02012D0642 — MT — 28.02.2023 — 025.003
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 (ĠU L 285 17.10.2012, p. 1) |
Emendata bi:
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/642/PESK
tal-15 ta’ Ottubru 2012
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
Artikolu 1
Għandu jiġi pprojbit:
il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Bjelorussja;
il-forniment, dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mal-punti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għall-forniment ta’ assistenza teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra relatati lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fil-Bjelorussja;
il-parteċipazzjoni, konxjentement u intenzjonalment, f’attivitajiet, li l-objettiv jew l-effett tagħhom hu li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b).
Artikolu 2
L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari li ma joqtolx, jew ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-Unjoni għat-tiswir ta’ istituzzjonijiet, jew għal operazzjonijiet tal-UE u tan-NU ta’ maniġġar ta’ kriżijiet;
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ vetturi mhux tal-ġlied li ġew manifatturati jew mgħammra b’materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fil-Bjelorussja;
il-forniment ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati ma’ tali tagħmir, jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet;
il-forniment ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma’ tali tagħmir jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet,
bil-kundizzjoni li tali esportazzjonijiet u assistenza jkunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.
▼M22 —————
Artikolu 2a
Artikolu 2ab
Artikolu 2b
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu fi żmien ġimgħatejn mill-awtorizzazzjoni.
Artikolu 2c
Għandu jiġi pprojbit:
l-għoti ta’ għajnuna teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħrajn relatati mal-oġġetti jew it-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, jew il-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' dawk l-oġġetti u t-teknoloġija, b'mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja;
l-għoti ta’ finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawk l-oġġetti jew it-teknoloġija, jew għall-għoti ta' għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra, b'mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja.
Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/821, il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju jew għall-għoti relatat ta' assistenza teknika u finanzjarja, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, maħsuba għal:
skopijiet umanitarji, emerġenzi tas-saħħa, il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta' avveniment li x'aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew fuq l-ambjent, jew bħala rispons għal diżastri naturali;
skopijiet mediċi jew farmaċewtiċi;
l-użu temporanju mill-media tal-aħbarijiet;
aġġornamenti ta' software;
l-użu bħala apparat ta' komunikazzjoni tal-konsumatur;
l-iżgurar taċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-informazzjoni għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Belarussja għajr għall-gvern u għall-impriżi tiegħu li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn dak il-gvern; jew
l-użu personali tal-persuni fiżiċi li jivvjaġġaw lejn il-Belarussja, u limitat għal oġġetti personali, oġġetti tad-dar, vetturi jew għodod tal-kummerċ li huma proprjetà ta' dawk l-individwi u mhux maħsuba għall-bejgħ.
Bl-eċċezzjoni tal-punti (f) u (g), fid-dikjarazzjoni doganali tiegħu l-esportatur għandu jiddikjara li l-oġġetti qed jiġu esportati skont l-eċċezzjoni rilevanti stabbilita f'dan il-paragrafu, u għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa għandu r-residenza jew huwa stabbilit dwar l-ewwel użu tal-eċċezzjoni rilevanti fi żmien 30 jum minn dik l-ewwel esportazzjoni.
Permezz tad-deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) 2021/821, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju jew l-għoti ta' assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li tkun iddeterminat li tali oġġetti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata huma maħsuba għal:
il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni, il-gvernijiet tal-Istati Membri u l-gvern tal-Belarussja fi kwistjonijiet purament ċivili;
il-kooperazzjoni intergovernattiva fi programmi spazjali;
it-tħaddim, il-manutenzjoni, it-trattament mill-ġdid tal-fjuwil u s-sikurezza tal-kapaċitajiet nukleari ċivili, kif ukoll il-kooperazzjoni nukleari ċivili, b'mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp;
is-sigurtà marittima;
networks tat-telekomunikazzjonijiet ċivili, inkluż il-forniment ta' servizzi tal-internet;
l-użu esklużiv ta' entitajiet li huma proprjetà ta’, jew ikkontrollati esklużivament jew konġuntament, minn persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta' Stat Membru jew ta' pajjiż sieħeb;
ir-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Unjoni, tal-Istati Membri u ta' pajjiżi sħab, inklużi delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet.
Meta tkun qed tiddeċiedi dwar talba għal awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 4 u 5, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti awtorizzazzjoni jekk ikollha raġunijiet validi biex temmen li:
l-utent aħħari jista' jkun utent aħħari militari jew persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness II, jew li l-oġġetti jista' jkollhom użu aħħari militari; jew
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, jew l-għoti ta' assistenza teknika jew finanzjarja relatata tkun intenzjonata għall-avjazzjoni jew l-industrija spazjali.
Artikolu 2d
Għandu jiġi pprojbit:
l-għoti ta’ għajnuna teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħrajn relatati mal-oġġetti jew it-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, jew il-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' dawk l-oġġetti u t-teknoloġija, b'mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja;
l-għoti ta’ finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawk l-oġġetti jew it-teknoloġija, jew għall-għoti ta' għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra, b'mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna fiżiku jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja.
Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, jew għall-għoti relatat ta' assistenza teknika u finanzjarja, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, maħsuba għal:
skopijiet umanitarji, emerġenzi tas-saħħa, il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta' avveniment li x'aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew fuq l-ambjent, jew bħala rispons għal diżastri naturali;
skopijiet mediċi jew farmaċewtiċi;
l-użu temporanju mill-media tal-aħbarijiet;
aġġornamenti ta' software;
l-użu bħala apparat ta' komunikazzjoni tal-konsumatur;
l-iżgurar taċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-informazzjoni għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Belarussja għajr għall-gvern u għall-impriżi tiegħu li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn dak il-gvern; jew
l-użu personali tal-persuni fiżiċi li jivvjaġġaw lejn il-Belarussja, u limitat għal oġġetti personali, oġġetti tad-dar, vetturi jew għodod tal-kummerċ li huma proprjetà ta' dawk l-individwi u mhux maħsuba għall-bejgħ.
Bl-eċċezzjoni tal-punti (f) u (g), fid-dikjarazzjoni doganali tiegħu l-esportatur għandu jiddikjara li l-oġġetti qed jiġu esportati skont l-eċċezzjoni rilevanti stabbilita f'dan il-paragrafu u għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa għandu r-residenza jew huwa stabbilit dwar l-ewwel użu tal-eċċezzjoni rilevanti fi żmien 30 jum minn dik l-ewwel esportazzjoni.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 jew l-għoti ta' assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li tiddetermina li tali oġġetti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata huma maħsuba għal:
il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni, il-gvernijiet tal-Istati Membri u l-gvern tal-Belarussja fi kwistjonijiet purament ċivili;
il-kooperazzjoni intergovernattiva fi programmi spazjali;
it-tħaddim, il-manutenzjoni, it-trattament mill-ġdid tal-fjuwil u s-sikurezza tal-kapaċitajiet nukleari ċivili, kif ukoll il-kooperazzjoni nukleari ċivili, b'mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp;
is-sigurtà marittima;
networks tat-telekomunikazzjonijiet ċivili, inkluż il-forniment ta' servizzi tal-internet;
l-użu esklużiv ta' entitajiet proprjetà, kontroll esklużiv jew konġunt ta' persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta' Stat Membru jew ta' pajjiż sieħeb;
ir-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Unjoni, tal-Istati Membri u ta' pajjiżi sħab, inklużi delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet.
Meta tkun qed tiddeċiedi dwar talba għal awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 4 u 5, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti awtorizzazzjoni jekk ikollha raġunijiet validi biex temmen li:
l-utent aħħari jista' jkun utent aħħari militari jew persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness II, jew li l-oġġetti jista' jkollhom użu aħħari militari; jew
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, jew l-għoti ta' assistenza teknika jew finanzjarja, relatata tkun intenzjonata għall-avjazzjoni jew l-industrija spazjali.
Artikolu 2da
Fir-rigward tal-entitajiet elenkati fl-Anness II, permezz ta' deroga mill-Artikolu 2c(1) u (2) u mill-Artikolu 2d(1) u (2), u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) 2021/821, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza biss il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju u l-oġġetti u teknoloġija imsemmijin fl-Artikolu 2d, jew l-għoti ta' assistenza teknika jew finanzjarja relatata, wara li tkun iddeterminat li tali oġġetti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata jkunu:
meħtieġa għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta' avveniment li probabbilment ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew l-ambjent; jew
dovuti skont kuntratti konklużi qabel it-3 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratt, dment li tali awtorizzazzjoni tintalab qabel l-1 ta' Mejju 2022.
Artikolu 2e
▼M28 —————
Artikolu 2f
▼M28 —————
Artikolu 2g
▼M28 —————
Artikolu 2h
Għandu jkun ipprojbit li, b’mod dirett jew indirett, jinxtraw, jinbiegħu, jiġu pprovduti servizzi ta’ investiment jew għajnuna għall-ħruġ ta’, jew inkella li jsir negozju ta’ titoli trasferibbli u strumenti tas-suq monetarji b’maturità itwal minn 90 jum, maħruġa wara d-29 ta’ Ġunju 2021 minn:
ir-Repubblika tal-Belarussja, il-Gvern tagħha, il-korpi, il-korporazzjonijiet jew l-aġenziji pubbliċi tagħha;
istituzzjoni ewlenija ta’ kreditu stabbilita fil-Belarussja b’aktar minn 50 % ta’ sjieda pubblika jew kontroll pubbliku sa mill-1 ta’ Ġunju 2021, kif elenkata fl-Anness III;
persuna ġuridika, entità jew korp stabbiliti barra l-Unjoni li iktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji tagħhom ikunu b’mod dirett jew indirett proprjetà ta’ entità msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan l-Artikolu;
persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f’isem jew taħt it-tmexxija ta’ entità msemmija fil-punt (a), (b) jew (c) ta dan l-Artikolu.
Artikolu 2ha
Artikolu 2hb
Għandu jkun ipprojbit li jiġu elenkati u fornuti servizzi mit-12 ta' April 2022 f'ċentri tan-negozjar irreġistrati jew rikonoxxuti fl-Unjoni għat-titoli trasferibbli ta' kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fil-Belarussja u bi sjieda pubblika ta' aktar minn 50 %.
Artikolu 2i
Għandu jkun ipprojbit it-twettiq jew l-appartenenza b’mod dirett jew indirett fi kwalunkwe arranġament biex jitwettaq self jew kreditu ġdid b’maturità li teċċedi 90 jum, wara d-29 ta’ Ġunju 2021, lil:
ir-Repubblika tal-Belarussja, il-Gvern tagħha, il-korpi, il-korporazzjonijiet jew l-aġenziji pubbliċi tagħha;
istituzzjoni ewlenija ta’ kreditu stabbilita fil-Belarussja b’aktar minn 50 % ta’ sjieda pubblika jew kontroll pubbliku sa mill-1 ta’ Ġunju 2021, kif elenkata fl-Anness III;
persuna ġuridika, entità jew korp stabbiliti barra l-Unjoni li iktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji tagħhom ikunu b’mod dirett jew indirett proprjetà ta’ entità msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu;
persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f’isem jew taħt it-tmexxija ta’ entità msemmija fil-punt (a), (b) jew (c) ta’ dan il-paragrafu.
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ wkoll tagħti, taħt dawk it-termini li tqis xierqa, awtorizzazzjoni biex tagħmel jew tkun parti miċ-self jew krediti msemmija fil-paragrafu 1 jekk l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li:
l-attivitajiet ikkonċernati huma għall-fini li jingħata appoġġ lill-popolazzjoni ċivili Belarussa, bħal assistenza umanitarja, proġetti ambjentali, u sikurezza nukleari jew is-self jew il-kreditu jkun neċessarju għall-konformità mar-riżerva minima legali jew regolatorja jew rekwiżiti simili biex jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ solvenza u likwidità għall-entitajiet finanzjarji fil-Belarussja li huma proprjetà maġġoritarji tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni; u
l-attivitajiet jew is-self jew kreditu kkonċernati ma jinvolvux li fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, b’mod dirett jew indirett, lil jew għall-benefiċċju ta’ persuna, entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 4.
Meta jiġu applikati l-kondizzjonijiet taħt il-punti (a) u (b), l-awtorità kompetenti għandha teħtieġ informazzjoni adegwata fir-rigward tal-użu tal-awtorizzazzjoni mogħtija, inkluż informazzjoni dwar l-għan tal-attivitajiet ikkonċernati u l-kontropartijiet tagħhom.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu fi żmien ġimagħtejn mil-awtorizzazzjoni.
▼M28 —————
Artikolu 2j
Għandu jkun ipprojbit il-provvediment ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni lil:
ir-Repubblika tal-Belarussja, il-Gvern tagħha, il-korpi, il-korporazzjonijiet jew l-aġenziji pubbliċi tagħha;
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f’isem jew taħt it-tmexxija ta’ persuna ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-punt (a).
▼M28 —————
Artikolu 2k
Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun, direttament jew indirettament, iċ-ċirkomvenzjoni tal-projbizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2l
Minbarra l-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2i, għandu jkun ipprojbit dan li ġej:
kwalunkwe żborż jew ħlas mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) skont jew b’rabta ma’ kwalunkwe ftehim eżistenti bejn ir-Repubblika tal-Belarussja jew kwalunkwe awtorità pubblika tagħha u l-BEI;
il-kontinwazzjoni mill-BEI ta’ kwalunkwe Kuntratt eżistenti dwar Servizz ta’ Għajnuna Teknika relatat ma’ proġetti ffinanzjati skont il-ftehimiet imsemmijin fil-punt (a), u li huma maħsubin għall-benefiċċju dirett jew indirett tar-Repubblika tal-Belarussja jew ta’ kwalunkwe awtorità pubblika tagħha li għandhom jitwettqu fil-Belarussja.
Artikolu 2m
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjoni neċessarja biex jillimitaw l-involviment fil-Belarussja ta’ banek multilaterali tal-iżvilupp li tagħhom huma membri, b’mod partikolari l-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, inkluż billi jivvutaw kontra self ġdid jew forom oħra ta’ finanzjament lill-entitajiet msemmija fl-Artikolu 2i, ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafi (2) u (3) tiegħu, u mingħajr ma jiġu effettwati proġetti li jiffinanzjaw appoġġ lis-settur provat għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.
Artikolu 2n
L-ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ ebda kuntratt jew tranżazzjoni li l-prestazzjoni tagħha tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, b’mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni, inkluż pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kwalunkwe għamla, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmija fl-Artikoli 2h, 2i, 2j, 2y jew elenkati fl-Annessi II jew V;
kwalunkwe persuna, entità jew korp ieħor Belarussu;
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f’isem jew taħt it-tmexxija tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fil-punt (a) jew (b).
Artikolu 2o
Għandhom jiġu pprojbiti:
l-importazzjoni, diretta jew indiretta, ta' prodotti tal-injam fl-Unjoni jekk dawn:
joriġinaw fil-Belarussja; jew
ġew esportati mill-Belarussja;
ix-xiri, dirett jew indirett, ta' prodotti tal-injam msemmija fil-punt (a), li jinsabu fil-Belarussja jew oriġinaw minn hemm;
it-trasport ta' prodotti tal-injam msemmija fil-punt (a) jekk dawn oriġinaw fil-Belarussja jew qed jiġu esportati mill-Belarussja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor;
l-għoti, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, inkluż derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).
Artikolu 2p
Għandhom jiġu pprojbiti:
l-importazzjoni, diretta jew indiretta, ta' prodotti tas-siment fl-Unjoni jekk dawn:
joriġinaw fil-Belarussja; jew
ġew esportati mill-Belarussja;
ix-xiri, diretta jew indirett, ta' prodotti tas-siment msemmija fil-punt (a), li jinsabu fil-Belarussja jew oriġinaw minn hemm;
it-trasport ta' prodotti tas-siment msemmija fil-punt (a) jekk dawn oriġinaw fil-Belarussja jew qed jiġu esportati mill-Belarussja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor;
l-għoti, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, inkluż derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).
Artikolu 2q
Għandhom jiġu pprojbiti:
l-importazzjoni, direttament jew indirettament, ta' prodotti tal-ħadid u tal-azzar fl-Unjoni jekk dawn:
joriġinaw fil-Belarussja; jew
ġew esportati mill-Belarussja;
ix-xiri, direttament jew indirettament, ta' prodotti tal-ħadid u tal-azzar imsemmija fil-punt (a), li jinsabu fil-Belarussja jew oriġinaw minn hemm;
it-trasportazzjoni ta' prodotti tal-ħadid u tal-azzar imsemmija fil-punt (a) jekk dawn oriġinaw fil-Belarussja jew qed jiġu esportati mill-Belarussja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor;
l-għoti, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, inkluż derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).
Artikolu 2r
Għandhom jiġu pprojbiti:
l-importazzjoni, direttament jew indirettament, ta' prodotti tal-lastiku fl-Unjoni jekk dawn:
joriġinaw fil-Belarussja; jew
ġew esportati mill-Belarussja;
ix-xiri, direttament jew indirettament, ta' prodotti tal-lastiku msemmija fil-punt (a), li jinsabu fil-Belarussja jew oriġinaw minn hemm;
it-trasportazzjoni ta' prodotti tal-lastiku msemmija fil-punt (a) jekk dawn oriġinaw fil-Belarussja jew qed jiġu esportati mill-Belarussja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor;
l-għoti, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, inkluż derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).
Artikolu 2s
Għandhom jiġu pprojbiti:
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta' ċertu makkinarju kemm jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja;
l-għoti, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, inkluż derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a).
Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-makkinarju msemmi fil-paragrafu 1, jew għall-għoti relatat ta' assistenza teknika u finanzjarja, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, maħsuba għal:
skopijiet umanitarji, emerġenzi tas-saħħa, il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta' avveniment li x'aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew fuq l-ambjent, jew bħala rispons għal diżastri naturali;
skopijiet mediċi jew farmaċewtiċi;
l-użu temporanju mill-media tal-aħbarijiet;
aġġornamenti ta' software;
l-użu bħala apparat ta' komunikazzjoni tal-konsumatur;
l-iżgurar taċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-informazzjoni għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Belarussja għajr għall-gvern u għall-impriżi tiegħu li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn dak il-gvern; jew
l-użu personali tal-persuni fiżiċi li jivvjaġġaw lejn il-Belarussja, u limitat għal oġġetti personali, oġġetti tad-dar, vetturi jew għodod tal-kummerċ li huma proprjetà ta' dawk l-individwi u mhux maħsuba għall-bejgħ.
Bl-eċċezzjoni tal-punti (f) u (g), fid-dikjarazzjoni doganali tiegħu l-esportatur għandu jiddikjara li l-oġġetti qed jiġu esportati skont l-eċċezzjoni rilevanti stabbilita f'dan il-paragrafu u għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa għandu r-residenza jew huwa stabbilit dwar l-ewwel użu tal-eċċezzjoni rilevanti fi żmien 30 jum minn dik l-ewwel esportazzjoni.
Artikolu 2t
Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal:
impenji ta' finanzjament vinkolanti jew ta' assistenza finanzjarja stabbiliti qabel l-10 ta’ Marzu 2022;
l-għoti ta' finanzjament pubbliku jew assistenza finanzjarja sal-valur totali ta' EUR 10 000 000 għal kull proġett li minnu jibbenefikaw intrapriżi żgħar u medji stabbiliti fl-Unjoni; jew
l-għoti ta' finanzjament pubbliku jew assistenza finanzjarja għal kummerċ fl-ikel u għal skopijiet agrikoli, mediċi jew umanitarji.
Artikolu 2u
B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-aċċettazzjoni ta' tali depożitu, b'dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-aċċettazzjoni ta' tali depożitu hija:
meħtieġa biex tissodisfa l-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fil-paragrafu 1 u l-membri dipendenti tal-familja tagħhom, inkluż pagamenti għall-ikel, il-kera jew l-ipoteka, għal mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta' servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta' spejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, dment li l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li jenħtieġ li tingħata awtorizzazzjoni speċifika, tal-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew
meħtieġa għal skopijiet uffiċjali ta' missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari jew organizzazzjoni internazzjonali.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.
B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-aċċettazzjoni ta' tali depożitu, b'dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-aċċettazzjoni ta' tali depożitu hija:
meħtieġa għal skopijiet umanitarji, bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta' assistenza, inkluż provvisti mediċi, ikel, jew it-trasferiment ta' ħaddiema umanitarji u assistenza relatata jew għal evakwazzjonijiet; jew
meħtieġa għal attivitajiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem jew l-istat tad-dritt fil-Belarussja.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.
Artikolu 2v
Artikolu 2w
Artikolu 2x
Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' karti tal-flus denominati fi kwalunkwe munita uffiċjali ta' Stat Membru dment li tali bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni jkunu neċessarji għal:
l-użu personali ta' persuni fiżiċi li jivvjaġġaw lejn il-Belarussja jew ta' membri tal-familji immedjati tagħhom li jivvjaġġaw magħhom; jew
l-iskopijiet uffiċjali tal-missjonijiet diplomatiċi, l-uffiċċji konsulari jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-Belarussja li jgawdu minn immunitajiet f’konformità mad-dritt internazzjonali.
Artikolu 2y
Artikolu 2z
Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika sas-16 ta’ April 2022 għat-trasport tal-merkanzija li beda qabel id-9 ta’ April 2022, dment li l-vettura tal-impriża tat-trasport bit-triq:
kienet diġà fit-territorju tal-Unjoni fid-9 ta’ April 2022, jew
teħtieġ li tgħaddi mill-Unjoni biex tirritorna lejn il-Belarussja.
B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw it-trasport ta' merkanzija minn impriża tat-trasport bit-triq stabbilita fil-Belarussja jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddeterminaw li tali trasport ikun meħtieġ:
għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport fl-Unjoni ta' gass naturali u żejt, inklużi prodotti petrolifiċi raffinati, kif ukoll titanju, aluminju, ram, nikil, palladju u mineral tal-ħadid;
għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport ta' prodotti farmaċewtiċi, mediċi, agrikoli u tal-ikel, inkluż il-qamħ u fertilizzanti li l-importazzjoni, ix-xiri u t-trasport tagħhom huwa permess skont din id-Deċiżjoni;
għal skopijiet umanitarji; jew,
għall-funzjonament tar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-Belarussja, inklużi delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet, jew organizzazzjonijiet internazzjonali fil-Belarussja li jgawdu minn immunitajiet f'konformità mad-dritt internazzjonali.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, tal-persuni elenkati ►M26 Anness I ◄ li:
huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, jew li l-attivitajiet tagħhom ikunu serjament jipperikolaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Belarussja, u kwalunkwe persuna assoċjata magħhom;
jibbenefikaw mir-reġim ta' Lukashenka jew jappoġġawh; jew
jorganizzaw jew jikkontribwixxu għal attivitajiet mir-reġim ta' Lukashenka li jiffaċilitaw:
il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni; jew
it-trasferiment ta' merkanzija projbita u t-trasferiment illegali ta' merkanzija soġġetta għal restrizzjonijiet, inkluż merkanzija perikoluża, fit-territorju ta' Stat Membru.
Il-paragrafu 1 m'għandux ikun ta’ preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru ikun marbut b’xi obbligu taħt id-dritt internazzjonali, jiġifieri:
bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;
bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqa’ min-Nazzjonijiet Uniti jew taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti;
taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet;
jew
taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.
Artikolu 4
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma l-proprjetà ta', huma miżmuma minn jew huma kkontrollati minn persuni, entitajiet jew korpi elenkati ►M26 Anness I ◄ li jissodisfaw kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin għandhom jiġu ffriżati:
persuni, entitajiet jew korpi responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, jew li l-attivitajiet tagħhom ikunu serjament jipperikolaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Belarussja, u kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp assoċjati ma' tali persuni, entitajiet jew korpi;
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jibbenefikaw mir-reġim ta' Lukashenka jew jappoġġawh,;
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jorganizzaw jew jikkontribwixxu għal attivitajiet mir-reġim ta' Lukashenka li jiffaċilitaw:
il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni; jew
it-trasferiment ta' merkanzija projbita u t-trasferiment illegali ta' merkanzija soġġetta għal restrizzjonijiet, inkluż merkanzija perikoluża, fit-territorju ta' Stat Membru;
persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minn persuni, entitajiet jew korpi taħt il-punti (a), (b) jew (c).
Artikolu 5
L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati huma:
meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi ta' kwalunkwe persuna elenkata ►M26 Anness I ◄ u l-membri tal-familja dipendenti minnha, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta' servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż li jsiru li huma assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi jew imposti għal servizzi ta’ kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat ir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u lill-Kummissjoni tal-anqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni;
biex jitħallsu fi jew jinħargu minn, kont ta' missjoni diplomatika jew konsulari jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsubin biex jintużaw għal skopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali;
maħsuba esklużivament għal:
skopijiet umanitarji, għall-evakwazzjoni jew ir-ripatrijazzjoni ta’ persuni, jew għal inizjattivi li jipprovdu appoġġ lill-vittmi ta’ diżastri naturali, nukleari jew kimiċi;
l-operat ta’ titjiriet fil-qafas ta’ proċeduri ta’ adozzjoni internazzjonali;
l-operat ta’ titjiriet meħtieġa għall-attendenza f’laqgħat bl-objettiv li tinstab soluzzjoni għall-kriżi fil-Belarussja jew biex jiġu promossi l-objettivi ta’ politika tal-miżuri restrittivi;
inżul, tlugħ jew titjir li jgħaddi minn fuq it-territorju minn trasportatur tal-ajru tal-UE, f’każ ta’ emerġenza; jew
meħtieġa biex jiġu indirizzati kwistjonijiet urġenti u identifikati b'mod ċar dwar is-sikurezza tal-ajru u wara konsultazzjoni minn qabel tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.
L-Artikolu 4(2) m'għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:
imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew
ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu ġew konklużi jew li saru qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK jew din id-Deċiżjoni.
u dment li tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-Artikolu 4(1) ta’ din id-Deċiżjoni.
“B”deroga mill-Artikolu 4(1), l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu s-soġġett ta’ deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 4 jkunu ġew elenkati fl-Anness I, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklużivament biex jissodisfaw pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f’tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jkunx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
Artikolu 6
Artikolu 6a
Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw id-data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari:
fir-rigward tal-Kunsill, għat-tħejjija u l-emendar tal-Anness I;
fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, għat-tħejjija ta’ emendi għall-Anness I.
