2012D0721 — MT — 16.11.2016 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-14 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti tal-Ħasil tal-Ħwejjeġ Industrijali u Istituzzjonali (notifikata bid-dokument C(2012) 8055) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 326 24.11.2012, p. 38) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 164 |
74 |
3.6.2014 |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1796 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-7 ta' Lulju 2016 |
L 274 |
55 |
11.10.2016 |
|
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2003 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-14 ta' Novembru 2016 |
L 308 |
59 |
16.11.2016 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Novembru 2012
li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti tal-Ħasil tal-Ħwejjeġ Industrijali u Istituzzjonali
(notifikata bid-dokument C(2012) 8055)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/721/UE)
Artikolu 1
Il-grupp tal-prodotti “Deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali” għandu jinkludi: prodotti ta’ deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ, imħaddma minn utenti professjonali fis-settur industrijali u dak istituzzjonali.
F’dan il-grupp ta’ prodotti huma inklużi sistemi ta’ komponenti multipli, magħmulin minn komponent wieħed jew iktar li jintużaw biex jinħoloq deterġent komplet, jew programm għall-ħasil tal-ħwejjeġ komplet għal sistema ta’ dożar awtomatiku.
Dan il-grupp ta’ prodotti ma għandux jinkludi prodotti għall-ksib ta’ karatteristiċi tat-tessuti, ngħidu aħna li ma jgħaddix l-ilma minnhom, li jkunu reżistenti għall-ilma jew reżistenti għan-nar, eċċ. Barra minn hekk, dan il-grupp ta’ prodotti ma għandux jinkludi prodotti li jkunu ddożati permezz ta’ trasportaturi, bħal folji, biċċiet ta’ drapp jew materjali oħra, u lanqas aġenti awżiljarji għall-ħasil li jintużaw mingħajr ħasil sussegwenti, bħal pereżempju aġenti li jneħħu t-tbajja’ għat-twapet u għat-tappizzerija tal-għamara.
Id-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ maħsubin għall-konsumaturi huma esklużi minn dan il-grupp ta’ prodotti.
Artikolu 2
Sabiex tingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, oġġett li huwa deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ għandu jaqa’ fil-grupp tal-prodotti “Deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, u għandu jikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom kif stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika marbutin magħhom, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.
Artikolu 4
Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti “Deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali” għandu jkun “039”.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
QAFAS
Għanijiet tal-kriterji
Il-kriterji jimmiraw, b’mod partikolari, li jippromwovu prodotti li jkollhom impatt imnaqqas fuq l-ekosistemi akkwatiċi, li jinkludu ammont limitat ta’ sustanzi perikolużi, u li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet ittestjata. Barra minn hekk, il-kriterji jimmiraw li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija mill-ħasil tal-ħwejjeġ billi jippromwovu prodotti li huma effiċjenti f’temperaturi baxxi.
KRITERJI
Ġew stabbiliti kriterji għal kull wieħed minn dawn l-aspetti:
1. Informazzjoni dwar il-prodott u l-iddożar
2. Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi: Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV)
3. Bijodegradabbiltà
4. Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati
5. Rekwiżiti ta’ imballaġġ
6. Prestazzjoni tal-ħasil (idoneità għall-użu)
7. Sistemi ta’ ddożar awtomatiku
8. Informazzjoni għall-utent - Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
(1) Valutazzjoni u verifika
(a) Rekwiżiti
Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati għal kull kriterju.
Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, rapporti tat-testijiet tal-analiżi, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, hu mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew il-fornitur(i) tiegħu u/jew il-fornitur(i) tagħhom, eċċ., skont kif ikun xieraq.
Fejn possibbli, l-ittestjar għandu jitwettaq minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali ta’ EN ISO 17025 jew ekwivalenti.
Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar oħra minbarra dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.
L-Appendiċi I jirreferi għall-bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (lista DID) li tinkludi is-sustanzi mdaħħla l-aktar użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Din għandha tintuża biex tiġi dderivata d-dejta għall-kalkoli tal-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV) u għall-valutazzjoni tal-bijodegradabilità tas-sustanzi mdaħħla. Għas-sustanzi mhux preżenti fil-lista DID, tingħata gwida dwar kif għandha tiġi kkalkolata jew estrapolata d-dejta rilevanti. L-aħħar verżjoni tal-lista DID hi disponibbli mis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE jew permezz tas-siti elettroniċi tal-korpi kompetenti individwali.
Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.
(b) Livelli limitu tal-kejl
Il-konformità mal-kriterji ekoloġiċi hija meħtieġa għas-sustanzi li jiżdiedu intenzjonalment, kif ukoll għall-prodotti sekondarji u għall-impuritajiet mill-materja prima li l-konċentrazzjoni tagħhom tkun 0,010 % jew aktar tal-piż tal-formulazzjoni aħħarija.
Għall-bijoċidi, aġenti koloranti u l-fwejjaħ, il-konformità mal-kriterji tibqa’ meħtieġa irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom.
Is-sustanzi li jilħqu l-limitu massimu kif imsemmi hawn fuq, jissemmew minn hawn ‘il quddiem bħala “sustanzi mdaħħla”.
Għall-prodotti kollha: hija l-ogħla doża totali rakkomandata għall-grad individwali ta’ ħmieġ li trid tikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi. Jekk id-doża tiġi indikata f’intervalli, fil-valutazzjoni tal-kriterji għandha tintuża d-doża tal-agħar każ possibbli.
(2) Unità funzjonali
L-unità funzjonali għal dan il-grupp ta’ prodotti għandha tiġi espressa fi g/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil (grammi għal kull kilo ta’ ħwejjeġ għall-ħasil).
Rekwiżiti marbutin mal-valutazzjoni u l-verifika tal-unità funzjonali:
Il-formulazzjoni sħiħa, li tindika l-isem kummerċjali, l-isem kimiku, in-numru tal-CAS, in-numru DID ( *1 ), il-kwantità miżjuda bl-inklużjoni u bl-esklużjoni tal-ilma, u l-funzjoni u l-forma tas-sustanzi kollha inklużi (irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom) fil-prodott, għandha tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti. Il-korp kompetenti għandu jiġi ppreżentat b’kampjun tax-xogħol grafiku, inklużi r-rakkomandazzjonijiet rigward l-iddożar.
Il-korp kompetenti għandu jiġi ppreżentat bi skedi tad-dejta dwar is-sikurezza għal kull ingredjent miżjud skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).
