2011R1233 — MT — 02.03.2016 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 1233/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Novembru 2011

dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/76/KE u 2001/77/KE

(ĠU L 326 8.12.2011, p. 45)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 727/2013 tal-14 ta’ Marzu 2013

  L 207

1

2.8.2013

►M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/155 tad-29 ta' Settembru 2015

  L 36

1

11.2.2016




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 1233/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Novembru 2011

dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/76/KE u 2001/77/KE



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja ( 1 ),

Billi:

(1)

L-Aġenziji għall-Krediti ta’ Esportazzjoni (“ECAs”), jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-kummerċ dinji billi jappoġġjaw l-esportazzjoni u l-investimenti minn kumpaniji b'mod li jikkumplimenta l-forniment ta’ finanzjament u assigurazzjoni tas-settur privat. L-Unjoni hija parti fl-Arranġament dwar Krediti ta’ Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati (“l-Arranġament”) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (“OECD”). L-Arranġament, kif milħuq mill-Parteċipanti tiegħu, jirregola t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li l-ECAs jistgħu joffru sabiex irawmu l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd għall-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/76/KE tat-22 ta’ Diċembru 2000 li tissostiwixxi d-Deċiżjoni tal-4 ta’ April 1978 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni b'sussidju uffiċjali ( 2 ) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/77/KE tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar l-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ ftehim kwadru dwar il-finanzjament ta’ proġetti fil-qasam ta’ krediti għall-esportazzjoni illi jkunu ġew appoġġjati uffiċjalment, ( 3 ) il-linji gwida li jinsabu fl-Arranġament u r-regoli speċifiċi għall-finanzjament ta’ proġetti japplikaw fl-Unjoni.

(3)

L-Arranġament jikkontribwixxi indirettament permezz tal-attività tal-ECAs għall-kummerċ ħieles u ġust u investiment minn kumpaniji li kieku jkollhom aċċess inqas għall-faċilitajiet ta’ kreditu pprovduti mis-settur privat.

(4)

L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Unjoni dwar l-azzjoni esterna, bħall-konsolidazzjoni demokratika, r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-koerenza politika għall-iżvilupp u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, meta jistabbilixxu, jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistemi nazzjonali għall-krediti ta’ esportazzjoni u meta jwettqu s-superviżjoni tagħhom tal-attivitajiet għall-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati.

(5)

Il-Parteċipanti għall-Arranġament huma involuti fi proċess kontinwu maħsub sabiex jimminimizza t-tgħawiġ fis-suq u jistabbilixxi l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fejn il-primjums iċċarġjati mill-ECAs huma bbażati fuq ir-riskju u għandhom ikunu adegwati sabiex ikopru l-ispejjeż operattivi u t-telf li jsiru fuq żmien twil u skont l-obbligazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, is-sistemi ta’ krediti ta’ esportazzjoni joperaw b'mod trasparenti u l-aġenziji jirrappurataw kif xieraq lill-OECD.

(6)

Krediti ta’ esportazzjoni mmirati tajjeb ipprovduti mill-ECAs jistgħu jikkontribwixxu għall-opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq għall-kumpaniji tal-Unjoni, inklużi intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs).

(7)

Il-Parteċipanti għall-Arranġament u l-Istati Membri tal-Unjoni qablu li jiżvelaw ċerta informazzjoni dwar krediti ta’ esportazzjoni skont ir-regoli għat-trasparenza tal-OECD u tal-Unjoni għall-faċilità tal-ħolqien ta’ kundizzjonijiet indaqs għall-Parteċipanti fl-Arranġament u għall-Istati Membri.

(8)

L-Unjoni tapplika miżuri ta’ trasparenza u rappurtar kif stabbilit f'Anness I.

(9)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni kompetittiva iktar intensiva fuq is-swieq dinjija u sabiex ikunu evitati żvantaġġi kompetittivi għall-kumpaniji tal-Unjoni, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-awtorizzazzjoni għan-negozjar mill-Istati Membri, għandhom jappoġġjaw l-isforzi mill-OECD biex jintlaħqu non-Parteċipanti għall-Arranġament. Il-Kummissjoni għandha tuża negozjati bilaterali u multilaterali sabiex tistabbilixxi standards globali għall-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati. L-istandards globali f'dan il-qasam huma prerekwiżit biex ikun hemm kundizzjonijiet indaqs fil-kummerċ dinji.

(10)

Għalkemm il-pajjiżi OECD huma ggwidati minn dan l-Arranġament, pajjiżi non-OECD mhumiex Parteċipanti għall-Arranġament u dan jista' jwassal għal vantaġġ kompetittiv għall-esportaturi ta’ dawn il-pajjiżi. Dawk il-pajjiżi għalhekk qed ikunu inkoraġġuti japplikaw l-Arranġament sabiex jiżguraw kundizzjonijiet indaqs anki fuq livell globali.

(11)

Fid-dawl tal-politika tal-Unjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar li għandha l-għan li tissimplifika u ttejjeb ir-regolamenti eżistenti, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, fir-rieżamijiet futuri tal-Arranġament, se jiffukaw, fejn xieraq, fuq it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi minn fuq in-negozji u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, inklużi l-ECAs.

(12)

Il-Parteċipanti għall-Arranġament iddeċidew li jemendaw u jirrazzjonalizzaw l-Arranġament. It-tibdil miftiehem minnhom ikopri titjib fil-faċilità tal-użu, tisħiħ tal-konsistenza fost l-obbligi internazzjonali rilevanti u l-kisba ta’ aktar trasparenza, b'mod partikolari fir-rigward tan-non-Parteċipanti fl-Arranġament. Barra minn hekk, il-Parteċipanti għall-Arranġament qablu wkoll li jinkorporaw fit-test tal-Arranġament ir-regoli dwar il-finanzjament ta’ proġetti li ddaħħlu bid-Deċiżjoni 2001/77/KE, u r-regoli dwar krediti ta’ esportazzjoni għall-vapuri, li ddaħħlu bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/634/KE ( 4 ) li temenda d-Deċiżjoni 2001/76/KE.

(13)

Id-Deċiżjoni 2001/76/KE, kif emendata, għandha tiġi rrevokata u flokha jidħol dan ir-Regolament u t-test ikkonsolidat u mmodifikat tal-Arranġament anness miegħu, u d-Deċiżjoni 2001/77/KE għandha tiġi revokata.

(14)

Sabiex l-emendi għal-linji gwida stabbiliti fl-Arranġament kif miftiehem mill-Parteċipanti għall-Arranġament ikunu inkorporati fil-pront u mingħajr diffikultà fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati sabiex jemendaw l-Anness II fejn dan hu neċessarju. Għaldaqstant is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi għal-linji gwida kif miftiehem mill-Parteċipanti għall-Arranġament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anki fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u fit-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Applikazzjoni tal-Arranġament

Il-linji gwida li jinsabu fl-Arranġament dwar Krediti ta’ Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġjati (“l-Arranġament”) għandhom japplikaw fl-Unjoni. It-test tal-Arranġament huwa anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Delega ta’ setgħa

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 3 sabiex temenda l-Anness II b'riżultat ta’ emendi għal-linji gwida miftiehma mill-Parteċipanti għall-Arranġament.

Fejn, fil-każ ta’ emendi għall-Anness II b'riżultat ta’ emendi għal-linji gwida miftiehma mill-Parteċipanti għall-Arranġament, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 4 għandha tapplika għall-atti delegati skont dan l-Artikolu.

Artikolu 3

L-eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2 għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-9 ta’ Diċembru 2011.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti li tkun speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan fl-istess ħin.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 2 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 4

Proċedura ta’ urġenza

1.  Atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw ladarba ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika tal-att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

2.  Jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(5). F'każ simili, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 5

Trasparanza u rappurtaġġ

Il-miżuri ta’ trasparenza u rappurtar li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 6

Taħsir

Id-Deċiżjonijiet 2001/76/KE u 2001/77/KE huma b'dan imħassrin.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

1. Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-istituzzjonijiet tal-Istati Membri li jeżerċitaw is-superviżjoni tal-programmi nazzjonali tal-kreditu ta’ esportazzjoni, kull Stat Membru għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni Rapport tal-Attività Annwali sabiex tiżdied it-trasparenza fuq livell tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw, skont il-qafas leġiżlattiv nazzjonali tagħhom, dwar assi u responsabbiltajiet, klejms imħallsa u rkupri, impenji ġodda, skoperturi u ħlas ta’ primjums. Fejn jistgħu jinħolqu responsabbiltajiet kontinġenti minn attivitajiet tal-kreditu ta’ esportazzjoni b'sussidju uffiċjali, dawk l-attivitajiet għandhom ikunu rappurtati bħala parti mir-Rapport tal-Attività Annwali.

2. Fir-Rapport tal-Attività Annwali, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu kif ir-riskji ambjentali, li jistgħu jwasslu għal riskji rilevanti oħra, qed jittieħed kont tagħhom fl-attivitajiet tal-kreditu ta’ esportazzjoni b'sussidju uffiċjali tal-ECAs tagħhom.

3. Il-Kummissjoni għandha tipproduċi analiżi annwali għall-Parlament Ewropew ibbażata fuq din l-informazzjoni, inkluża evalwazzjoni rigward il-konformità tal-ECAs mal-objettivi u l-obbligazzjonijiet tal-Unjoni.

4. Il-Kummissjoni, skont il-kompetenzi tagħha għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew b'rapport annwali dwar in-negozjati mwettqa, fejn il-Kummissjoni ikollha awtorizzazzjoni ta’ negozjar fid-diversi fora ta’ kooperazzjoni internazzjonali, sabiex tistabbilixxi standards globali fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati.

L-ewwel perjodu ta’ rapport fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, ikopri s-sena 2011.

▼M2




ANNESS II

WERREJ

KAPITOLU I:

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.

GĦAN

2.

L-ISTATUS

3.

PARTEĊIPAZZJONI

4.

INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAL MIN MHUX PARTEĊIPANTI

5.

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

6.

IL-FTEHIMIET SETTORJALI

7.

IL-FINANZI TAL-PROĠETT

8.

L-IRTIRAR

9.

MONITORAĠĠ

KAPITOLU II:

IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI

10.

IL-ĦLAS PARZJALI, L-APPOĠĠ MASSIMU UFFIĊJALI U L-ISPEJJEŻ LOKALI

11.

IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-PAJJIŻI GĦAT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT

12.

IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT

13.

IT-TERMINI TA' RIPAGAMENT GĦAL IMPJANT TAL-ENERĠIJA MHUX NUKLEARI

14.

IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX

15.

IR-RATI TAL-IMGĦAX, IR-RATI TAL-PRIMJUM U L-ĦLASIJIET L-OĦRA

16.

IL-PERJODU TA' VALIDITÀ GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI

17.

AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF

18.

ALLINJAMENT

19.

IR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX IFFISSAT TAĦT APPOĠĠ UFFIĊJALI B'FINANZJAMENT

20.

IL-KOSTRUZZJONI TAS-CIRRs

21.

IL-VALIDITÀ TAS-CIRRS

22.

L-APPLIKAZZJONI TAS-CIRRS

23.

IL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA' KREDITU

24.

RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA' KREDITU

25.

IL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ

26.

VALUTAZZJONI TAR-RISKJU SOVRAN

27.

KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAX-XERREJ

28.

IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-ISTITUZZJONIJIET MULTILATERALI U REĠJONALI

29.

IL-PERĊENTWALI U L-KWALITÀ TAL-KOPERTURA UFFIĊJALI TAL-KREDITU TAL-ESPORTAZZJONI

30.

