2011R1343 — MT — 28.11.2015 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 1343/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Diċembru 2011

dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran

(ĠU L 347 30.12.2011, p. 44)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2015/2102 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-28 ta' Ottubru 2015

  L 308

1

25.11.2015




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 1343/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Diċembru 2011

dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja ( 2 ),

Billi:

(1)

Il-Komunità Ewropea kienet aderiet mal-Ftehim għall-istabbiliment tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (“Ftehim tal-GFCM”) konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/416/KE tas-16 ta’ Ġunju 1998 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran ( 3 ) (“GFCM”).

(2)

Il-Ftehim tal-GFCM jipprovdi qafas adatt għall-kooperazzjoni multilaterali sabiex jippromwovi l-iżvilupp, il-konservazzjoni, il-ġestjoni razzjonali u l-aqwa użu tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed f’livelli li huma kkunsidrati sostenibbli u b’riskju baxx ta’ kollass.

(3)

L-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, Malta, ir-Rumanija u s-Slovenja huma partijiet kontraenti tal-Ftehim tal-GFCM.

(4)

Ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-GFCM huma vinkolanti għall-partijiet kontraenti tagħha. Peress li l-Unjoni hija parti kontraenti tal-Ftehim tal-GFCM, dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma vinkolanti għall-Unjoni u għalhekk għandhom jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, sakemm il-kontenut tagħhom mhuwiex diġà kopert minnha.

(5)

Fis-Sessjonijiet Annwali tagħha fl-2005, l-2006, l-2007 u l-2008 l-GFCM adottat għadd ta’ rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet għal ċertu sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM li ġew implimentati b’mod temporanju fil-liġi tal-Unjoni bir-Regolamenti annwali dwar l-opportunitajiet tas-sajd jew, fil-każ tar-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM 2005/1 u 2005/2, bl-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 ( 4 ).

(6)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, simplifikazzjoni u ċertezza legali, u peress li n-natura permanenti tar-rakkomandazzjonijiet teħtieġ ukoll strument legali permanenti għall-implimentazzjoni tagħhom fil-liġi tal-Unjoni, huwa opportun li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu implimentati permezz ta’ att leġiżlattiv uniku, fejn rakkomandazzjonijiet futuri jistgħu jinżiedu permezz ta’ emendi għal dak l-att.

(7)

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM japplikaw għaż-żona sħiħa tal-Ftehim tal-GFCM, jiġifieri l-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u l-ilmijiet ta’ konnessjoni, kif definit fil-preambolu tal-Ftehim tal-GFCM u għalhekk, għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza ġuridika, għandhom jiġu implimentati f’Regolament separat milli permezz ta’ emendi għar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 li jkopri l-Baħar Mediterran biss.

(8)

Ċerti dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 għandhom japplikaw mhux biss fil-Baħar Mediterran iżda fiż-żona sħiħa tal-Ftehim tal-GFCM. Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jitħassru mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 u jiġu inklużi f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, ċerti dispożizzjonijiet dwar il-qies minimu tal-malji tax-xbieki li huma stabbiliti f’dak ir-Regolament għandhom jiġ ċċarati aktar.

(9)

Iż-“żoni ta’ sajd ristretti” stabbiliti mir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM għal miżuri ta’ ġestjoni tal-ispazju huma ekwivalenti għaż-“żoni ta’ sajd protetti” kif użati fir-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(10)

Fis-Sessjoni Annwali tagħha mit-23 sas-27 ta’ Marzu 2009 l-GFCM adottat, abbażi ta’ parir xjentifiku mill-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku (“SAC”), kif jinsab fir-rapport tal-ħdax-il sessjoni tiegħu (Rapport FAO Nru 890), rakkomandazzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Żona ta’ Sajd Ristretta fil-Golf tal-Iljuni. Huwa opportun li din il-miżura tiġi implimentata permezz ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-isforz tas-sajd.

(11)

Fis-sajd imħallat tal-Mediterran, is-selettività ta’ xi rkaptu tas-sajd ma tistax titħalla tmur lil hinn minn ċertu livell. Addizzjonalment għall-kontroll u l-limitazzjoni komplessivament tal-isforz tas-sajd, huwa fundamentali li jkun limitat l-isforz tas-sajd f’żoni fejn l-adulti ta’ stokkijiet importanti jiltaqgħu, sabiex ikollhom riskju ta’ xkiel fir-riproduzzjoni li jkun baxx biżżejjed sabiex ikun permess l-isfruttament sostenibbli tagħhom. Għalhekk, huwa kunsiljabbli, fir-rigward taż-żona eżaminata mill-SAC, li l-ewwel ikun limitat l-isforz tas-sajd għal-livelli preċedenti u konsegwentement li ma tkunx permessa żieda f’dak il-livell.

(12)

Il-parir li fuqu huma bbażati l-miżuri ta’ ġestjoni għandu min-naħa tiegħu jkun ibbażat fuq l-użu xjentifiku tad-data rilevanti dwar il-kapaċità u l-attività tal-flotta, dwar l-istatus bijoloġiku tar-riżorsi sfruttati u dwar is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tas-sajd. Dik id-data għandha tinġabar u tiġi ppreżentata fil-ħin sabiex il-korpi sussidjarji tal-GFCM ikunu jistgħu jħejju l-parir tagħhom.

(13)

Fis-Sessjoni Annwali tagħha tal-2008, il-GFCM adottat rakkomandazzjoni dwar skema reġjonali ta’ miżuri tal-Istat tal-port għall-ġlieda kontra s-sajd Illegali, Mhux Rappurtat u Mhux Regolat (IUU) fiż-Żona tal-GFCM. Filwaqt li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat ( 5 ) ikopri b’mod ġenerali l-kontenut ta’ dik ir-rakkomandazzjoni u ilu applikat mill-1 ta’ Jannar 2010, madankollu hemm xi partijiet minnha bħal dawk dwar il-frekwenza, il-kopertura u l-proċedura għall-ispezzjonijiet fil-port li jeħtieġu jissemmew f’dan ir-Regolament sabiex dik ir-rakkomandazzjoni tiġi adattata għall-partikolaritajiet taż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.

(14)

Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonjiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-format u t-trasmissjoni ta’: ir-rapport dwar l-attivitajiet tas-sajd imwettqin fiż-żoni ta’ sajd ristretti; applikazzjonijiet għat-trasferiment ta’ jiem mitlufin minħabba l-maltemp fl-istaġun magħluq għas-sajd tal-lampuki u r-rapport dwar tali trasferiment; ir-rapport fil-kuntest tal-ġbir tad-data dwar is-sajd tal-lampuki; informazzjoni rigward l-użu tal-qies minimu tal-malji tax-xbieki użati għall-attivitajiet ta’ tkarkir li jisfruttaw l-istokkijiet f’qiegħ il-baħar fil-Baħar l-Iswed; u data dwar il-matriċijiet ta’ statistika, kif ukoll fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni mas-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni ( 6 ).

(15)

Sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tkompli tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Ftehim tal-GFCM, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni fil-liġi tal-Unjoni tal-emendi li saru vinkolanti għall-Unjoni għall-miżuri eżistenti tal-GFCM li diġà ġew implimentati fil-liġi tal-Unjoni, fir-rigward tal-forniment ta’ informazzjoni dwar il-qies minimu tal-malji tax-xbieki fil-Baħar l-Iswed lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM; it-trasmissjoni tal-lista ta’ bastimenti awtorizzati għall-iskop tar-Reġistru tal-GFCM lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM; il-miżuri tal-Istat tal-port; il-kooperazzjoni, l-informazzjoni u r-rappurtar; it-tabella, mappa u l-koordinati ġeografiċi tas-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM; il-proċeduri ta’ ispezzjoni fl-Istat tal-port għall-bastimenti; u l-matriċijiet ta’ statistika tal-GFCM. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, fil-ħin u adatta tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:



TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli għall-applikazzjoni mill-Unjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni, ġestjoni, sfruttament, monitoraġġ, kummerċjalizzazzjoni u infurzar għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura stabbiliti mill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (“GFCM”).

Artikolu 2

Ambitu

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-attivitajiet kummerċjali kollha tas-sajd u tal-akkwakultura mwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-UE u miċ-ċittadini tal-Istati Membri fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.

Dan għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-operazzjonijiet tas-sajd imwettqa biss għal skopijiet ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi li jsiru bil-permess u bl-awtorità tal-Istat Membru li l-bandiera tiegħu jtajjar il-bastiment u li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu infurmati bil-quddiem li fl-ilmijiet tagħhom tkun qiegħda ssir ir-riċerka. L-Istati Membri li jwettqu operazzjonijiet tas-sajd għall-iskop ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri li fl-ilmijiet tagħhom tkun qiegħda ssir ir-riċerka u lill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd dwar il-qabdiet kollha minn dawn l-operazzjonijiet tas-sajd.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw, flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd taħt il-Politika Komuni dwar is-Sajd ( 7 ) u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “żona tal-Ftehim tal-GFCM” tfisser il-Mediterran u l-Baħar l-Iswed u l-ilmijiet ta’ konnessjoni, kif deskritt fil-Ftehim tal-GFCM;

(b) “sforz tas-sajd” tfisser il-prodott li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-kapaċità ta’ bastiment tas-sajd, espress f’kW jew f’GT (tunnellaġġ gross), mal-attività espressa f’għadd ta’ jiem fuq il-baħar;

(c) “jum fuq il-baħar” tfisser kwalunkwe jum tal-kalendarju li fih bastiment ikun assenti mill-port, irrispettivament mill-ammont ta’ ħin matul tali jum li dak il-bastiment ikun prezenti f’żona;”

(d) “numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-UE” tfisser in-numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-Komunità definit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta’ Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità ( 8 ).



TITOLU II

MIŻURI TEKNIĊI



KAPITOLU I

Żoni ta’ Sajd Ristretti



Taqsima I

Żona ta’ sajd ristretta fil-Golf tal-Iljuni

Artikolu 4

Stabbiliment ta’ żona ta’ sajd ristretta

Hija b’dan stabbilita żona ta’ sajd ristretta fil-Lvant tal-Golf tal-Iljuni konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati ġeografiċi li ġejjin:

 42° 40′ N, 4° 20′ E

 42° 40′ N, 5° 00′ E

 43° 00′ N, 4° 20′ E

 43° 00′ N, 5° 00′ E.