Il-Partijiet A u B tal-lista DID huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE:
http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_a_en.pdf
http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_b_en.pdf
KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE
Kriterju 1 – Informazzjoni dwar il-prodott u l-iddożar
Id-doża totali rakkomandata għal kilo wieħed ta’ ħwejjeġ għall-ħasil, skont il-grad tal-ħmieġ u l-ebusija tal-ilma, għandha tingħata fi g/kg jew mil/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil. Il-prodotti kollha f’sistema ta’ komponenti multipli għandhom jiġu inklużi flimkien mal-agħar każ possibbli ta’ doża fil-valutazzjoni tal-kriterji.
Eżempji ta’ gradi ta’ ħmieġ:
|
Ħafif |
Medju |
Tqil |
|
Lukandi: lożor, kutri, xugamani eċċ. (ix-xugamani jistgħu jitqiesu li jkollhom ħafna ħmieġ) Xugamani tad-drapp, imrembla. |
Ħwejjeġ għax-xogħol: istituzzjonijiet/bejgħ bl-imnut/servizz eċċ. Restoranti: tvalji, srievet eċċ. Mopps/bċejjeċ tal-art u twapet żgħar |
Ħwejjeġ għax-xogħol: industrija/kċina/biċċiera eċċ. Drappijiet tal-kċina: ħwejjeġ, paljazzi eċċ. Istituzzjonijiet, bħall-isptarijiet: lożor, kutri, lożor ta’ taħt, ħwejjeġ tal-pazjenti, ġkieket jew ilbiesi tat-tobba, eċċ. |
Għandu jiġi pprovdut isem il-prodott, jew fil-każ ta’ sistema ta’ komponenti multipli, għandha tiġi pprovduta lista tal-prodotti kollha li huma parti minn dik is-sistema, flimkien mal-ebusija rakkomandata tal-ilma (artab, medju jew iebes) u l-grad ta’ ħmieġ immirat.
L-applikant għandu jagħti dokumentazzjoni tal-konformità mal-kriterji 2, 3 u 6 għall-ismijiet tal-prodotti kollha.
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi isem il-prodott, jew fil-każ ta’ sistema ta’ komponenti multipli, għandu jipprovdi lista tal-prodotti kollha li huma parti minn dik is-sistema, flimkien mal-formulazzjoni eżatta tal-prodott(i), it-tikketta u d-disinn grafiku, inklużi l-istruzzjonijiet ta’ ddożar skont it-tliet gradi ta’ ħmieġ u ta’ ebusija tal-ilma. Id-densità (gm/ml) għandha tingħata għall-prodotti kollha (jew fuq l-imballaġġ jew fi Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza).
Kriterju 2 — Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi: Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV)
Il-volum kritiku tad-dilwizzjoni (CDVchronic) tal-prodott ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin:
|
Ilma artab (0-6 °dH) |
CDVchronic (L/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil) |
||
|
Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ |
Ħafif |
Medju |
Tqil |
|
Trab |
30 000 |
40 000 |
50 000 |
|
Likwidu |
50 000 |
60 000 |
70 000 |
|
Sistema ta’ komponenti multipli |
50 000 |
70 000 |
90 000 |
|
Ilma ta’ ebusija medja (7-13 °dH) |
CDVchronic (L/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil) |
||
|
Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ |
Ħafif |
Medju |
Tqil |
|
Trab |
40 000 |
60 000 |
80 000 |
|
Likwidu |
60 000 |
75 000 |
90 000 |
|
Sistema ta’ komponenti multipli |
60 000 |
80 000 |
100 000 |
|
Ilma iebes (> 14 °dH) |
CDVchronic (L/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil) |
||
|
Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ |
Ħafif |
Medju |
Tqil |
|
Trab |
50 000 |
75 000 |
90 000 |
|
Likwidu |
75 000 |
90 000 |
120 000 |
|
Sistema ta’ komponenti multipli |
75 000 |
100 000 |
120 000 |
Il-volum kritiku tad-dilwizzjoni (CDVchronic) huwa kkalkulat għas-sustanzi mdaħħla kollha (i) fil-prodott, bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
Fejn:
|
weight |
= |
il-piż tas-sustanzi mdaħħla għal kull doża rrakkomandata |
|
DF |
= |
il-fattur ta’ degradazzjoni |
|
TF |
= |
il-fattur tat-tossiċità kronika tas-sustanza kif iddikjarat fil-lista DID. |
Il-bijoċidi, l-aġenti koloranti u l-fwejjaħ preżenti fil-prodott għandhom ikunu inklużi wkoll fil-kalkolu tas-CDV anke jekk il-konċentrazzjoni tkun aktar baxxa minn 0,010 % (100 ppm).
Minħabba d-degradazzjoni tas-sustanzi fil-proċess tal-ħasil, japplikaw regoli separati għas-sustanzi li ġejjin:
— Perossidu tal-idroġenu (H2O2) - m’għandux jiġi inkluż fil-kalkolu tas-CDV
— Aċtu peraċetiku - għandu jiġi inkluż fil-kalkolu bħala aċtu aċetiku.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkolu tas-CDVchronic tal-prodott. Fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE hemm disponibbli spreadsheet għall-kalkolu tal-valur CDV.
Il-valuri tal-parametri DF u TF għandhom ikunu kif mogħtija fil-lista tal-bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (lista DID). Jekk is-sustanza ma tinstabx fil-lista DID, il-parametri għandhom ikunu kkalkulati bl-użu tal-linji gwida fil-parti B tal-lista DID u għandha tiġi annessa d-dokumentazzjoni assoċjata.
Kriterju 3 – Il-bijodegradabbiltà
(a) Bijodegradabbiltà ta’ aġenti tensjoattivi
L-aġenti kollha tensjoattivi għandhom ikunu bijodegradabbli f’kundizzjonijiet aerobiċi.
Kull aġent tensjoattiv li mhux joniku u katjoniku għandu jkun ukoll bijodegradabbli f’kundizzjonijiet anaerobiċi.