TEKNIKI TA' MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ

31.

TITJIB FIL-KREDITU TAR-RISKJU TAX-XERREJ

32.

REVIŻJONI TAL-VALIDITÀ TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAL RISKJU TA' KREDITU

KAPITOLU III:

ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

33.

PRINĊIPJI ĠENERALI

34.

IL-FOROM TAL-GĦAJNUNA MARBUTA

35.

IL-FINANZJAMENT ASSOĊJAT

36.

L-ELIĠIBILITÀ TA' PAJJIŻ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

37.

L-ELIĠIBILITÀ TAL-PROĠETT

38.

IL-LIVELL MINIMU TA' KONĊESSJONALITÀ

39.

L-EŻENZJONIJIET MILL-ELIĠIBILITÀ TAL-PAJJIŻ JEW TAL-PROĠETT GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

40.

IL-KALKULAZZJONI TAL-LIVELL TA' KONĊESSJONALITÀ TAL-GĦAJNUNA MARBUTA

41.

IL-PERJODU TA' VALIDITÀ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

42.

ALLINJAMENT

KAPITOLU IV:

PROĊEDURI

TAQSIMA 1:

IL-PROĊEDURI KOMUNI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-KUMMERĊ

43.

NOTIFIKI

44.

L-INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI

45.

IL-PROĊEDURI GĦALL-ALLINJAMENT

46.

KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI

TAQSIMA 2:

IL-PROĊEDURI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI

47.

L-AVVIŻ MINN QABEL B'DISKUSSJONI

48.

L-AVVIŻ MINN QABEL

TAQSIMA 3:

IL-PROĊEDURI GĦALL-GĦAJNUNA RELATA MAL-KUMMERĊ

49.

L-AVVIŻ MINN QABEL

50.

L-AVVIŻ FIL-PRONT

TAQSIMA 4:

IL-PROĊEDURI TA' KONSULTAZZJONI GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

51.

IL-FINI TAL-KONSULTAZZJONIJIET

52.

L-AMBITU TA' U Ż-ŻMIEN MAGĦŻUL GĦALL-KONSULTAZZJONIJIET

53.

IR-RIŻULTAT TAL-KONSULTAZZJONIJIET

TAQSIMA 5:

L-ISKAMBJU TAL-INFORMAZZJONI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-KUMMERĊ

54.

IL-PUNTI TA' KUNTATT

55.

L-AMBITU TAL-MISTOQSIJIET

56.

L-AMBITU TAR-RISPOSTI

57.

IL-KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊ IMB'WIĊĊ

58.

PROĊEDURI U L-FORMAT TAL-LINJI KOMUNI

59.

IR-REAZZJONIJIET GĦALL-PROPOSTI GĦAL LINJA KOMUNI

60.

AĊĊETTAZZJONI TAL-LINJI KOMUNI

61.

NUQQAS TA' FTEHIM DWAR IL-LINJI KOMUNI

62.

ID-DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI

63.

VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI

TAQSIMA 6:

ID-DISPOŻIZZJONIJIET OPERATTIVI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX (CIRRs)

64.

IL-KOMUNIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

65.

ID-DATA EFFETTIVA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAR-RATI TAL-IMGĦAX

66.

IL-BIDLIET IMMEDJATI FIR-RATI TAL-IMGĦAX

TAQSIMA 7:

IR-REVIŻJONIJIET

67.

IR-REVIŻJONI REGOLARI TAL-ARRANĠAMENT

68.

IR-REVIŻJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

69.

IR-REVIŻJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM U KWISTJONIJIET RELATATI

ANNESS I:

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-BASTIMENTI

KAPITOLU I:

L-AMBITU TAL-FTEHIM SETTORJALI

1.

PARTEĊIPAZZJONI

2.

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

KAPITOLU II:

ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U TAL-GĦAJNUNA MARBUTA

3.

IT-TERMINU MASSIMU TA' RIPAGAMENT

4.

ĦLAS BI FLUS KONTANTI

5.

IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX

6.

IL-PRIMJUM MINIMU

7.

IL-FINANZI TAL-PROĠETT

8.

L-GĦAJNUNA

KAPITOLU III:

PROĊEDURI

9.

AVVIŻ

10.

REVIŻJONI

ANNESS II:

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦAL IMPJANTI TAL-ENERĠIJA NUKLEARI

KAPITOLU I:

L-AMBITU TAL-FTEHIM SETTORJALI

1.

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

KAPITOLU II:

IL-PROĊEDURI KOMUNI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-KUMMERĊ

2.

IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT

3.

IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX

4.

IL-KOSTRUZZJONI TAS-CIRRs

5.

IL-MUNITI ELIĠIBBLI

6.

APPOĠĠ UFFIĊJALI GĦAL FJUWIL NUKLEARI U GĦAL SERVIZZI RELATATI MA' FJUWIL NUKLEARI

7.

L-GĦAJNUNA

KAPITOLU III:

PROĊEDURI

8.

L-AVVIŻ MINN QABEL

KAPITOLU IV:

REVIŻJONI

9.

XOGĦOL FUTUR

10.

REVIŻJONI U MONITORAĠĠ

ANNESS III:

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-INĠENJI TAL-ARJU ĊIVILI

PARTI 1:

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.

GĦAN

2.

L-ISTATUS

3.

PARTEĊIPAZZJONI

4.

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

5.

INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAL MIN MHUX PARTEĊIPANTI

6.

L-APPOĠĠ BL-GĦAJNUNA

7.

AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF

PARTI 2:

INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA

KAPITOLU I:

KOPERTURA

8.

INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA

KAPITOLU II:

IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI

9.

IL-MUNITI ELIĠIBBLI

10.

ĦLAS AKKONT U APPOĠĠ UFFIĊJALI MASSIMU

11.

RATI MINIMI TAL-PRIMJUM

12.

IT-TERMINU MASSIMU TA' RIPAGAMENT

13.

IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX

14.

RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

15.

APPOĠĠ BIR-RATA TAL-IMGĦAX

16.

TARIFFI

17.

KOFINANZJAMENT

PARTI 3:

L-INĠENJI TAL-AJRU UŻATI, IL-MAGNI TA' RIŻERVA, IL-PARTIJIET TA' RIŻERVA, IL-KUNTRATTI TA' MANUTENZJONI U SERVIZZ

KAPITOLU I:

KOPERTURA

18.

INĠENJI TAL-AJRU UŻATI U PRODOTTI U SERVIZZI OĦRAJN

KAPITOLU II:

IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI

19.

IL-BEJGĦ TA' INĠENJI TAL-AJRU UŻATI

20.

IL-MAGNI TA' RISERVA U L-PARTIJIET LI JISTGĦU JINBIDLU

21.

IL-KUNTRATTI GĦALL-KONVERŻJONI/MODIFIKI EWLENIN/RESTAWRAZZJONI

22.

KUNTRATTI TA' MANUTENZJONI U SERVIZZ

23.

KITTS TAL-MAGNA

PARTI 4:

PROĊEDURI TA' TRASPARENZA

TAQSIMA 1:

IR-REKWIŻITI TAL-INFORMAZZJONI

24.

L-INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI

TAQSIMA 2:

SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI

25.

TALBIET GĦAL INFORMAZZJONI

26.

IL-KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊ IMB'WIĊĊ

27.

KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI

TAQSIMA 3:

LINJI KOMUNI

28.

PROĊEDURI U L-FORMAT TAL-LINJI KOMUNI

29.

IR-REAZZJONIJIET GĦALL-PROPOSTI GĦAL LINJA KOMUNI

30.

AĊĊETTAZZJONI TAL-LINJI KOMUNI

31.

NUQQAS TA' FTEHIM DWAR IL-LINJI KOMUNI

32.

ID-DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI

33.

VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI

TAQSIMA 4:

ALLINJAMENT

34.

ALLINJAMENT

PARTI 5:

MONITORAĠĠ U REVIŻJONI

35.

MONITORAĠĠ

36.

REVIŻJONI

37.

XOGĦOL FUTUR

PARTI 6:

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

38.

DĦUL FIS-SEĦĦ

39.

ARRANĠAMENTI TA' TRANŻIZZJONI

40.

L-IRTIRAR

TAQSIMA 1:

PROĊEDURI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJI

I.

IT-TWAQQIF TAL-LISTA TA' KLASSIFIKAZZJONIJIET TAR-RISKJI

II.

AĠĠORNAMENT TAL-LISTA TA' KLASSIFIKAZZJONIJIET TAR-RISKJI

III.

SOLUZZJONI GĦAN-NUQQAS TA' QBIL

IV.

IL-PERJODU TA' VALIDITÀ TAL-KLASSIFIKAZZJONIJIET

V.

TALBA DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJI TA' XERREJ/MUTWATARJU

TAQSIMA 2:

RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAL INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA U UŻATI

I.

IL-KALKULAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM

II.

TNAQQIS TAL-PRIMJUM MINIMU

III.

TRANŻAZZJONIJIET MHUX ABBAŻI TA' ASSI

TAQSIMA 3:

RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAL PRODOTTI U SERVIZZI LI MHUMIEX INĠENJI TAL-AJRU KOPERTI MILL-PARTI 3 TA' DAN IL-FTEHIM SETTORJALI

I.

INFORMAZZJONI PRELIMINARI

II.

MISTOQSIJIET

1.

RATA TAL-IMGĦAX MINIMA U FLESSIBBLI

2.

IR-RATI TAL-IMGĦAX FISSI U MINIMI

3.

IL-KOSTRUZZJONI TAS-CIRR

4.

IL-PERJODU TA' VALIDITÀ TAS-CIRR

5.

L-APPLIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

6.

RIPAGAMENT ANTIĊIPAT TA' SELF B'RATA TAL-IMGĦAX FISSA

7.

IL-BIDLIET IMMEDJATI FIR-RATI TAL-IMGĦAX

8.

MARĠNI NORMATTIV

ANNESS IV:

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦAL ENERĠIJA RINNOVABBLI, IL-MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA U PROĠETTI TAL-ILMA

KAPITOLU I:

L-AMBITU TAL-FTEHIM SETTORJALI

1.

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETTI F'SETTURI TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI ELIĠIBBLI GĦALL-APPENDIĊI I

2.

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETTI F'SETTURI TAL-MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA ELIĠIBBLI GĦALL-APPENDIĊI II

3.

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETTI TA' ADATTAMENT ELIĠIBBLI GĦALL-APPENDIĊI III

4.

KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦALL-PROĠETTI TAL-ILMA

KAPITOLU II:

DISPOSIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI

5.

IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT

6.

IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX

7.

RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

8.

IL-MUNITI ELIĠIBBLI

9.

SPEJJEŻ LOKALI

KAPITOLU III:

PROĊEDURI

10.

L-AVVIŻ MINN QABEL

KAPITOLU IV:

MONITORAĠĠ U REVIŻJONI

11.

XOGĦOL FUTUR

12.

MONITORAĠĠ U REVIŻJONI

ANNESS V:

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA

KAPITOLU I:

L-AMBITU TAL-FTEHIM SETTORJALI

1.

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

KAPITOLU II:

DISPOSIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI

2.

IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT

3.

IR-RIPAGAMENT TAL-PRINĊIPAL U TAL-IMGĦAX

4.

IR-RATI MINIMI FISSI TAL-IMGĦAX

KAPITOLU III:

PROĊEDURI

5.

L-AVVIŻ MINN QABEL

6.

VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI

KAPITOLU IV:

MONITORAĠĠ U REVIŻJONI

7.