Artikolu 5

Sforz tas-sajd

Għall-istokkijiet f’qiegħ il-baħar, l-isforz tas-sajd tal-bastimenti li jużaw xbieki rmunkati, konzijiet tal-qiegħ u ta’ nofs il-baħar u xbieki tal-qiegħ fiż-żona ta’ sajd ristretta msemmija fl-Artikolu 4 m’għandux jeċċedi l-livell tal-isforz tas-sajd applikat fl-2008 minn kull Stat Membru f’dik iż-żona.

Artikolu 6

Rekord ta’ sajd

L-Istati Membri għandhom, sa mhux aktar tard mis-16 ta' Frar 2012, jippreżentaw lill-Kummissjoni f’format elettroniku lista tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li kellhom rekord ta’ sajd matul is-sena 2008 fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 u fis-Subżona Ġeografika 7 tal-GFCM kif definit fl-Anness I. Dik il-lista għandha tinkludi l-isem tal-bastiment, in-numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-UE, il-perijodu li matulu l-bastiment kien awtorizzat jistad fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 u l-għadd ta’ jiem li kull bastiment għamel fis-Subżona Ġeografika 7 fis-sena 2008 u aktar speċifikament fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 7

Bastimenti awtorizzati

1.  Il-bastimenti awtorizzati biex jistadu fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 għandha tinħarġilhom awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istat Membru tagħhom f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd ( 9 ).

2.  Il-bastimenti tas-sajd li ma għandhomx rekords ta’ sajd fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 qabel l-31 ta’ Diċembru 2008 m’għandhomx ikunu awtorizzati jibdew jistadu hemm.

3.  L-Istati Membri għandhom, sa mhux aktar tard mis-16 ta' Frar 2012, jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2008 dwar:

(a) l-għadd massimu ta’ sigħat fil-jum li bastiment jista’ jwettaq attività tas-sajd,

(b) l-għadd massimu ta’ jiem fil-ġimgħa li bastiment jista’ joqgħod fuq il-baħar u jkun nieqes mill-port, u

(c) il-ħinijiet obbligatorji għall-bastimenti tas-sajd tal-ħruġ u r-ritorn tagħhom lejn il-port reġistrat tagħhom.

Artikolu 8

Protezzjoni ta’ ħabitats sensittivi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żona msemmija fl-Artikolu 4 tkun protetta mill-impatti ta’ kwalunkwe attività oħra tal-bniedem li tipperikola l-konservazzjoni tal-karatteristiċi li jikkaratterizzaw dik iż-żona bħala żona fejn jinġabar il-ħut li jista’ jirriproduċi.

Artikolu 9

Informazzjoni

Qabel l-1 ta’ Frar ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport f’format elettroniku dwar l-attivitajiet tas-sajd imwettqa fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati għall-format u t-trasmissjoni tar-rapport dwar tali attivitajiet tas-sajd. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).



Taqsima II

Żoni ta’ sajd ristretti sabiex jiġu protetti ħabitats sensittivi tal-baħar fond

Artikolu 10

Stabbiliment ta’ żoni ta’ sajd ristretti

Is-sajd bil-gangmu rmunkat u bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għandu jkun ipprojbit fiż-żoni li ġejjin:

(a) Iż-żona ristretta għas-sajd tal-baħar fond “is-Sikka Lophelia ‘l barra minn Capo Santa Maria di Leuca” konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

 39° 27,72′ N, 18° 10,74′ E

 39° 27,80′ N, 18° 26,68′ E

 39° 11,16′ N, 18° 32,58′ E

 39° 11,16′ N, 18° 04,28′ E;

(b) Iż-żona ristretta għas-sajd tal-baħar fond “The Nile delta area cold hydrocarbon seeps” konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

 31° 30,00′ N, 33° 10,00′ E

 31° 30,00′ N, 34° 00,00′ E

 32° 00,00′ N, 34° 00,00′ E

 32° 00,00′ N, 33° 10,00′ E;

(c) Iż-żona ristretta għas-sajd tal-baħar fond “The Eratosthenes Seamount” konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

 33° 00,00′ N, 32° 00,00′ E

 33° 00,00′ N, 33° 00,00′ E

 34° 00,00′ N, 33° 00,00′ E

 34° 00,00′ N, 32° 00,00′ E.

Artikolu 11

Protezzjonijiet ta’ ħabitats sensittivi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom il-kompitu li jipproteġu l-ħabitats sensittivi tal-baħar fond fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 10 minn, b’mod partikolari, l-impatt ta’ kwalunkwe attività oħra li tipperikola l-konservazzjoni tal-karatteristiċi li jikkaratterizzaw dawk il-ħabitats.



KAPITOLU II

L-istabbiliment ta’ staġun magħluq għas-sajd tal-lampuki permezz ta’ rkaptu biex jinġema l-ħut

Artikolu 12

Staġun magħluq

1.  Is-sajd għal-lampuki (Coryphaena hippurus) bl-użu ta’ rkaptu biex jinġemal-ħut (“FADs”) għandu jkun ipprojbit mill-1 ta’ Jannar sal-14 ta’ Awwissu ta’ kull sena.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, jekk Stat Membru jista’ juri li minħabba l-maltemp, il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu ma setgħux jużaw il-jiem normali tas-sajd tagħhom, dak l-Istat Membru jista’ jittrasferixxi l-jiem mitlufa mill-bastimenti tiegħu fis-sajd bl-FADs sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara. F’dak il-każ, qabel l-aħħar tas-sena l-Istati Membri għandhom jippreżentaw applikazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-għadd ta’ jiem li jixtiequ jittrasferixxu.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll fiż-żona ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

4.  L-applikazzjoni prevista fil-paragrafu 2 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) rapport bid-dettalji tal-waqfien mill-attivitajiet tas-sajd inkwistjoni, inkluża informazzjoni meteoroloġika adatta ta’ evidenza;

(b) l-isem tal-bastiment u n-numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-UE tiegħu.

5.  Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar applikazzjonijiet tat-tip imsemmija fil-paragrafu 2 fi żmien sitt ġimgħat mid-data tar-riċezzjoni ta’ applikazzjoni u għandha tinforma lill-Istat Membru bil-miktub b’dik id-deċiżjoni.

6.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafu 5. Qabel l-1 ta’ Novembru ta’ kull sena l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar it-trasferiment tal-jiem mitlufin fis-sena ta’ qabel kif imsemmi fil-paragrafu 2.

7.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati għall-format u t-trasmissjoni tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 u tar-rapport dwar tali trasferiment imsemmi fil-paragrafu 6. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 13

Awtorizzazzjonijiet tas-sajd

Il-bastimenti tas-sajd awtorizzati jipparteċipaw fis-sajd tal-lampuki għandhom jingħataw awtorizzazzjoni tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u għandhom ikunu inklużi f’lista li jkollha l-isem tal-bastiment u n-numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-UE, li l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni. Għandu jkun meħtieġ li l-bastimenti ta’ tul totali ta’ inqas minn 10 metri jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd.

Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għaż-żona ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu (26)1 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

Artikolu 14

Ġbir tad-data

1.  Mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd ( 10 ) l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema adatta ta’ ġbir u ta’ trattament tad-data dwar il-qbid u l-isforz tas-sajd.

2.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena l-għadd ta’ bastimenti involuti fis-sajd, kif ukoll it-total tal-qabdiet li jinħattu l-art u ta’ trasbordi ta’ lampuki mwettqa fis-sena preċedenti mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom f’kull Subżona Ġeoġrafika taż-żona tal-Ftehim tal-GFCM kif stabbilit fl-Anness I.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati għall-format u t-trasmissjoni ta’ tali rapporti. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).

3.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni li tirċievi mill-Istati Membri lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM.



KAPITOLU III

Irkaptu tas-sajd

Artikolu 15

Daqs minimu tal-malji fil-Baħar l-Iswed

1.  Id-daqs minimu tal-malji tax-xbieki użati għall-attivitajiet ta’ tkarkir li jisfruttaw l-istokkijiet f’qiegħ il-baħar fil-Baħar l-Iswed għandu jkun ta’ 40 mm. Il-pannelli ta’ xbieki b’malji iżgħar minn 40 mm m’għandhomx jintużaw jew jinżammu abbord.

2.  Qabel l-1 ta’ Frar 2012, ix-xibka msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sostitwita minn xibka b’malja kwadra tal-manka ta’ 40 mm jew, fuq it-talba debitament ġustifikata ta’ sid il-bastiment, għal xibka b’malja djamant ta’ 50 mm b’selettività ta’ daqs rikonoxxut ekwivalenti għal jew ogħla minn dak tax-xbieki b’malja kwadra tal-manka ta’ 40 mm.

3.  L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom iwettqu attivitajiet ta’ tkarkir li jisfruttaw l-istokkijiet f’qiegħ il-baħar fil-Baħar l-Iswed għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, għall-ewwel darba mhux aktar tard mis-16 ta' Frar 2012 u sussegwentement kull sitt xhur, il-lista ta’ bastimenti tas-sajd li jwettqu dawn l-attivitajiet fil-Baħar l-Iswed u li huma mgħammra b’xibka bil-malja kwadra tal-manka ta’ 40 mm jew aktar jew xbieki bil-malja djamant ta’ mill-anqas 50 mm kif ukoll il-perċentwali li dawk il-bastimenti jirrappreżentaw mill-flotta kollha nazzjonali tat-tkarkir f’qiegħ il-baħar.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati għall-format u t-trasmissjoni tal-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM.

▼M1

Artikolu 15a

L-użu ta' sajd bi xbieki tat-tkarkir u xbieki tal-garġi fil-Baħar l-Iswed

1.  L-użu ta' xbieki tat-tkarkir huwa pprojbit:

(a) f'żoni anqas minn tliet mili nawtiċi mill-kosta, sakemm ma jintlaħaqx l-isobat ta' 50 metru; jew

(b) fl-isobat ta' 50 metru fejn il-fond ta' 50 metru jintlaħaq f'distanza iqsar mill-kosta.

