02012L0034 — MT — 01.01.2019 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DIRETTIVA 2012/34/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni) (ĠU L 343 14.12.2012, p. 32) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DIRETTIVA (UE) 2016/2370 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Diċembru 2016 |
L 352 |
1 |
23.12.2016 |
|
|
DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2075 tal-4 ta' Settembru 2017 |
L 295 |
69 |
14.11.2017 |
|
Ikkoreġuta bi:
DIRETTIVA 2012/34/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-21 ta' Novembru 2012
li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea
(riformulazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Din id-Direttiva tistabbilixxi:
ir-regoli applikabbli għall-immaniġġjar tal-infrastruttura ferrovjarja u għall-attivitajiet tat-trasport ferrovjarju tal-impriżi ferrovjarji stabbiliti jew li se jkunu stabbiliti f’xi Stat Membru kif stabbiliti fil-Kapitolu II;
il-kriterji applikabbli għall-ħruġ, it-tiġdid jew l-emendar ta' liċenzji minn Stat Membru maħsuba għal impriżi ferrovjarji li huma jew li sejrin jiġu stabbiliti fl-Unjoni kif stabbiliti fil-Kapitolu III;
il-prinċipji u l-proċeduri applikabbli għall-istabbiliment u l-ġbir ta’ piżijiet tal-infrastruttura ferrovjarja u tal-allokazzjoni ta' kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja kif stabbilit fil-Kapitolu IV.
Artikolu 2
Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni
Minkejja l-ewwel subparagrafu, meta tali impriża ferrovjarja tkun taħt kontroll dirett jew indirett ta' impriża jew entità oħra li twettaq jew tintegra servizzi tat-trasport ferrovjarju għajr servizzi urbani, suburbani jew reġjonali, l-Artikoli 4 u 5 għandhom japplikaw. L-Artikolu 6 għandu japplika wkoll għal tali impriża ferrovjarja fir-rigward tar-relazzjoni bejn l-impriża ferrovjarja u l-impriża jew entità li tikkontrollaha, direttament jew indirettament.
L-Istati Membri jistgħu jeskludu dawn li ġejjin mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitolu III:
impriżi li jħaddmu biss servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri fuq infrastruttura indipendenti lokali u reġjonali;
impriżi li jħaddmu biss servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri urbani jew suburbani;
impriżi li jħaddmu biss servizzi ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija fuq bażi reġjonali;
impriżi li jħaddmu biss servizzi tat-trasport tal-merkanzija fuq infrastruttura ferrovjarja privata li teżisti biss għall-użu mis-sid tal-infrastruttura għall-ħidmiet tat-trasport tal-merkanzija tiegħu biss.
L-Istati Membri jistgħu jeskludu dawn li ġejjin mill-applikazzjoni tal-Artikoli 7, 7a, 7b, 7c, 7d, 8 u 13 u l-Kapitolu IV:
netwerks lokali u reġjonali indipendenti għal servizzi tal-passiġġieri fuq infrastruttura ferrovjarja;
netwerks maħsuba biss għat-tħaddim ta' servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri urbani u suburbani;
netwerks reġjonali li jintużaw għal servizzi tat-trasport tal-merkanzija reġjonali biss minn impriża ferrovjarja li ma taqax taħt il-paragrafu 1 sakemm tintalab kapaċità fuq dak in-netwerk minn applikant ieħor;
infrastruttura ferrovjarja li hija proprjetà privata u li teżisti biss għall-użu mill-proprjetarju tal-infrastruttra għat-trasport tal-merkanzija tiegħu stess.
Linji lokali b'livell baxx ta' traffiku ta' tul ta' mhux aktar minn 100 km li jintużaw għat-traffiku tal-merkanzija bejn linja prinċipali u l-punti tat-tluq u d-destinazzjoni ta' kunsinni tul dawk il-linji, sakemm dawk il-linji jkunu ġestiti minn entitajiet għajr il-maniġer tal-infrastruttura prinċipali u li jew (a) dawk il-linji jintużaw minn operatur ta' merkanzija wieħed jew (b) il-funzjonijiet essenzjali rigward dawk il-linji jitwettqu minn korp li mhuwiex ikkontrollat minn kwalunkwe impriża ferrovjarja. Fejn ikun hemm operatur tal-merkanzija wieħed biss, l-Istati Membri jistgħu wkoll jeżentaw il-linja mill-applikazzjoni tal-Kapitolu IV sa dak iż-żmien li tintalab il-kapaċità minn applikant ieħor. Dan il-paragrafu jista' ugwalment jiġi applikat fejn il-linja tintuża wkoll, b'mod limitat, għal servizzi tal-passiġġieri. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jeskludu tali linji mill-applikazzjoni tal-Artikoli 7, 7a, 7b, 7c, 7d u 8.
Netwerks reġjonali b'livell baxx ta' traffiku ġestiti minn entità oħra għajr il-maniġer tal-infrastruttura prinċipali u li jintużaw għall-operazzjoni ta' servizzi reġjonali tal-passiġġieri, ipprovduti minn impriża ferrovjarja waħda għajr l-impriża ferrovjarja stabbilita tal-Istat Membru, sa dak iż-żmien li tintalab il-kapaċità għal servizzi tal-passiġġieri fuq dak in-netwerk, u sakemm l-impriża tkun indipendenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja li topera servizzi tal-merkanzija. Dan il-paragrafu jista' ugwalment jiġi applikat fejn il-linja tintuża wkoll, b'mod limitat, għal servizzi tal-merkanzija. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jeskludu tali linji mill-applikazzjoni tal-Artikoli 7, 7a, 7b, 7c u 7d.
Tali eżenzjonijiet jistgħu jiġġeddu għal perijodi ta' mhux aktar minn 5 snin. Mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel id-data tal-iskadenza tal-eżenzjoni, Stat Membru li bi ħsiebu jġedded l-eżenzjoni għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel hekk. Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu jibqgħux issodisfati. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw id-deċiżjoni tagħha dwar it-terminazzjoni tal-eżenzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 62(2).
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“impriża ferrovjarja” tfisser impriża pubblika jew privata liċenzjata skont din id-Direttiva, li n-negozju ewlieni tagħha huwa li tipprovdi servizzi għat-trasport ta' oġġetti u/jew ta’ passiġġieri bil-ferrovija b'kundizzjoni li l-impriża tiżgura trazzjoni; din tinkludi wkoll impriżi li jipprovdu trazzjoni biss;
“maniġer tal-infrastruttura” tfisser kwalunkwe korp jew ditta responsabbli għall-operazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiġdid ta' infrastruttura ferrovjarja fuq netwerk, kif ukoll responsabbli għall-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tagħha kif determinat mill-Istat Membru fil-qafas tal-politika ġenerali tiegħu dwar l-iżvilupp u l-finanzjament tal-infrastruttura;
“żvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja” tfisser ippjanar tan-netwerk, ippjanar finanzjarju u ppjanar fl-investiment, kif ukoll il-bini u l-immodernizzar tal-infrastruttura;
“operazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja” tfisser l-allokazzjoni tal-mogħdijiet tal-ferrovija, l-immaniġġjar tat-traffiku u t-tariffi għall-użu tal-infrastruttura;
“manutenzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja” tfisser xogħlijiet intiżi sabiex tinżamm il-kundizzjoni u l-kapaċità tal-infrastruttura eżistenti;
“tiġdid tal-infrastruttura ferrovjarja” tfisser xogħlijiet kbar ta' sostituzzjoni fuq l-infrastruttura eżistenti li ma jibdlux il-prestazzjoni ġenerali tagħha;
“immodernizzar tal-infrastruttura ferrovjarja” tfisser xogħlijiet kbar ta' modifikazzjoni fuq l-infrastruttura eżistenti li jtejbu l-prestazzjoni ġenerali tagħha;
“funzjonijiet essenzjali” tal-immaniġġjar tal-infrastruttura tfisser it-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-allokazzjoni tal-mogħdijiet tal-ferrovija, inkluż kemm id-definizzjoni kif ukoll il-valutazzjoni tad-disponibbiltà u l-allokazzjoni ta' mogħdijiet tal-ferrovija individwali, u t-teħid ta' deċiżjonijiet rigward it-tariffi għall-użu tal-infrastruttura, inkluż id-determinazzjoni u l-ġbir tat-tariffi, f'konformità mal-qafas tat-tariffi u l-qafas tal-allokazzjoni tal-kapaċità stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikoli 29 u 39;
“infrastruttura ferrovjarja” tfisser, l-elementi kollha elenkati fl-Anness I;
“servizz internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija” tfisser servizz tat-trasport fejn ferrovija taqsam mill-anqas fruntiera waħda ta' Stat Membru; il-ferrovija tista' tkun magħquda u/jew maqsuma u s-sezzjonijiet differenti jista' jkollhom oriġini u destinazzjonijiet differenti, jekk kemm-il darba l-vaguni kollha jaqsmu mill-anqas fruntiera waħda;
“servizz internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri” tfisser servizz għall-passiġġieri li fih il-ferrovija taqsam mill-anqas fruntiera waħda ta’ Stat Membru u l-iskop prinċipali tas-servizz hu li jġorr passiġġieri bejn stazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri differenti; il-ferrovija tista’ tkun magħquda u/jew maqsuma, u s-sezzjonijiet differenti jista’ jkollhom oriġini u destinazzjonijiet differenti, jekk kemm-il darba l-vaguni kollha jaqsmu mill-anqas fruntiera waħda;
“servizzi urbani u suburbani” tfisser servizzi tat-trasport li l-għan prinċipali tagħhom huwa li jaqdu l-bżonnijiet tat-trasport ta' ċentru urban jew ta’ żona urbana estiża, inkluża żona transkonfinali estiża, flimkien mal-ħtiġijiet tat-trasport bejn dan iċ-ċentru jew din iż-żona urbana estiża u inħawi tal-madwar;
“servizzi reġjonali'” tfisser is-servizzi ta' trasport li l-għan prinċipali tagħhom huwa li jaqdu l-bżonnijiet tat-trasport ta' reġjun, inkluż reġjun transkonfinali;
“tranżitu” tfisser li wieħed jaqsam it-territorju tal-Unjoni mingħajr ma jitgħabbew jew jinħattu prodotti u/jew mingħajr ma jittellgħu jew jitniżżlu passiġġieri fit-territorju tal-Unjoni,
“rotta alternattiva”, tfisser rotta oħra bejn l-istess punt tal-oriġini u d-destinazzjoni fejn hemm sostitwibilità bejn żewġ rotot għall-operat ta' servizzi ta' trasport jew tal-passiġġieri li jikkonċernaw impriża ferrovjarja;
“alternattiva vijabbli” tfisser aċċess għal faċilità ta' servizzi oħra li hi ekonomikament aċċettabbli għall-impriża tal-ferrovija, u li tippermettilha li topera s-servizz tal-merkanzija jew tal-passiġġieri kkonċernat;
“faċilità ta' servizz” tfisser l-installazzjoni, inkluż l-art, il-bini u t-tagħmir, li ġiet maħsuba apposta, kompletament jew parzjalment, biex ikunu jistgħu jingħataw servizz wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-punti (2) sa (4) tal-Anness II;
“operatur tal-faċilità ta' servizz” tfisser kwalunkwe entità pubblika jew privata responsabbli għall-immaniġġjar ta' faċilità waħda jew aktar ta' servizz jew li tagħti servizz wieħed jew aktar lill-impriżi ferrovjarji msemmija fil-punti 2 sa 4 tal-Anness II;
“ftehim transkonfinali” tfisser kwalunkwe ftehim bejn żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn Stati Membri u pajjiżi terzi maħsub biex jiġi ffaċilitat il-forniment ta' servizzi ferrovjarji transkonfinali;
“liċenzja” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn awtorità tal-liċenzji lill-impriża, li l-kapaċità tagħha sabiex tipprovdi servizzi ta' trasport bħala impriża ferrovjarja hija rikonoxxuta; dik il-kapaċità tista' tiġi limitata għall-forniment ta' tipi ta' servizzi speċifiċi;
“awtorità tal-liċenzjar” tfisser il-korp responsabbli għall-ħruġ tal- liċenzji fi Stat Membru;
“ftehim kuntrattwali” tfisser ftehim jew, mutatis mutandis, arranġament fil-qafas tal-miżuri amministrattivi;
“profitt raġonevoli” tfisser rata ta' ritorn fuq il-kapital proprju li tieħu kont tar-riskju, inkluż dak tad-dħul, jew l-assenza ta' tali riskju, imġarrab mill-operatur tal-faċilità tas-servizz u hija konformi mar-rata medja għas-settur ikkonċernat fi snin reċenti;
“allokazzjoni” tfisser l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja minn maniġer tal-infrastruttura;
“applikant” tfisser impriża ferrovjarja jew grupp internazzjonali ta' impriżi ferrovjarji jew persuni jew entitajiet legali oħrajn, bħal awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u shippers, forwarders tal-merkanzija u operaturi tat-trasport ikkumbinat, b’interess tas-servizz pubbliku jew b’interess kummerċjali fil-forniment tal-kapaċità tal-infrastuttura;
“infrastruttura konġestjonata” tfisser element tal-infrastruttura li għaliha d-domanda għall-kapaċità tal-infrastruttura ma tistax tiġi sodisfatta kompletament tul ċerti perjodi anke wara l-koordinazzjoni ta' talbiet differenti għall-kapaċità;
“pjan ta' titjib tal-kapaċità” tfisser miżura jew serje ta' miżuri b'kalendarju għall-implimentazzjoni tagħhom li għandhom l-għan inaqqsu l-irbit tal-kapaċità li jwasslu għad-dikjarazzjoni ta' element tal-infrastruttura bħala “infrastruttura konġestjonata”;
“koordinazzjoni” tfisser il-proċess li bih il-maniġer tal-infrastruttura u l-applikanti se jippruvaw isolvu s-sitwazzjonijijet li fihom ikun hemm applikazzjonijiet konfliġġenti għall-kapaċità tal-infrastruttura;
“ftehim qafas” tfisser ftehim ġenerali li jorbot skont il-liġi pubblika jew privata, li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi ta' applikant u l-maniġer tal-infrastruttura fir-rigward tal-kapaċità tal-infrastruttura li għandha tiġi allokata u tal-piżijiet li għandhom jiġu ddebitati tul perjodu itwal minn perjodu ta' skeda tax-xogħol;
“kapaċità tal-infrastruttura” tfisser il-potenzjal li jiġu skedati l-linji tal-ferroviji mitluba għal element tal-infrastruttura għal ċertu perjodu;
“netwerk” tfisser l-infrastruttura ferrovjarja sħiħa mmaniġġjata minn maniġer tal-infrastruttura;
“dikjarazzjoni dwar in-netwerk ” tfisser id-dikjarazzjoni li tistabbilixxi fid-dettall ir-regoli ġenerali, it-termini, il-proċeduri u l-kriterji għall-iskemi ta’ tqegħid ta’ piżijiet u tal-allokazzjoni tal-kapaċità inkluża l-informazzjoni l-oħra bħal din li hi meħtieġa biex tippermetti l-applikazzjonijiet għall-kapaċità tal-infrastruttura;
“mogħdija tal-ferrovija” tfisser il-kapaċità tal-infrastruttura meħtieġa sabiex titmexxa ferrovija bejn żewġ postijiet f’perjodu speċifikat;
“skeda tax-xogħol” tfisser id-data li tiddefinixxi l-movimenti kollha ppjanati tal-ferrovija u tar-rolling-stock li jseħħu fuq l-infrastruttura rilevanti tul il-perjodu li matulu tkun fis-seħħ;
“siding għall-ħażna” tfisser sidings speċifikament dedikati għall-ipparkjar temporanju ta’ vetturi ferrovjarji bejn żewġ kompiti;
“manutenzjoni qawwija” tfisser ħidma li ma titwettaqx regolarment bħala parti mill-operat ta' kuljum u li tkun teħtieġ li l-vettura titneħħa mis-servizz;
“impriża integrata vertikalment” tfisser impriża fejn, skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ( 1 ):
maniġer tal-infrastruttura huwa kkontrollat minn impriża li fl-istess ħin tikkontrolla impriża ferrovjarja waħda jew aktar li topera servizzi ferrovjarji fuq in-netwerk tal-maniġer tal-infrastruttura;
maniġer tal-infrastruttura huwa kkontrollat minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar li topera servizzi ferrovjarji fuq in-netwerk tal-maniġer tal-infrastruttura; jew
impriża ferrovjarja waħda jew aktar li topera servizzi ferrovjarji fuq in-netwerk tal-maniġer tal-infrastruttura huma kkontrollati minn maniġer tal-infrastruttura.