MONITORAĠĠ U REVIŻJONI

ANNESS VI:

TERMINI U KUNDIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET TAL-FINANZI TAL-PROĠETT

KAPITOLU I:

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

KAPITOLU II:

IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI

2.

IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT

3.

IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX

4.

IR-RATI MINIMI FISSI TAL-IMGĦAX

KAPITOLU III:

PROĊEDURI

5.

L-AVVIŻA MINN QABEL GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET TAL-FINANZI TA' PROĠETT

I.

IL-KRITERJI BAŻIĊI

II.

KRITERJI ADDIZZJONALI GĦAL TRANŻAZZJONIJIET TA' FINANZJAMENT TA' PROĠETT F'PAJJIŻI TAL-OECD BI DĦUL GĦOLI

ANNESS VII:

L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA GĦAN-NOTIFIKI

I.

L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA GĦALL-AVVIŻI KOLLHA

II.

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA, KIF INHU XIERAQ, GĦAL NOTIFIKI LI JSIRU FIR-RIGWARD TA' DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

ANNESS VIII:

IL-KALKOLU TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM

ANNESS IX:

NORMATTIVI TAS-SUQ GĦAL TRANŻAZZJONIJIET F'PAJJIŻI TAL-KATEGORIJI ŻERO

ANNESS X:

IL-KRITERJI U L-KUNDIZZJONIJIET LI JIGGVERNAW L-APPLIKAZZJONI TA'GARANZIJA TA' RIPAGAMENT TA' PARTI TERZA U L-KLASSIFIKAZZJONI TA' ISTITUZZJONIJIET MULTILATERALI JEW REĠJONALI

ANNESS XI:

ID-DESKRIZZJONIJIET KWALITATTIVI TAL-KATEGORIJI TAR-RISKJU TAX-XERREJ

ANNESS XII:

IL-KRITERJI U L-KUNDIZZJONIJIET LI JIGGVERNAW L-APPLIKAZZJONI TAT-TEKNIKI TA' MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ TITJIB FIL-KREDITU TAR-RISKJU TAX-XERREJ

ANNESS XIII:

IL-LISTA TA' KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP IL-LISTA TA' KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP TAL-PROĠETT FFINANZJATI MILL-GĦAJNUNA

ANNESS XIV:

LISTA TAD-DEFINIZZJONIJIET

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.   GĦAN

(a) L-għan ewlieni tal-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati, li fid-dokument kollu se jissejjaħ l-Arranġament, huwa li jipprovdi qafas għall-użu ordnat tal-krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati.

(b) L-Arranġament ifittex li jrawwem kundizzjonijiet indaqs għal kulħadd fejn għandu x'jaqsam l-appoġġ uffiċjali, kif ġie ddefinit fl-Artikolu 5a), sabiex tkun inkoraġġita kompetizzjoni fost l-esportaturi li tkun ibbażata fuq il-kwalità u l-prezz tal-oġġetti u tas-servizzi esportati aktar milli fuq termini u kundizzjonijiet finanzjarji uffiċjalment appoġġati li huma l-aktar favorevoli.

2.   L-ISTATUS

L-Arranġament, li ġie żviluppat fil-qafas tal-OECD, inizjalment daħal fis-seħħ f'April 1978 u jdum għal perjodu indefinit. L-Arranġament huwa Ftehim bejn Ġentlomi bejn il-Parteċipanti; mhuwiex Att tal-OECD ( 5 ), għalkemm jirċievi l-appoġġ amministrattiv tas-Segretarjat tal-OECD (minn hawn 'il quddiem se jissejjaħ: “is-Segretarjat”).

3.   PARTEĊIPAZZJONI

Il-Parteċipanti għall-Arranġament bħalissa huma: l-Awstralja, il-Kanada, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea, in-New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Istati Uniti. Membri oħra tal-OECD u u dawk li mhumiex Membri jistgħu jiġu mistiedna jsiru Parteċipanti mill-Parteċipanti attwali.

4.   INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAL MIN MHUX PARTEĊIPANTI

(a) Il-Parteċipanti jimpenjaw irwieħhom li jaqsmu l-informazzjoni ma' min mhux Parteċipanti dwar avviżi li huma relatati mal-appoġġ uffiċjali kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5a).

(b) Fuq il-bażi tar-reċiproċità, Parteċipant jirrispondi għal talba mingħand min mhux Parteċipant f'sitwazzjoni kompetittiva dwar it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti għall-appoġġ uffiċjali tiegħu, kif kieku jirrispondi għal talba mingħand Parteċipant.

5.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

L-Arranġament japplika għall-appoġġ uffiċjali kollu li jiġi provdut minn jew f'isem gvern għall-esportazzjoni ta' oġġetti u/jew ta' servizzi, inklużi kirjiet finanzjarji, li għandhom terminu ta' ripagament ta' sentejn jew aktar.

(a) L-appoġġ uffiċjali jista' jiġi provdut f'forom differenti:

1. Garanzija jew assigurazzjoni (sempliċi kopertura) tal-kreditu ta' esportazzjoni.

2. Appoġġ uffiċjali b'finanzjament:

kreditu/finanzjament dirett u finanzjament mill-ġdid, jew

appoġġ għar-rata tal-imgħax.

3. Kull taħlita tal-forom ta' aktar 'il fuq.

(b) L-Arranġament japplika għall-għajnuna marbuta; il-proċeduri li ġew stabbiliti fil-Kapitolu IV japplikaw ukoll għal għajnuna mhux marbuta relatata mal-kummerċ.

(c) L-Arranġament ma japplikax għall-esportazzjonijiet ta' Tagħmir Militari u ta' Komoditajiet Agrikoli.

(d) Ma jkunx provdut appoġġ uffiċjali jekk hemm evidenza ċara li l-kuntratt kien strutturat b'xerrej f'pajjiż li mhux id-destinazzjoni finali tal-oġġetti, primarjament bil-għan li jinkisbu termini ta' ripagament aktar favorevoli.

6.   IL-FTEHIMIET SETTORJALI

(a) Il-ftehimiet Settorjali li ġejjin huma parti mill-Arranġament:

 Il-Bastimenti (l-Anness I)

 L-Impjanti tal-Enerġija Nukleari (l-Anness II)

 L-Inġenji tal-Ajru Ċivili (l-Anness III)

 L-Enerġija Rinnovabbli, il-Mitigazzjoni u l-Adattament tat-Tibdil fil-Klima u Proġetti tal-Ilma (l-Anness IV)

 L-Infrastruttura Ferrovjarja (Anness V)

(b) Parteċipant fi Ftehim Settorjali jista' japplika d-dispożizzjonijiet tiegħu għal appoġġ uffiċjali għall-esportazzjoni ta' prodotti u/jew servizzi koperti minn dak il-Ftehim Settorjali. Jekk Ftehim Settorjali ma jinkludix dispożizzjoni korrispondenti għal dik tal-Arranġament, Parteċipant fil-Ftehim Settorjali japplika d-dispożizzjoni tal-Arranġament.

7.   IL-FINANZI TAL-PROĠETT

(a) Il-Parteċipanti jistgħu japplikaw it-termini u l-kundizzjonijiet li ġew stabbiliti fl-Anness VI għall-esportazzjoni tal-oġġetti u/jew tas-servizzi għat-tranżazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji li ġew stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Anness VI.

(b) Il-paragrafu (a) ta' hawn fuq japplika għall-esportazzjoni ta' prodotti u servizzi koperti mill-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għal Impjanti tal-Enerġija Nukleari u l-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Proġetti tal-Enerġiji Rinnovabbli, il-Mitigazzjoni tal-Bidla fil-Klima, u Proġetti tal-Ilma, u l-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni tal-Infrastruttura Ferrovjarja.

(c) Il-paragrafu (a) ma japplikax għall-esportazzjoni ta' prodotti u servizzi koperti mill-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għal Inġenji tal-Ajru Ċivili jew il-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Bastimenti.

8.   L-IRTIRAR

Parteċipant jista' jirtira billi jinnotifika lis-Segretarjat bil-miktub permezz ta' komunikazzjoni istantanja, pereż. is-Sistema tal-Informazzjoni Onlajn tal-OECD (OLIS). L-irtirar jidħol fis-seħħ 180 jum kalendarju wara li s-Segretarjat ikun irċieva l-avviż.

9.   MONITORAĠĠ

Is-Segretarjat jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Arranġament.

KAPITOLU II

IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI

It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji għall-krediti għall-esportazzjoni jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha li ġew stabbiliti f'dan il-Kapitolu li jinqraw waħda mal-oħra.

L-Arranġament jistabbilixxi l-limitazzjonijiet fuq it-termini u l-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu uffiċjalment appoġġati. Il-Parteċipanti jirrikonoxxu li termini u kundizzjonijiet finanzjarji aktar restrittivi minn dawk li ġew provduti mill-Arranġament tradizzjonalment japplikaw għal ċerti setturi kummerċjali jew industrijali. Il-Parteċipanti jkomplu jirrispettaw termini u kundizzjonijiet finanzjarji tas-soltu bħal dawn, b'mod partikolari l-prinċipju li permezz tiegħu t-termini tar-ripagament ma jeċċedux it-tul ta' servizz utli tal-oġġetti.

10.   IL-ĦLAS PARZJALI, L-APPOĠĠ MASSIMU UFFIĊJALI U L-ISPEJJEŻ LOKALI

(a) Il-Parteċipanti jeħtieġu li x-xerrejja tal-oġġetti u tas-servizzi li huma s-suġġett ta' appoġġ uffiċjali jħallsu b'mod parzjali minimu ta' 15 % tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni fi jew qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu kif ġie ddefinit fl-Anness XIV. Għall-valutazzjoni tal-ħlasijiet parzjali, il-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni jista' jitnaqqas b'mod proporzjonali jekk it-tranżazzjoni tinkludi oġġetti u servizzi minn pajjiż terz li mhumiex uffiċjalment appoġġati. Jistgħu jsiru finanzjament/assigurazzjoni ta' 100 % tal-primjum. Il-primjum jista' jkun inkluż jew jista' ma jkunx inkluż fil-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni. F'dan il-kuntest, il-ħlasijiet li nżammu bħala garanzija li saru wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma jitqisux bħala ħlas parzjali.

(b) L-appoġġ uffiċjali għal ħlasijiet parzjali bħal dawn jieħu l-forma ta' assigurazzjoni jew garanzija biss kontra r-riskji ta' qabel il-kreditu tas-soltu.

(c) Ħlief kif inhu provdut fil-paragrafi b) u d), il-Parteċipanti ma jipprovdux appoġġ uffiċjali li jeċċedi l-85 % tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni, li jinkludi l-provvista ta' pajjiż terz, imma li jeskludi l-ispejjeż lokali.

(d) Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-ispejjeż lokali, sakemm:

1. L-appoġġ uffiċjali pprovdut għall-ispejjeż lokali ma jaqbiżx it-30 % tal-valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni.

2. Huwa ma jkunx provdut b'termini aktar favorevoli/inqas restrittivi minn dak li ġew miftiehma għall-esportazzjonijiet relatati.

3. Fejn l-appoġġ uffiċjali għall-ispiża lokali jaqbeż il-15 % tal-valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni, it-tali appoġġ uffiċjali jkun soġġett għal avviż minn qabel, skont l-Artikolu 48, filwaqt li tiġi speċifikata l-għamla tal-ispejjeż lokali li qegħdin jiġu appoġġati.

11.   IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-PAJJIŻI GĦAT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT

(a) Il-pajjiżi tal-Kategorija I huma pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli ( 6 ). Il-pajjiżi l-oħra kollha qegħdin fil-Kategorija II.

