’ ħsara fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji li tkun sproporzjonata għall-benefiċċji tagħha.
Artikolu 22
Miżuri minn awtoritajiet oħra kompetenti
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26, awtorità kompetenti rigward strument finanzjarju, li għalih ma hix l-awtorità kompetenti rilevanti, ma tistax timponi jew iġġedded miżura skont l-Artikolu 18, 19, 20 jew 21 ħlief bil-kunsens tal-awtorità kompetenti rilevanti.
Artikolu 23
Setgħa li tirrestrinġi il-bejgħ bin-nieqes ta’ strumenti finanzjarji temporanjament fil-każ ta’ waqgħa sinifikanti fil-prezz
Fejn l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta skont l-ewwel subparagrafu li jkun xieraq li tagħmel hekk, hi għandha, fil-każ ta’ sehem jew strument ta’ dejn tipprojbixxi jew tirrestrinġi persuni fiżiċi jew ġuridiċi milli jidħlu f’bejgħa bin-nieqes f’dak iċ-ċentru tan-negozjar jew, fil-każ ta’ tip ieħor ta’ strumenti finanzjarji, jillimitaw it-tranżazzjonijiet f’dak l-istrument finanzjarju f’dak iċ-ċentru tan-negozjar sabiex ikun hemm prevenżjoni ta’ tnaqqis diżordinat fil-prezz tal-istrumenti finanzjarji.
Jekk awtorità kompetenti ma tkunx taqbel ma’ azzjoni meħuda minn awtorità kompetenti oħra dwar strument finanzjarju negozjat f’ċentri differenti regolati minn atoritajiet kompetenti differenti, l-AETS tista’ tassisti lil dawk l-awtoritajiet biex jilħqu ftehim bi qbil mal-Artikolu 19 ta’ Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Il-konċiljazzjoni għandha tiġi kkompletata qabel nofsillejl fi tmiem tal-istess jum ta’ negozjar. Jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim fi żmien il-fażi ta’ konċiljazzjoni, l-AETS tista’ tieħu deċiżjoni b’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Id-deċiżjoni għandha tittieħed qabel il-ftuħ tal-jum ta’ negozjar li jmiss.
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 biex timmodifika l-limiti minimi msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li tqis l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2012.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 24
Perijodu ta’ restrizzjonijiet
Kwalunkwe miżura imposta skont l-Artikoli 18, 19, 20 jew 21 għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Artikolu 25.
Il-miżura tista’ tiġġedded għal aktar perijodi ta’ mhux aktar minn tliet xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għat-teħid tal-miżura jkomplu japplikaw. Jekk il-miżura ma tiġġeddidx sal-aħħar ta’ tali perijodu ta’ tliet xhur, din għandha tiskadi awtomatikament.
Artikolu 25
Avviż ta’ restrizzjonijiet
L-avviż għandu jispeċifika tal-anqas id-dettalji ta’:
il-miżuri imposti inkluż l-istrumenti u l-klassijiet ta’ tranżazzjonijiet li għalihom japplikaw u d-durata tagħhom;
tar-raġunijiet għaliex l-awtorità kompetenti taħseb li jkun meħtieġ li jiġu imposti l-miżuri inkluża l-evidenza li tappoġġja dawk ir-raġunijiet.
Artikolu 26
Notifika lill-AETS u lil awtoritajiet kompetenti oħra
TAQSIMA 2
Setgħat tal-AETS
Artikolu 27
Koordinazzjoni mill-AETS
Artikolu 28
Setgħat ta’ intervent tal-AETS f’ċirkostanzi eċċezzjonali
Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS għandha, suġġetta għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jew:
tirrikjedi li persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom pożizzjonijiet bin-nieqes netti fir-rigward ta’ strument finanzjarju speċifiku jew klassi ta’ strumenti finanzjarji jinnotifikaw awtorità kompetenti jew jiddivulgaw lill-pubbliku d-dettalji ta’ kwalunkwe tali pożizzjoni; jew
tipprojbixxi jew timponi kundizzjonijiet fuq id-dħul minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi f’bejgħa bin-nieqes jew tranżazzjoni li toħloq, jew tirrelata ma’, strument finanzjarju għajr l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1(1) fejn l-effet jew wieħed mill-effetti tat-tranżazzjoni jkun li jagħti vantaġġ finanzjarju lill-persuna fiżika jew ġuridika fil-każ ta’ tnaqqis fil-prezz jew il-valur ta’ strument finanzjarju ieħor.