Artikolu 7
Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija hawn fuq, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk imniżżlin f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7a
L-azzjonijiet ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhom joħolqu ebda tip ta’ responsabbiltà fuqhom, jekk ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom ikunu jiksru l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Artikolu 9
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2012
ANNESS I
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikoli 3(1) u 4(1)
Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikoli 3(1) u 4(1)
|
Ismijiet (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa) (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa) |
Ismijiet (ortografija Belarussa) (ortografija Russa) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
Data tal-elenkar |
1. |
Uladzimir Uladzimiravich NAVUMAU, Vladimir Vladimirovich NAUMOV |
Уладзімір Уладзіміравіч НАВУМАЎ Владимир Владимирович НАУМОВ |
Posizzjoni(jiet): Eks Ministru għall-Affarijiet Interni; eks Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President Data tat-twelid: 7.2.1956 Post tat-twelid: Smolensk, eks Unjoni Sovjetika (illum, Federazzjoni Russa) Sess: raġel |
Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Belarussja fl-1999 u fl-2000. Eks Ministru għall-Affarijiet Interni u wkoll eks Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru għall-Affarijiet Interni huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa. Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali. F'Ottubru 2014 ingħata l-Ordni "Għall-Mertu" grad III mill-President Lukashenka. |
24.9.2004 |
2. |
Dzmitry Valerievich PAULICHENKA, Dmitri Valerievich PAVLICHENKO (Dmitriy Valeriyevich PAVLICHENKO) |
Дзмiтрый Валер’евiч ПАЎЛIЧЭНКА Дмитрий Валериевич ПАВЛИЧЕНКО |
Posizzjoni(jiet): eks Kmandant tal-Unità ta' Reazzjoni Rapida Speċjali (SOBR) Kmandant ta' unità tal-OMON Data tat-Twelid: 1966 Post tat-twelid: Vitebsk/ Viciebsk, eks Unjoni Sovjetika (illum, Belarussja) Indirizz: Belarusian Association of Veterans of Special Forces of the Ministry of Internal Affairs “Honour”, 111 Mayakovskogo St., 220028 Minsk, Belarus Sess: raġel |
Persuna ċentrali fl-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Belarussja fl-1999-2000. Eks Kmandant tal-Unità ta’ Reazzjoni Rapida Speċjali (SOBR) fil-Ministeru għall-Intern. Negozjant, Kap ta' “Honour” (Unur), l-Assoċjazzjoni tal-Ministeru għall-Intern tal-Veterani tal-Forzi Speċjali tal-Ministeru għall-Intern. Huwa ġie identifikat bħala kmandant ta’ unità tal-OMON matul ir-repressjoni brutali fuq id-dimostrant, li seħħet fil-Belarussja wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. |
24.9.2004 |
3. |
Viktar Uladzimiravich SHEIMAN (Viktar Uladzimiravich SHEYMAN) Viktor Vladimirovich SHEIMAN (Viktor Vladimirovich SHEYMAN) |
Вiктар Уладзiмiравiч ШЭЙМАН Виктор Владимирович ШЕЙМАН |
Posizzjoni(jiet): Eks Kap tal-Belarus President Property Management Directorate Data tat-Twelid: 26.5.1958 Post tat-twelid: Soltanishki, Reġjun/Oblast ta' Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Indirizz: Belarus President Property Management Directorate, 38 Karl Marx St., 220016 Minsk, Belarus Sess: raġel |
Eks Kap tal-Belarus President Property Management Directorate. Responsabbli għall-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Belarussja fl-1999-2000. Eks Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà. Sheiman għadu Assistent Speċjali tal-President. Huwa għadu membru influwenti u attiv tar-reġim ta’ Lukashenka. |
24.9.2004 |
4. |
Iury Leanidavich SIVAKAU (Yuri Leanidavich SIVAKAU, SIVAKOU) Iury (Yuri) Leonidovich SIVAKOV |
Юрый Леанідавіч СІВАКАЎ, СІВАКОЎ Юрий Леонидович СИВАКОВ |
Posizzjoni(jiet): Eks Ministru għall-Affarijiet Interni; eks Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali Data tat-twelid: 5.8.1946 Post tat-twelid: Onory, Reġjun/Oblast ta' Sakhalin, eks Unjoni Sovjetika (illum, Belarussja) Indirizz: Belarusian Association of Veterans of Special Forces of the Ministry of Internal Affairs ‘Honour’, 111 Mayakovskogo St., Minsk 220028, Belarus Sess: raġel |
Organizza l-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Belaussja fl-1999 u l-2000. Eks Ministru għat-Turiżmu u l-Isport, eks Ministru għall-Affarijiet Interni u eks Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali. |
24.9.2004 |
5. |
Yuri Khadzimuratavich KARAEU Yuri Khadzimuratovich KARAEV |
Юрый Хаджымуратавіч КАРАЕЎ Юрий Хаджимуратович КАРАЕВ |
Posizzjoni(jiet): (Eks Ministru għall-Affarijiet Interni; Logutenent Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija); Assistent tal-President tar-Repubblika tal-Belarussja - Spettur għar-Reġjun/l-Oblast ta' Grodno/Hrodna Data tat-twelid: 21.6.1966 Post tat-twelid: Ordzhonikidze eks Unjoni Sovjetika (issa Vladikavkaz, Federazzjoni Russa) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija li kellu bħala Ministru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u ta' intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala assistent tal-President tal-Belarussja – Spettur għar-Reġjun/l-Oblast ta' Grodno/Hrodna. |
2.10.2020 |
6. |
Genadz Arkadzievich KAZAKEVICH Gennadi Arkadievich KAZAKEVICH |
Генадзь Аркадзьевіч КАЗАКЕВІЧ Геннадий Аркадьевич КАЗАКЕВИЧ |
Posizzjoni(jiet): Eks l-Ewwel Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni – Kap tal-Milizzja Kriminali, Kurunell tal-Milizzja (forza tal-pulizija) Data tat-twelid: 14.2.1975 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija li kellu bħala l-Ewwel Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u ta' intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni. Għadu jżomm il-kariga tiegħu ta' Kap tal-Milizzja Kriminali. |
2.10.2020 |
7. |
Aliaksandr Piatrovich BARSUKOU Alexander (Alexandr) Petrovich BARSUKOV |
Аляксандр Пятровіч БАРСУКОЎ Александр Петрович БАРСУКОВ |
Posizzjoni(jiet): Eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni, Logutenent Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija); Assistent tal-President tar-Repubblika tal-Belarussja - Spettur għar-Reġjun/l-Oblast ta' Minsk Data tat-twelid: 29.4.1965 Post tat-twelid: Distrett ta' Vetkovski (Vetka), eks USSR (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija li kellu bħala Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u ta' intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala assistent tal-President tal-Belarussja – Spettur għar-Reġjun/l-Oblast ta' Minsk. |
2.10.2020 |
8. |
Siarhei Mikalaevich KHAMENKA Sergei Nikolaevich KHOMENKO |
Сяргей Мiкалаевiч ХАМЕНКА Сергей Николаевич ХОМЕНКО |
Posizzjoni(jiet): Eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija) Ministru għall-Ġustizzja Data tat-Twelid: 21.9.1966 Post tat-twelid: Yasinovataya, eks Unjoni Sovjetika (issa Ukrajna) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, kien responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza fuq il-ġurnalisti. Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala Ministru għall-Ġustizzja. |
2.10.2020 |
9. |
Yuri Genadzevich NAZARANKA Yuri Gennadievich NAZARENKO |
Юрый Генадзевіч НАЗАРАНКА Юрий Геннадьевич НАЗАРЕНКО |
Posizzjoni(jiet): Eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni, Eks Kmandant tat-Truppi Interni; L-Ewwel Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni, Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika, Ġeneral Maġġur tal-Milizzja (forza tal-pulizija) Data tat-twelid: 17.4.1976 Post tat-twelid: Slonim, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija li kellu bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni u Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, b'mod partikolari t-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Ewwel Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika. |
2.10.2020 |
10. |
Khazalbek Baktibekavich ATABEKAU Khazalbek Bakhtibekovich ATABEKOV |
Хазалбек Бактiбекавiч АТАБЕКАЎ Хазалбек Бахтибекович АТАБЕКОВ |
Pożizzjoni(jiet): Eks Viċi Kmandant tat-Truppi Interni Data tat-twelid: 18.3.1967 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, b’mod partikolari t-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Huwa ġie mgħoddi għar-riżerva militari f’Marzu 2022 permezz tad-digriet ta’ Aliaksandr Lukashenka. Huwa għandu d-dritt jilbes uniformi u insinja militari. |
2.10.2020 |
11. |
Aliaksandr Valerievich BYKAU Alexander (Alexandr) Valerievich BYKOV |
Аляксандр Валер’евіч БЫКАЎ Александр Валерьевич БЫКОВ |
Posizzjoni(jiet): Kmandant tal-Unità Speċjali ta' Reazzjoni Rapida (SOBR), Logutenent Kurunell Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-Unità Speċjali ta' Reazzjoni Rapida (SOBR) tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-SOBR wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi. |
2.10.2020 |
12. |
Aliaksandr Sviataslavavich SHEPELEU Alexander (Alexandr) Svyatoslavovich SHEPELEV |
Аляксандр Святаслававіч ШЭПЕЛЕЎ Александр Святославович ШЕПЕЛЕВ |
Posizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment għas-Sikurezza u s-Sigurtà, Ministeru għall-Affarijiet Interni Data tat-twelid: 14.10.1975 Post tat-twelid: ir-raħal ta' Rublevsk, distrett ta' Kruglyanskiy, Reġjun/Oblast ta' Mogilev/Mahiliou, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni għolja tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment għas-Sikurezza u s-Sigurtà fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa involut fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
2.10.2020 |
13. |
Dzmitry Uladzimiravich BALABA Dmitry Vladimirovich BALABA |
Дзмітрый Уладзіміравіч БАЛАБА Дмитрий Владимирович БАЛАБА |
Posizzjoni(jiet): Kap tal-OMON ("Taqsima Distakkata Speċjali tal-Milizzja") għall-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk Data tat-twelid: 1.6.1972 Post tat-twelid: ir-raħal ta' Gorodilovo, Reġjun/Oblast ta' Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON f'Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-OMON f'Minsk wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
2.10.2020 |
14. |
Ivan Uladzimiravich KUBRAKOU Ivan Vladimirovich KUBRAKOV |
Іван Уладзіміравіч КУБРАКОЎ Иван Владимирович КУБРАКОВ |
Posizzjoni(jiet): Eks Kap tad-Direttorat Prinċipali għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk; Ministru għall-Affarijiet Interni, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija) Data tat-twelid: 5.5.1975 Post tat-twelid: il-villaġġ ta' Malinovka, Reġjun/Oblast ta' Mogilev/Mahiliou, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni li kellu ta' Kap tad-Direttorat Prinċipali għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Ministru għall-Affarijiet Interni. |
2.10.2020 |
15. |
Maxim Aliaksandravich GAMOLA (HAMOLA) Maxim Alexandrovich GAMOLA |
Максім Аляксандравіч ГАМОЛА Максим Александрович ГАМОЛА |
Posizzjoni(jiet): Eks Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk; Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tal-Belt ta' Minsk, Kap tal-Pulizija Kriminali Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni li kellu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tal-Belt ta' Minsk u Kap tal-Pulizija Kriminali |
2.10.2020 |
16. |
Aliaksandr Mikhailavich ALIASHKEVICH Alexander Mikhailovich ALESHKEVICH |
Аляксандр Мiхайлавiч АЛЯШКЕВIЧ Александр Михайлович АЛЕШКЕВИЧ |
Posizzjoni(jiet): Eks l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni fid-Distrett ta' Moskovsky, Minsk, Kap tal-Pulizija Kriminali Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni fid-Distrett ta’ Leninsky, Minsk Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni fid-Distrett ta' Moskovsky, Minsk u Kap tal-Pulizija Kriminali, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni f'dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni fid-Distrett ta' Leninsky, Minsk. |
2.10.2020 |
17. |
Andrei Vasilievich GALENKA Andrey Vasilievich GALENKA |
Андрэй Васiльевiч ГАЛЕНКА Андрей Васильевич ГАЛЕНКА |
Pożizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni fid-Distrett ta’ Moskovski, Minsk, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni fid-Distrett ta’ Moskovski, Minsk u Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f’dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta’ forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. Għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka u qed iservi bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni fid-Distrett ta’ Moskovski, Minsk, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika. |
2.10.2020 |
18. |
Aliaksandr Paulavich VASILIEU Alexander Pavlovich VASILIEV |
Аляксандр Паўлавiч ВАСIЛЬЕЎ Александр Павлович ВАСИЛЬЕВ |
Posizzjoni(jiet):Eks Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Gomel/ Homyel Kap tal-Akkademja tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni Data tat-Twelid: 24.3.1975 Post tat-twelid: Mahiliou/Mogilev, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Gomel/Homyel, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni f’dak ir-reġjun/l-oblast kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Kap tal-Akkademja tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni. |
2.10.2020 |
19. |
Aleh Mikalaevich SHULIAKOUSKI Oleg Nikolaevich SHULIAKOVSKI |
Алег Мiкалаевiч ШУЛЯКОЎСКI Олег Николаевич ШУЛЯКОВСКИЙ |
Posizzjoni(jiet):Eks l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Gomel/ Homyel Kap tal-Pulizija Kriminali Kap tad-Dipartiment għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Brest Data tat-Twelid: 26.7.1977 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Gomel/Homyel u Kap tal-Pulizija Kriminali, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f’dak ir-reġjun /l-oblast kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Brest. |
2.10.2020 |
20. |
Anatol Anatolievich VASILIEU Anatoli Anatolievich VASILIEV |
Анатоль Анатольевiч ВАСIЛЬЕЎ Анатолий Анатольевич ВАСИЛЬЕВ |
Pożizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta’ Gomel/Homyel, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika Eks Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta’ Gomel/Homyel, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika, Eks Viċi President tal-Kumitat Investigattiv Data tat-twelid: 26.1.1972 Post tat-twelid: Gomel/Homyel, Gomel/Homyel Region/Oblast, qabel il-USSR (illum Belarus) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta’ Gomel/Homyel u Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f’dak ir-reġjun/l-oblast kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta’ forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. Għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta’ Gomel/Homyel, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika. |
2.10.2020 |
21. |
Aliaksandr Viachaslavavich ASTREIKA Alexander Viacheslavovich ASTREIKO |
Аляксандр Вячаслававiч АСТРЭЙКА Александр Вячеславович АСТРЕЙКО |
Pożizzjoni(jiet): Eks Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Brest, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija) Kap tad-Dipartiment għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Minsk Data tat-Twelid: 22.12.1971 Post tat-twelid: Kapyl, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Brest u Maġġur Ġeneral tal-Milizzja, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f’dak ir-reġjun/l-oblast kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Minsk. |
2.10.2020 |
22. |
Leanid ZHURAUSKI Leonid ZHURAVSKI |
Леанiд ЖУРАЎСКI Леонид ЖУРАВСКИЙ |
Pożizzjoni(jiet): Eks Kap tal-OMON (“Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali”) f’Vitebsk/Viciebsk Data tat-twelid: 20.9.1975 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ kmand fuq il-forzi tal-OMON f’Vitebsk/Viciebsk, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-OMON f’Vitebsk/Viciebsk wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta’ dimostranti paċifiċi. |
2.10.2020 |
23. |
Mikhail DAMARNACKI Mikhail DOMARNATSKY |
Міхаіл ДАМАРНАЦКІ Михаил ДОМАРНАЦКИЙ |
Posizzjoni(jiet): Kap tal-OMON ("Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali") f'Gomel/Homyel Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON f'Gomel/Homyel, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-OMON f'Gomel/Homyel wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta' dimostranti paċifiċi. |
2.10.2020 |
24. |
Maxim MIKHOVICH Maxim MIKHOVICH |
Максім МІХОВІЧ Максим МИХОВИЧ |
Posizzjoni(jiet): Kap tal-OMON ("Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali") fi Brest, Logutenent Kurunell Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON fi Brest, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-OMON fi Brest wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta' dimostranti paċifiċi. |
2.10.2020 |
25. |
Aleh Uladzimiravich MATKIN Oleg Vladimirovitch MATKIN |
Алег Уладзіміравіч МАТКІН Олег Владимирович МАТКИН |
Posizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, Maġġur-Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali li għandu awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u għar-repressjoni brutali ġenerali fuq dimostranti paċifiċi. |
2.10.2020 |
26. |
Ivan Yurievich SAKALOUSKI Ivan Yurievich SOKOLOVSKI |
Іван Юр’евіч САКАЛОЎСКІ Иван Юрьевич СОКОЛОВСКИЙ |
Posizzjoni(jiet): Direttur taċ-ċentru ta' detenzjoni Akrestina, Minsk Sess: raġel |
Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur taċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Akrestina f'Minsk, huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, imwettaq fuq ċittadini detenuti fiċ-ċentru ta' detenzjoni Akrestina wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. |
2.10.2020 |
27. |
Valeri Paulavich VAKULCHYK Valery Pavlovich VAKULCHIK |
Валерый Паўлавіч ВАКУЛЬЧЫК Валерий Павлович ВАКУЛЬЧИК |
Posizzjoni(jiet): Eks President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB). Eks Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà Assistent tal-President tar-Repubblika tal-Belarussja – Spettur għar-Reġjun/l-Oblast ta' Brest Data tat-twelid: 19.6.1964 Post tat-twelid: Radostovo, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija li kellu bħala President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), kien responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala Assistent tal-President tal-Belarussja – Spettur għar-Reġjun/l-Oblast ta' Brest. |
2.10.2020 |
28. |
Siarhei Yaugenavich TSERABAU Sergey Evgenievich TEREBOV |
Сяргей Яўгенавіч ЦЕРАБАЎ Сергей Евгеньевич ТЕРЕБОВ |
Posizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB) Data tat-twelid: 1972 Post tat-twelid: Borisov/Barisaw, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. |
2.10.2020 |
29. |
Dzmitry Vasilievich RAVUTSKI Dmitry Vasilievich REUTSKY |
Дзмітрый Васільевіч РАВУЦКІ Дмитрий Васильевич РЕУЦКИЙ |
Posizzjoni(jiet): Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. |
2.10.2020 |
30. |
Uladzimir Viktaravich KALACH Vladimir Viktorovich KALACH |
Уладзiмiр Вiктаравiч КАЛАЧ Владимир Викторович КАЛАЧ |
Pożizzjoni(jiet): Eks Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB) Assistent tal-President tar-Repubblika tal-Belarussja - Spettur għar-Reġjun/l-Oblast ta' Minsk Sess: raġel Grad: Maġġur Ġeneral |
Fil-pożizzjoni preċedenti ta' tmexxija li kellu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), kien responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala Assistent tal-President tar-Repubblika tal-Belarussja – Spettur għar-Reġjun/l-Oblast ta' Minsk. |
2.10.2020 |
31. |
Alieg Anatolevich CHARNYSHOU Oleg Anatolievich CHERNYSHEV |
Алег Анатольевiч ЧАРНЫШОЎ Олег Анатольевич ЧЕРНЫШЁВ |
Pożizzjoni(jiet): Eks Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB) Viċi President tal-Presidju tal-Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi Sess: raġel Grad: Maġġur Ġeneral |
Fil-pożizzjoni preċedenti ta' tmexxija li kellu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa kien responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala Viċi President tal-Presidju tal-Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi. |
2.10.2020 |
32. |
Aliaksandr Uladzimiravich KANYUK Alexander (Alexandr) Vladimirovich KONYUK |
Аляксандр Уладзіміравіч КАНЮК Александр Владимирович КОНЮК |
Posizzjoni(jiet): Eks Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Belarussja Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Belarussja għall-Armenja Data tat-twelid: 11.7.1960 Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni li kellu bħala Prosekutur Ġenerali, huwa responsabbli għall-użu mifrux ta' proċeduri kriminali biex jiġu skwalifikati kandidati tal-oppożizzjoni qabel l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u biex persuni ma jitħallewx jingħaqdu mal-Kunsill ta' Koordinazzjoni mniedi mill-oppożizzjoni biex jikkontesta l-eżitu tal-elezzjoni. Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala ambaxxatur tal-Belarussja għall-Armenja. |
2.10.2020 |
33. |
Lidzia Mihailauna YARMOSHINA Lidia Mikhailovna YERMOSHINA |
Лiдзiя Мiхайлаўна ЯРМОШЫНА Лидия Михайловна ЕРМОШИНА |
Pożizzjoni(jiet): Eks President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) Data tat-Twelid: 29.1.1953 Post tat-twelid: Slutsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: mara |
Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala l-President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), hija kienet responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
2.10.2020 |
34. |
Vadzim Dzmitryevich IPATAU Vadim Dmitrievich IPATOV |
Вадзім Дзмітрыевіч ІПАТАЎ Вадим Дмитриевич ИПАТОВ |
Posizzjoni(jiet): Viċi President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) Data tat-twelid: 30.10.1964 Post tat-twelid: Kolomyia, Reġjun/Oblast ta’ Ivano-Frankivsk, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Ukrajna) Sess: raġel |
Bħala Viċi President tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
2.10.2020 |
35. |
Alena Mikalaeuna DMUHAILA Elena Nikolaevna DMUHAILO |
Алена Мiкалаеўна ДМУХАЙЛА Елена Николаевна ДМУХАЙЛО |
Pożizzjoni(jiet): Eks Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) Data tat-twelid: 1.7.1971 Sess: mara |
Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala s-Segretarju tas-CEC, hija kienet responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B’mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta’ ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta’ raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
2.10.2020 |
36. |
Andrei Anatolievich GURZHY Andrey Anatolievich GURZHIY |
Андрэй Анатольевіч ГУРЖЫ Андрей Анатольевич ГУРЖИЙ |
Posizzjoni(jiet): Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) Data tat-twelid: 10.10.1975 Sess: raġel |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
2.10.2020 |
37. |
Volga Leanidauna DARASHENKA Olga Leonidovna DOROSHENKO |
Вольга Леанідаўна ДАРАШЭНКА Ольга Леонидовна ДОРОШЕНКО |
Posizzjoni(jiet): Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) Data tat-twelid: 1976 Sess: mara |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
2.10.2020 |
38. |
Siarhei Aliakseevich KALINOUSKI Sergey Alexeyevich KALINOVSKIY |
Сяргей Аляксеевіч КАЛІНОЎСКІ Сергей Алексеевич КАЛИНОВСКИЙ |
Posizzjoni(jiet): Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) Data tat-twelid: 3.1.1969 Sess: raġel |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
2.10.2020 |
39. |
Sviatlana Piatrouna KATSUBA Svetlana Petrovna KATSUBO |
Святлана Пятроўна КАЦУБА Светлана Петровна КАЦУБО |
Pożizzjoni(jiet): Eks Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) Data tat-twelid: 6.8.1959 Post tat-twelid: Podilsk, Odessa Region/Oblast, qabel il-USSR (illum Ukraine) Sess: mara |
Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija kienet responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B’mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta’ ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta’ raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
2.10.2020 |
40. |
Aliaksandr Mikhailavich LASYAKIN Alexander (Alexandr) Mikhailovich LOSYAKIN |
Аляксандр Міхайлавіч ЛАСЯКІН Александр Михайлович ЛОСЯКИН |
Posizzjoni(jiet): Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) Data tat-twelid: 21.7.1957 Sess: raġel |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
2.10.2020 |
41. |
Igar Anatolievich PLYSHEUSKI Ihor Anatolievich PLYSHEVSKIY |
Iгар Анатольевiч ПЛЫШЭЎСКI Игорь Анатольевич ПЛЫШЕВСКИЙ |
Pożizzjoni(jiet): Eks Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) Data tat-twelid: 19.2.1979 Post tat-twelid: Lyuban, qabel il-USSR (illum Belarus) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa kien responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B’mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta’ ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta’ raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
2.10.2020 |
42. |
Marina Yureuna RAKHMANAVA Marina Yurievna RAKHMANOVA |
Марына Юр’еўна РАХМАНАВА Марина Юрьевна РАХМАНОВА |
Pożizzjoni(jiet): Eks Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) Data tat-twelid: 26.9.1970 Sess: mara |
Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija kienet responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B’mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta’ ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta’ raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
2.10.2020 |
43. |
Aleh Leanidavich SLIZHEUSKI Oleg Leonidovich SLIZHEVSKI |
Алег Леанідавіч СЛІЖЭЎСКІ Олег Леонидович СЛИЖЕВСКИЙ |
Posizzjoni(jiet): Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) Data tat-twelid: 16.8.1972 Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
2.10.2020 |
44. |
Irina Aliaksandrauna TSELIKAVETS Irina Alexandrovna TSELIKOVEC |
Ірына Аляксандраўна ЦЭЛІКАВЕЦ Ирина Александровна ЦЕЛИКОВЕЦ |
Posizzjoni(jiet): Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) Data tat-twelid: 2.11.1976 Post tat-twelid: Zhlobin, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: mara |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
2.10.2020 |
45. |
Aliaksandr Ryhoravich LUKASHENKA Alexander (Alexandr) Grigorievich LUKASHENKO |
Аляксандр Рыгоравіч ЛУКАШЭНКА Александр Григорьевич ЛУКАШЕНКО |
Posizzjoni(jiet): President tar-Repubblika tal-Belarussja Data tat-twelid: 30.8.1954 Post tat-twelid: Kopys settlement, Reġjun/Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Bħala l-President tal-Belarussja b’awtorità fuq il-korpi statali, huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti mwettqa mill-apparat tal-Istat qabel u wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari l-esklużjoni ta’ kandidati ewlenin tal-oppożizzjoni, arresti arbitrarji u l-maltrattament ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
6.11.2020 |
46. |
Viktar Aliaksandravich LUKASHENKA Viktor Aleksandrovich LUKASHENKO |
Вiктар Аляксандравiч ЛУКАШЭНКА Виктор Александрович ЛУКАШЕНКО |
Pożizzjoni(jiet): Eks Konsulent tal-President dwar is-Sigurtà Nazzjonali, Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà President tal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali tal-Belarussja Data tat-Twelid: 28.11.1975 Post tat-twelid: Mahiliou/Mogilev (eks Unjoni Sovjetika, issa Belarussja) Sess: raġel Identità Personali: 3281175A014PB8 |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Konsulent tal-President dwar is-Sigurtà Nazzjonali u Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, kif ukoll il-pożizzjoni superviżorja informali tiegħu fuq il-forzi tas-sigurtà tal-Belarussja, huwa kien u għadu responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti. Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-President tal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali. F’din il-pożizzjoni, li nħatar għaliha fis-26 ta’ Frar 2021, huwa responsabbli għat-trattament ħażin mill-uffiċjali tal-NOC tal-atleta Krystsina Tsimanouskaya matul l-Olimpjadi tas-Sajf tal-2020 f’Tokyo. |
6.11.2020 |
47. |
Ihar Piatrovich SERGYAENKA Igor Petrovich SERGEENKO |
Ігар Пятровіч СЕРГЯЕНКА Игорь Петрович СЕРГЕЕНКО |
Posizzjoni(jiet): Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali Data tat-twelid: 14.1.1963 Post tat-twelid: Il-villaġġ ta' Stolitsa fir-Reġjun/l-Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk (eks Unjoni Sovjetika, issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, huwa assoċjat mill-qrib mal-President u responsabbli milli tiġi żgurata l-implimentazzjoni tas-setgħat presidenzjali fil-qasam tal-politika domestika u barranija. Għaldaqstant qiegħed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka, inkluż fil-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. |
6.11.2020 |
48. |
Ivan Stanislavavich TERTEL Ivan Stanislavovich TERTEL |
Іван Станіслававіч ТЭРТЭЛЬ Иван Станиславович ТЕРТЕЛЬ |
Posizzjoni(jiet): President tal-Kumitat tas-Sigurtà Statali (KGB), eks President tal-Kumitat ta’ Kontroll Statali Data tat-twelid: 8.9.1966 Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Privalka/Privalki fir-Reġjun/l-Oblast ta’ Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala President tal-Kumitat tas-Sigurtà Statali (KGB) u fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala l-President tal-Kumitat ta’ Kontroll Statali, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti. |