2.  L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw fuq bażi eċċezzjoniali lill-bastimenti tas-sajd tagħhom biex jistadu fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 billi jagħtu derogi f'konformità mar-Rakkomandazzjoni GFCM 36/2012/3, dment li jinformaw kif dovut lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tali deroga.

3.  Fejn il-Kummissjoni tqis li deroga mogħtija f'konformità mal-paragrafu 2 ma tissodisfax il-kondizzjoni msemmija f'dak il-paragrafu, hija tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat jemenda dik id-deroga dment li tagħti raġunijiet rilevanti u wara li tkun ikkonsultatu.

4.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM dwar kwalunkwe deroga mogħtija f'konformità mal-paragrafu 2.

5.  Mill-1 ta' Jannar 2015, id-dijametru ta' monofilament jew spag tax-xbieki tal-garġi tal-qiegħ ma għandux ikun akbar minn 0,5 mm.

▼B

Artikolu 16

Użu ta’ gangmu rmunkat u sajd bix-xbieki tat-tkarkir

Huwa pprojbit l-użu ta’ gangmu rmunkat u xbieki tat-tkarkir f’fond ta’ aktar minn 1 000 m.

▼M1



KAPITOLU IV

Konservazzjoni u sfruttament sostenibbli tal-qroll aħmar

Artikolu 16a

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Kapitolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) u l-punti (e) u (g) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, jew għal kwalunkwe miżura aktar stretta li tirriżulta mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 11 ).

Artikolu 16b

Fond minimu għall-ġbir

1.  Il-ġbir tal-qroll aħmar huwa pprojbit f'ilmijiet ta' fond ta' inqas minn 50 metru sakemm il-GFCM ma tindikax mod ieħor.

2.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament u mal-Artikolu 18(1) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) sabiex tagħti derogi mill-paragrafu 1.

3.  Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti li għandhom jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-finijiet ta' derogi kif msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu akkumpanjati minn:

(a) informazzjoni dettaljata dwar il-qafas ta' ġestjoni nazzjonali;

(b) il-ġustifikazzjonijiet xjentifiċi jew tekniċi;

(c) il-lista tal-bastimenti tas-sajd, jew in-numru ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija, fir-rigward tal-ġbir tal-qroll aħmar f'ilmijiet ta' fond ta' inqas minn 50 metru; u

(d) il-lista taż-żoni tas-sajd fejn tali ġbir huwa awtorizzat, kif identifikati permezz ta' koordinati ġeografiċi kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar.

Kwalunkwe rakkomandazzjoni konġunta mill-Istati Membri kif jissemma fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppreżentata sad-29 ta' Novembru 2018.

4.  Id-derogi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jingħataw jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikun hemm fis-seħħ qafas ta' ġestjoni nazzjonali adatt, inkluża skema għall-awtorizzazzjoni tas-sajd f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; u

(b) permezz ta' għeluq spazjotemporali, jiġi żgurat li jkun qed jiġi sfruttat biss għadd limitat ta' kolonji ta' qroll aħmar.

5.  Minkejja l-paragrafi 2 sa 4 u bħala miżura ta' transizzjoni, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni GFCM/35/2011/2, dment li:

(a) dawk il-miżuri jkunu parti minn qafas ta' ġestjoni nazzjonali adatt; u

(b) l-Istat Membru kkonċernat jinforma kif dovut lill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni ta' dawk il-miżuri.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li kwalunkwe deroga ma tibqax tapplika mhux aktar tard mid-data ta' applikazzjoni tal-att delegat rilevanti adottat f'konformità mal-paragrafu 2.

6.  Fejn il-Kummissjoni tqis, abbażi tan-notifiki magħmulin mill-Istati Membri kkonċernati f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 5, li miżura nazzjonali adottata wara t-28 ta' Novembru 2015 ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4, hija tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat jemenda dik il-miżura dment li tagħti raġunijiet rilevanti u wara li tkun ikkonsultatu.

7.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM dwar il-miżuri adottati f'konformità mal-paragrafi 2 u 5.

Artikolu 16c

Id-dijametru tal-bażi minimu tal-kolonji

1.  Qroll aħmar minn kolonji ta' qroll aħmar li d-dijametru tal-bażi taz-zokk tiegħu, imkejjel minn ċentimetru 'l bogħod mill-bażi tal-kolonja, huwa iżgħar minn 7 mm, ma għandux jinġabar, jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jinħatt l-art, jiġi ttrasferit, jinħażen, jinbiegħ jew jintwera jew jiġi offrut għall-bejgħ bħala prodott mhux ipproċessat.

2.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa, f'konformità mal-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament u mal-Artikolu 18(1) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, tadotta atti delegati biex tawtorizza, b'deroga mill-paragrafu 1, limitu massimu ta' tolleranza ta' 10 % tal-piż ħaj ta' kolonji ta' qroll aħmar ta' daqs żgħir (< 7 mm).

3.  Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti li għandhom jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-finijiet ta' deroga kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu akkumpanjati mill-ġustifikazzjonijiet xjentifiċi jew tekniċi għal dik id-deroga.

Kwalunkwe rakkomandazzjoni konġunta minn Stati Membri kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppreżentata sad-29 ta' Novembru 2018.

4.  Id-derogi kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jingħataw jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikun hemm fis-seħħ qafas ta' ġestjoni nazzjonali, inkluża skema għall-awtorizzazzjoni tas-sajd f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(b) ikun hemm fis-seħħ programmi speċifiċi ta' monitoraġġ u kontroll.

5.  Minkejja l-paragrafi 2 sa 4 u bħala miżura ta' transizzjoni, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri għall-implimentazzjoni tar-RakkomandazzjoniGFCM/36/2012/1, dment li:

(a) dawk il-miżuri jagħmlu parti minn qafas ta' ġestjoni nazzjonali adatt; u

(b) l-Istat Membru kkonċernat jinforma kif dovut lill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni ta' dawk il-miżuri.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li kwalunkwe deroga ma tibqax tapplika wara d-data ta' applikazzjoni tal-att delegat rilevanti adottat f'konformità mal-paragrafu 2.

6.  Fejn il-Kummissjoni tqis, abbażi tan-notifiki magħmulin mill-Istati Membri kkonċernati f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 5, li miżura nazzjonali adottata wara t-28 ta' Novembru 2015 ma tkunx tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4, hija tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat jemenda dik il-miżura dment li tagħti raġunijiet rilevanti u wara li tkun ikkonsultatu.

7.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM dwar il-miżuri adottati f'konformità mal-paragrafi 2 u 5.

Artikolu 16d

Irkaptu u tagħmir

1.  Għall-ġbir tal-qroll aħmar, l-uniku rkaptu permess għandu jkun martell użat fl-għadis bl-akkwalang minn sajjieda li jkunu awtorizzati jew rikonoxxuti mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

2.  L-użu ta' Vetturi ta' taħt l-ilma li Jitħaddmu mill-Bogħod (ROVs) għall-isfruttament tal-qroll aħmar huwa pprojbit.

3.  B'deroga mill-paragrafu 2, l-użu ta' ROVs li jkunu ġew awtorizzati minn Stat Membru qabel it-30 ta' Settembru 2011 għall-fini ta' osservazzjoni u prospettar għandu jibqa' jkun permess f'żoni li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru dment li l-ROVs ikkonċernati ma jkunux jistgħu jiġu mgħammra b'dirgħajn manipulaturi jew bi kwalunkwe apparat ieħor li jippermetti l-qtugħ u l-ġbir tal-qroll aħmar.

Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jiskadu jew jiġu rtirati sal-31 ta' Diċembru 2015, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx kiseb riżultati xjentifiċi li juru li l-użu ta' ROVs wara l-2015 ma jkollu l-ebda impatt negattiv fuq l-isfruttament sostenibbli tal-qroll aħmar.

4.  B'deroga mill-paragrafu 2, Stat Membru jista' jawtorizza l-użu ta' ROVs mingħajr dirgħajn manipulaturi għall-fini ta' osservazzjoni u prospettar f'żoni li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru dment li jkun kiseb riżultati xjentifiċi fil-kuntest tal-qafas ta' ġestjoni nazzjonali li juru li m'hemm l-ebda impatt negattiv fuq l-isfruttament sostenibbli tal-qroll aħmar.

Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jiskadu jew jiġu rtirati sal-31 ta' Diċembru 2015, sakemm ir-riżultati xjentifiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jiġux validati mill-GFCM.

5.  B'deroga mill-paragrafu 2, Stat Membru jista' jawtorizza, għal perijodu ta' żmien limitat li ma jaqbiżx il-31 ta' Diċembru 2015, l-użu ta' ROVs għall-fini ta' kampanji xjentifiċi sperimentali għall-osservazzjoni u l-ġbir ta' qroll aħmar, dment li l-kampanji jsiru taħt is-superviżjoni ta' istituzzjoni ta' riċerka nazzjonali jew bil-kollaborazzjoni ta' korpi xjentifiċi nazzjonali jew internazzjonali kompetenti kif ukoll ma' kwalunkwe parti kkonċernata rilevanti oħra.



KAPITOLU V

Tnaqqis tal-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq ċerti speċijiet tal-baħar

Artikolu 16e

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Kapitolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura aktar stretta li tirriżulta mid-Direttiva 92/43/KEE jew mid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ), u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 ( 14 ).

Artikolu 16f

Qabdiet inċidentali ta' tjur tal-baħar fl-irkaptu tas-sajd

1.  Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd għandhom jeħilsu fil-pront tjur tal-baħar li jinqabdu fl-irkaptu tas-sajd b'mod inċidentali.

2.  Il-bastimenti tas-sajd ma għandhomx iniżżlu l-art tjur tal-baħar ħlief fil-qafas ta' pjani nazzjonali għall-konservazzjoni tat-tjur tal-baħar jew biex tiġi żgurata għajnuna għall-irkupru ta' tjur tal-baħar individwali li jkunu midruba, u kemm-il darba l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu ġew debitament u uffiċjalment informati, qabel ma l-bastiment tas-sajd ikkonċernat jerġa' lura fil-port, bl-intenzjoni li t-tali tjur tal-baħar jitniżżlu l-art.

