02012D0688 — MT — 19.05.2020 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Novembru 2012

dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenzi 1 920 –1 980  MHz u 2 110 –2 170  MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 7697)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/688/UE)

(ĠU L 307 7.11.2012, p. 84)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/667 Test b’rilevanza għaż-ŻEE tas-6 ta’ Mejju 2020

  L 156

6

19.5.2020




▼B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Novembru 2012

dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenzi 1 920 –1 980  MHz u 2 110 –2 170  MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 7697)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/688/UE)



Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni timmira li tarmonizza l-kundizzjonijiet għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-meded ta' frekwenza 1 920 –1 980  MHz u 2 110 –2 170  MHz (minn hawn ’il quddiem “il-medda terrestri akkoppjata ta’ 2 GHz”) għal sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni.

Artikolu 2

▼M1

1.  L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw u jagħmlu disponibbli, fuq bażi mhux esklużiva, il-medda terrestri akkoppjata ta’ 2 GHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika f’konformità mal-parametri stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

2.  Sal-1 ta’ Jannar 2026, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw il-Parametri Ġenerali stabbiliti fit-taqsima B tal-Anness b’rabta mad-drittijiet għall-użu ta’ netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika terrestri ta’ spettru fil-medda ta’ frekwenzi terrestri akkoppjata ta’ 2 GHz eżistenti fid-data meta din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ, sakemm l-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet ma jipprevjenix l-użu ta’ dik il-medda skont l-Anness, soġġett għad-domanda tas-suq.

▼B

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-paragrafu 1 jagħtu l-protezzjoni xierqa lil sistemi fuq meded biswit xulxin.

4.  L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-ftehimiet tal-koordinazzjoni transkonfinali bil-għan li jagħmlu possibbli l-operat tas-sistemi msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jqisu l-proċeduri u d-drittijiet regolatorji eżistenti.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom iżommu l-użu tal-medda terrestri akkoppjata ta’ 2 GHz taħt sorveljanza u jirrappurtaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni biex tkun tista’ ssir reviżjoni regolari u f’waqtha ta’ din id-Deċiżjoni.

▼M1

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sat-30 ta’ April 2021.

▼B

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M1




ANNESS

IL-PARAMETRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)

A.   DEFINIZZJONIJIET

Sistemi ta’ antenni attivi (AAS attivi) tfisser stazzjon bażi u sistema tal-antenna fejn l-amplitudni u/jew il-fażi bejn l-elementi tal-antenna jiġu aġġustati kontinwament biex iwasslu għal mudell tal-antenna li jvarja skont il-bidliet fi żmien qasir fl-ambjent tar-radju. Dan jeskludi t-tiswir ta’ raġġi fit-tul bħall-inklinazzjoni elettrika fissa dixxendenti. Fl-istazzjonijiet bażi ta’ AAS attivi, is-sistema tal-antenna tiġi integrata bħala parti mis-sistema jew mill-prodott tal-istazzjon bażi.

Sistemi ta’ antenni mhux attivi (AAS mhux attivi) tfisser stazzjon bażi u sistema tal-antenna li jipprovdu konnettur wieħed tal-antenna jew iktar, li jkunu konnessi ma’ element passiv tal-antenna wieħed jew iktar iddisinjat(i) b’mod separat biex il-mewġ tar-radju jiġi rradjat. L-amplitudni u l-fażi tas-sinjali lill-elementi tal-antenna ma jiġux aġġustati kontinwament skont il-bidliet fi żmien qasir fl-ambjent tar-radju.

Il-potenza rradjata iżotropikament ekwivalenti (EIRP) hija l-prodott tal-potenza fornuta lill-antenna u l-gwadann tal-antenna f’direzzjoni partikolari relattiva għal antenna iżotropika (gwadann assolut jew iżotropiku).

Il-potenza rradjata totali (TRP) hija unità ta’ kejl tal-ammont ta’ potenza rradjata minn antenna kompożita. Din hija daqs l-input tal-potenza kondotta totali fis-sistema tal-array tal-antenna wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe telf fis-sistema tal-array tal-antenna. TRP tfisser il-parti integrali tal-potenza trażmessa f’direzzjonijiet differenti tul l-isfera sħiħa tar-radjazzjoni kif muri fil-formula:

image

fejn P(θ,φ) hija l-potenza rradjata minn sistema tal-array tal-antenna fid-direzzjoni (θ,φ) mogħtija bil-formula:

P(θ, φ) = PTxg(θ, φ)

fejn PTx tirrappreżenta l-input tal-potenza kondotta (imkejla f’Watts) fis-sistema tal-array, u g(θ,φ) tirrappreżenta l-gwadann direzzjonali tas-sistema tal-array tul id-direzzjoni (θ, φ).