(b) Bijodegradabbiltà tas-sustanzi organiċi
Il-kontenut tas-sustanzi organiċi kollha fil-prodott li huma aerobikament mhux bijodegradabbli (mhux bijodegradabbli malajr) (aNBO), u anaerobikament mhux bijodegradabbli (anNBO), ma għandhomx jaqbżu l-limiti li ġejjin:
aNBO
|
Ilma artab (0-6 °dH) |
aNBO (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil) |
||
|
Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ |
Ħafif |
Medju |
Tqil |
|
Trab |
0,70 |
1,10 |
1,40 |
|
Likwidu |
0,50 |
0,60 |
0,70 |
|
Sistema ta’ komponenti multipli |
1,25 |
1,75 |
2,50 |
|
Ilma ta’ ebusija medja (7-13 °dH) |
aNBO (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil) |
||
|
Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ |
Ħafif |
Medju |
Tqil |
|
Trab |
1,10 |
1,40 |
1,75 |
|
Likwidu |
0,60 |
0,70 |
0,90 |
|
Sistema ta’ komponenti multipli |
1,75 |
2,50 |
3,75 |
|
Ilma iebes (> 14 °dH) |
aNBO (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil) |
||
|
Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ |
Ħafif |
Medju |
Tqil |
|
Trab |
1,40 |
1,75 |
2,20 |
|
Likwidu |
0,70 |
0,90 |
1,20 |
|
Sistema ta’ komponenti multipli |
2,50 |
3,75 |
4,80 |
anNBO
|
Ilma artab (0-6 °dH) |
anNBO (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil) |
||
|
Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ |
Ħafif |
Medju |
Tqil |
|
Trab |
0,70 |
1,10 |
1,40 |
|
Likwidu |
0,50 |
0,60 |
0,70 |
|
Sistema ta’ komponenti multipli |
1,25 |
1,75 |
2,50 |
|
Ilma ta’ ebusija medja (7-13 °dH) |
anNBO (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil) |
||
|
Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ |
Ħafif |
Medju |
Tqil |
|
Trab |
1,10 |
1,40 |
1,75 |
|
Likwidu |
0,60 |
0,70 |
0,90 |
|
Sistema ta’ komponenti multipli |
1,75 |
2,50 |
3,75 |
|
Ilma iebes (> 14 °dH) |
anNBO (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil) |
||
|
Tip ta’ prodott/Grad ta’ ħmieġ |
Ħafif |
Medju |
Tqil |
|
Trab |
1,40 |
1,75 |
2,20 |
|
Likwidu |
0,70 |
0,90 |
1,20 |
|
Sistema ta’ komponenti multipli |
2,50 |
3,75 |
4,80 |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni għad-degradabbiltà tal-aġenti tensjoattivi, kif ukoll għall-kalkolu tal-aNBO u l-anNBO għall-prodott. Spreadsheet għall-użu fil-kalkolu tal-valuri tal-aNBO u l-anNBO hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.
Għall-aġenti tensjoattivi kif ukoll għall-valuri aNBO u anNBO, għandha ssir referenza għall-lista tad-DID. Għas-sustanzi mdaħħla li mhumiex inklużi fil-lista DID, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti mid-dokumentazzjoni jew sorsi oħra, jew inkella għandhom jiġu pprovduti riżultati ta’ testijiet xierqa, li juru li huma aerobikament u anaerobikament bijodegradabbli, kif inhu deskritt fl-Appendiċi I.
Innota li t-TAED għandu jitqies bħala anaerobikament bijodegradabbli.
Fin-nuqqas ta’ dokumentazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq, sustanza li ma tkunx aġent tensjoattiv tista’ tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ degradabbiltà anaerobika jekk tiġi ssodisfata waħda minn dawn it-tliet alternattivi:
1. Hija faċilment degradabbli u jkollha adsorbiment baxx (A < 25 %); jew
2. Hija faċilment degradabbli u jkollha desorbiment għoli (D < 75 %); jew
3. Hija faċilment degradabbli u mhijiex bijoakkumulattiva.
L-ittestjar għall-adsorbiment/desorbiment jista’ jsir skont il-linjigwida tal-OECD nru 106.
Kriterju 4 – Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati
(a) Sustanzi esklużi speċifikati
Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jiġu inklużi fil-prodott, la bħala parti mill-formulazzjoni u lanqas bħala parti minn xi taħlita inkluża fil-formulazzjoni:
— Fosfati (il-fosfonati mhumiex esklużi, iżda huma limitati mill-kriterju 3)
— APEO (alkilfenoletossilati) u ADP (alkilfenoli u d-derivati tagħhom)
— L-EDTA (etilen-diammina-tetra-aċidu-aċetiku) u l-imlieħ tiegħu
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni appoġġata minn dikjarazzjonijiet mill-manifatturi tas-sustanzi, kif ikun xieraq, li jikkonfermaw li s-sustanzi elenkati ma ġewx inklużi fil-prodott.
(b) Sustanzi u taħlitiet perikolużi
Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 dwar l-Ekotikketta tal-UE, il-prodott jew kwalunkwe komponent tiegħu ma għandux jinkludi sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew frażijiet ta’ riskju speċifikati hawn taħt skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE ( 3 ), u lanqas ma għandu jinkludi sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Il-frażijiet ta’ riskju ta’ hawn taħt ġeneralment jirreferu għas-sustanzi. Madankollu, jekk ma tistax tinkiseb informazzjoni dwar is-sustanzi, japplikaw ir-regoli ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet.
Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu:
|
Dikjarazzjoni ta’ periklu (1) |
Frażi ta’ riskju (2) |
|
H300 Fatali jekk jinbela’ |
R28 |
|
H301 Tossiku jekk jinbela’ |
R25 |
|
H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs |
R65 |
|
H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda |
R27 |
|
H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda |
R24 |
|
H330 Fatali jekk jiġi inalat |
R23/26 |
|
H331 Tossiku jekk jiġi inalat |
R23 |
|
H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi |
R46 |
|
H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi |
R68 |
|
H350 Jista’ jikkawża l-kanċer |
R45 |
|
H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat |
R49 |
|
H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer |
R40 |
|
H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità |
R60 |
|
H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R61 |
|
H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R60/61/60-61 |
|
H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R60/63 |
|
H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
R61/62 |
|
H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
R62 |
|
H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R63 |
|
H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R62-63 |
|
H362 Jista’ jikkawża ħsara lil tfal imreddgħa |
R64 |
|
H370 Jikkawża ħsara lill-organi |
R39/23/24/25/26/27/28 |
|
H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi |
R68/20/21/22 |
|
H372 Jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien |
R48/25/24/23 |
|
H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien |
R48/20/21/22 |
|
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
R50 |
|
H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema |
R50-53 |
|
H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema |
R51-53 |
|
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema |
R52-53 |
|
H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara dejjiema lill-organiżmi akkwatiċi |
R53 |
|
EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu |
R59 |
|
EUH029 Meta jiġi f’kuntatt mal-ilma jillibera gass tossiku |
R29 |
|
EUH031 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku |
R31 |
|
EUH032 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku ħafna |
R32 |
|
EUH070 Tossiku meta jiġi f’kuntatt mal-għajnejn |
R39-41 |
|
Sustanzi sensitizzanti |
|
|
H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat |
R42 |
|
H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda |
R43 |
|
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. (2) Id-Direttiva 67/548/KEE b’aġġustament għar-REACH skont id-Direttiva 2006/121/KE u d-Direttiva 1999/45/KE kif emendata. |
|
Innota li dan il-kriterju japplika wkoll għal prodotti ta’ degradazzjoni magħrufa, bħall-formaldeid mir-rilaxxaturi tal-formaldeid.
Sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b’mod li l-periklu identifikat ma jibqax japplika, huma eżentati mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.
Il-prodott aħħari ma għandux jiġi ttikkettat skont id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu ta’ hawn fuq.
Derogi
Is-sustanzi li ġejjin huma speċifikament eżentati minn dan ir-rekwiżit:
|
Subtiliżina |
H400: Tossika ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
R50 |
|
H411: Tossika għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li tħalli effetti fit-tul |
R50-53 |
|
|
Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 20 % |
H400: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
R50 |
|
Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 % (*1) |
H412: Jagħmlu ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul |
R52-53 |
|
Bijoċidi li jintużaw għall-preservazzjoni (*2) (għal-likwidi biss b'pH ta' bejn 2 u 12 u massimu ta' 0,10 % tal-piż (w/w) tal-materjal attiv) |
H331: Tossiċi jekk jinxtamm |
R23 |
|
H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu. |
R42 |
|
|
H317: Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda |
R43 |
|
|
H400: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
R50 |
|
|
Enżimi (*3) |
H400: Tossika ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
R50 |
|
H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu. |
R42 |
|
|
H317: Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda |
R43 |
|
|
Katalisti tal-bliċ (*3) |
H400: Tossiċiakkwa ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
R50 |
|
NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (*4) |
H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer |
R40 |
|
(*1) Din id-deroga hija applikabbli sakemm l-aġenti tensjoattivi jikkonformaw mal-kriterju 3(a) u jkunu degradabbli anaerobikament. (*2) Deroga mill-kriterju 4(b) biss. Il-bijoċidi għandhom jikkonformaw mal-kriterju 4(e). (*3) Inklużi stabbilizzaturi u sustanzi awżiljari oħrajn fil-preparazzjonijiet. (*4) F'konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %. |
||
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu juri l-konformità ma’ dan il-kriterju billi jipprovdi dikjarazzjoni dwar in-nonklassifikazzjoni ta’ kull sustanza mdaħħla fi kwalunkwe klassi ta’ periklu marbuta mad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu msemmija fil-lista ta’ hawn fuq, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, safejn dan jista’ jiġi ddeterminat, bħala minimu, mill-informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata b’informazzjoni miġbura fil-qosor dwar il-karatteristiċi relevanti marbutin mad-dikjarazzjonijiet ta’ riskju msemmija fil-lista ta’ hawn fuq, b’livell ta’ dettall kif speċifikat fit-taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Rekwiżiti għall-Kompilazzjoni ta’ Skedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza).
L-informazzjoni dwar proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi tista’ tiġi ġġenerata b’mezz ieħor flok it-testijiet, ngħidu aħna bl-użu ta’ metodi alternattivi, bħal metodi in vitro, b’mudelli ta’ attività ta’ struttura kwantitattiva, jew bl-użu ta’ ggruppar jew qari inkroċjat skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Titħeġġeġ bil-qawwi l-kondiviżjoni tad-dejta relevanti.
L-informazzjoni pprovduta għandha tirrelata mal-forom jew mal-istati fiżiċi tas-sustanza jew tat-taħlitiet kif użati fil-prodott aħħari.
Għas-sustanzi elenkati fl-Annessi IV u V tar-REACH, eżentati mill-obbligi ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 REACH, dikjarazzjoni b’dan l-għan tkun biżżejjed biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati hawn fuq.
Għall-aġenti tensjoattivi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-grupp ta' periklu H412, l-applikant għandu jagħti d-dokumentazzjoni dwar id-degradabbiltà tagħhom li tirreferi għal-lista tal-bażi tad-dejta tal-ingredjenti deterġenti (DID). Għall-aġenti tensjoattivi li mhumiex inklużi fil-lista DID, għandha ssir referenza għall-informazzjoni rilevanti mil-litteratura jew minn sorsi oħra jew minn riżultati ta' testijiet rilevanti kif deskritt fl-Appendiċi I.
(c) Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-esklużjoni fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 rigward sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, preżenti f’taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,010 %.
Valutazzjoni u verifika: il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 hija disponibbli fuq is-sit elettroniku: http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp
Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista. L-applikant għandu jipprovdi l-formulazzjoni eżatta tal-prodott lill-korp kompetenti. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata, bħad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità ffirmati mill-fornituri tal-materjal jew kopji tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza rilevanti għas-sustanzi jew it-taħlitiet.
(d) Sustanzi mdaħħla limitati speċifikati - fwejjaħ
Il-prodott ma għandux jinkludi fwejjaħ li jkun fihom in-nitromiski jew miski poliċikliċi.
Kull sustanza mdaħħla miżjuda mal-prodott bħala fwieħa għandha tkun immanifatturata u mmaniġġjata skont il-kodiċi tal-prattika tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwejjaħ (IFRA). Il-kodiċi huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-IFRA: http://www.ifraorg.org. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Istandards tal-IFRA rigward il-projbizzjoni, l-użu ristrett u l-kriterji ta’ purità speċifikati għall-materjali għandhom jiġu segwiti mill-manifattur.
Is-sustanzi tal-fwejjaħ soġġetti għar-rekwiżit tad-dikjarazzjoni ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) dwar id-deterġenti (Anness VII), u li ma ġewx esklużi diġà permezz tal-kriterju 4 b), ma għandhomx ikunu preżenti fi kwantitajiet ≥ 0,010 % (≥ 100 ppm) għal kull sustanza fil-prodott aħħari.