(b) Il-kriterji u l-proċeduri operattivi li ġejjin japplikaw meta jiġu kklassifikati l-pajjiżi:

1. Klassifikazzjoni għal finijiet ta' Arranġament tiġi ddeterminata permezz tal-IGN per capita kif jiġi kkalkulat mill-Bank Dinji għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-Bank Dinji tal-pajjiżi li qed jisselfu.

2. F'każi fejn il-Bank Dinji ma għandux biżżejjed informazzjoni biex jippubblika d-dejta dwar l-ING per capita, il-Bank Dinji jintalab biex jistma jekk il-pajjiż ikkonċernat għandux ING per capita li huwa 'l fuq jew 'l isfel mil-limitu kurrenti. Il-pajjiż jiġi kklassifikat skont l-istima sakemm il-Parteċipanti ma jiddeċidux li jaġixxu mod ieħor.

3. Jekk pajjiż jiġi kklassifikat mill-ġdid skont l-Artikolu 11(a), il-klassifikazzjoni mill-ġdid se tidħol fis-seħħ ġimgħatejn wara li s-Segretarjat jikkomunika l-konklużjonijiet li nġibdu mid-dejta mill-Bank Dinji li ssemmiet aktar 'il fuq lill-Parteċipanti kollha.

4. F'każijiet fejn il-Bank Dinji jirrevedi ċ-ċifri, reviżjonijiet bħal dawn ma jitqisux f'relazzjoni mal-Arranġament. Madankollu, il-klassifikazzjoni ta' pajjiż tista' tinbidel permezz ta' Linja Komuni u l-Parteċipanti għandhom iqisu b'mod favorevoli bidla minħabba żbalji u omissjonijiet fiċ-ċifri li sussegwentement ġew rikonoxxuti fl-istess sena kalendarja li fiha ċ-ċifri tqassmu għall-ewwel darba mis-Segretarjat.

(c) Pajjiż ibiddel il-kategorija biss wara li l-livell fil-kategorija tal-Bank Dinji jkun baqa l-istess għal sentejn konsekuttivi.

12.   IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, it-terminu massimu ta' ripagament ivarja skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż tad-destinazzjoni li ġiet iddeterminata mill-kriterji fl-Artikolu 11.

(a) Għall-pajjiżi tal-Kategorija I, it-terminu massimu ta' ripagament huwa ta' ħames snin, bil-possibbiltà li jkun hemm ftehim sa tmien snin u nofs meta jiġu segwiti l-proċeduri għal avviż minn qabel li ġew stabbiliti fl-Artikolu 48.

(b) Għal pajjiżi tal-Kategorija II, it-terminu massimu ta' ripagament huwa ta' 10 snin.

(c) Fil-każ ta' kuntratt li jinvolvi aktar minn pajjiż tad-destinazzjoni wieħed, il-Parteċipanti għandhom ifittxu li jistabbilixxu Linja Komuni skont il-proċeduri fl-Artikoli minn 58 sa 63 biex jintlaħaq ftehim dwar it-termini xierqa.

13.   IT-TERMINI TA' RIPAGAMENT GĦAL IMPJANT TAL-ENERĠIJA MHUX NUKLEARI

(a) Għal impjant tal-enerġija mhux nukleari, it-terminu massimu ta' ripagament ikun ta' 12-il sena. Jekk Parteċipant beħsiebu jappoġġa terminu ta' ripagament li huwa itwal minn dak provdut fl-Artikolu 12, il-Parteċipant jagħti avviż minn qabel skont il-proċeduri fl-Artikolu 48.

(b) Impjanti tal-enerġija mhux nukleari huma stazzjonijiet tal-enerġija kompleti jew partijiet minnhom, li ma jaħdmux bl-enerġija nukleari; jinkludu l-komponenti, it-tagħmir, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ tal-personal) li huma meħtieġa b'mod dirett għall-kostruzzjoni u għall-kostruzzjoni ta' stazzjonijiet tal-enerġija mhux nukleari bħal dawn. Ma japplikax għal oġġetti li s-soltu jkun responsabbli għalihom ix-xerrej, b'mod partikolari l-ispejjeż assoċjati mal-iżvilupp tal-art, mat-toroq, mal-bini fuq il-lant tax-xogħol, mal-linji tal-enerġija, u mal-installazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija u mal-provvista tal-ilma, kif ukoll l-ispejjeż li jinqalgħu minħabba proċeduri ta' approvazzjoni uffiċjali (pereż. il-permessi għas-sit, il-permess għall-kostruzzjoni, il-permess biex jitgħabba l-fjuwil) fil-pajjiż tax-xerrej, ħlief:

1. f'każi fejn ix-xerrej tal-installazzjoni tat-trasmissjoni tal-enerġija huwa l-istess wieħed bħax-xerrej tal-impjant tal-enerġija, it-terminu massimu ta' ripagament għall-installazzjoni tat-trasmissjoni tal-enerġija oriġinali jkun l-istess bħal dak għall-impjant tal-enerġija mhux nukleari (jiġifieri 12-il sena); kif ukoll

2. it-terminu massimu ta' ripagament għas-substazzjonijiet, għat-transformers u għal-linji ta' trażmissjoni b'limitu ta' vultaġġ minimu ta' 100 kv ikun l-istess bħal dak għall-impjant tal-enerġija mhux nukleari.

14.   IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX

(a) Is-somma kapitali ta' kreditu tal-esportazzjoni titħallas lura f'rati ndaqs.

(b) Il-kapital jitħallas lura u l-imgħax jitħallas mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel ħlas parzjali tal-kapital u l-imgħax isir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt ta' bidu tal-kreditu.

(c) Għall-krediti għall-esportazzjoni li ġew ipprovduti b'appoġġ għat-tranżazzjonijiet ta' kiri, jistgħu jiġu applikati ripagamenti ndaqs tal-kapital u tal-imgħax ikkombinati flimkien minflok ħlasijiet lura ndaqs tal-kapital kif ġie stabbilit fil-paragrafu a).

(d) Fuq bażi eċċezzjonali u ġġustifikata b'mod xieraq, il-krediti għall-esportazzjoni jistgħu jkunu provduti skont termini għajr dawk li ġew stabbiliti mill-a) sa c) aktar 'il fuq. Il-forniment tat-tali appoġġ jista' jiġi spjegat permezz ta' żbilanċ fit-twaqqit tal-fondi disponibbli tal-obbligant u l-profil tas-servizz ta' dejn disponibbli fi skeda ta' ripagament ugwali u semiannwali u jikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

1. L-ebda ripagament waħdu tal-kapital jew serje ta' ħlasijiet kapitali f'perjodu ta' sitt xhur ma jeċċedix il-25 % tas-somma kapitali tal-kreditu.

2. Il-kapital jitħallas lura bi frekwenza minima ta' kull 12-il xahar. L-ewwel ripagament tal-kapital isir mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu u mhux inqas minn 2 % tas-somma kapitali tal-kreditu tkun ġiet imħallsa lura 12-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

3. L-imgħax jitħallas bi frekwenza ta' mhux inqas minn kull 12-il xahar u l-ewwel ħlas tal-imgħax isir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

4. L-akbar tul ta' żmien medju peżat (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi) tal-perjodu tar-ripagament ma jaqbiżx:

 Għal tranżazzjonijiet b'xerrejja sovrani (jew b'garanti sovran għar-ripagament), erba' snin u nofs għal tranżazzjonijiet fil-pajjiżi tal-Kategorija I u ħames snin u tliet xhur għall-pajjiżi tal-Kategorija II.

 Għal tranżazzjonijiet ma' xerrejja mhux sovrani (u mal-ebda garanti sovran għar-ripagament), ħames snin għall-pajjiżi tal-Kategorija I u sitt snin għall-pajjiżi tal-Kategorija II.

 Minkejja d-dispożizzjonijiet li ġew stabbiliti fiż-żewġ subparagrafi preċedenti, għat-tranżazzjonijiet li jinvolvu appoġġ għal impjanti tal-enerġija mhux nukleari skont l-Artikolu 13, sitt snin u tliet xhur.

5. Il-Parteċipant jagħti avviż minn qabel skont l-Artikolu 48 li tispjega r-raġuni għaliex ma kienx provdut appoġġ skont il-paragrafi minn (a) sa (c) aktar 'il fuq.

(e) L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma jkunx ikkapitalizzat

15.   IR-RATI TAL-IMGĦAX, IR-RATI TAL-PRIMJUM U L-ĦLASIJIET L-OĦRA

(a) L-imgħax jeskludi:

1. kwalunkwe ħlas bħala primjum jew ħlas ieħor biex ikunu assigurati jew iggarantiti l-krediti tal-fornitur jew il-krediti finanzjarji;

2. kwalunkwe ħlas bħala ħlasijiet jew kommissjonijiet bankarji li jirrelataw mal-kreditu tal-esportazzjoni għajr għall-ħlasijiet bankarji annwali jew semi-annwali li jistgħu jitħallsu matul il-perjodu ta' ripagament kollu; kif ukoll

3. it-taxxi f'ras il-għajn li ġew imposti mill-pajjiż li jimporta.

(b) Fejn l-appoġġ uffiċjali jiġi provdut permezz ta' krediti/finanzjament diretti jew finanzjament mill-ġdid, il-primjum jew jista' jiġi miżjud mal-valur nominali tar-rata tal-imgħax jew jista' jkun ħlas separat; iż-żewġ komponenti għandhom ikunu speċifikati lill-Parteċipanti b'mod separat.

16.   IL-PERJODU TA' VALIDITÀ GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI

It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji għall-kreditu tal-esportazzjoni jew għal-linja ta' kreditu individwali, għajr għall-perjodu ta' validità għar-Rati ta' Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (Commercial Interest Reference Rates, CIRRs) li ġew stabbiliti fl-Artikolu 21, ma jkunux iffissati għal perjodu li jeċċedi s-sitt xhur qabel l-impenn finali.

17.   AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF

L-Arranġament ma jipprevjenix lill-awtoritajiet tal-kreditu tal-esportazzjoni jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji milli jiftiehmu dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji inqas restrittivi minn dawk provduti mill-Arranġament, jekk azzjoni bħal din tittieħed wara l-għoti ta' kuntratt (meta l-ftehim dwar il-krediti għall-esportazzjoni u d-dokumenti anċillari diġà saru effettivi) u hija maħsuba biss biex ikun evitat jew imminimizzat it-telf minn avvenimenti li jistgħu jagħtu lok għal nuqqas ta' ħlas jew għal klejms.

18.   ALLINJAMENT

Meta jitqiesu l-obbligi internazzjonali tal-Parteċipant u b'mod konsistenti mal-fini tal-Arranġament, skont il-proċeduri li ġew stabbliti fl-Artikolu 45, Parteċipant jista' jallinja t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li ġew offruti minn Parteċipant jew minn min mhuwiex Parteċipant. It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji provduti skont dan l-Artikolu jitqiesu li huma skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli I, II u meta applikabbli, mal-Annessi I, II, III, IV, V u VI.

