02012D0392 — MT — 22.05.2019 — 010.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/392/PESK

tas-16 ta’ Lulju 2012

dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)

(ĠU L 187 17.7.2012, p. 48)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/368/PESK tad-9 ta’ Lulju 2013

  L 189

13

10.7.2013

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/533/PESK tat-28 ta' Ottubru 2013

  L 288

68

30.10.2013

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/482/PESK tat-22 ta' Lulju 2014

  L 217

31

23.7.2014

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1141 tat-13 ta' Lulju 2015

  L 185

18

14.7.2015

►M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1780 tal-5 ta' Ottubru 2015

  L 259

21

6.10.2015

►M6

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1172 tat-18 ta' Lulju 2016

  L 193

106

19.7.2016

 M7

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1253 tal-11 ta' Lulju 2017

  L 179

15

12.7.2017

►M8

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/997 tat-13 ta' Lulju 2018

  L 178

7

16.7.2018

►M9

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1247 tat-18 ta' Settembru 2018

  L 235

7

19.9.2018

►M10

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/832 tat-22 ta' Mejju 2019

  L 137

64

23.5.2019




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/392/PESK

tas-16 ta’ Lulju 2012

dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)



▼M9

Artikolu 1

Missjoni

L-Unjoni tistabbilixxi missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer sabiex tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċità tal-atturi tas-sigurtà tan-Niġer biex jikkumbattu t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata (EUCAP Sahel Niger), inkluż bil-ħsieb li tittejjeb il-kapaċità tagħhom li jikkontrollaw u jikkumbattu l-migrazzjoni irregolari u li jnaqqsu l-livell ta' kriminalità assoċjata.

Artikolu 2

Objettivi

Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel, l-EUCAP Sahel Niger għandha timmira li l-awtoritajiet tan-Niġer ikunu jistgħu jiżviluppaw l-oqfsa strateġiċi meħtieġa u li jagħmlu l-strateġiji eżistenti aktar operattivi. L-EUCAP Sahel Niger għandha timmira wkoll li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' approċċ integrat, multidixxiplinari, koerenti, sostenibbli u ċċentrat fuq id-drittijiet tal-bniedem fost id-diversi atturi tas-sigurtà tan-Niġer fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata Għandha wkoll tgħin lill-awtoritajiet ċentrali u lokali u lill-forzi tas-sigurtà tan-Niġer jiżviluppaw politiki, tekniki u proċeduri sabiex jikkontrollaw u jikkumbattu l-migrazzjoni irregolari b'mod effettiv.

Artikolu 3

Kompiti

1.  Sabiex twettaq l-objettivi stipulati fl-Artikolu 2, l-EUCAP Sahel Niger għandha:

(a) ittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-atturi differenti fin-Niġer fil-qasam tas-sigurtà u tappoġġa l-iżvilupp ta' oqfsa strateġiċi u tagħmel l-istrateġiji eżistenti f'dak il-qasam aktar operattivi;

(b) issaħħaħ il-kapaċità tal-forzi tas-sigurtà tan-Niġer fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata permezz ta' konsulenza, taħriġ u fejn xieraq mentoraġġ;

(c) tassisti lill-forzi tas-sigurtà tan-Niġer fl-iżvilupp tal-proċeduri u t-tekniki biex jikkontrollaw u jikkumbattu l-migrazzjoni irregolari b'mod effettiv u jnaqqsu l-livell ta' kriminalità assoċjata billi jipprovdu konsulenza strateġika u taħriġ, inkluż fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri, b'appoġġ għall-objettivi tal-UE dwar il-migrazzjoni;

(d) tiffaċilita l-koordinazzjoni reġjonali u internazzjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u l-migrazzjoni irregolari.

2.  L-EUCAP Sahel Niger għandha tiffoka fuq l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 li jikkontribwixxu għat titjib tal-kontroll tat-territorju tan-Niġer, inkluż f'koordinament mal-Forzi Armati tan-Niġer.

3.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-EUCAP Sahel Niger għandha timmira li tiżgura li l-kapaċità tan-Niġer biex jikkumbatti t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata tiġi żviluppata b'mod sostenibbli, b'mod partikolari permezz ta' titjib fil-ġestjoni tar-riżorsi umani, il-loġistika u l-politika dwar it-taħriġ f'dak il-qasam.