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ffirmata li tindika l-ammont ta’ fwejjaħ fil-prodott. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni mill-manifattur tal-fwejjaħ li tispeċifika l-kontenut ta’ kull waħda mis-sustanzi fil-fwejjaħ li huma elenkati fl-Anness III, Parti I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE ( 5 ).
(e) Bijoċidi
(i) Il-prodott jista’ jinkludi biss bijoċidi sabiex jippreżervaw il-prodott, u fid-dożaġġ xieraq għal dan l-iskop biss. Dan ma jirreferix għall-aġenti tensjoattivi, li jista’ jkollhom ukoll karatteristiċi bijoċidali.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal ta’ kwalunkwe bijoċida miżjuda, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni eżatta fil-prodott. Il-manifattur jew il-fornitur tal-bijoċidi għandu jipprovdi informazzjoni dwar id-dożaġġ meħtieġ għall-preżervazzjoni tal-prodott.
(ii) Huwa pprojbit li jkun iddikjarat jew issuġġerit fuq l-imballaġġ jew bi kwalunkwe komunikazzjoni oħra li l-prodott jaġixxi kontra l-mikrobi jew ikollu effett diżinfettanti.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi t-testi u l-preżentazzjonijiet użati fuq kull tip ta’ imballaġġ u/jew eżempju ta’ kull tip differenti ta’ imballaġġ lill-korp kompetenti.
(iii) Il-prodott jista’ jinkludi bijoċidi sakemm ma jkunux bijoakkumulattivi. Bijoċida ma titqiesx bijoakkumulattiva jekk BCF < 100 jew logKow < 3,0. Jekk kemm il-valur BCF kif ukoll il-valur logKow huma disponibbli, għandu jintuża l-ogħla valur BCF imkejjel.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal ta’ kwalunkwe bijoċida miżjuda, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-valuri BCF u/jew logKow tagħhom.
(f) Enżimi
L-enżimi għandhom ikunu f’forma likwida, jew f’forma granulata mingħajr trab. L-enżimi għandhom ikunu ħielsa mill-fdalijiet ta’ mikroorganiżmi mill-manifattura.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal fir-rigward ta’ kull enżima miżjuda, flimkien ma’ dokumentazzjoni li tiżgura li l-enżima hija ħielsa minn fdalijiet ta’ mikroorganiżmi.
Kriterju 5 — Rekwiżiti ta’ imballaġġ
(a) Proporzjon piż/utilità (weight/utility ratio, WUR)
Il-proporzjon piż/utilità (WUR) tal-prodott ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:
|
Tip ta’ prodott/ebusija tal-ilma |
WUR (g/kg ħwejjeġ għall-ħasil) |
||
|
Ilma artab |
Ilma ta’ ebusija medja |
Ilma iebes |
|
|
Trabijiet |
1,5 |
2,0 |
2,5 |
|
Likwidi |
2,0 |
2,5 |
3,0 |
Il-WUR għandu jiġi kkalkulat biss għall-imballaġġ primarju, u għandu jsir kalkolu għal kull prodott f’sistema ta’ komponenti multipli (inklużi kuperċijiet, tappijiet u pompi tal-idejn/apparati li jisprejjaw) skont il-formola li ġejja:
Fejn:
|
Wi |
= |
il-piż (g) tal-komponent tal-imballaġġ (i) inkluża t-tikketta jekk applikabbli. |
|
Ui |
= |
il-piż (g) ta’ materjal (verġni) mhux riċiklat fil-komponent tal-imballaġġ (i). Jekk il-proporzjon ta’ materjal riċiklat fil-komponent tal-imballaġġ ikun 0 %, mela Ui = Wi. |
|
Di |
= |
l-għadd ta’ unitajiet funzjonali li jkun hemm fil-komponent tal-imballaġġ (i). L-unità funzjonali = id-dożaġġ fi g/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil. Innota li l-ogħla doża rrakkomandata għal kull ebusija tal-ilma għandha tintuża fil-kalkolu tal-WUR. |
|
ri |
= |
il-figura tar-riċiklaġġ, jiġifieri l-għadd ta’ drabi li l-komponent tal-imballaġġ (i) jintuża għall-istess għan f’sistema ta’ ritorn jew ta’ milja oħra. r = 1, jekk l-imballaġġ ma jerġax jintuża għall-istess għan. Jekk l-imballaġġ jerġa’ jintuża, r tiġi ssettjata għal 1 sakemm l-applikant ma jkunx jista’ jiddokumenta ċifra ogħla. |
Eċċezzjonijiet
Imballaġġ tal-plastik/karti/kartun li jkun fih aktar minn 80 % materjal riċiklat jew iktar minn 80 % plastik minn oriġini rinovvabbli, huwa eżentat minn dan ir-rekwiżit.
L-imballaġġ jitqies bħala riċiklat jekk il-materja prima li tintuża għall-imballaġġ tkun inġabret minn manifatturi tal-imballaġġ fl-istadju tad-distribuzzjoni jew fl-istadju tal-konsumatur. Fejn il-materja prima tkun skart industrijali mill-proċess tal-produzzjoni tal-manifattur tal-materjal stess, il-materjal ma jitqiesx bħala riċiklat.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkolu tad-WUR għal kull prodott. Fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE hemm disponibbli spreadsheet għal dan il-kalkolu. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni kompluta u ffirmata għall-kontenut ta’ materjal riċiklat jew ta’ materjal ta’ oriġini rinnovabbli inklużi fl-imballaġġ. Għall-approvazzjoni ta’ imballaġġ għal milja oħra, l-applikant u/jew il-bejjiegħ għandu jiddokumenta li l-materjal għal milja oħra se jkun disponibbli għax-xiri fis-suq.
(b) Imballaġġ tal-plastik
Fl-imballaġġ tal-plastik jistgħu jintużaw biss dawk il-ftalati li fiż-żmien tal-applikazzjoni jkunu ġew ivvalutati għar-riskji u li ma jkunux ġew ikklassifikati skont il-kriterju 4(b) (u kombinazzjonijiet relatati).
Sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-partijiet differenti tal-imballaġġ għar-riċiklaġġ, il-partijiet tal-plastik fl-imballaġġ primarju għandhom ikunu mmarkati skont DIN 6120, Parti 2 jew l-ekwivalenti tagħhom. Il-kuperċijiet u l-pompi huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità kompluta u ffirmata.