6.11.2020 |
49. |
Raman Ivanavich MELNIK Roman Ivanovich MELNIK |
Раман Iванавiч МЕЛЬНIК Роман Иванович МЕЛЬНИК |
Pożizzjoni(jiet): Eks Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Protezzjoni tal-Ordni Pubbliku u l-Prevenzjoni fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni Kap tal-Amministrazzjoni tad-Distrett ta' Leninsky ta' Minsk Data tat-Twelid: 29.5.1964 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Protezzjoni tal-Ordni Pubbliku u l-Prevenzjoni fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti. Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Kap tal-Amministrazzjoni tad-Distrett ta' Leninsky ta' Minsk. |
6.11.2020 |
50. |
Ivan Danilavich NASKEVICH Ivan Danilovich NOSKEVICH |
Iван Данiлавiч НАСКЕВIЧ Иван Данилович НОСКЕВИЧ |
Pożizzjoni(jiet): Eks President tal-Kumitat Investigattiv Membru tar-riżerva tal-Kumitat Investigattiv Data tat-Twelid: 25.3.1970 Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Cierabličy fir-Reġjun/l-Oblast ta’ Brest, eks Unjoni Sovjetika, (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti ta’ tmexxija tiegħu bħala l-President tal-Kumitat Investigattiv, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija minn dak il-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikolarment minħabba l-investigazzjonijiet mibdija kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi. Huwa għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala membru tar-riżerva tal-Kumitat Investigattiv. |
6.11.2020 |
51. |
Aliaksey Aliaksandravich VOLKAU Alexei Alexandrovich VOLKOV |
Аляксей Аляксандравіч ВОЛКАЎ Алексей Александрович ВОЛКОВ |
Posizzjoni(jiet): Eks l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, attwalment President tal-Kumitat tal-Istat għall-Għarfien Espert fil-Forensika Data tat-twelid: 7.9.1973 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ tmexxija bħala l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikolarment minħabba l-investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi. |
6.11.2020 |
52. |
Siarhei Yakaulevich AZEMSHA Sergei Yakovlevich AZEMSHA |
Сяргей Якаўлевіч АЗЕМША Сергей Яковлевич АЗЕМША |
Posizzjoni(jiet): Viċi President tal-Kumitat Investigattiv Data tat-twelid: 17.7.1974 Post tat-twelid: Rechitsa, Reġjun/Oblast ta’ Gomel/Homyel, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikolarment minħabba l-investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi. |
6.11.2020 |
53. |
Andrei Fiodaravich SMAL Andrei Fyodorovich SMAL |
Андрэй Фёдаравiч СМАЛЬ Андрей Федорович СМАЛЬ |
Pożizzjoni(jiet): Eks Viċi President tal-Kumitat Investigattiv Data tat-Twelid: 1.8.1973 Post tat-twelid: Brest, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikolarment minħabba l-investigazzjonijiet mibdija kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi. |
6.11.2020 |
54. |
Andrei Yurevich PAULIUCHENKA Andrei Yurevich PAVLYUCHENKO |
Андрэй Юр’евіч ПАЎЛЮЧЕНКА Андрей Юрьевич ПАВЛЮЧЕНКО |
Posizzjoni(jiet): Kap taċ-Ċentru Operazzjonali-Analitiku Data tat-twelid: 1.8.1971 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Kap taċ-Ċentru Operazzjonali-Analitiku, huwa assoċjat mill-qrib mal-President u responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari billi xekkel il-konnessjoni man-networks tat-telekomunikazzjoni bħala għodda ta’ repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti. |
6.11.2020 |
55. |
Ihar Ivanavich BUZOUSKI Igor Ivanovich BUZOVSKI |
Ігар Іванавіч БУЗОЎСКІ Игорь Иванович БУЗОВСКИЙ |
Posizzjoni(jiet): Viċi Ministru għall-Informazzjoni Data tat-Twelid: 10.7.1972 Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Koshelevo Reġjun/Oblast ta’ Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru għall-Informazzjoni, huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, partikolarment bid-deċiżjoni tal-Ministeru għall-Informazzjoni li jwaqqaf l-aċċess għal siti web indipendenti u jillimita l-aċċess għall-Internet fil-Belarussja wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, bħala għodda ta’ repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti. |
6.11.2020 |
56. |
Natallia Mikalaeuna EISMANT Natalia Nikolayevna EISMONT |
Наталля Мікалаеўна ЭЙСМАНТ Наталья Николаевна ЭЙСМОНТ |
Posizzjoni(jiet): Segretarju tal-Istampa tal-President tal-Belarussja Data tat-twelid: 16.2.1984 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Kunjom ta' xebba: Kirsanova (Ortografija Russa: Кирсанова) jew Selyun (Ortografija Russa: Селюн) Sess: mara |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala Segretarju tal-Istampa tal-President tal-Belarussja, hija assoċjata mill-qrib mal-President u hija responsabbli mill-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-media tal-President, fosthom l-abbozzar ta’ stqarrijiet u l-organizzazzjoni ta’ dehriet pubbliċi. Għaldaqstant qed tappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka, inkluż fil-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. B’mod partikolari, bl-istqarrijiet pubbliċi tagħha fejn iddefendiet lill-President u kkritikat l-attivisti tal-oppożizzjoni kif ukoll id-dimostranti paċifiċi, li għamlet wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, ikkontribwiet biex jiddgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja. |
6.11.2020 |
57. |
Siarhei Yaugenavich ZUBKOU Sergei Yevgenevich ZUBKOV |
Сяргей Яўгенавіч ЗУБКОЎ Сергей Евгеньевич ЗУБКОВ |
Posizzjoni(jiet): Kmandant tal-Unità Alfa Data tat-twelid: 21.8.1975 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta’ kmand tiegħu fuq il-forzi tal-Unità Alfa, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni li twettqet minn dawk il-forzi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti. |
6.11.2020 |
58. |
Andrei Aliakseevich RAUKOU Andrei Alexeyevich RAVKOV |
Андрэй Аляксеевіч РАЎКОЎ Андрей Алексеевич РАВКОВ |
Posizzjoni(jiet): Eks Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Belarussja għall-Ażerbajġan Data tat-twelid: 25.6.1967 Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Revyaki, Reġjun/Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà, huwa kien assoċjat mill-qrib mal-President u huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni li twettqet mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti. Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala ambaxxatur tal-Belarussja għall-Ażerbajġan. |
6.11.2020 |
59. |
Pyotr Piatrovich MIKLASHEVICH Petr Petrovich MIKLASHEVICH |
Пётр Пятровіч МІКЛАШЭВІЧ Петр Петрович МИКЛАШЕВИЧ |
Posizzjoni(jiet): President tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja Data tat-twelid: 18.10.1954 Post tat-twelid: Reġjun/Oblast ta’ Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Bħala l-President tal-Qorti Kostituzzjonali, huwa responsabbli għad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali adottata fil-25 ta’ Awwissu 2020, li permezz tagħha ġew leġittimizzati r-riżultati tal-elezzjonijiet frodulenti. Għaldaqstant appoġġa u ffaċilita azzjonijiet ta’ kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mill-apparat tal-Istat kontra dimostranti paċifiċi u ġurnalisti u huwa għaldaqstant responsabbli għad-dgħajfien serju tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja. |
6.11.2020 |
60. |
Anatol Aliaksandravich SIVAK Anatoli Alexandrovich SIVAK |
Анатоль Аляксандравіч СІВАК Анатолий Александрович СИВАК |
Posizzjoni(jiet): Viċi Prim Ministru; eks President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk Data tat-twelid: 19.7.1962 Post tat-twelid: Zavoit, Distrett ta' Narovlya, Reġjun/Oblast ta' Gomel/Homyel, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-kapaċità ta' tmexxija preċedenti tiegħu bħala President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat lokali f'Minsk taħt is-sorveljanza tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Huwa għamel bosta dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom ikkritika l-protesti paċifiċi li kienu qed iseħħu fil-Belarussja. Fil-pożizzjoni ta' tmexxija attwali tiegħu bħala Viċi Prim Ministru huwa jkompli jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka. |
17.12.2020 |
61. |
Ivan Mikhailavich EISMANT Ivan Mikhailovich EISMONT |
Іван Міхайлавіч ЭЙСМАНТ Иван Михайлович ЭЙСМОНТ |
Posizzjoni(jiet): President tal-Kumpannija Nazzjonali tat-Televiżjoni u tar-Radju tal-Istat, Kap tal-Kumpannija Belteleradio Data tat-twelid: 20.1.1977 Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni attwali tiegħu bħala l-Kap tal-Kumpannija tat-Televiżjoni u tar-Radju tal-Istat tal-Belarussja, huwa responsabbli għat-tixrid tal-propaganda tal-istat fil-media pubblika u jkompli jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. Dan jinkludi l-użu ta’ mezzi tal-media biex tiġi appoġġata l-kontinwazzjoni tal-mandat tal-President, minkejja l-elezzjonijiet presidenzjali frawdolenti li saru fid-9 ta’ Awwissu 2020, u r-repressjoni vjolenti sussegwenti u ripetuta fuq protesti paċifiċi u leġittimi. Eismont għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom kkritika tad-dimostranti paċifiċi u rrifjuta li jipprovdi rappurtaġġ mill-mezzi tax-xandir tal-protesti. Taħt it-tmexxija tiegħu, huwa keċċa wkoll lill-impjegati tal-Kumpannija Belteleradio li ħadu sehem fi strajk, u b'hekk huwa responsabbli għal ksur ta' drittijiet tal-bniedem. |
17.12.2020 |
62. |
Uladzimir Stsiapanavich KARANIK Vladimir Stepanovich KARANIK |
Уладзімір Сцяпанавіч КАРАНІК Владимир Степанович КАРАНИК |
Posizzjoni(jiet): Gvernatur tar-Reġjun/l-Oblast ta' Grodno/Hrodna; eks Ministru għall-Kura tas-Saħħa Data tat-twelid: 30.11.1973 Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-kapaċità ta' tmexxija preċedenti tiegħu bħala l-Ministru għall-Kura tas-Saħħa, huwa kien responsabbli għall-użu tas-servizzi tal-kura tas-saħħa għar-repressjoni tad-dimostranti paċifiċi, inkluż bl-użu ta' ambulanzi biex jittrasportaw lil dimostranti li kienu jeħtieġu assistenza medika lejn swali ta' iżolament, minflok lejn sptarijiet. Huwa għamel bosta dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom ikkritika l-protesti paċifiċi li kienu qed iseħħu fil-Belarussja, u darba minnhom akkuża lil dimostrant li kien qiegħed taħt l-influwenza tax-xorb jew tad-drogi. Fil-pożizzjoni ta' tmexxija attwali tiegħu bħala l-Gvernatur tar-Reġjun/l-Oblast ta' Grodno/Hrodna huwa jkompli jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka. |
17.12.2020 |
63. |
Natallia Ivanauna KACHANAVA Natalia Ivanovna KOCHANOVA |
Наталля Іванаўна КАЧАНАВА Наталья Ивановна КОЧАНОВА |
Posizzjoni(jiet): President tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali tal-Belarussja Data tat-twelid: 25.9.1960 Post tat-twelid: Polotsk, Reġjun/Oblast ta' Vitebsk/Viciebsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: mara |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija attwali tagħha bħala President tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali tal-Belarussja, hija responsabbli talli appoġġat id-deċiżjonijiet tal-President fil-qasam tal-politika domestika. Hija wkoll responsabbli għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet frawdolenti li saru fid-9 ta’ Awwissu 2020. Hija għamlet dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom iddefendiet ir-repressjoni brutali tal-apparat tas-sigurtà fuq dimostranti paċifiċi. |
17.12.2020 |
64. |
Pavel Mikalaevich LIOHKI Pavel Nikolaevich LIOHKI |
Павел Мiкалаевiч ЛЁГКI Павел Николаевич ЛЁГКИЙ |
Pożizzjoni(jiet): Ministru kunsillier fl-ambaxxata Belarussa f’Moska, ir-Russja, Eks l-Ewwel Viċi Ministru għall-Informazzjoni Data tat-twelid: 30.5.1972 Post tat-twelid: Baranavichy, qabel il-USSR (illum Belarus) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Ministru għall-Informazzjoni, huwa kien responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u b’mod partikolari għad-deċiżjoni tal-Ministeru għall-Informazzjoni li jitwaqqaf l-aċċess għal siti web indipendenti u jillimita l-aċċess għall-Internet fil-Belarussja wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, bħala għodda ta’ repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti. Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala Ministru kunsillier fl-ambaxxata Belarussa f’Moska, ir-Russja. |
17.12.2020 |
65. |
Ihar Uladzimiravich LUTSKY Igor Vladimirovich LUTSKY |
Iгар Уладзiмiравiч ЛУЦКI Игорь Владимирович ЛУЦКИЙ |
Pożizzjoni(jiet): Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, eks Ministru għall-Informazzjoni Data tat-twelid: 31.10.1972 Post tat-twelid: Stolin, Brest Region/Oblast, qabel il-USSR (illum Belarus) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti ta’ tmexxija tiegħu bħala Ministru għall-Informazzjoni, huwa kien responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u b’mod partikolari għad-deċiżjoni tal-Ministeru għall-Informazzjoni li jitwaqqaf l-aċċess għal siti web indipendenti u jillimita l-aċċess għall-Internet fil-Belarussja wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, bħala għodda ta’ repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti. Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali. |
17.12.2020 |
66. |
Andrei Ivanavich SHVED Andrei Ivanovich SHVED |
Андрэй Іванавіч ШВЕД Андрей Иванович ШВЕД |
Posizzjoni(jiet): Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Belarussja Data tat-twelid: 21.4.1973 Post tat-twelid: Glushkovichi, Reġjun/Oblast ta' Gomel/Homyel, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prosekutur Ġenerali, huwa responsabbli għar-repressjoni li għaddejja tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, b'mod partikolari għat-tnedija ta' bosta proċedimenti kriminali kontra dimostranti paċifiċi, mexxejja tal-oppożizzjoni u ġurnalisti wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020. Huwa għamel ukoll dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom hedded lil dawk li pparteċipaw f''manifestazzjonijiet mhux awtorizzati' b'kastig. |
17.12.2020 |
67. |
Genadz Andreevich BOGDAN Gennady Andreievich BOGDAN |
Генадзь Андрэевіч БОГДАН Геннадий Андреевич БОГДАН |
Posizzjoni(jiet): Viċi Kap tal-Belarus President Property Management Directorate Data tat-twelid: 8.1.1977 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap tal-Belarus President Property Management Directorate, huwa jissorvelja l-funzjonament ta' bosta intrapriżi. Il-korp taħt it-tmexxija tiegħu jipprovdi appoġġ finanzjarju, materjali u tekniku, soċjali, domestiku u mediku lill-apparat tal-istat u l-awtoritajiet repubblikani. Huwa assoċjat mill-qrib mal-President u għadu jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka. |
17.12.2020 |
68. |
Ihar Paulavich BURMISTRAU Igor Pavlovich BURMISTROV |
Ігар Паўлавіч БУРМІСТРАЎ Игорь Павлович БУРМИСТРОВ |
Posizzjoni(jiet): Kap tal-Persunal u l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni Data tat-twelid: 30.9.1968 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mit-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
17.12.2020 |
69. |
Arciom Kanstantinavich DUNKA Artem Konstantinovich DUNKO |
Арцём Канстанцінавіч ДУНЬКА Артем Константинович ДУНЬКО |
Posizzjoni(jiet): Spettur Anzjan għal Kwistjonijiet Speċjali tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat Data tat-twelid: 8.6.1990 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Spettur Anzjan għal Kwistjonijiet Speċjali tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari investigazzjonijiet imnedija dwar il-mexxejja u l-attivisti tal-oppożizzjoni. |
17.12.2020 |
70. |
Aleh Heorhievich KARAZIEI Oleg Georgevich KARAZEI |
Алег Георгiевiч КАРАЗЕЙ Олег Георгиевич КАРАЗЕЙ |
Pożizzjoni(jiet): Eks Kap tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tad-Dipartiment Ewlieni tal-Infurzar tal-Liġi u l-Prevenzjoni tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni Professur assoċjat fl-Akkademja tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni Data tat-Twelid: 1.1.1979 Post tat-twelid: Ir-Reġjun/l-Oblast ta' Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti ta’ tmexxija tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tad-Dipartiment Ewlieni tal-Infurzar tal-Liġi u l-Prevenzjoni tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza fuq il-ġurnalisti. Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala professur assoċjat fl-Akkademja tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni. |
17.12.2020 |
71. |
Dzmitry Aliaksandravich KURYAN Dmitry Alexandrovich KURYAN |
Дзмiтрый Аляксандравiч КУРЯН Дмитрий Александрович КУРЯН |
Pożizzjoni(jiet): Il-Viċi Kap tal-milizzja pubblika tal-Akkademja tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, Kurunell tal-Pulizija, eks Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni u Kap tad-Dipartiment tal-Infurzar tal-Liġi fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni Data tat-twelid: 3.10.1974 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti ta’ tmexxija tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni u Kap tad-Dipartiment tal-Infurzar tal-Liġi fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza fuq il-ġurnalisti. Huwa jibqa’ attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-Viċi Kap tal-milizzja pubblika tal-Akkademja tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u jibqa’ jżomm il-grad ta’ Kurunell tal-Pulizija. |
17.12.2020 |
72. |
Aliaksandr Henrykavich TURCHIN Alexander (Alexandr) Henrihovich TURCHIN |
Аляксандр Генрыхавіч ТУРЧЫН Александр Генрихович ТУРЧИН |
Posizzjoni(jiet): President tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta' Minsk Data tat-twelid: 2.7.1975 Post tat-twelid: Novogrudok, Reġjun/Oblast ta' Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-President tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta' Minsk, huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-amministrazzjoni lokali, inkluż numru ta' kumitati. Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka. |
17.12.2020 |
73. |
Dzmitry Mikalaevich SHUMILIN Dmitry Nikolayevich SHUMILIN |
Дзмiтрый Мiкалаевiч ШУМIЛIН Дмитрий Николаевич ШУМИЛИН |
Pożizzjoni(jiet): Viċi Kap tad-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Ordni Pubbliku u l-Prevenzjoni, eks Viċi Kap tad-dipartiment għall-avvenimenti tal-massa tal-GUVD (Dipartiment Ewlieni għall-Affarijiet Interni) tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk Data tat-twelid: 26.7.1977 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Viċi Kap tad-dipartiment għall-avvenimenti tal-massa tal-GUVD tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat lokali wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Huwa ġie ddokumentat li ħa sehem personalment fid-detenzjoni illegali ta’ dimostranti paċifiċi. Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala Viċi Kap tad-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Ordni Pubbliku u l-Prevenzjoni tal-GUVD (Dipartiment Ewlieni għall-Affarijiet Interni) tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk. |
17.12.2020 |
74. |
Vital Ivanavich STASIUKEVICH Vitalyi Ivanovich STASIUKEVICH |
Віталь Іванавіч СТАСЮКЕВІЧ Виталий Иванович СТАСЮКЕВИЧ |
Posizzjoni(jiet): Viċi Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika fi Grodno/Hrodna Data tat-twelid: 5.3.1976 Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika fi Grodno/Hrodna, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Skont ix-xhieda huwa ssorvelja personalment id-detenzjoni illegali ta' dimostranti paċifiċi. |
17.12.2020 |
75. |
Siarhei Leanidavich KALINNIK Sergei Leonidovich KALINNIK |
Сяргей Леанiдавiч КАЛИННИК Сергей Леонидович КАЛИННИК |
Pożizzjoni(jiet): Eks Kurunell tal-Pulizija, Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Sovetsky ta’ Minsk Data tat-twelid: 23.7.1979 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Sovetsky ta’ Minsk, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Skont ix-xhieda huwa ssorvelja personalment u ħa sehem fit-tortura ta’ dimostranti detenuti illegalment. |
17.12.2020 |
76. |
Vadzim Siarhaevich PRYGARA Vadim Sergeyevich PRIGARA |
Вадзім Сяргеевіч ПРЫГАРА Вадим Сергеевич ПРИГАРА |
Posizzjoni(jiet): Logutenent Kurunell tal-Pulizija, Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali f'Molodechno Data tat-twelid: 31.10.1980 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali f'Molodechno, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Skont ix-xhieda, huwa ssorvelja personalment is-swat ta' dimostranti detenuti illegalment. Huwa għamel ukoll bosta dikjarazzjonijiet derogatorji dwar id-dimostranti lill-media. |
17.12.2020 |
77. |
Viktar Ivanavich STANISLAUCHYK Viktor Ivanovich STANISLAVCHIK |
Вiктар Iванавiч СТАНIСЛАЎЧЫК Виктор Иванович СТАНИСЛАВЧИК |
Pożizzjoni(jiet): Eks Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Sovetsky ta' Minsk, Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika L-ewwel Viċi Kap taċ-Ċentru ta' Studji Avvanzati u Speċjalisti tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni Data tat-Twelid: 27.1.1971 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti ta’ tmexxija tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Sovetsky ta’ Minsk u Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Skont ix-xhieda, huwa ssorvelja personalment id-detenzjoni ta' dimostranti paċifiċi u s-swat ta' dawk detenuti illegalment. Huwa jibqa' attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Ewwel Viċi kap taċ-Ċentru ta' Studji Avvanzati u Speċjalisti tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni. |
17.12.2020 |
78. |
Aliaksandr Aliaksandravich PIETRASH Alexander (Alexandr) Alexandrovich PETRASH |
Аляксандр Аляксандравiч ПЕТРАШ Александр Александрович ПЕТРАШ |
Pożizzjoni(jiet): President tal-Qorti tad-Distrett ta’ Tsentralny f’Minsk, eks President tal-qorti tad-distrett ta’ Moskovski f’Minsk Data tat-twelid: 16.5.1988 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala president tal-qorti tad-distrett ta’ Moskovski f’Minsk, huwa kien responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża u dipendenza fuq dikjarazzjonijiet minn xhieda foloz. Huwa kien strumentali fl-immultar u d-detenzjoni ta’ dimostranti, ġurnalisti u mexxejja tal-oppożizzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala president tal-Qorti tad-Distrett ta’ Tsentralny f’Minsk. |
17.12.2020 |
79. |
Andrei Aliaksandravich LAHUNOVICH Andrei Alexandrovich LAHUNOVICH |
Андрэй Аляксандравіч ЛАГУНОВІЧ Андрей Александрович ЛАГУНОВИЧ |
Posizzjoni(jiet): Imħallef tal-qorti tad-distrett ta' Sovetsky f'Gomel/Homyel Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-qorti tad-distrett ta' Sovetsky f'Gomel/Homyel, huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta' ksur tad-drittijiet tad-difiża. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
17.12.2020 |
80. |
Alena Vasileuna LITVINA Elena Vasilevna LITVINA |
Алена Васільеўна ЛІТВІНА Елена Васильевна ЛИТВИНА |
Posizzjoni(jiet): Imħallef tal-qorti tad-distrett ta' Leninsky f'Mogilev Sess: mara |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-qorti tad-distrett ta' Leninsky f'Mogilev, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b'mod partikolari għas-sentenzjar ta' Siarhei Tsikhanousky – attivist tal-oppożizzjoni u r-raġel tal-kandidat presidenzjali Svetlana Tsikhanouskaya. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
17.12.2020 |
81. |
Victoria Valeryeuna SHABUNYA Victoria Valerevna SHABUNYA |
Вікторыя Валер’еўна ШАБУНЯ Виктория Валерьевна ШАБУНЯ |
Posizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti tad-distrett ċentrali f'Minsk Data tat-twelid: 27.2.1974 Sess: mara |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ċentrali f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar ta' Sergei Dylevsky - membru tal-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u mexxej ta’ kumitat tal-istrajk. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
17.12.2020 |
82. |
Alena Aliaksandravna ZHYVITSA Elena Alexandrovna ZHYVITSA |
Алена Аляксандравна ЖЫВІЦА Елена Александровна ЖИВИЦА |
Posizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti tad-distrett ta' Oktyabrsky f'Minsk Data tat-twelid: 9.4.1990 Sess: mara |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ta' Oktyabrsky f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
17.12.2020 |
83. |
Natallia Anatolievna DZIADKOVA Natalia Anatolievna DEDKOVA |
Наталля Анатольеўна ДЗЯДКОВА Наталья Анатольевна ДЕДКОВА |
Posizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti tad-distrett ta' Partizanski f'Minsk Data tat-twelid: 2.12.1979 Sess: mara |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ta' Partizanski f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-mexxej tal-Kunsill ta’ Koordinazzjoni Mariya Kalesnikava. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
17.12.2020 |
84. |
Maryna Arkadzeuna FIODARAVA Marina Arkadievna FEDOROVA |
Марына Аркадзьеўна ФЁДАРАВА Марина Аркадьевна ФЕДОРОВА |
Posizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti tad-distrett ta' Sovetsky f'Minsk Data tat-twelid: 11.9.1965 Sess: mara |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ta' Sovetsky f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
17.12.2020 |
85. |
Yulia Chaslavauna HUSTYR Yulia Cheslavovna HUSTYR |
Юлiя Чаславаўна ГУСТЫР Юлия Чеславовна ГУСТЫР |
Pożizzjoni(jiet): avukat fl-uffiċċju tal-għajnuna legali tad-distrett ta’ Kastrychnitski f’Minsk, eks Imħallef tal-Qorti tad-distrett ċentrali f’Minsk Data tat-twelid: 14.1.1984 Sess: mara |
Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ċentrali f’Minsk, hija kienet responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-kandidat presidenzjali tal-oppożizzjoni Viktar Babarika. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Hija għadha attiva fir-reġim ta’ Lukashenka bħala avukat fl-uffiċċju tal-għajnuna legali tad-distrett ta’ Kastrychnitski f’Minsk. |
17.12.2020 |
86. |
Alena Tsimafeeuna NYAKRASAVA Elena Timofeyevna NEKRASOVA |
Алена Цімафееўна НЯКРАСАВА Елена Тимофеевна НЕКРАСОВА |
Posizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti tad-distrett ta' Zavodsky f'Minsk Data tat-twelid: 26.11.1974 Sess: mara |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ta' Zavodsky f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
17.12.2020 |
87. |
Aliaksandr Vasilevich SHAKUTSIN Aleksandr Vasilevich SHAKUTIN |
Аляксандр Васiльевiч ШАКУЦIН Александр Васильевич ШАКУТИН |
Pożizzjoni(jiet): Negozjant, president tal-bord tad-diretturi ta’ Amkodor holding, azzjonist ta’ SV Maschinen GmbH, UAB EM System, Anulatrans SIA, Amkodor-Tsentr, OOO Iskamed, OOO PMI Inzhiniring, Data tat-twelid: 12.1.1959 Post tat-twelid: Bolshoe Babino, Orsha Rayon, Vitebsk/Viciebsk Region/Oblast, qabel il-USSR (illum Belarus) Sess: raġel |
Huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fil-Belarussja, b’interessi kummerċjali fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-bini tal-magni, tal-agrikoltura u oħrajn. Huwa rrappurtat li huwa wieħed mill-persuni li bbenefikaw l-aktar mill-privatizzazzjoni matul il-mandat ta’ Lukashenka bħala President. Huwa wkoll eks membru tal-presidju tal-assoċjazzjoni pubblika favur Lukashenka “Belaya Rus” u eks membru tal-Kunsill għall-Iżvilupp tal-Intraprenditorija fir-Repubblika tal-Belarussja. F’Lulju 2020 għamel kummenti pubbliċi li kkundannaw il-protesti tal-oppożizzjoni fil-Belarussja, u b’hekk appoġġa l-politika ta’ repressjoni tar-reġim ta’ Lukashenka lejn dimostranti paċifiċi, l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili. Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah. Huwa għad għandu interessi kummerċjali fil-Belarussja. |
17.12.2020 |
88. |
Mikalai Mikalaevich VARABEI/VERABEI Nikolay Nikolaevich VOROBEY |
Мiкалай Мiкалаевiч ВАРАБЕЙ/ВЕРАБЕЙ Николай Николаевич ВОРОБЕЙ |
Pożizzjoni(jiet): Negozjant, koproprjetarju tal-Bremino Group Data tat-Twelid: 4.5.1963 Post tat-twelid: Repubblika Sovjetika Ukrena (issa Ukrajna) Sess: raġel |
Huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fil-Belarussja u kellu u għad għandu interessi kummerċjali fis-setturi taż-żejt, tat-tranżitu tal-faħam, tal-banek u oħrajn. Huwa l-koproprjetarju tal-Bremino Group – kumpannija li gawdiet minn ħelsien mit-taxxa u forom oħra ta’ appoġġ mill-amministrazzjoni Belarussa. Il-kumpannija tiegħu BelKazTrans ingħatat dritt esklussiv li tittrasferixxi l-faħam fil-Belarussja. F’Diċembru 2020, huwa ttrasferixxa wħud mill-assi tiegħu lill-assoċjati kummerċjali qrib tiegħu. Skont rapporti tal-media huwa għadu jikkontrolla l-kumpanniji Interservice and Oil Bitumen Plant. Huwa għad għandu attivitajiet kummerċjali mal-awtoritajiet fil-Belarussja u għadu jżomm relazzjonijiet mill-qrib magħhom u ta żewġ karozzi lussużi lil Lukashenka. Huwa għandu wkoll interessi kummerċjali fl-Ukrajna u r-Russja. Għaldaqstant qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah. |
17.12.2020 |
89. |
Natallia Mikhailauna BUHUK Natalia Mikhailovna BUGUK |
Наталля Мiхайлаўна БУГУК Наталья Михайловна БУГУК |