Artikolu 16g

Qbid inċidentali ta' fkieren tal-baħar f'irkaptu tas-sajd

1.  Sa fejn ikun possibbli, il-fkieren tal-baħar li jinqabdu fl-irkaptu tas-sajd b'mod inċidentali għandhom jiġu ttrattati bil-kura u jinħelsu mingħajr ma ssirilhom ħsara u ħajjin.

2.  Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd ma għandhomx iniżżlu l-art fkieren tal-baħar, sakemm mhux bħala parti minn programm ta' salvataġġ speċifiku jew ta' konservazzjoni nazzjonali jew sakemm dan ma jkunx meħtieġ mod ieħor bil-għan li jsir is-salvataġġ jew tiġi żgurata l-għajnuna għall-irkupru ta' fkieren tal-baħar individwali li jkunu mweġġgħa jew f'koma u sakemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati jkunu ġew debitament u uffiċjalment infurmati qabel id-dħul lura fil-port tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat.

3.  Sa fejn ikun prattikabbli, il-bastimenti tas-sajd li jużaw purse seines għal speċijiet pelaġiċi żgħar jew xbieki tat-tidwir mingħajr vajjina għal speċijiet pelaġiċi għandhom jevitaw li jiċċirkondaw lill-fkieren tal-baħar.

4.  Bastimenti tas-sajd li jużaw konzijiet u xbieki tal-garġi tal-qiegħ għandhom iġorru abbord tagħmir li permezz tiegħu jkunu jistgħu jimmaniġġaw, jirrilixxaw u jeħilsu b'mod sikur il-fkieren tal-baħar li jitħabblu fix-xbieki, liema tagħmir ikun imfassal biex jiżgura li dawn jiġu mmaniġġati u rrilaxxati b'mod li jimmassimizza l-probabbiltà tas-sopravvivenza tagħhom.

Artikolu 16h

Qbid inċidentali ta' bumerini (Monachus monachus)

1.  Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd m'għandhomx jieħdu abbord, jittrasbordaw jew iħottu l-art bumerini, sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex tiġi żgurata l-assistenza għall-irkupru ta' annimali individwali mweġġgħin u sakemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati jkunu ġew debitament u uffiċjalment infurmati qabel id-dħul lura fil-port tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat.

2.  Il-bumerini li jinqabdu b'mod inċidentali fl-irkaptutas-sajd għandhom jinħelsu ħajjin u mingħajr ma ssirilhom ħsara. Il-karkassi ta' speċijiet mejta għandhom jitniżżlu l-art u jittieħdu għall-fini ta' studji xjentifiċi jew biex jinqerdu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Artikolu 16i

Qbid inċidentali ta' ċetaċji

Sa fejn ikun pratikabbli, il-bastimenti tas-sajd għandhom ipoġġu lura fil-baħar iċ-ċetaċji ħajjin u mingħajr ma ssirilhom ħsara li jinqabdu b'mod inċidentali fl-irkaptu tas-sajd u li jkunu tressqu qrib il-bastiment tas-sajd.

Artikolu 16j

Klieb il-baħar u raj protetti

1.  Speċijiet ta' klieb il-baħar u ta' raj li huma inklużi fl-Anness II tal-Protokoll li jikkonċerna żoni protetti b'mod speċjali u d-diversità bijoloġika fil-Mediterran ( 15 ) (“Protokoll għall-Konvenzjoni ta' Barċellona”) ma għandhomx jinżammu abbord, jiġu ttrasbordati, jinħattu l-art, jiġu ttrasferiti, jinħażnu, jinbiegħu jew jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ.

2.  Sa fejn ikun possibbli, bastimenti tas-sajd li jkunu qabdu, b'mod inċidentali, speċijiet ta' klieb il-baħar u ta' raj inklużi fl-Anness II tal-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' Barċellona għandhom jeħilsuhom fil-pront, ħajjin u mingħajr ma ssirilhom ħsara.

Artikolu 16k

Identifikazzjoni ta' klieb il-baħar

Qtugħ ir-ras u s-sliħ ta' klieb il-baħar abbord u qabel ħatt l-art għandhom ikunu pprojbiti. Il-klieb il-baħar bla ras u misluħa ma jistgħux jiġu kkummerċjalizzati fi swieq tal-ewwel bejgħ wara li jinħattu l-art.



KAPITOLU VI

Miżuri għas-sajd għal stokkijiet pelaġiċi żgħar fil-baħar adrijatiku

Artikolu 16l

Ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd

1.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-kapaċità ta' referenza tas-sajd għal stokkijiet pelaġiċi żgħar hija dik stabbilita fuq il-bażi tal-listi ta' bastimenti tas-sajd tal-Istati Membri kkonċernati, kif komunikat lis-Segretarjat tal-GFCM skont il-paragrafu 22 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/37/2013/1. Dawk il-listi jinkludu l-bastimenti tas-sajd kollha mgħammra bi xbieki tat-tkarkir, b'purse seines jew b'tipi oħra ta' xbieki tat-tidwir mingħajr vajjina, li huma awtorizzati biex jistadu għal stokkijiet pelaġiċi żgħar u li huma rreġistrati fil-portijiet li jinsabu fis-Subżoni Ġeografiċi 17 u 18 kif imsemmi fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, jew li, għalkemm reġistrati f'portijiet li jinsabu barra dawk is-Subżoni Ġeografiċi fil-31 ta' Ottubru 2013, joperaw fis-Subżona Ġeografika 17 jew 18 jew fit-tnejn.

2.  Irrispettivament mit-tul tal-bastiment ikkonċernat, il-bastimenti tas-sajd mgħammra bi xbieki tat-tkarkir u b'purse seines huma klassifikati bħala li jistadu b'mod attiv għal stokkijiet pelaġiċi żgħar meta s-sardin u l-inċova jammontaw għal mill-inqas 50 % tal-qabdiet f'piż ħaj.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità totali tal-flotta tal-bastimenti tas-sajd mgħammra bi xbieki tat-tkarkir jew b'purse seines, li jistadu b'mod attiv għal stokkijiet pelaġiċi żgħar fis-Subżona Ġeografika 17, kemm f'termini ta' tunnellaġġ gross (TG) jew tunnellaġġ gross reġistrat (TGR) u f'termini ta' qawwa tal-magna (kW), kif irreġistrati fir-reġistri tal-flotot nazzjonali u tal-UE, ma taqbiżx, fi kwalunkwe ħin, il-kapaċità ta' referenza tas-sajd għal stokkijiet pelaġiċi żgħar imsemmija fil-paragrafu 1.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd mgħammra bi xbieki tat-tkarkir u b'purse seines għas-sajd ta' stokkijiet pelaġiċi żgħar kif imsemmi fil-paragrafu 2 ma joperawx għal aktar minn 20 jum tas-sajd kull xahar u mhux aktar minn 180 jum tas-sajd fis-sena.

5.  Kwalunkwe bastiment tas-sajd li mhuwiex inkluż fil-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandux jitħalla jistad għal, jew, b'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, iżomm abbord jew iħott l-art kwalunkwe kwantità akbar minn 20 % ta' inċova jew ta' sardin jew kemm inċova kif ukoll sardin jekk il-bastiment tas-sajd ikun qiegħed fuq vjaġġ tas-sajd fis-Subżona Ġeoġrafika 17 jew 18 jew fit-tnejn.

6.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe żieda għal, kwalunkwe tnaqqis minn jew modifika ta', il-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati msemmija fil-paragrafu 1, hekk kif tali żieda, tnaqqis jew modifika jseħħu. Dawk il-bidliet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kapaċità ta' referenza tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM.

▼B



TITOLU III

MIŻURI TA’ KONTROLL



KAPITOLU I

Reġistru tal-bastimenti

Artikolu 17

Reġistru ta’ bastimenti awtorizzati

1.  Qabel l-1 ta’ Diċembru ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, permezz tal-appoġġ normali għall-ipproċessar tad-data, lista aġġornata tal-bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru tul totali li jtajru l-bandiera tiegħu u li huma rreġistrati fit-territorju tiegħu li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM bil-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għas-sajd.

2.  Il-lista indikata fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) in-numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-UE tal-bastiment u l-marki esterni tiegħu kif definit fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 26/2004;

(b) il-perijodu li matulu jkun awtorizzat is-sajd u/jew it-trasbord;

(c) l-irkaptu tas-sajd użat.

3.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat lista aġġornata lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM qabel l-1 ta’ Jannar ta’ kull sena sabiex il-bastimenti kkonċernati jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru tal-GFCM ta’ bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru tul totali awtorizzati biex jistadu fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (“ir-reġistru tal-GFCM”).

4.  Kull bidla li għandha ssir fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni biex tintbagħat lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM, permezz tal-appoġġ għall-ipproċessar tad-data tas-soltu u tapplika l-istess proċedura, minn tal-inqas 10 ijiem ta’ xogħol qabel ma l-bastiment jibda l-attività tas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.

5.  Il-bastimenti tas-sajd tal-UE b’tul totali ta’ aktar minn 15-il metru li ma jiddaħħlux fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx jistadu, iżommu abbord, jittrasbordaw jew iħottu l-art l-ebda tip ta’ ħut jew frott tal-baħar fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.

6.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:

(a) huma biss il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 u li jkollhom abbord awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa minnhom li jkunu permessi, taħt it-termini tal-awtorizzazzjoni, li jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM;

(b) l-ebda awtorizzazzjoni tas-sajd ma tinħareġ lil bastimenti li jkunu wettqu sajd illegali, mhux regolat u mhux rapportat (“sajd IUU”) fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM jew imkien ieħor, sakemm is-sidien il-ġodda ma jipprovdux evidenza dokumentarja adegwata li s-sidien u l-operaturi preċedenti ma għad għandhom l-ebda interess legali, benefiċjarju jew finanzjarju fi, u ma jeżerċitaw l-ebda kontroll fuq, il-bastimenti tagħhom, u li l-bastimenti tagħhom la jieħdu sehem u lanqas ma huma assoċjati mas-sajd IUU;

(c) safejn huwa possibbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tipprojbixxi lis-sidien u l-operaturi tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 milli jieħdu sehem fi jew ikunu assoċjati ma’ attivitajiet tas-sajd li jsiru fiż-żona tal-Ftehim GFCM minn bastimenti li mhumiex fir-reġistru tal-GFCM;

(d) safejn huwa possibbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali teħtieġ li s-sidien tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 ikunu ċittadini jew entitajiet legali tal-Istat Membru tal-bandiera;

(e) il-bastimenti tagħhom jikkonformaw mal-miżuri kollha rilevanti tal-GFCM dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni.