Din tfisser ukoll impriża li tikkonsisti minn diviżjonijiet distinti, inkluż maniġer tal-infrastruttura u diviżjoni waħda jew aktar li tipprovdi servizzi tat-trasport li ma għandhomx personalità ġuridika distinta.
Fejn maniġer tal-infrastruttura u impriża ferrovjarja jkunu kompletament indipendenti minn xulxin, iżda li t-tnejn ikunu ikkontrollati direttament minn Stat Membru mingħajr entità intermedjarja, dawn mhumiex meqjusa li jikkostitwixxu impriża integrata vertikalment għall-finijiet ta' din id-Direttiva;
“sħubija pubblika-privata” tfisser arranġament vinkolanti bejn korpi pubbliċi u impriża waħda jew aktar għajr il-maniġer prinċipali tal-infrastruttura ta' Stat Membru, li taħtu l-impriżi parzjalment jew totalment jibnu u/jew jiffinanzjaw infrastruttura ferrovjarja u/jew jiksbu d-dritt li jeżerċitaw kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet elenkati fil-punt (2) għal perijodu ta' żmien predefinit. L-arranġament jista' jieħu kwalunkwe forma legalment vinkolanti xierqa prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali;
“bord ta' ġestjoni” tfisser il-korp għoli ta' impriża li jwettaq funzjonijiet eżekuttivi u amministrattivi, li huwa responsabbli għall-ġestjoni ta' kuljum tal-impriża;
“bord superviżorju” tfisser l-ogħla korp ta' impriża li jwettaq kompiti ta' superviżjoni, inkluż l-eżerċizzju ta' kontroll fuq il-bord ta' ġestjoni u deċiżjonijiet strateġiċi ġenerali fir-rigward tal-impriża;
“biljett globali” tfisser biljett jew biljetti li jirrappreżentaw kuntratt ta' trasport għal servizzi ferrovjarji suċċessivi mħaddma minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar;
“servizzi għall-passiġġieri b'veloċità għolja” tfisser servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri mħaddma mingħajr waqfiet intermedji bejn żewġ postijiet mifrudin tal-inqas b'distanza ta' aktar minn 200 km fuq linji ta' veloċità għolja mibnija apposta u attrezzati għal veloċitajiet ġeneralment ta' 250 km/h jew aktar u li bħala medja jinstaqu b'dawk il-veloċitajiet.
KAPITOLU II
L-IŻVILUPP TAL-FERROVIJI TAL-UNJONI
TAQSIMA 1
L-indipendenza fl-immaniġġjar
Artikolu 4
Indipendenza tal-impriżi ferrovjarji u tal-maniġers tal-infrastruttura
Artikolu 5
Immaniġġjar tal-impriżi ferrovjarji skont prinċipji kummerċjali
L-impriżi ferrovjarji għandhom ikunu mmaniġġjati b'mod konformi mal-prinċipji li jgħoddu għall-kumpanniji kummerċjali, irrispettivament mill-proprjetà tagħhom. Dan għandu jgħodd ukoll għall-obbligi tas-servizz pubbliku tagħhom imposti fuqhom mill-Istati Membri u għall-kuntratti tas-servizz pubbliku li huma jiffirmaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat.
B’referenza għal-linji gwida tal-politika ġenerali maħruġa minn kull Stat Membru u filwaqt li jitqiesu l-pjanijiet u l-kuntratti nazzjonali (li jistgħu jkunu multiannwali) inklużi l-pjanijiet ta' investiment u ta' finanzjament, l-impriżi ferrovjarji għandhom, b’mod partikolari jkunu ħielsa biex:
iwaqqfu l-organizzazzjoni interna tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 29 u 39;
jikkontrollaw il-forniment u l-bejgħ tas-servizzi u jistabbilixxu l-prezz tagħhom;
jieħdu deċiżjonijiet dwar il-persunal, l-assi u l-ksib tagħhom;
ikabbru s-sehem tagħhom fis-suq, jiżviluppaw teknoloġiji ġodda u servizzi ġodda u jadottaw kull metodu ta' mmaniġġjar innovattiv;
jistabbilixxu attivitajiet ġodda fl-oqsma marbuta mal-kummerċ tal-ferroviji.
Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007.
TAQSIMA 2
Separazzjoni tal-immaniġġjar tal-infrastruttura u l-ħidmiet tat-trasport u ta' tipi differenti ta' ħidmiet tat-trasport
Artikolu 6
Separazzjoni tal-kontijiet
Artikolu 7
Indipendenza tal-maniġer tal-infrastruttura
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ebda waħda mill-entitajiet legali l-oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment ma jkollha influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjonijiet meħuda mill-maniġer tal-infrastruttura fir-rigward tal-funzjonijiet essenzjali.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-bord superviżorju u tal-bord ta' ġestjoni tal-maniġer tal-infrastruttura u l-maniġers li jirrapportaw direttament lilhom jaġixxu b'mod nondiskriminatorju u li l-imparzjalità tagħhom ma tkun affettwata minn ebda konflitt ta' interess.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istess individwi ma jistgħux ikunu maħtura jew impjegati fl-istess ħin:
bħala membri tal-bord ta' ġestjoni ta' maniġer tal-infrastruttura u bħala membri tal-bord ta' ġestjoni ta' impriża ferrovjarja;
bħala persuni responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-funzjonijiet essenzjali u bħala membri tal-bord ta' ġestjoni ta' impriża ferrovjarja;
f'każ li jeżisti bord superviżorju, bħala membri tal-bord superviżorju ta' maniġer tal-infrastruttura u bħala membri tal-bord ta' superviżjoni ta' impriża ferrovjarja;
bħala membri tal-bord superviżorju ta' impriża li tkun parti minn impriża integrata vertikalment u li teżerċita kontroll kemm fuq impriża ferrovjarja kif ukoll fuq maniġer tal-infrastruttura u bħala membri tal-bord ta' ġestjoni ta' dak il-maniġer tal-infrastruttura.
Artikolu 7a
Indipendenza tal-funzjonijiet essenzjali
Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod partikolari li:
impriża ferrovjarja jew kwalunkwe entità ġuridika oħra ma teżerċitax influwenza deċiżiva fuq l-maniġer tal-infrastruttura fir-rigward tal-funzjonijiet essenzjali, mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Istati Membri fir-rigward tad-determinazzjoni tal-qafas tat-tariffi u l-qafas tal-allokazzjoni tal-kapaċità u regoli speċifiċi għat-tariffi f'konformità mal-Artikoli 29 u 39;
impriża ferrovjarja jew kwalunkwe entità ġuridika oħra fl-impriża integrata vertikalment ma għandha ebda influwenza deċiżiva fuq ħatriet u tkeċċijiet ta' persuni responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-funzjonijiet essenzjali;
il-mobilità ta' persuni inkarigati mill-funzjonijiet essenzjali ma toħloqx kunflitti ta' interess.
Il-punt (a) tal-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 7(4) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kapijiet ta' diviżjonijiet responsabbli għall-ġestjoni tal-infrastruttura u l-forniment ta' servizzi ferrovjarji.
Artikolu 7b
Imparzjalità tal-maniġer tal-infrastruttura fir-rigward tal-immaniġġjar tat-traffiku u l-ippjanar tal-manutenzjoni
L-iskedar tax-xogħlijiet ta' manutenzjoni għandu jitwettaq mill-maniġer tal-infrastruttura b'mod nondiskriminatorju.
Artikolu 7c
Esternalizzazzjoni u kondiviżjoni tal-funzjonijiet tal-maniġer tal-infrastruttura
Dment li ma jkun hemm ebda kunflitt ta' interess u li tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva, il-maniġer tal-infrastruttura jista':
jesternalizza funzjonijiet lil entità differenti, dment li din tal-aħħar ma tkunx impriża ferrovjarja, ma tikkontrollax impriża ferrovjarja, jew ma tkunx ikkontrollata minn impriża ferrovjarja. Fi ħdan impriża integrata vertikalment, il-funzjonijiet essenzjali ma għandhom jiġu esternalizzati lil ebda entità oħra tal-impriża integrata vertikalment, ħlief jekk tali entità twettaq esklużivament funzjonijiet essenzjali;
jesternalizza l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet u kompiti relatati rigward l-iżvilupp, il-manutenzjoni u t-tiġdid tal-infrastruttura ferrovjarja lill-impriżi ferrovjarji jew lil kumpanniji li jikkontrollaw l-impriża ferrovjarja, jew huma kkontrollati mill-impriża ferrovjarja.
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jżomm is-setgħa ta' superviżjoni fuq il-funzjonijiet deskritti fl-Artikolu 3(2) u jkollu r-responsabbiltà aħħarija għall-eżerċizzju tal-imsemmija funzjonijiet. Kwalunkwe entità li tkun qed twettaq funzjonijiet essenzjali għandha tikkonforma mal-Artikoli 7, 7a, 7b u 7d.
Dak il-korp għandu jissorvelja l-eżekuzzjoni ta' dawn il-ftehimiet u jista', fejn ġustifikat, jagħti parir li għandhom jintemmu.
Artikolu 7d
Trasparenza finanzjarja
Artikolu 7e
Mekkaniżmi ta' koordinazzjoni
L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' koordinazzjoni adatti biex jiżguraw koordinazzjoni bejn il-maniġers prinċipali tal-infrastruttura tagħhom u l-impriżi ferrovjarji interessati kollha kif ukoll l-applikanti msemmija fl-Artikolu 8(3). Fejn ikun rilevanti, rappreżentanti tal-utenti tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u tal-passiġġieri, u l-awtoritajiet nazzjonali, lokali jew reġjonali, għandhom ikunu mistiedna jipparteċipaw. Il-korp regolatorju kkonċernat jista' jipparteċipa bħala osservatur. Il-koordinazzjoni għandha tikkonċerna fost oħrajn:
il-ħtiġijiet tal-applikanti marbutin mal-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-kapaċità tal-infrastruttura;
il-kontenut tal-miri ta' prestazzjoni orjentati lejn l-utenti li jinsabu fil-ftehimiet kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 30 u tal-inċentivi msemmija fl-Artikolu 30(1) u l-implimentazzjoni tagħhom;
il-kontenut u l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 27;
kwistjonijiet ta' intermodalità u interoperabbiltà;
kwalunkwe kwistjoni oħra marbuta mal-kundizzjonijiet għall-aċċess, l-użu tal-infrastruttura u l-kwalità tas-servizzi tal-maniġer tal-infrastruttura.
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jfassal u jippubblika linji gwida għall-koordinazzjoni, b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati. Il-koordinazzjoni għandha sseħħ tal-anqas darba fis-sena u l-maniġer tal-infrastruttura għandu jippubblika fis-sit tal-Internet tiegħu ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet imwettqa skont dan l-artikolu.
Il-koordinazzjoni skont dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-applikanti li jappellaw lill-korp regolatorju u s-setgħat tal-korp regolatorju kif mogħtija fl-Artikolu 56.
Artikolu 7f
Netwerk Ewropew ta' Maniġers tal-Infrastruttura
Bil-għan li jiġi ffaċilitat il-forniment ta' servizzi ferrovjarji effiċjenti u effikaċi fi ħdan l-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-maniġers prinċipali tal-infrastruttura tagħhom jieħdu sehem u jikkooperaw f'netwerk li jiltaqa' f'intervalli regolari biex:
jiżviluppaw l-infrastruttura ferrovjarja tal-Unjoni;
jappoġġaw l-implimentazzjoni f'waqtha u effiċjenti taż-żona ferrovjarja unika Ewropea;
jiskambjaw l-aħjar prattiki;
jissorveljaw il-prestazzjoni u jivvalutawha b'mod komparattiv;
jikkontribwixxu għall-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 15;
jindirizzaw ostakoli transfruntiera; u
Jiddiskutu l-applikazzjoni tal-Artikoli 37 u 40.
Għall-finijiet tal-punt (d), in-netwerk għandu jidentifika prinċipji u prattiki komuni ta' monitoraġġ u ta' valutazzjoni komparattiva tal-prestazzjoni b'mod konsistenti.
Il-koordinazzjoni taħt dan il-paragrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-applikant li jappella lill-korp regolatorju u s-setgħat tal-korp regolatorju kif jinsab fl-Artikolu 56.
TAQSIMA 3
Titjib tal-qagħda finanzjarja
Artikolu 8
Finanzjament tal-maniġer tal-infrastruttura
Mingħajr preġudizzju għall-mira possibbli fit-tul ta' kopertura mill-utent tal-ispejjeż infrastrutturali għall-mezzi kollha tat-trasport abbażi ta' kompetizzjoni ġusta u nondiskriminatorja bejn il-modi varji, meta t-trasport bil-ferrovija jista' jikkompeti ma' mezzi oħrajn tat-trasport, fil-qafas tat-tqegħid tal-piżijiet mogħti fl-Artikoli 31 u 32, Stat Membru jista' jesiġi lill-maniġer tal-infrastruttura jibbilanċja l-kontijiet tiegħu mingħajr fondi tal-Istat.