Kriterju 6 — Prestazzjoni tal-ħasil (idoneità għall-użu)
L-effetti ewlenin tad-deterġent fuq il-ħasil tal-ħwejjeġ, bħat-tneħħija tal-ħmieġ u l-kapaċità ta’ tneħħija tat-tbajja’, għandhom jiġu ddokumentati mill-produttur/applikant bl-għajnuna ta’ ħwejjeġ ta’ ttestjar artifiċjalment imħammġin li jinħaslu fil-proċess.
It-test jista’ jsir minn laboratorju estern jew intern li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Appendiċi II(a). It-test għandu jsir bid-doża rakkomandata u bl-ebusija tal-ilma korrispondenti, kif ukoll bil-grad ta’ ħmieġ bl-iktar temperatura rakkomandata baxxa tal-ilma tal-ħasil. Il-kejl għandu jsir fuq ħwejjeġ ta’ ttestjar maħsulin kif ukoll mhux maħsulin. L-evalwazzjoni tar-riżultati tat-test għandha ssir mil-laboratorju, u għandha tiġi ddikjarata biċ-ċar fir-rapport.
Il-kejl ta’ effetti sekondarji, bħall-effett ta’ bbliċjar, il-fattur ta’ bbliċjar jew ħsara, il-kontenut ta’ rmied, l-iggriżar jew iż-żieda fil-fluwidità, jista’ jsir pereżempju bi ħwejjeġ ta’ ttestjar għal ħasil multiplu, u jista’ jiġi analizzat skont l-istandard ISO 4312.
Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ x’jista’ jintuża bħala ħwejjeġ ta’ ttestjar għall-ħasil:
— WFK-PCMS-55 għal proċessi ta’ ħasil industrijali, li jikkonsisti fi 13-il tebgħa żgħira ta’ ħmieġ differenti (WFK-Cleaning Technology Research Institute, il-Ġermanja)
— EMPA 102, li jikkonsisti fi 15-il punt frisk differenti (Swiss EMPA-Testmaterials)
— ħwejjeġ għall-ħasil tad-DTI (Danish Technology Institute) għall-proċessi ta’ ħasil industrijali jew ekwivalenti
Bħala alternattivi għat-test tal-laboratorju msemmi hawn fuq, jista’ jsir test ta’ utent għad-dokumentazzjoni tal-effiċjenza. F’dak il-każ, it-test tal-utent għandu jilħaq ir-rekwiżiti msemmija fl-Appendiċi II b).
Għat-test tal-laboratorju kif ukoll għat-test tal-utent, japplika dan li ġej:
Il-prodott ta’ ttestjar għandu jiġi ttestjat kontra prodott ta’ referenza. Il-prodott ta’ referenza jista’ jkun prodott stabbilit sew fis-suq, jew inkella, fil-każ ta’ test tal-utent, il-prodott li dan juża s-soltu. Il-prodott ta’ ttestjar għandu juri effiċjenza daqs jew aqwa minn tal-prodott ta’ referenza.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test li jindika li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti minimi ddefiniti fit-test magħżul; ara wkoll l-Appendiċijiet IIa u IIb rispettivament.
Kriterju 7 – Sistemi ta’ ddożar awtomatiku
Sistemi ta’ komponenti multipli għandhom jiġu offruti lill-klijent flimkien ma’ sistema ta’ ddożar awtomatiku u kkontrollat.
Sabiex jiġi żgurat dożaġġ korrett fis-sistemi ta’ ddożar awtomatiku, iż-żjarat tal-klijenti għandhom jiġu inkorporati bħala rutina normali għall-manifatturi u għall-fornituri. Dawn iż-żjarat tal-klijenti jsiru fil-binjiet kollha tal-manifatturi u tal-fornituri tal-anqas darba fis-sena matul il-perjodu tal-liċenzja; bħala minimu, għandhom jinkludu kalibrazzjoni tal-apparat għall-iddożar. Parti terza tista’ tagħmel żjarat tal-klijenti wkoll.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni miktuba ta’ responsabbiltà għaż-żjarat tal-klijenti, kif ukoll għall-frekwenza u l-kontenut tagħhom.
Kriterju 8 – Informazzjoni għall-utent - Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
(a) Informazzjoni fuq l-imballaġġ/folja ta’ informazzjoni dwar il-prodott
Ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin għall-ħasil (jew ekwivalenti) għandhom jidhru fuq l-imballaġġ, u/jew fuq folja ta’ informazzjoni dwar il-prodott. Ir-rakkomandazzjonijiet għall-ħasil għandhom jinkludu eżempji tal-klassifikazzjoni tal-gradi tal-ħmieġ fuq it-tessili, u għandhom jinkludu t-test li ġej:
— Aħsel fl-aktar temperatura baxxa rrakkomandata
— Aħsel dejjem bl-ikbar daqs ta’ ħasla li jippermettu t-tessili
— Iddoża skont l-istruzzjonijiet ta’ ddożar, u uża d-dożaġġ skont l-ebusija tal-ilma u l-grad ta’ ħmieġ
— Jekk tuża dan il-prodott bl-Ekotikketta tal-UE skont l-istruzzjonijiet dwar l-iddożar, se tikkontribwixxi għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-ilma, tal-produzzjoni tal-iskart u tal-konsum tal-enerġija.
(b) Dikjarazzjonijiet fuq l-imballaġġ
Ġeneralment, id-dikjarazzjonijiet fuq l-imballaġġ għandhom jiġu ddokumentati permezz ta’ ttestjar tal-prestazzjoni (eż. dikjarazzjonijiet dwar l-effiċjenza f’temperaturi baxxi, dikjarazzjonijiet dwar it-tneħħija ta’ ċerti tipi ta’ tbajja’, dikjarazzjonijiet dwar benefiċċji għal ċerti tipi jew kuluri ta’ tessuti, jew dikjarazzjonijiet oħra dwar proprjetajiet speċifiċi/benefiċċji tal-prodott).
— Eż. jekk prodott jiddikjara effiċjenza f’20 °C, it-test tal-prestazzjoni jeħtieġ li jsir b’temperatura ta’ ≤ 20 °C (u b’mod korrispondenti għal dikjarazzjonijiet oħra ta’ temperaturi taħt l-40 °C).
— Eż. jekk prodott jiddikjara li huwa effiċjenti fuq ċerti tipi ta’ tbajja’, dan għandu jiġi ddokumentat b’test tal-prestazzjoni.