7.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprojbixxu s-sajd, iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt l-art ta’ ħut u frott tal-baħar maqbuda fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM li jsiru minn bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru tul totali li mhumiex fir-Reġistru tal-GFCM.

8.  L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jibagħtu lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni li turi li hemm raġunijiet sodi ta’ suspett li xi bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru tul totali li mhumiex fir-reġistru tal-GFCM qegħdin jistadu jew jittrasbordaw ħut u frott tal-baħar fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.

▼M1



KAPITOLU Ia

Obbligi ta' reġistrazzjoni

Artikolu 17a

Il-ġbir tal-qroll aħmar

Il-bastimenti tas-sajd awtorizzati biex jiġbru qroll aħmar għandu jkollhom abbord ġurnal li fih jiġu rreġistrati l-qabdiet ta' kuljum ta' qroll aħmar u l-attivitajiet tas-sajd skont iż-żona u l-fond, inkluż l-għadd ta' jiem tas-sajd u ta' għadis. Dik l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti qabel l-iskadenza stabbiliti fl-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 17b

Qabdiet inċidentali ta' ċerti speċijiet tal-baħar

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd imsemmi fl-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja:

(a) kull każ ta' qabda inċidentali u ta' rilaxx ta' tjur tal-baħar;

(b) kull każ ta' qabda inċidentali u ta' rilaxx ta' fkieren tal-baħar;

(c) kull każ ta' qabda inċidentali u ta' rilaxx ta' bumerini;

(d) kull każ ta' qabda inċidentali u ta' rilaxx ta' ċetaċji;

(e) kull każ ta' qabda inċidentali u, fejn meħtieġ, rilaxx ta' speċijiet ta' klieb il-baħar u raj elenkati fl-Anness II jew l-Anness III tal-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' Barċellona.

2.  Minbarra l-informazzjoni rreġistrata fil-ġurnal ta' abbord, ir-rapporti nazzjonali maħsuba sabiex jiġu analizzati mis-SAC għandhom jinkludi wkoll:

(a) fir-rigward ta' qabdiet inċidentali ta' fkieren tal-baħar, informazzjoni dwar:

 it-tip ta' rkaptu tas-sajd,

 meta saru l-qabdiet inċidentali,

 it-tul tal-perijodu ta' immersjoni,

 il-fond tal-ilma u l-postijiet tas-sajd,

 l-ispeċijiet fil-mira,

 l-ispeċijiet ta' fkieren tal-baħar, u

 u jekk il-fkieren tal-baħar ġewx skartati mejta jew jekk inħelsux ħajjin;

(b) fir-rigward ta' qabdiet inċidentali ta' ċetaċji, informazzjoni dwar:

 il-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd,

 meta saru l-qabdiet inċidentali,

 il-postijiet tas-sajd (jew skont is-Subżoni Ġeografiċi jew ir-rettangli statistiċi, kif definiti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament), u

 jekk kienx hemm dniefel fost iċ-ċetaċji maqbuda jew jekk kinux speċijiet oħra ta' ċetaċji.

3.  Sal-31 ta' Diċembru 2015, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli msemmija fil-paragrafu 1 dwar ir-reġistrazzjoni ta' qabdiet inċidentali mill-kaptani ta' bastimenti tas-sajd li mhumiex soġġetti għall-obbligu li jżommu ġurnal ta' abbord dwar is-sajd skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

▼B



KAPITOLU II

Miżuri tal-Istat tal-port

Artikolu 18

Ambitu

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi.

Artikolu 19

Notifika minn qabel

B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-perijodu għal notifika minn qabel għandu jkun ta’ mill-inqas 72 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port.

Artikolu 20

Ispezzjonijiet fil-Port

1.  Minkejja l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, l-Istati Membri għandhom iwettqu ispezzjonijiet fil-portijiet nominati tagħhom ta’ mill-anqas 15 % tal-operazzjonijiet tal-ħatt l-art u tat-trasbord kull sena.

2.  Minkejja l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-bastimenti tas-sajd li jidħlu f’port ta’ Stat Membru mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel għandhom ikunu ispezzjonati fil-każijiet kollha.

Artikolu 21

Proċedura ta’ ispezzjoni

Flimkien mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 l-ispezzjonijiet fil-port għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 22

Ċaħda mill-użu tal-port

1.  L-Istati Membri m’għandhomx jippermettu li bastiment ta’ pajjiż terz juża l-portijiet tagħhom għall-ħatt tal-ħut, it-trasbord jew l-ipproċessar ta’ prodotti tal-ħut li nqabad fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM u għandhom jiċħdu l-aċċess għas-servizzi tal-port, inklużi, fost l-oħrajn, is-servizzi ta’ forniment ta’ karburant jew ta’ provvisti, jekk il-bastiment:

(a) ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; jew

(b) ikun inkluż minn organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd f’lista ta’ bastimenti li kienu involuti fis-sajd IUU jew li appoġġawh; jew

(c) ma jkollux awtorizzazzjoni valida sabiex jistad jew iwettaq attivitajiet relatati mas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, xejn m’għandu jipprevjeni lill-Istati Membri milli jippermettu, f’sitwazzjonijiet ta’ force majeure jew periklu skont l-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar ( 16 ), bastiment ta’ pajjiż terz milli juża l-portijiet tagħhom għal servizzi strettament meħtieġa biex jiġu rimedjati tali sitwazzjonijiet.

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika flimkien mad-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċaħda mill-użu tal-port previsti mill-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 37(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

3.  Fejn Stat Membru jċaħħad mill-użu tal-portijiet tiegħu skont il-paragrafi 1 u 2, dan għandu jinnotifika minnufih lill-kaptan tal-bastiment, lill-Istat tal-bandiera, lill-Kummissjoni u lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM dwar tali azzjoni.

4.  Meta r-raġunijiet għaċ-ċaħda msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma jibqgħux japplikaw, l-Istat Membru għandu jirtira ċ-ċaħda u jinnotifika lid-destinatarji msemmija fil-paragrafu 3 b’dak l-irtirar.



TITOLU IV

KOOPERAZZJONI, INFORMAZZJONI U RAPPURTAR

Artikolu 23

Kooperazzjoni u informazzjoni

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni mas-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM, b’mod partikolari billi:

(a) jitolbu informazzjoni minn, u jipprovdu informazzjoni lib-bażijiet tad-data rilevanti;

(b) jitolbu kooperazzjoni u jikkooperaw sabiex jippromwovu l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi nazzjonali ta’ informazzjoni tagħhom dwar is-sajd jippermettu l-iskambju elettroniku dirett tal-informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet mill-Istat tal-port kif imsemmi fit-Titolu III, bejniethom u s-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM, b’kont debitu tar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità adatti.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiskambjaw mal-aġenziji nazzjonali rilevanti l-informazzjoni b’mezzi elettroniċi u biex jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ tali aġenziji fl-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fil-Kapitolu II tat-Titolu III.

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ punti ta’ kuntatt għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, li għandhom jiġu trasmessi elettronikament, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM u lill-partijiet kontraenti tal-GFCM.

5.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-regoli għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).

▼M1

Artikolu 23a

Ir-rappurtar ta' data rilevanti lill-Kummissjoni

1.  Sal-15 ta' Diċembru ta' kull sena, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni:

(a) id-data dwar il-qroll aħmar imsemmija fl-Artikolu 17a; u

(b) fil-forma ta' rapport elettroniku, ir-rati ta' qabdiet inċidentali u ta' rilaxx ta' tjur tal-baħar, fkieren tal-baħar, bumerini, ċetaċji u klieb il-baħar u raj, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti rrappurtata skont il-punti (a), (b), (c), (d) u (e) rispettivament tal-Artikolu 17b(1).

2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' kull sena.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla li ssir fil-lista tal-portijiet magħżula għal ħatt l-art tal-qabdiet ta' qroll aħmar skont il-paragrafu 5 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/36/2012/1.

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta' monitoraġġ adegwati sabiex jiġbru informazzjoni affidabbli dwar l-impatti, fuq il-popolazzjonijiet taċ-ċetaċji fil-Baħar l-Iswed, ta' bastimenti tas-sajd li jistadu għall-mazzola griża bi xbieki tal-garġi tal-qiegħ, u għandhom jippreżentaw dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni.

5.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla li ssir fil-mapep u fil-listi tal-pożizzjonijiet li jidentifikaw il-postijiet fejn jinsabu l-għerien tal-bumerini kif imsemmi fil-paragrafu 6 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/35/2011/5.

6.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat minnufih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM.

7.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-format u t-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 3, 4 u 5. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 23b

Kontroll, monitoraġġ u sorveljanza tas-sajd għal stokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku

1.  Sal-1 ta' Ottubru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-pjani u l-programmi tagħhom sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konformità mal-Artikolu 16 l permezz ta' monitoraġġ u rappurtar adegwati, b'mod partikolari rigward il-qabdiet ta' kull xahar u l-isforz tas-sajd użat.

2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM sat-30 ta' Ottubru ta' kull sena.

▼B

Artikolu 24

Rappurtar ta’ matriċijiet ta’ statistika

1.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw qabel l-1 ta’ Mejju ta’ kull sena lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM id-data għall-Kompiti 1.1, 1.2, 1.3, 1.4 u 1.5 tal-matriċijiet ta’ statistika tal-GFCM kif stabbilit fit-Taqsima C tal-Anness III.

2.  Għall-preżentazzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema tad-dħul tad-data tal-GFCM jew kwalunkwe standard jew protokoll ieħor adatt ta’ preżentazzjoni tad-data stabbiliti mis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM u li jkunu disponibbli fis-sit elettroniku tal-GFCM.