Artikolu 9
Ħelsien trasparenti mid-dejn
Il-karta tal-bilanċi tal-unità tista' tkun imġiegħla tħallas kull self li tagħmel l-impriża ferrovjarja, kemm biex tiffinanzja l-investiment u biex tkopri l-ispiża operattiva eċċessiva li tirriżulta min-negozju tat-trasport ferrovjarju jew mill-immaniġġjar tal-infrastruttura ferrovjarja, sakemm dak is-self jitħallas kollu. Id-djun li jkunu kkawżati minn ħidmiet sussidjarji m' għandhomx jitqiesu.
TAQSIMA 4
Aċċess għall-infrastruttura u għas-servizzi ferrovjarji
Artikolu 10
Kundizzjonijiet għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja
Jekk Stat Membru, f'konformità ma' dan il-paragrafu, biħsiebu jadotta deċiżjoni li tillimita d-dritt ta' aċċess, huwa għandu jippreżenta l-abbozz ta' deċiżjoni lill-Kummissjoni u jikkonsulta mal-Istati Membri l-oħra.
Jekk, fi żmien perijodu ta' 3 xhur wara l-preżentazzjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni, la l-Kummissjoni u lanqas Stat Membru ieħor ma joġġezzjonaw għaliha, l-Istat Membru jista' jadotta d-deċiżjoni.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 62(3).
▼M1 —————
Artikolu 11
Limitazzjoni tad-dritt ta’ aċċess u tad-dritt li wieħed itella' u jniżżel il-passiġġieri
Sabiex jistabbilixxi jekk l-ekwilibriju ekonomiku ta' kuntratt pubbliku għal servizzi huwiex ser ikun kompromess, il-korp jew korpi regolatorji rilevanti msemmija fl-Artikolu 55 għandhom jagħmlu analiżi ekonomika oġġettiva u għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq kriterji deċiżi minn qabel. Huma għandhom jistabbilixxu dan wara talba mingħand kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin, ippreżentata fi żmien xahar mill-wasla tal-informazzjoni dwar is-servizz għall-passiġġieri ippjanat imsemmi fl-Artikolu 38(4):
l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti li taw il-kuntratt pubbliku għal servizzi;
kwalunkwe awtorità kompetenti interessata oħra bid-dritt li tillimita l-aċċess skont dan l-Artikolu;
il-maniġer tal-infrastruttura;
l-impriża ferrovjarja li twettaq l-kuntratt pubbliku għal servizzi.
L-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji li jipprovdu s-servizzi pubbliċi għandhom jipprovdu lill-korp jew korpi regolatorju/i rilevanti bl-informazzjoni meħtieġa b’mod raġonevoli biex tinlaħaq deċiżjoni. Il-korp regolatorju għandu jqis l-informazzjoni pprovduta minn dawn il-partijiet u, kif inhu xieraq, għandu jitlob kwalunkwe tagħrif addizzjonali relevanti mill-partijiet relevanti kollha, u jibda konsultazzjonijiet magħhom, fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba. Il-korp regolatorju għandu jikkonsulta l-partijiet rilevanti kollha kif xieraq, u għandu jinforma lill-partijiet rilevanti bid-deċiżjoni motivata tiegħu fi żmien predeterminat u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien sitt ġimgħat minn meta jirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha.
Il-korp regolatorju għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u l-kundizzjonijiet li bihom tista' tintalab li d-deċiżjoni terġa' tiġi kkunsidrata fi żmien xahar min-notifika tagħha, minn waħda minn dawn li ġejjin:
l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti rilevanti;
il-maniġer tal-infrastruttura;
l-impriża ferrovjarja li twettaq l-kuntratt pubbliku għal servizzi;
l-impriża ferrovjarja li qed tfittex li tikseb aċċess.
Fejn il-korp regolatorju jiddeċiedi li l-ekwilibriju ekonomiku ta' kuntratt pubbliku jiġi kompromess mis-servizz għall-passiġġieri ppjanat imsemmi fl-Artikolu 38(4), huwa għandu jindika t-tibdil possibbli għal dak is-servizz li jiżgura li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet biex jingħata d-dritt ta' aċċess previst fl-Artikolu 10(2).
Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, l-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tan-netwerk kif imsemmi fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni għandha sas-16 ta' Diċembru 2018 tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti biex jiġu applikati l-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' servizzi domestiċi għall-passiġġieri. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 62(3).
L-Istati Membri jistgħu wkoll jillimitaw id-dritt ta' aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja biex jitħaddmu servizzi domestiċi għall-passiġġieri bejn post ta' tluq partikolari u destinazzjoni partikolari fl-istess Stat Membru meta:
drittijiet esklużivi li jitwasslu passiġġieri bejn dawk l-istazzjonijiet ġew mogħtija taħt kuntratt pubbliku għal servizzi mogħti qabel is-16 ta' Ġunju 2015; jew
dritt/awtorizzazzjoni addizzjonali għat-tħaddim ta' servizzi tal-passiġġieri kummerċjali f'kompetizzjoni ma' operatur ieħor bejn dawk l-istazzjonijiet ikun ingħata sal-25 ta' Diċembru 2018 abbażi ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti ġusta u kompetittiva;
u fejn dawn l-operaturi ma jirċievu ebda kumpens biex joperaw dawn is-servizzi.
Tali limitazzjoni tista' tkompli tul iż-żmien oriġinali tal-kuntratt jew awtorizzazzjoni, jew sal-25 ta' Diċembru 2026, skont liema jkun l-iqsar.
Artikolu 11a
Servizzi għall-passiġġieri b'veloċità għolja
Artikolu 12
Imposta fuq l-impriżi ferrovjarji li jipprovdu servizzi għall-passiġġieri
F’dak il-każ, impriżi ferrovjarji li jipprovdu servizz domestiku jew internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija għandhom ikunu suġġetti għall-istess imposta fit-tħaddim ta’ dawk ir-rotot li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ dik l-awtorità.
Artikolu 13
Kundizzjonijiet tal-aċċess għas-servizzi
Għall-faċilitajiet ta' servizz kollha msemmijin fil-punt 2 tal-Anness II, l-operatur u dan il-korp jew ditta għandu jkollhom kontijiet separati, inklużi karti tal-bilanċ u ta' kontijiet ta' qligħ u telf separati.
Meta t-tħaddim tal-faċilità ta' servizz ikun żgurat minn maniġer tal-infrastruttura jew l-operatur tal-faċilità ta' servizz ikun taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' maniġer tal-infrastruttura, il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu għandha titqies bħala ppruvata billi jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7.
Fejn it-talbiet minn impriżi ferrovjarji jikkonċernaw l-aċċess u l-forniment ta' faċilità tas-servizz amministrata minn operatur ta' faċilità ta' servizz imsemmi fil-paragrafu 3, l-operatur tal-faċilità tas-servizz għandu jiġġustifika bil-miktub kwalunkwe deċiżjoni ta' ċaħda u jindika alternattivi vijabbli f'faċilitajiet oħrajn.
Artikolu 13a
Skemi komuni ta' informazzjoni u bejgħ ta' biljetti globali
TAQSIMA 5
Ftehimiet transkonfinali
Artikolu 14
Prinċipji ġenerali għal ftehimiet transkonfinali
L-Istati Membri għandhom iżommu lill-Kummissjoni regolarment infurmata dwar negozjati bħal dawn u, fejn meħtieġ, jistiednu l-Kummissjoni tipparteċipa bħala osservatur.
TAQSIMA 6
Xogħol ta’ monitoraġġ tal-kummissjoni
Artikolu 15
Ambitu tal-monitoraġġ tas-suq
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:
l-evoluzzjoni tas-suq intern fis-servizzi ferrovjarji u s-servizzi li għandhom jiġu fornuti lill-impriżi ferrovjarji, kif imsemmi fl-Anness II;
il-kundizzjonijiet ta’ qafas imsemmija fil-paragrafu 3, inklużi dawk għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija;
l-istat tan-netwerk ferrovjarju tal-Unjoni;
l-utilizzazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess;
l-ostakli għal servizzi ferrovjarji iktar effettivi;
il-limitazzjonijiet tal-infrastruttura;
il-ħtieġa ta' leġiżlazzjoni.
KAPITOLU III
IL-LIĊENZJAR TAL-IMPRIŻI FERROVJARJI
TAQSIMA 1
Awtorità tal-liċenzjar
Artikolu 16
Awtorità tal-Liċenzjar
Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità tal-liċenzjar li tkun responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji u għat-twettiq tal-obbligi imposti minn dan il-Kapitolu.
L-Awtorità tal-Liċenzjar maħtura ma għandhiex tipprovdi servizzi tat-trasport bil-ferrovija hi stess u għandha tkun indipendenti minn ditti u entitajiet li jagħmlu dan..
TAQSIMA 2
Il-kundizzjonijiet sabiex tinkiseb liċenzja
Artikolu 17
Rekwiżiti ġenerali
Madankollu, liċenzja bħal din ma tintitolax minnha nnifisha lid-detentur għal aċċess għall-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju.
Artikolu 18
Kundizzjonijiet sabiex tinkiseb liċenzja
Impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja għandha tkun meħtieġa li jkollha l-ħila turi lill-awtoritajiet ta' liċenzjar tal-Istat Membru kkonċernat qabel il-bidu tal-attivitajiet li se tkun kapaċi tissodisfa, fi kwalunkwe waqt, ir-rekwiżiti dwar reputazzjoni tajba, qagħda finanzjarja soda, kompetenza professjonali u r-responsabbiltà ċivili tagħha kif elenkati fl-Artikoli 19 sa 22.
Għal dawk l-iskopijiet kull impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha.
Artikolu 19
Rekwiżiti relatati ma’ reputazzjoni tajba
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet li taħthom ir-rekwiżit ta' reputazzjoni tajba jiġi osservat biex jiġi żgurat li impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja jew il-persuni responsabbli għall-immaniġġjar tagħha:
ma ġewx ikkundannati b'akkużi kriminali serji, inklużi reati ta' natura kummerċjali;
ma ġewx iddikjarati falluti;
ma ġewx ikkundannati b'reati serji stipulati f'leġiżlazzjoni speċifika applikabbli għat-trasport;
ma jkunux instabu ħatja ta' nuqqas serju jew ripetut li jissodisfaw l-obbligi tal-liġi soċjali u tax-xogħol, li jinkludu obbligi skont il-leġiżlazzjoni ta’ sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali, u l-obbligi tal-liġi doganali fil-każ ta' kumpaniji li jkunu jridu jħaddmu servizzi tat-trasport transkonfinali ta' merkanzija, u li jkunu suġġetti għall-proċeduri doganali;
ma jkunux instabu ħatja ta' reati serji li irriżultaw minn obbligi skont il-liġi nazzjonali minn ftehimiet kollettivi vinkolanti, fejn applikabbli.
Artikolu 20
Rekwiżiti relatati ma’ qagħda finanzjarja tajba
Artikolu 21
Rekwiżiti relatati mal-kompetenza professjonali
Ir-rekwiżiti relatati mal-kompetenza professjonali għandhom ikunu sodisfatti meta impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja tkun tista’ turi li għandha jew ser ikollha organizzazzjoni tal-immaniġġjar li għandha l-għerf jew l-esperjenza meħtieġa biex teżerċita l-kontroll u s-superviżjoni sikura u affidabbli fuq it-tħaddim tat-tip ta' ħidmiet speċifikati fil-liċenzja.
Artikolu 22
Rekwiżiti relatati mal-kopertura għar-responsabbiltà ċivili
Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni rigward l-għajnuniet statali u f'konformità mal-Artikoli 93, 107 u 108 tat-TFUE impriża ferrovjarja għandha tkun assigurata b’mod adegwat jew ikollha garanziji skont il-kundizzjonijiet tas-suq biex tkun koperta, skont l-liġi nazzjonali u internazzjonali, għar-responsabbiltajiet tagħha, fil-każ ta' inċidenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-passiġġieri, il-bagalji, il-merkanzija, il-posta u terzi persuni. Minkejja dan l-obbligu, jistgħu jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet u l-profil ta' riskju tat-tipi ta' servizzi differenti, b'mod partikolari operazzjonijiet ferrovjarji għal finijiet kulturali jew ta' patrimonju.
TAQSIMA 3
Validità tal-liċenzja
Artikolu 23
Validità spazjali u temporali
Artikolu 24
Liċenzja temporanja, l-approvazzjoni, is-sospensjoni u r-revoka
Fejn awtorità tal-liċenzjar tkun sodisfatta li impriża ferrovjarja ma tistax aktar tissodisfa r-rekwiżiti, għandha tissospendi jew tirrevoka l-liċenzja.
Dwar il-bidu tal-attivitajiet, l-impriża ferrovjarja tista' titlob biex jiġi stabbilit perjodu itwal, u titqies in-natura speċifika tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti.
Artikolu 25
Proċedura għall-għoti ta' liċenzji
KAPITOLU IV
ID-DEBITAR TA’ IMPOSTI GĦALL-UŻU TAL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA U TAL-ALLOKAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ TAL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA
TAQSIMA 1
Prinċipji Ġenerali
Artikolu 26
Użu effettiv tal-kapaċità tal-infrastruttura
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi tat-tqegħid ta' imposti u tal-kapaċità tal-allokazzjoni għall-infrastruttura ferrovjarja jsegwu l-prinċipji stabbiliti f'din id-Direttiva u b'hekk jippermettu lill-maniġer tal-infrastruttura biex iqiegħed fis-suq u jagħmel użu effettiv mill-kapaċità infrastrutturali disponibbli.
Artikolu 27
Dikjarazzjoni dwar in-netwerk
Artikolu 28
Ftehimiet bejn l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura
Kull impriża impenjata f’servizzi tat-trasport ferrovjarju għandha tikkonkludi l-ftehimiet meħtieġa mal-maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja użata skont il-liġi pubblika jew privata. Il-kundizzjonijiet li jiggvernaw ftehimiet bħal dawn għandhom ikunu nondiskriminatorji u trasparenti, skont din id-Direttiva.
TAQSIMA 2
L-imposti tal-infrastruttura u tas-servizzi
Artikolu 29
Stabbiliment, determinazzjoni u ġbir ta' imposti
Mingħajr preġudizzju għal dik il-kundizzjoni, l-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar l-imposti jew jiddelegaw dawn is-setgħat lill-maniġers tal-infrastruttura.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dikjarazzjoni tan-netwerk tkun tinkludi l-qafas tal-imposti u r-regoli għat-tqegħid tal-imposti jew tindika sit elettroniku fejn jiġu ppubblikati l-qafas tal-imposti u r-regoli għat-tqegħid tal-imposti
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiddetermina u jiġbor il-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura skont il-qafas ta' tqegħid tal-imposti u r-regoli tat-tqegħid tal-imposti stabbiliti.
Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tal-maniġment stabbilit fl-Artikolu 4 u dment li d-dritt ikun ingħata direttament mil-liġi kostituzzjonali qabel 15 ta' Diċembru 2010, il-parlament nazzjonali jista' jkollu d-dritt li jiskrutinizza u, fejn xieraq, jirrevedi l-livell tal-imposti determinati mill-maniġer tal-infrastruttura. Kwalunkwe reviżjoni tali għandha tiżgura li l-imposti jikkonformaw ma' din id-Direttiva, il-qafas tal-imposti u r-regoli għat-tqegħid tal-imposti.