Miżura tista’ tapplika f’ċirkostanzi partikolari, jew tkun suġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-AETS. Eċċezzjonijiet jistgħu partikolarment ikunu speċifikati biex japplikaw għall-attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq u l-attivitajiet tas-suq primarju.
L-AETS għandha tieħu biss deċiżjoni skont il-paragrafu 1 biss jekk:
il-miżuri elenkati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jindirizzaw theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni u jkun hemm implikazzjonijiet transfruntieri; u
l-ebda awtorità kompetenti ma tkun ħadet miżuri biex jindirizzaw it-theddida jew awtorità kompetenti waħda jew aktar tkun ħadet miżuri li ma jkunux jindirizzawx it-theddida adegwatament.
Meta jittieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tqis sa fejn il-miżuri:
jindirizzaw it-theddida b’mod sinifikattiv għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni jew li ser itejbu b’mod sinifikattiv il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti biex jimmonitorjaw it-theddida;
ma’ joħolqux riskju ta’ arbitraġġ regolatorju;
ma’ jkollhomx effett detrimentali fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji, inkluż permezz tat-tnaqqis tal-likwidità f’dawk is-swieq jew il-ħolqien ta’ inċertezza għall-parteċipanti fis-suq, li jkun sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji tal-miżura.
Fejn awtorità kompetenti waħda jew aktar jieħdu miżuri skont l-Artikolu 18, 19, 20 jew 21, l-AETS tista’ tieħu kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mingħajr ma toħroġ l-opinjoni prevista fl-Artikolu 27.
L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit tal-Internet tagħha avviż ta’ kwalunkwe deċiżjoni li timponi jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1. L-avviż għandu jispeċifika tal-anqas:
il-miżuri imposti inkluż l-istrumenti u l-klassijiet ta’ tranżazzjonijiet li għalihom japplikaw u d-durata tagħhom; u
ir-raġunijiet għaliex l-AETS taħseb li jkun meħtieġ li jiġu imposti l-miżuri, inkluża l-evidenza li tappoġġja dawn ir-raġunijiet.
Artikolu 29
Setgħat tal-AETS f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza relatati mad-dejn sovran
F’każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata mad-dejn Sovran jew is-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran l-Artikolu 18 u l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandhom japplikaw.
Artikolu 30
Aktar speċifikazzjoni tal-avvenimenti u l-iżviluppi avversi
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegali skont l-Artikolu 42 li jispeċifikaw kriterji u fatturi li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti u l-AETS sabiex jiġi ddeterminat f’liema każijiet iseħħu l-avvenimenti jew l-iżviluppi avversi msemmija fl-Artikoli 18 sa 21 u l-Artikolu 27 u t-theddidiet immsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 28(2).
Artikolu 31
Inkjesti mill-AETS
L-AETS tista’, fuq talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar, tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, twettaq inkjesta dwar kwistjoni jew prattika partikolari relatata mal-bejgħ bin-nieqes jew l-użu ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sabiex tivvaluta jekk dik il-kwistjoni jew prattika tippreżentax xi theddida potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fl-Unjoni.
L-AETS għandha tippubblika rapport bis-sejbiet tagħha u kwalunkwe rakkomandazzjoni li jkollha x’taqsam mal-kwistjoni jew il-prattika fi żmien tliet xhur minn tmiem kwalunkwe tali inkjesta.
KAPITOLU VI
IR-RWOL TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI
Artikolu 32
Awtoritajiet kompetenti
Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda jew aktar għall-fini ta’ dan ir-Regolament.