B.   PARAMETRI ĠENERALI

Fil-medda terrestri akkoppjata ta’ 2 GHz, l-arranġament tal-frekwenzi għandu jkun kif ġej:

(1) 

Il-modalità dupleks tal-operat għandha tkun Dupleks tad-Diviżjoni tal-Frekwenzi (FDD). L-ispazjar tad-dupleks għandu jkun 190 MHz bit-trażmissjoni tal-istazzjon terminali (l-uplink tal-FDD) li tkun tinsab fin-naħa ta’ isfel tal-medda li tibda b’1 920 MHz u li tispiċċa b’1 980 MHz (“il-medda ta’ isfel) u bit-trażmissjoni tal-istazzjon bażi (id-downlink tal-FDD) tkun tinsab fin-naħa ta’ fuq tal-medda li tibda b’2 110 MHz u li tispiċċa fuq 2 170 MHz (“il-medda ta’ fuq”).

(2) 

Id-daqs tal-blokka assenjata għandu jkun f’multipli ta’ 5 MHz ( 1 ). Il-limitu tal-frekwenzi ta’ isfel ta’ blokka assenjata fil-medda ta’ isfel ta’ 1 920-1 980 MHz għandu jiġi allinjat jew spazjat f’multipli ta’ 5 MHz mit-tarf ta’ isfel ta’ 1 920 MHz. Il-limitu tal-frekwenzi ta’ isfel ta’ blokka assenjata fil-medda ta’ fuq ta’ 2 110-2 170 MHz għandu jiġi allinjat jew spazjat f’multipli ta’ 5 MHz mit-tarf ta’ isfel ta’ 2 110 MHz. Blokka assenjata jista’ wkoll ikollha daqs fil-medda ta’ 4,8-5 MHz sakemm iżżomm mal-konfini ta’ blokka ta’ 5 MHz kif definit hawn fuq.

(3) 

Il-medda ta’ isfel ta’ 1 920-1 980 MHz jew porzjonijiet minnha, jistgħu jintużaw biss għal operazzjoni tal-uplink biss ( 2 ), mingħajr l-użu ta’ spettru akkoppjat fil-medda ta’ fuq ta’ 2 110-2 170 MHz.

(4) 

Il-medda ta’ fuq ta’ 2 110-2 170 MHz jew porzjonijiet minnha, jistgħu jintużaw għal operazzjoni tad-downlink biss ( 3 ) mingħajr l-użu ta’ spettru akkoppjat fil-medda ta’ isfel ta’ 1 920-1 980 MHz.

(5) 

It-trażmissjoni mill-istazzjonijiet bażi u mill-istazzjonijiet terminali għandha tkun konformi mal-kundizzjonijiet tekniċi speċifikati fil-Parti Ċ u fil-Parti D, rispettivament.

C.   KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-ISTAZZJONIJIET BAŻI – BLOCK EDGE MASK

Il-parametri tekniċi li ġejjin għall-istazzjonijiet bażi msejħa Block Edge Mask (BEM) huma komponent essenzjali tal-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi żgurata l-koeżistenza bejn netwerks biswit xulxin, fin-nuqqas ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn l-operaturi ta’ tali netwerks biswit xulxin. Jistgħu jintużaw ukoll parametri tekniċi inqas strinġenti, jekk ikun hemm qbil fost l-operaturi affettwati kollha ta’ tali netwerks, diment li dawn l-operaturi jkomplu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tekniċi applikabbli għall-protezzjoni ta’ servizzi, ta’ applikazzjonijiet jew ta’ netwerks oħra u mal-obbligi li jirriżultaw mill-koordinazzjoni transfruntiera.

Il-BEM tikkonsisti minn diversi elementi mogħtija fit-Tabella 1. Il-limitu tal-potenza ġewwa l-blokka jiġi applikat fir-rigward ta’ blokka assenjata lil operatur. Il-limitu tal-potenza tal-linja bażi, maħsub biex jipproteġi l-ispettru ta’ operaturi oħra, u l-limitu tal-potenza tar-reġjun tranżizzjonali, li jippermetti li jsir roll-off tal-filtru mil-limitu tal-potenza ġewwa l-blokka għal dak tal-linja bażi, jirrappreżentaw elementi ’l barra mill-blokka.

