02012D0285 — MT — 06.08.2021 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/285/PESK

tal-31 ta' Mejju 2012

dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/237/PESK

(ĠU L 142 1.6.2012, p. 36)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/516/PESK tal-24 ta’ Settembru 2012

  L 257

20

25.9.2012

 M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/293/PESK tat-18 ta' Ġunju 2013

  L 167

39

19.6.2013

►M3

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/415 tas-7 ta' Marzu 2017

  L 63

117

9.3.2017

►M4

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/36 tal-10 ta' Jannar 2018

  L 6

48

11.1.2018

►M5

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1306 tal-5 ta’ Awwissu 2021

  L 283

20

6.8.2021




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/285/PESK

tal-31 ta' Mejju 2012

dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/237/PESK



Artikolu 1

1.  

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, ta':

(a) 

persuni elenkati fl-Anness għall-UNSCR 2048 (2012), u persuni addizzjonali indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 9 tal-UNSCR 2048 (2012) ("il-Kumitat"), f'konformità mal-paragrafu 6 tal-UNSCR 2048 (2012), kif elenkati fl-Anness I;

(b) 

persuni mhux koperti minn Anness I impenjati fi jew li qed jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw u ta' persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness II.

2.  
Il-paragrafu 1 ma jobbligax Stat Membru li jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.
3.  

Il-paragrafu 1(a) ma għandux japplika meta l-Kumitat jiddetermina li:

(a) 

l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inkluż l-obbligu reliġjuż; jew

(b) 

eżenzjoni tkun tiffaċilita l-objettivi ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw u l-istabbiltà fir-reġjun.

4.  
Il-paragrafu 1(a) ma għandux japplika fejn id-dħul jew it-transitu huwa meħtieġ biex jitwettaq proċediment ġudizzjarju.
5.  

Il-paragrafu 1(b) għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b’obbligu ta’ dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a) 

bħala pajjiż ospitanti ta’ organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b) 

bħala pajjiż ospitanti ta' konferenza internazzjonali imsejjħa min-Nazzjonijiet Uniti jew taħt l-awspiċji tagħha;

(c) 

taħt xi ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d) 

taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

6.  
Il-paragrafu 5 għandu jitqies bħala li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru huwa l-pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
7.  
Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 5 jew 6.
8.  
L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1(b) fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew għal attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza kurrenti tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw.
9.  
Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 8 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni tiġi kunsidrata bħala mogħtija sakemm wieħed mill-Membri tal-Kunsill jew iktar ma jagħmlux oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iktar mill-membri tal-Kunsill jagħmlu oġġezzjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' xorta waħda jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
10.  
F’każijiet fejn, skont il-paragrafi 5, 6, 8 u 9, Stat Membru jawtorizza d-dħul fi, jew passaġġ mit-territorju tiegħu ta’ persuni elenkati f'Anness II, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih hija ġiet mogħtija u għall-persuni konċernati biha.

Artikolu 2

1.  
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi li huma impenjati fi, jew li qed jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw u ta' persuni, entitajiet jew korpi fiżiċi jew ġuridiċi assoċjati magħhom, kif elenkat f'Anness III, għandhom jiġu ffriżati.
2.  
L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom ikunu mqegħdin għad-disposizzjoni, direttament jew indirettament, jew għall-benefiċju tal-persuni naturali jew legali, entitajiet jew korpi kif elenkati f'Anness III.
3.  

L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a) 

neċessarji biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati f'Anness III u l-membri tal-familja tagħhom li huma dipendenti fuqhom, inkluż ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, għall-kera jew l-ipoteka, il-mediċini u t-trattament mediku, it-taxxi, l-assigurazzjonijiet, u l-piżijiet għall-użu ta' servizzi pubbliċi;

(b) 

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż imġarrba relatati mal-għoti ta' servizzi legali;

(c) 

maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' onorarji jew kontijiet għal servizzi, għall-pussess jew iż-żamma normali ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati.

(d) 

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat ir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u lill-Kummissjoni, tal-anqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

4.  

B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi involuti huma s-suġġett ta' rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew arbitrali stabbilit qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fil-paragrafu 1 ġew inklużi f'Anness III, jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b) 

il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jkunu se jiġu użati b'mod esklussiv sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet żgurati b'tali rahan ġudizzjarju jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c) 

ir-rahan ġudizzjarju jew is-sentenza mhix għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati f'Anness III;

(d) 

ir-rikonoxximent tar-rahan ġudizzjarju jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

5.  

Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

(a) 

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) 

pagamenti dovuti minħabba kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għad-dispożizzjoni ta' din id-Deċiżjoni;

dment li tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 3

1.  
Il-Kunsill għandu jimplimenta modifiki għal Anness I abbażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat.
2.  
Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jadotta emendi għal-listi li jinsabu f'Annessi II u III kif meħtieġ.
3.  
Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernati elenkati f'Anness III, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, biex b'hekk tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.
4.  
Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrevedi mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat elenkati f'Anness III skont dan.

Artikolu 4

Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk inklużi f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

1.  
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, emendata jew imħassra kif adatt, b'mod partikolari fid-dawl ta' deċiżjonijiet rilevanti mill-Kunsill tas-Sigurtà.
2.  
Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 1(1)(b) u 2 għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u minn tal-inqas kull 12-il xahar. Huma ma għandhomx jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jekk il-Kunsill jiddetermina, f'konformità mal-proċedura msemmija f'Artikolu 3(2), li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom ma għadhomx sodisfatti.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 2012/237/PESK hija b'dan imħassra.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS I



Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)(a)

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

(data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.)

Raġunijiet għall-inklużjoni

▼M3

1.

António INJAI

(magħruf ukoll bħala “António INDJAI”)

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

d.t.t.: 20.1.1955

p.t.t.: Encheia, Sector de Bissorá, Região de Oio, Guiné-Bissau

Ġenituri: Wasna Injai (isem il-missier) u Quiritche Cofte (isem l-omm)

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Ġeneral b) Kap tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati

Passaport: Passaport Diplomatiku AAID00435

Data tal-ħruġ: 18.2.2010

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 18.2.2013

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782445

António Injai kien personalment involut fl-ippjanar u t-tmexxija tar-rewwixta tal-1 ta' April 2010, li laħqet il-qofol bil-ħtif illegali tal-Prim Ministru, Carlo Gomes Junior, u ta' dak li dak iż-żmien kien il-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati, José Zamora Induta; matul il-perijodu elettorali tal-2012, fil-kapaċità tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati, Injai għamel dikjarazzjonijiet u hedded li jwaqqa' l-awtoritajiet eletti u li jtemm il-proċess elettorali; Antonio Injai kien involut fl-ippjanar operattiv tal-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Wara l-kolp ta' stat, l-ewwel komunikazzjoni mill-“Kmand Militari” inħareġ mill-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati, li huwa mmexxi mill-Ġeneral Injai.

2.

Mamadu TURE

(magħruf ukoll bħala “N'Krumah”)

Nazzjonalità — Guinea-Bissau

d.t.t. 26.4.1947

Deżinjazzjoni: a) Maġġur Ġeneral b) Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

Passaport Diplomatiku Nru DA0002186

Data tal-ħruġ: 30.3.2007

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 26.8.2013

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782456

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.

Estêvão NA MENA

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

d.t.t. 7.3.1956

Deżinjazzjoni: Spettur Ġenerali tal-Forzi Armati

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782449

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

4.

Ibraima CAMARÁ

(magħruf ukoll bħala “Papa Camará”)

Nazzjonalità — Guinea-Bissau

d.t.t. 11.5.1964

Ġenituri: Suareba Camará (isem il-missier) u Sale Queita (isem l-omm)

Deżinjazzjoni: a) Brigadier Ġenerali b) Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru

Passaport Diplomatiku Nru AAID00437

Data tal-Ħruġ: 18.2.2010

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 18.2.2013

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5781782

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

5.

Daba NAUALNA

(magħruf bħala “Daba Na Walna”)

Nazzjonalità — Guinea-Bissau

d.t.t. 6.6.1966

Ġenituri: Samba Naualna (Isem il-missier) u In-Uasne Nanfafe (Isem l-omm)

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kelliem tal-“Kmand Militari”

Passaport nru SA 0000417

Data tal-ħruġ: 29.10.2003

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 10.3.2013

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782452

Kelliem tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

▼M4 —————

▼M3

7.

Cranha DANFÁ

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 5.3.1957

Deżinjazzjoni: a) Kurunell b) Kap tal-Operazzjonijiet tal-Persunal Konġunt tal-Forzi Armati

Passaport: AAIN29392

Data tal-ħruġ: 29.9.2011

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 29.9.2016

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782442

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Konsulent qrib tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati António Injai.

8.