Pożizzjoni: imħallef tal-Qorti tal-Belt ta’ Minsk, eks imħallef fil-qorti tad-distrett ta’ Fruzensky f’Minsk Data tat-twelid: 19.12.1989 Post tat-twelid: Minsk, qabel il-USSR (illum Belarus) Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala mħallef tal-qorti tad-distrett ta’ Fruzensky f’Minsk, Natallia Buhuk kienet responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar ta’ Katsiaryna Bakhvalava (Andreyeva) u Darya Chultsova. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt ta’ proċess ġust. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Hija għadha attiva fir-reġim ta’ Lukashenka bħala imħallef tal-Qorti tal-Belt ta’ Minsk. |
21.6.2021 |
90. |
Alina Siarhieeuna KASIANCHYK Alina Sergeevna KASYANCHYK |
Алiна Сяргееўна КАСЬЯНЧЫК Алина Сергеевна КАСЬЯНЧИК |
Pożizzjoni: prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Belt ta’ Minsk, eks Assistent Prosekutur fil-Qorti tad-Distrett ta’ Frunzensky f’Minsk Data tat-twelid: 12.3.1998 Post tat-twelid: Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala assistent prosekutur fil-Qorti tad-Distrett ta’ Fruzensky f’Minsk, Alina Kasianchyk irrappreżentat ir-reġim ta’ Lukashenka f’kawżi politikament motivati kontra ġurnalisti, attivisti u dimostranti. B’mod partikolari, hija ħarrket lill-ġurnalisti Katsiaryna Bakhvalava (Andreyeva) u Darya Chultsova talli rreġistraw protesti paċifiċi, fuq l-akkużi bla bażi ta’ “reat ta’ assoċjazzjoni” u “ksur tal-ordni pubbliku”. Hija ħarrket ukoll membri tas-soċjetà ċivili Belarussa eż. talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi, u sellmu lid-dimostrant maqtul Aliaksandr Taraikousky. Hija kontinwament talbet lill-imħallef għal sentenzi ta’ ħabs fit-tul. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Hija għadha attiva fir-reġim ta’ Lukashenka bħala prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Belt ta’ Minsk. |
21.6.2021 |
91. |
Ihar Viktaravich KURYLOVICH Igor Viktorovich KURILOVICH |
Ігар Віĸтаравіч КУРЫЛОВІЧ, Игорь Викторович КУРИЛОВИЧ |
Investigatur Għoli tad-Dipartiment Distrettwali ta' Frunzensky tal-Kumitat Investigattiv Data tat-twelid: 26.09.1990 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Investigatur Għoli tal-Qorti tad-Distrett ta' Fruzensky f'Minsk, Ihar Kurylovich kien involut fit-tħejjija ta' kawża kriminali politikament motivata kontra l-ġurnalisti Katsiaryna Bakhvalava (Andreyeva) u Darya Chultsova. Il-ġurnalisti, li rreġistraw protesti paċifiċi, ġew akkużati bi ksur tal-ordni pubbliku u ngħataw sentenza ta' sentejn ħabs. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
92. |
Siarhei Viktaravich SHATSILA Sergei Viktorovich SHATILO |
Сяргей Віĸтаравіч ШАЦІЛА Сергей Виĸторович ШАТИЛО |
Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Sovetsky f'Minsk Data tat-twelid: 13.08.1989 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Sovetsky f’Minsk, Siarhei Shatsila huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar ta' Natallia Hersche, Dzmitry Halko u Dzmitry Karatkevich, meqjusa priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa favur id-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
93. |
Anastasia Vasileuna ACHALAVA Anastasia Vasilievna ACHALOVA |
Анастасія Васільеўна АЧАЛАВА Анастасия Васильевна АЧАЛОВА |
Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Leninsky f'Minsk Data tat-twelid: 15.10.1992 Post tat-twelid: Minsk, Belarussja Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Leninsky f’Minsk, Anastasia Achalava hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-membru tal-Kunsill ta’ Koordinazzjoni Dzmitry Kruk, kif ukoll kontra persunal mediku u ċittadini anzjani. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ dipendenza fuq dikjarazzjonijiet minn xhieda anonimi. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
94. |
Mariya Viachaslavauna YAROKHINA Maria Viacheslavovna YEROKHINA |
Марыя Вячаславаўна ЯРОХІНА Мария Вячеславовна ЕРОХИНА |
Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Frunzensky f'Minsk Data tat-twelid: 04.07.1987 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Frunzensky f’Minsk, Mariya Yerokhina hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti tat-trade unions, sportivi u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-ġurnalist Uladzimir Hrydzin. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
95. |
Yuliya Aliaksandrauna BLIZNIUK Yuliya Aleksandrovna BLIZNIUK |
Юлія Аляĸсандраўна БЛІЗНЮК Юлия Алеĸсандровна БЛИЗНЮК |
Viċi President/imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Frunzensky f'Minsk Data tat-twelid: 23.09.1971 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala Viċi President u mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Frunzensky f'Minsk, Yuliya Blizniuk hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-attivisti Artsiom Khvashcheuski, Artsiom Sauchuk, Maksim Pauliushchyk. Dawn il-persuni huma meqjusa priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa tad-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
96. |
Anastasia Dzmitreuna KULIK Anastasia Dmitrievna KULIK |
Анастасія Дзмітрыеўна КУЛІК Анастасия Дмитриевна КУЛИК |
Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Pervomaisky f'Minsk Data tat-twelid: 28.07.1989 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Pervomaisky f’Minsk, Anastasia Kulik hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra dimostranti paċifiċi, b’mod partikolari għas-sentenzjar ta' Aliaksandr Zakharevich, meqjus priġunier politiku minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa tad-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
97. |
Maksim Leanidavich TRUSEVICH Maksim Leonidovich TRUSEVICH |
Маĸсім Леанідавіч ТРУСЕВІЧ Маĸсим Леонидович ТРУСЕВИЧ |
Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Pervomaisky f'Minsk Data tat-twelid: 12.08.1989 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Pervomaisky f'Minsk, Maksim Trusevich huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta' ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt ta' proċess ġust. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
98. |
Tatsiana Yaraslavauna MATYL Tatiana Yaroslavovna MOTYL |
Тацяна Яраславаўна МАТЫЛЬ Татьяна Ярославовна МОТЫЛЬ |
Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Moskovsky f'Minsk Data tat-twelid: 20.01.1968 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Moskovsky f’Minsk, Tatsiana Matyl hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-politiku tal-oppożizzjoni Mikalai Statkevich u l-ġurnalist Alexander Borozenko. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt ta' proċess ġust. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
99. |
Aliaksandr Anatolevich RUDZENKA Aleksandr Anatolevich RUDENKO |
Аляĸсандр Анатольевіч РУДЗЕНКА Алеĸсандр Анатольевич РУДЕНКО |
Viċi President tal-Qorti tad-Distrett ta' Oktyabrsky f'Minsk Data tat-twelid: 01.12.1981 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi President u mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Oktyabrsky f'Minsk, Aliaksandr Rudzenka huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, attivisti u dimostranti, b'mod partikolari l-immultar ta' dimostrant anzjan u b'diżabbiltà, kif ukoll is-sentenzjar ta' Lyudmila Kazak – l-avukat ta' Mariya Kalesnikava, mexxej tal-oppożizzjoni tal-Belarussja. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta' ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt ta' proċess ġust. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
100. |
Aliaksandr Aliaksandravich VOUK Aleksandr Aleksandrovich VOLK |
Аляĸсандр Аляĸсандравіч ВОЎК Алеĸсандр Алеĸсандрович ВОЛК |
Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Sovetsky f'Minsk Data tat-twelid: 01.08.1979 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Sovetsky f'Minsk, Aliaksandr Vouk huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra dimostranti paċifiċi, b'mod partikolari s-sentenzjar tal-aħwa Anastasia u Victoria Mirontsev, meqjusa priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa tad-drittijiet tal-bniedem. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta' ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt ta' proċess ġust. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
101. |
Volha Siarheeuna NIABORSKAIA Olga Sergeevna NEBORSKAIA |
Вольга Сяргееўна НЯБОРСКАЯ Ольга Сергеевна НЕБОРСКАЯ |
Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Oktyabrsky f'Minsk Data tat-twelid: 14.02.1991 Post tat-twelid: Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-qorti tad-distrett ta' Oktyabrsky f'Minsk, Volha Niaborskaya hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra dimostranti paċifiċi u ġurnalisti, b'mod partikolari s-sentenzjar ta' Sofia Malashevich u Tikhon Kliukach, meqjusa priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa favur id-drittijiet tal-bniedem. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
102. |
Marina Sviataslavauna ZAPASNIK Marina Sviatoslavovna ZAPASNIK |
Марына Святаславаўна ЗАПАСНІК Марина Святославовна ЗАПАСНИК |
Viċi President tal-Qorti tad-Distrett ta' Leninsky f'Minsk Data tat-twelid: 28.03.1982 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala Viċi President u mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Leninsky f'Minsk, Marina Zapasnik hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b'mod partikolari is-sentenzjar tal-attivisti Vladislav Zenevich, Olga Pavlova, Olga Klaskovskaya, Viktar Barushka, Sergey Ratkevich, Aleksey Charvinskiy, Andrey Khrenkov, l-istudent Viktor Aktistov, u l-minorenni Maksim Babich. Kollha huma rikonoxxuti bħala priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa tad-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
103. |
Maxim Yurevich FILATAU Maxim Yurevich FILATOV |
Максім Юр'евіч Філатаў Максим Юрьевич ФИЛАТОВ |
Imħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Lida Data tat-twelid: Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Lida, Maksim Filatau huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b'mod partikolari s-sentenzjar tal-attivist Vitold Ashurok, li huwa rikonoxxut bħala priġunier politiku minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa favur id-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
104. |
Andrei Vaclavavich HRUSHKO Andrei Vatslavovich GRUSHKO |
Андрэй Вацлававiч ГРУШКО Андрей Вацлавович ГРУШКО |
Pożizzjoni: Viċi President tal-Qorti tad-Distrett ta’ Leninsky ta’ Brest, eks Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta’ Leninsky ta’ Brest Data tat-twelid: 24.1.1979 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta’ Leninsky ta’ Brest, Andrei Hrushko huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b’mod partikolari bis-sentenzjar ta’ attivisti, rikonoxxuti bħala priġunieri politiċi, u ta’ minorenni. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Bħalissa huwa jservi bħala d-Deputat President tal-Qorti tad-Distrett ta’ Leninsky ta’ Brest. |
21.6.2021 |
105. |
Dzmitry Iurevich HARA Dmitry Iurevich GORA |
Дзмітрый Юр'евіч ГАРА Дмитрий Юрьевич ГОРА |
President tal-Kumitat Investigattiv tal-Belarussja (maħtur fil-11 ta' Marzu 2021) Eks Viċi Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Belarussja (sal-11 ta' Marzu 2021) Data tat-twelid: 04.05.1970 Post tat-twelid: Tbilisi, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Georgia) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Prosekutur Ġenerali sa Marzu 2021, Dzmitry Hara jġorr ir-responsabbiltà għal kawżi kriminali politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, membri tal-oppożizzjoni, ġurnalisti, is-soċjetà ċivili u ċittadini regolari. Is-Sur Gora kien involut ukoll fit-tnedija ta' proċedimenti kriminali politikament motivati kontra Siarhei Tsikhanousky – attivist tal-oppożizzjoni u r-raġel tal-kandidat presidenzjali Svetlana Tsikhanouskaya. Bħala l-Kap tal-Kummissjoni Intergovernattiva maħluqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali biex jiġu investigati l-ilmenti taċ-ċittadini dwar l-abbuż ta' poter minn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, Dzmitry Hara huwa responsabbli għan-nuqqas ta' azzjoni ta' din l-istituzzjoni, peress li mhuwa magħruf ebda każ ta' tali investigazzjoni, minkejja applikazzjonijiet għall-ftuħ ta' kawżi kriminali li jilmentaw l-użu tal-vjolenza, it-trattament ħażin u t-tortura. Minn Marzu 2021, huwa l-President tal-Kumitat Investigattiv tal-Belarussja. F'din il-pożizzjoni huwa responsabbli għall-prosekuzzjoni ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u parteċipanti fi protesti paċifiċi. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika |
21.6.2021 |
106. |
Aliaksei Kanstantsinavich STUK Alexey Konstantinovich STUK |
Аляĸсей Канстанцінавіч СТУК Алеĸсей Константинович СТУК |
Viċi Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Belarussja Data tat-twelid: 1959 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Prosekutur Ġenerali, Aliaksei Stuk iġorr ir-responsabbiltà għal kawżi kriminali politikament motivati kontra l-oppożizzjoni, ġurnalisti, is-soċjetà ċivili u ċittadini regolari. Huwa responsabbli għall-issikkar tal-kontroll mill-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-attivitajiet taċ-ċittadini fil-lokalitajiet u fil-postijiet tax-xogħol u huwa responsabbli għall-applikazzjoni ta' responsabbiltajiet legali eċċessivi fuq parteċipanti fi protesti paċifiċi. Huwa qal pubblikament li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali ser jaħdem biex jidentifika assoċjazzjonijiet ''illegali'' taċ-ċittadini u jrażżan l-attivitajiet tagħhom. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
107. |
Genadz Iosifavich DYSKO Gennadi Iosifovich DYSKO |
Генадзь Іосіфавіч ДЫСКО Геннадий Иосифович ДЫСКО |
Viċi Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Belarussja, Konsulent tal-Istat għall-Ġustizzja tat-tielet klassi Data tat-twelid: 22.03.1964 Post tat-twelid: Oshmyany, reġjun ta' Hrodna, (eks Unjoni Sovjetika) illum il-Belarussja Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Prosekutur Ġenerali, Genadz Dysko jġorr ir-responsabbiltà għal kawżi kriminali politikament motivati kontra l-oppożizzjoni, ġurnalisti, is-soċjetà ċivili u ċittadini regolari. Huwa kien involut ukoll fit-tnedija ta' proċedimenti kriminali politikament motivati kontra Siarhei Tsikhanousky - attivist tal-oppożizzjoni u r-raġel tal-kandidata presidenzjali Svetlana Tsikhanouskaya. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
108. |
Sviatlana, Anatoleuna LYUBETSKAYA Svetlana Anatolevna LYUBETSKAYA |
Святлана Анатольеўна ЛЮБЕЦКАЯ Светлана Анатольевна ЛЮБЕЦКАЯ |
Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja, President tal-Kummissjoni Permanenti dwar il-Liġi Data tat-twelid: 03.06.1971 Post tat-twelid: eks Unjoni Sovjetika (illum l-Ukrajna) Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala President tal-Kummissjoni Parlamentari dwar il-Liġi, Sviatlana Lyubetskaya hija responsabbli għall-adozzjoni tal-Kodiċi ta' Ksur Amministrattiv ġdid (daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2021) li jawtorizza arresti arbitrarji u impona aktar responsabbiltà għall-parteċipazzjoni f'avvenimenti tal-massa, inkluż għat-turija ta' simboli politiċi. Permezz ta' dawn l-attivitajiet leġiżlattivi, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt ta' għaqda paċifika, u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Dawn l-attivitajiet leġiżlattivi jdgħajfu serjament ukoll id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja. |
21.6.2021 |
109. |
Aliaksei Uladzimiravich IAHORAU Alexei Vladimirovich YEGOROV |
Аляксей Уладзіміравіч ЯГОРАЎ Алексей Владимирович ЕГОРОВ |
Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja, Viċi President tal-Kummissjoni Permanenti dwar il-Liġi Data tat-twelid: 16.12.1969 Post tat-twelid: Novosokolniki, reġjun ta' Pskov, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Federazzjoni Russa) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi President tal-Kummissjoni Parlamentari dwar il-Liġi, Aliaksei Iahorau huwa responsabbli għall-adozzjoni tal-Kodiċi ta' Ksur Amministrattiv ġdid (daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2021) li jawtorizza arresti arbitrarji u impona aktar responsabbiltà għall-parteċipazzjoni f'avvenimenti tal-massa, inkluż għat-turija ta' simboli politiċi. Permezz ta' dawn l-attivitajiet leġiżlattivi, huwa responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt ta' għaqda paċifika, u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Dawn l-attivitajiet leġiżlattivi jdgħajfu serjament ukoll id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja. |
21.6.2021 |
110. |
Aliaksandr Paulavich AMELIANIUK Aleksandr Pavlovich OMELYANYUK |
Аляксандр Паўлавіч АМЕЛЬЯНЮК Александр Павлович ОМЕЛЬЯНЮК |
Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja, Viċi President tal-Kummissjoni Permanenti dwar il-Liġi Data tat-twelid: 06.03.1964 Post tat-twelid: Kobrin, Reġjun/ Oblast ta' Brest, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi President tal-Kummissjoni Parlamentari dwar il-Liġi, Aliaksandr Amelianiuk huwa responsabbli għall-adozzjoni tal-Kodiċi ta' Ksur Amministrattiv ġdid (daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2021) li jawtorizza arresti arbitrarji u impona aktar responsabbiltà għall-parteċipazzjoni f'avvenimenti tal-massa, inkluż it-turija ta' simboli politiċi. Permezz ta' dawn l-attivitajiet leġiżlattivi, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt ta' għaqda paċifika, u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Dawn l-attivitajiet leġiżlattivi jdgħajfu serjament ukoll id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja. |
21.6.2021 |
111. |
Andrei Mikalaevich MUKAVOZCHYK Andrei Nikolaevich MUKOVOZCHYK |
Андрэй Міĸалаевіч МУКАВОЗЧЫК Андрей Ниĸолаевич МУКОВОЗЧИК |
Osservatur politiku ta' "Belarus Today" ("Sovietskaia Belarus - Belarus Segodnya") Data tat-twelid: 13.06.1963 Post tat-twelid: Novosibirsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Federazzjoni Russa) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Numru tal-passaport: MP 3413113 u MP 2387911 |
Andrei Mukavozchyk huwa wieħed mill-propagandisti ewlenin tar-reġim ta’ Lukashenka li jippubblika f'“Belarus Today”, il-gazzetta uffiċjali tal-Amministrazzjoni Presidenzjali. Fl-artikli tiegħu, l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili jiġu sistematikament deskritti b'mod negattiv u derogatorju, bl-użu ta' informazzjoni falsifikata. Hu wieħed mill-għejun prinċipali tal-propaganda tal-istat, li tappoġġa u tiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili. F'Mejju 2020, Mukavozchyk ingħata l-premju tal-"Pinna tad-Deheb" minn organizzazzjoni favur il-gvern il-Union Belarussa tal-Ġurnalisti. F'Diċembru 2020, ingħata l-premju "Ittra tad-Deheb", mingħand ir-rappreżentanti tal-Ministeru għall-Informazzjoni tal-Belarussja. F'Jannar 2021, Lukashenka ffirma digriet fejn ta midalja lil Mukavozchyk "Għal merti ta' xogħol". Għaldaqstant qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah. |
21.6.2021 |
112. |
Siarhei Aliaksandravich GUSACHENKA Sergey Alexandrovich GUSACHENKO |
Сяргей Аляксандравiч ГУСАЧЭНКА Сергей Александрович ГУСАЧЕНКО |
Pożizzjoni(jiet): Viċi President tal-Kumpannija Nazzjonali tat-Televiżjoni u r-Radju tal-Istat (Belteleradio Company) Data tat-Twelid: 05.11.1983 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Tel. (uffiċċju): (+375-(17) 369-90-15 |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Viċi President ta' Belteleradio Company, (il-Kumpannija Nazzjonali tat-Televiżjoni u r-Radju tal-Istat), awtur u preżentatur tal-programm televiżiv ta' propaganda ta' kull ġimgħa “Glavnyy efir”, Siarhei Gusachenka kien u għadu intenzjonalment jipprovdi lill-pubbliku Belarussu informazzjoni falza dwar ir-riżultat tal-elezzjonijiet, il-protesti, ir-repressjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet statali u l-attivitajiet tar-reġim ta' Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. Huwa direttament responsabbli għall-mod li bih it-televiżjoni tal-istat jippreżenta l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż, u b'hekk jagħti appoġġ lill-awtoritajiet, inkluż lil Lukashenka. Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
113. |
Genadz Branislavavich DAVYDZKA Gennadi Bronislavovich DAVYDKO |
Генадзь Браніслававіч ДАВЫДЗЬКА Геннадий Брониславович ДАВЫДЬКO |
Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti, President tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Media President tal-organizzazzjoni politika Belarussa Belaya Rus Data tat-twelid: 29.09.1955 Post tat-twelid: villaġġ ta' Popovka, Senno/Sjanno, Reġjun ta' Vitebsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Passaport MP2156098 |
Bħala l-President ta' Belaya Rus, organizzazzjoni ewlenija favur Lukashenka, Genadz Davydzka huwa wieħed mill-propagandisti prinċipali tar-reġim. Fl-appoġġ tiegħu għal Lukashenka, sikwit juża lingwaġġ xewwiexi, u ħeġġeġ il-vjolenza tal-apparat tal-istat fuq dimostranti paċifiċi. Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
114. |
Volha Mikalaeuna CHAMADANAVA Olga Nikolaevna CHEMODANOVA |
Вольга Мiĸалаеўна ЧАМАДАНАВА Ольга Ниĸолаевна ЧЕМОДАНОВА |
Pożizzjoni(jiet): Eks Segretarju tal-Istampa tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Belarussja Kap tad-Direttorat Ewlieni għall-Ideoloġija u ż-Żgħażagħ tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk Data tat-Twelid: 13.10.1977 Post tat-twelid: Reġjun/Oblast ta' Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum Belarussja) Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa Grad: Kurunell Passaport: MC1405076 |
Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala l-persuna ewlenija għall-media tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Belarussja, Volha Chamadanava qdiet rwol ewlieni fl-aljenazzjoni u fit-tgħawwiġ tal-fatti rigward il-vjolenza kontra d-dimostranti, kif ukoll fit-tixrid ta' informazzjoni falza dwarhom. Hija heddet lid-dimostranti paċifiċi u ġġustifikat kontinwament il-vjolenza kontrihom. Peress li kienet tagħmel parti mill-apparat tas-sigurtà u tkellmet f'ismu, hija għaldaqstant qed tappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. Hija għadha attiva fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Kap tad-Direttorat Ewlieni għall-Ideoloġija u ż-Żgħażagħ tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk. |
21.6.2021 |
115. |
Siarhei Ivanavich SKRYBA Sergei Ivanovich SKRIBA |
Сяргей Іванавіч СКРЫБА Сергей Иванович СКРИБА |
Viċi Kanċillier tal-Università Ekonomika Statali Belarussa għall-Ħidma Edukattiva Data tat-twelid: 21.11.1964 / 1965 Post tat-twelid: Kletsk, Reġjun ta' Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Indirizz elettroniku: skriba_s@bseu.by |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kanċillier tal-Università Ekonomika Statali Belarussa (BSEU) għall-ħidma edukattiva, Siarhei Skryba hu responsabbli għas-sanzjonijiet li ttieħdu kontra studenti għas-sehem tagħhom fi protesti paċifiċi, inkluż it-tkeċċija tagħhom mill-università. Xi wħud minn dawn is-sanzjonijiet ittieħdu wara s-sejħa ta' Lukashenka fis-27 ta' Ottubru 2020 biex jitkeċċew mill-universitajiet l-istudenti li kienu qed jieħdu sehem fi protesti u strajks. Hu għaldaqstant responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
116. |
Siarhei Piatrovich, RUBNIKOVICH Sergei Petrovich RUBNIKOVICH |
Сяргей Пятровіч РУБНІКОВІЧ Сергей Петрович РУБНИКОВИЧ |
Rettur tal-Università Medika Statali Belarussa Data tat-twelid: 1974 Post tat-twelid: Sharkauschyna, Reġjun/Oblast ta' Vitebsk/ Viciebsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala r-Rettur tal-Università Medika Statali Belarussa, li l-ħatra tiegħu ġiet approvata minn Alexander Lukashenka, Siarhei Rubnikovich huwa responsabbli għad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Università li tkeċċi lil studenti talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi. L-ordnijiet ta' tkeċċija ngħataw wara s-sejħa ta' Lukashenka fis-27 ta' Ottubru 2020 biex jitkeċċew mill-universitajiet l-istudenti li kienu qed jieħdu sehem fi protesti u strajks. Hu għaldaqstant responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
117. |
Aliaksandr Henadzevich BAKHANOVICH Aleksandr Gennadevich BAKHANOVICH |
Аляĸсандр Генадзевіч БАХАНОВІЧ Алеĸсандр Геннадьевич БАХАНОВИЧ |
Rettur tal-Università Teknika Statali ta' Brest Data tat-twelid: 1972 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala r-Rettur tal-Università Teknika Statali ta' Brest, li l-ħatra tiegħu ġiet approvata minn Alexander Lukashenka, Aliaksandr Bakhanovich huwa responsabbli għad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Università li tkeċċi lil studenti talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi. L-ordnijiet ta' tkeċċija ngħataw wara s-sejħa ta' Lukashenka fis-27 ta' Ottubru 2020 biex jitkeċċew mill-universitajiet l-istudenti li kienu qed jieħdu sehem fi protesti u strajks. Bakhanovich hu għaldaqstant responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
118. |
Mikhail Ryhoravich BARAZNA Mikhail Grigorevich BOROZNA |
Міхаіл Рыгоравіч БАРАЗНА Михаил Григорьевич БОРОЗНА |
Rettur tal-Akkademja tal-Arti Statali Belarussa (BSAA) Data tat-twelid: 20.11.1962 Post tat-twelid: Rakusheva, Reġjun/ Oblast ta' Mahileu/ Mogiliev, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala r-Rettur tal-Akkademja tal-Arti Statali Belarussa (BSAA), Mikhail Barazna huwa responsabbli għad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Universita li tkeċċi lil studenti talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi. L-ordnijiet ta' tkeċċija ngħataw wara s-sejħa ta' Lukashenka fis-27 ta' Ottubru 2020 biex jitkeċċew mill-universitajiet l-istudenti li kienu qed jieħdu sehem fi protesti u strajks. Mikhail Barazna hu għaldaqstant responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
119. |
Maxim Uladzimiravich RYZHANKOU Maxim Vladimirovich RYZHENKOV |
Максім Уладзіміравіч РЫЖАНКОЎ Максим Владимирович РЫЖЕНКОВ |
L-Ewwel Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali Data tat-twelid: 19.06.1972 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, Maxim Ryzhankou huwa assoċjat mill-qrib mal-President u responsabbli milli tiġi żgurata l-implimentazzjoni tas-setgħat presidenzjali fil-qasam tal-politika domestika u barranija. Għal aktar minn 20 sena tal-karriera tiegħu fis-servizz ċivili tal-Belarussja huwa kellu għadd ta' karigi, fosthom fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u diversi ambaxxati. Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
120. |
Dzmitry Aliaksandravich LUKASHENKA Dmitry Aleksandrovich LUKASHENKO |
Дзмітрый Аляксандравіч ЛУКАШЭНКА Дмитрий Александрович ЛУКАШЕНКО |
Negozjant, president tal-Klabb Sportiv tal-President Data tat-twelid: 23.03.1980 Post tat-twelid: Mogilev/Mahiliou eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Dzmitry Lukashenka huwa iben Aliaksandr Lukashenka u negozjant. Ilu president tal-Assoċjazzjoni Statali-Pubblika l-"Klabb Sportiv Presidenzjali" mill-2005 u fl-2020 reġà ġie elett f'din il-kariga. Permezz ta' din l-entità, huwa jagħmel negozju u jikkontrolla għadd ta' intrapriżi. Kien preżenti għall-inawgurazzjoni sigrieta ta' Aliaksandr Lukashenka f'Settembru 2020. Għaldaqstant qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah. |
21.6.2021 |
121. |
Liliya Valereuna LUKASHENKA (SIAMASHKA) Liliya Valerevna LUKASHENKO (SEMASHKO) |
Лiлiя Валер'еўна ЛУКАШЭНКА (СЯМАШКА) Лилия Валерьевна ЛУКАШЕНКО (СЕМАШКО) |
Pożizzjoni(jiet): Negozjant, direttur ta' gallerija tal-arti Data tat-Twelid: 29.10.1979 Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa Identità personali: 4291079A047PB1 |
Liliya Lukashenka hija mart Viktar Lukashenka u bint tar-rispett ta' Aliaksandr Lukashenka. Hija kienet marbuta mill-qrib ma’ għadd ta’ kumpanniji ta’ profil għoli, li bbenefikaw mir-reġim ta’ Lukashenka, inkluż Dana Holdings / Dana Astra u l-impriża Belkhudozhpromysly. Hija kien preżenti, flimkien ma' żewġha Viktar Lukashenka, għall-inawgurazzjoni sigrieta ta' Aliaksandr Lukashenka f'Settembru 2020. Attwalment hija d-direttriċi tal-gallerija tal-arti “Art Chaos”. L-attivitajiet kummerċjali tagħha huma promossi mill-media affiljata mar-reġim. Għaldaqstant qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah. |
21.6.2021 |
122. |
Valeri Valerevich IVANKOVICH Valery Valerevich IVANKOVICH |
Валерый Валер'евіч ІВАНКОВІЧ Валерий Валерьевич ИВАНКОВИЧ |
Direttur Ġenerali ta' OJSC "MAZ". Data tat-twelid: 1971 Post tat-twelid: Novopolotsk, Repubblika Sovjetika Soċjalista Belarussa (illum il-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala d-Direttur Ġenerali ta' OJSC "MAZ", Valeri Ivankavich iġorr responsabbiltà għad-detenzjoni ta' ħaddiema tal-MAZ fil-bini tal-MAZ mill-forzi tas-sigurtà, u għat-tkeċċija mix-xogħol ta' impjegati tal-MAZ li kienu qed jieħdu sehem fi protesti paċifiċi kontra r-reġim. Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili. Huwa nħatar minn Lukashenka bħala membru tal-kummissjoni bil-kompitu li tabbozza emendi għall-kostituzzjoni tal-Belarussja. Għaldaqstant hu jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
123. |
Aliaksandr Yauhenavich SHATROU Alexander (Alexandr) Evgenevich SHATROV |