Il-limiti tal-potenza huma pprovduti b’mod separat għall-AAS mhux attivi u għall-AAS attivi. Għall-AAS mhux attivi, il-limiti tal-potenza japplikaw għall-EIRP medja. Għall-AAS attivi, il-limiti tal-potenza japplikaw għat-TRP medja ( 4 ). L-EIRP medja jew it-TRP medja jiġu mkejla skont il-medja f’intervall ta’ ħin u fil-wisa’ tal-medda tal-kejl. Fid-dominju tal-ħin, l-EIRP medja jew it-TRP medja jiġu mkejla skont il-medja tal-porzjonijiet attivi tal-emissjonijiet tas-sinjal u jikkorrispondu għal funzjonalità unika tal-kontroll tal-potenza. Fid-dominju tal-frekwenzi, l-EIRP medja jew it-TRP medja jiġu ddeterminati skont il-wisa’ tal-medda tal-kejl kif muri fit-Tabelli 2, 3 u 4 ta’ hawn taħt ( 5 ). B’mod ġenerali, u sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-livelli tal-potenza tal-BEM jikkorrispondu għall-potenza aggregata rradjata mill-apparat rilevanti, inkluż l-antenni tat-trażmissjoni kollha, għajr fil-każ ta’ rekwiżiti tal-linja bażi u ta’ tranżizzjoni għall-istazzjonijiet bażi b’AAS mhux attivi, li jkunu speċifikati għal kull antenna.

Block Edge Mask (BEM)

image Illustrazzjoni
Eżempju tal-elementi BEM tal-istazzjon bażi u l-limiti tal-potenza



Tabella 1

Definizzjoni tal-elementi BEM

Element BEM

Definizzjoni

Ġewwa l-blokka

Tirreferi għal blokka li minnha tiġi dderivata l-BEM.

Linja bażi

Spettru fil-medda ta’ frekwenzi tad-downlink tal-FDD li tintuża għall-WBB ECS, bl-eċċezzjoni tal-blokka assenjata lill-operatur u r-reġjuni tranżizzjonali korrispondenti.

Reġjun tranżizzjonali

Spettru fil-medda tad-downlink tal-FDD ta’ 0 sa 10 MHz ’l isfel u ta’ 0 sa 10 MHz ’il fuq mill-blokka assenjata lill-operatur. Ir-reġjuni tranżizzjonali ma japplikawx taħt l-2 110 MHz jew ’il fuq minn 2 170 MHz.



Tabella 2

Il-limiti tal-potenza ġewwa l-blokka għall-istazzjonijiet bażi b’AAS mhux attivi u b’AAS attivi

Element BEM

Medda ta’ frekwenzi

Limitu tal-EIRP għall-AAS mhux attivi

Limitu tat-TRP għall-AAS attivi

Ġewwa l-blokka

Blokka assenjata lill-operatur

Mhux obbligatorju.

F’każ li jiġi stabbilit limitu superjuri minn Stat Membru, jista’ jiġi applikat valur ta’ 65 dBm/(5 MHz) għal kull antenna.

Mhux obbligatorju.

F’każ li jiġi stabbilit limitu superjuri minn Stat Membru, jista’ jiġi applikat valur ta’ 57 dBm/(5 MHz) għal kull ċellola (1).

(1)   Fi stazzjon bażi multisettorjali, il-limitu tal-potenza rradjata għall-AAS attivi japplika għal kull wieħed mis-setturi individwali.

Nota ta’ spjegazzjoni għat-Tabella 2:

Il-limitu korrispondenti tat-TRP ġewwa l-blokka huwa ddeterminat skont il-linji gwida mogħtija f’ETSI TS 138 104 (V15.6.0), l-Anness F, it-taqsimiet F.2 u F.3, abbażi ta’ gwadann tal-antenna ta’ 17 dBi u total ta’ tmien elementi tal-antenna li jiffurmaw raġġ (fattur ta’ skalar ta’ 9 dB):

65 dBm/(5 MHz) - 17 dBi + 9 dB = 57 dBm/(5 MHz).



Tabella 3

Il-limiti tal-potenza tal-linja bażi “l barra mill-blokka għall-istazzjonijiet bażi b’AAS mhux attivi u b’AAS attivi

Element BEM

Medda ta’ frekwenzi fid-downlink tal-FDD

Limitu tal-EIRP medja għall-AAS mhux attivi għal kull antenna (1)

Limitu tat-TRP medja għall-AAS attivi għal kull ċellola (2)

Wisa” tal-banda tal-kejl

Linja bażi

Frekwenzi spazjati iktar minn 10 MHz mit-tarf ta’ isfel jew ta’ fuq tal-blokka

9 dBm

1 dBm

5 MHz

(1)   Il-livell tal-BEM għall-AAS mhux attivi huwa definit għal kull antenna u huwa applikabbli għal konfigurazzjoni tal-istazzjon bażi b’massimu ta’ erba’ antenni għal kull settur.