19.   IR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX IFFISSAT TAĦT APPOĠĠ UFFIĊJALI B'FINANZJAMENT

(a) Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ finanzjarju uffiċjali għal self b'rati fissi japplikaw is-CIRRs rilevanti bħala r-rati minimi tal-imgħax. Is-CIRRs huma rati ta' imgħax stabbiliti skont il-prinċipji li ġejjin:

1. Is-CIRRs għandhom jirrappreżentaw ir-rati tal-imgħax tas-self kummerċjali fis-suq domestiku tal-munita kkonċernata;

2. Is-CIRRs għandhom jikkorrispondu mill-qrib mar-rata għal dawk li qed jissellfu li ġejjin minn ambitu domestiku tal-ewwel klassi;

3. Is-CIRRs għandhom ikunu bbażati fuq kemm jiswew il-fondi tal-finanzi b'rata fissa tal-imgħax;

4. Is-CIRRs ma għandhomx jgħawġu l-kundizzjonijiet kompetittivi domestiċi; kif ukoll

5. Is-CIRRs għandhom jikkorrispondu mill-qrib għal rata li tiġi pprattikata għal mutwatarji barranin tal-ewwel klassi.

(b) Il-forniment ta' appoġġ b'finanzjament uffiċjali ma jpattix jew jikkumpensa, b'mod parzjali jew sħiħ, għall-primjum xieraq tar-riskju ta' kreditu li għandu jintalab għar-riskju ta' nonripagament skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23.

20.   IL-KOSTRUZZJONI TAS-CIRRS

(a) Kull Parteċipant li jixtieq jistabbilixxi s-CIRRs, l-ewwel nett jagħżel waħda miż-żewġ sistemi bażi tar-rati għall-munita nazzjonali tiegħu:

1. rendimenti ta' bonds tal-gvern ta' tliet snin għal terminu ta' ripagament sa u li jinkludu l-ħames snin; rendiment ta' titoli statali ta' ħames snin għall-kundizzjonijiet ta' ripagament ta' iktar minn ħamsa sa u jinkludu tmien snin u nofs; u rendimenti ta' bonds tal-gvern ta' seba' snin għal aktar minn tmien snin u nofs; jew

2. rendimenti ta' bonds tal-gvern ta' ħames snin għall-maturitajiet kollha.

L-eċċezzjonijiet għas-sistema b'rata bażi jkunu miftiehma mill-Parteċipanti.

(b) Is-CIRRs ikunu ffissati f'marġni fiss ta' 100 punt bażi 'l fuq mir-rata bażi ta' kull Parteċipant sakemm il-Parteċipanti ma jkunux ftiehmu mod ieħor.

(c) Il-Parteċipanti l-oħra jużaw is-CIRR iffissata għal munita partikolari jekk jiddeċiedu li jiffinanzjaw f'dik il-munita.

(d) Parteċipant jista' jbiddel is-sistema b'rata bażi tiegħu wara li jagħti avviż b'sitt xhur bil-quddiem u bil-parir tal-Parteċipanti.

(e) Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant jista' jitlob li tiġi stabbilita CIRR għall-munita ta' min mhuwiex Parteċipant. F'konsultazzjoni ma' min mhuwiex Parteċipant interessat, Parteċipant jew is-Segretarjat f'isem dak li mhuwiex Parteċipant jista' jagħmel proposta għall-kostruzzjoni tas-CIRR f'dik il-munita billi jintużaw proċeduri tal-Linja Komuni skont l-Artikoli minn 58 sa 63.

21.   IL-VALIDITÀ TAS-CIRRS

Ir-rata tal-imgħax li tapplika għal tranżazzjoni ma tkunx iffissata għal perjodu li jkun itwal minn 120 jum. Jiġi miżjud marġni ta' 20 punt bażi mas-CIRRs jekk it-termini u l-kundizzjonijiet tal-appoġġ uffiċjali b'finanzjament jkunu ffissati qabel id-data tal-kuntratt.

22.   L-APPLIKAZZJONI TAS-CIRRS

(a) Fejn l-appoġġ uffiċjali b'finanzjament jiġi provdut għal self b'rata mhux fissa, il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra ma jitħallewx joffru l-għażla li jbaxxu jew is-CIRR (fiż-żmien tal-kuntratt oriġinali) jew ir-rata tas-suq tul medda qasira ta' żmien għall-perjodu kollu kemm idum is-self.

(b) Fil-każ ta' ripagament ta' self jew ta' kwalunkwe porzjon minnu, volontarju u bikri, min jissellef jikkumpensa lill-istituzzjoni governattiva li tipprovdi l-appoġġ uffiċjali b'finanzjament għat-telf u għall-ispejjeż kollha li ġarrbet minħabba ripagament bikri bħal dan, inkluża l-ispiża tal-istituzzjoni governattiva biex tissostitwixxi l-parti tal-influss tal-flus kontanti b'rata fissa li ġie interrott mir-ripagament bikri.

23.   IL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA' KREDITU

Il-Parteċipanti jitolbu l-primjum, minbarra l-ħlasijiet fuq l-imgħax, biex ikopru r-riskju ta' nuqqas ta' ripagament tal-krediti għall-esportazzjoni. Ir-rati tal-primjum mitluba mill-Parteċipanti jkunu bbażati fuq ir-riskju, jikkonverġu u ma jkunux inadegwati biex ikopru l-ispejjeż u t-telf operattivi tul medda twila ta' żmien.

24.   RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA' KREDITU

Il-Parteċipanti ma jitolbux inqas mir-Rata Minima applikabbli tal-Primjum (MPR) għar-Riskju ta' Kreditu.

(a) L-MPR applikabbli tiġi ddeterminata skont il-fatturi li ġejjin:

 il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż;

 iż-żmien tar-riskju (jiġifieri, l-Orizzont tar-Riskju jew l-HOR);

 il-kategorija tar-riskju tax-xerrej magħżul tal-obbligant;

 il-perċentwal ta' kopertura tar-riskju politiku u kummerċjali u l-kwalità tal-prodott uffiċjali tal-kreditu għall-esportazzjoni pprovdut;

 kwalunkwe teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż applikata; kif ukoll

 kwalunkwe titjib fil-kreditu ta' riskju tax-xerrej li ġew applikati.

(b) L-MPRs jiġu espressi f'perċentwali tal-valur prinċipali tal-kreditu bħallikieku l-primjum inġabar b'mod sħiħ fid-data tal-ewwel tnaqqis tal-kreditu. Spjegazzjoni ta' kif jiġu kkalkulati l-MPRs, inkluża l-formula matematika, tiġi provduta fl-Anness VIII.

(c) Ma hemm l-ebda MPRs għal tranżazzjonijiet li jinvolvu lill-obbliganti f'pajjiżi tal-Kategorija 0, il-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli u Pajjiżi taż-Żona tal-Euro bi Dħul Għoli ( 7 ). Ir-rati tal-primjum mitluba mill-Parteċipanti għal tranżazzjonijiet f'dawn il-pajjiżi jiġu ddeterminati fuq bażi ta' każ b'każ. Biex jiġi żgurat li r-rati tal-primjum mitlubin għal tranżazzjonijiet li jinvolvu lil obbliganti f'tali pajjiżi ma jwaqqgħux l-ipprezzar tas-suq privat, il-Parteċipanti jaderixxu mal-proċedura li ġejja:

 Filwaqt li jieħdu f'kunsiderazzjoni d-disponibilità tal-informazzjoni dwar is-suq u l-karatteristiċi tat-tranżazzjoni sottstanti, il-Parteċipanti jiddeterminaw ir-rata tal-primjum li għandha tiġi applikata billi jagħmlu valutazzjoni komparattiva kontra wieħed mill-punti ta' riferiment jew iktar stabbiliti fl-Anness IX, billi jagħżlu l-iktar punt(i) ta' riferiment meqjus xieraq għat-tranżazzjoni speċifika.

 Minkejja l-paragrafu ta' qabel, jekk ir-rilevanza tal-informazzjoni tas-suq hija limitata għal-likwidità jew raġunijiet oħrajn, jew jekk it-tranżazzjoni hija żgħira (kreditu inqas minn Drittijiet Speċjali ta' Prelevament ta' SDR 10 miljun), il-Parteċipanti jitolbu xejn inqas mill-MPR korrispondenti għall-kategorija xierqa ta' riskju tax-xerrej fil-Kategorija 1 tar-Riskju tal-Pajjiż.

 Fuq bażi temporanja ( 8 ), il-Parteċipanti jagħtu avviż minn qabel skont l-Artikolu 48 għal kwalunkwe tranżazzjoni ma' obbligant/garanti f'pajjiż tal-Kategorija 0, pajjiż tal-OECD bi Dħul Għoli jew pajjiż taż-Żona tal-Euro bi Dħul Għoli b'valur tal-kreditu ogħla minn SDR 10 miljun.

(d) Fil-prinċipju, il-pajjiżi ta' “l-ogħla riskju” fil-Kategorija 7 jkunu soġġetti għal rati ta' primjum li jeċċedu l-MPRs li ġew stabbiliti għal dik il-Kategorija; dawn ir-rati tal-primjum jiġu ddeterminati mill-Parteċipant li jkun qed jipprovdi l-appoġġ uffiċjali.

(e) Fil-kalkolu tal-MPR għal tranżazzjoni, il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż tkun il-klassifikazzjoni tal-pajjiż tal-obbligant u l-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju ta-xerrej tkun il-klassifikazzjoni tal-obbligant ( 9 ), sakemm:

 is-sigurtà fl-għamla ta' garanzija irrevokabbli, inkundizzjonata, fuq talba, legalment valida u inforzabbli tal-obbligu ta' ripagament tad-dejn totali għad-durata sħiħa tal-kreditu ma tkunx ipprovduta minn parti terza b'sodezza kredizja fir-rigward tad-daqs tad-dejn iggarantit. Fil-każ ta' garanti ta' parti terza, Parteċipant jista' jagħżel li japplika l-klassifikazzjoni tar-riskju ta' pajjiż tal-pajjiż li fih jinstab il-garanti u l-kategorija tar-riskju tax-xerrej tal-garanti ( 10 ); jew

 Istituzzjoni Multilaterali jew Reġjonali, kif ġie stabbilit fl-Artikolu 28, qed taġixxi jew bħala istituzzjoni li qed tissellef jew bħala garanti għat-tranżazzjoni, f'liema każ il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli tista' tkun dik tal-Istituzzjoni Multilaterli jew Reġjonali speċifika involuta.

(f) Il-kriterji u l-kundizzjonijiet li jirrelataw mal-applikazzjoni ta' garanzija tal-pajjiż terz skont is-sitwazzjonijiet li ġew deskritti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi tal-Artikolu 24(e) ġew stabbiliti fl-Anness X.

(g) Il-konvenzjoni tal-HOR li ntużat fil-kalkulazzjoni ta' MPR hija nofs il-perjodu ta' żborżament flimkien mal-perjodu sħiħ tar-ripagament u tassumi profil regoli ta' ripagament tal-kreditu tal-esportazzjoni, jiġifieri ripagament f'rati ndaqs u semi-annwali tal-kapital flimkien mal-imgħax dovut li jibda minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. Għall-krediti tal-esportazzjoni bi profili ta' ripagament li mhumiex standard, il-perjodu ekwivalenti ta' ripagament (espress f'termini ta' rati indaqs u semi-annwali) jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja: il-perjodu ekwivalenti ta' ripagament = (tul ta' żmien medju mgħobbi (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi) tal-perjodu ta' ripagament – 0,25)/0,5.

(h) Il-Parteċipant li jagħżel li japplika MPR assoċjata ma' garanti ta' parti terza li tinstab f'pajjiż ieħor għajr minn dak tad-debitur jagħti avviż minn qabel skont l-Artikolu 47. Il-Parteċipant li jagħżel li japplika MPR assoċjata ma' Istituzzjoni Multilaterali jew Reġjonali li taġixxi bħala garanti jagħti avviż minn qabel skont l-Artikolu 48.