(c) Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
Il-logo għandu jkun viżibbli u għandu jkun leġġibbli. L-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE huwa protett fil-liġi primarja tal-UE. In-numru ta’ reġistrazzjoni/liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE għandu jidher fuq il-prodott, għandu jkun leġġibbli u għandu jkun ċarament viżibbli.
It-tikketta fakultattiva b’kaxxa testwali għandha tinkludi t-test li ġej:
— Impatt imnaqqas fuq l-ekosistemi akkwatiċi
— Sustanzi perikolużi limitati
— Prestazzjoni ttestjata.
Il-linjigwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tat-test jinsabu fil-“Guidelines for use of the Ecolabel logo” (“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta”) fuq il-websajt: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf
Valutazzjoni u verifika (a-c): L-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta tal-prodott u/jew folja tal-prodott, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. Id-dikjarazzjonijiet tal-prodott għandhom jiġu ddokumentati permezz ta’ rapporti xierqa tat-testijiet.
Appendiċi I
Lista tal-Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti (lista DID)
Il-lista DID (il-Parti A) hi lista li tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità akkwatika u l-bijodegradabilità tas-sustanzi mdaħħla tipikament użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Il-lista tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità u l-bijodegradabilità ta’ firxa ta’ sustanzi użati fil-prodotti għall-ħasil u t-tindif. Il-lista mhijiex komprensiva, iżda fil-parti B tal-lista DID tingħata gwida rigward kif jiġu ddeterminati l-parametri rilevanti tal-kalkolu għal sustanzi mhux preżenti fil-lista DID (eż. il-Fattur ta’ Tossiċità (TF) u l-fattur ta’ degradazzjoni (DF), li jintużaw fil-kalkolu tal-volum kritiku tad-dilwizzjoni). Il-lista hi sors ġeneriku ta’ informazzjoni u s-sustanzi preżenti fuq il-lista DID mhumiex approvati awtomatikament għall-użu fil-prodotti bl-Ekotikketta tal-UE. Il-lista DID (il-partijiet A u B) tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.
Għas-sustanzi mingħajr dejta rigward it-tossiċità u d-degradabilità akkwatika, biex ikunu vvalutati t-TF u d-DF jistgħu jintużaw analoġiji strutturali ma’ sustanzi simili. Analoġiji strutturali bħal dawn għandhom ikunu approvati mill-korp kompetenti li jagħti l-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Alternattivament, jista’ jkun applikat approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli, bl-użu tal-parametri ta’ hawn isfel:
Approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli:
|
|
Tossiċità akuta |
Tossiċità kronika |
Degradazzjoni |
||||||
|
Sustanza mdaħħla |
LC50/EC50 |
SF(acute) |
TF(acute) |
NOEC (1) |
SF(chronic) (1) |
TF(chronic) |
DF |
Aerobika |
Anaerobika |
|
“Isem” |
1 mg/l |
10 000 |
0,0001 |
|
|
0,0001 |
1 |
P |
N |
|
(*1) Jekk ma tinstab l-ebda dejta aċċettabbli dwar it-tossiċità kronika, dawn il-kolonni jitħallew vojta. F’dak il-każ, it-TF(chronic) jiġi ddefinit bħala ugwali għat-TF(acute). |
|||||||||
Dokumentazzjoni tal-bijodegradabbiltà faċli
Għandhom jintużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin għall-bijodegradabbiltà faċli:
(1) Sal-1 ta’ Diċembru 2010 u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta Diċembru 2010 sal-1 ta Diċembru 2015:
Il-metodi ta’ ttestjar għall-bijodegradabilità faċli pprovduti fid-Direttiva 67/548/KEE, b’mod partikolari l-metodi dettaljati fl-Anness V.C4 għal dik id-Direttiva jew il-metodi ta’ ttestjar tal-OECD 301 A-F ekwivalenti għalihom, jew it-testijiet tal-ISO ekwivalenti għalihom.
Il-prinċipju tal-perjodu ta’ għaxart ijiem ma għandux japplika għall-aġenti tensjoattivi. Il-livelli biex jgħaddu għandhom ikunu ta’ 70 % għat-testijiet imsemmija fl-Anness V.C4-A u C4-B tad-Direttiva 67/548/KEE (u t-testijiet OECD 301 A u E ekwivalenti għalihom u l-ekwivalenti għall-ISO), u għandhom ikunu 60 % għat-testijiet C4-C, D, E u F (u t-testijiet OECD 301 B, C, D u F ekwivalenti għalihom u l-ekwivalenti għall-ISO).
(2) Wara l-1 ta’ Diċembru 2015 u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Diċembru 2010 sal-1 ta’ Diċembru 2015:
Il-metodi ta’ ttestjar ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
Dokumentazzjoni tal-bijodegradabbiltà anaerobika
It-test ta’ referenza għad-degradabilità anaerobika għandu jkun EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ta’ ttestjar ekwivalenti, bir-rekwiżit ta’ 60 % ta’ degradabilità finali taħt kundizzjonijiet anaerobiċi. Il-metodi ta’ ttestjar li jissimulaw il-kundizzjonijiet f’ambjent anaerobiku rilevanti jistgħu jintużaw biex ikun iddokumentat li taħt kundizzjonijiet anaerobiċi ntlaħqet 60 % ta’ degradabilità finali.
Estrapolazzjoni għal sustanzi mhux elenkati fil-lista DID
Meta s-sustanzi mdaħħla ma jkunux elenkati fil-lista DID, jista’ jintuża l-approċċ li ġej biex tkun ipprovduta d-dokumentazzjoni meħtieġa ta’ degradabilità anaerobika:
(1) Applika estrapolazzjoni raġonevoli. Uża r-riżultati tat-test miksuba għal materja prima waħda biex testrapola d-degradabilità anaerobika finali ta’ aġenti tensjoattivi li huma relatati strutturalment. Meta l-bijodegradabilità anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv (jew għal grupp ta’ omologi) skont il-lista DID, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. is-sulfat C12-15 A 1-3 EO [DID Nru 8] hu bijodegradabbli anaerobikament, u l-bijodegradabilità anaerobika tista’ titqies ukoll li teżisti għas-sulfat C12-15 A 6 EO). Meta l-bijodegradabilità anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv bl-użu ta’ metodu ta’ ttestjar xieraq, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. dejta mil-letteratura li tikkonferma l-bijodegradabilità anaerobika ta’ aġenti tensjoattivi li jappartjenu għall-grupp ta’ mlieħ tal-ammonju ta’ esteri alkili tista’ tintuża bħala dokumentazzjoni għal bijodegradabilità anaerobika simili ta’ mlieħ kwaternarji tal-ammonju oħra li fihom sensil ta’ esteri fil-katina/ktajjen alkila/alkili).