Artikolu 30
Spiża tal-infrastruttura u tal-kontabbiltà
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ftehimiet kuntrattwali fis-seħħ 15 ta' Diċembru 2012 jiġu modifikati, jekk meħtieġ, biex isiru konformi ma' din id-Direttiva fil-waqt tat-tiġdid tagħhom, jew mhux aktar tard minn 16 ta’ Ġunju 2015.
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiżgura l-konsistenza bejn id-dispożizzjonijiet tal-ftehim kuntrattwali u l-pjan kummerċjali.
Artikolu 31
Il-Prinċipji tat-tqegħid tal-imposti
Qabel 16 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu l-modalitajiet għall-kalkolu tal-ispejjeż imġarrba direttament bħala riżultat tal-operat tal-ferrovija. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).
Il-maniġer tal-infrastruttura jista' jiddeċiedi li jadatta gradwalment għal dawk il-modalitajiet matul perjodu ta' mhux aktar minn erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.
Abbażi tal-esperjenza miksuba minn maniġers tal-infrastruttura, impriżi ferrovjarji, korpi regolatorji u awtoritajiet kompetenti, u r-rikonoxximent ta' skemi eżistenti dwar id-differenzjar tal-ħoss, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-modalitajiet li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tal-imposti għall-ispejjeż tal-effetti tal-istorbju, inkluż id-durata tal-applikazzjoni tagħhom u tgħin id-differenzjar tal-imposti fuq l-infrastruttura tieħu skont, fejn xieraq, tas-sensittività taż-żona affettwata, b'mod partikolari f'termini tad-daqs tal-popolazzjoni affettwata, u l-kompożizzjoni tal-ferrovija b'impatt fuq il-livell tal-emissjonijiet ta' storbju. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3). Dawn m’għandhomx jirriżultaw fid-distorsjoni mhux xierqa tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji jew jaffettwaw il-kompetittività ġenerali tas-settur ferrovjarju.
Kwalunkwe modifika tal-imposti tal-infrastruttura minħabba n-nefqa għall-effetti tal-istorbju għandha tappoġġja l-adattament tal-vaguni bl-aktar teknoloġija ta' bbrejkjar b’ħoss baxx ekonomikament vijabbli li hija disponibbli.
It-tqegħid tal-imposti ta' spejjeż ambjentali li jirriżulta f'żieda fid-dħul totali li jakkumula għall-maniġer tal-infrastruttura għandu madankollu jitħalla biss jekk dan it-tqegħid tal-imposta jkun applikat għat-trasport tal-merkanzija bit-triq skont il-liġi tal-Unjoni.
Jekk piżijiet ta' spejjeż ambjentali jiġġeneraw dħul addizzjonali, għandhom ikunu l-Istati Membri li jiddeċiedu kif għandu jintuża d-dħul.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinżamm l-informazzjoni meħtieġa u li l-oriġini tat-tqegħid tal-imposti tal-ispejjeż ambjentali u l-applikazzjoni tagħhom jistgħu jiġu traċċjati. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’din l-informazzjoni fuq talba.
Artikolu 32
Eċċezzjonijiet għall-prinċipji tat-tqegħid tal-imposti
Iżda l-livell tal-imposti ma għandux jeskludi l-użu tal-infrastruttura minn taqsimiet tas-suq li jistgħu jħallsu għall-inqas l-ispejjeż imġarrba direttament b'riżultat tat-tħaddim tas-servizz ferrovjarju, u rata ta’ redditu li jiflaħ għaliha s-suq.
Qabel ma japprovaw l-impożizzjoni ta' tali mark-ups, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-maniġers tal-infrastruttura jivvalutaw ir-rilevanza tagħhom għal taqsimiet speċifiċi tas-suq, filwaqt li jqisu mill-inqas il-pari elenkati fil-punt 1 tal-Anness VI u jżommu dawk rilevanti. Il-lista ta' taqsimiet tas-suq definita mill-maniġers tal-infrastruttura għandu jkun fiha mill-inqas dawn it-tliet taqsimiet li ġejjin: is-servizzi ta' trasport tal-merkanzija, is-servizzi tal-passiġġieri fil-qafas ta' kuntratt tas-servizz pubbliku u servizzi oħra għall-passiġġieri.
Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jiddistingwu wkoll it-taqsimiet tas-suq skont il-prodott bażiku jew il-passiġġieri li jkunu qed jiġu trasportati.
It-taqsimiet tas-suq fejn attwalment ma jkunux qed jaħdmu impriżi ferrovjarji iżda li jistgħu jipprovdu servizzi matul il-perjodu ta' validità tas-sistema tat-tqegħid tal-imposti għandhom ukoll jiġu definiti. Il-maniġer tal-infrastruttura ma għandux jinkludi mark-up fis-sistema tat-tqegħid tal-imposti għal dawk it-taqsimiet tas-suq.
Il-lista ta' taqsimiet tas-suq għandha tiġi ppubblikata fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk u għandha tiġi riveduta mill-inqas kull ħames snin. Il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 għandu jikkontrolla dik il-lista f’konformità mal-Artikolu 56.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dan id-differenzjar tal-imposti ta' infrastruttura ma jkunx japplika għal-linji ferrovjarji speċifikati fir-Regolament (UE) 2016/919 li fuqhom jistgħu jivvjaġġaw biss ferroviji mgħammra b'ETCS.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jestendu dan id-differenzjar għal linji ferrovjarji li mhumiex speċifikati fir-Regolament (UE) 2016/919.
Artikolu 33
Skonti
Artikolu 34
Skemi ta' kumpens għal spejjeż ambjentali, aċċidentali u infrastrutturali mhux imħallsa
Artikolu 35
Skema tal-prestazzjoni
Artikolu 36
Il-Piżijiet ta' riserva
Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jimponu imposta għall-kapaċità allokata iżda mhux użata. Din l-imposta għan-nuqqas ta' użu għandha tipprovdi inċentivi għall-użu effiċjenti tal-kapaċità. Il-ġbir ta’ tali imposta fuq l-applikanti li kienu allokati mogħdija ferrovjarja għandha tkun obbligatorja fil-każ tan-nuqqas regolari tagħhom li jużaw il-mogħdijiet ferrovjarji allokati jew parti minnhom. Għall-impożizzjoni ta' dan il-piż, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jippubblikaw fid-dikjarazzjoni tan-netwerk tagħhom il-kriterji għad-determinazzjoni tan-nuqqas ta' użu. Il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 għandu jikkontrolla tali kriterji b’konformità mal-Artikolu 56. Il-ħlasijiet għal din l-imposta għandhom isiru mill-applikant jew mill-impriża ferrovjarja maħtura skont l-Artikolu 41(1). Il-maniġer tal-infrastruttura għandu dejjem ikun jista' jinforma lil kull parti interessata dwar il-kapaċità tal-infrastruttura li tkun diġà ġiet allokata lill-impriżi ferrovjarji tal-utenti.
Artikolu 37
Kooperazzjoni fir-rigward tas-sistemi ta' impożizzjoni ta' piżijiet f’aktar minn netwerk wieħed
TAQSIMA 3
L-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura
Artikolu 38
Drittijiet tal-kapaċità
Kull negozjar fil-kapaċità tal-infrastruttura għandu jiġi pprojbit u għandu jwassal għall-esklużjoni minn aktar allokazzjoni tal-kapaċità.
L-użu tal-kapaċità minn impriża ferrovjarja meta tkun qed twettaq in-negozju ta' applikant li mhuwiex impriża ferrovjarja ma għandux jitqies bħala trasferiment.
Maniġer tal-infrastruttura u applikant jistgħu jidħlu fi ftehim ta’ qafas kif stipulat fl-Artikolu 42 għall-użu tal-kapaċità fuq l-infrastruttura ferrovjarja rilevanti għal terminu itwal minn perjodu wieħed ta’ skeda tax-xogħol.
Artikolu 39
Allokazzjoni tal-kapaċità
Artikolu 40
Kooperazzjoni fl-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali fuq aktar minn network wieħed
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-maniġers tal-infrastruttura li d-deċiżjonijiet tal-allokazzjoni tagħhom għandhom impatt fuq maniġers tal-infrastruttura oħrajn jingħaqdu sabiex tiġi kkoordinata l-allokazzjoni ta', jew sabiex tiġi allokata l-kapaċità tal-infrastruttura kollha rilevanti fuq livell internazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi miġbura fil-liġi tal-Unjoni dwar in-netwerks orjentati lejn it-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Il-prinċipji u l-kriterji għall-allokazzjoni tal-kapaċità stabbiliti skont din il-kooperazzjoni għandhom jiġu ppubblikati mill-maniġers tal-infrastruttura fid-dikjarazzjoni tan-netwerk tagħhom b’konformità mal-paragrafu 3 tal-Anness IV. Rappreżentati xierqa ta' maniġers tal-infrastruttura minn pajjiżi terzi jistgħu jiġu assoċjati ma' dawn il-proċeduri.
Dawn il-mogħdijiet internazzjonali tal-ferrovija rranġati minn qabel għandhom ikunu disponibbli għall-applikanti permezz tal-maniġers parteċipanti tal-infrastruttura.
Artikolu 41
Applikanti
Artikolu 42
Ftehimiet ta’ qafas
Il-ftehim ta’ qafas ma għandux jispeċifika mogħdija tal-ferrovija fid-dettall, imma għandu jkun tali li jilħaq il-ħtiġijiet leġittimi kummerċjali tal-applikant. Stat Membru jista' jitlob approvazzjoni minn qabel ta' dan il-ftehim ta’ qafas mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 ta' din id-Direttiva.
F'każijiet eċċezzjonali bħal dawn, il-ftehim ta' qafas jista' jistabbilixxi l-karatterstiċi dettaljati tal-kapaċità li għandhom ikunu provduti lill-applikant għat-tul tal-ftehim ta’ qafas. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jinkludu l-frekwenza, il-volum u l-kwalità tal-mogħdijiet tal-ferroviji. Il-maniġer tal-infrastruttura jista’ jnaqqas kapaċità riżervata li, fuq perjodu ta’ mill-anqas xahar, tkun intużat anqas mill-kwota ta’ limitu msemmija fl-Artikolu 52.
Mill-1 ta’ Jannar 2010 ’il quddiem, ftehim ta’ qafas inizjali jista’ jitfassal għal perjodu ta’ ħames snin, li jista’ jiġġedded darba, abbażi tal-karatteristiċi tal-kapaċità użati mill-applikanti li jħaddmu servizzi qabel l-1 ta’ Jannar 2010, sabiex jitqiesu l-investimenti speċjalizzati jew tal-eżistenza ta’ kuntratti kummerċjali. Il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 għandu jkun responsabbli sabiex jawtorizza d-dħul fis-seħħ tat-tali ftehim.
Artikolu 43
Skeda għall-proċess tal-allokazzjoni
Artikolu 44
Applikazzjonijiet
Artikolu 45
Skedar
Artikolu 46
Proċess ta' koordinazzjoni
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprova, permezz ta' konsultazzjonijiet mal-applikanti xierqa jsolvi kull kunflitt. Tali konsultazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-iżvelar tal-informazzjoni li ġejja fi żmien raġonevoli, mingħajr ħlas u bil-miktub jew f'forma elettronika:
il-mogħdijiet tal-ferrovija mitluba mill-applikanti l-oħra kollha fuq l-istess rotot;
il-mogħdijiet tal-ferrovija allokati fuq bażi preliminari lill-applikanti l-oħra kollha fuq l-istess rotot;
il-mogħdijiet tal-ferrovija alternattivi proposti fuq ir-rotot rilevanti skont il-paragrafu 2;
id-dettalji sħaħ tal-kriterji li qed jintużaw fil-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità.
Skont l-Artikolu 39(2), dik l-informazzjoni għandha tingħata mingħajr ma tiġi żvelata l-identità tal-applikanti l-oħra, sakemm l-applikanti kkonċernati ma jkunux qablu ma' tali żvelar.
Artikolu 47
Infrastruttura kkonġestjonata
Sabiex jiġi ggarantit l-iżvilupp ta' servizzi tat-trasport adegwati f’dan il-qafas, partikolarment biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku jew biex jiġi promoss l-iżvilupp nazzjonali u internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kull miżura meħtieġa, b’kundizzjonijiet nondiskriminatorji, biex jiżguraw li dawn is-servizzi jingħataw prijorità meta tiġi allokata l-kapaċità tal-infrastruttura.
L-Istati Membri jistgħu, fejn huwa xieraq, jagħtu lill-maniġer tal-infrastruttura kumpens li jikkorrispondi għal kull telf tad-dħul relatat mal-ħtieġa li tiġi allokata kapaċità partikolari għal ċerti servizzi skont it-tieni subparagrafu.
Dawk il-miżuri u dak il-kumpens għandhom jinkludu il-qies tal-effett ta' din l-esklużjoni fi Stati Membri oħrajn.
Artikolu 48
Talbiet ad hoc
Artikolu 49
Infrastruttura speċjalizzata
Din l-identifikazzjoni ma għandhiex ma tħallix li jsir użu ta' din it-tip ta’ infrastruttura minn tipi oħrajn tat-traffiku meta l-kapaċità tkun disponibbli.
Artikolu 50
Analiżi tal-kapċità
Artikolu 51
Pjan għat-titjib tal-kapaċità
Għandu jidentifika:
ir-raġunijiet għall-konġestjoni;
l-iżvilupp tat-traffiku li probabbli jkun hemm fil-futur;
ik-kostrizzjonijiet fuq l-iżvilipp tal-infrastruttura;
l-għażliet u l-ispejjeż għat-titjib tal-kapaċità inklużi t-tibdiliet possibbli għall-imposti tal-aċċess.
Abbażi ta' analiżi tal-benefiċċji tal-ispejjeż tal-miżuri possibbli identifikati, għandu jiddetermina wkoll l-azzjoni li għandha tittieħed sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-infrastruttura, inkluża skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri.
Il-pjan jista' jkun suġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-Istat Membru.
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jieqaf milli jimponi kwalunkwe imposta għall-infrastruttura rilevanti skont l-Artikolu 31(4) f'każijiet meta:
ma jipproduċix il-pjan għat-titjib tal-kapaċità; jew
ma jagħmilx progress fl-azzjonijiet identifikati fil-pjan għat-titjib tal-kapaċità.
Minkejja l-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-maniġer tal-infrastruttura jista', suġġett għall-approvazzjoni tal-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 jibqa' jimponi dawk l-imposti jekk:
il-pjan għat-titjib tal-kapaċità ma jistax jiġi realizzat għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tiegħu; jew
l-għażliet disponibbli mhumiex ekonomikament jew finanzjarjament vijabbli.