Аляксандр Яўгенавiч ШАТРОЎ Александр Евгеньевич ШАТРОВ |
Pożizzjoni(jiet): Negozjant, azzjonist u eks kap ta’ Synesis LLC Data tat-twelid: 9.11.1978 Post tat-twelid: qabel il-USSR (illum Russian Federation) Sess: raġel Nazzjonalità: Russa, Belarussa ID personali: 3091178A002VF5 |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala eks kap u eks azzjonist maġġoritarju ta’ Synesis LLC, Alexander Shatrov kien responsabbli għal dik id-deċiżjoni ta’ dik il-kumpanija li tipprovdi lill-awtoritajiet Belarussi pjattaforma ta’ sorveljanza, Kipod, li tista’ tfittex f’filmati u tanalizzahom, u tuża software ta’ rikonoxximent tal-wiċċ. Għaldaqstant qed jikkontribwixxi għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mill-apparat tal-istat. Synesis issostni li waqfet tipprovdi lill-awtoritajiet Belarussi bil-pjattaforma Kipod, iżda skont ir-rapporti tal-ByPOL, Kipod għadha tintuża mill-aġenziji tas-sigurtà tal-istat. Synesis hija waħda mir-residenti tal-Hi-Tech Park, maħluqa b’digriet ta’ Aliaksandr Lukashenka, u bħala tali tgawdi bosta benefiċċji, inkluż eżenzjonijiet mit-taxxa fuq l-introjtu, il-VAT, id-dazju offshore, id-dazji doganali u oħrajn. Synesis LLC u s-sussidjarja tagħha Panoptes ibbenefikaw mis-sehem tagħhom fis-Sistema ta’ Monitoraġġ tas-Sikurezza Repubblikana. Kumpaniji oħra li tagħhom Shatrov kien proprjetarju jew koproprjetarju, bħal BelBet u Synesis Sport, ukoll ibbenefikaw minn kuntratti tal-gvern. Huwa għamel stqarrijiet pubbliċi fejn ikkritika lil dawk li kienu qed jipprotestaw kontra r-reġim ta’ Lukashenka u qiegħed f’perspettiva n-nuqqas ta’ demokrazija fil-Belarussja. Għaldaqstant huwa jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u jappoġġah. Huwa għadu azzjonist ta’ Synesis LLC. |
21.6.2021 |
124. |
Siarhei Siamionavich TSIATSERYN Sergei Semionovich TETERIN |
Сяргей Сямёнавiч ЦЯЦЕРЫН Сергей Семёнович ТЕТЕРИН |
Pożizzjoni(jiet): Negozjant, sid ta'BelGlobalStart, koproprjetarju ta' VIBEL, eks President tal-Federazzjoni Belarussa tat-Tennis Data tat-Twelid: 7.1.1961 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Siarhei Tsiatseryn huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fil-Belarussja, b'interessi kummerċjali fid-distribuzzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi (permezz tal-kumpannija tiegħu “BelGlobalStart”), prodotti tal-ikel u għamara. Huwa parti miċ-ċirku ta' ġewwa ta' Lukashenka. Fl-2019, BelGlobalStart ingħatat opportunità li tibda l-bini ta' ċentru multifunzjonali ta' negozju quddiem il-palazz presidenzjali f'Minsk. Huwa koproprjetarju tal-kumpannija VIBEL li tbigħ reklami fuq għadd ta' stazzjonijiet televiżivi nazzjonali Belarussi. Huwa kien il-president tal-Federazzjoni Belarussa tat-Tennis u eks assistent ta' Lukashenka għal kwistjonijiet sportivi. |
21.6.2021 |
125. |
Mikhail Safarbekovich GUTSERIEV |
Микаил (Михаил) Сафарбекович ГУЦЕРИЕВ |
Pożizzjoni(jiet): Negozjant, azzjonist u president tal-bord eżekuttiv ta’ Slavkali, president tal-bord tad-diretturi u azzjonist ta’: JSC Mospromstroi, Industrial Financial Group Safmar JSC, LLC Proekt Grad. |
Mikhail Gutseriev huwa negozjant prominenti Russu, b’interessi kummerċjali fil-Belarussja fis-setturi tal-enerġija, tal-potassa, tal-ospitalità u oħrajn. Huwa ilu żmien twil konoxxenza ta’ Aliaksandr Lukashenka u bis-saħħa ta’ dik l-assoċjazzjoni akkumula ġid u influwenza sinifikanti fost l-elit politiku fil-Belarussja. Safmar, kumpanija li kienet ikkontrollata minn Gutseriev, kienet l-unika ditta taż-żejt Russa li kompliet tforni ż-żejt lir-raffineriji Belarussi waqt il-kriżi tal-enerġija bejn il-Belarussja u r-Russja fil-bidu tal-2020. Gutseriev appoġġa wkoll lil Lukashenka f’tilwim mar-Russja dwar il-kunsinni taż-żejt. Gutseriev kien il-president tal-bord tad-diretturi u azzjonist fil-kumpanija Slavkali, li qed tibni l-impjant ta’ Nezhinsky għat-tħaffir u l-ipproċessar tal-klorur tal-potassju bbażat fuq id-depożitu ta’ melħ potassiku ta’ Starobinsky qrib Lyuban. Huwa l-akbar investiment fil-Belarussja, b’valur ta’ USD 2 biljun. Lukashenka wiegħed li jibdel l-isem tal-belt ta’ Lyuban għal Gutserievsk biex jagħtih ġieħ. In-negozji l-oħrajn tiegħu fil-Belarussja inkludew stazzjonijiet tal-fjuwil u mħażen taż-żejt, lukanda, ċentru tan-negozju u terminal tal-ajruport f’Minsk. Lukashenka ddefenda lil Gutseriev wara li nbdiet investigazzjoni kriminali kontrih fir-Russja. Lukashenka rringrazzja wkoll lil Gutseriev għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tiegħu għall-karità u l-investimenti ta’ valur ta’ biljuni ta’ dollari fil-Belarussja. Gutseriev huwa rrappurtat li rregala lil Lukashenka rigali lussużi. Gutseriev ddikjara wkoll li huwa s-sid ta’ residenza, li de facto tappartjeni lil Lukashenka, u b’hekk għattielu meta l-ġurnalisti bdew jinvestigaw l-assi ta’ Lukashenka. Gutseriev attenda l-inawgurazzjoni sigrieta ta’ Lukashenka fit-23 ta’ Settembru 2020. F’Ottubru 2020, Lukashenka u Gutseriev it-tnejn dehru fil-ftuħ ta’ knisja ortodossa, li dan tal-aħħar sponsorja. Skont rapporti tal-media, meta l-impjegati tal-media tal-istat Belarussa li kienu qed jistrajkjaw tkeċċew f’Awwissu 2020, ħaddiema tal-media Russi twasslu lejn il-Belarussja abbord inġenji tal-ajru li jappartjenu lil Gutseriev sabiex jissostitwixxu l-ħaddiema mkeċċija, u qagħdu fil-lukanda Minsk Renaissance Hotel li tappartjeni lil Gutseriev. Gutseriev assista fl-akkwist tal-iskanners tas-CT għall-Belarussja matul il-kriżi tal-COVID-19. Għaldaqstant Mikhail Gutseriev qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah. |
21.6.2021 |
126. |
Aliaksey Ivanavich ALEKSIN Alexei Ivanovich OLEKSIN |
Аляксей Іванавіч АЛЕКСІН Алексей Иванович ОЛЕКСИН |
Negozjant, Koproprjetarju tal-Grupp Bremino, Data tat-twelid: Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Aliaksei Aleksin huwa wieħed min-negozjanti ewlenin fil-Belarussja, b'interessi ta' negozju fis-setturi taż-żejt u l-enerġija, il-proprjetà immobbli, l-iżvilupp, il-loġistika, it-tabakk, il-bejgħ bl-imnut, il-finanzi u oħrajn. Huwa jgawdi minn relazzjoni mill-qrib ma’ Aliaksandr Lukashenka u ma' ibnu u l-eks Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali Viktar Lukashenka. Huwa attiv fil-moviment tal-motoċiklisti fil-Belarussja, passatemp li jaqsam ma’ Viktar Lukashenka. Il-kumpannija tiegħu hija s-sid ta' proprjetà f'"Alexandria 2" (reġjun ta' Mogilev), magħruf bħala "residenza presidenzjali", li Aliaksandr Lukashenka jżur spiss. Huwa il-koproprjetarju ta' "Bremino Group" – l-inizjatur u koamministratur tal-proġett taż-żona ekonomika speċjali Bremino-Orsha maħluqa permezz ta' digriet presidenzjali ffirmat minn Aliaksandr Lukashenka. Il-kumpannija rċeviet appoġġ statali għall-iżvilupp taż-żona Bremino-Orsha, kif ukoll għadd ta' vantaġġi finanzjarji u tat-taxxa u benefiċċji oħra. Aleksin u sidien oħra ta' Bremino Group irċevew appoġġ minn Viktar Lukashenka. Il-kumpanniji "Inter Tobacco" u "Energo-Oil", li jappartjenu lil Aleksin u membri familjari stretti tiegħu, ingħataw privileġġi esklussivi biex jimportaw prodotti tat-tabakk lejn il-Belarussja, abbażi ta' digriet iffirmat minn Aliaksandr Lukashenka, u rċevew appoġġ mill-istat għall-ħolqien ta' kiosks Tabakierka. Huwa kien allegatament involut fit-twaqqif tal-ewwel kumpannija militari privata approvata mill-gvern fil-Belarussja "GardServis", b'rabtiet irrappurtati mal-apparat tas-sigurtà tal-Belarussja. Għaldaqstant huwa qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
127. |
Aliaksandr Mikalaevich ZAITSAU Alexander (Alexandr) Nikolaevich ZAITSEV |
Аляксандр Мiкалаевiч ЗАЙЦАЎ Александр Николаевич ЗАЙЦЕВ |
Pożizzjoni(jiet): Negozjant, koproprjetarju tal-Bremino Group u tas-Sohra Group Data tat-Twelid: 22.11.1976 Post tat-twelid: Ruzhany, ir-Reġjun/l-Oblast ta' Brest, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Aliaksandr Zaitsau huwa l-eks assistent ta' Viktar Lukashenka, iben u eks Konsulent dwar is-Sigurtà Nazzjonali għal Aliaksandr Lukashenka. Permezz ta' aċċess għall-familja Lukashenka Zaitsau jikseb kuntratti ta' valur għoli għan-negozji tiegħu. Huwa kellu u għad għandu rabtiet mill-qrib mas-Sohra Group li ngħata d-dritt li jesporta l-produzzjoni ta' intrapriżi proprjetà tal-istat (tratturi u trakkijiet) fil-pajjiżi tal-Golf u pajjiżi Afrikani. Huwa wkoll il-koproprjetarju u l-president tal-Kunsill tal-parteċipanti ta' Bremino Group. Il-kumpannija rċeviet appoġġ mill-istat għall-iżvilupp taż-żona Bremino-Orsha, kif ukoll għadd ta' vantaġġi finanzjarji u tat-taxxa u benefiċċji oħra. Zaitsau u sidien oħra ta' Bremino Group irċevew appoġġ minn Viktar Lukashenka. Għaldaqstant huwa jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u jappoġġah. |
21.6.2021 |
128. |
Ivan Branislavavich MYSLITSKI Ivan Bronislavovich MYSLITSKIY |
Іван Браніслававіч МЫСЛІЦКІ Иван Брониславович МЫСЛИЦКИЙ |
L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni Data tat-twelid: 23.10.1976 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu tal-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni b'awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni, Ivan Myslitski huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f'konformità mad-diskors li Lukashenka ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern. Fil-pożizzjoni tiegħu, iġorr responsabbiltà għall-kondizzjonijiet tad-detenzjoni fil-ħabsijiet Belarussi, inkluż il-kategorizzazzjoni tal-ħabsin skont it-tipi differenti ta' maltrattament u tortura li d-detenuti jiġu soġġetti għalihom, bħal abbuż verbali, iżolament punittiv, tiċħid ta' telefonati u żjarat, mutilazzjoni, swat u tortura brutali. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
129. |
Aleh Mikalaevich, BELIAKOU Oleg Nikolaevich BELIAKOV |
Алег Мiĸалаевiч БЕЛЯКОЎ Олег Ниĸолаевич БЕЛЯКОВ |
Pożizzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-ħidma ideoloġika u l-appoġġ tal-persunal fil- Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Belarussja, eks Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Korrezzjoni Penali tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni Data tat-twelid: Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni b’awtorità fuq il-faċilitajiet ta’ detenzjoni, Aleh Beliakou kien responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta’ ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f’dawk il-faċilitajiet ta’ detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f’konformità mad-diskors li Lukashenka ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern. Fil-pożizzjoni tiegħu, iġorr responsabbiltà għall-kondizzjonijiet tad-detenzjoni fil-ħabsijiet Belarussi, inkluż il-kategorizzazzjoni tal-ħabsin skont it-tipi differenti ta’ maltrattament u tortura li d-detenuti jiġu soġġetti għalihom, bħal abbuż verbali, iżolament punittiv, tiċħid ta’ telefonati u żjarat, mutilazzjoni, swat u tortura brutali. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala Kap tad-Dipartiment tal-ħidma ideoloġika u l-appoġġ tal-persunal fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Belarussja. |
21.6.2021 |
130. |
Uladzislau Aliakseevich MANDRYK Vladislav Alekseevich MANDRIK |
Уладзіслаў Аляксеевіч МАНДРЫК Владислав Алексеевич МАНДРИК |
Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni Data tat-twelid: 04.07.1971 Post tat-twelid: Karta tal-identità nazzjonali: 3040771A125PB2; Passaport: MP3810311. Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni b'awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni, Uladzislau Mandryk huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f'konformità mad-diskors li Lukashenka ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern. Fil-pożizzjoni tiegħu, iġorr responsabbiltà għall-kondizzjonijiet tad-detenzjoni fil-ħabsijiet Belarussi, inkluż il-kategorizzazzjoni tal-ħabsin skont it-tipi differenti ta' maltrattament u tortura li d-detenuti jiġu soġġetti għalihom, bħal abbuż verbali, iżolament punittiv, tiċħid ta' telefonati u żjarat, mutilazzjoni, swat u tortura brutali. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
131. |
Andrei Mikalaevich DAILIDA Andrei Nikolaevich DAILIDA |
Андрэй Мiкалаевiч ДАЙЛIДА Андрей Ниĸолаевич ДАЙЛИДА |
Pożizzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Appoġġ minn Wara l-Kwinti fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Belarussja, eks Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Korrezzjoni Penali tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni Data tat-twelid: 1.7.1974 Post tat-twelid: Passaport: KH2133825 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni b’awtorità fuq il-faċilitajiet ta’ detenzjoni, Andrei Dailida kien responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta’ ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f’dawk il-faċilitajiet ta’ detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f’konformità mad-diskors li Lukashenka ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern. Fil-pożizzjoni tiegħu, iġorr responsabbiltà għall-kondizzjonijiet tad-detenzjoni fil-ħabsijiet Belarussi, inkluż il-kategorizzazzjoni tal-ħabsin skont it-tipi differenti ta’ maltrattament u tortura li d-detenuti jiġu soġġetti għalihom, bħal abbuż verbali, iżolament punittiv, tiċħid ta’ telefonati u żjarat, mutilazzjoni, swat u tortura brutali. Għall-ħidma tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, f’Diċembru 2020 huwa ngħata l-Ordni Presidenzjali għas-servizz lill-Art tat-twelid u għalhekk ibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-Kap tal-Appoġġ minn Wara l-Kwinti fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni. |
21.6.2021 |
132. |
Aleh Mikalaevich LASHCHYNOUSKI Oleg Nikolaevich LASHCHINOVSKII |
Алег Мікалаевіч ЛАШЧЫНОЎСКІ Олег Николаевич ЛАЩИНОВСКИЙ |
Eks Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni Data tat-twelid: 12.05.1963 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta' Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali b'awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, Aleh Lashchynouski huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f'konformità mad-diskors li Lukashenka ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern. Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu, iġorr responsabbiltà għall-kondizzjonijiet fil-ħabsijiet Belarussi u l-miżuri ta' repressjoni meħuda hemmhekk, inkluż il-kategorizzazzjoni tal-ħabsin skont it-tipi differenti ta' maltrattament u tortura li d-detenuti jiġu soġġetti għalihom, bħal abbuż verbali, iżolament punittiv, tiċħid ta' telefonati u żjarat, mutilazzjoni, swat u tortura brutali. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
133. |
Zhana Uladzimirauna BATURYTSKAIA Zhanna Vladimirovna BATURITSKAYA |
Жана Уладзіміраўна БАТУРЫЦКАЯ Жанна Владимировна БАТУРИЦКАЯ |
Kap tad-Direttorat għall-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni Data tat-twelid: 20.04.1972 Post tat-twelid: Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tagħha ta' Kap tad-Direttorat għall-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni b'awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni, Zhana Baturitskaia hija responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f'konformità mad-diskors li Lukashenka ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern. Fil-pożizzjoni tagħha, iġġorr responsabbiltà għall-kondizzjonijiet ta' detenzjoni fil-ħabsijiet Belarussi, inkluż il-kategorizzazzjoni tal-ħabsin skont it-tipi differenti ta' maltrattament u tortura li d-detenuti jiġu soġġetti għalihom, bħal abbuż verbali, iżolament punittiv, tiċħid ta' telefonati u żjarat, mutilazzjoni, swat, tortura brutali. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
134. |
Dzmitry Mikalaevich STREBKOU Dmitry Nikolaevich STREBKOV |
Дзмітрый Мікалаевіч СТРЭБКОЎ Дмитрий Николаевич СТРЕБКОВ |
Kap tal-Ħabs Nru. 8 f'Zhodino Data tat-twelid: 19.03.1977 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tal-Ħabs Nru 8 f'Zhodino, Dzmitry Strebkou huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet atroċi fiċ-ċentru ta' detenzjoni u għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'din il-faċilità ta' detenzjoni, inkluż fiċ-ċentru ta' detenzjoni temporanju tagħha, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
135. |
Yauhen Andreevich SHAPETSKA Evgeniy Andreevich SHAPETKO |
Яўген Андрэевіч ШАПЕЦЬКА Евгений Андреевич ШАПЕТЬКО |
Kap taċ-ċentru ta' iżolament għat-trasgressuri f'Akrestina Data tat-twelid: 30.03.1989 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap taċ-Ċentru ta' Iżolament għat-Trasgressuri f'Akrestina, Yauhen Shapetska huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet atroċi fiċ-ċentru ta' iżolament u għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'din il-faċilità ta' detenzjoni, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
136. |
Ihar Ryhoravich KENIUKH Igor Grigorevich KENIUKH |
Ігар Рыгоравіч КЕНЮХ Игорь Григорьевич КЕНЮХ |
Kap taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Temporanju f'Akrestina Data tat-twelid: 21.01.1980 Post tat-twelid: Reġjun/Oblast ta' Gomel, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu tal-Kap taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Temporanju f'Akrestina, Ihar Keniukh huwa responsabbli għal kundizzjonijiet atroċi u għat-trattament inuman u degradanti, inkluż swat u tortura, fil-konfront ta' ċittadini detenuti f'din il-faċilità ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Għamel pressjoni fuq il-persunal mediku biex jitneħħew it-tobba li jissimpatizzaw mad-dimostranti. Skont ix-xhieda ta' bosta nisa inkluża fir-rapport taċ-Ċentru għall-Promozzjoni tad-Drittijiet tan-Nisa, "Id-Drittijiet Tagħha," l-aktar trattament inuman seħħ fiċ-ċentru ta' detenzjoni f'Akrestina f'Minsk, fejn il-pulizija tal-OMON kienu partikolarment kefrin u użaw it-tortura. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
137. |
Hleb Uladzimiravich DRYL Gleb Vladimirovich DRIL |
Глеб Уладзіміравіч ДРЫЛЬ Глеб Владимирович ДРИЛЬ |
Viċi Kap taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Temporanju f'Akrestina Data tat-twelid: 12.05.1980 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Temporanju, Hleb Dryl huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet atroċi u għat-trattament inuman u degradanti, inkluż swat u tortura, fil-konfront ta' ċittadini detenuti f'din il-faċilità ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Skont ix-xhieda tax-xhud, xi nisa detenuti mid-9 sat-12 ta' Awwissu 2020 ġew msawta b'mod aħrax fiċ-ċentri tad-detenzjoni. Skont ix-xhieda ta' bosta nisa inkluża fir-rapport taċ-Ċentru għall-Promozzjoni tad-Drittijiet tan-Nisa, "Id-Drittijiet Tagħha", l-aktar trattament inuman seħħ fiċ-ċentru ta' detenzjoni f'Akrestina f'Minsk, fejn il-pulizija tal-OMON kienu partikolarment kefrin u użaw it-tortura. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
138. |
Uladzimir Iosifavich LAPYR Vladimir Yosifovich LAPYR |
Уладзімір Іосіфавіч ЛАПЫР Владимир Иосифович ЛАПЫРЬ |
Viċi Kap taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Temporanju f'Akrestina Data tat-twelid: 21.08.1977 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Temporanju f'Akrestina, Uladzimir Lapyr huwa responsabbli għal kundizzjonijiet atroċi u għat-trattament inuman u degradanti, inkluż swat u tortura, fil-konfront ta' ċittadini detenuti f'din il-faċilità ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Skont ix-xhieda ta' bosta nisa inkluża fir-rapport taċ-Ċentru għall-Promozzjoni tad-Drittijiet tan-Nisa, "Id-Drittijiet Tagħha," l-aktar trattament inuman seħħ fiċ-ċentru ta' detenzjoni f'Akrestina f'Minsk, fejn il-pulizija tal-OMON kienu partikolarment kefrin u użaw it-tortura. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
139. |
Aliaksandr Uladzimiravich VASILIUK Alexander (Alexandr) Vladimirovich VASILIUK |
Аляксандр Уладзіміравіч ВАСІЛЮК Александр Владимирович ВАСИЛЮК |
Kap tat-Tim tal-Investigazzjonijiet tal-Kumitat Investigattiv Data tat-twelid: 08.05.1975 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tat-Tim tal-Investigazzjonijiet tal-Kumitat Investigattiv tal-Belarussja, Aliaksandr Vasiliuk huwa responsabbli għal persekuzzjonijiet u detenzjoni politikament motivati, b'mod partikolari tal-membri tal-Kunsill ta' Koordinazzjoni tal-oppożizzjoni, inkluż il-mexxejja tal-oppożizzjoni Belarussa Mariya Kalesnikava li hija meqjusa priġunier politiku minn organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa responsabbli wkoll għad-detenzjoni ta' diversi rappreżentanti tal-media tal-oppożizzjoni. Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
140. |
Yauhen Anatolevich ARKHIREEU Evgeniy Anatolevich ARKHIREEV |
Яўген Анатольевіч АРХІРЭЕЎ Евгений Анатольевич АРХИРЕЕВ |
Kap tad-Dipartiment Ewlieni tal-Investigazzjonijiet, Uffiċċju Ċentrali tal-Kumitat Investigattiv Data tat-twelid: 1.07.1977 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tad-Dipartiment Ewlieni tal-Investigazzjonijiet tal-Kumitat Investigattiv tal-Belarussja, Yauhen Arkhireeu huwa responsabbli għall-ftuħ ta' proċedimenti kriminali politikament motivati u l-investigazzjoni tagħhom, b'mod partikolari tal-membri tal-Kunsill ta' Koordinazzjoni tal-oppożizzjoni u dimostranti oħrajn. Dawn l-investigazzjonijiet għandhom l-għan li jintimidaw id-dimostranti, kif ukoll li jikkriminalizzaw il-parteċipazzjoni f'dimostrazzjonijiet paċifiċi. Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
141. |
Aliaksei Iharavich KAURYZHKIN Alexey Igorovich KOVRYZHKIN |
Аляĸсей Ігаравіч КАЎРЫЖКІН Алеĸсей Игоревич КОВРИЖКИН |
Kap tat-Tim tal-Investigazzjonijiet fid-Dipartiment Ewlieni tal-Investigazzjonijiet tal-Kumitat Investigattiv Data tat-twelid: 03.11.1981 Post tat-twelid: Bobruisk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tat-Tim tal-Investigazzjonijiet tal-Kumitat Investigattiv tal-Belarussja, Aliaksei Kauryzhkin huwa responsabbli għal persekuzzjonijiet u detenzjoni politikament motivati, b'mod partikolari tal-membri tat-tim tal-kampanja presidenzjali ta' Viktar Babarika u tal-membri tal-Kunsill ta' Koordinazzjoni tal-oppożizzjoni, inkluż l-avukat Maxim Znak li huwa meqjus priġunier politiku minn organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
142. |
Aliaksandr Dzmitryevich AHAFONAU Alexander (Alexandr) Dmitrievich AGAFONOV |
Аляксандр Дзмітрыевіч АГАФОНАЎ Александр Дмитриевич АГАФОНОВ |
L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni tal-Investigazzjonijiet, Kumitat Investigattiv Data tat-twelid: 13.03.1982 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu tal-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni tal-Investigazzjonijiet tal-Kumitat Investigattiv tal-Belarussja, Aliaksandr Ahafonau huwa responsabbli għall-persekuzzjonijiet u l-arresti politikament motivati tal-kandidat presidenzjali Siarhei Tsikhanousky – attivist tal-oppożizzjoni u żewġ il-kandidata presidenzjali Svetlana Tsikhanouskaya u attivisti politiċi oħrajn, inkluż Mikalai Statkevich u Dzmitry Kazlou. Siarhei Tsikhanousky, Dzmitry Kazlou u Mikalai Statkevich huma rikonoxxuti bħala priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa tad-drittijiet tal-bniedem. Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
143. |
Kanstantsin Fiodaravich BYCHAK Konstantin Fedorovich BYCHEK |
Канстанцін Фёдаравіч БЫЧАК Константин Фёдорович БЫЧЕК |
Kap tat-Taqsima tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tal-KGB Data tat-twelid: 20.09.1985 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tat-Taqsima tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tal-KGB, Kanstantin Bychak issorvelja l-investigazzjoni politikament motivata tal-kandidat presidenzjali Viktar Babarika. Il-kandidatura ta' Babarika ġiet irrifjutata mill-Kummissjoni Elettorali Ċentrali. Din id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq rapport mill-KGB u dikjarazzjonijiet televiżivi uffiċjali li fihom Bychak iddikjara li Babarika kien ħati ta' ħasil tal-flus waqt li l-investigazzjonijiet kienu għadhom għaddejjin. Fis-26 ta' Ottubru 2020, Bychak hedded lid-dimostranti paċifiċi fuq it-televiżjoni tal-gvern billi ddikjara li l-azzjonijiet tagħhom kienu ser jiġu kklassifikati bħala atti ta' terroriżmu. Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili demokratika. |
21.6.2021 |
144. |
Andrei Siarheevich BAKACH Andrei Sergeevich BAKACH |
Андрэй Сяргеевiч БАКАЧ Андрей Сергеевич БАКАЧ |
Pożizzjoni(jiet): Eks Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Pervomaysky ta' Minsk L-ewwel Viċi Kap tad-Direttorat għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta’ Grodno/Hrodna. Data tat-Twelid: 19.11.1983 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta' Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Amministrazzjoni tad-Distrett ta' Pervomaysky f'Minsk, Andrei Bakach kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-forzi tal-pulizija li jappartjenu għal dik iż-żona tal-pulizija u għall-azzjonijiet li seħħew fl-għassa tal-pulizija. Matul il-mandat tiegħu ta' Kap, id-dimostranti paċifiċi f'Minsk ġew soġġetti għal trattament kiefer, inuman u degradanti fl-għassa tal-pulizija taħt il-kontroll tiegħu. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Direttorat għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta’ Grodno/Hrodna. |
21.6.2021 |
145. |
Aliaksandr Uladzimiravich, PALULEKH Aleksandr Vladimirovich POLULEKH |
Аляксандр Уладзіміравіч ПАЛУЛЕХ Александр Владимирович ПОЛУЛЕХ |
Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk Data tat-twelid: 25.06.1979 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tad-Direttorat tal-Affarijiet Interni tal-Amministrazzjoni tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk, Aliaksandr Palulekh huwa responsabbli għar-repressjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija f'dan id-distrett kontra d-dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari bil-maltrattament, inkluż tortura, tad-dimostranti paċifiċi li ġew detenuti fl-għassa tal-pulizija taħt il-kontroll tiegħu. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
146. |
Aliaksandr Aliaksandravich ZAKHVITSEVICH Aleksandr Aleksandrovich ZAKHVITSEVICH |
Аляксандр Аляксандравіч ЗАХВІЦЭВІЧ Александр Александрович ЗАХВИЦЕВИЧ |
Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk Data tat-twelid: 01.01.1977 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk, Aliaksandr Zakhvitsevich jissorvelja l-pulizija tas-sigurtà pubblika u huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini detenuti fid-Distrett ta' Frunzenskiy wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u għar-repressjoni brutali ġenerali fil-konfront tad-dimostranti paċifiċi f'dan id-distrett. L-uffiċjali taħt is-superviżjoni ta' Zakhvitsevich użaw it-tortura fil-konfront tad-detenuti. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
147. |
Siarhei Uladzimiravich USHAKOU Sergei Vladimirovich USHAKOV |
Сяргей Уладзіміравіч УШАКОЎ Сергей Владимирович УШАКОВ |
Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk Data tat-twelid: 22.08.1980 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk, li jissorvelja l-pulizija kriminali, Siarhei Ushakou huwa responsabbli mill-azzjonijiet tas-subordinati tiegħu, speċjalment it-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini detenuti fid-Distrett ta' Frunzensky wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u għar-repressjoni brutali ġenerali fil-konfront tad-dimostranti paċifiċi. L-uffiċjali taħt is-superviżjoni diretta ta' Ushakou użaw it-tortura fil-konfront tad-detenuti. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
148. |
Siarhei Piatrovich ARTSIOMENKA Sergei Petrovich ARTEMENKO / ARTIOMENKO |
Сяргей Пятровіч АРЦЁМЕНКА Сергей Петрович АРТЁМЕНКО |
Viċi Kap tal-Pulizija tad-Distrett ta' Pervomaisky f'Minsk Data tat-twelid: 26.03.1973 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap tal-Pulizija tad-Distrett ta' Pervomaisky f'Minsk, fejn jissorvelja l-pulizija tas-sigurtà pubblika, Siarhei Artemenko huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, mis-subordinati tiegħu fil-konfront ta' ċittadini detenuti fid-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Pervomaiskiy f'Minsk li seħħ wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u għar-repressjoni brutali ġenerali fil-konfront tad-dimostranti paċifiċi. Eżempju wieħed huwa l-maltrattament ta' Maxim Haroshin, sid ħanut tal-fjuri, li ġie arrestat wara li ta fjuri lill-parteċipanti tal-Marċ tan-Nisa fit-13 ta' Ottubru 2020. Artemenko għamel pressjoni fuq iċ-ċittadini biex ma jiħdux sehem fid-dimostrazzjonijiet paċifiċi. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
149. |
Aliaksandr Mikhailavich RYDZETSKI Aleksandr Mikhailovich RIDETSKIY |
Аляксандр Міхайлавіч РЫДЗЕЦКІ Александр Михайлович РИДЕЦКИЙ |
Ex-Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali ta’ Oktyabrskiy ta’ Minsk, Kap tad-Direttorat tas-sigurtà interna tal-Kumitat tal-Eżami Forensiku tal-Istat Data tat-twelid: 14.08.1978 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Oktyabersky ta' Minsk, Aliaksandr Rydzetski kien responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, mis-subordinati tiegħu fuq ċittadini detenuti f'dak id-distrett wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
150. |
Dzmitry Iauhenevich BURDZIUK Dmitry Evgenevich BURDIUK |