3.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar id-data ppreżentata abbażi ta’ dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati għall-format u t-trasmissjoni tad-data msemmija f’dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).



TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 25

Proċedura tal-kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit mill-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta jissemma dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 26

Delegazzjoni tas-setgħat

Safejn huwa meħtieġ, sabiex jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni l-emendi li jsiru obbligatorji għall-Unjoni għall-miżuri eżistenti tal-GFCM li diġà ġew implimentati fil-liġi tal-Unjoni, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 27, sabiex temenda d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a) l-għoti ta’ informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM skont l-Artikolu 15(4);

(b) it-trasmissjoni tal-lista ta’ bastimenti awtorizzati lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM taħt l-Artikolu 17;

(c) il-miżuri tal-Istat tal-port stabbiliti fl-Artikoli 18 sa 22;

(d) il-kooperazzjoni, l-informazzjoni u r-rappurtar kif stabbiliti fl-Artikoli 23 u 24;

(e) il-koordinati tat-tabelli, tal-mapep u dawk ġeografiċi tas-Subżoni Ġeografiċi (“GSAs”) tal-GFCM stabbiliti fl-Anness I;

(f) il-proċeduri ta’ ispezzjoni tal-Istat tal-port għall-bastimenti stabbiliti fl-Anness II; u

(g) il-matriċijiet ta’ statistika tal-GFCM stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 27

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl- ►M1  Artikoli 16b, 16c u 26 ◄ hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ tliet snin ►M1  it-28 ta' Novembru 2015 ◄ . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl- ►M1  Artikoli 16b, 16c u 26 ◄ tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont ►M1  l-Artikoli 16b, 16c u 26 ◄ għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 28

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1967/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1) fl-Artikolu 4, jitħassar il-paragrafu 3;

(2) fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.  Għal xbieki rmunkati, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 4, id-daqs minimu tal-malji għandu jkun minn tal-inqas:

(a) xibka b’malja kwadra tal-manka ta’ 40 mm, jew

(b) fuq it-talba debitament ġustifikata ta’ sid il-bastiment, xibka b’malja djamant ta’ 50 mm ta’ selettività ta’ daqs rikonoxxut li tkun ekwivalenti għal jew ogħla minn dik tax-xbieki taħt il-punt (a).

Il-bastimenti tas-sajd għandhom ikunu awtorizzati jużaw u jżommu abbord waħda miż-żewġ tipi ta’ xbieki biss.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2012, u fuq il-bażi tiegħu kif ukoll tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri qabel il-31 ta’ Diċembru 2011, hija għandha tipproponi emendi debiti fejn ikun il-każ.”;

(3) jitħassar l-Artikolu 24;

(4) fl-Artikolu 27, jitħassru l-paragrafi 1 u 4.

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

A)    Tabella ta’ GSAs tal-GFCM



SUBŻONA FAO

TAQSIMIET STATISTIĊI TAL-FAO

GSAs

PUNENT

1.1  BALEARIKA

1  Tramuntana tal-Baħar Alboran

2  Gżira Alboran

3  Nofsinhar tal-Baħar Alboran

4  Alġerija

5  Gżejjer Baleariċi

6  Tramuntana ta’ Spanja

11.1  Sardinja (Punent)

1.2  GOLF TAL-ILJUNI

7  Golf tal-Iljuni

1.3  SARDINJA

8  Gżira ta’ Korsika

9  Baħar Ligurjan u t-Tramuntana tal-Baħar Tirrenjan

10  Nofsinhar tal-Baħar Tirrenjan

11.2  Sardinja (Lvant)

12  Tramuntana tat-Tuneżija

ĊENTRALI

2.1  ADRIJATIKA

17  Tramuntana tal-Adrijatiku

18  Nofsinhar tal-Baħar Adrijatiku (parti)

2.2  JONJA

13  Golf ta’ Hammamet

14  Golf ta’ Gabes

15  Gżira ta’ Malta

16  Nofsinhar ta’ Sqallija

18  Nofsinhar tal-Baħar Adrijatiku (parti)

19  Punent tal-Baħar Jonju

20  Lvant tal-Baħar Jonju

21  Nofsinhar tal-Baħar Jonju

LVANT

3.1  EĠEA

22  Baħar Eġew

23  Gżira ta’ Kreta

3.2  LEVANT

24  Tramuntana tal-Levant

25  Gżira ta’ Ċipru

26  Nofsinhar tal-Levant

27  Levant

BAĦAR L-ISWED

4.1  MARMARA

28  Baħar ta’ Marmara

4.2  BAĦAR L-ISWED

29  Baħar l-Iswed

4.3  BAĦAR AZOV

30  Baħar Azov

B)    Mappa ta’ GSAs tal-GFCM (GFCM, 2009)

image

—   Taqsimiet ta’ Statistika tal-FAO (ħomor) — GSAs tal-GFCM (suwed)

01 — Tramuntana tal-Baħar Alboran

02 — Gżira Alboran

03 — Nofsinhar tal-Baħar Alboran

04 — Alġerija

05 — Gżejjer Baleariċi

06 — Tramuntana ta’ Spanja

07 — Golf tal-Iljuni

08 — Gżira ta’ Korsika

09 — Baħar Ligurjan u t-Tramuntana tal-Baħar Tirrenjan

10 — Nofsinhar tal-Baħar Tirren u l-Baħar Tirren Ċentrali

11.1 — Sardinja (Punent)

11.2 — Sardinja (Lvant)

12 — Tramuntana tat-Tuneżija

13 — Golf ta’ Hammamet

14 — Golf ta’ Gabes

15 — Gżira ta’ Malta

16 — Nofsinhar ta’ Sqallija

17 — Tramuntana tal-Adrijatiku

18 — Nofsinhar tal-Baħar Adrijatiku

19 — Punent tal-Baħar Jonju

20 — Lvant tal-Baħar Jonju

21 — Nofsinhar tal-Baħar Jonju

22 — Baħar Eġew

23 — Gżira ta’ Kreta

24 — Tramuntana tal-Levant

25 — Gżira ta’ Ċipru

26 — Nofsinhar tal-Levant

27 — Levant

28 — Baħar ta’ Marmara

29 — Baħar l-Iswed

30 — Baħar Azov

C)    Koordinati ġeografiċi għall-GSAs tal-GFCM (GFCM, 2009)



GSAs

LIMITI

1

Linja tal-Kosta

36° N 5° 36′ W

36° N 3° 20′ W

36° 05′ N 3° 20′ W

36° 05′ N 2° 40′ W

36° N 2° 40′ W

36° N 1° 30′ W

36° 30′ N 1° 30′ W

36° 30′ N 1° W

37° 36′ N 1° W

2

36° 05′ N 3° 20′ W

36° 05′ N 2° 40′ W

35° 45′ N 3° 20′ W

35° 45′ N 2° 40′ W

3

Linja tal-Kosta

36° N 5° 36′ W

35° 49′ N 5° 36′ W

36° N 3° 20′ W

35° 45′ N 3° 20′ W

35° 45′ N 2° 40′ W

36° N 2° 40′ W

36° N 1° 13′ W

Fruntiera Marokk-Alġerija

4

Linja tal-Kosta

36° N 2° 13′ W

36° N 1° 30′ W

36° 30′ N 1° 30′ W

36° 30′ N 1° W

37° N 1° W

37° N 0° 30′ E

38° N 0° 30′ E

38° N 8° 35′ E

Fruntiera Alġerija-Tuneżija

Fruntiera Marokk-Alġerija

5

38° N 0° 30′ E

39° 30′ N 0° 30′ E

39° 30′ N 1° 30′ W

40° N 1° 30′ E

40° N 2° E

40° 30′ N 2° E

40° 30′ N 6° E

38° N 6° E

6

Linja tal-Kosta

37° 36′ N 1° W

37° N 1° W

37° N 0° 30′ E

39° 30′ N 0° 30′ E

39° 30′ N 1° 30′ W

40° N 1° 30′ E

40° N 2° E

40° 30′ N 2° E

40° 30′ N 6° E

41° 47′ N 6° E

42° 26′ N 3° 09′ E

7

Linja tal-Kosta

42° 26′ N 3° 09′ E

41° 20′ N 8° E

Fruntiera Franza-l-Italja

8

43° 15′ N 7° 38′ E

43° 15′ N 9° 45′ E

41° 18′ N 9° 45′ E

41° 20′ N 8° E

41° 18′ N 8° E

9

Linja tal-Kosta

Fruntiera Franza-l-Italja

43° 15′ N 7° 38′ E

43° 15′ N 9° 45′ E

41° 18′ N 9° 45′ E

41° 18′ N 13° E

10

Linja tal-Kosta (inkluża t-Tramuntana ta’ Sqallija)

41° 18′ N 13° E

41° 18′ N 11° E

38° N 11° E

38° N 12° 30′ E

11

41° 47′ N 6° E

41° 18′ N 6° E

41° 18′ N 11° E

38° 30′ N 11° E

38° 30′ N 8° 30′ E

38° N 8° 30′ E

38° N 6° E

12

Linja tal-Kosta

Fruntiera Alġerija-Tuneżija

38° N 8° 30′ E

38° 30′ N 8° 30′ E

38° 30′ N 11° E

38° N 11° E

37° N 12° E

37° N 11° 04′E

13

Linja tal-Kosta

37° N 11° 04′E

37° N 12° E

35° N 13° 30′ E

35° N 11° E

14

Linja tal-Kosta

35° N 11° E

35° N 15° 18′ E

Fruntiera Tuneżija-Libja

15

36° 30′ N 13° 30′ E

35° N 13° 30′ E

35° N 15° 18′ E

36° 30′ N 15° 18′ E

16

Linja tal-Kosta

38° N 12° 30′ E

38° N 11° E

37° N 12° E

35° N 13° 30′ E

36° 30′ N 13° 30′ E

36° 30′ N 15° 18′ E

37° N 15° 18′ E

17

Linja tal-Kosta

41° 55′ N 15° 08′ E

Fruntiera Kroazja-Montenegro

18

Linji tal-kosta (iż-żewġ naħat)