▼M10

3a.  Barra minn hekk, il-EUCAP Sahel Niger ser tikkontribwixxi, mingħajr preġudizzju għall-mandat ċentrali tagħha fin-Niġer, għar-reġjonalizzazzjoni tal-azzjoni tal-PSDK fis-Saħel billi tikkontribwixxi għat-titjib tal-interoperabbiltà u l-koordinazzjoni bejn il-forzi ta' sigurtà interna tal-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel, kif ukoll billi tappoġġa l-kooperazzjoni transkonfinali, billi tappoġġa l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali u tikkontribwixxi għat-titjib tal-kapaċitajiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel. Il-EUCAP Sahel Niger tista' twettaq dawk l-attivitajiet kif meħtieġ fil-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel f'konformità mal-Kunċett ċivil-militari konġunt tal-Operazzjonijiet dwar ir-Reġjonalizzazzjoni tal-PESK. Għal dak il-fini, bl-appoġġ, bħala faċilitatur, taċ-Ċellula ta' Konsulenza u Koordinazzjoni Reġjonali stabbilita ġewwa l-EUCAP Sahel Mali, il-EUCAP Sahel Mali għandha tipprovdi taħriġ, konsulenza u appoġġ speċifiku ieħor lill-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel, skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tagħha, fuq talba mill-pajjiż konċernat u b'kont meħud tas-sitwazzjoni ta' sigurtà. Qabel ma tinbeda attività ġdida f'pajjiż tal-G5 tas-Saħel ġdid, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà għandu jiġi infurmat b'dan.

▼M9

4.  L-EUCAP Sahel Niger ma għandha twettaq l-ebda funzjoni eżekuttiva.

▼B

Artikolu 4

Linja ta’ kmand u struttura

1.  L-EUCAP Sahel Niger għandha jkollha linja ta’ kmand unifikata bħala operazzjoni ta’ maniġġar ta’ kriżi.

2.  L-EUCAP SAHEL Niger għandha jkollha l-Kwartieri Ġenerali tagħha f’Niamey.

▼M3

3.  L-EUCAP Sahel Niger għandha tkun strutturata f'konformità mad-dokumenti tal-ippjanar tagħha.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 5

Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili

1.  Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) għandu jkun il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-EUCAP SAHEL Niger.

2.  Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tar-RGħ, għandu jeżerċita kmand u kontroll tal-EUCAP SAHEL Niger fil-livell strateġiku.

3.  Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura, fir-rigward tat-tmexxija tal-operazzjonijiet, l-implimentazzjoni korretta u effikaċi tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-KPS, anke bil-ħruġ ta’ istruzzjonijiet fil-livell strateġiku kif meħtieġ lill-Kap tal-Missjoni u bl-għoti ta’ pariri u appoġġ tekniku.

4.  Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tar-RGħ.

5.  Il-persunal sekondat kollu għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat li ssekondah konformement mar-regoli nazzjonali, jew tal-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). Dawk l-awtoritajiet għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, skwadri u unitajiet tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

6.  Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jkollu responsabbiltà ġenerali sabiex jiżgura li d-dmir ta’ diliġenza tal-Unjoni jitwettaq korrettement.

7.  Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni f’Niamey għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif ikun meħtieġ.

Artikolu 6

Kap tal-Missjoni

1.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jassumi responsabbilità u jeżerċita kmand u kontroll fir-rigward tal-EUCAP SAHEL Niger fil-post tal-operazzjonijiet u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

▼M3

1a.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta l-EUCAP Sahel Niger fiż-żona tal-operazzjonijiet tagħha. Il-Kap tal-Missjoni jista' jiddelega kompiti ta' ġestjoni marbuta ma' kwistjonijiet ta' persunal u kwistjonijiet finanzjarji lil membri tal-persunal tal-EUCAP Sahel Niger taħt ir-responsabbiltà ġenerali tiegħu.

▼B

2.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, skwadri u unitajiet minn Stati kontribwenti kif allokati mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluża dik tal-assi, riżorsi u informazzjoni mqiegħdin għad-dispożizzjoni tal-EUCAP SAHEL Niger.