Fejn Stat Membru jaħtar aktar minn awtorità kompetenti waħda, huwa għandu jiddetermina biċ-ċar ir-rwoli rispettivi tagħhom u għandu jaħtar l-awtorità li tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-Kummissjoni, l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn dwar dawn il-ħatriet.
Artikolu 33
Setgħat ta’ awtoritajiet kompetenti
Sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat kollha superviżorji u investigatorji li jkunu meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom fi kwalunkwe mod segwenti:
direttament;
f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra; jew
billi jirrikoru għand l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
Sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f’ konformita’ mal-liġi nazzjonali, is-setgħat li ġejjin:
li jiksbu aċċess għal kwalunkwe dokument fi kwalunkwe forma u li jirċievu kopja tiegħu;
li jitolbu informazzjoni minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u jekk ikun meħtieġ isejħu u jinterrogaw persuna fiżika jew ġuridika bil-ħsieb li jiksbu informazzjoni;
li jwettqu spezzjonijiet fuq il-post imħabbra jew għal għarrieda;
li jirrikjedu rekords telefoniċi eżistenti u tat-traffiku tad-dejta eżistenti;
li jirrikjedu l-waqfien ta’ kwalunkwe prattika li tmur kontra dan ir-Regolament;
li jitolbu l-iffriżar u/jew is-sekwestru tal-assi.
L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, mingħajr preġudizzju għall-punti(a) u (b) tal-paragrafu 2, is-setgħa f’każijiet individwali sabiex jirrikjedu li persuna fiżika jew ġuridika li tidħol għal tranżazzjoni ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu tipprovdi:
spjegazzjoni tal-fini tat-tranżazzjoni u jekk hijiex għall-finijiet ta’ ħħeġġjar kontra riskju jew mod ieħor; u
informazzjoni li tivverifika r-riskju sottostanti fejn it-tranżazzjoni tkun għall-finijiet ta’ ħħeġġjar.
Artikolu 34
Segretezza professjonali
Artikolu 35
Obbligu ta’ kooperazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw kull meta jkun meħtieġ jew meta jkun vantaġġjuż għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jipprovdu lil xulxin b’informazzjoni li tkun rilevanti għall-finijiet li jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.
Artikolu 36
Kooperazzjoni mal-AETS
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu, mingħajr dewmien, lill-AETS bl-informazzjoni kollha neċessarja biex tkun tista’ twettaq dmirijietha b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 37
Kooperazzjoni fil-każ ta’ talba għal ispezzjonijiet fuq il-post jew investigazzjonijiet
L-awtorità kompetenti li tagħmel ir-rikjesta għandha tinforma lill-AETS b’kull talba msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fil-każ ta’ investigazzjoni jew ispezzjoni b’effett transfruntier, l-AETS tista’, u jekk tintalab, għandha, tikkoordina l-investigazzjoni jew l-ispezzjoni.
Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq ispezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni, tista’:
twettaq l-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni hija stess;
tippermetti lill-awtorità kompetenti li tkun issottomettiet it-talba biex tipparteċipa fl-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni;
tippermetti lill-awtorità kompetenti li tkun issottomettiet it-talba biex twettaq l-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni hija stess;
taħtar awdituri jew esperti biex iwettqu l-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni;
taqsam kompiti speċifiċi dwar attivitajiet superviżorji ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn.
Artikolu 38
Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi
Awtorità kompetenti għandha tinforma lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra meta tipproponi li tidħol f’dan il-ftehim.
L-AETS għandha tikkoordina wkoll l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ informazzjoni miksuba minn awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi li jista’ jkun rilevanti għat-teħid ta’ miżuri skont il-Kapitolu V.
Artikolu 39
Trasferiment u żamma ta’ dejta personali
Fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta personali bejn Stati Membri jew bejn Stati Membri u pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttiva 95/46/KE. Fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta personali mill-AETS lill-Istati Membri jew pajjiż terz, l-AETS għandha tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Id-dejta personali msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tinżamm sa massimu ta’ ħames snin.