41° 55′ N 15° 08′ E

40° 04′ N 18° 29′ E

Fruntiera Kroazja-Montenegro

Fruntiera Alġerija-Greċja

19

Linja tal-Kosta (inkluż il-Lvant ta’ Sqallija)

40° 04′ N 18° 29′ E

37° N 15° 18′ E

35° N 15° 18′ E

35° N 19° 10′ E

39° 58′ N 19° 10′ E

20

Linja tal-Kosta

Fruntiera Alġerija-Greċja

39° 58′ N 19° 10′ E

35° N 19° 10′ E

35° N 23° E

36° 30′ N 23° E

21

Linja tal-Kosta

Fruntiera Tuneżija-Libja

35° N 15° 18′ E

35° N 23° E

34° N 23° E

34° N 25° 09′ E

Fruntiera Libja-Eġittu

22

Linja tal-Kosta

36° 30′ N 23° E

36° N 23° E

36° N 26° 30′ E

34° N 26° 30′ E

34° N 29° E

36° 43′ N 29° E

23

36° N 23° E

36° N 26° 30′ E

34° N 26° 30′ E

34° N 23° E

24

Linja tal-Kosta

36° 43′ N 29° E

34° N 29° E

34° N 32° E

35° 47′ N 32° E

35° 47′ N 35° E

Fruntiera Turkija-Sirja

25

35° 47′ N 32° E

34° N 32° E

34° N 35° E

35° 47′ N 35° E

26

Linja tal-Kosta

Fruntiera Libja-Eġittu

34° N 25° 09′ E

34° N 34° 13′ E

Fruntiera Eġittu-Strixxa ta’ Gaża

27

Linja tal-Kosta

Fruntiera Eġittu-Strixxa ta’ Gaża

34° N 34° 13′ E

34° N 35° E

35° 47′ N 35° E

Fruntiera Turkija-Sirja

28

 

29

 

30

 




ANNESS II

Proċeduri ta’ ispezzjoni mill-Istat tal-port għall-bastimenti

1.   Identifikazzjoni tal-bastiment

L-ispetturi tal-port għandhom:

(a) jivverifikaw li d-dokumentazzjoni uffiċjali abbord tkun valida, jekk meħtieġ, permezz ta’ kuntatti adatta mal-Istat tal-bandiera jew mar-rekords internazzjonali tal-bastimenti;

(b) fejn hu meħtieġ, jirranġaw għal traduzzjoni uffiċjali tad-dokumentazzjoni;

(c) jiżguraw irwieħhom li l-isem, il-bandiera, kull numru estern ta’ identifikazzjoni u l-immarkar tal-bastiment (u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-bastiment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (“IMO”) meta dan ikun diponibbli) u kodiċi internazzjonali tar-radju huma korretti;

(d) safejn huwa possibbli, jeżaminaw jekk il-bastiment biddilx ismu u/jew il-bandiera u, jekk iva, jagħmlu nota tal-isem/ismijiet u l-bandiera/bnadar preċedenti;

(e) jagħmlu nota tal-port ta’ reġistrazzjoni, l-isem u l-indirizz tas-sid (u l-operatur u s-sid benefiċjarju jekk dan huwa different mis-sid), l-aġent, u l-kaptan tal-bastiment, inkluż l-ID uniku tal-kumpannija u tas-sid reġistrat jekk huma disponibbli; u

(f) jagħmlu nota tal-ismijiet u l-indirizzi tas-sidien preċedenti, jekk ikun hemm, matul l-aħħar ħames snin.

2.   Awtorizzazzjonijiet

L-ispetturi tal-port għandhom jivverfikaw li l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd jew tat-trasport tal-ħut u l-prodotti tal-ħut huma kompatibbli mal-informazzjoni miksuba skont il-punt (1) u jeżaminaw it-tul tal-awtorizzazzjonijiet u l-applikazzjoni tagħhom għaż-żoni, l-ispeċijiet u l-irkaptu tas-sajd.

3.   Dokumentazzjoni oħra

L-ispetturi tal-port għandhom jeżaminaw id-dokumentazzjoni rilevanti kollha, inklużi d-dokumenti f’format elettroniku. Id-dokumentazzjoni rilevanti tista’ tinkludi ġurnali ta’ abbord, b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd, kif ukoll il-lista tal-ekwipaġġ, il-pjanijiet u d-disinji tal-istivar jew id-deskrizzjonijiet tal-istivi tal-ħut jekk ikunu disponibbli. Tali stivi jew żoni jistgħu jiġu ispezzjonati sabiex ikun verifikat jekk id-daqs u l-kompożizzjoni tagħhom jikkorrispondux ma’ dawn id-disinji jew deskrizzjonijiet u jekk l-istivar hux f’konformità mal-pjanijiet tal-istivar. Fejn opportun, din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi d-dokumenti tal-qbid jew id-dokumenti tal-kummerċ maħruġa minn kwalunkwe organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

4.   Irkaptu tas-sajd

(a) L-ispetturi tal-port għandhom jivverifikaw li l-irkaptu tas-sajd abbord huwa f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet. L-irkaptu jista’ wkoll jiġi kkontrollat sabiex ikun żgurat li l-karatteristiċi bħal, fost l-oħrajn, id-daqsijiet tal-malja (u t-tagħmir possibbli), it-tul tax-xbieki u d-daqsijiet tas-snanar jikkonformaw mar-regolamenti applikabbli u li l-marki ta’ identifikazzjoni tal-irkaptu jikkorrispondu ma’ dawk awtorizzati għall-bastiment.

(b) L-ispetturi tal-port jistgħu wkoll ifittxu fil-bastiment għal kwalunkwe rkaptu tas-sajd stivat li ma jidhirx u għal irkaptu tas-sajd li huwa b’xi mod ieħor illegali.

5.   Ħut u prodotti tas-sajd

(a) L-ispetturi tal-port għandhom, safejn huwa l-aktar possibbli, jeżaminaw jekk il-ħut u l-prodotti tas-sajd abbord kinux maħsuda f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-awtorizzazzjonijiet applikabbli. Meta jagħmlu dan, l-ispetturi tal-port għandhom jeżaminaw il-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd u r-rapporti ppreżentati, inklużi dawk trasmessi minn sistema ta’ monitoraġġ tal-bastiment (VMS), skont il-każ.

(b) Sabiex jiġu determinati l-kwantitajiet u l-ispeċijiet abbord, l-ispetturi tal-port jistgħu jeżaminaw il-ħut fl-istiva jew matul il-ħatt l-art. Meta jagħmlu dan, l-ispetturi tal-port jistgħu jiftħu l-kaxxi tal-kartun fejn il-ħut ikun ġie ppakkjat minn qabel u jċaqilqu l-ħut jew il-kaxxi tal-kartun biex jiżguraw l-integrità tal-istivi tal-ħut.

(c) Jekk il-bastiment ikun qed iħott l-art, l-ispetturi tal-port jistgħu jivverfikaw l-ispeċijiet u l-kwantitajiet li jkunu nħattu. Tali verifika tista’ tinkludi t-tip ta’ prodott, il-piż ħaj (il-kwantitajiet determinati mill-ġurnal ta’ abbord) u l-fattur ta’ konverżjoni użat għall-kalkolu tal-piż ipproċessat għall-piż ħaj. L-ispetturi tal-port jistgħu wkoll jeżaminaw kwalunkwe kwantitajiet possibbli miżmuma abbord.

(d) L-ispetturi tal-port jistgħu jeżaminaw il-kwantità u l-kompożizzjoni tal-qabdiet kollha abbord, inkluż permezz ta’ kampjuni.

6.   Verifika tas-sajd IUU

Japplika l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

7.   Rapport

L-ispettur għandu jħejji u jiffirma rapport bil-miktub wara li jlesti l-ispezzjoni u jipprovdi kopja lill-kaptan tal-bastiment.

8.   Riżultati tal-ispezzjonijiet mill-Istat tal-port

Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet mill-Istat tal-port għandhom jinkludu minn tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(1) Referenzi tal-ispezzjoni

 Awtorità ta’ ispezzjoni (isem l-awtorità ta’ ispezzjoni jew il-korp supplenti nominat mill-awtorità);

 Isem tal-ispettur;

 Data u post tal-ispezzjoni;

 Port ta’ ispezzjoni (il-post fejn il-bastiment jiġi ispezzjonat); u

 Data (id-data meta jitlesta r-rapport).

(2) Identifikazzjoni tal-bastiment

 Isem tal-bastiment;

 Tip ta’ bastiment;

 Tip ta’ rkaptu;

 Numru ta’ identifikazzjoni estern (numru ta’ mal-ġenb tal-bastiment) u numru IMO (jekk disponibbli) jew numru ieħor skont il-każ;

 Kodiċi Internazzjonali tar-Radju;

 Numru-I MMS (numru ta’ Identità tas-Servizzi Mobbli Marittimi), jekk disponibbli;

 Stat tal-Bandiera (l-Istat fejn il-bastiment huwa reġistrat);

 Ismijiet u bnadar preċedenti, jekk hemm;

 Port ta’ bażi (il-port ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment) u l-portijiet preċedenti ta’ bażi;

 Sid il-bastiment (isem, indirizz, kuntatt);

 Sid benefiċjarju tal-bastiment jekk huwa differenti minn sid il-bastiment (isem, indirizz, kuntatt);

 Operatur tal-bastiment responsabbli għall-użu tal-bastiment jekk huwa differenti minn sid il-bastiment (isem, indirizz, kuntatt);

 Aġent tal-bastiment (isem, indirizz, kuntatt);

 Isem u indirizz tal-proprjetarji preċedenti, jekk hemm;

 Isem, nazzjonalità u kwalifikazzjonijiet marittimi tal-kaptan u tal-kaptan tas-sajd; u

 Lista tal-ekwipaġġ.

(3) Awtorizzazzjoni tas-sajd (liċenzji/permessi)

 L-awtorizzazzjonijiet tal-bastimenti għas-sajd jew it-trasport tal-ħut jew il-prodotti tal-ħut;

 Stati li joħorġu l-awtorizzazzjonijiet;

 Termini tal-awtorizzazzjonijiet, inklużi ż-żoni u t-tul;

 Organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti;

 Żoni, ambitu u tul tal-awtorizzazzjonijiet;

 Dettalji tal-allokazzjoni awtorizzata — kwota, sforz tas-sajd jew dettalji oħra;

 Speċijiet, qbid inċidentali u rkaptu tas-sajd awtorizzat; u

 Rekords u dokumenti tat-trasbord (fejn applikabbli).