Idrissa DJALÓ

(magħruf ukoll bħala: Idriça Djaló)

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 18 ta' Diċembru 1954

Deżinjazzjoni: a) Maġġur b) Konsulent ta' protokoll għall-Kap Kmandant tal-Forzi Armati c) Kurunell d) Kap tal-Protokoll tal-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi Armati (sussegwentement)

Passaport: AAISO40158

Data tal-ħruġ: 12.10.2012

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 2.10.2015

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782443

Punt ta' Kuntatt għall-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012 u wieħed mill-aktar membri attivi tiegħu. Kien wieħed mill-ewwel uffiċjali li assumew pubblikament l-affiljazzjoni tagħhom mal-“Kmand Militari”, billi ffirma waħda mill-ewwel communiqués tiegħu (nru 5, datata 13 ta' April 2012). Il-Maġġur Djaló jappartjeni wkoll għall-Intelligence Militari.

9.

Tchipa NA BIDON

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 28.5.1954

Ġenituri: “Nabidom”

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kap tal-Intelligence

Passaport: Passaport Diplomatiku DA0001564

Data tal-ħruġ: 30.11.2005

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 15.5.2011

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782446

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

10.

Tcham NA MAN

(magħruf ukoll bħala Namam)

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 27.2.1953

Ġenituri: Biute Naman (Isem il-missier) u Ndjade Na Noa (Isem l-omm)

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kap tal-Isptar Militari tal-Forzi Armati

Passaport: SA0002264

Data tal-ħruġ: 24.7.2006

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 23.7.2009

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782448

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Ukoll membru tal-Kmand Militari Għoli (l-ogħla ġerarkija tal-Forzi Armati tal-Guinea-Bissau)

11.

Júlio NHATE

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 28.9.1965

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kmandant tar-Reġiment tal-Paratruppi

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782454

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Alleat leali ta' António Injai, il-Logutenent-kurunell Júlio Nhate għandu r-responsabbiltà materjali għall-kolp tat-12 ta' April 2012, billi mexxa l-operazzjoni militari.

▼B




ANNESS II



Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikoli 1(1)(b)

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

(data u post tat-twelid (D.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.)

Raġunijiet għall-inklużjoni

Data tan-nomina

1.

Ġeneral Augusto MÁRIO CÓ

Kariga uffiċjali: Kap tal-Persunal tal-Armata

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

2.

Ġeneral Saya Braia Na NHAPKA

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Kap tal-Gwardja Presidenzjali

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

3.

Kurunell Tomás DJASSI

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 18 ta' Settembru 1968

Kariga uffiċjali: Kmandant tal-Gwardja Nazzjonali

Passaport: AAIS00820

Data tal-ħruġ: 24.11.2010

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 27.04.2012

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Konsulent mill-qrib tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati António Injai.

1.6.2012

▼M1 —————

▼B

5.

Kurunell Celestino de CARVALHO

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 14.06.1955

Ġenituri: Domingos de Carvalho u Josefa Cabral

Kariga uffiċjali: President tal-Istitut Nazzjonali tad-Difiża

Passaport: Passport Diplomatiku DA0002166

Data tal-ħruġ: 19.02.2007

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 15.04.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Ex-Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru. Il-preżenza tiegħu f'delegazzjoni li ltaqgħet mal-ECOWAS fis-26 ta' April tikkonferma l-parteċipazzjoni tiegħu fil-"Kmand Militari".

1.6.2012

▼M1 —————

▼B

10.

Maġġur Samuel FERNANDES

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Data tat-Twelid: 22 ta' Jannar 1965

Ġenituri: José Fernandes u Segunda Iamite

Kariga uffiċjali: Assistent tal-Kap tal-Operazzjonijiet tal-Gwardja Nazzjonali

Passaport: AAIS00048

Data tal-ħruġ: 24.03.2009

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 24.03.2012

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

▼M1 —————

▼M5 —————

▼B

13.

Kmandant (Qawwa Navali) Agostinho Sousa CORDEIRO

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 28 ta' Mejju 1962

Ġenituri: Luis Agostinho Cordeiro u Domingas Soares

Kariga uffiċjali: Kap tal-Loġistika tal-Persunal Konġunt tal-Forzi Armati

Passaport: SA0000883

Data tal-ħruġ: 14.04.2004

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 15.04.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

▼M5 —————

▼B

15.

Logutenent Lassana CAMARÁ

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Kap tas-Servizzi Finanzjarji tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Responsabbli għal frodi tal-fondi pubbliċi li huma proprjetà tad-Dwana, tad-Direttorat Ġenerali tat-Trasport u tad-Direttorat Ġenerali tal-Fruntieri u l-Migrazzjoni. Dawn il-fondi jiffinanzjaw lill-"Kmand Militari".