(2) Wettaq test ta’ skrinjar għad-degradabbiltà anaerobika. Jekk hu meħtieġ ittestjar ġdid, wettaq test tal-iskrinjar bl-użu ta’ EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ekwivalenti.
(3) Wettaq test ta’ degradabbiltà b’dożaġġ baxx. Jekk ikun meħtieġ ittestjar ġdid, u fil-każ ta’ problemi sperimentali fit-test tal-iskrinjar (eż. inibizzjoni minħabba t-tossiċità tas-sustanza għat-test), irrepeti l-ittestjar bl-użu ta’ dożaġġ baxx ta’ aġent tensjoattiv u mmonitorja d-degradazzjoni b’kejl ta’ 14C jew b’analiżi kimika. L-ittestjar b’dożaġġi baxxi jista’ jitwettaq bl-użu tal-metodu OECD 308 (Awwissu 2000) jew metodu ekwivalenti.
Appendiċi II
(a) Testijiet fil-laboratorju
Il-laboratorju fejn issir l-analiżi għandu jilħaq ir-rekwiżiti ġenerali skont l-istandard EN ISO 17025, jew għandu jkun laboratorju ta’ analiżi approvat minn GLP.
Il-laboratorju/il-kejl tal-analiżi tal-applikant jistgħu jiġu approvati biex iwettqu analiżijiet u kejl jekk:
— l-awtoritajiet jimmonitorjaw il-proċess tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi; jew
— il-manifattur ikollu sistema ta’ kwalità li tinkorpora ttestjar u analiżi, u li hija ċċertifikata skont l-ISO 9001; jew
— il-manifattur jista’ juri li hemm konformità bejn test tal-ewwel darba mwettaq bħala test parallel bejn istituzzjoni ta’ ttestjar u l-laboratorju proprju tal-manifattur u li l-manifattur jieħu kampjuni skont pjan preskritt ta’ teħid ta’ kampjuni.
Il-laboratorju ta’ ttestjar tal-manifattur jista’ jiġi approvat biex iwettaq ittestjar bil-ħsieb li jiddokumenta l-effiċjenza tal-prodott jew jintlaħqu r-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:
— Għandu jkun possibbli li l-organizzazzjonijiet tal-ekotikkettar jimmonitorjaw il-prestazzjoni tal-ittestjar
— L-organizzazzjoni tal-ekotikkettar għandu jkollu aċċess għad-dejta kollha dwar il-prodott
— Il-kampjuni għandhom isiru b’mod anonimu għal-laboratorju tal-ittestjar
— Il-prestazzjoni tat-test tal-effettività għandha tiġi deskritta fis-sistema ta’ kontroll tal-kwalità.
(b) Test tal-utenti
1. Għandhom jinkisbu risposti minn tal-anqas 5 ċentri ta’ ttestjar li jirrappreżentaw firxa ta’ klijenti.
2. Il-proċedura u l-iddożar għandhom jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur.
3. Il-perjodu ta’ ttestjar għandu jdum tal-anqas 4 ġimgħat.
4. Kull ċentru tal-ittestjar għandu jivvaluta l-kapaċità ta’ servizz tal-prodott jew tas-sistema ta’ komponenti multipli, id-dożabbiltà, il-kompressibbiltà, il-kapaċità ta’ tlaħliħ u s-solubbiltà.
5. Kull ċentru tal-ittestjar għandu jivvaluta l-effettività tal-prodott jew tas-sistema ta’ komponenti multipli billi jwieġeb mistoqsijiet marbutin mal-aspetti li ġejjin (jew formulazzjonijiet simili):
(a) Il-kapaċità ta’ ħasil ta’ ħwejjeġ bi ftit ħmieġ, bi ħmieġ moderat jew b’ħafna ħmieġ
(b) Valutazzjoni ta’ effetti ewlenin tal-ħasil, bħat-tneħħija tat-trab, il-kapaċità ta’ tneħħija tat-tbajja’, u l-effett tal-ibbliċjar
(c) Valutazzjoni ta’ effetti sekondarji tal-ħasil, bħall-iggriżar ta’ ħwejjeġ bojod, il-fluwidità tal-kuluri, u t-tebgħa ta’ ħwejjeġ bil-kulur
(d) Valutazzjoni tal-effett tal-aġent ta’ tlaħliħ fuq it-tnixxif, il-mogħdija bil-ħadida jew l-illixxar tal-ħwejjeġ għall-ħasil
(e) Il-livell ta’ sodisfazzjon tas-suġġett tat-test fir-rigward tal-arranġamenti għaż-żjara tal-klijenti.
6. Ir-risposta għandha tiġi kklassifikata fuq skala ta’ mill-inqas 3 livelli, pereżempju, “mhux effettiv biżżejjed”, “effettiv biżżejjed” jew “effettiv ħafna”. F’dak li jirrigwarda l-livell ta’ sodisfazzjon taċ-ċentru tal-ittestjar mal-arranġamenti għaż-żjarat u r-rappurtar, il-kategoriji għandhom ikunu “mhux sodisfatt”, “sodisfatt” u “sodisfatt ħafna”.
7. Tal-anqas 5 ċentri tal-ittestjar għandhom jissottomettu risposti. Tal-anqas 80 % għandhom jikklassifikaw il-prodott bħala effettiv biżżejjed jew effettivi ħafna fir-rigward tal-punti kollha (ara l-punt 4), u għandhom ikunu sodisfatti jew sodisfatti ħafna bl-arranġamenti taż-żjara tal-klijenti.
8. Għandha tiġi speċifikata d-dejta mhux ipproċessata kollha tat-test.
9. Il-proċedura ta’ ttestjar għandha tiġi deskritta fid-dettall.
( *1 ) In-numru DID hu n-numru tal-ingredjent fuq il-lista DID (lista tal-“Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti”), u jintuża biex tiġi ddeterminata l-konformità mal-Kriterji 2 u 3. Ara l-Appendiċi I.
( 1 ) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
( 2 ) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
( 3 ) ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.
( 4 ) ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.
( 5 ) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.