Artikolu 40
Divulgazzjoni tal-informazzjoni lill-pajjiżi terzi
Awtorità kompetenti tista’ tittrasferixxi lill-awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz dejta u l-analiżi ta’ dejta fejn l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25 jew 26 tad-Direttiva 95/46/KE jkunu sodisfatti iżda tali trasferiment għandu jsir fuq il-bażi ta’ każ b’każ biss. L-awtorità kompetenti għandha tkun sodisfatta li t-trasferiment ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe trasferiment bħal dan għandu jsir bil-ftehim li l-pajjiż terz ma għandux jittrasferixxi d-dejta lill-awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni espressa bil-miktub tal-awtorità kompetenti.
Awtorità kompetenti għandha tiddivulga l-informazzjoni kunfidenzjali skont l-Artikolu 34 li rċeviet mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor lil awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz meta l-awtorità kompetenti tkun kisbet il-ftehim espliċitu tal-awtorità kompetenti li tkun trażmettiet l-informazzjoni u, fejn applikabbli, l-informazzjoni tkun iddivulgata biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorità kompetenti tkun tat il-kunsens tagħha.
Artikolu 41
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali u miżuri amministrattivi, applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-penali u miżuri amministrattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
B’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti rigward il-penali u miżuri amministrattivi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-AETS bid-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi sal-1 ta’ Lulju 2012 u għandhom jinnotifikawhom mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawk id-dispożizzjonijiet.
L-AETS għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha u taġġorna regolarment lista penali jew miżuri amministrattivi applikabbli f’kull Stat Membru.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-AETS kull sena b’informazzjoni aggregata rigward il-penali jew miżuri amministrattivi imposti. Jekk awtorità kompetenti tiddivulga lill-pubbliku l-fatt li penali jew miżura amministrattiva tkun ġiet imposta, hija għandha, kontemporanjamanet, tinnotifika lill-AETS dwar dan.
KAPITOLU VII
ATTI DELEGATI
Artikolu 42
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 43
Skadenza għall-adozzjoni ta’ atti delegati
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 3(7), l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(4), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 23(5), u l-Artikolu 30 sal-31 ta’ Marzu 2012.
Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, dan il-perijodu jista’ jiġi estiż b’sitt xhur.
KAPITOLU VIII
ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI
Artikolu 44
Proċedura ta’ kumitat
KAPITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 45
Eżami u rapport
Sat-30 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha, fid-dawl ta’ diskussjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti u l-AETS, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:
l-adegwatezza tan-notifika u tad-divulgazzjoni provvduti skont l-Artikoli 5, 6, 7 u 8;
l-impatt tar-rekwiżiti individwali tad-divulgar skont l-Artikolu 6, partikolarment fir-rigward tal-effiċjenza u l-volatilità tas-swieq finanzjarji;
l-adegwatezza tar-rappurtar dirett u ċentralizzat lill-AETS;
l-operazzjoni tar-restrizzjonijiet u r-rekwiżiti fil-Kapitolu II u III;
l-adegwatezza tar-restrizzjonijiet fuq swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovranskoperti u l-adegwatezza ta’ kwalunkwe restrizzjoni jew kundizzjoni oħra fuq il-bejgħ bin-nieqes jew is-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu.
Artikolu 46
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Artikolu 47
Persunal u riżorsi tal-AETS
Sal-31 ta’ Diċembru 2012, l-AETS għandha tivvaluta l-ħtiġijiet ta’ persunal u riżorsi li jirriżultaw mill-mument meta tassumi s-setgħat u d-dmirijiet tagħha taħt dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Artikolu 48
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2012.
Madankollu, l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 3(7), l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 11(3) u (4), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(4) u (5), l-Artikolu 16(3) u (4), l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 23 (5), (7) u (8), u l-Artikoli 30, 42, 43 u 44 għandhom japplikaw mill-25 ta’ Marzu 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
( 2 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1).
( 3 ) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.
( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).
( 5 ) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.
( 6 ) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.
( 7 ) ĠU L 336, 23.12.2003, p. 33.
( 8 ) ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45.