(4) Informazzjoni dwar il-vjaġġ tas-sajd

 Data, ħin, żona u post fejn beda l-vjaġġ tas-sajd attwali;

 Żoni li żar il-bastiment (dħul u ħruġ minn żoni differenti);

 Attivitajiet ta’ trasbord fuq il-baħar (data, speċijiet, post, kwantità ta’ ħut trasbordat);

 L-aħħar port ta’ żjara; u

 Data u ħin meta jintemm il-vjaġġ tas-sajd attwali; u

 Port ta’ żjara li jmiss, skont il-każ.

(5) Riżultat tal-ispezzjoni tal-qabda

 Bidu u tmiem tal-ħatt (ħinijiet u data);

 Speċijiet tal-ħut;

 Tip ta’ prodott;

 Piż ħaj (kwantitajiet determinati mill-ġurnal ta’ abbord);

 Fattur ta’ konverżjoni rilevanti;

 Piż proċessat (kwantitajiet li nħattu l-art skont l-ispeċi u l-preżentazzjoni);

 Piż ħaj ekwivalenti (il-kwantitajiet li nħattu l-art f’piż ħaj ekwivalenti, bħala “Piż tal-prodott multiplikat bil-fattur ta’ konverżjoni”);

 Destinazzjoni ppjanata għall-ħut u l-prodotti tal-ħut ispezzjonati; u

 Kwantità u speċijiet tal-ħut miżmuma abbord, jekk hemm.

(6) Riżultati tal-ispezzjoni tal-irkaptu

 Dettalji tat-tipi ta’ rkaptu.

(7) Konklużjonijiet

 Il-konklużjonijiet tal-ispezzjoni inklużi l-identifikazzjoni tal-ksur li huwa maħsub li twettaq u r-referenza għar-regoli u l-miżuri rilevanti. Tali evidenza għandha tinhemeż mar-rapport tal-ispezzjoni.




ANNESS III

A)    Segmentazzjoni tal-Flotta tal-GFCM/SAC



Gruppi

< 6 metri

6–12-il metru

12–24 metru

Aktar minn 24 metru

1.  Bastimenti polivalenti ta’ skala żgħira bla magna

A

 

 

2.  Bastimenti polivalenti ta’ skala żgħira bil-magna

B

C

 

 

3.  Bastiment tat-tkarkir

 

D

E

F

4.  Bastimenti tas-sajd bil-purse seines

 

G

H

5.  Bastimenti li jistadu bil-konzijiet

 

I

6.  Bastimenti tat-tkarkir pelaġiku

 

J

7.  Bastimenti li jistadu għat-tonn bit-tartarun

 

 

K

8.  Bastimenti bil-gangmu

 

L

 

9.  Bastimenti polivalenti

 

 

M

Deskrizzjoni tas-segmenti

A

Bastimenti polivalenti ta’ skala żgħira bla magna — Il-bastimenti kollha ta’ inqas minn 12-il metru tul (LOA) bla magna (bir-riħ jew bil-propulsjoni).

B

Bastimenti polivalenti ta’ skala żgħira bil-magna ta’ inqas minn 6 metri — Il-bastimenti kollha ta’ inqas minn 6 metri tul (LOA) bil-magna.

C

Bastimenti polivalenti ta’ skala żgħira bejn 6 metri u 12-il metru — Il-bastimenti kollha bejn 6 metri u 12-il metru tul (LOA) bil-magna, li jużaw irkapti differenti matul is-sena mingħajr predominanza ċara ta’ wieħed minnhom jew li jużaw irkaptu li mhux ikkunsidrat f’din il-klassifikazzjoni.

D

Bastimenti tat-tkarkir ta’ inqas minn 12-il metru — Il-bastimenti kollha ta’ inqas minn 12-il metru tul (LOA) li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għall-operazzjoni tat-tkarkir f’qiegħ il-baħar.

E

Bastimenti tat-tkarkir bejn 12 u 24 metru — Il-bastimenti kollha bejn 12 u 24 metru tul (LOA) li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għall-operazzjoni tat-tkarkir f’qiegħ il-baħar.

F

Bastimenti tat-tkarkir ta’ aktar minn 24 metru — Il-bastimenti kollha ta’ aktar minn 24 metru tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għall-operazzjoni tat-tkarkir f’qiegħ il-baħar.

G

Bastimenti tas-sajd bil-purse seines bejn 6 metri u 12-il metru — Il-bastimenti kollha bejn 6 metri u 12-il metru tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għall-operazzjoni bil-purse seine.

H

Bastimenti tas-sajd bil-purse seines ta’ aktar minn 12-il metru — Il-bastimenti kollha ta’ aktar minn 12-il metru tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għas-sajd għall-operazzjoni bil-purse seine, minbarra dawk li jistadu għat-tonn bit-tartarun matul kwalunkwe żmien tas-sena.

I

Bastimenti ta’ aktar minn 6 metri li jistadu bil-konzijiet — Il-bastimenti kollha ta’ aktar minn 6 metri tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għall-operazzjoni tas-sajd bil-konz.

J

Bastimenti tat-tkarkir pelaġiku ta’ aktar minn 6 metri — Il-bastimenti kollha ta’ aktar minn 6 metri tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għall-operazzjoni tat-tkarkir pelaġiku.

K

Bastimenti li jistadu għat-tonn bit-tartarun — Il-bastimenti kollha li jistadu għat-tonn bit-tartarun għal kwalunkwe tul ta’ żmien matul is-sena.

L

Bastimenti bil-gangmu ta’ aktar minn 6 metri — Il-bastimenti kollha ta’ aktar minn 6 metri tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għall-operazzjoni bil-karrakka tal-ħama.

M

Bastimenti polivalenti ta’ aktar minn 12-il metru — Il-bastimenti kollha aktar minn 12-il metru tul (LOA), li jużaw irkapti differenti matul is-sena mingħajr predominanza ċara ta’ wieħed minnhom jew li jużaw irkaptu li mhux ikkunsidrat f’din il-klassifikazzjoni.

Nota: L-oqsma kollha huma miftuħin għall-ġbir tal-informazzjoni. L-oqsma li jitħallew vojta fit-tabella ta’ hawn fuq jitqiesu li x’aktarx m’għandhomx popolazzjoni sinifikanti. Madankollu, jekk meħtieġ, huwa rakkomandat li l-informazzjoni ta’ “qasam vojt” tingħaqad mal-aktar “qasam griż” adatt biswitu.

B)    Tabella dwar il-kejl tal-isforz tas-sajd nominali



Irkaptu

Għadd u qies

Kapaċità

Attività

Sforz nominali (1)

Sajd bil-gangmu (għall-molluski)

Ħalq miftuħ, wisa’ tal-ħalq

GT

Ħin tas-sajd

Superfiċje tal-qiegħ ta’ sajd bil-gangmu (2)

Tkarkir (inkluż is-sajd bil-gangmu għall-ħut ċatt)

Tip ta’ tkarkir (pelaġiku, tal-qiegħ)

TG u/jew GRT

Qawwa tal-magna

Daqs tal-malja

Daqs tax-xibka (wisa’ tal-ħalq)

Veloċità

GT

Ħin tas-sajd

TG * jiem

TG * sigħat

KW * jiem

Purse Seine

Tul u kemm taqa’ ‘l isfel ix-xibka

GT

Qawwa tad-dawl

Għadd ta’ dgħajjes żgħar

GT

Tul u kemm taqa’ ‘l isfel ix-xibka

Ħin tat-tfittix

Sett

GT * Settijiet tas-sajd

Tul tax-xibka * settijiet tas-sajd

Xbieki

Tip ta’ xibka (p.e. parit, xbieki tal-garġi, eċċ.)

Tul tax-xibka (użat fir-regolamenti)

GT

Superfiċje tax-xibka

Daqs tal-malja

Tul u kemm taqa’ ‘l isfel ix-xibka

Ħin tas-sajd

Tul tax-xibka * jiem

Superfiċje * jiem

Konzijiet

Għadd ta’ snanar

GT

Għadd ta’ unitajiet ta’ konzijiet

Karatteristiċi tas-snanar

Lixka

Għadd ta’ snanar

Għadd ta’ unitajiet ta’ konzijiet

Ħin tas-sajd

Għadd ta’ snanar * sigħat

Għadd ta’ snanar * jiem

Għadd ta’ unitajiet ta’ konzijiet jiem/sigħat

Nases

GT

Għadd ta’ Nases

Ħin tas-sajd

Għadd ta’ nases * jiem

Purse seine/FADs

Għadd ta’ FADs

Għadd ta’ FADs

Għadd ta’ vjaġġi

Għadd ta’ FADs * Għadd ta’ vjaġġi

(1)   Il-kejl tal-isforz li ma jinkludix attività ta’ żmien għandu jkun riferit għal perijodu ta’ żmien (jiġifieri bis-sena).

(2)   Għandu jkun riferit għal żona partikolari (li tindika is-superfiċji) sabiex tkun stmata l-intensità tas-sajd (sforz/km2) u biex isir sforz fil-komunitajiet sfruttati.

C)    Kompitu 1 tal-GFCM — Unitajiet Operazzjonali

image



( 1 ) ĠU C 354, 28.12.2010, p. 71.

( 2 ) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-20 ta’ Ottubru 2011. Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2011.

( 3 ) ĠU L 190, 4.7.1998, p. 34 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 04, Vol. 04, p. 30).

( 4 ) ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11, kif sostitwit b’rettifika, ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

( 5 ) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1

( 6 ) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

( 7 ) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

( 8 ) ĠU L 5, 9.1.2004, p. 24 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 04, Vol. 07, p. 3).

( 9 ) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

( 10 ) ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.

( 11 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

( 12 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

( 13 ) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

( 14 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord ta' bastimenti (ĠU L 167, 4.7.2003, p. 1).

( 15 ) ĠU L 322, 14.12.1999, p. 3.

( 16 ) ĠU L 179, 23.6.1998, p. 3.