25.   IL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ

Bl-eċċezzjoni ta' pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli u fil-pajjiżi taż-Żona tal-Euro bi Dħul Għoli, il-pajjiżi jiġu kklassifikati skont il-probabbiltà ta' jekk humiex se jħallsu l-imgħax fuq id-djun esterni tagħhom (jiġifieri r-riskju ta' kreditu tal-pajjiż).

(a) Il-ħames elementi tar-riskju ta' kreditu tal-pajjiż huma:

 moratorju ġenerali fuq il-ħlasijiet lura ordnat mill-gvern tax-xerrej/ta' dak li qed jissellef/tal-garanti jew minn dik l-aġenzija ta' pajjiż li permezz tagħha qed isir ir-ripagament;

 avvenimenti politiċi u/jew diffikultajiet ekonomiċi li jinqalgħu barra mill-pajjiż tal-Parteċipant li jinnotifika jew miżuri leġiżlattivi/amministrattivi li ttieħdu barra l-pajjiż tal-Parteċipant li jinnotifika li jipprevjenu jew idewmu t-trasferiment tal-fondi li tħallsu fil-konfront tal-kreditu;

 dispożizzjonijiet legali li ġew adottati fil-pajjiż tax-xerrej/ta' dak li qed jissellef li jiddikjaraw li r-ripagamenti li saru fil-munita lokali huma ħlas validu tad-dejn, minkejja li minħabba l-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju, ripagamenti bħal dawn, meta jiġu konvertiti fil-munita tal-kreditu, ma jibqgħux ikopru aktar l-ammont tad-dejn fid-data tat-trasferiment tal-fondi;

 kwalunkwe miżura jew deċiżjoni oħra tal-gvern ta' pajjiż barrani li tipprevjeni r-ripagament taħt kreditu; kif ukoll

 każijiet ta' force majeure li jiġru barra l-pajjiż tal-Parteċipant li jinnotifika, jiġifieri gwerra (inkluża gwerra ċivili), esproprjazzjoni, rivoluzzjoni, rewwixta, irvelli ċivili, ċikluni, għargħar, terremoti, eruzzjonijiet, mewġ imqanqal minn maremot u inċidenti nukleari.

(b) Il-pajjiżi jiġu kklassifikati f'waħda mit-tmien Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż (0-7). Ġew stabbiliti l-MPRs għall-Kategorija minn 1 sa 7, imma mhux għall-Kategorija 0, għaliex il-livell ta' riskju tal-pajjiż jitqies li huwa negliġibbli għall-pajjiżi f'din il-Kategorija. Ir-riskju ta' kreditu assoċjat ma' tranżazzjonijiet fil-pajjiżi tal-Kategorija 0 huwa marbut l-iktar mar-riskju tal-obbligant/garanti.

(c) Il-klassifikazzjoni ta' pajjiżi ( 11 ) huwa miksub permezz tal-Metodoloġija tal-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż, li hija magħmula minn:

 Il-Mudell tal-Valutazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż (il-Mudell), li jipproduċi valutazzjoni kwantitativa tar-riskju ta' kreditu tal-pajjiż li hija bbażata, għal kull pajjiż, fuq tliet gruppi ta' indikaturi tar-riskju: l-esperjenza tal-ħlas tal-Parteċipanti, is-sitwazzjoni finanzjarja u s-sitwazzjoni ekonomika. Il-metodoloġija tal-Mudell tikkonsisti minn passi differenti li jinkludu l-valutazzjoni tat-tliet gruppi tal-indikaturi tar-riskju u l-kombinazzjoni u t-tagħbija flessibbli tal-gruppi tal-indikaturi tar-riskju.

 Il-valutazzjoni kwalitattiva tar-riżultati tal-Mudell, meqjusa pajjiż b'pajjiż biex ikunu integrati r-riskju politiku u/jew il-fatturi tar-riskju l-oħra li ma tqisux b'mod sħiħ jew b'mod parzjali mill-Mudell. Jekk ikun xieraq, dan jista' jwassal għal aġġustament għall-valutazzjoni kwantitattiva tal-Mudell biex tkun riflessal-valutazzjoni finali tar-riskju ta' kreditu tal-pajjiż.

(d) Il-Klassifikazzjonijiet tar-Riskju tal-Pajjiż jiġu mmonitorjati fuq bażi kontinwa u jiġu riveduti mill-inqas kull sena u l-bidliet li jirriżultaw mill-Metodoloġija tal-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż jiġu kkomunikati immedjatament mis-Segretarjat. Meta pajjiż jiġi kklassifikat mill-ġdid f'Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż aktar baxxa jew ogħla, mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li l-klassifikazzjoni mill-ġdid tkun ġiet ikkomunikata mis-Segretarjat, il-Parteċipanti jitolbu r-rati tal-primjum bi jew aktar mill-MPRs assoċjati mal-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż il-ġdida.

(e) Is-Segretarjat jagħmel pubbliċi l-klassifikazzjonijiet tar-riskju tal-pajjiż.

26.   VALUTAZZJONI TAR-RISKJU SOVRAN

(a) Għall-pajjiżi kollha kklassifikati permezz tal-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż skont l-Artikolu 25(d), ir-riskju tas-sovran jiġi vvalutat biex jiġu identifikati, fuq bażi eċċezzjonali, dawk is-sovrani:

 li mhumiex l-obbligant bl-inqs riskju fil-pajjiż u;

 li r-riskju ta' kreditu tagħhom huwa notevolment ogħla mir-riskju tal-pajjiż.

(b) L-identifikazzjoni tas-sovrani li jilħqu l-kriterji mniżżla fil-paragrafu a) iktar 'il fuq issir skont il-Metodoloġija ta' Valutazzjoni tar-Riskju Sovran li ġiet żviluppata u miftehma mill-Parteċipanti.

(c) Il-lista ta' sovrani identifikati li jilħqu l-kriterji mniżżla fil-paragrafu a) iktar 'il fuq tiġi ssorveljata fuq bażi kontinwa u riveduta tal-inqas darba fis-sena u l-bidliet li jirriżultaw mill-Metodoloġija tal-Valutazzjoni tar-Riskju Sovran jiġu kkomunikati minnufih mis-Segretarjat.

(d) Il-lista ta' sovrani identifikati fil-paragrafu b) iktar 'il fuq tiġi ppubblikata mis-Segretarjat.

27.   KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAX-XERREJ

L-obbliganti u, kif xieraq, il-garanti fil-pajjiżi kklassifikati fil-Kategoriji ta' Riskju tal-Pajjiż 1-7 jiġu kklassifikati f'waħda mill-kategoriji ta' riskju tax-xerrej li ġew stabbiliti fir-rigward tal-pajjiż tal-obbligant/garanti ( 12 ). Il-matriċi tal-kategoriji tar-riskju tax-xerrej li fihom l-obbliganti u l-garanti jiġu kklassifikati hija pprovduta fl-Anness VIII. Deskrizzjonijiet kwalitattivi tal-kategoriji tar-riskju tax-xerrej huma pprovduti fl-Anness XI.

(a) Il-klassifikazzjonijiet tar-riskju tax-xerrej ikunu bbażati fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu superjuri mhux iggarantit tal-obbligant/garanti kif iddeterminata mill-Parteċipant.

(b) Minkejja l-paragrafu a) ta' hawn fuq, it-tranżazzjonijiet appoġġati skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-Anness VI u tranżazzjonijiet b'valur tal-kreditu ta' SDR 5 miljun jew inqas jistgħu jiġu kklassifikati fuq bażi ta' tranżazzjonijiet, jiġifieri wara l-applikazzjoni ta' kwalunkwe titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej; madankollu, tali tranżazzjonijiet, indipendentement minn kif jiġu kklassifikati, mhumiex eliġibbli għal skonti għall-applikazzjoni ta' titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej.

(c) L-obbliganti u l-garanti sovrani huma kklassifikati fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej SOV/CC0.

(d) Fuq bażi eċċezzjonali, l-obbliganti u l-garanti mhux sovrani jistgħu jiġu kklassifikati fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej ( 13 )“Aħjar minn Sovrani” (SOV+) jekk:

 l-obbligant/garanti għandu klassifikazzjoni tal-munita barranija minn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (CRA) ( 14 ) akkreditata li hija aħjar mill-klassifikazzjoni tal-munita barranija (mill-istess CRA) tas-sovran rispettiv tiegħu, jew

 l-obbligant/il-garanti jinstab f'pajjiż li fih, ir-riskju ġie identifikat bħala notevolment ogħla mir-riskju tal-pajjiż.

(e) Il-Parteċipanti jagħtu avviż minn qabel skont l-Artikolu 48 għat-tranżazzjonijiet:

 ma' obbligant/garanti mhux sovran fejn il-primjum mitlub huwa inqas minn dak stabbilit mill-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej CC1, jiġifieri CC0 jew SOV+;

 ma' obbligant/garanti mhux sovran b'valur tal-kreditu ogħla minn SDR 5 miljun fejn Parteċipant jivvaluta klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej għal obbligant/garanti mhux sovran li hija kklassifikata minn CRA Akkreditata, u l-klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej ikklassifikata tkun aħjar mill-klassifikazzjoni tas-CRA Akkreditata ( 15 ).

(f) Fil-każ ta' kompetizzjoni għal tranżazzjoni speċifika, fejn l-obbligant/garanti jkun ġie kklassifikat mill-Parteċipanti li jikkompetu f'kategoriji differenti tar-riskju tax-xerrej, il-Parteċipanti f'kompetizzjoni jfittxu li jaslu għal klassifikazzjoni komuni tar-riskju tax-xerrej. Jekk ma jintlaħaqx qbli dwar klassifikazzjoni komuni, il-Parteċipant(i) li kklassifika(w) lill-obbligant/garanti fi klassifikazzjoni ogħla tar-riskju tax-xerrej ma jkunux projbiti milli japplikaw l-inqas klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej.

28.   IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-ISTITUZZJONIJIET MULTILATERALI U REĠJONALI

L-Istituzzjonijiet Multilaterali u Reġjonali jiġu kklassifikati f'waħda mit-tmien Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż (0-7) ( 16 ) u riveduti kif xieraq; is-Segretarjat jagħmel pubbliċi klassifikazzjonijiet applikabbli bħal dawn.

29.   IL-PERĊENTWALI U L-KWALITÀ TAL-KOPERTURA UFFIĊJALI TAL-KREDITU TAL-ESPORTAZZJONI

L-MPRs jiġu ddiferenzjati biex titqies il-kwalità differenti tal-prodotti tal-kreditu tal-esportazzjoni u l-perċentwali tal-kopertura provduta mill-Parteċipanti kif ġie stabbilit fl-Anness VIII. Id-differenzazzjoni hija bbażata fuq il-perspettiva tal-esportatur (jiġifieri li jkun innewtralizzat l-effett kompetittiv li jirriżulta minħabba l-kwalitajiet differenti tal-prodott provdut lill-esportatur/istituzzjoni finanzjarja).

(a) Il-kwalità ta' prodott tal-kreditu tal-esportazzjoni hija funzjoni ta' jekk il-prodott huwiex assigurazzjoni, garanzija jew kreditu/finanzjament dirett, u għall-prodotti tal-assigurazzjoni jekk il-kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta' stennija tal-klejms (jiġifieri l-perjodu bejn id-data li fiha huwa dovut il-ħlas min-naħa tax-xerrej/ta' dak li qed jissellef u d-data li fiha l-assiguratur huwa obbligat li jirrimborża l-esportatur/istituzzjoni finanzjarja) hiex provduta mingħajr ħlas barrani.