▼M3

3.  Il-Kap tal-Missjoni għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-persunal kollu tal-EUCAP Sahel Niger, inkluż l-Element ta' Appoġġ minn Brussell, għat-tmexxija effettiva tal-EUCAP Sahel Niger fuq il-post, waqt li jassumi l-koordinazzjoni tagħha u l-ġestjoni tagħha ta' kuljum, u jsegwi l-istruzzjonijiet fil-livell strateġiku tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

▼M3 —————

▼B

5.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinari fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità nazzjonali konformement mar-regoli nazzjonali, mill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew mis-SEAE.

6.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta lill-EUCAP SAHEL Niger fiż-żona tal-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà xierqa tal-EUCAP SAHEL Niger.

7.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, kif meħtieġ, ma’ atturi oħrajn tal-Unjoni fuq il-post. Il-Kap tal-Missjoni għandu, mingħajr preġudizzju għal-linja tal-kmand, jirċievi gwida politika lokali mill-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fin-Niġer.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 7

Persunal

1.  L-EUCAP SAHEL Niger għandha tikkonsisti primarjament minn persunal issekondat mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mis-SEAE. Kull Stat Membru, istituzzjoni tal-Unjoni, u s-SEAE għandhom jassumu l-ispejjeż relatati ma’ kwalunkwe persunal issekondat minnhom, inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post tal-istazzjonament, is-salarji, il-kopertura medika u allowances minbarra l-allowances applikabbli ta’ kuljum.

2.  L-Istat Membru, l-istituzzjoni tal-Unjoni, jew is-SEAE rispettivament għandhom ikunu responsabbli biex iwieġbu għal kwalunkwe pretensjoni relatata mas-sekondar minn jew dwar il-membru tal-persunal issekondat, u biex iressqu kwalunkwe azzjoni kontra dik il-persuna.

3.  Il-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali mill-EUCAP SAHEL Niger jekk il-funzjonijiet meħtieġa ma jkunux jistgħu jiġu provduti minn persunal issekondat mill-Istati Membri. Eċċezzjonalment, u f’każijiet debitament ġustifikati, fejn ma jkun hemm disponibbli l-ebda applikant kwalifikat mill-Istati Membri, jistgħu jiġu reklutati ċittadini minn Stati terzi parteċipanti fuq bażi kuntrattwali, kif meħtieġ.

▼M3

4.  Il-kondizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti li għandhom jiġu konklużi bejn l-EUCAP Sahel Niger u l-membri tal-persunal ikkonċernati.

▼B

Artikolu 8

Status tal-EUCAP SAHEL Niger u tal-persunal tagħha

L-istatus tal-EUCAP SAHEL Niger u l-persunal tagħha, inklużi, fejn ikun kunsiljabbli, il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħrajn meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel tal-EUCAP SAHEL Niger, għandhom ikunu l-oġġett ta’ ftehim konkluż taħt l-Artikolu 37 tat-TUE u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1.  Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUCAP SAHEL Niger. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-TUE. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat sabiex jinħatar Kap tal-Missjoni, fuq proposta tar-RGħ, u sabiex jiġu emendati l-Kunċett tal-Operazzjonijiet Plus (CONOPS Plus) u l-Pjan tal-Operazzjoni (OPLAN). Is-setgħat deċiżjonali fir-rigward tal-objettivi u t-terminazzjoni tal-EUCAP SAHEL Niger għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.

2.  Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.

3.  Il-KPS għandu jirċievi, fuq bażi regolari u kif meħtieġ, rapporti mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u mill-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma tar-responsabbiltà tagħhom.

Artikolu 10

Parteċipazzjoni ta’ Stati terzi

1.  Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija deċiżjonali tal-Unjoni u l-qafas istituzzjonali uniku tagħha, jistgħu jiġu mistiedna Stati terzi sabiex jikkontribwixxu għall-EUCAP SAHEL Niger, sakemm dawn jerfgħu l-ispejjeż tal-persunal sekondat minnhom, inklużi s-salarji, l-assigurazzjoni li tkopri r-riskji kollha, l-allowances ta’ sussistenza ta’ kuljum u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u min-Niġer, u sakemm huma jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi tal-EUCAP SAHEL Niger, kif meħtieġ.

2.  L-Istati terzi li jikkontribwixxu għall-EUCAP SAHEL Niger għandhom ikollhom l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ ġestjoni ta’ kuljum tal-EUCAP SAHEL Niger bħall-Istati Membri.