Дзмітрый Яўгеньевіч БУРДЗЮК Дмитрий Евгеньевич БУРДЮК |
Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Oktyabrsky, Eks Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Partizanski ta' Minsk Data tat-twelid: 31.01.1980 Post tat-twelid: Reġjun ta' Brest, eks Unjoni Sovjetika (illum Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Identifikazzjoni personali: 3310180C009PB7 Numru tal-passaport: MP3567896 |
Fil-pożizzjoni li kellu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Partizanski ta' Minsk, Dzmitry Burdziuk kien responsabbli għas-superviżjoni tas-swat gravi u t-tortura fuq dimostranti paċifiċi u persuni fil-qrib f'dak id-distrett wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. F’Diċembru 2020 ġie maħtur Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Oktyabersky. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
151. |
Vital Vitalevich KAPILEVICH Vitaliy Vitalevich KAPILEVICH |
Віталь Вітальевіч КАПІЛЕВІЧ Виталий Витальевич КАПИЛЕВИЧ |
Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Leninsky ta' Minsk Data tat-twelid: 26.11.1988 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Leninsky ta' Minsk, Vital Kapilevich huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti fid-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Leninsky. Id-detenuti ġew miċħuda l-għajnuna medika; il-paramediċi li waslu fid-Dipartiment ġew intimidati biex ma titħalliex tingħata l-assistenza medika lid-detenuti. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili. |
21.6.2021 |
152. |
Kiryl Stanislavavich KISLOU Kirill Stanislavovich KISLOV |
Кірыл Станіслававіч КІСЛОЎ Кирилл Станиславович КИСЛОВ |
Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Zavodsky ta' Minsk Data tat-twelid: 02.01.1979 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Zavodsky ta' Minsk, Kiryl Kislou huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti fil-bini ta' din l-għassa tal-pulizija. Huwa responsabbli wkoll għar-repressjonijiet tal-massa kontra dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, ħaddiema, rappreżentanti tal-komunità akkademika u persuni fil-qrib, mis-subordinati tiegħu. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili. |
21.6.2021 |
153. |
Siarhei Aliaksandravich VAREIKA Sergey Aleksandrovich VAREIKO |
Сяргей Аляĸсандравіч ВАРЭЙКА Сергей Алеĸсандрович ВАРЕЙКО |
Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Moskovski ta' Minsk, eks Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Zavodsky ta' Minsk Data tat-twelid: 01.02.1980 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni li kellu bħala Viċi Kap tal-Pulizija Distrettwali Zavodsky Siarhei Vareika huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti fil-bini tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Zavodsky wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Huwa responsabbli wkoll għall-azzjonijiet tas-subordinati tiegħu, li ħadu sehem fir-repressjonijiet tal-massa kontra dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, ħaddiema, rappreżentanti tal-komunità akkademika u persuni fil-qrib. Fil-21 ta' Diċembru 2020 ġie maħtur Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Moskovsky ta' Minsk. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili. |
21.6.2021 |
154. |
Siarhei Feliksavich DUBAVIK Sergey Feliksovich DUBOVIK |
Сяргей Феліĸсавіч ДУБАВІК Сергей Фелиĸсович ДУБОВИК |
Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Leninsky ta' Minsk Data tat-twelid: 01.02.1974 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Leninsky, Siarhei Dubavik huwa responsabbli għal trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti fil-bini tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Leninsky wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Id-detenuti ġew miċħuda l-għajnuna medika; il-paramediċi li waslu fid-Dipartiment ġew intimidati biex ma titħalliex tingħata l-assistenza medika lid-detenuti. Huwa responsabbli wkoll għall-azzjonijiet tas-subordinati tiegħu, li ħadu sehem fir-repressjonijiet tal-massa kontra dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, ħaddiema, rappreżentanti tal-komunità akkademika u persuni fil-qrib. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
155. |
Aliaksandr Mechyslavavich ANDRYEUSKI Alexander (Alexandr) Mechislavovich ANDRIEVSKII |
Аляĸсандр Мечыслававіч АНДРЫЕЎСКІ Алеĸсандр Мечиславович АНДРИЕВСКИЙ |
Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk Data tat-twelid: 29.04.1982 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Frunzensky ta' Minsk, Aliaksandr Andryeuski huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti fil-bini tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Fruzensky wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Id-detenuti kienu għarkopptejhom b'rashom baxxuta għal sigħat sħaħ, imsawwta b'mod vjolenti, u ngħataw xokkijiet bit-taser. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
156. |
Vital Mikhailavich MAKRYTSKI Vitalii Mikhailavich MAKRITSKII |
Віталь Міхайлавіч МАКРЫЦКІ Виталий Михайлович МАКРИЦКИЙ |
Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Oktyabrsky ta' Minsk (Sas-17 ta' Diċembru 2020). Mis-17 ta' Diċembru 2020 - Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Partizanski ta' Minsk Data tat-twelid: 17.02.1975 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni li kellu ta' Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Oktyabrsky ta' Minsk, Vital Makrytski kien responsabbli għas-superviżjoni tas-swat gravi u t-tortura fuq dimostranti paċifiċi u persuni fil-qrib miżmuma fil-bini ta' dan id-dipartiment tal-pulizija, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. F'Diċembru 2020 ġie promoss għall-kariga ta' Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Partizanski ta' Minsk. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
157. |
Yauhen Aliakseevich URUBLEUSKI Evgenii Alekseevich VRUBLEVSKII |
Яўген Аляĸсеевіч УРУБЛЕЎСКІ ЕвгенийАлеĸсеевич ВРУБЛЕВСКИЙ |
Uffiċjal Anzjan tal-Pulizija taċ-Ċentru ta’ Iżolament għad-Delinkwenti f'Akrestina Data tat-twelid: 28.01.1966 Post tat-twelid: Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala uffiċjal anzjan tal-pulizija taċ-Ċentru ta’ Iżolament għad-Delinkwenti f'Akrestina. Yauhen Urubleuski huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni tad-Delinkwenti. Skont xhieda u rapporti fil-media, f'Awwissu 2020 ħa sehem personalment fis-swat brutali fuq ċivili detenuti. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. |
21.6.2021 |
158. |
Mikalai Mikalaevich KARPIANKAU Nikolai Nikolaevich KARPENKOV |
Міĸалай Міĸалаевіч КАРПЯНКОЎ Ниĸолай Ниĸолаевич КАРПЕНКОВ |
Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni, Eks Kap tad-Dipartiment Prinċipali għall-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni Data tat-twelid: 06.09.1968 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Kap tad-Dipartiment Prinċipali għall-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, Mikalai Karpiankau huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti fuq ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u għall-arrest arbitrarju u d-detenzjoni tagħhom. Għadd kbir ta' testimonjanzi u evidenza b'ritratti u vidjo juru l-grupp taħt il-kmand tiegħu isawwat u jarresta dimostranti paċifiċi, jheddidhom b'armi tan-nar. Fis-6 ta' Settembru 2020, Karpiankou ġie ffilmjat ikisser b'lembuba l-bieb tal-ħġieġ tal-kafetterija fejn dimostranti paċifiċi kienu qed jinħbew u jarrestahom b'mod brutali. Ġie ppubblikat filmat fejn sostna li d-dipartiment tiegħu kien ser juża armi tan-nar kontra d-dimostranti. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
159. |
Mikhail Viachaslavavich HRYB Mikhail Viacheslavovich GRIB |
Міхаіл Вячаслававіч ГРЫБ Михаил Вячеславович ГРИБ |
Kap tad-Dipartiment Prinċipali għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk Data tat-twelid: 29.07.1980 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Mikhail Hryb kien Kap tad-Dipartiment għall-Affarijiet Interni fil-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta' Vitebsk minn Marzu 2019 sa Ottubru 2020, wara ġie maħtur Kap tad-Dipartiment Prinċipali għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk u ġie assenjat it-titlu ta' maġġur ġeneral tal-milizzja (forzi tal-pulizija). F’din il-kapaċità, huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-forzi tal-pulizija, rispettivament fir-reġjun ta' Vitebsk sa Ottubru 2020 u f'Minsk sa minn Ottubru 2020, inkluż ir-repressjoni vjolenti ta' dimostranti paċifiċi u ksur tad-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika u tal-libertà tal-kelma, mwettqa mill-forzi tal-pulizija f'Vitebsk u Minsk, wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
160. |
Viktar Genadzevich KHRENIN Viktor Gennadievich KHRENIN |
Віктар Генадзевіч ХРЭНІН Виктор Геннадиевич ХРЕНИН |
Ministru għad-Difiża Data tat-twelid: 01.08.1971 Post tat-twelid: Navahrudak/ Novogrudek, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: Raġel Nazzjonalità: Belarussa Grad: Logutenent Ġeneral Numru tal-passaport tal-BY: KH2594621 Identifikazzjoni personali: 3010871K003PB1 |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għad-Difiża tal-Belarussja mill-20 ta’ Jannar 2020, Viktar Khrenin huwa responsabbli għad-deċiżjoni meħuda mill-Kmand tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru, fuq struzzjonijiet ta’ Lukashenka, li jibgħat inġenji tal-ajru militari biex jeskorta l-inżul ta’ emerġenza tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 fl-ajruport ta’ Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta’ Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. Huwa għamel diversi dikjarazzjonijiet pubbliċi, fejn iddikjara li kien lest juża l-armata kontra dimostranti paċifiċi f’Awwissu 2020 u xebbah l-użu mid-dimostranti tal-bandiera storika bajda ħamra u bajda mal-kollaboraturi Nazisti. Għaldaqstant hu responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja, u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
161. |
Ihar Uladzimiravich HOLUB Igor Vladimirovich GOLUB |
Ігар Уладзіміравіч ГОЛУБ Игорь Владимирович ГОЛУБ |
Kmandant tal-Forza tal-Ajru u d-Difiża tal-Ajru tal-Forzi Armati Data tat-twelid: 19.11.1967 Post tat-twelid: Chernigov, oblast ta' Chernigovskaya, eks USSR (issa l-Ukrajna) Sess: Raġel Nazzjonalità: Belarussa Grad: Maġġur Ġeneral Numru tal-passaport tal-BY: KH2187962 Identifikazzjoni personali: 3191167E003PB1 |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-Forza tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Belarussja, Ihar Holub huwa responsabbli għad-deċiżjoni meħuda mill-Kmand tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru, fuq struzzjonijiet ta’ Lukashenka, li jibgħat inġenji tal-ajru militari biex jeskorta l-inżul ta’ emerġenza tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 fl-ajruport ta’ Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta’ Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. Wara l-inċident, Ihar Holub għamel dikjarazzjonijiet għall-istampa flimkien mad-Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport tal-Belarussja Artem Sikorsky li jiġġustifikaw l-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Belarussi. Għaldaqstant hu responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja, u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
162. |
Andrei Mikalaevich GURTSEVICH Andrei Nikolaevich GURTSEVICH |
Андрэй Мікалаевіч ГУРЦЕВИЧ Андрей Николаевич ГУРЦЕВИЧ |
Kap tal-Persunal Prinċipali, l-Ewwel Viċi Kmandant tal-Forza tal-Ajru Data tat-twelid: 27.07.1971 Post tat-twelid: Baranovich, Reġjun/ Oblast ta' Brest, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: Raġel Nazzjonalità: Belarussa Grad: Maġġur Ġeneral Numru tal-passaport tal-BY: MP3849920 Identifikazzjoni personali: 3270771C016PB2 |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-Persunal Ewlieni u l-Ewwel Viċi Kmandant tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Forzi Armati, Andrei Gurtsevich huwa responsabbli għad-deċiżjoni meħuda mill-Kmand tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru, fuq struzzjonijiet ta’ Lukashenka, li jibgħat inġenji tal-ajru militari biex jeskorta l-inżul ta’ emerġenza tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 fl-ajruport ta’ Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta’ Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. Wara l-inċident, huwa għamel dikjarazzjonijiet għall-istampa li jiġġustifikaw l-azzjonijiet tal-awtoritajiet Belarussi. Għaldaqstant hu responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja, u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
163. |
Leanid Mikalaevich CHURO Leonid Nikolaevich CHURO |
Леанід Мікалаевіч ЧУРО Леонид Николаевич ЧУРО |
Direttur Ġenerali ta’ BELAERONAVIGATSIA Intrapriża tal-Istat Data tat-twelid: 08.07.1956 Post tat-twelid: Sess: Raġel Nazzjonalità: Belarussa Numru tal-passaport tal-BY: P4289481 Identifikazzjoni personali: 3080756A068PB5 |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Direttur Ġenerali tal-Intrapriża tal-Istat ta’ BELAERONAVIGATSIA, Leanid Churo huwa responsabbli għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru tal-Belarussja. Għalhekk huwa responsabbli għad-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn l-ajruport ta’ Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta’ Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
164. |
Aliaksei Mikalaevich AURAMENKA Alexey Nikolaevich AVRAMENKO |
Аляксей Мікалаевіч АЎРАМЕНКА Алексей Николаевич АВРАМЕНКО |
Il-Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet Data tat-twelid: 11.05.1977 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: Raġel Nazzjonalità: Belarussa Numru tal-passaport tal-BY: MP3102183 Identifikazzjoni personali: 3110577A020PB2 |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni tal-Belarussja, Aliaksei Auramenka huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-istat fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u s-superviżjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Għalhekk huwa responsabbli għad-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn l-ajruport ta’ Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta’ Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. Għaldaqstant huwa responsabbli għal repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
165. |
Artsiom Igaravich SIKORSKI Artem Igorevich SIKORSKIY |
Арцём Ігаравіч СІКОРСКІ Артем Игоревич СИКОРСКИЙ |
Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni Data tat-twelid: 1983 Post tat-twelid: Soligorsk, Minsk Reġjun/Oblast, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: Raġel Nazzjonalità: Belarussa Numru tal-passaport tal-BY: MP3785448 Identifikazzjoni personali: 3240483A023PB7 |
Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni tal-Belarussja, Artsiom Sikorski huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-istat fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u s-superviżjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Għalhekk huwa responsabbli għad-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn Minsk fit-23 ta’ Mejju 2021 mingħajr ġustifikazzjoni xierqa. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika tal-Belarussja. Wara l-inċident, huwa għamel dikjarazzjonijiet għall-istampa flimkien mal-Kmandant tal-Forza tal-Ajru u l-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Belarussja, Ihar Holub, li jiġġustifikaw l-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Belarussi. Għaldaqstant hu responsabbli għal repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
166. |
Aleh Siarheevich HAIDUKEVICH Oleg Sergeevich GAIDUKEVICH |
Алег Сяргеевіч ГАЙДУКЕВІЧ Олег Сергеевич ГАЙДУКЕВИЧ |
Viċi President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Internazzjonali fil-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali, membru tad-delegazzjoni tal-Assemblea Nazzjonali għall-kuntatti mal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa Data tat-twelid: 26.03.1977 Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja) Sess: Raġel Nazzjonalità: Belarussa Identifikazzjoni personali: 3260377A081PB9 Numru tal-passaport: MP2663333 |
Aleh Haidukevich huwa l-Viċi President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Internazzjonali fil-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali, membru tad-delegazzjoni tal-Assemblea Nazzjonali għall-kuntatti mal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa. Huwa għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi, fejn faħħar id-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn Minsk fit-23 ta’ Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata ttieħdet mingħajr ġustifikazzjoni xierqa u kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. Barra minn hekk, Aleh Haidukevich għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi li jissuġġerixxu li l-mexxejja tal-oppożizzjoni Belarussa jistgħu jiġu detenuti barra mill-pajjiż u jiġu ttrasportati lejn il-Belarussja “f’bagoll ta' karozza”, u b’hekk appoġġa r-repressjoni kontinwa tal-forzi tas-sigurtà fuq l-oppożizzjoni demokratika u l-ġurnalisti Belarussi. Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
167. |
Ihar Anatolevich KRUCHKOU Igor Anatolevich KRIUCHKOV |
Ігар Анатольевіч КРУЧКОЎ Игорь Анатольевич КРЮЧКОВ |
Kap tas-Servizz Separat għal Miżuri Attivi (ASAM) tal-Forzi Speċjali tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri Data tat-twelid: 13.4.1976 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa ID personali: 3130476M077PB6 |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tas-Servizz Separat għal Miżuri Attivi (ASAM) tal-Forzi Speċjali tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri, Ihar Kruchkou huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-forzi taħt il-kmand tiegħu, li huma involuti fit-trasportazzjoni fiżika tal-migranti ġewwa l-Belarussja lejn il-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Istati Membri tal-Unjoni. L-ASAM titlob lill-migranti trasportati ħlas biex jaqsmu l-fruntiera. Dawk l-azzjonijiet huma implimentati bħala parti mill-operazzjoni “Gate”. Huwa għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. |
2.12.2021 |
168. |
Anatol Piatrovich LAPO Anatoliy Petrovich LAPPO |
Анатоль Пятровіч ЛАПО/ЛАППО Анатолии Петрович ЛАППО |
Logutenent Ġeneral, President tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri tar-Repubblika tal-Belarussja (maħtur fid-29 ta’ Diċembru 2016), Delegat Kap fil-Fruntieri tal-Istat Data tat-twelid: 24.5.1963 Post tat-twelid: Kulakovka, Reġjun/Oblast ta’ Mogilev, eks USSR (issa l-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Numru tal-passaport: MP4098888 ID personali: 3240563K033PB5 |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala President tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri, Anatol Lapo huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-korpi ta’ kontroll fuq il-fruntiera taħt il-kmand tiegħu, f’liema korpi l-gwardjani tal-fruntiera ġew dokumentati li qed jidderieġu, jiggwidaw jew jisfurzaw lill-migranti jaqsmu illegalment il-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Istati Membri tal-Unjoni, u li n-nuqqas intenzjonat tagħhom li jwettqu dmirijiethom sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu dik il-fruntiera. Huwa għaldaqstant responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet mir-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. |
2.12.2021 |
169. |
Kanstantsin Henadzevich MOLASTAU Konstantin Gennadevich MOLOSTOV |
Канстанцін Генадзьевіч МОЛАСТАЎ Константин Геннадьевич МОЛОСТОВ |
Kurunell, Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Grodno (maħtur fl-1 ta’ Ottubru 2014), Unità Militari 2141, Delegat fil-Fruntieri tal-Istat Data tat-twelid: 30.5.1970 Post tat-twelid: Krasnoarmeysk, Reġjun ta’ Saratov, Federazzjoni Russa Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Numru tal-passaport: KH2479999 ID personali: 3300570K025PB3 |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Grodno, Kanstantsin Molastau huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-gwardjani tal-fruntiera taħt il-kmand tiegħu. In-nuqqas intenzjonat tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Grodno li jwettaq dmirijietu sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu l-fruntiera mal-Istati Membri tal-Unjoni. Huwa għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. |
2.12.2021 |
170. |
Pavel Mikalaevich KHARCHANKA Pavel Nikolaevich KHARCHENKO |
Павел Мікалаевіч Харчанка Павел Николаевич ХАРЧЕНКО |
Kap tat-Taqsima Distakkata tal-Fruntiera ta’ Polotsk Data tat-twelid: 29.3.1981 Post tat-twelid: Chita, eks USSR (issa l-Federazzjoni Russa) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tat-Taqsima Distakkata tal-Fruntiera ta’ Polotsk, Pavel Kharchanka huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-gwardjani tal-fruntiera taħt il-kmand tiegħu. In-nuqqas intenzjonat tat-Taqsima Distakkata tal-Fruntiera ta’ Polotsk li twettaq dmirijietha sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu l-fruntiera mal-Istati Membri tal-Unjoni. Huwa għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. |
2.12.2021 |
171. |
Ihar Mikalaevich GUTNIK Igor Nikolaevich GUTNIK |
Ігар Мікалаевіч ГУТНІК Игорь Николаевич ГУТНИК |
Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Brest, kurunell Data tat-twelid: 17.12.1974 Post tat-twelid: ir-raħal ta’ Zabolotye, Distrett ta’ Smolevichi, Reġjun/Oblast ta’ Minsk, eks USSR (issa l-Belarussja) Indirizz: 90 Heroes of Defense of the Brest Fortress St., 224018, Brest, Belarus Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Numru tal-passaport: BM1962867 |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Brest, Ihar Gutnik, li fl-2018 sar deputat fil-Kunsill Reġjonali ta’ Brest bħala wieħed mill-kandidati leali għal Lukashenka, huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-gwardjani tal-fruntiera taħt il-kmand tiegħu. In-nuqqas intenzjonat tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Brest li jwettaq dmirijietu sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu l-fruntiera mal-Istati Membri tal-Unjoni. Huwa għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. |
2.12.2021 |
172. |
Aliaksandr Barysavich DAVIDZIUK Aleksandr Borisovich DAVIDIUK |
Аляксандр Барысавіч ДАВІДЗЮК Александр Борисович ДАВИДЮК |
Kurunell, Kap tat-Taqsima Distakkata tal-Fruntiera ta’ Lida, Unità Militari 1234 (maħtur fis-27 ta’ Settembru 2016), Delegat fil-Fruntieri tal-Istat Membru tal-Kunsill tad-Deputati tad-Distrett ta’ Lida tat-28 konvokazzjoni (ħa l-kariga fit-2 ta’ Frar 2018) Data tat-twelid: 4.5.1973 Post tat-twelid: Novograd-Volynsky, reġjun ta’ Zhytomyr, eks USSR (issa l-Ukrajna) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Numru tal-passaport: KH2613034 ID personali: 3040573E050PB7 |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tat-Taqsima Distakkata tal-Fruntiera ta’ Lida, Aliaksandr Davidziuk huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-gwardjani tal-fruntiera taħt il-kmand tiegħu. In-nuqqas intenzjonat tat-Taqsima Distakkata tal-Fruntiera ta’ Lida li twettaq dmirijietha sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu l-fruntiera mal-Istati Membri tal-Unjoni. Huwa għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. |
2.12.2021 |
173. |
Maksim Viktaravich BUTRANETS Maxim Viktorovich BUTRANETS |
Максім Віктаравіч БУТРАНЕЦ Максим Викторович БУТРАНЕЦ |
Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Smorgon, Unità Militari 2044 (maħtur f’Marzu 2018), Delegat fil-Fruntieri tal-Istat Data tat-twelid: 12.12.1978 Post tat-twelid: Sverdlovsk, eks USSR (issa l-Federazzjoni Russa) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Smorgon, Maksim Butranets huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-gwardjani tal-fruntiera taħt il-kmand tiegħu. In-nuqqas intenzjonat tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Smorgon li jwettaq dmirijietu sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu l-fruntiera mal-Istati Membri tal-Unjoni. Maksim Butranets iddikjara wkoll li l-għadd ta’ migranti fil-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Litwanja baqa’ fil-livell tas-soltu, minkejja ż-żieda sostanzjali osservata min-naħa tal-Litwanja. Huwa għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. |
2.12.2021 |
174. |
Anatol Anatolyevich GLAZ Anatoliy Anatolyevich GLAZ |
Анатоль Анатольевіч ГЛАЗ Анатолий Анатольевич ГЛАЗ |
Kap tad-Dipartiment tal-Informazzjoni u tad-Diplomazija Diġitali (kelliem) tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Belarussja Data tat-twelid: 31.7.1982 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Anatol Glaz ilu Kap tad-Dipartiment tal-Informazzjoni u tad-Diplomazija Diġitali u Kelliem tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Belarussja mill-11 ta’ Ġunju 2018. F’din il-kapaċità, għamel għadd ta’ dikjarazzjonijiet pubbliċi, fejn appoġġa l-politika tar-reġim ta’ Lukashenka fl-aktar tentattivi reċenti tiegħu biex jiffaċilita l-qsim illegali tal-fruntieri esterni ta’ Stati Membri tal-Unjoni. Huwa ddefenda wkoll pubblikament l-inżul furzat tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 fl-ajruport ta’ Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta’ Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka. |
2.12.2021 |
175. |
Siarhei Aliaksandravich EPIKHAU Sergei Aleksandrovich EPIKHOV |
Сяргей Аляксандравіч ЕПІХАЎ Сергей Александрович ЕПИХОВ |
Imħallef fil-Qorti Reġjonali ta’ Minsk Data tat-twelid: 16.5.1966 Indirizz: 38 Timoshenko St., apt. 198, Minsk, Belarus; 59 L.Tolstoy St., apt. 80, Vileika, Belarus; 14 Kedyshko St., apt. 11, Minsk, Belarus Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa ID personali: 3160566B046PB4 |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef fil-Qorti Reġjonali ta’ Minsk Siarhei Epikhau huwa responsabbli għal deċiżjonijiet politikament motivati kontra mexxejja tal-oppożizzjoni u attivisti, b’mod partikolari għas-sentenzjar ta’ Maria Kolesnikova u Maksim Znak, li huma meqjusa bħala priġunieri politiċi mill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt ta’ proċess ġust. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
2.12.2021 |
176. |
Ihar Viachaslavavich LIUBAVITSKI Igor Viacheslavovich LIUBOVITSKI |
Ігар Вячаслававіч ЛЮБАВІЦКІ Игорь Вячеславович ЛЮБОВИЦКИЙ |
Imħallef fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Belarussja Data tat-twelid: 21.7.1983 Indirizz: Vogel 1K St., apt. 17, Minsk, Belarus Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa ID personali: 3210783C002PB2 |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Belarussja, Ihar Liubavitski huwa responsabbli għal deċiżjonijiet politikament motivati kontra mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u ġurnalisti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-kandidat presidenzjali tal-oppożizzjoni Viktar Babarika, li hu meqjus bħala priġunier politiku mill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
2.12.2021 |
177. |
Siarhei Siarheevich GIRGEL Sergei Sergeevich GIRGEL |
Сяргей Сяргеевіч ГІРГЕЛЬ Сергей Сергеевич ГИРГЕЛЬ |
Prosekutur Anzjan tad-Dipartiment tal-Prosekuzzjoni Pubblika tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali Data tat-twelid: 16.6.1978 Indirizz: 16 Lidskaya St., apt. 165, Minsk, Belarus Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa ID personali: 3160678H018PB5 |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Prosekutur Anzjan tad-Dipartiment tal-Prosekuzzjoni Pubblika tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali, Siarhei Girgel irrappreżenta r-reġim ta’ Lukashenka f’kawżi politikament motivati kontra mexxejja tal-oppożizzjoni u membri tas-soċjetà ċivili. B’mod partikolari huwa ħarrek lill-kandidat presidenzjali tal-oppożizzjoni Viktar Babarika, li hu rikonoxxut bħala priġunier politiku mill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem. Siarhei Girgel kontinwament talab lill-imħallef għal sentenzi ta’ ħabs fit-tul. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
2.12.2021 |
178. |
Valiantsina Genadzeuna KULIK Valentina Gennadevna KULIK |
Валянціна Генадзьеўна КУЛІК Валентина Геннадьевна КУЛИК |
Imħallef fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Belarussja Data tat-twelid: 15.1.1960 Indirizz: 54 Angarskaya St., apt. 48, Minsk, Belarus Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa ID personali: 4150160A119PB2 |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Belarussja, Valiantsina Kulik hija responsabbli għal deċiżjonijiet politikament motivati kontra attivisti u mexxejja tal-oppożizzjoni. B’mod partikolari hija ċaħdet l-ilment ta’ Viktar Babarika biex tinbeda kawża ċivili abbażi tal-ilmenti tiegħu kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tiegħu bħala kandidat presidenzjali. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
2.12.2021 |
179. |
Andrei Andreevich PRAKAPUK Andrey Andreevich PROKOPUK |
Андрэй Андрэевiч ПРАКАПУК Андрей Андреевич ПРОКОПУК |