(b) Il-prodotti kollha eżistenti tal-kreditu tal-esportazzjoni li ġew offruti mill-Parteċipanti jiġu kklassifikati f'waħda mit-tliet kategoriji tal-prodotti li huma:

 Prodott ta' livell inqas mill-istandard, jiġifieri assigurazzjoni mingħajr kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta' stennija tal-klejms u assigurazzjoni mingħajr kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta' stennija tal-klejms bi ħlas barrani xieraq tal-primjum;

 Prodott standard, jiġifieri assigurazzjoni b'kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta' stennija tal-klejms mingħajr ħlas barrani xieraq tal-primjum u kreditu dirett/finanzjament xieraq; kif ukoll

 Prodott ta' livell ogħla mill-istandard, jiġifieri garanziji.

30.   TEKNIKI TA' MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ

(a) Il-Parteċipanti jistgħu japplikaw it-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż li ġejjin, li l-applikazzjoni speċifika tagħhom hija stabbilita fl-Anness XII:

 Struttura lil Hinn Mill-Kosta tal-Fluss Futur (Offshore Future Flow Structure) Ikkombinata mal-Kont Ta' Depożitu f'idejn Terz Lil Hinn Mill-Kosta (Offshore Escrow Account)

 Il-Finanzjament bil-Munita Lokali (Local Currency Financing)

(b) Il-Parteċipant li japplika MPR li tirrifletti l-użu tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż jagħti avviż minn qabel skont l-Artikolu 47.

31.   TITJIB FIL-KREDITU TAR-RISKJU TAX-XERREJ

(a) Il-Parteċipanti jistgħu japplikaw it-titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej li ġejjin (BRCE) li jippermettu li ssir l-applikazzjoni ta' Fattur ta' Titjib fil-Kreditu (CEF) ogħla minn 0:

 L-Assenjament tal-Qligħ jew ir-Riċevibbli ta' Kuntratt

 Titolu Abbażi ta' Assi

 Titolu ta' Assi Fissi

 Kont miżmum minn terzi

(b) Definizzjonijiet tal-BRCE u l-valuri massimi tas-CEF huma stipulati fl-Anness XII.

(c) Il-BRCEs jistgħu jintużaw waħedhom jew flimkien mar-restrizzjonijiet li ġejjin:

 Is-CEF massimu li jista' jinkiseb permezz tal-użu tal-BRCEs huwa ta' 0,35.

 It-“Titolu Abbażi ta' Assi” u t-“Titolu ta' Assi Fissi” ma jistgħux jintużaw f'daqqa fi tranżazzjoni waħda.

 Fil-każ li l-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż tjiebet permezz tal-użu ta' “Struttura lil Hinn Mill-Kosta tal-Fluss Futur (Offshore Future Flow Structure) Ikkombinata mal-Kont Ta' Depożitu f'idejn Terz Lil Hinn Mill-Kosta”, ma jistgħux jiġu applikati l-ebda BRCEs.

(d) Il-Parteċipanti jagħtu avviż minn qabel skont l-Artikolu 48 għal tranżazzjonijiet ma' obbligant/garanti mhux sovran bi kreditu ogħla minn SDR 5 miljun fejn il-BRCEs jirriżultaw fl-applikazzjoni ta' CEF ogħla minn 0.

32.   REVIŻJONI TAL-VALIDITÀ TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAL RISKJU TA' KREDITU

(a) Biex tkun ivvalutata l-adegwatezza tal-MPRs u biex jitqiesu, jekk ikun meħtieġ, l-aġġustamenti, jew 'il fuq jew 'l isfel, jintużaw b'mod parallel tliet għodod biex tittieħed reazzjoni għall-informazzjoni dwar il-primjum (PFTs) biex jiġu mmonitorjati u aġġustati l-MPRs fuq bażi regolari.

(b) Il-PFTs jivvalutaw l-adegwatezza tal-MPRs kemm f'termini tal-esperjenza proprja tal-istituzzjonijiet li jipprovdu l-krediti għall-esportazzjoni uffiċjali kif ukoll f'termini tal-informazzjoni tas-suq privat dwar l-ipprezzar tar-riskju ta' kreditu.

(c) Reviżjoni komprensiva tal-aspetti kollha tar-regoli tal-primjum tal-Arranġament issir qabel il-31 ta' Diċembru 2015.

KAPITOLU III

ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

33.   PRINĊIPJI ĠENERALI

(a) Il-Parteċipanti ftiehmu li jkollhom politiki komplementari għall-krediti għall-esportazzjoni u għall-għajnuna marbuta. Il-politiki tal-krediti għall-esportazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-kompetizzjoni miftuħa u fuq l-azzjoni libera tal-forzi tas-suq. Il-politiki tal-għajnuna marbuta għandhom jipprovdu riżorsi esterni meħtieġa għall-pajjiżi, għas-setturi jew għall-proġetti bi ftit aċċess jew bl-ebda aċċess għall-finanzjament tas-suq. Il-politiki tal-għajnuna marbuta għandhom jiżguraw l-aħjar valur għall-flus, jimminimizzaw it-tgħawwiġ kummerċjali, u jikkontribwixxu għal użu effettiv mil-lat tal-iżvilupp ta' dawn ir-riżorsi.

(b) Id-dispożizzjonijiet tal-għajnuna marbuta tal-Arranġament ma japplikawx għall-programmi tal-għajnuna tal-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali.

(c) Dawn il-prinċipji ma jippreġudikawx il-fehmiet tal-Kumitat tal-Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) dwar il-kwalità tal-għajnuna marbuta u ta' dik mhux marbuta.

(d) Parteċipant jista' jitlob informazzjoni addizzjonali li hija rilevanti għall-istatus tal-irbit ta' kwalunkwe forma ta' għajnuna. Jekk hemm inċertezza dwar jekk ċerta prattika ta' finanzjament taqax fl-ambitu tad-definizzjoni ta' għajnuna marbuta li ġiet stabbilita fl-Anness XIV, il-pajjiż donatur jipprovdi evidenza b'appoġġ għal kwalunkwe klejm li tgħid li l-għajnuna tabilħaqq “mhix marbuta” skont id-definizzjoni fl-Anness XIV.

34.   IL-FOROM TAL-GĦAJNUNA MARBUTA

L-għajnuna marbuta tista' tieħu l-forma ta':

(a) Self tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) kif iddefinit fil-“Prinċipji ta' Gwida tad-DAC għall-Finanzjament Assoċjat u għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp Marbuta u Parzjalment Mhux Marbuta (1987)”;

(b) L-għotjiet tal-ODA kif ġew iddefiniti fil-“Prinċipji ta' Gwida tad-DAC għall-Finanzjament Assoċjat u għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp Marbuta u Parzjalment Mhux Marbuta (1987)”; kif ukoll

(c) Flussi Uffiċjali Oħra (OOF), li jinkludu għotjiet u self imma jeskludu l-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati li huma skont l-Arranġament; jew

(d) Kwalunkwe assoċjazzjoni, pereż. taħlita, fil-liġi jew fil-fatt, fil-kontroll tad-donatur, tas-sellief jew ta' dak li qed jissellef li tinvolvi tnejn jew aktar mill-komponenti ta' finanzjament preċedenti, u/jew li ġejjin:

1. kreditu tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġat permezz ta' kreditu/finanzjament dirett, finanzjament mill-ġdid, appoġġ għar-rata tal-imgħax, garanzija jew assigurazzjoni li għalih japplika l-Arranġament; kif ukoll

2. fondi oħra bi jew bi kważi t-termini tas-suq, jew ħlas parzjali mix-xerrej.

35.   IL-FINANZJAMENT ASSOĊJAT

(a) Il-finanzjament assoċjat jista' jsir f'bosta għamliet, inklużi krediti mħallta, finanzjament imħallat, finanzjament konġunt, finanzjament parallel jew tranżazzjonijiet integrati uniċi. Il-karatteristiċi ewlenin komuni bejniethom huma:

 komponent konċessjonali li huwa marbut fil-liġi jew fil-fatt mal-komponenti mhux konċessjonali;

 jew parti waħda jew il-pakkett ta' finanzjament kollu li huwa għajnuna marbuta; kif ukoll

 fondi konċessjonali li huma disponibbli biss jekk il-komponent marbut mhux konċessjonali jkun aċċettat mir-riċevent.

(b) Assoċjazzjoni jew rabta “fil-fatt” tiġi ddeterminata minn tali fatturi bħal:

 l-eżistenza ta' ftehimiet informali bejn l-awtoritajiet riċeventi u dawk donaturi;

 l-intenzjoni min-naħa tad-donatur li jiffaċilita l-aċċettabilità ta' pakkett ta' finanzjament permezz tal-użu tal-ODA;

 l-irbit effettiv ta' pakkett ta' finanzjament sħiħ max-xiri fil-pajjiż donatur;

 l-istatus tal-irbit tal-ODA u l-mezzi tat-tfigħ tal-offerti għal jew l-għoti tal-kuntratt ta' kull tranżazzjoni finanzjarja; jew

 kwalunkwe prattika oħra, li ġiet identifikata mid-DAC jew mill-Parteċipanti fejn jeżisti kollegament de facto bejn żewġ komponenti ta' finanzjament jew aktar.

(c) Il-prattiki li ġejjin ma jipprevjenux id-determinazzjoni ta' assoċjazzjoni jew ta' rabta “fil-fatt”:

 il-qasma ta' kuntratt permezz ta' avviż separata tal-partijiet komponenti ta' kuntratt wieħed;

 il-qasma ta' kuntratti li jiġu ffinanzjati f'diversi stadji;

 in-nuqqas ta' avviż ta' partijiet interdipendenti ta' kuntratt; u/jew

 in-nuqqas ta' avviż minħabba li parti mill-pakkett ta' finanzjament mhix marbuta.

36.   L-ELIĠIBILITÀ TA' PAJJIŻ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

(a) Ma jkun hemm l-ebda għajnuna marbuta lil pajjiżi li l-ING per capita tagħhom, skont id-dejta tal-Bank Dinji, huwa ogħla mil-limitu superjuri għall-pajjiżi bi dħul medju inferjuri. Il-Bank Dinji jerġa' jikkalkola dan il-livell limitu fuq bażi annwali ( 17 ). Pajjiż se jiġi kklassifikat mill-ġdid biss wara li l-kategorija tal-Bank Dinji tiegħu baqgħet ma nbidlitx għal sentejn konsekuttivi.

(b) Il-kriterji u l-proċeduri operattivi li ġejjin japplikaw meta jiġu kklassifikati l-pajjiżi:

1. Klassifikazzjoni għall-finijiet ta' Arranġament tiġi ddeterminata permezz tad-DGN per capita kif jiġi kkalkulat mill-Bank Dinji għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-pajjiżi li qed jissellfu tal-Bank Dinji; is-Segretarjat jagħmel pubblika din il-klassifikazzjoni.

2. F'każi fejn il-Bank Dinji ma għandux biżżejjed informazzjoni biex jippubblika d-dejta dwar l-ING per capita, il-Bank Dinji jintalab biex jistma jekk il-pajjiż ikkonċernat għandux ING per capita li huwa 'l fuq jew 'l isfel mil-limitu kurrenti. Il-pajjiż jiġi kklassifikat skont l-istima sakemm il-Parteċipanti ma jiddeċidux li jaġixxu mod ieħor.