3.  Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet proposti u sabiex jistabbilixxi Kumitat ta’ Kontributuri.

4.  L-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu koperti minn ftehimiet konklużi f’konformità mal-Artikolu 37 tat-TUE u arranġamenti tekniċi addizzjonali kif meħtieġ. Fejn l-Unjoni u Stat terz jikkonkludu jew ikunu kkonkludew ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dak l-Istat terz f’operazzjonijiet tal-Unjoni ta’ maniġġar ta’ kriżi, id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EUCAP SAHEL Niger.

Artikolu 11

Sigurtà

1.  Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jidderieġi l-ippjanar mill-Kap tal-Missjoni tal-miżuri ta’ sigurtà u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effikaċi tagħhom mill-EUCAP SAHEL Niger f’konformità mal-Artikolu 5.

2.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-EUCAP SAHEL Niger u sabiex jiżgura konformità mar-rekwiżiti minimi ta’ sigurtà applikabbli għall-EUCAP SAHEL Niger, f’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal stazzjonat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-TUE, u mal-istrumenti tagħha ta’ sostenn.

3.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jiġi megħjun minn Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Missjoni (MSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mas-SEAE.

4.  Il-persunal tal-EUCAP SAHEL Niger għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta’ sigurtà qabel ma jibda jwettaq dmirijietu, f’konformità mal-OPLAN. Huwa għandu jingħata wkoll taħriġ regolari ta’ aġġornament, fuq il-post tal-operazzjonijiet, li jkun organizzat mill-MSO.

▼M3

5.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE ( 1 ).

▼B

Artikolu 12

Kapaċità tal-Għassa

Il-Kapaċità tal-Għassa għandha tkun attivata għall-EUCAP Sahel Niger.

▼M3

Artikolu 12a

Arranġamenti legali

Kif meħtieġ sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni, l-EUCAP Sahel Niger għandu jkollha l-kapaċità li takkwista servizzi u provvisti, tikkonkludi kuntratti u arranġamenti amministrattivi, timpjega persunal, ikollha kontijiet bankarji, takkwista u tiddisponi mill-assi, tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha u tkun parti għal proċeduri legali.

▼M3

Artikolu 13

Arranġamenti finanzjarji

▼M5

1.  L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mis-16 ta' Lulju 2012 sal-31 ta' Ottubru 2013 għandu jkun ta' EUR 8 700 000 .

L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2013 sal-15 ta' Lulju 2014 għandu jkun ta' EUR 6 500 000 .

L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mis-16 ta' Lulju 2014 sal-15 ta' Lulju 2015 għandu jkun ta' EUR 9 155 000 .

L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mis-16 ta' Lulju 2015 sal-15 ta' Lulju 2016 għandu jkun ta' EUR 18 400 000 .

▼M6

L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mis-16 ta' Lulju 2016 sal-15 ta' Lulju 2017 għandu jkun ta' EUR 26 300 000 .

▼M8

L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mis-16 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Settembru 2018 għandu jkun ta' EUR 31 000 000 .

▼M9

L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2018 sat-30 ta' Settembru 2020 għandu jkun ta' EUR 63 400 000 .

▼M10

L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri l-ispiża relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2018 sat-30 ta' Settembru 2020 għandu jkun ta' EUR 63 400 000,00 .

▼M5

2.  In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata f'konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist mill-EUCAP SAHEL NIGER għandha tkun miftuħa mingħajr limitazzjonijiet. Minbarra dan, m'għandha tapplika l-ebda regola ta' oriġini għall-prodotti mixtrija mill-EUCAP SAHEL NIGER.

▼M3

3.  L-EUCAP Sahel Niger għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha. Għal dak il-għan, l-EUCAP Sahel Niger għandha tiffirma kuntratt mal-Kummissjoni.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tan-Niġer dwar l-istatus tal-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) ( 2 ), l-EUCAP Sahel Niger għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-mandat tagħha li jibda mis-16 ta' Lulju 2014, bl-eċċezzjoni ta' pretensjonijiet relatatati ma' xi kondotta gravement skorretta mill-Kap tal-Missjoni, li għalihom huwa/hija għandu/ha jġorr/ġġorr ir-responsabbiltà.