Artikolu 52
Użu tal-mogħdijiet ferrovjarji
Artikolu 53
Kapaċità tal-infrastuttura għal xogħol ta’ manutenzjoni
Il-korp regolatorju jista' jitlob lill-maniġer tal-infrastruttura biex jagħmel din l-informazzjoni disponibbli għalih, jekk iqis li dan huwa neċessarju.
Artikolu 54
Miżuri speċjali li għandhom jittieħdu fil-każ ta' disturb
Il-maniġer tal-infrastruttura jista', jekk iqis li dan huwa meħtieġ, jesiġi li l-impriżi ferrovjarji jagħmlulu disponibbli r-riżorsi li huwa jħoss li huma l-aktar xierqa biex is-sitwazzjoni tinġieb għan-normal mill-aktar fis possibbli.
TAQSIMA 4
Korp regolatorju
Artikolu 55
Korp regolatorju
L-Istati Membri għandhom jideċiedu jekk dawn il-persuni jinħatrux għal terminu ta’ żmien fiss jew rinnovabbli, jew fuq bażi permanenti li tippermetti tneħħija biss għal raġunijiet dixxiplinarji mhux marbuta mat-teħid ta’ deċiżjoni tagħhom. Huma għandhom jintgħażlu fi proċedura trasparenti fuq il-bażi tal-mertu tagħhom, inkluż kompetenza xierqa u esperjenza relevanti, preferibbilment fil-qasam tal-ferroviji jew industriji oħra tan-netwerk.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il persuni jaġixxu b'mod indipendenti minn kwalunkwe interess tas-suq relatat mas-settur ferrovjarju, u għaldaqstant ma għandu jkollhom l-ebda relazzjoni ta’ interess jew kummerċjali ma' kwalunkwe impriża jew entità regolata. Għal dan l-iskop, dawn il-persuni għandhom jagħmlu, kull sena, dikjarazzjoni ta’ impenn u dikjarazzjoni ta’ interessi, fejn jindikaw kull interess dirett jew indirett li jista’ jiġi kkunsidrat ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom u lijista' jinfluwenzahom fil-qadi ta’ kwalunkwe funzjoni tagħhom. Dawn il-persuni għandhom jirtiraw mit-teħid ta’ deċiżjoni f’każijiet li jikkonċernaw impriża li magħha kellhom xi rabta diretta jew indiretta matul is-sena qabel it-tnedija ta’ proċedura.
Huma m’għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn ebda gvern jew entità pubblika jew privata oħra meta jwettqu l-funzjonijiet tal-korp regolatorju, u jkollhom awtorità sħiħa fuq ir-reklutaġġ u l-immaniġġjar tal-persunal tal-korp regolatorju.
Wara t-terminu ta’ żmien tagħhom fil-korp regolatorju, ma għandhom ikollhom ebda pożizzjoni professjonali jew responsabilità ma' ebda waħda mill-impriżi jew entitajiet regolati għal perjodu ta’ mhux inqas minn sena.
Artikolu 56
Funzjonijiet tal-korp regolatorju
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46(6), applikant għandu jkollu d-dritt li jappella lill-korp regolatorju jekk jemmen li ma ġiex ittrattat b'mod ekwu, saret diskriminazzjoni kontrih jew saritlu offża bi kwalunkwe mod ieħor, u b’mod partikolari kontra deċiżjonijiet adottati mill-maniġer tal-infrastruttura jew fejn hu xieraq, mill-impriża ferrovjarja jew mill-operatur ta’ faċilita tas-servizz dwar:
id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk fil-verżjonijiet proviżorji u finali tagħha;
il-kriterji stabbiliti fiha;
il-proċess tal-allokazzjoni u r-riżultat tiegħu;
l-iskema tat-tqegħid tal-imposti;
il-livell jew l-istruttura tal-imposti infrastrutturali li hu meħtieġ iħallas jew li jista' jkun meħtieġ iħallas;
l-arranġamenti għall-aċċess skont l-Artikoli 10 sa 13;
l-aċċess u t-tqegħid ta' imposti għas-servizzi skont l-Artikolu 13;
immaniġġjar tat-traffiku;
ippjanar tat-tiġdid u manutenzjoni skedata jew mhux skedata;
konformità mar-rekwiżiti, inklużi dawk dwar konflitti ta' interess, stabbiliti fl-Artikolu 2(13) u l-Artikoli 7, 7a, 7b, 7c, u 7d.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l-awtoritajiet b’mod konġunt jiżviluppaw qafas għall-qsim tat-tagħrif u għall-kooperazzjoni bil-ħsieb li jiġu evitati effetti ħżiena fuq il-kompetizzjoni jew is-sikurezza fis-suq ferrovjarju. Dan il-qafas għandu jinkludi mekkaniżmu biex il-korp regolatorju jipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u tal-ħruġ tal-liċenzji rakkomandazzjonijiet dwar kwestjonijiet li jistgħu jolqtu l-kompetizzjoni fis-suq ferrovjarju u biex l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tipprovdi lill-korp regolatorju u lill-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji rakkomandazzjonijiet dwar kwestjonijiet li jistgħu jolqtu s-sikurezza. Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ta’ kull awtorità fi ħdan il-qasam tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-awtorità relevanti għandha teżamina kull rakkomandazzjoni bħal din qabel ma tadotta d-deċiżjonijiet tagħħa. Jekk l-awtorità relevanti tiddeċiedi li tiddevja minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet, hija għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha.
L-informazzjoni mitluba għandha tingħata fi żmien perjodu stabbilit mill-korp regolatorju li m’għandux jaqbeż tul ta’ xahar, ħlief jekk, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-korp regolatorju jaqbel fuq estenzjoni tal-limitu ta’ żmien li ma għandiex taqbeż xahrejn addizzjonali u jawtorizza tali awtorizzazzjoni. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforza talbiet bħal dawn bil-pieni xierqa, inkluż permezz tal-multi. L-informazzjoni li għandha tingħata lill-korp regolatorju tinkludi d-data kollha li l-korp regolatorju jkun jeħtieġ fil-qafas tal-funzjoni tiegħu ta' appell u tal-funzjoni tiegħu tal-monitoraġġ tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji skont il-paragrafu 2. Din tinkludi data li hija meħtieġa għall-iskopijiet ta' statistika u ta' osservazzjoni tas-suq.
Deċiżjoni tal-korp regolatorju għandha tkun torbot lill-partijiet kollha koperti minn dik id-deċiżjoni, u ma għandhiex tkun suġġetta għall-kontroll ta’ istanza amminstrattiva oħra. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforza d-deċiżjonijiet tiegħu bil-pieni xierqa, inkluż permezz tal-multi.
Fil-każ ta' appell kontra rifjut li tingħata l-kapaċità tal-infrastruttura, jew kontra t-termini ta' offerta għall-kapaċità, il-korp regolatorju għandu jew jikkonferma li ebda emenda tad-deċiżjoni tal-maniġer tal-infrastruttura ma hi meħtieġa, jew jesiġi li dik id-deċiżjoni tkun emendata skont id-direzzjonijiet speċifikati minnu stess.
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għal kwistjonijiet marbuta mal-għajnuna mill-Istat, il-korp regolatorju jista' wkoll joħroġ konklużjonijiet mill-kontijiet rigward kwistjonijiet ta' għajnuna mill-Istat li għandu jirrapporta lil dawk l-awtoritajiet.
Il-flussi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 7d(1), is-self imsemmi fl-Artikolu 7d(4) u (5), u d-dejn imsemmi fl-Artikolu 7d(7) għandhom ikunu soġġetti għall-monitoraġġ mill-korp regolatorju.
Fejn Stat Membru jkun innomina lill-korp regolatorju bħala l-korp kompetenti indipendenti msemmi fl-Artikolu 7c(4), il-korp regolatorju għandu jevalwa l-ftehimiet ta' kooperazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu.
Artikolu 57
Kooperazzjoni bejn il-korpi regolatorji
Suġġett għar-regoli dwar il-protezzjoni tas-dejta stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data ( 11 ) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data ( 12 ), il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-iskambju ta' informazzjoni msemmi hawn fuq, fost il-membri tan-netwerk, possibiliment permezz ta' għodod elettroniċi, bir-rispett tal-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali fornuti mill-impriżi rilevanti.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 58
Regoli dwar l-akkwist pubbliku
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva se jkunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali ( 13 ).
Artikolu 59
Derogi
Sal-15 ta' Marzu 2013, l-Irlanda, bħala Stat Membru li jinsab fuq gżira, b'konnessjoni ferrovjarja ma' Stat Membru ieħor wieħed biss, u r-Renju Unit, fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq, fuq l-istess bażi:
ma għandhomx għalfejn jafdaw f’idejn korp indipendenti l-funzjonijiet li jiddeterminaw aċċess ekwu u nondiskriminatorju għall-infrastruttura, kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) sa fejn dak l-Artikolu jobbliga lill-Istati Membri biex jistabbilixxu korpi indipendenti li jwettqu l-ħidmiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 7(2);
ma għandhomx għalfejn japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27, l-Artikolu 29(2), l-Artikoli 38, 39 u 42, l-Artikolu 46(4), l-Artikolu 46(6), l-Artikolu 47, l-Artikolu 49(3), l-Artikoli 50 sa 53, l-Artikolu 55 u l-Artikolu 56 bil-kundizzjoni li d-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura jew dwar it-tqegħid tal-imposti jkunu jistgħu jiġu appellati, jekk dan jintalab bil-miktub minn impriża ferrovjarja, quddiem korp indipendenti li għandu jieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni tal-informazzjoni rilevanti kollha u li d-deċiżjoni tiegħu għandha tkun suġġetta għal analiżi ġudizzjarja.
Id-derogi msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw fejn impriża ferrovjarja li tħaddem servizzi ferrovjarji fl-Irlanda jew l-Irlanda ta' Fuq tissottometti applikazzjoni uffiċjali biex tħaddem servizzi ferrovjarji, fit-territorju, lejn it-territorju jew mit-territorju ta' Stat Membru ieħor bl-eċċezzjonijiet tal-Irlanda għal impriżi ferrovjarji li jaħdmu fl-Irlanda ta’ Fuq u tar-Renju Unit għal impriżi ferrovjarji li jaħdmu fl-Irlanda.
Fi żmien sena minn meta jirċievu jew id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jew in-notifika tal-applikazzjoni uffiċjali msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istat Membru kkonċernat jew l-Istati Membri kkonċernati (l-Irlanda jew ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq), għandhom jagħmlu leġiżlazzjoni biex jimplimentaw l-Artikoli msemmija fil-paragrafu 1.
Fl-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha l-Kummissjoni għandha tqis kull żvilupp fis-sitwazzjoni ġeopolitika u l-iżvilupp tas-suq ferrovjarju fi Stat Membru, minn Stat Membru u lejn Stat Membru li jkun talab id-deroga mġedda.
Artikolu 60
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 61
Miżuri ta’ applikazzjoni
Fuq it-talba ta’ Stat Membru, ta' korp regolatorju jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha teżamina miżuri speċifiċi adottati mill-awtoritajiet nazzjonali b'rabta mal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, rigward il-kundizzjonijiet ta' aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi ferrovjarji, il-liċenzjar tal-impriżi ferrovjarji, it-tqegħid ta' imposti għall-infrastruttura u l-allokazzjoni tal-kapaċità fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni ta' dawk il-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) jekk il-miżura relatata tistax tibqa’ tiġi applikata fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi din it-talba.
Artikolu 62
Proċedura tal-kumitat
Artikolu 63
Rapport
B'mod partikolari, ir-rapport għandu jevalwa l-iżvilupp tas-servizzi ferrovjarji ta' veloċità għolja u jevalwa l-eżistenza ta' prattiki diskriminatorji fir-rigward tal-aċċess għal linji ta' veloċità għolja. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk huwiex meħtieġ li tippreżenta proposti leġiżlattivi.
Sal-istess data, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk jippersistux prattiki diskriminatorji jew tipi oħra ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-maniġers tal-infrastruttura li huma parti minn impriża integrata vertikalment. Il-Kummissjoni għandha, jekk adatta, tippreżenta proposti leġiżlattivi.
Artikolu 64
Traspożizzjoni
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, it-tali dispożizzjonijiet għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijeit amministrattivi eżistenti għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza u kif għandha titfassal it-tali dikjarazzjoni.
L-obbligi tat-traspożizzjoni u tal-implimentazzjoni tal-Kapitolu II u IV ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal Ċipru u għal Malta sakemm l-ebda sistema ferrovjarja ma tiġi stabbilita fit-territorju tagħhom.
Artikolu 65
Tħassir
Id-Direttivi 91/440/KEE, 95/18/KE u 2001/14/KE, kif emendati bid-Direttivi elenkati fil-Parti A tal-Anness IX ►C1 huma mħassra b'effett mis-17 ta' Ġunju 2015, ◄ mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness IX fil-liġi nazzjonali.
Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni mogħtija fl-Anness X.
Artikolu 66
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 67
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
LISTA TA’ ELEMENTI TAL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA
L-infrastruttura ferrovjarja tikkonsisti fl-affarijiet segwenti, sakemm dawn jiffurmaw parti mil-linja permanenti, li tinkludi l-binarji ż-żgħar tal-ġenb, iżda teskludi l-linji li qegħdin fil-postijiet fejn jissewwew il-magni tal-ferrovija, fl-imħażen jew fl-imħażen lokomottivi, u branki ta' linji u binarji żgħar privati:
ANNESS II
SERVIZZI LI GĦANDHOM JINGĦATAW LILL-IMPRIŻI FERROVJARJI
(imsemmija fl-Artikolu 13)
1. Il-pakkett ta' aċċess minimu għandu jkun jikkonsisti:
fl-immaniġġjar ta' talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura;
fid-dritt li tintuża l-kapaċità allokata;
fl-użu ta' infrastruttura ferrovjarja, inklużi track points u ġonot;
fil-kontroll tal-ferrovija inkluż is-senjalar, ir-regolament, id-dispatching u l-komunikazzjoni u l-forniment ta' informazzjoni dwar il-moviment tal-ferrovija;
l-użu ta' tagħmir għall-provvista tal-elettriku għall-kurrent tat-trazzjoni, meta jkun disponibbli;
l-informazzjoni l-oħra kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni jew għat-tħaddim tas-servizz li għalih ingħatat il-kapaċità.
2. Għandu jingħata aċċess, inkluż aċċess għat-tracks, għall-faċilitajiet tas-servizzi li ġejjin, meta dawn ikunu jeżistu, u għas-servizzi fornuti f' dawn il-faċilitajiet:
stazzjonijiet tal-passiġġieri, il-binjiet tagħhom u faċilitajiet oħrajn; inkluż informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u post adattat għal servizzi relatati mal-biljetti;
terminali tal-merkanzija;
marshalling yards u faċilitajiet għall-formazzjoni tal-ferrovija inklużi servizzi ta' shunting;
sidings għall-ħażna;
faċilitajiet ta' manutenzjoni, bl-eċċezzjoni ta' faċilitajiet ta' manutenzjoni ddedikati għal ferroviji b'veloċità għolja jew għal tipi speċifiċi oħra ta' materjal ferrovjarju li jirrikjedi faċilitajiet speċifiċi;
faċilitajiet tekniċi oħrajn, inklużi faċilitajiet għat-tindif u l-ħasil;
faċilitajiet tal-port marittimu u tal-passaġġi tal-ilma interni li huma marbuta mal-attivitajiet ferrovjarji;
faċilitajiet ta’ għajnuna;
faċilitajiet għal refuelling u l-provvista ta' karburant f'dawn il-faċilitajiet, li l-imposti għalihom fuq il-fatturi għandhom jintwerew separatament.