Pożizzjoni: Direttur tal-Intrapriża Unitarja Repubblikana “Brest Center for Standardisation, Metrology and Certification” (Ċentru ta’ Brest għall-Istandardizzazzjoni, il-Metroloġija u ċ-Ċertifikazzjoni), eks Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat tar-Repubblika tal-Belarussja Kurunell tal-Pulizija Finanzjarja Data tat-twelid: 22.7.1973 Post tat-twelid: Kobrin, Brest region, Belarus Indirizz: 22 Mira St., apt. 88, Priluki, Minsk, Belarus Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa ID personali: 3220773C061PB1 |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala l-Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat tar-Repubblika tal-Belarussja, Andrei Prakapuk kien responsabbli għall-kampanji politikament motivati ta’ dak id-dipartiment kontra ġurnalisti u entitajiet tal-media indipendenti Belarussi. Huwa approva personalment deċiżjoni biex issir tfittxija tal-bini tal-entità tal-media indipendenti TUT.by u beda kawża tal-qorti kontra TUT.by u l-ġurnalisti impjegati minn TUT.by, kif ukoll imblokka l-aċċess għas-sit web ta’ TUT.by. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika kif ukoll għad-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt. Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala Direttur tal-Intrapriża Unitarja Repubblikana “Brest Center for Standardisation, Metrology and Certification” (Ċentru ta’ Brest għall-Istandardizzazzjoni, il-Metroloġija u ċ-Ċertifikazzjoni). |
2.12.2021 |
180. |
Ihar Anatolevich MARSHALAU Igor Anatolevich MARSHALOV |
Ігар Анатольевіч МАРШАЛАЎ Игорь Анатольевич МАРШАЛОВ |
Viċi President tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat, Direttur tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat Maġġur Ġeneral tal-Pulizija Finanzjarja Data tat-twelid: 12.1.1972 Post tat-twelid: Shkolv, Reġjun/Oblast ta’ Mogilev, eks USSR (issa l-Belarussja) Indirizz: 15 Shchukina St., Minsk, Belarus; 43 A Franciska St., apt. 41, Minsk, Belarus Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa ID personali: 3120172H018PB4 |
Ihar Marshalau huwa l-Viċi President tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat tal-Belarussja u d-Direttur tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat. F’dik il-pożizzjoni, huwa responsabbli għall-bidu tal-kawża politikament motivata dwar l-evażjoni tat-taxxa kontra l-entità tal-media TUT.by, allegatament ibbażata fuq l-Artikolu 243 tal-Kodiċi Kriminali tar-Repubblika tal-Belarussja, li thedded il-libertà tal-media fil-Belarussja. Huwa responsabbli wkoll għat-tfittxijiet li saru f’Mejju 2021 fl-uffiċċju ta’ TUT.by f’Minsk, fl-uffiċċji reġjonali u fid-djar ta’ diversi membri tal-persunal ta’ TUT.by. Huwa responsabbli wkoll għad-detenzjoni ta’ membri tal-Belarus Press Club f’Diċembru 2020, it-tfittxija u l-konfiska ta’ oġġetti fl-uffiċċju tad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà inkluż l-interrogazzjoni vjolenti ta’ Aleh Hrableuski u Syarhei Drazdouski f’Jannar 2021, id-detenzjoni tal-membru tal-Kunsill ta’ Koordinazzjoni Liliya Ulasavau u l-akkużi ta’ evażjoni tat-taxxa kontriha, kif ukoll it-tfittxija u d-detenzjonijiet li affettwaw lill-impjegati tal-kumpannija tas-software PandaDoc, li kienet qed tmexxi l-inizjattiva “Protect Belarus” f’Settembru 2021 Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika kif ukoll għad-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt. |
2.12.2021 |
181. |
Hanna Mikhailauna SAKALOUSKAYA Anna Mikhaylovna SOKOLOVSKAYA |
Ганна Міхайлаўна САКАЛОЎСКАЯ Анна Михайловна СОКОЛОВСКАЯ |
Imħallef tal-Collegium Ġudizzjarju għal Każijiet Ċivili fil-Qorti Suprema Data tat-twelid: 18.9.1955 Indirizz: 22 Surhanava St., apt. 1, Minsk, Belarus Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa ID personali: 4180955A015P80 |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Belarussja, Hanna Sakalouskaya hija responsabbli għad-deċiżjoni politikament motivata biex tiġi likwidata il-Belarus PEN Center – organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili Belarussa. Hija responsabbli wkoll għal deċiżjoni politikament motivata li wasslet għal-likwidazzjoni tal-Kumitat Helsinki tal-Belarussja (BHC), peress li fit-2 ta’ Settembru 2021 ċaħdet l-ilment mill-BHC dwar it-twissija mmirata lejn il-BHC mill-Ministeru għall-Ġustizzja Belarussu. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
2.12.2021 |
182. |
Marat Siarheevich MARKAU Marat Sergeevich MARKOV |
Марат Сяргеевіч МАРКАЎ Марат Сергеевич МАРКОВ |
President tal-Bord tat-Tmexxija tal-istazzjon televiżiv ikkontrollat mill-Istat ONT, preżentatur tal-programm “Markov: Nothing Personal” Data tat-twelid: 1.5.1969 Post tat-twelid: Luninets, eks USSR (issa l-Belarussja) Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Marat Markau huwa l-President tal-Bord tat-Tmexxija tal-istazzjon televiżiv ikkontrollat mill-Istat ONT u l-preżentatur tal-programm “Markov: Nothing Personal”. F’din il-pożizzjoni huwa qed jagħti volontarjament informazzjoni falza lill-pubbliku Belarussu dwar l-eżitu tal-elezzjonijiet, il-protesti u r-repressjoni pperpetwata mill-awtoritajiet tal-Istat, u ċ-ċirkostanzi tal-inżul furzat tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 fl-ajruport ta’ Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta’ Mejju 2021. Huwa direttament responsabbli għall-mod li bih l-istazzjon ONT jippreżenta l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż, u b’hekk jagħti appoġġ lill-awtoritajiet, inkluż lil Lukashenka. Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka. Markov għamel l-ewwel intervista furzata ma’ Raman Pratasevich, wara li Pratasevich ġie detenut u skont rapporti numerużi ttorturat mill-awtoritajiet Belarussi. Markov ukoll hedded u intimida ħaddiema tal-ONT li kienu qed jisstrajkjaw wara l-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti tal-2020 u r-repressjoni mill-awtoritajiet. Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika |
2.12.2021 |
183. |
Dzmitry Siarheevich KARSIUK Dmitriy Sergeevich KARSIUK |
Дзмітрый Сяргеевіч КАРСЮК Дмитрий Сергеевич КАРСЮК |
Imħallef fil-Qorti tad-Distrett Ċentrali tal-Belt ta’ Minsk Data tat-twelid: 7.7.1995 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef fil-Qorti tad-Distrett Ċentrali tal-Belt ta’ Minsk, Dzmitriy Karsiuk huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra dimostranti, b’mod partikolari għall-kundanna ta’ Yahor Viarshynin, Pavel Lukoyanov, Artsiom Sakovich u Mikalai Shemetau, meqjusa priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem Belarussa. Huwa ta kundanni ta’ kolonja penali, ħabs u detenzjoni domiċiljari lil nies talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi, minħabba posts fuq il-media soċjali, l-użu tal-bandiera bajda, ħamra u bajda tal-Belarussja u eżerċizzji oħra ta’ libertajiet ċivili. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
2.12.2021 |
184. |
Ihar Vasilievich KARPENKA Igor Vasilievich KARPENKO |
Iгар Васiльевiч КАРПЕНКА Игорь Васильевич КАРПЕНКО |
Pożizzjoni(jiet): President tal-Kummissjoni Ċentrali tar-Repubblika tal-Belarussja dwar l-Elezzjonijiet u t-Twettiq ta' Referenda Repubblikani Data tat-twelid: 28.4.1964 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala President tal-Kummissjoni Ċentrali tar-Repubblika tal-Belarussja dwar l-Elezzjonijiet u t-Twettiq ta' Referenda Repubblikani mit-13 ta' Diċembru 2021, Ilhar Karpenka huwa responsabbli għall-organizzazzjoni u t-twettiq tar-referendum kostituzzjonali tas-27 ta' Frar 2022, li ma jissodisfax l-istandards internazzjonali tal-istat ta' dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem u ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni ta' Venezja. B'mod partikolari, il-proċess ta' abbozzar ma kienx trasparenti u ma nvolviex lis-soċjetà ċivili jew lill-oppożizzjoni demokratika fl-eżilju. Għaldaqstant huwa responsabbli li dgħajjef serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja. |
3.6.2022 |
185. |
Dzmitry Aliaksevich ALEKSIN Dmitry Alexeevich OLEKSIN |
Дзмiтрый Аляксеевiч АЛЕКСIН Дмитрий Алексеевич ОЛЕКСИН |
Pożizzjoni(jiet): Iben Aliaksei Aleksin, azzjonist ta' Belneftgaz, Energo-Oil u Grantlo (li qabel kienet Energo-Oil-Invest) Data tat-twelid: 25.4.1987 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Dzmitry Aleksin huwa iben Aliaksei Aleksin, negozjant prominenti Belarussu. Fl-2021 sar koproprjetarju ta' kumpanniji proprjetà ta' missieru jew assoċjati ma' missieru, fosthom Energo-Oil, Bleneftgaz u Grantlo (li qabel kienet Energo-Oil-Invest). Dawk il-kumpanniji ngħataw trattament preferenzjali abbażi ta' digrieti presidenzjali ffirmati minn Aliaksandr Lukashenka: Inter Tobacco ingħatat privileġġi esklussivi biex timporta prodotti tat-tabakk fil-Belarussja, filwaqt li Belneftgaz inħatret operatur nazzjonali ta' monitoraġġ tat-tranżitu. Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka. |
3.6.2022 |
186. |
Vital Aliakseevich ALEKSIN Vitaliy Alexeevich OLEKSIN |
Вiталь Аляксеевiч АЛЯКСIН Виталий Алексеевич ОЛЕКСИН |
Pożizzjoni(jiet): Iben Aliaksei Aleksin, azzjonist ta' Belneftgaz, Energo-Oil u Grantlo (li qabel kienet Energo-Oil-Invest) Data tat-twelid: 29.8.1997 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Vital Aleksin huwa iben Aliaksei Aleksin, negozjant prominenti Belarussu. Fl-2021 sar koproprjetarju ta' kumpanniji proprjetà ta' missieru, jew assoċjati ma' missieru, fosthom Energo-Oil, Bleneftgaz, u Grantlo (li qabel kienet Energo-Oil-Invest). Dawk il-kumpanniji ngħataw trattament preferenzjali abbażi ta' digrieti presidenzjali ffirmati minn Aliaksandr Lukashenka: Inter Tobacco ingħatat privileġġi esklussivi biex timporta prodotti tat-tabakk fil-Belarussja, filwaqt li Belneftgaz inħatret l-operatur nazzjonali ta' monitoraġġ tat-tranżitu. Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka. |
3.6.2022 |
187. |
Bogoljub KARIĆ |
Богољуб КАРИЋ Боголюб КАРИЧ |
Pożizzjoni(jiet): Negozjant u politiku Serb, assoċjat mal-kumpannija Dana Holdings Data tat-twelid: 17.1.1954 Post tat-twelid: Peja/Pec, il-Kosovo) Sess: raġel Nazzjonalità: Serb Numru tal-passaport: 012830978 (validu sa 27.12.2026) |
Bogoljub Karić huwa negozjant u politiku Serb. Flimkien mal-membri tal-familja tiegħu, żviluppa network ta' kumpanniji tal-proprjetà immobbli fil-Belarussja u kkultiva network ta' kuntatti mal-familja ta' Aliaksandr Lukashenka. B'mod partikolari, huwa kien assoċjat mill-qrib ma' Dana Holdings u s-sussidjarja preċedenti tagħha Dana Astra, u huwa allegatament irrappreżenta lil dawk l-entitajiet waqt laqgħat ma' Lukashenka. Il-proġett Minsk World, li ġie żviluppat minn kumpannija assoċjata ma' Karić, ġie deskritt minn Lukashenka bħala “eżempju ta' kooperazzjoni tad-dinja Slavonika”. Bis-saħħa ta' dawk ir-relazzjonijiet mill-qrib ma' Lukashenka u ma' dawk ta' madwaru, il-kumpanniji assoċjati ma’ Karić irċevew trattament preferenzjali mir-reġim ta' Lukashenka, inkluż ħelsien mit-taxxa u biċċiet ta' art għall-iżvilupp ta’ proprjetà immobbli. Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed jappoġġah. |
3.6.2022 |
188. |
Andrii SICH Andrey SYCH |
Андрiй СИЧ Андрей СЫЧ |
Pożizzjoni(jiet): Kopreżentatur tal-programm “Platform” fuq l-istazzjon televiżiv tal-istat “Belarus 1” Membru tal-organizzazzjoni “Rusj molodaja” Data tat-twelid: 20.9.1990 Post tat-twelid: Belarussja Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Andrii Sich huwa kopreżentatur tal-programm “Platform” fuq l-istazzjoni televiżiv tal-istat “Belarus 1”. F'dik il-pożizzjoni huwa appoġġa n-narrattiva tar-reġim li timmira li tiskredita l-media indipendenti, iddgħajjef id-demokrazija u tiġġustifika r-repressjoni. Huwa appoġġa n-narrattiva tar-reġim ta' Lukashenka dwar l-intenzjonijiet tal-istati tal-Punent li jorganizzaw kolp ta' stat fil-Belarussja u, appella għal kastigi ħorox għal dawk allegatament involuti, appoġġa kampanji ta' diżinformazzjoni dwar it-trattament ħażin tal-migranti li jaslu fl-Unjoni mill-Belarussja u ppromwova l-impressjoni li l-media indipendenti kienet aġent tal-influwenza barranija li l-attivitajiet tagħha għandhom jitrażżnu. Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka. |
3.6.2022 |
189. |
Dzianis Aliaksandravich MIKUSHEU Denis Alexandrovich MIKUSHEV |
Дзянiс Аляксандравiч МIКУШЭЎ Денис Александрович МИКУШЕВ |
Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment għas-Superviżjoni tal-Konformità mal-Liġi tad-Deċiżjonijiet tal-Qorti f'Kawżi Kriminali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur fir-Reġjun/Oblast ta' Gomel; konsulent legali anzjan Data tat-twelid: 21.3.1980 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Dzianis Mikusheu huwa l-Kap tad-Dipartiment għas-Superviżjoni tal-Konformità mal-Liġi tad-Deċiżjonijiet tal-Qorti f'Kawżi Kriminali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur fir-Reġjun/Oblast ta' Gomel u konsulent legali anzjan. F'dik il-pożizzjoni, huwa responsabbli għall-bidu tal-prosekuzzjonijiet ta' Siarhei Tsikhanouski, Artsiom Sakau, Dzmitry Papou, lhar Losik, Uladzimir Tsyhanovich u Mikalai Statkevich. Huwa kkontribwixxa għad-detenzjoni arbitrarja ta' Siarhei Tsikhanouski, kif ippreżentat fir-rapport mill-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-Detenzjoni Arbitrarja. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
3.6.2022 |
190. |
Mikalai Ivanavich DOLIA Nikolai Ivanovich DOLYA |
Мiĸалай Iванавiч ДОЛЯ Ниĸолай Иванович ДОЛЯ |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef fil-Qorti Reġjonali ta' Gomel Data tat-twelid: 3.7.1979 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa ID personali: 3070379H041PBI |
Mikalai Dolia huwa mħallef fil-Qorti Reġjonali ta' Gomel. F'dik il-pożizzjoni huwa responsabbli tas-sentenzi ta' pieni ta' priġunerija sproporzjonalment twal lil Siarhei Tsikhanouski, Artsiom Sakau, Dzmitry Papou, lhar Losik, Uladzimir Tsyhanovich u Mikalai Statkevich. Huwa kkontribwixxa għad-detenzjoni arbitrarja ta' Siarhei Tsikhanouski, kif ippreżentat fir-rapport mill-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-Detenzjoni Arbitrarja. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
3.6.2022 |
191. |
Andrei Yauhenavich PARSHYN Andrei Yevgenevich PARSHIN |
Андрэй Яўгенавiч ПАРШЫН Андрей Евгеньевич ПАРШИН |
Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment Ewlieni għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni fil-Belorussja (GUBOPiK) Data tat-twelid: 19.2.1974 Indirizz: 4A Skryganova St., Apt. 211, Minsk, Belarus Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Andrei Parshyn huwa l-Kap tad-Dipartiment Ewlieni għall-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni (GUBOPiK) fil-Ministeru għall-Intern mill-2021 'l hawn. GUBOPiK huwa wieħed mill-korpi ewlenin responsabbli għall-persekuzzjoni politika fil-Belarussja, inkluż l-arresti arbitrarji u illegali u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' attivisti u membri tas-soċjetà ċivili. Fuq il-profil tiegħu fuq Telegram, GUBOPiK ippubblika filmati ta' konfessjonijiet furzati minn attivisti Belarussi u ċittadini ordinarji, filwaqt li esponihom għall-pubbliku ġenerali Belarussu u użahom bħala għodda għal pressjoni politika. GUBOPiK żamm bħala detenut ukoll lil Mark Bernstein, wieħed mill-edituri ewlenin ta' Wikipedia bil-lingwa Russa, talli ppubblika informazzjoni dwar l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, meqjusa bħala “aħbar falza” kontra r-Russja. Għalhekk Andrei Parshyn huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja. |
3.6.2022 |
192. |
Ihar Piatrovich TUR Igor Petrovich TUR |
Iгар Пятровiч ТУР Игорь петрович ТУР |
Pożizzjoni(jiet): Impjegat tal-istazzjon televiżiv statali “ONT”, awtur u preżentatur prinċipali ta' diversi programmi (“Propaganda”, “To be completed”) Data tat-twelid: 26.3.1989 Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, Belarussja Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Ihar Tur huwa impjegat tal-istazzjon televiżiv statali “ONT” u wieħed mill-propagandisti ewlenin tar-reġim ta' Lukashenka. Huwa l-preżentatur tal-programm “Propaganda”, li fih jappella għall-vjolenza, jiskredita lill-attivisti tal-oppożizzjoni u jippromwovi filmati b'konfessjonijiet furzati minn priġunieri politiċi. Huwa l-awtur ta' għadd ta' rapporti foloz dwar protesti mill-oppożizzjoni Belarussa, u ta’ diżinformazzjoni rigward avvenimenti fl-Unjoni u dwar attakki fuq is-soċjetà ċivili. Huwa responsabbli wkoll mit-tixrid tad-diżinformazzjoni u messaġġi online li jinċitaw il-vjolenza. Ingħata midalja minn Aliaksandr Lukashenka għall-ħidma tiegħu fil-media. Għaldaqstant qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed jappoġġah. |
3.6.2022 |
193. |
Lyudmila Leanidauna HLADKAYA Lyudmila Leonidovna GLADKAYA |
Людмiла Леанiдаўна ГЛАДКАЯ Людмила Леонидовна ГЛАДКАЯ |
Pożizzjoni(jiet): Korrispondent speċjali tal-gazzetta “SB Belarus Segodnya”, preżentatriċi fuq l-istazzjon televiżiv statali “Belarus 1” Data tat-twelid: 30.6.1983 Indirizz: 8A VodolazhskySt., apt. 45, Minsk, Belarus Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa |
Lyudmila Hladkaya hija waħda mill-aktar propagandisti prominenti tar-reġim ta' Lukashenka. Hija impjegata tal-gazzetta “SB Belarus Segodnya” u assoċjata ma' media oħra favur ir-reġim, inkluż l-istazzjon televiżiv statali “Belarus 1”. Hija spiss tuża diskors ta' mibegħda u lingwaġġ derogatorju waqt li tkun qed titkellem dwar l-oppożizzjoni demokratika. Hija wettqet ukoll bosta “intervisti” ma' ċittadini Belarussi detenuti inġustament, spiss studenti, li juruhom f'sitwazzjonijiet umiljanti u li jirridikolawhom. Hija ppromwoviet ir-repressjoni tal-apparat tas-sigurtà Belarussu u ħadet sehem f'kampanji ta' diżinformazzjoni u ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni. Hija qed tesprimi pubblikament appoġġ għal Aliaksandr Lukashenka u tesprimi kburija fil-qadi tar-reġim tiegħu. Hija ġiet imfaħħra pubblikament u ppremjata minn Lukashenka għal xogħolha. Għaldaqstant hija qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah. |
3.6.2022 |
194. |
Ryhor Yur'yevich AZARONAK Grigoriy Yurevich AZARYONOK |
Рыгор Юр'евiч АЗАРОНАК Григорий Юрьевич АЗАРЁНОК |
Pożizzjoni(jiet): Impjegat tal-istazzjon televiżiv statali “CTV”, awtur u preżentatur ta' diversi programmi (“Secret Springs of Politics”, “Order of Judas”, “Panopticon”) Grad: Logutenent kurunell (riżerva) Data tat-twelid: 18.10.1995 Post tat-twelid: Minsk, Belarussja Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Ryhor Azaronak huwa wieħed mill-propagandisti ewlenin tar-reġim ta' Lukashenka. Huwa artikolista politiku, awtur u l-preżentatur ta' programmi ta' propaganda ta' kull ġimgħa fuq l-istazzjon televiżiv statali “CTV”. Fix-xandiriet tiegħu huwa approva l-vjolenza kontra dawk li ma jaqblux mar-reġim ta' Lukashenka, u sistematikament uża lingwaġġ derogatorju dwar attivisti, ġurnalisti u avversarji oħra tar-reġim ta' Lukashenka. Huwa rċieva premju bil-midalja “Għall-Kuraġġ” mingħand Aliaksandr Lukashenka. Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed jappoġġah. |
3.6.2022 |
195. |
Ivan Ivanavich GALAVATYI Ivan Ivanovich GOLOVATY |
Iван Iванавiч ГАЛАВАТЫ Иван Иванович ГОЛОВАТЫЙ |
Pożizzjoni(jiet): Direttur Ġenerali tal-kumpanija limitata b’ishma miftuħa “Belaruskali”, President tal-bord superviżorju ta’ JSC Belarussian Potash Company. Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà Nazzjonali Data tat-twelid: 15.6.1976 Post tat-twelid: Pogost Settlement, Soligorsk District, Minsk Province, Belarus Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa |
Ivan Galavatyi huwa d-Direttur Ġenerali tal-intrapriża statali Belaruskali, li hija sors ewlieni ta’ dħul u munita barranija għar-reġim ta’ Lukashenka. Huwa membru tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali u għandu diversi pożizzjonijiet għolja oħra fil-Belarussja. Barra minn hekk, huwa l-President tal-bord superviżorju ta’ JSC Belarussian Potash Company. Huwa rċieva diversi premjijiet statali, inkluż direttament mingħand Aliaksandr Lukashenka, matul il-karriera tiegħu. Huwa kien assoċjat mill-qrib ma’ Lukashenka u membri tal-familja tiegħu. Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah. L-impjegati tal-Belaruskali li ħadu sehem fi strajks u protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti ta’ Awwissu 2020 fil-Belarussja, ġew imċaħħda minn premiums u sfaw imkeċċija. Lukashenka nnifsu hedded personalment li jissostitwixxi lil dawk li strajkaw b’minaturi mill-Ukrajna. Għaldaqstant, Ivan Galavatyi huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili. |
3.6.2022 |
Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 4(1)
|
Ismijiet Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa |
Ismijiet (ortografija Belarussa) (ortografija Russa) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
Data tal-elenkar |
1. |
Beltechexport |
Beltechexport |
Indirizz: Nezavisimosti Ave. 86-B, Minsk, Belarus Sit web: https://bte.by/ Indirizz elettroniku: mail@bte.by |
Beltechexport hija entità privata li tesporta armi u tagħmir militari prodotti minn kumpanniji tal-istat tal-Belarussja lejn pajjiżi fl-Afrika, l-Amerka t’Isfel, l-Asja u l-Lvant Nofsani. Beltechexport hija assoċjata mill-qrib mal-Ministeru tad-Difiża tal-Belarussja. Beltechexport għalhekk qed tibbenefika mill-assoċjazzjoni tagħha mar-reġim ta’ Lukashenka u tappoġġah, billi ġġib benefiċċji għall-amministrazzjoni presidenzjali. |
17.12.2020 |
2. |
Dana Holdings |
ТАА “Дана Холдынгз” ООО “Дана Холдингз” |
Indirizz: Peter Mstislavets St 9, pom. 3 (office 4), 220076 Minsk, Belarus Numru tar-reġistrazzjoni: 690611860 Siti web: https://bir.by/; https://en.dana-holdings.com; https://dana-holdings.com/ Indirizz elettroniku: info@bir.by Tel.: +375 (29) 636-23-91 |
Dana Holdings hija waħda mill-iżviluppaturi u l-kostrutturi ewlenin tal-proprjetà immobbli fil-Belarussja. Il-kumpannija u s-sussidjarji tagħha rċevew drittijiet ta’ żvilupp għal irqajja’ ta’ art u żviluppaw diversi kumplessi residenzjali kbar u ċentri kummerċjali. Huwa rrappurtat li l-individwi li jirrappreżentaw lil Dana Holdings iżommu relazzjonijiet mill-qrib mal-President Lukashenka. Liliya Lukashenka, bint tar-rispett tal-President, kellha kariga għolja f’Dana Astra. Dana Holdings għadha attiva ekonomikament fil-Belarussja. Għaldaqstant Dana Holdings qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah. |
17.12.2020 |
3. |
Dana Astra |
ЗТАА “Дана Астра” ИООО “Дана Астра” |
Indirizz: Peter Mstislavets St, 9, pom. 9-13, 220076 Minsk, Belarus Numru tar-reġistrazzjoni: 191295361 Siti web: https://bir.by/; https://en.dana-holdings.com; https://dana-holdings.com/ Indirizz elettroniku: PR@bir.by Tel.: +375 (17) 269-32-60; +375 17 269-32-51 |
Dana Astra, preċedentement sussidjarja ta’ Dana Holdings, hija waħda mill-iżviluppaturi u l-kostrutturi ewlenin tal-proprjetà immobbli fil-Belarussja. Il-kumpannija rċeviet drittijiet ta’ żvilupp għal irqajja' ta’ art u qed tiżviluppa ċ-ċentru multifunzjonali Minsk World, li huwa rreklamat mill-kumpannija bħala l-akbar investiment tat-tip tiegħu fl-Ewropa. Huwa rrappurtat li l-individwi li jirrappreżentaw lil Dana Astra jżommu relazzjonijiet mill-qrib mal-President Lukashenka. Liliya Lukashenka, bint tar-rispett tal-President, kellha kariga għolja fil-kumpannija. Għaldaqstant Dana Astra qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah. |
17.12.2020 |
4. |
GHU - Id-Dipartiment Ekonomiku Ewlieni tal-Amministrazzjoni Presidenzjali |
Главное хозяйственное управление |
Indirizz: Miasnikova Str. 37, Minsk, Belarus Sit web: http://ghu.by Indirizz elettroniku: ghu@ghu.by |
Id-Dipartiment Ekonomiku Prinċipali (GHU) tal-Amministrazzjoni Presidenzjali huwa l-akbar operatur fis-suq tal-proprjetà immobbli mhux residenzjali fil-Belarussja u superviżur ta’ bosta kumpanniji. Victor Sheiman, li bħala l-eks kap tal-Belarus President Property Management Directorate kien jeżerċita kontroll dirett fuq il-GHU, intalab mill-President Aliaksandr Lukashenka biex jissorvelja s-sikurezza tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020. Il-GHU għalhekk qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah. |
17.12.2020 |
5. |
SYNESIS LLC |
ООО “Синезис” |
Indirizz: 220005, Minsk, Platonova 20B Belarus; Mantulinskaya 24, Moscow 123100, Russia. Numru tar-reġistrazzjoni (УНН/ИНН): 190950894 (Belarussja); 7704734000/ 770301001 (Russja). Sit web: https://synesis.partners; https://synesis-group.com/ Tel. +375 (17) 240-36-50 Indirizz elettroniku: |
Synesis LLC ipprovdiet lill-awtoritajiet tal-Belarussja bi pjattaforma ta’ sorveljanza Kipod, li tista’ tfittex u tanalizza filmati u tuża software ta’ rikonoxximent tal-wiċċ, li jagħmel lill-kumpanija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mill-apparat tal-istat fil-Belarussja. Il-Kumitat għas-Sigurtà tal-Istat tal-Belarussja (KGB) u l-Ministeru għall-Affarijiet Interni ġew elenkati bħala utenti ta’ sistema maħluqa minn Synesis. Il-kumpanija għalhekk qed tibbenefika mill-assoċjazzjoni tagħha mar-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah. Synesis issostni li waqfet tipprovdi lill-awtoritajiet Belarussi bil-pjattaforma Kipod, iżda skont ir-rapporti tal-ByPOL, Kipod għadha tintuża mill-aġenziji tat-titoli tal-Istat. Synesis hija waħda mir-residenti tal-Hi-Tech Park, maħluqa b’digriet ta’ Aliaksandr Lukashenka, u bħala tali tgawdi bosta benefiċċji, inkluż eżenzjonijiet mit-taxxa fuq l-introjtu, il-VAT, id-dazju offshore, id-dazji doganali u oħrajn. |
17.12.2020 |
6. |
AGAT electromechanical Plant OJSC |
Агат-электромеханический завод |
Indirizz: Nezavisimosti Ave., 115, 220114 Minsk, Belarus Sit web: https://agat-emz.by/ Indirizz elettroniku: marketing@agat-emz.by Sit web: https://agat-emz.by/ Tel.: +375 (17) 272-01-32; +375 (17) 570-41-45 |
L-AGAT electromechanical Plant OJSC hija parti mill-Awtorità tal-Istat tal-Belarussja għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja (magħrufa wkoll bħala SAMI jew Kumitat Industrijali Militari tal-Istat), li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika militari-teknika tal-Istat u subordinata għall-Kunsill tal-Ministri u l-President tal-Belarussja. AGAT electromechanical Plant OJSC għalhekk qed tibbenefika mill-assoċjazzjoni tagħha mar-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah. Il-kumpannija timmanifattura “Rubezh” – sistema ta’ ostakli mfassla għall-kontroll tal-irvellijiet, li ntużat kontra dimostrazzjonijiet paċifiċi li seħħew wara l-elezzjonijiet presidenzjali li saru fid-9 ta’ Awwissu 2020, u għalhekk il-kumpannija hi responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
17.12.2020 |
7. |
140 Repair Plant |
140 ремонтный завод |
Sit elettroniku: 140zavod.org |
Il-140 Repair Plant hija parti mill-Awtorità tal-Istat tal-Belarussja għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja (magħrufa wkoll bħala SAMI jew Kumitat Industrijali Militari tal-Istat), li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika militari-teknika tal-Istat u subordinata għall-Kunsill tal-Ministri u l-President tal-Belarussja. l-140 Repair Plant għalhekk qed tibbenefika mill-assoċjazzjoni tagħha mar-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah. Il-kumpannija timmanifattura vetturi tat-trasport u vetturi armati, li ntużaw kontra dimostrazzjonijiet paċifiċi li seħħew wara l-elezzjonijiet presidenzjali li saru fid-9 ta’ Awwissu 2020, u b’hekk il-kumpannija hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
17.12.2020 |
8. |
MZKT (magħrufa wkoll bħala VOLAT) |
МЗКТ - Минский завод колёсных тягачей |
Sit web: www.mzkt.by |
L-MZKT (magħrufa wkoll bħala l-VOLAT) hija parti mill-Awtorità tal-Istat tal-Belarussja għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja (magħrufa wkoll bħala SAMI jew Kumitat Industrijali Militari tal-Istat), li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika militari-teknika tal-Istat u subordinata għall-Kunsill tal-Ministri u l-President tal-Belarussja. L-MZKT (magħrufa wkoll bħala l-VOLAT) għalhekk qed tibbenefika mill-assoċjazzjoni tagħha mar-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah. Ħaddiema tal-MZKT li pprotestaw matul iż-żjara ta’ Alaksandr Lukashenka fil-fabbrika u bdew strajk wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja tkeċċew, u dan jagħmel il-kumpannija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem. |
17.12.2020 |
9. |
Sohra Group / Sohra LLC |
ООО Сохра |
Indirizz: Revolucyonnaya 17/19, office no. 22, 220030 Minsk, Belarus Numru tar-reġistrazzjoni: 192363182 Sit web: http://sohra.by/ Indirizz elettroniku: info@sohra.by |
Il-kumpannija Sohra kienet tappartjeni lil Aliaksandr Zaitsau, wieħed mill-aktar negozjanti influwenti fil-Belarussja, persuna b'rabta mill-qrib mal-klassi politika Belarussa u assistent mill-qrib tat-tifel il-kbir ta' Lukashenka, Viktor. Sohra tippromwovi prodotti industrijali Belarussi f'pajjiżi fl-Afrika u l-Lvant Nofsani. Hija kofondatriċi tal-kumpannija tad-difiża BSVT-New Technologies li hija involuta fil-produzzjoni tal-armi u l-immodernizzar tal-missili. Filwaqt li tuża il-pożizzjoni privileġġjata tagħha, Sohra sservi bħala intermedjarju bejn il-klassi politika Belarussa u l-intrapriżi tal-istat u s-sħab barranin fl-Afrika u l-Lvant Nofsani. Hija involuta wkoll fl-estrazzjoni tad-deheb f'pajjiżi Afrikani abbażi ta' konċessjonijiet miksuba mir-reġim ta' Lukashenka. Għaldaqstant Sohra Group qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