1.6.2012

16.

Logutenent Julio NA MAN

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Aide-de-Camp tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Il-Logutenent Na Man kien attiv fil-kmand operattiv tal-kolp ta' stat tat-12 ta' April, taħt l-ordinjiet ta' António Injai. Huwa pparteċipa wkoll, f'isem il-"Kmand Militari", fil-laqgħat mal-partiti politiċi.

1.6.2012




ANNESS III



Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 2

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.)

Raġunijiet għall-inklużjoni

Data tan-nomina

▼M3

1

António INJAI

(magħruf ukoll bħala “António INDJAI”)

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

d.t.t.: 20.1.1955

p.t.t.: Encheia, Sector de Bissorá, Região de Oio, Guiné-Bissau

Ġenituri: Wasna Injai (isem il-missier) u Quiritche Cofte (isem l-omm)

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Ġeneral b) Kap tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati

Passaport: Passaport Diplomatiku AAID00435

Data tal-ħruġ: 18.2.2010

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 18.2.2013

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782445

António Injai kien personalment involut fl-ippjanar u t-tmexxija tar-rewwixta tal-1 ta' April 2010, li laħqet il-qofol bil-ħtif illegali tal-Prim Ministru, Carlo Gomes Junior, u dak li dak iż-żmien kien il-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati, José Zamora Induta; matul il-perijodu elettorali tal-2012, fil-kapaċità tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati, Injai għamel dikjarazzjonijiet u hedded li jwaqqa' l-awtoritajiet eletti u li jtemm il-proċess elettorali; Antonio Injai kien involut fl-ippjanar operattiv tal-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Wara l-kolp ta' stat, l-ewwel komunikazzjoni mill-“Kmand Militari” inħareġ mill-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati, li huwa mmexxi mill-Ġeneral Injai.

3.5.2012

2.

Mamadu TURE

(magħruf ukoll bħala “N'Krumah”)

Nazzjonalità — Guinea-Bissau

d.t.t. 26.4.1947

Deżinjazzjoni: a) Maġġur Ġeneral b) Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

Passaport Diplomatiku Nru DA0002186

Data tal-ħruġ: 30.3.2007

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 26.8.2013

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782456

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

3.

Estêvão NA MENA

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

d.t.t. 7.3.1956

Deżinjazzjoni: Spettur Ġenerali tal-Forzi Armati

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782449

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

4.

Ibraima CAMARÁ

(magħruf ukoll bħala “Papa Camará”)

Nazzjonalità — Guinea-Bissau

d.t.t. 11.5.1964

Ġenituri: Suareba Camará (isem il-missier) u Sale Queita (isem l-omm)

Deżinjazzjoni: a) Brigadier Ġenerali b) Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru

Passaport Diplomatiku nru AAID00437

Data tal-Ħruġ: 18.2.2010

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 18.2.2013

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5781782

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

5.

Daba NAUALNA

(magħruf bħala “Daba Na Walna”)

Nazzjonalità — Guinea-Bissau

d.t.t. 6.6.1966

Ġenituri: Samba Naualna (Isem il-missier) u In-Uasne Nanfafe (Isem l-omm)

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kelliem tal-“Kmand Militari”

Passaport nru SA 0000417

Data tal-ħruġ: 29.10.2003

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 10.3.2013

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782452

Kelliem tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

▼B

6.

Ġeneral Augusto MÁRIO CÓ

Kariga uffiċjali: Kap tal-Persunal tal-Armata

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

7.

Ġeneral Saya Braia Na NHAPKA

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Kap tal-Gwardja Presidenzjali

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

8.

Kurunell Tomás DJASSI

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 18 ta' Settembru 1968

Kariga uffiċjali: Kmandant tal-Gwardja Nazzjonali

Passaport: AAIS00820

Data tal-ħruġ: 24.11.2010

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 27.04.2012

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Konsulent qrib tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati António Injai.

1.6.2012

▼M3

9.

Cranha DANFÁ

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 5.3.1957

Deżinjazzjoni: a) Kurunell b) Kap tal-Operazzjonijiet tal-Persunal Konġunt tal-Forzi Armati

Passaport: AAIN29392

Data tal-ħruġ: 29.9.2011

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 29.9.2016

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782442

Membru tal-Kmand Militari li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Konsulent qrib tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati António Injai.

1.6.2012

▼B

10.