3. Is-servizzi addizzjonali jistgħu jinkludu:
kurrent tat-trazzjoni, li l-imposti għalih jintwerew fil-fatturi b'mod separat mill-imposti għall-użu tat-tagħmir għall-provvista tal-elettriku, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE;
it-tisħin minn qabel tal-ferroviji tal-passiġġieri;
kuntratti speċifiċi għal:
4. Is-servizzi anċillari jistgħu jinkludu:
aċċess għan-netwerk tat-telekomunikazzjoni;
il-forniment ta' informazzjoni supplementari;
l-ispezzjoni teknika tar-rolling stock;
servizzi relatati mal-biljetti fi stazzjonijiet tal-passiġġieri;
faċilitajiet ta' manutenzjoni tqila fornuta f’faċilitajiet ta’ manutenzjoni ddedikati għal ferroviji b'veloċità għolja jew għal tipi speċifiċi oħra ta' materjal ferrovjarju li jirrikjedi faċilitajiet speċifiċi.
ANNESS III
QAGĦDA FINANZJARJA TAJBA
(imsemmija fl-Artikolu 20)
L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-impriżi li jkunu qed japplikaw għal liċenzja f'konformità mal-Artikolu 20 tkopri l-aspetti li ġejjin:
il-fondi disponibbli, inklużi l-bilanċ bankarju, id-dispożizzjonijiet ta' pledged overdraft u s-self;
il-fondi u l-assi disponibbli bħala garanzija;
il-kapital li jiċċirkola;
l-ispejjeż rilevanti, inklużi l-ispejjeż ta' ħlasijiet għall-karozzi, l-art, il-binjiet, l-istallazzjonijiet u r-rolling stock;
l-imposti fuq l-assi ta’ impriża;
taxxi u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.
ANNESS IV
KONTENUT TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IN-NETWERK
(imsemmija fl-Artikolu 27)
Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk imsemmija fl-Artikolu 27 għandu jkollha din l-informazzjoni:
Taqsima li tistabbilixxi n-natura tal-infrastruttura disponibbli għall-impriżi ferrovjarji u l-kundizzjonjiet tal-aċċess għaliha. L-informazzjoni mogħtija f’din it-taqsima għandha tkun konsistenti, fuq bażi annwali, mar-reġistri tal-infrastruttura ferrovjarja li għandhom ikunu ppubblikati skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57/KE jew għandha tirreferi għalihom.
Taqsima dwar il-prinċipji ta' imposti u tariffi. Din għandu jkun fiha dettalji xierqa dwar l-iskema tal-imposti kif ukoll informazzjoni suffiċjenti dwar l-imposti, u kif ukoll kull informazzjoni oħra rilevanti dwar l-aċċess li tapplika għas-servizzi elenkati fl-Anness II li jiġu pprovduti minn fornitur wieħed biss. Għandha tagħti dettalji dwar il-metodoloġija, ir-regoli u, meta applikabbli, l-iskali użati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 31 sa 36, fir-rigward ta’ kemm il-kostijiet kif ukoll l-imposti. Għandha tiġbor fiha informazzjoni dwar tibdiliet fl-imposti diġà deċiżi jew previsti fil-ħames snin li ġejjin jekk disponibbli.
Taqsima dwar il-prinċipji u l-kriterji għall-allokazzjoni tal-kapaċità. Din għandha tistabbilixxi l-kapaċità ġenerali tal-karatteristiċi tal-infrastruttura li hija disponibbli għall-impriżi ferrovjarji u kull restrizzjoni relatata mal-użu tagħha, inklużi l-ħtiġijiet ta' kapaċità x'aktarx meħtieġa għall-manutenzjoni. Għandha wkoll tispeċifika l-proċeduri u t-termini li jirrelataw mal-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità. Għandu jkun fiha kriterji speċifiċi li jintużaw waqt dak il-proċess, partikolarment:
il-proċeduri li bihom l-applikanti jistgħu jitolbu l-kapaċità mingħand il-maniġer tal-infrastruttura;
ir-rekwiżiti li jirregolaw l-applikanti;
l-iskeda għall-proċessi tal-applikazzjoni u l-allokazzjoni u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti biex tintalab informazzjoni dwar l-iskedar u l-proċeduri għall-iskedar ta' xogħol ta' manutenzjoni ppjanat jew mhux previst;
il-prinċipji li jirregolaw il-proċess ta’ koordinazzjoni u s-sistema tar-riżoluzzjoni tat-tilwim li hija disponibbli permezz ta’ dan il-proċess;
il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-kriterji użati meta l-infrastruttura hija kkonġestjonata;
id-dettalji dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-infrastruttura;
kull kundizzjoni li permezz tagħha jitqiesu livelli preċedenti ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità fid-determinazzjoni tal-prijoritajiet għall-proċess tal-allokazzjoni.
Għandha tagħti dettalji dwar il-miżuri meħuda biex jiġi żgurat trattament adegwat tas-servizzi tal-merkanzija, servizzi internazzjonali u talbiet suġġetti għall-proċedura ad hoc. Għandu jkun fiha mudell għat-talbiet għall-kapaċità. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippubblika wkoll informazzjoni dettaljata dwar il-proċeduri tal-allokazzjoni għal rotot internazzjonali tal-ferrovija.
Taqsima dwar l-informazzjoni relatata mal-applikazzjoni għal liċenzja msemmija fl-Artikolu 25 ta' din id-Direttiva u dwar iċ-ċertifikati tas-sikurezza ferrovjarja maħruġa skont id-Direttiva 2004/49/KE jew l-indikar ta' sit elettroniku fejn it-tali informazzjoni tkun disponibbli mingħajr ħlas f'forma elettronika.
Taqsima dwar l-informazzjoni dwar proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim u l-appelli relatati ma’ kwistjonijiet tal-aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi ferovjarji u mal-iskema tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 35.
Taqsima dwar l-informazzjoni relatata mal-aċċess u l-ġbir ta' imposti għall-faċilitajiet ta’ servizzi msemmija fl-Anness II. L-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizzi li mhumiex ikkontrollati mill-maniġer tal-infrastruttura għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-imposti għall-kisba tal-aċċess għall-faċilità u għall-forniment tas-servizzi, u informazzjoni dwar kundizzjonijiet għall-aċċess tekniku għall-inklużjoni fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk jew l-indikar ta' sit elettroniku fejn it-tali informazzjoni tkun disponibbli mingħajr ħlas f'forma elettronika.
Ftehim li jservi ta’ mudell għall-konklużjoni ta’ ftehimiet qafas bejn maniġer tal-infrastruttura u applikant skont l-Artikolu 42.
ANNESS V
PRINĊIPJI U PARAMETRI BAŻIĊI TA’ FTEHIMIET KUNTRATTWALI BEJN AWTORITAJIET KOMPETENTI U L-MANIĠERS TAL-INFRASTRUTTURA
(imsemmija fl-Artikolu 30)
Il-ftehim kuntrattwali għandu jispeċifika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30, u jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
l-ambitu tal-ftehim fir-rigward tal-infrastruttura u l-faċilitajiet tas-servizz, strutturat skont l-Anness II. Għandu jkopri l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-infrastruttura, inklużi l-manutenzjoni u t-tiġdid tal-infrastruttura li diġà qed titħaddem. Fejn xieraq, il-bini ta' infrastruttura ġdida jista' wkoll ikun kopert;
l-istruttura tal-ħlasijiet jew fondi allokati lis-servizzi tal-infrastruttura mniżżlin fl-Anness II, għall-manutenzjoni u t-tiġdid, u għat-trattar tax-xogħol pendenti ta’ manutenzjoni u ta' tiġdid; Fejn xieraq, l-istruttura ta' ħlasijiet jew ta’ fondi allokati għall-infrastruttura l-ġdida tista' wkoll tkun koperta;
il-miri ta’ prestazzjoni orjentati lejn l-utent, fil-forma ta’ indikaturi u kriterji ta’ kwalità li jkopru elementi bħal:
il-prestazzjoni tal-ferrovija, bħal f'termini ta' veloċità tal-linja u affidabbiltà, u s-sodisfazzjon tal-konsumatur,
il-kapaċità tan-netwerk,
l-immaniġjar tal-assi,
il-volumi tal-attivitajiet,
il-livelli ta’ sikurezza, u
il-protezzjoni ambjentali;
l-ammont ta' xogħol pendenti possibbli ta' manutenzjoni u l-assi li se jinħarġu gradwalment mill-użu u li għalhekk se jagħtu bidu għal flussi finanzjarji differenti;
l-inċentivi imsemmija fl-Artikolu 30(1), bl-eċċezzjoni ta' dawk l-inċentivi implimentati permezz ta' miżuri regolatorji f'konformità mal-Artikolu 30(3);
l-obbligi minimi ta’ rappurtar għall-maniġer tal-infrastruttura f’termini tal-kontenut u l-frekwenza tar-rappurtar, inkluża informazzjoni li għandha tkun ippubblikata kull sena;
it-tul ta’ żmien miftiehem tal-ftehim, li għandu jkun sinkronizzat u konsistenti mat-tul tal-pjan tan-negozju tal-maniġer tal-infrastruttura u mal-konċessjoni jew mal-liċenzja tiegħu, fejn xieraq, kif ukoll il-qafas u r-regoli tad-debitu bl-imposti stabbiliti mill-Istat;
ir-regoli biex jiġi ttrattat it-tfixkil kbir tat-tħaddim tas-servizzi u s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inklużi pjani ta' kontinġenza u terminazzjoni bikrija tal-ftehima kummerċjali, u informazzjoni f'waqtha tal-utenti;
il-miżuri ta' rimedju li għandhom jittieħdu jekk xi waħda mill-partijiet tikser l-obbligi kuntrattwali tagħha; jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali li jaffettwaw id-disponibbiltà tal-finanzjament pubbliku; dawn jinkludu l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għan-negozjar mill-ġdid u għat-terminazzjoni bikrija.
ANNESS VI
REKWIŻITI GĦALL-ISPEJJEŻ U L-IMPOSTI RELATATI MAL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA
(imsemmija fl-Artikoli 32(1) u 35)
1. Il-pari li għandhom jitqiesu mill-maniġers tal-infrastruttura meta huma jiddefinixxu l-lista ta' taqsimiet tas-suq bil-għan li jintroduċu mark-ups fis-sistema ta' imposti skont l-Artikolu 32(1) jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:
servizzi tat-trasport tal-passiġġieri versus servizzi tat-trasport tal-merkanzija;
ferroviji li jġorru oġġetti perikolużi versus ferroviji ta' merkanzija oħra;
servizzi domestiċi versus servizzi internazzjonali;
servizzi magħquda ta’ trasport versus ferroviji diretti;
servizzi urbani jew reġjonali versus servizzi interurbani tal-passiġġieri;
ferroviji b’vaguni li jibqgħu flimkien mit-tluq sad-destinazzjoni (block trains) versus ferroviji b'vaguni li jitgħabbew individwalment;
servizzi ferrovjarji regolari versus servizzi ferrovjarji okkażjonali.
2. L-iskema tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji bażiċi li ġejjin:
Sabiex jintlaħaq il-livell miftiehem ta’ prestazzjoni u sabiex ma tkunx ipperikolata l-vijabbiltà ekonomika tas-servizz, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jaqbel mal-applikanti dwar il-parametri prinċipali tal-iskema tal-prestazzjoni, b’mod partikolari dwar il-valur tad-dewmien, il-limiti għall-ħlasijiet li jridu jingħataw taħt l-iskema tal-prestazzjoni, kemm skont il-vjaġġi individwali tal-ferroviji kif ukoll għall-vjaġġi kollha tal-ferroviji ta' impriża ferrovjarja f'perjodu ta' żmien partikolari;
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkomunika l-iskeda ta' ħidma lill-impriżi ferrovjarji, abbażi ta' liema skeda jiġi kkalkulat id-dewmien, mill-anqas ħamest ijiem qabel il-vjaġġ tal-ferrovija. Il-maniġer tal-infrastruttura jista' japplika perjodu ta' notifika iqsar f'każ ta' force majeure jew alterazzjonijiet tard fl-iskeda ta' ħidma;
Id-dewmien kollu għandu jiġi attribwit lil waħda mill-kategoriji jew subkategoriji ta' dewmien li ġejjin:
L-immaniġġjar tat-tħaddim/tal-ippjanar attribwit lill-maniġer tal-infrastruttura
Il-kompilazzjoni tal-iskeda tal-ħinijiet
Il-formazzjoni tal-ferrovija
L-iżbalji fil-proċedura tal-ħidmiet
L-applikazzjoni ħażina tar-regoli ta’ prijorità
Il-persunal
Kawżi oħra
L-istallazzjonijiet infrastrutturali attribwiti lill-maniġer tal-infrastruttura
L-istallazzjonijiet tas-senjalar
L-istallazzjonijiet tas-senjalar fejn il-linji tal-ferroviji jaqsmu ma' xulxin
L-istallazzjonijiet tat-telekomunikazzjonijiet
It-tagħmir għall-provvista tal-elettriku
Il-binarji
L-istrutturi
Il-persunal
Kawżi oħra
Kawżi marbutin mal-inġinerija ċivili attribwibbli lill-maniġer tal-infrastruttura
Ix-xogħol ippjanat ta’ kostruzzjoni
L-irregolaritajiet fl-eżekuzzjoni ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni
Ir-restrizzjonijiet ta’ veloċità minħabba binarju difettuż
Kawżi oħra
Kawżi attribwibbli lil maniġers tal-infrastruttura oħrajn
Ikkawżati mill-maniġer tal-infrastruttura ta’ qabel
Ikkawżati mill-maniġer tal-infrastruttura ta’ wara
Kawżi kummerċjali attribwibbli lill-impriża ferrovjarja
Meta jkun hemm waqfiet għal ħin itwal milli suppost
It-talba tal-impriża ferrovjarja
Il-ħidmiet ta’ tagħbija
L-irregolaritajiet fit-tagħbija
Il-preparazzjoni kummerċjali tal-ferrovija
Il-persunal
Kawżi oħra
Ir-rolling stock attribwibbli lill-impriża ferrovjarja
L-ippjanar tar-roster/it-tfassil tar-roster mill-ġdid
Il-formazzjoni tal-ferrovija mill-impriża ferrovjarja
Problemi li jaffettwaw il-vaguni tal-passiġġieri (it-trasport tal-passiġġieri)
Il-problemi li jaffettwaw il-vaguni (it-trasport tal-merkanzija)
Il-problemi li jaffettwaw il-karozzi, il-lokomotivi u l-karozzi ferrovjarji
Il-persunal
Kawżi oħra
Kawżi attribwibbli lil impriżi ferrovjarji oħrajn
Ikkawżati mill-impriża ferrovjarja ta’ wara
Ikkawżati mill-impriża ferrovjarja ta’ qabel
Kawżi esterni li la huma attribwibbli lill-maniġer tal-infrastruttura u lanqas lill-impriża ferrovjarja
Strajk
Il-formalitajiet amministrattivi
L-influwenzi esterni
L-effetti tat-temp u ta’ kawżi naturali
Id-dewmien fuq in-netwerk ta’ wara minħabba raġunijiet esterni
Kawżi oħra
Kawżi sekondarji li la huma attribwibbli lill-maniġer tal-infrastruttura u lanqas lill-impriża ferrovjarja
Avveniment perikolużi, inċidenti u perikli
L-okkupazzjoni tal-binarji kkawżata mid-dewmien tal-istess ferrovija
L-okkupazzjoni tal-binarji kkawżata mid-dewmien ta’ ferrovija oħra
Iż-żmien meħud bejn il-waqfien fid-destinazzjoni u t-tluq lura tal-ferrovija (turn-around)
Il-konnessjoni
Id-dewmien li jeħtieġ aktar investigazzjoni;
Kull fejn ikun possibbli, id-dewmien għandu jkun attribwit lil organizzazzjoni waħda, filwaqt li jitqiesu kemm ir-responsabbiltà għall-ikkawżar tat-tfixkil fis-servizz kif ukoll l-abbiltà li jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet normali ta' traffiku;
Il-kalkolu tal-ħlasijiet għandu jqis id-dewmien medju tas-servizzi ferrovjarji li għandhom rekwiżiti simili ta’ puntwalità;
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu, kemm jista’ jkun malajr, jikkomunika lill-impriżi ferrovjarji kalkolu ta’ ħlasijiet li jridu jitħallsu fil-qafas tal-iskema tal-prestazzjoni. Dan il-kalkolu għandu jiġbor il-vjaġġi kollha tal-ferrovija li sofrew minn dewmien f'perjodu ta' mhux aktar minn xahar;
Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ta' appell eżistenti u għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 56, fil-każ ta' tilwim dwar l-iskema tal-prestazzjoni, għandha tkun disponibbli sistema għar-riżoluzzjoni tat-tilwim sabiex dan it-tilwim jiġi riżolt minnufih. Din is-sistema għar-riżoluzzjoni tat-tilwim għandha tkun imparzjali lejn il-partijiet involuti. Jekk tiġi applikata din is-sistema, għandha tittieħed deċiżjoni fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol;
Darba fis-sena, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippubblika l-livell medju annwali tal- prestazzjoni miksuba mill-impriża ferrovjarja abbażi tal-parametri prinċipali miftiehma fl-iskema tal-prestazzjoni.
