2012D0827 — MT — 03.12.2012 — 000.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL ►C1 tat-3 ta’ Diċembru ◄ 2012 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti bil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn (ĠU L 361, 31.12.2012, p.43) |
Ikkoreġut b'
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
►C1 tat-3 ta’ Diċembru ◄ 2012
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti bil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn
(2012/827/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:|
(1) |
Fit-30 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1801/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja ( 1 ) (minn issa "il-Ftehim ta’ Sħubija"). |
|
(2) |
Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja protokoll ġdid (minn issa "il-Protokoll il-ġdid") li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li fihom il-Mawritanja teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd. Wara dawn in-negozjati, ġie inizjalat abbozz ta’ Protokoll ġdid fis-26 ta’ Lulju 2012. |
|
(2) |
Il-Protokoll atytwali għal dan il-Ftehim ta’ Sħubija skada fil-31 ta’ Lulju 2012. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-bastimenti tal-UE jkunu jistgħu jkomplu għaddejjin bl-attivitajiet tas-sajd tagħhom, il-Protokoll il-ġdid jipprevedi l-possibbiltà li huwa jiġi applikat b'mod provviżorju minn kull Parti sa mid-data tal-iffirmar tiegħu sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu. |
|
(5) |
Dan il-Protokoll il-ġdid għandu jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti bil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn (minn issa "il-Protokoll") huwa awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat jaħtar il-persuna jew il-persuni bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-Protokoll għandu japplika b'mod provviżorju, skont l-Artikolu 9, mid-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
( 1 ) ĠU L 343, 8.12.2006.