10. |
Bremino Group LLC |
ООО “Бремино групп” |
Indirizz: Niamiha 40, 220004, Minsk Belarus; Bolbasovo village, Zavodskaya 1k, Orsha Region/Oblast, Belarus Numru tar-reġistrazzjoni:: 691598938 Sit web: http://www.bremino.by Indirizz elettroniku: office@bremino.by; marketing@bremino.by |
Bremino Group huwa l-inizjatur u koamministratur tal-proġett taż-żona ekonomika speċjali Bremino-Orsha maħluqa permezz ta' digriet presidenzjali ffirmat minn Aliaksandr Lukashenka. Il-kumpannija rċeviet appoġġ mill-istat għall-iżvilupp taż-żona Bremino-Orsha, kif ukoll għadd ta' vantaġġi finanzjarji u tat-taxxa a benefiċċji oħra. Is-sidien ta' Bremino Group - Aliaksandr Zaitsau, Mikalai Varabei u Aliaksei Aleksin - jiffurmaw parti miċ-ċirku ta' ġewwa ta' negozjanti marbuta ma' Lukashenka u jżommu kuntatti mill-qrib ma' Lukashenka u l-familja tiegħu. Għaldaqstant Bremino Group qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka. Bremino Group huwa s-sid taċ-Ċentru tat-Trasport u l-Loġistika (TLC) fil-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Polonja - Bremino-Bruzgi, li ntużat mir-reġim ta’ Lukashenka bħala kenn għall-migranti li ġew ittrasportati lejn il-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Unjoni bil-għan li jaqsmuha illegalment. Bremino-Bruzgi TLC kien ukoll sit taż-żjara ta’ propaganda ta’ Lukashenka lill-migranti. Għaldaqstant, Bromino Group qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. |
21.6.2021 |
11. |
Globalcustom Management LLC |
ООО “Глобалкастом-менеджмент” |
Indirizz: Nemiga 40/301, Minsk, Belarus Numru tar-reġistrazzjoni: 193299162 Sit web: https://globalcustom.by/ Indirizz elettroniku: info@globalcustom.by |
Globalcustom Management hija assoċjata mal-Belarus President Property Management Directorate, li preċedentement kien immexxi minn Victor Sheiman, li ilu elenkat mill-Unjoni mill-2004. Il-kumpannija hija involuta fil-kuntrabandu ta' merkanzija lejn ir-Russja, li ma jkunx possibbli mingħajr il-kunsens tar-reġim ta’ Lukashenka, li jikkontrolla l-gwardji tal-fruntieri u d-dwana. Il-pożizzjoni privileġġata fis-settur tal-esportazzjoni tal-fjuri lejn ir-Russja, li minnha tibbenefika l-kumpannija, hija kundizzjonata wkoll fuq l-appoġġ tar-reġim. Globalcustom Management kienet l-ewwel sid ta' GardService, l-unika kumpannija privata li ngħatat il-permess għall-użu tal-armi minn Lukashenka. Għaldaqstant Globalcustom Management qiegħda tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
12. |
Belarusski Avtomobilnyi Zavod (BelAZ) / OJSC “BELAZ” Open Joint Stock Company “BELAZ” - Management Company of Holding “BELAZ-HOLDING |
ААТ “БЕЛАЗ” ОАО “ БЕЛАЗ” |
Indirizz: 40 let Octyabrya St 4, 222161, Zhodino, Minsk Region/Oblast, Belarus Sit web: https://belaz.by |
OJSC BelAZ hija fost l-intrapriżi tal-istat ewlenin fil-Belarussja u waħda mill-akbar manifatturi ta' trakkijiet kbar u trakkijiet kbar tal-iskart fid-dinja. Hija sors ta' dħul sinifikanti għar-reġim ta' Lukashenka. Lukashenka sostna li l-gvern dejjem ser jappoġġa l-kumpannija, u ddeskriviha bħala “marka Belarussa” u “parti mill-wirt nazzjonali”. OJSC BelAZ offriet il-bini u t-tagħmir tagħha biex tiġi organizzata dimostrazzjoni politika favur ir-reġim ta’ Lukashenka. Għaldaqstant OJSC BelAZ tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah. L-impjegati ta' OJSC BelAZ li ħadu sehem fl-istrajks u fil-protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet frawdolenti ta' Awwissu 2020 fil-Belarussja ġew mhedda bi tkeċċija u intimidati mill-maniġment tal-kumpannija. Grupp ta' impjegati ġew imsakkra ġewwa minn OJSC BelAZ biex dawn ma jitħallewx jingħaqdu ma' dimostranti oħra. Il-maniġment tal-kumpannija ppreżenta lis-strajk lill-media bħala laqgħa tal-membri tal-persunal. Għaldaqstant OJSC BelAZ hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
13. |
Minskii Avtomobilnyi Zavod (MAZ) / OJSC “MAZ” Open Joint Stock Company “Minsk Automobile Works” - Management Company of “BELAVTOMAZ” Holding |
ААТ “Мiнскi аўтамабiльны завод” ОАО “Минский автомобильный завод” |
Indirizz: Socialisticheskaya 2, 220021 Minsk, Belarus Sit web: http://maz.by/ Data ta' reġistrazzjoni: 16.7.1944 Tel.: +375 (17) 217-22-22; +8000 217-22-22 |
OJSC Minsk Automobile Plant (MAZ) hija waħda mill-akbar intrapriżi tal-istat li jimmanifatturaw karozzi fil-Belarussja. Lukashenka ddeskriviha bħala “waħda mill-aktar intrapriżi industrijali importanti tal-pajjiż”. Hija sors ta' dħul għar-reġim ta' Lukashenka. OJSC MAZ offriet il-bini u t-tagħmir tagħha biex tiġi organizzata dimostrazzjoni politika favur ir-reġim. Għaldaqstant OJSC MAZ tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah. L-impjegati ta' OJSC MAZ li ħadu sehem fl-istrajks u fil-protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet frawdolenti ta' Awwissu 2020 fil-Belarussja ġew intimidati u aktar tard mkeċċija mill-maniġment tal-kumpannija. Grupp ta' impjegati ġew imsakkra ġewwa minn OJSC MAZ biex dawn ma jitħallewx jingħaqdu ma' dimostranti oħra. Għaldaqstant OJSC MAZ hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
14. |
Logex |
ТАА “Лагекс” ООО “Логекс” |
Indirizz: 24 Kommunisticheskaya St., office 2, Minsk, Belarus Numru tar-reġistrazzjoni: 192695465 Sit web: http://logex.by/ Indirizz elettroniku: info@logex.by |
Logex hija assoċjata ma' Aliaksandr Shakutsin, negozjant viċin ir-reġim ta' Lukashenka, li ġie elenkat mill-Unjoni. Il-kumpannija hija involuta fl-esportazzjoni ta' fjuri lejn il-Federazzjoni Russa bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping, li ma tkunx possibbli mingħajr il-kunsens tar-reġim, li jikkontrolla l-gwardji tal-fruntieri u d-dwana. Il-pożizzjoni privileġġata fis-settur tal-esportazzjoni tal-fjuri lejn ir-Russja, li minnha tibbenefika l-kumpannija, hija kundizzjonata fuq l-appoġġ tar-reġim. Il-fornituri Belarussi ewlenin ta' fjuri maqtugħa huma l-kumpanniji li għandhom rabta mill-qrib mat-tmexxija tar-repubblika. Għaldaqstant Logex qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
15. |
JSC “NNK” (Novaia naftavaia Kampania)/New Oil Company |
ЗАТ “ННК” (Новая нафтавая кампанiя) ЗАО “ННК” (Новая нефтяная компания) |
Indirizz: Rakovska St. 14W room 7, 5th floor, Minsk, Belarus Numru tar-reġistrazzjoni: 193402282 |
Novaya Neftnaya Kompaniya (NNK), New Oil Company, hija entità mwaqqfa f’Marzu 2020. Hija l-unika kumpannija privata intitolata li tesporta prodotti taż-żejt mill-Belarussja - indikazzjoni ta’ rabtiet mill-qrib mal-awtoritajiet u l-ogħla livell ta’ privileġġi tal-istat. NNK hija proprjetà ta’ Interservice, kumpannija li tappartjeni lil Mikalai Varabei li huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li jibbenefikaw mir-reġim ta’ Lukashenka u li jappoġġawh. NNK hija rrappurtata wkoll li hija konnessa ma' Aliaksei Aleksin, negozjant prominenti ieħor Belarussu li jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka. Skont ir-rapporti tal-media Aleskin kien il-fundatur tal-NNK flimkien ma’ Varabei. NNK intużat ukoll mill-awtoritajiet Belarussi biex jadattaw l-ekonomija tal-Belarussja għal miżuri restrittivi introdotti mill-Unjoni. Għaldaqstant NNK qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka. |
21.6.2021 |
16. |
Belaeronavigatsia Intrapriża tal-istat |
Белаэранавiгацыя Дзяржаўнае прадпрыемства Белаэронавигация Государственное предприятие |
Indirizz: 19 Korotkevich St., 220039 Minsk, Belarus Data ta’ reġistrazzjoni: 1996 Sit web: http://www.ban.by/ Indirizz elettroniku: office@ban.by Tel.: +375 (17) 215-40-51 Fax: +375 (17) 213-41-63 |
L-intrapriża tal-istat Belaeronavigatsiahija responsabbli għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru tal-Belarussja. Għalhekk hija responsabbli għad-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn l-ajruport ta' Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta' Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata ttieħdet bl-għan li jiġu arrestati u detenuti l-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta' repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. L-intrapriża tal-istat Belaeronavigatsia hija għalhekk responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
21.6.2021 |
17. |
Open Joint Stock Company “Belavia Belarusian Airlines” |
ААТ “Авiякампанiя Белавiя” ОАО “Авиакомпания Белавиа” |
Indirizz: 14A Nemiga St., 220004 Minsk, Belarus Data ta' reġistrazzjoni: 4.1.1996 Numru tar-reġistrazzjoni: 600390798 |
OJSC Belavia Belarusian Airlines huwa t-trasportatur tal-linja tal-ajru nazzjonali tal-istat. Aliaksandr Lukashenka wiegħed li l-amministrazzjoni tiegħu ser tagħti kull appoġġ possibbli lil Belavia wara li l-Unjoni ddeċidiet li ddaħħal projbizzjoni fuq it-titjir li jgħaddi minn fuq l-ispazju tal-ajru tal-Unjoni u fuq l-aċċess għall-ajruporti tal-Unjoni mit-trasportaturi tal-ajru Belarussi kollha. Għal dak il-għan, huwa qabel mal-President Russu Vladimir Putin dwar l-ippjanar tal-ftuħ ta’ rotot ġodda tal-linji tal-ajru għal Belavia. Il-maniġment ta’ Belavia qal ukoll lill-impjegati tiegħu biex ma jipprotestawx kontra l-irregolaritajiet tal-elezzjoni u d-detenzjonijiet tal-massa fil-Belarussja, għall-fatt li Belavia hija intrapriża tal-istat. Għaldaqstant, Belavia qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u tappoġġah. Belavia kienet involuta biex jinġiebu migranti mil-Lvant Nofsani lejn il-Belarussja. Migranti li jixtiequ jaqsmu l-fruntiera esterna tal-Unjoni qed itiru lejn Minsk abbord titjiriet operati minn Belavia minn għadd ta’ pajjiżi mil-Lvant Nofsani, b’mod partikolari il-Libanu, l-Emirati Għarab Magħquda u t-Turkija. Biex tiffaċilita dan, Belavia fetħet rotot tal-ajru ġodda u żiedet l-għadd ta’ titjiriet fuq rotot eżistenti. Operaturi turistiċi lokali ħadmu bħala intermedjarji fil-bejgħ ta’ biljetti ta’ Belavia lil migranti prospettivi, u b’hekk għenu lil Belavia żżomm profil baxx. Belavia għaldaqstant qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. |
2.12.2021 |
18. |
Republican unitary enterprise “TSENTRKURORT” |
Рэспублiканскае унiтарнае прадпрыемства “ЦЭНТРКУРОРТ” Республиканское унитарное предприятие “ЦЕНТРКУРОРТ” |
Indirizz: 39 Myasnikova St., 220030 Minsk, Belarus Data ta' reġistrazzjoni: 12.8.2003 Numru tar-reġistrazzjoni: 100726604 |
Il-kumpannija turistika tal-istat Tsentrkurort tagħmel parti mid-Belarus President Property Management Directorate. Huwa rrappurtat li Tsentrkurort hija waħda mill-kumpanniji li tikkoordina l-fluss ta’ migranti li għandhom l-intenzjoni li jaqsmu l-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Unjoni. Tsentrkurort għenet lil mill-anqas 51 ċittadin Iraqi jakkwistaw viżi għaż-żjara tagħhom fil-Belarussja, u ffirmat kuntratt għal servizzi tat-trasport mal-kumpannija Belarussa Stroitur, li toffri kiri ta’ xarabankijiet bix-xufier. Ix-xarabankijiet ibbukkjati minn Tsentrkurort ittrasportaw lill-migranti, inkluż tfal, mill-ajruport ta’ Minsk sal-lukandi. Għaldaqstant Tsentrkurort qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. |
2.12.2021 |
19. |
Oskartour LLC |
ООО Оскартур |
Indirizz: 25 Karl Marx St., room 1n, Minsk, Belarus Data ta' reġistrazzjoni: 18.10.2016 Numru tar-reġistrazzjoni: 192721937 |
Oskartour huwa operatur turistiku, li ffaċilita l-kisba ta’ viżi għal migranti ġejjin mill-Iraq u organizza l-vjaġġ sussegwenti tagħhom lejn il-Belarussja permezz ta’ titjiriet minn Bagdad għal Minsk. Dawk il-migranti Iraqin aktar tard ġew ittrasporati sal-fruntiera ta’ bejn il-Belarussja u l-Unjoni bil-għan li jaqsmuha b’mod illegali. Bis-saħħa ta’ Oskartour u l-kuntatti tiegħu mal-linji tal-ajru Iraqin, l-awtoritajiet Belarussi u l-kumpannija tal-istat Tsentrkurort, tnedew titjiriet regolari minn Bagdad għal Minsk mit-trasportatur tal-ajru Iraqi, sabiex jinġiebu aktar persuni lejn il-Belarussja biex jaqsmu b’mod illegali l-fruntieri esterni tal-Unjoni. Oskartour ħa sehem f’din l-iskema għall-qsim illegali tal-fruntieri mwettqa mis-servizzi tas-sigurtà Belarussi u kumpanniji tal-istat. Għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. |
2.12.2021 |
20. |
Republican subsidiary unitary enterprise “Hotel Minsk” |
Гатэль “Мiнск” Республиканское дочернее унитарное предприятие "Отель “Минск” |
Indirizz: 11 Nezavisimosti Ave., Minsk, Belarus Data ta' reġistrazzjoni: 26.12.2016/3.4.2017 Numru ta’ reġistrazzjoni: 192750964 Sit web: http://hotelminsk.by/ Indirizz elettroniku: hotelminsk@udp.gov.by; marketing@hotelminsk.by Tel.: +375 (17) 209-90-61 Fax: +375 (17) 200-00-72 |
Hotel Minsk hija kumpannija sussidjarja tal-Belarus President Property Management Directorate – aġenzija tal-gvern li tirrapporta direttament lill-President. Hotel Minsk ħadet sehem f’din l-iskema ta’ qsim illegali tal-fruntieri mwettqa mis-servizzi tas-sigurtà Belarussi u kumpanniji tal-istat. Il-migranti ngħataw akkomodazzjoni fil-lukanda qabel ma ġew ittrasportati lejn il-fruntiera bejn il-Belarussja u l--Unjoni sabiex jaqsmuha b’mod illegali. Il-migranti Iraqin elenkaw lil Hotel Minsk bħala residenza temporanja fl-applikazzjonijiet tal-viża Belarussa tagħhom, li ġew ippreżentati immedjatament qabel il-wasla tagħhom fil-Belarussja. Għaldaqstant, Hotel Minsk qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. |
2.12.2021 |
21. |
Open Joint Stock Company “Hotel Planeta” |
ААТ “Гасцiнiца Планета” OAO “Гостиница Планета” |
Indirizz: 31 Pobediteley Ave., Minsk, Belarus Data ta’ reġistrazzjoni: 1.2.1994/6.3.2000 Numru ta’ reġistrazzjoni: 100135173 Sit web: https://hotelplaneta.by/ Indirizz elettroniku: planeta@udp.gov.by Tel.: +375 (17) 226-78-53 Fax: +375 (17) 226-78-55 |
OJSC Hotel Planeta hija kumpannija sussidjarja tal-Belarus President Property Management Directorate – aġenzija tal-gvern li tirrapporta direttament lill-President. Hotel Planeta ħadet sehem fl-iskema għall-qsim illegali tal-fruntieri mwettqa mis-servizzi tas-sigurtà Belarussi u l-kumpanniji tal-istat. Il-migranti ngħataw akkomodazzjoni fil-lukanda qabel ma ġew ittrasportati lejn il-fruntiera bejn il-Belarussja u tal-Unjoni sabiex jaqsmuha b’mod illegali. Huma ħallsu USD 1 000 lil aġent tal-ivjaġġar f’Bagdad għat-titjira, viża turistika u soġġorn fil-lukanda. Għaldaqstant, Hotel Planeta qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. |
2.12.2021 |
22. |
ASAM (Asobnaia sluzhba aktyunykh merapryemstvau) OSAM (Otdiel’naya sluzhba aktivnykh mieropriyatiy) |
Асобная служба актыўных мерапрыемстваў (АСАМ) Отдельная служба активных мероприятий (ОСАМ) |
Indirizz: State Border Committee of the Republic of Belarus, 24 Volodarsky St., 220050, Minsk, Belarus |
ASAM (Separate Service for Active Measures) hija unità speċjali Belarussa tal-gwardji tal-fruntiera kkontrollata minn Viktar Lukashenka u mmexxija minn Ihar Kruchkou. Il-forzi ta’ ASAM taħt l-operazzjoni speċjali “Gate” jorganizzaw qsim illegali tal-fruntieri mill-Belarussja lejn Stati Membri tal-Unjoni u huma involuti direttament fit-trasportazzjoni fiżika tal-migranti lejn in-naħa l-oħra tal-fruntiera. Barra minn hekk, ASAM titlob ħlas mill-migranti trasportati għall-qsim tal-fruntiera. Għaldaqstant, ASAM qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. |
2.12.2021 |
▼M33 ————— |
|||||
24. |
VIP Grub |
|
Indirizz: Büyükdere Cad., No:201, Istanbul, Turkey |
VIP Grub huwa servizz tal-passaporti u l-viża bbażat f’Istanbul, it-Turkija, li jorganizza vjaġġi lejn il-Belarussja bl-intenzjoni espliċita li jiffaċilita l-migrazzjoni lejn l-Unjoni. VIP Grub jirreklama b’mod attiv il-migrazzjoni lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, VIP Grub qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka billi jiffaċilita l-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. |
2.12.2021 |
25. |
Open Joint Stock Company “Grodno Azot” Inkluż il-fergħa “Khimvolokno Plant” JSC “Grodno Azot” |
ААТ “Гродна Азот” ОАО “Гродно Азот” Фiлiял “Завод Хiмвалакно” ААТ “Гродна Азот” Филиал “Завод Химволокно” ОАО “Гродно Азот” |
Indirizz: 100 Kosmonavtov Ave., Grodno/Hrodna, Belarus Data ta' reġistrazzjoni: 1965 Numru tar-reġistrazzjoni: 500036524 Sit web: https://azot.by/en/ Indirizz: 4 Slavinskogo St., 230026 St., Grodno/Hrodna, Belarus Data ta' reġistrazzjoni: 12.5.2000 Numru tar-reġistrazzjoni: 590046884 Sit web: www.grodno-khim.by Indirizz elettroniku: office@grodno-khim.by; market@grodno-khim.by; ppm@grodno-khim.by; tnp@grodno-khim.by Tel./Fax: +375 (152) 39-19-00; +375 (152) 39-19-44 |
OJSC Grodno Azot hija produttur kbir tal-istat li tipproduċi komponenti tan-nitroġenu, ibbażat fi Grodno/Hrodna. Lukashenka iddeskriviha bħala “intrapriża importanti ħafna, waħda strateġika”. Grodno Azot hija l-proprjetarju wkoll ta’ Khimvolokno Plant, li hija manifattur kbir ta’ poliamidi u poliester u materjali kompożiti. Grodno Azot u Khimvolokno Plant tagħha huma sors ta’ dħul sostanzjali għar-reġim ta’ Lukashenka. Għaldaqstant, Grodno Azot qed tappoġġa lir-reġim ta’ Lukashenka. Lukashenka żar il-kumpannija u ltaqa’ mar-rappreżentanti tagħha, waqt li ddiskutew il-modernizzazzjoni tal-impjant u forom varji ta’ għajnuna tal-Istat. Lukashenka wiegħed ukoll li ser jintuża self għall-bini ta’ impjant ġdid tan-nitroġenu fi Grodno/Hrodna. Għaldaqstant, Grodno Azot qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka. Il-ħaddiema ta’ Grodno Azot, inkluż l-impjegati tagħha f'Khimvolokno Plant, li ħadu sehem fi protesti paċifiċi kontra r-reġim u ħarġu bi strajk, ingħataw s-sensja, ġew intimidati u mhedda kemm mill-maniġment ta’ Grodno Azot kif ukoll mir-rappreżentati tar-reġim. Għaldaqstant, Grodno Azot hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili. |
2.12.2021 |
26. |
Assoċjazzjoni tal-Produzzjoni tal-Istat “Belorusneft” |
Дзяржаўнае вытворчае аб'яднанне “Беларуснафта” Государственное производственное объединение “Белоруснефть” |
Indirizz: 9 Rogachevskaya St., 246003 Gomel/Homyel, Belarus Data ta' reġistrazzjoni: 25.2.1966 Numru tar-reġistrazzjoni: 400051902 |
Belorusneft hija kumpannija tal-istat li topera fis-settur petrokimiku. Il-maniġment tal-kumpannija ta s-sensja lill-ħaddiema li ħarġu fuq strajk, ħadu sehem fil-protesti kontra r-reġim jew appoġġaw pubblikament dawn il-protesti. Għaldaqstant Belorusneft hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili. |
2.12.2021 |
27. |
Open Joint Stock Company “Belshina” |
AAT “Белшина” ОАО “Белшина” |
Indirizz: 4 Minskoe Shosse St., 213824 Bobruisk, Belarus Data ta' reġistrazzjoni: 10.1.1994 Numru tar-reġistrazzjoni: 700016217 Sit web: http://www.belshinajsc.by/ |
OJSC Belshina hija waħda mill-kumpanniji ewlenin tal-istat fil-Belarussja u manifattur kbir tat-tyres tal-vetturi. Bħala tali, hija sors sostanzjali ta’ dħul għar-reġim ta’ Lukashenka. L-Istat tal-Belarussja qed jagħmel profitt dirett mill-qligħ ta’ Belshina. Għaldaqstant, Belshina tappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka. L-impjegati ta’ Belshina li pprotestaw u ħarġu fuq strajk wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja ngħataw is-sensja. Għaldaqstant, Belshina hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili. |
2.12.2021 |
28. |
Open Joint-Stock Company “Belaruskali” |
Адкрытае акцыянернае таварыства “Беларуськалiй” Открытое акционерное общество “Беларуськалий” |
Indirizz: 5 Korzha St 5, Soligorsk, 223710 Minsk Region, /Oblast, Belarus, Data tar-reġistrazzjoni: 23.12.1996 Numru tar-reġistrazzjoni: 600122610 |
OJSC Belaruskali hija intrapriża statali u waħda mill-akbar produtturi tal-potassa fid-dinja li tipprovdi 20 % tal-esportazzjonijiet globali tal-potassa. Bħala tali, hija sors ewlieni ta' dħul u munita barranija għar-reġim ta' Lukashenka. Aliaksandr Lukashenka ddeskriviha bħala “teżor nazzjonali, turija ta' kburija, wieħed mill-pilastri tal-esportazzjonijiet Belarussi”. Għaldaqstant Belaruskali tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u tappoġġah. Impjegati ta' Belaruskali li ħadu sehem fi strajks u protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet frodulenti ta' Awwissu 2020 fil-Belarussja ġew intimidati u tkeċċew mill-maniġment tal-kumpannija. Lukashenka nnifsu t hedded personalment li jissostitwixxi lil dawk li strajkaw b'minaturi mill-Ukrajna. Għaldaqstant Belaruskali hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja u tappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. |
3.6.2022 |
29. |
Kumpanija Limitata b’Ishma “Belarusian Potash Company” |
ААТ “Беларуская “калiйная кампанiя” ОАО “Белорусская калийная компания” |
Indirizz: 35 Masherova Ave., 220002 Minsk, Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 13.9.2013 Numru tar-reġistrazzjoni: 192050251 Tel. +375 (17) 309-30-10; +375 (17) 309-30-30 Indirizz elettroniku: info@belpc.by |
JSC Belarusian Potash Company hija l-fergħa esportatriċi tal-produttur tal-potassa statali tal-Belarussja Belaruskali. Belaruskali hija waħda mill-akbar sorsi ta’ dħul għar-reġim ta’ Lukashenka. Il-provvisti mill-Belarusian Potash Company jammontaw għal 20 % tal-esportazzjonijiet globali tal-potassa. L-istat iggarantixxa d-drittijiet ta’ monopolju tal-Belarusian Potash Company biex tesporta fertilizzanti tal-potassju. Bis-saħħa tat-trattament preferenzjali mill-awtoritajiet Belarussi, il-kumpanija taqla’ dħul sostanzjali. Għaldaqstant, il-Belarusian Potash Company tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u tappoġġah. |
3.6.2022 |
30. |
“Inter Tobacco” LLC |
Таварыства з абмежаванай адказнасцю “Iнтэр Табак” Общество с ограниченной ответственностью “Интер Тобако” |
Indirizz: (, 131 Novodvorskiy village, Novodvorskiy village council, Minsk District, 223016 Minsk Region/Oblast, Belarus (Minsk Free Economic Zone Data tar-reġistrazzjoni: 10.10.2002 Numru tar-reġistrazzjoni: 808000714 |
Inter Tobacco LLC hija parti mill-Industrija tal-Manifattura tat-tabakk fil-Belarussja. Hija għandha sehem sinifikanti mis-suq tas-sigaretti domestiċi profittabbli fil-Belarussja. Il-kumpannija ngħatat privileġġi esklussivi biex timporta prodotti tat-tabakk fil-Belarussja, abbażi ta' digriet iffirmat minn Aliaksandr Lukashenka. Barra minn hekk, Lukashenka ħareġ digriet Presidenzjali biex ifassal mill-ġdid il-konfini tal-kapitali tal-Belarussja, Minsk, biex ineħħi l-art għall-fabbrika ta' Inter Tobacco, probabbilment għal raġunijiet relatati mal-evażjoni tat-taxxa. Inter Tobacco tappartjeni għal Alexei Oleksin u membri tal-familja qrib tiegħu (hija proprjetà tal-kumpannija Energo-Oil ta' Oleksin). Għaldaqstant, Inter Tobacco qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka. |
3.6.2022 |
31. |
Open Joint-Stock Company “Naftan” |
Адкрытае акцыянернае таварыства “НАФТАН” Открытое акционерное общество “НАФТАН” |
Indirizz: Novopolotsk 1, 211440 Vitebsk Region/Oblast, Belarus, Data tar-reġistrazzjoni: 1992 Numru tar-reġistrazzjoni: 300042199 |
Bħala intrapriża statali, OJSC Naftan hija sors ewlieni ta' dħul u munita barranija għar-reġim ta' Lukashenka. Għaldaqstant, Naftan tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah. Impjegati ta' Naftan li ħadu sehem fi strajks u protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti ta' Awwissu 2020 fil-Belarussja, ġew intimidati u tkeċċew mill-maniġment tal-kumpannija. Għaldaqstant Naftan hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja u tappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. |
3.6.2022 |
32. |
Open Joint-Stock Company “Grodno Tobacco Factory Neman” |
Адкрытае акцыянернае таварыства “Гродзенская тытунёвая фабрыка”“Нёман” Oткрытое акционерное общество “Гродненская табачная фабрика Неман” |
Indirizz: 18 Ordzhonikidze St, 230771 Grodno/ Hrodna, Belarus, Data tar-reġistrazzjoni: 30.12.1996 Numru tar-reġistrazzjoni: 500047627 |
OJSC “Grodno Tobacco Factory Neman” hija intrapriża statali tal-Belarussja u waħda mis-sorsi ewlenin ta' dħul għar-reġim ta' Lukashenka. Il-kumpannija għandha 70-80 % tas-sehem mis-suq tat-tabakk fil-Belarussja. “Grodno Tobacco Factory Neman” għalhekk tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u tappoġġah. Immanifatturati fil-Belarussja, il-marki Grodno Tobacco Factory “Neman” huma fost l-aktar sigaretti komuni li jiddaħħlu b'kuntrabandu fl-Unjoni bħala parti mill-kummerċ tat-tabakk bil-kuntrabandu li jħalli qligħ. Vaguni tal-ferrovija li jappartjenu għal kumpanniji statali tal-Belarussja “Belaruskali” u “Grodno Azot” jintużaw fl-iskema tal-kuntrabandu. “Grodno Tobacco Factory Neman” għalhekk tikkontribwixxi għall-faċilitazzjoni tat-trasferiment illegali ta' oġġetti ristretti fit-territorju tal-Unjoni. |
3.6.2022 |
33. |
Beltamozhservice |
Рэспублiканскае унiтарнае прадпрыемства “БЕЛМЫТСЭРВIС” Республиканское унитарное предприятие “БЕЛТАМОЖСЕРВИС” |
Indirizz: 17th km. Minsk-Dzerzhinsk, administrative building, office 75, Shchomyslitsky 223049 Minsk Region/Oblast, Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 9.6.1999 Numru tar-reġistrazzjoni: 101561144 |
Beltamozhservice hija kumpannija statali u waħda mill-akbar kumpanniji tal-loġistika fil-Belarussja. Hija assoċjata mill-qrib mal-awtoritajiet Belarussi u hija involuta fil-kuntrabandu u l-esportazzjoni mill-ġdid ta' oġġetti mill-Belarussja lejn ir-Russja. Il-kumpannija tibbenefika minn rabtiet mal-awtoritajiet Belarussi u tipprovdi dħul sinifikanti lir-reġim ta' Lukashenka. Beltamozhservice għaldaqstant qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah. |
3.6.2022 |
34. |
Open Joint Stock Company “Managing Company of Holding”“Belkommunmash” |
Адкрытае акцыянернае таварыства “Кiруючая кампанiя холдынгу”“Белкамунмаш” Открытое акционерное общество “Управляющая компания холдинга”“Белкоммунмаш” |
Indirizz: 64B-2 Perekhodnaya St., 220070 Minsk, Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 13.08.1991 Numru tar-reġistrazzjoni: 100205408 |
Belkommunmash hija manifattur Belarussu ta' vetturi tat-trasport pubbliku. Aliaksandr Lukashenka qed jippromwovi minn-negozju ta’ Belkommunmash, filwaqt li jiggarantixxi l-konformità tal-kumpannija mal-obbligi kuntrattwali tagħha lejn is-sħab tagħha u qed juża l-influwenza tiegħu biex jappoġġa l-attività kummerċjali tagħha. Għalhekk Belkommunmash qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka. Belkommunmash keċċiet lill-ħaddiema b'ritaljazzjoni għall-protesta tagħhom kontra r-riżultati ffalsifikati tal-elezzjoni presidenzjali fl-2020, u għalhekk hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. |
3.6.2022 |
35. |
Belteleradio Company / National State Television and Radio Company of the Republic of Belarus |
Нацыянальная дзяржаўная тэлерадыёкампанiя Рэспублiкi Беларусь / Белтэлерадыёкампанiя Национальная государственная телерадиокомпания Республики Беларусь / Белтелерадиокомпания |
Indirizz: 9. Makayonka St, Minsk, Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 14.9.1994 Numru tar-reġistrazzjoni: 100717729 Sit web: tvr.by |
Belteleradio Company hija l-kumpannija statali tax-xandir televiżiv u tar-radju u tikkontrolla seba' stazzjonijiet tat-televiżjoni u ħames stazzjonijiet tar-radju fil-Belarussja. Wara l-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti f'Awwissu 2020, Belteleradio Company keċċiet lill-ħaddiema tal-mezzi tax-xandir li tikkontrolla li pprotestaw u ssostitwiethom b'impjegati tal-media Russi. Għaldaqstant hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili L-istazzjonijiet televiżivi u tar-radju ssorveljati minn Belteleradio Company qed ixerrdu b'mod attiv il-propaganda u b'hekk qed jappoġġaw lir-reġim ta' Lukashenka. |
3.6.2022 |
ANNESS II
LISTA TA' PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2d
Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja
140 Repair Plant JSC
558 Aircraft Repair Plant JSC
2566 Radioelectronic Armament Repair Plant JSC
AGAT - Control Systems - Managing Company of Geoinformation Control Systems Holding JSC
AGAT - Electromechanical Plant OJSC
AGAT - SYSTEM
ATE - Engineering LLC
BelOMO Holding
Belspetsvneshtechnika SFTUE
Beltechexport CJSC
BSVT-New Technologies
Id-Dipartiment għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun ta' Gomel
Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tar-Repubblika tal-Belarussja
KGB Alpha
Kidma Tech OJSC
Minotor-Service
Minsk Wheeled Tractor Plant
Oboronnye Initsiativy LLC
OJS KB Radar Managing Company
Peleng JSC
L-Awtorità tal-Istat għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja
Il-Kumitat għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika tal-Belarussja
Transaviaexport Airlines JSC
Volatavto OJSC
ANNESS III
LISTA TA’ ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU KBAR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2h U 2i
▼M10 —————
ANNESS IV
LISTA TA' PAJJIŻI SĦAB IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2C(9)
ANNESS V
LISTA TA' PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2Y
Isem il-persuna ġuridika, entità jew korp |
Data tal-applikazzjoni |
Belagroprombank |
20 ta’ Marzu 2022 |
Bank Dabrabyt |
20 ta’ Marzu 2022 |
Development Bank of the Republic of Belarus (Bank għall-Iżvilupp tar-Repubblika tal-Belarussja) |
20 ta’ Marzu 2022 |
Belinvestbank (Bank Belarussu għall-Iżvilupp u r-Rikostruzzjoni) |
l-14 ta’ Ġunju 2022 |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 206, 11.6.2021. p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).
( 3 ) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).