ANNESS VII
SKEDA GĦALL-PROĊESS TAL-ALLOKAZZJONI
(imsemmija fl-Artikolu 43)
(1) L-orarju tas-servizz għandu jiġi stabbilit darba f'kull sena kalendarja.
(2) Il-bidla tal-orarju tas-servizz għandha sseħħ f'nofsillejl fit-tieni Sibt f'Diċembru. Meta aġġustament jitwettaq wara x-xitwa, b'mod partikolari sabiex jitqiesu, meta huwa xieraq, il-bidliet fl-orarji tat-traffiku tal-passiġġieri reġjonali, dawn għandhom iseħħu f'nofsillejl fit-tieni Sibt f'Ġunju u f'dawk l-intervalli bejn dawn id-dati kif meħtieġ. Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jiftiehmu fuq dati differenti u f'dan il-każ għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk it-traffiku internazzjonali jistax jiġi affettwat.
(3) Id-data ta' skadenza sa meta jridu jaslu t-talbiet sabiex il-kapaċità tiġi inkorporata fl-orarju tas-servizz ma għandhiex tkun aktar minn tnax-il xahar qabel id-dħul fis-seħħ tal-orarju tas-servizz. Talbiet li jaslu wara d-data ta' skadenza wkoll għandhom jitqiesu mill-maniġer tal-infrastruttura.
(4) Mhux aktar tard minn 11-il xahar qabel il-bidla fl-orarju tas-servizz, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-mogħdijiet proviżorji tal-ferroviji internazzjonali jkunu ġew stabbiliti b'kooperazzjoni ma' maniġers tal-infrastruttura rilevanti oħrajn. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li sa fejn ikun possibbli, dawn l-iskadenzi jinżammu matul il-proċessi sussegwenti.
(5) Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprepara u jippubblika abbozz tal-orarju tas-servizz mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-ewwel skadenza msemmija fil-punt (3).
(6) Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiddeċiedi fuq it-talbiet li jirċievi wara l-iskadenza msemmija fil-punt (3), skont proċess ippubblikat fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk.
Il-maniġer tal-infrastruttura jista' jiskeda mill-ġdid mogħdija allokata tal-ferrovija jekk dan ikun meħtieġ biex jiġi żgurat l-aħjar tqabbil possibbli tat-talbiet kollha għal mogħdija u jekk tiġi approvata mill-applikant li lilu ġiet allokata l-mogħdija. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jaġġorna l-abbozz tal-orarju tas-servizz sa mhux aktar tard minn xahar qabel il-bidla fl-orarju tas-servizz sabiex ikunu inklużi l-mogħdijiet kollha tal-ferrovija allokati wara l-iskadenza msemmija fil-punt (3).
(7) Fil-każ ta' ferroviji li jaqsmu minn netwerk għal ieħor li jaslu b'dewmien preżunt ta' mhux aktar minn 10 sigħat, u mill-14 ta' Diċembru 2019, 18-il siegħa, il-maniġer tal-infrastruttura tan-netwerk l-ieħor m'għandux iqis il-mogħdija ferrovjarja bħala kkanċellata jew jitlob applikazzjoni għal mogħdija ferrovjarja oħra, inkluż jekk jiddeċiedi li jalloka mogħdija ferrovjarja differenti, sakemm l-applikant ma jinformax lill-maniġer tal-infrastruttura li l-ferrovija mhux se taqsam għan-netwerk l-ieħor. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkomunika mal-applikant dwar il-mogħdija ferrovjarja aġġornata jew dik ġdida mingħajr dewmien, inkluż, jekk differenti, ir-rabta bejn dak in-numru tal-mogħdija ferrovjarja u n-numru tal-mogħdija ferrovjarja kkanċellata.
(8) Fil-każ ta' restrizzjonijiet temporanji tal-kapaċità tal-linji ferrovjarji, għal raġunijiet bħal xogħlijiet infrastrutturali, inkluż restrizzjonijiet fuq il-veloċità, il-piż fuq il-fus, it-tul tal-ferrovija, il-forza tat-trazzjoni, jew il-gejġ tal-istruttura (restrizzjonijiet tal-kapaċità) li jdumu aktar minn sebat ijiem konsekuttivi u li għalihom aktar minn 30 % tal-volum tat-traffiku stmat fuq linja ferrovjarja jiġi kkanċellat, jingħata rotta ġdida jew jiġi sostitwit b'modi oħrajn tat-trasport, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippubblika r-restrizzjonijiet kollha tal-kapaċità u r-riżultati preliminari tal-konsultazzjoni mal-applikanti għall-ewwel darba tal-inqas 24 xahar, sa fejn dawn ikunu magħrufa, f'forma aġġornata, u għat-tieni darba tal-inqas 12-il xahar qabel il-bidla fl-orarju tas-servizz ikkonċernat.
(9) Jekk l-impatt tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità ma jkunx limitat għal netwerk wieħed, il-maniġers tal-infrastruttura kkonċernati għandhom ukoll joħolqu mekkaniżmu li bih jiddiskutu dwar dawk ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità b'mod konġunt mal-applikanti interessati, mal-assoċjazzjonijiet tal-maniġers tal-infrastruttura msemmija fl-Artikolu 40(1) u mal-operaturi ewlenin tal-faċilitajiet tas-servizz ikkonċernati meta dawn jiġu ppubblikati għall-ewwel darba, sakemm il-maniġers tal-infrastruttura u l-applikanti ma jkunux qablu li dan il-mekkaniżmu ma jkunx meħtieġ. Id-diskussjonijiet konġunti għandhom jgħinu fit-tħejjija tal-orarji, inkluż l-għoti tar-rotot ta' devjazzjoni.
(10) Meta jippubblika r-restrizzjonijiet tal-kapaċità skont il-punt (8) għall-ewwel darba, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jniedi konsultazzjoni mal-applikanti u mal-operaturi ewlenin tal-faċilitajiet tas-servizzi kkonċernati dwar ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità. Meta tkun meħtieġa koordinazzjoni skont il-punt (11) bejn l-ewwel u t-tieni pubblikazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonsultaw mal-applikanti u mal-operaturi ewlenin tal-faċilitajiet tas-servizzi kkonċernati għat-tieni darba bejn it-tmien ta' dik il-koordinazzjoni u t-tieni pubblikazzjoni tar-restrizzjoni tal-kapaċità.
(11) Jekk l-impatt tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità ma jkunx limitat għal netwerk wieħed, qabel jippubblikaw ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità skont il-punt (8), il-maniġers tal-infrastruttura kkonċernati, inkluż il-maniġers tal-infrastruttura li jistgħu jiġu affettwati bir-rotot il-ġodda tal-ferroviji, għandhom jikkoordinaw bejniethom ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità li jistgħu jinvolvu kanċellazzjoni, rotot ġodda ta' mogħdija ferrovjarja jew tibdil ma' modi oħrajn.
Il-koordinazzjoni qabel it-tieni pubblikazzjoni għandha titlesta:
sa mhux aktar tard minn 18-il xahar qabel il-bidla fl-orarju tas-servizz jekk aktar minn 50 % tal-volum tat-traffiku stmat fuq linja ferrovjarja kuljum jiġi kkanċellat, jingħata rotta ġdida jew jiġi sostitwit b'modi oħrajn tat-trasport għal aktar minn 30 jum konsekuttiv
sa mhux aktar tard minn 13-il xahar u 15-il jum qabel il-bidla tal-perjodu tal-orarju tas-servizz jekk aktar minn 30 % tal-volum tat-traffiku stmat fuq linja ferrovjarja kuljum jiġi kkanċellat, jingħata rotta ġdida jew jiġi sostitwit b'modi oħrajn tat-trasport għal aktar minn sebat ijiem konsekuttivi
sa mhux aktar tard minn 13-il xahar u 15-il jum qabel il-bidla tal-perjodu tal-orarju tas-servizz jekk aktar minn 50 % tal-volum tat-traffiku stmat fuq linja ferrovjarja kuljum jiġi kkanċellat, jingħata rotta ġdida jew jiġi sostitwit b'modi oħrajn tat-trasport għal sebat ijiem konsekuttivi jew inqas.
Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom, fejn meħtieġ, jistiednu lill-applikanti attivi fil-linji kkonċernati u lill-operaturi ewlenin tal-faċilitajiet tas-servizz ikkonċernati biex jinvolvu lilhom infushom f'dik il-koordinazzjoni.
(12) Fil-każ ta' restrizzjonijiet tal-kapaċità li jdumu sebat ijiem konsekuttivi jew inqas li skont il-punt (8) m'għandhomx bżonn jiġu ppubblikati, u li għalihom aktar minn 10 % tal-volum tat-traffiku stmat fuq linja ferrovjarja kuljum jiġi kkanċellat, jingħata rotta ġdida jew jiġi sostitwit b'modi oħrajn tat-trasport, li jseħħu matul il-perjodu tal-orarju suċċessiv u li l-maniġer tal-infrastruttura jsir jaf bihom sa mhux aktar tard minn 6 xhur u 15-il jum qabel il-bidla tal-orarju tas-servizz, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkonsulta lill-applikanti kkonċernati dwar ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità previsti u jikkomunika r-restrizzjonijiet tal-kapaċità aġġornati tal-inqas erba' xhur qabel il-bidla tal-orarju tas-servizz. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi dettalji dwar il-mogħdijiet ferrovjarji offruti għall-ferroviji tal-passiġġieri sa mhux aktar tard minn erba' xhur qabel tibda r-restrizzjoni tal-kapaċità u għall-ferroviji tal-merkanzija sa mhux aktar tard minn xahar qabel tibda r-restrizzjoni tal-kapaċità, sakemm il-maniġer tal-infrastruttura u l-applikanti kkonċernati ma jkunux qablu dwar żmien neċessarju iqsar.
(13) Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jiddeċiedu li japplikaw limiti aktar stretti għar-restrizzjonijiet tal-kapaċità abbażi ta' perċentwali aktar baxxi tal-volum tat-traffiku stmat jew durati iqsar minn dak indikat f'dan l-Anness jew li japplikaw kriterji apparti dawk imsemmija f'dan l-Anness, skont konsultazzjoni mal-applikanti u mal-operaturi tal-faċilità. Dawn għandhom jippubblikaw il-limiti u l-kriterji għar-raggruppament tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità fid-dikjarazzjonijiet tagħhom dwar in-netwerk skont il-punt 3 tal-Anness IV.
(14) Il-maniġer tal-infrastruttura jista' jiddeċiedi li ma japplikax il-perjodi stabbiliti fil-punti (8) sa (12) jekk ir-restrizzjoni tal-kapaċità hija meħtieġa biex jiġu stabbiliti mill-ġdid operazzjonijiet ferrovjarji sikuri, iż-żmien tar-restrizzjonijiet ikun lil hinn mill-kontroll tal-maniġer tal-infrastruttura, l-applikazzjoni ta' dawk il-perjodi ma tkunx kosteffettiva jew tkun irresponsabbli fir-rigward tal-kundizzjoni jew tal-ħajja tal-assi, jew jekk l-applikanti kkonċernati kollha jaqblu. F'dawn il-każijiet u fil-każ ta' kwalunkwe restrizzjoni tal-kapaċità li ma tkunx soġġetta għal konsultazzjoni skont dispożizzjonijiet oħra ta' dan l-Anness, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkonsulta lill-applikanti u lill-operaturi ewlenin tal-faċilitajiet tas-servizz ikkonċernati minnufih.
(15) L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-maniġer tal-infrastruttura meta jaġixxi f'konformità mal-punti (8), (12) jew (14) għandha tinkludi:
il-jum ippjanat,
il-ħin tal-ġurnata u, hekk kif tkun tista' tiġi ffissata, is-siegħa tal-bidu u tat-tmiem tar-restrizzjoni tal-kapaċità,
is-sezzjoni tal-linja affettwata mir-restrizzjoni, u
fejn applikabbli, il-kapaċità tal-linji ta' devjazzjoni.
Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippubblika dik l-informazzjoni, jew ħolqa fejn din tista' tinstab, fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk tiegħu kif imsemmi fil-punt (3) tal-Anness IV. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jżomm din l-informazzjoni aġġornata.