5.  L-implimentazzjoni tal-arranġamenti finanzjarji għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand kif previst fl-Artikoli 4, 5 u 6 u r-rekwiżiti operattivi tal-EUCAP Sahel Niger, inkluża l-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tal-iskwadri tagħha.

6.  In-nefqa għandha tkun eliġibbli mis-16 ta' Lulju 2012.

▼M4

Artikolu 13a

Ċellula ta' proġetti

1.  L-EUCAP Sahel Niger għandha jkollha Ċellula ta' Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' proġetti li jkunu konsistenti mal-objettivi tal-missjoni u li jiffaċilitaw it-twettiq tal-mandat. L-EUCAP Sahel Niger għandha, skont kif ikun meħtieġ, tiffaċilita u tipprovdi pariri dwar proġetti, implimentati mill-Istati Membri u Stati terzi, taħt ir-responsabbiltà tagħhom f'oqsma marbutin mal-EUCAP Sahel Niger u b'appoġġ għall-objettivi tagħha.

2.  Soġġett għall-paragrafu 3, EUCAP Sahel Niger għandha tkun awtorizzata tirrikorri għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-UE u l-Istati Membri jew minn Stati terzi għall-implimentazzjoni ta' proġetti identifikati bħala li jissupplimentaw b'mod konsistenti azzjonijiet oħra tal-EUCAP Sahel Niger, jekk il-proġetti jkunu:

(a) previsti fid-dikjarazzjoni finanzjarja relatata ma' din id-Deċiżjoni; jew

(b) integrati matul il-mandat permezz ta' emenda tad-dikjarazzjoni finanzjarja fuq talba tal-Kap tal-Missjoni.

Ladarba l-Kummissjoni jew dawk l-Istati jkunu formalment ipproponew li l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom tiġi ġestita mill-EUCAP Sahel Niger, l-EUCAP Sahel Niger għandha tikkonkludi arranġament mal-Kummissjoni jew dawk l-Istati, li jkopri b'mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta' kull ilment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata bħala riżultat ta' atti jew ommissjonijiet mill-EUCAP Sahel Niger fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. L-Istati Membri kontribwenti fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu jżommu lill-Unjoni jew lir-RGħ responsabbli għal atti jew ommissjonijiet mill-EUCAP Sahel Niger fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

3.  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-UE jew minn Stati terzi għaċ-Ċellula ta' Proġetti għandhom ikunu soġġetti għall-aċċettazzjoni mill-KPS.

▼B

Artikolu 14

Konsistenza tar-rispons u l-koordiment tal-Unjoni

1.  Ir-RGħ għandha tiżgura l-konsistenza tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni mal-azzjoni esterna tal-Unjoni inġenerali, inklużi l-programmi ta’ żvilupp tal-Unjoni.

2.  Mingħajr preġudizzju għal-linja ta’ kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jaġixxi f’koordinazzjoni mill-qrib mad-delegazzjoni tal-Unjoni f’Niamey sabiex jiżgura l-konsistenza tal-azzjoni tal-Unjoni fin-Niġer.

3.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina mill-qrib mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-Istati Membri li jkunu preżenti fin-Niġer.

Artikolu 15

Rilaxx ta’ informazzjoni

1.  Ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni, kif meħtieġ u f’konformità mal-ħtiġijiet tal-EUCAP SAHEL Niger, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-EUCAP SAHEL Niger, f’konformità mad- ►M3  Deċiżjoni 2013/488/UE ◄ .

2.  Fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ hija awtorizzata wkoll tirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-EUCAP SAHEL Niger, f’konformità mad- ►M3  Deċiżjoni 2013/488/UE ◄ . Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan il-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti.

3.  Ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokumenti mhux klassifikati tal-UE konnessi mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-EUCAP SAHEL Niger u li jkunu koperti mill-obbligu ta’ segretezza professjonali f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ( 3 ).

4.  Ir-RGħ tista’ tiddelega s-setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 sa 3, kif ukoll il-kapaċità li tikkonkludi l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 2, lil persuni li jkunu mqiegħda taħt l-awtorità tagħha, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ u dewmien

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

▼M9

Hija għandha tapplika sat-30 ta' Settembru 2020.



( 1 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

( 2 ) ĠU L 242, 11.9.2013, p. 2.

( 3 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).