Kurunell Celestino de CARVALHO

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 14.06.1955

Ġenituri: Domingos de Carvalho u Josefa Cabral

Kariga uffiċjali: President tal-Istitut tad-Difiża Nazzjonali

Passaport: Passaport diplomatiku DA0002166

Data tal-ħruġ: 19.02.2007

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 15.04.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Ex-kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru. Il-preżenza tiegħu f'delegazzjoni li ltaqgħet mal-ECOWAS fis-26 ta' April tikkonferma l-parteċipazzjoni tiegħu fil-"Kmand Militari".

1.6.2012

▼M4 —————

▼M3

12.

Júlio NHATE

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 28.9.1965

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kmandant tar-Reġiment tal-Paratruppi

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782454

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Alleat leali ta' António Injai, il-Logutenent-kurunell Júlio Nhate għandu r-responsabbiltà materjali għall-kolp tat-12 ta' April 2012, billi mexxa l-operazzjoni militari.

1.6.2012

13.

Tchipa NA BIDON

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 28.5.1954

Ġenituri: “Nabidom”

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kap tal-Intelligence

Passaport: Passaport Diplomatiku DA0001564

Data tal-ħruġ: 30.11.2005

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 15.5.2011

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782446

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

14.

Tcham NA MAN

(magħruf ukoll bħala Namam)

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 27.2.1953

Ġenituri: Biute Naman (Isem il-missier) u Ndjade Na Noa (Isem l-omm)

Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kap tal-Isptar Militari tal-Forzi Armati

Passaport: SA0002264

Data tal-ħruġ: 24.7.2006

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 23.7.2009

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782448

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Ukoll membru tal-Kmand Militari Għoli (l-ogħla ġerarkija tal-Forzi Armati tal-Guinea-Bissau)

1.6.2012

▼B

15.

Maġġur Samuel FERNANDES

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Data tat-Twelid: 22 ta' Jannar 1965

Ġenituri: José Fernandes u Segunda Iamite

Kariga uffiċjali: Assistent tal-Kap tal-Operazzjonijiet tal-Gwardja Nazzjonali

Passaport: AAIS00048

Data tal-ħruġ: 24.03.2009

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 24.03.2012

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

▼M3

16.

Idrissa DJALÓ

(magħruf ukoll bħala: Idriça Djaló)

Nazzjonalità: Guinea-Bissau

D.t.t.: 18 ta' Diċembru 1954

Deżinjazzjoni: a) Maġġur b) Konsulent ta' protokoll għall-Kap Kmandant tal-Forzi Armati c) Kurunell d) Kap tal-Protokoll tal-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi Armati (sussegwentement)

Passaport: AAISO40158

Data tal-ħruġ: 12.10.2012

Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau

Data tal-iskadenza: 2.10.2015

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012))

Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782443

Punt ta' Kuntatt għall-Kmand Militari li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012 u wieħed mill-aktar membri attivi tiegħu. Kien wieħed mill-ewwel uffiċjali li assumew pubblikament l-affiljazzjoni tagħhom mal-“Kmand Militari”, billi ffirma waħda mill-ewwel communiqués tiegħu (nru 5, datata 13 ta' April 2012). Il-Maġġur Djaló jappartjeni wkoll għall-Intelligence Militari.

18.7.2012

▼M5 —————

▼B

18.

Kmandant (Forza Navali) Agostinho Sousa CORDEIRO

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 28 ta' Mejju 1962

Ġenituri: Luis Agostinho Cordeiro u Domingas Soares

Kariga uffiċjali: Kap tal-Loġistika tal-Persunal Konġunt tal-Forzi Armati

Passaport: SA0000883

Data tal-ħruġ: 14.04.2004

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 15.04.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

▼M5 —————

▼B

20.

Logutenent Lassana CAMARÁ

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Kap tas-Servizzi Finanzjarji tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Responsabbli għall-frodi tal-fondi pubbliċi li jappartjenu għad-Dwana, id-Direttorat Ġenerali tat-Trasport u d-Direttorat Ġenerali tal-Fruntieri u l-Migrazzjoni Dawn il-fondi jiffinanzjaw il-"Kmand Militari".

1.6.2012

21.

Logutenent Julio NA MAN

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Aide-de-Camp tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Il-Logutenent Na Man kien attiv fil-kmand operazzjonali tal-kolp tat-12 ta' April, taħt ordnijiet minn António Injai. Ħa wkoll sehem, f'isem il-"Kmand Militari", f'laqgħat ma' partiti politiċi.

1.6.2012