(16) Fil-każ ta' restrizzjonijiet tal-kapaċità li jdumu mill-inqas 30 jum konsekuttiv u li jaffettwaw aktar minn 50 % tal-volum tat-traffiku stmat fuq linja ferrovjarja, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi lill-applikanti fuq it-talba tagħhom waqt l-ewwel sessjoni ta' konsultazzjoni, b'paragun tal-kundizzjonijiet li jiġu ffaċċjati f'mill-inqas żewġ alternattivi tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jfassal dawk l-alternattivi abbażi tal-input li jkunu taw l-applikanti fit-talba tagħhom u b'mod konġunt magħhom.
Għal kull alternattiva, il-paragun għandu jinkludi tal-anqas:
id-durata tar-restrizzjoni tal-kapaċità,
l-imposti indikattivi dovuti mistennija tal-infrastruttura,
il-kapaċità disponibbli fuq il-linji ta' devjazzjoni,
ir-rotot alternattivi disponibbli, u
il-ħinijiet tal-ivvjaġġar indikattivi.
Qabel ma ssir għażla bejn l-alternattivi tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkonsulta lill-applikanti interessati u jqis l-impatti tal-alternattivi differenti fuq dawk l-applikanti u fuq l-utenti tas-servizzi.
(17) Fil-każ ta' restrizzjonijiet tal-kapaċità li jdumu aktar minn 30 jum konsekuttiv u li jaffettwaw aktar minn 50 % tal-volum tat-traffiku stmat fuq linja ferrovjarja, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jistabbilixxi kriterji li minħabba fihom il-ferroviji ta' kull tip ta' servizz għandhom jingħataw rotta ġdida, filwaqt li jikkunsidra r-restrizzjonijiet kummerċjali u operazzjonali tal-applikant, sakemm dawk ir-restrizzjonijiet operazzjonali ma jirriżultawx mid-deċiżjonijiet maniġerjali jew organizzattivi tal-applikant, u bla preġudizzju għall-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-maniġer tal-infrastruttura f'konformità mal-Artikolu 30(1). Fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippubblika dawk il-kriterji flimkien ma' allokazzjoni preliminari tal-kapaċità li jifdal lit-tipi differenti tas-servizzi ferrovjarji meta jaġixxi f'konformità mal-punt (8). Wara t-tmiem tal-konsultazzjoni u bla preġudizzju għall-obbligi tal-maniġer tal-infrastruttura kif imsemmi fil-punt (3) tal-Anness IV, abbażi tar-rispons li jkun irċieva mingħand l-applikanti, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi lill-impriżi ferrovjarji kkonċernati tqassim indikattiv tal-kapaċità li jifdal skont it-tip ta' servizz.
ANNESS VIII
INFORMAZZJONI TA' VERIFIKA LI GĦANDHA TINGĦATA LILL-KORP REGOLATORJU FUQ TALBA
(imsemmija fl-Artikolu 56(12))
1. Is-separazzjoni fil-kontijiet
kontijiet ta’ qligħ u telf u karti tal-bilanċ separati għall-attivitajiet tal-immaniġġjar tal-merkanzija, tal-passiġġieri u tal-infrastruttura;
informazzjoni dettaljata dwar sorsi individwali u dwar l-użu ta' fondi pubbliċi u forom oħra ta’ kumpens b’mod trasparenti u dettaljat, inkluża analiżi dettaljata tal-flussi tal-flus tan-negozji sabiex ikun determinat b’liema mod qed jintefqu dawn il-fondi pubbliċi u l-forom l-oħra ta’ kumpens;
kategoriji tan-nefqa u l-profitt biex ikun possibbli li jiġi determinat jekk ingħatawx sussidji inkroċati bejn dawn l-attivitajiet differenti, skont ir-rekwiżiti tal-korp regolatorju;
metodoloġija użata għall-allokazzjoni tal-ispejjeż bejn l-attivitajiet differenti;
fejn il-kumpanija regolata hija parti minn struttura ta’ grupp, id-dettalji sħaħ tal-ħlasijiet bejn il-kumpaniji.
2. Il-monitoraġġ tal-imposti għall-aċċess għall-binarji
kategoriji ta’ spiża differenti, u b'mod partikolari jipprovdu informazzjoni suffiċjenti dwar l-ispejjeż marġinali/diretti tas-servizzi jew tal-gruppi ta’ servizzi differenti sabiex l-imposti infrastrutturali jistgħu jiġu mmonitorjati;
informazzjoni biżżejjed biex tippermettu l-monitoraġġ tal-imposti individwali mħallsa għas-servizzi (jew għall-gruppi ta’ servizzi); jekk il-korp regolatorju jkun jeħtieġ dan, din l-informazzjoni għandu jkun fiha dejta dwar il-volumi tas-servizzi individwali, il-prezzijiet għas-servizzi individwali u d-dħul totali għas-servizzi individwali mħallsa mill-konsumaturi interni u esterni;
l-ispejjeż u d-dħul marbutin mas-servizzi individwali (jew mal-gruppi ta’ servizzi) billi jużaw il-metodoloġija rilevanti tal-ispiża kif meħtieġ mill-korp regolatorju, biex jiġi identifikat l-iffissar ta' prezzijiet li potenzjalment imur kontra l-kompetizzjoni (is-sussidji inkroċjati, l-iffissar ta’ prezzijiet predatorji u l-iffissar ta’ prezzijiet eċċessivi).
3. L-indikazzjoni dwar il-prestazzjoni finanzjarja
dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni finanzjarja;
dikjarazzjoni sommarja tan-nefqa;
dikjarazzjoni dwar in-nefqa għall-manutenzjoni;
dikjarazzjoni dwar in-nefqa għat-tħaddim;
dikjarazzjoni tad-dħul;
noti ta' sostenn li jagħtu aktar dettall u jispjegaw id-dikjarazzjonijiet, fejn ikun xieraq.
ANNESS IX
PARTI A
ID-DIRETTIVI MĦASSRA B’LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI
(imsemmija fl-Artikolu 65)
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25) |
|
|
Id-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 75, 15.3.2001, p. 1) |
|
|
Id-Direttiva 2004/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 164) |
|
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/103/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 344) |
il-Punt B tal-Anness biss |
|
Id-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 44) |
l-Artikolu 1 biss |
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 70) |
|
|
Id-Direttiva 2001/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 75, 15.3.2001, p. 26) |
|
|
Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44) |
l-Artikolu 29 biss |
|
Id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29) |
|
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/844/KE (ĠU L 289, 26.10.2002, p. 30) |
|
|
Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44) |
l-Artikolu 30 biss |
|
Id-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 44) |
l-Artikolu 2 biss |
PARTI B
LISTA TA’ LIMITI TAŻ-ŻMIEN GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI
(imsemmija fl-Artikolu 65)
|
Id-Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
|
91/440/KEE |
1 ta’ Jannar 1993 |
|
95/18/KE |
27 ta’ Ġunju 1997 |
|
2001/12/KE |
15 ta’ Marzu 2003 |
|
2001/13/KE |
15 ta’ Marzu 2003 |
|
2001/14/KE |
15 ta’ Marzu 2003 |
|
2004/49/KE |
30 ta' April 2006 |
|
2004/51/KE |
31 ta’ Diċembru 2005 |
|
2006/103/KE |
1 ta’ Jannar 2007 |
|
2007/58/KE |
4 ta’ Ġunju 2009 |
ANNESS X
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Id-Direttiva 91/440/KEE |
Direttiva 95/18/KE |
Direttiva 2001/14/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 2(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 1(1) |
|
|
|
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(2) |
|
Artikolu 2(2) |
|
|
Artikolu 2(1) |
|
|
Artikolu 1(2) |
|
Artikolu 2(2) |
|
|
|
Artikolu 1(3) |
Artikolu 2(3) |
|
|
|
|
Artikolu 2(4) sa (9) |
|
Artikolu 2(4) |
|
|
Artikolu 2(10) |
|
|
|
|
Artikolu 2(11) |
|
Artikolu 3 |
|
|
Artikolu 3, (1) sa (8) |
|
|
|
|
Artikolu 3, (9) sa (13) |
|
|
l-Artikolu 2(b) u (c) |
|
Artikolu 3, (14) u (15) |
|
|
|
|
Artikolu 3, (16) u (17) |
|
|
|
Artikolu 2 |
Artikolu 3, (18) sa (28) |
|
|
|
|
Artkolu 3, (29) u (30) |
|
Artikolu 4 |
|
|
Artikolu 4 |
|
Artikolu 5 |
|
|
Artikolu 5(1) sa (3) |
|
|
|
|
Artkolu 5(4) |
|
Artikolu 6(1) u (2) |
|
|
L-Artikolu 6(1) u (2) |
|
Artikolu 9(4) |
|
|
Artikolu 6(3) |
|
Artikolu 6(1) it-tieni subparagrafu |
|
|
Artikolu 6(4) |
|
Artikolu 6(3) u Anness II |
|
|
Artikolu 7(1) |
|
|
|
Artikolu 4(2) u Artikolu 14(2) |
Artikolu 7(2) |
|
Artikolu 7(1), (3) u (4) |
|
|
Artikolu 8(1), (2) u (3) |
|
|
|
Artikolu 6(1) |
Artikolu 8(4) |
|
Artikolu 9(1) u (2) |
|
|
Artikolu 9(1) u (2) |
|
Artikolu 10(3) u (3a) |
|
|
Artikolu 10(1) u (2) |
|
Artikolu 10(3b) |
|
|
Artikolu 11(1), (2) u (3) |
|
|
|
|
Artikolu 11(4) |
|
Artikolu 10(3c) u (3e) |
|
|
Artikolu 11(5) u (6) |
|
Artikolu 10(3f) |
|
|
Artikolu 12(1) sa (4) |
|
|
|
|
Artikolu 12(5) |
|
|
|
Artikolu 5 |
Artikolu 13 |
|
|
|
|
Artikolu 14 |
|
Artikolu 10b |
|
|
Artikolu 15 |
|
|
Artikolu 3 |
|
Artikolu 16 |
|
|
Artikolu 4(1) sa (4) |
|
Artikolu 17(1) sa (4) |
|
|
Artikolu 5 |
|
Artikolu 18 |
|
|
Artikolu 6 |
|
Artikolu 19 |
|
|
Artikolu 7(1) |
|
Artikolu 20(1) |
|
|
Anness, Parti I, il-punt (1) |
|
Artikolu 20(2) |
|
|
|
|
Artikolu 20(3) |
|
|
Artikolu 8 |
|
Artikolu 21 |
|
|
Artikolu 9 |
|
Artikolu 22 |
|
|
Artikolu 4(5) |
|
Artikolu 23(1) |
|
|
Artikolu 10 |
|
Artikolu 23(2) u (3) |
|
|
Artikolu 11 |
|
Artikolu 24 |
|
|
Artikolu 15 |
|
Artikolu 25 |
|
|
|
Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 26 |
|
|
|
Artikolu 3 |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 10(5) |
|
|
Artikolu 28 |
|
|
|
Artikoli 4(1) u (3) sa (6) |
Artikolu 29 |
|
|
|
Artikolu 6(2) sa (5) |
Artikolu 30 |
|
|
|
Artikolu 7 |
Artikolu 31 |
|
|
|
Artikolu 8 |
Artikolu 32 |
|
|
|
Artikolu 9 |
Artikolu 33 |
|
|
|
Artikolu 10 |
Artikolu 34 |
|
|
|
Artikolu 11 |
Artikolu 35 |
|
|
|
Artikolu 12 |
Artikolu 36 |
|
|
|
|
Artikolu 37 |
|
|
|
Artikolu 13 |
Artikolu 38 |
|
|
|
Artikolu 14(1) u (3) |
Artikolu 39 |
|
|
|
Artikolu 15 |
Artikolu 40 |
|
|
|
Artikolu 16 |
Artikolu 41 |
|
|
|
Artikolu 17 |
Artikolu 42 |
|
|
|
Artikolu 18 |
Artikolu 43 |
|
|
|
Artikolu 19 |
Artikolu 44 |
|
|
|
Artikolu 20(1), (2) u (3) |
Artikolu 45(1), (2) u (3) |
|
|
|
|
Artikolu 45(4) |
|
|
|
Artikolu 20(4) |
Artikolu 45(5) |
|
|
|
Artikolu 21 |
Artikolu 46 |
|
|
|
Artikolu 22 |
Artikolu 47 |
|
|
|
Artikolu 23 |
Artikolu 48 |
|
|
|
Artikolu 24 |
Artikolu 49 |
|
|
|
Artikolu 25 |
Artikolu 50 |
|
|
|
Artikolu 26 |
Artikolu 51 |
|
|
|
Artikolu 27 |
Artikolu 52 |
|
|
|
Artikolu 28 |
Artikolu 53 |
|
|
|
Artikolu 29 |
Artikolu 54 |
|
|
|
Artikolu 30(1) |
Artikolu 55 |
|
|
|
Artikolu 30(2) |
Artikolu 56(1) |
|
|
|
Artikolu 31 |
Artikolu 57 |
|
Artikolu 12 |
|
|
Artikolu 58 |
|
Artikolu 14a |
|
Artikolu 33(1), (2) u (3) |
Artikolu 59 |
|
|
|
|
Artikolu 60 |
|
|
|
Artikolu 34(2) |
Artikolu 61 |
|
Artikolu 11a |
|
Artikolu 35(1), (2) u (3) |
Artikolu 62 |
|
Artikolu 10(9) |
|
|
Artikolu 63 |
|
|
|
Artikolu 38 |
Artikolu 64 |
|
|
|
|
Artikolu 65 |
|
|
Artikolu 17 |
Artikolu 39 |
Artikolu 66 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 18 |
Artikolu 40 |
Artikolu 67 |
|
|
|
|
Anness I |
|
|
|
Anness II |
Anness II |
|
|
Anness |
|
Anness III |
|
|
|
Anness I |
Anness IV |
|
|
|
|
Anness V |
|
|
|
|
Anness VI |
|
|
|
Anness III |
Anness VII |
|
|
|
|
Anness VIII |
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).
( 3 ) Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1).
( 4 ) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.
( 5 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“kontroll-kmand u sinjalazzjoni” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni (ĠU L 158, 15.6.2016, p. 1).
( 6 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/386/KE tat-23 ta' April 2008 li timmodifika l-Anness A għad-Deċiżjoni 2006/679/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema ta' kontroll u ta' sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea u l-Anness A għad-Deċiżjoni 2006/860/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema ta' kontroll u ta' sinjalar tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja (ĠU L 136, 24.5.2008, p. 11).
( 7 ) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22.
( 8 ) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.
Nota tal-Editur: It-titolu tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 ġie aġġustat biex jieħu kont tan-numerazzjoni ġdida tal-artikoli tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, skont l-Artikolu 5 tat-Trattat ta' Lisbona; ir-referenza oriġinali kienet lill-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat.
( 9 ) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.
( 10 ) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
( 11 ) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
( 12 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
( 13 ) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.