(2)   Fi stazzjon bażi multisettorjali, il-limitu tal-potenza rradjata għall-AAS attivi japplika għal kull wieħed mis-setturi individwali.



Tabella 4

Il-limiti tal-potenza “l barra mill-blokka tar-reġjun tranżizzjonali għall-istazzjonijiet bażi b’AAS mhux attivi u b’AAS attivi

Element BEM

Medda ta’ frekwenzi fid-downlink tal-FDD

Limitu tal-EIRP medja għall-AAS mhux attivi għal kull antenna (1)

Limitu tat-TRP medja għall-AAS attivi għal kull ċellola (2)

Wisa” tal-banda tal-kejl

Reġjun tranżizzjonali

-10 sa -5 MHz mit-tarf ta’ isfel tal-blokka

11 dBm

3 dBm

5 MHz

-5 sa 0 MHz mit-tarf ta’ isfel tal-blokka

16,3 dBm

8 dBm

5 MHz

0 sa +5 MHz mit-tarf ta’ fuq tal-blokka

16,3 dBm

8 dBm

5 MHz

+ 5 sa +10 MHz mit-tarf ta’ fuq tal-blokka

11 dBm

3 dBm

5 MHz

(1)   Il-livell tal-BEM għall-AAS mhux attivi huwa definit għal kull antenna u huwa applikabbli għal konfigurazzjoni tal-istazzjon bażi b’massimu ta’ erba’ antenni għal kull settur.

(2)   Fi stazzjon bażi multisettorjali, il-limitu tal-potenza rradjata għall-AAS attivi japplika għal kull wieħed mis-setturi individwali.

Nota ta’ spjegazzjoni għat-Tabelli 3 u 4:

B’allinjament mal-istandardizzazzjoni tal-potenza kondotta b’emissjonijiet mhux mixtieqa (TRP) għall-istazzjonijiet bażi b’AAS attivi f’ETSI TS 138 104 (V15.6.0), l-Anness F, it-taqsimiet F.2 u F.3, il-limiti tat-TRP ’il barra mill-blokka jiġu stabbiliti għal valur li jikkorrispondi għat-total ta’ tmien elementi tal-antenna li jiffurmaw raġġ, u dan iwassal għal differenza ta’ 8 dB bejn l-AAS attivi u l-AAS mhux attivi bħal fil-każ ġewwa l-blokka.

D.   KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-ISTAZZJONIJIET TERMINALI



Tabella 5

Il-limitu tal-potenza ġewwa l-blokka tal-BEM tal-istazzjonijiet terminali

Potenza massima medja ġewwa l-blokka (1)

24 dBm

(1)   Dan il-limitu tal-potenza huwa speċifikat bħala l-EIRP għall-istazzjonijiet terminali ddisinjati biex ikunu fissi jew installati, u bħala t-TRP għall-istazzjonijiet terminali ddisinjati biex ikunu mobbli jew nomadiċi. EIRP u TRP huma ekwivalenti għall-antenni iżotropiċi. Huwa rikonoxxut li dan il-valur jista’ jkun soġġett għal tolleranza definita fl-istandards armonizzati biex jitqiesu l-operat f’kundizzjonijiet ambjentali estremi u l-firxa tal-produzzjoni.

Nota ta’ spjegazzjoni għat-Tabella 5:

L-Istati Membri jistgħu jillaxkaw dan il-limitu għal tqegħid speċifiku, eż. stazzjonijiet terminali fissi f’żoni rurali, diment li ma tiġix kompromessa l-protezzjoni ta’ servizzi, ta’ netwerks u ta’ applikazzjonijiet oħra u diment li l-obbligi transfruntiera jiġu ssodisfati.



( 1 ) Peress li l-ispazjar tal-kanali UMTS huwa ta’ 200 kHz, il-frekwenza ċentrali ta’ blokka allokata li tintuża għall-UMTS tista’ tiġi kkumpensata b’100 kHz miċ-ċentru tal-blokka fl-arranġament tal-frekwenzi.

( 2 ) Pereżempju UpLink Supplimentari (SUL)

( 3 ) Pereżempju DownLink Supplimentari (SDL)

( 4 ) TRP hija unità ta’ kejl tal-potenza reali rradjata mill-antenna. EIRP u TRP huma ekwivalenti għall-antenni iżotropiċi.

( 5 ) Il-wisa’ tal-banda tal-kejl reali tat-tagħmir tal-kejl li jintuża għall-finijiet ta’ ttestjar tal-konformità tista’ tkun iżgħar mill-wisa’ tal-banda tal-kejl ipprovduta f’dawk it-tabelli.