3. Jekk l-eliġibilità ta' pajjiż għall-għajnuna marbuta tinbidel skont il-paragrafu a) hawn fuq, il-klassifikazzjoni mill-ġdid tidħol fis-seħħ ġimgħatejn wara li s-Segretarjat ikun ikkomunika l-konklużjonijiet li nġibdu mid-dejta tal-Bank Dinji li ssemmiet aktar 'il fuq lill-Parteċipanti kollha. Qabel id-data effettiva tal-klassifikazzjoni mill-ġdid, ma jista' jiġi nnotifikat l-ebda finanzjament ta' għajnuna marbuta għal pajjiż li sar eliġibbli reċentement; wara dik id-data, ma jista' jiġi nnotifikat l-ebda finanzjament ta' għajnuna marbuta għal pajjiż li ġie promoss reċentement, ħlief li jistgħu jiġu nnotifikati t-tranżazzjonijiet individwali li ġew koperti taħt linja ta' kreditu li kienet impenjata minn qabel sakemm tiskadi l-linja ta' kreditu (li ma tkunx ta' aktar minn sena mid-data effettiva).

4. F'każijiet fejn il-Bank Dinji jirrivedi l-figuri, reviżjonijiet bħal dawn ma jitqisux f'relazzjoni mal-Arranġament. Madankollu, il-klassifikazzjoni ta' pajjiż tista' tinbidel permezz ta' Linja Komuni, skont il-proċeduri xierqa fl-Artikolu minn 58 sa 63, u l-Parteċipanti għandhom iqisu b'mod favorevoli bidla minħabba żbalji u omissjonijiet fil-figuri li sussegwentement ġew rikonoxxuti fl-istess sena kalendarja bħala l-figuri li tqassmu l-ewwel mis-Segretarjat.

37.   L-ELIĠIBILITÀ TAL-PROĠETT

(a) L-għajnuna marbuta matkunx estiża għall-proġetti pubbliċi jew privati li normalment għandhom ikunu kummerċjalment vijabbli jekk ikunu ffinanzjati skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament.

(b) It-testijiet ewlenija għal eliġibilità tal-għajnuna bħal din huma:

 jekk il-proġett hux finanzjarjament mhux vijabbli, jiġifieri l-proġett għandu nuqqas ta' kapaċità b'ipprezzar xieraq li ġie ddeterminat skont il-prinċipji tas-suq, biex ikun iġġenerat biżżejjed dħul u ħruġ ta' flus ħalli jkunu koperti l-ispejjeż operattivi tal-proġett u sabiex jitħallas l-imgħax fuq il-kapital użat, jiġifieri l-ewwel test ewlieni; jew

 jekk hux raġonevoli li jiġi konkluż, ibbażat fuq komunikazzjoni mal-Parteċipanti l-oħra, li mhux probabbli li l-proġett jista' jkun iffinanzjat skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament, jiġifieri t-tieni test ewlieni. Fejn għandhom x'jaqsmu l-proġetti li huma akbar minn SDR 50 miljun tingħata attenzjoni speċjali lid-disponibilità mistennija ta' finanzjament skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament meta titqies jekk għajnuna bħal din hiex xierqa.

(c) It-testijiet prinċipali taħt is-subparagrafu b) ta' aktar 'il fuq huma maħsuba biex jiddeskrivu kif proġett għandu jiġi evalwat biex ikun iddeterminat jekk għandux jiġi ffinanzjat b'għajnuna bħal din jew bi krediti tal-esportazzjoni skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament. Permezz tal-proċess ta' konsultazzjoni deskritt fl-Artikoli minn 51 sa 53, korp ta' esperjenza huwa mistenni jiżviluppa maż-żmien li sejjer jiddefinixxi bi preċiżjoni ikbar, kemm għall-aġenziji tal-kreditu għall-esportazzjoni kif ukoll tal-għajnuna, gwida ex ante rigward il-linja bejn iż-żewġ kategoriji ta' proġetti.

38.   IL-LIVELL MINIMU TA' KONĊESSJONALITÀ

Il-Parteċipanti ma jipprovdux għajnuna marbuta li għandha livell ta' konċessjonalità ta' inqas minn 35 %, jew ta' 50 % jekk il-pajjiż benefiċjarju huwa Pajjiż Inqas Żviluppat (LDC), ħlief għall-każijiet li ġew stabbiliti aktar 'l isfel, li huma wkoll eżenti mill-proċeduri ta' avviż li ġew stabbiliti fl-Artikoli 49(a) u 50(a):

(a) Assistenza teknika: l-għajnuna marbuta fejn il-komponent tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp jikkonsisti biss minn kooperazzjoni teknika li hija inqas minn jew 3 % tal-valur totali tat-tranżazzjoni jew SDR 1 miljun, liema minnhom huwa l-aktar baxx; kif ukoll

(b) Il-proġetti ż-żgħar: il-proġetti kapitali ta' inqas minn SDR 1 miljun li huma ffinanzjati għalkollox mill-għotjiet tal-għajnuna għall-iżvilupp.

39.   L-EŻENZJONIJIET MILL-ELIĠIBILITÀ TAL-PAJJIŻ JEW TAL-PROĠETT GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

(a) Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 36 u 37 ma japplikawx għall-għajnuna marbuta fejn il-livell ta' konċessjonalità huwa ta' 80 % jew aktar ħlief għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta' finanzjament assoċjat, li ġie deskritt fl-Artikolu 35.

(b) Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 ma japplikawx għall-għajnuna marbuta b'valur ta' inqas minn SDR 2 miljun ħlief għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta' finanzjament assoċjat, li ġie deskritt fl-Artikolu 35.

(c) L-għajnuna marbuta għal-LDCs, kif inhuma ddefiniti min-Nazzjonijiet Uniti, mhix soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 36 u 37.

(d) Il-Parteċipanti l-oħra jqisu b'mod favorevoli aċċellerazzjoni tal-proċeduri tal-għajnuna marbuta skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi:

 aċċident nukleari jew industrijali kbir li jikkawża tniġġis transfruntier serju, fejn kwalunkwe Parteċipant milqut jixtieq jipprovdi għajnuna marbuta biex jelimina jew jimmitiga l-effetti tiegħu, jew

 l-eżistenza ta' riskju notevoli li t-tali aċċident jista' jseħħ, fejn kwalunkwe Parteċipant potenzjalment milqut jixtieq jipprovdi għajnuna marbuta biex jevita milli jseħħ.

(e) Minkejja l-Artikoli 36 u 37, b'mod eċċezzjonali, Parteċipant jista' jipprovdi appoġġ permezz ta' wieħed mill-mezzi li ġejjin:

 il-proċedura ta' Linja Komuni kif inhi ddefinita fl-Anness XIV u kif inhi deskritta fl-Artikoli minn 58 sa 63; jew

 il-ġustifikazzjoni minħabba l-għajnuna permezz ta' appoġġ minn korp sostanzjali tal-Parteċipanti kif ġie deskritt fl-Artikoli 51 u 52; jew

 ittra lis-Segretarju-Ġenerali tal-OECD, skont il-proċeduri fl-Artikolu 53, li l-Parteċipanti jistennew li la se jkun tas-soltu u lanqas se jkun frekwenti.

40.   IL-KALKULAZZJONI TAL-LIVELL TA' KONĊESSJONALITÀ TAL-GĦAJNUNA MARBUTA

Il-livell ta' konċessjonalità tal-għajnuna marbuta jiġi kkalkulat billi jintuża l-istess metodu bħalma sar għall-element tal-għotja li ntuża mid-DAC, ħlief li:

(a) Ir-rata ta' skont użata biex jiġi kkalkolat il-livell ta' konċessjonalità ta' self f'munita partikolari, jiġifieri r-Rata ta' Skont Differenzjata (DDR), hija soġġetta għal bidla annwali fil-15 ta' Jannar u hija kkalkolata kif ġej:

 Il-medja tas-CIRR + Marġni

 Il-Marġni (M) jiddependi mit-terminu ta' ripagament (R) kif ġej:

 



R

M

inqas minn 15-il sena

0,75

minn 15-il sena sa, imma ma jinkludux l-20 sena

1,00

minn 20 sena sa, imma ma jinkludux it-30 sena

1,15

minn 30 sena u 'l fuq

1,25

 Għall-muniti kollha, il-medja tas-CIRR hija kkalkolata billi tittieħed f'kunsiderazzjoni medja tas-CIRRs tax-xahar validi matul il-perjodu ta' sitt xhur ta' qabel il-15 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel u l-14 ta' Frar ts-sena attwali. Ir-rata kkalkolata, inkluż il-Marġni, hija mqarrba għall-eqreb għaxar punti bażi. Jekk hemm iktar minn CIRR waħda għall-munita, għal dan il-kalkolu għandha tintuża s-CIRR għall-itwal maturità kif stipulata fl-Artikolu 20(a).

(b) Id-data bażi għall-kalkulazzjoni tal-livell ta' konċessjonalità huwa l-punt tal-bidu tal-kreditu kif ġie stabbilit fl-Anness XIV.

(c) Għall-fini tal-kalkulazzjoni tal-livell ta' konċessjonalità totali ta' pakkett ta' finanzjament assoċjat, il-livelli ta' konċessjonalità tal-krediti, tal-fondi u tal-ħlasijiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala li huma żero:

 il-krediti għall-esportazzjoni li huma skont l-Arranġament;

 fondi oħra b'rati tas-suq jew b'rati kważi tas-suq;

 fondi uffiċjali oħra b'livell ta' konċessjonalità ta' inqas mill-minimu permess taħt l-Artikolu 38 ħlief f'każi ta' allinjament; kif ukoll

 ħlas parzjali mix-xerrej.

Il-ħlasijiet fi jew qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu li ma jitqisux bħala ħlas parzjali jkunu inklużi fil-kalkulazzjoni tal-livell ta' konċessjonalità.

(d) Ir-rata ta' skont fl-allinjament: fl-allinjament tal-għajnuna, l-allinjament identiku jfisser allinjament b'livell ta' konċessjonalità identiku li jiġi kkalkulat mill-ġdid bir-rata ta' skont fis-seħħ fiż-żmien tal-allinjament.

(e) L-ispejjeż lokali u x-xiri ta' pajjiż terz jiġu inklużi fil-kalkulazzjoni tal-livell ta' konċessjonalità biss jekk ikunu ffinanzjati mill-pajjiż donatur.

(f) Il-livell ta' konċessjonalità totali ta' pakkett jiġi ddeterminat billi jiġi mmultiplikat il-valur nominali ta' kull komponent tal-pakkett bil-livell ta' konċessjonalità rispettiv ta' kull komponent, jingħaddu r-riżultati, u jiġi diviż dan it-total bil-valur nominali aggregat tal-komponenti.

(g) Ir-rata ta' skont għal self ta' għajnuna partikolari hija r-rata fis-seħħ fiż-żmien tal-avviż. Madankollu, f'każijiet ta' avviż fil-pront, ir-rata ta' skont hija dik li tkun fis-seħħ fiż-żmien meta t-termini u l-kundizzjonijiet tas-self tal-għajnuna kienu ffissati. Bidla fir-rata ta' skont matul iż-żmien tas-self ma jbiddilx il-livell ta' konċessjonalità tiegħu.

(h) L-avviż ikun rivedut, jekk issir bidla fil-munita qabel ma jkun konkluż il-kuntratt. Ir-rata ta' skont li tintuża biex ikun ikkalkulat il-livell ta' konċessjonalità se tkun dik applikabbli fid-data tar-reviżjoni. Reviżjoni mhix meħtieġa jekk il-munita alternattiva u l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-kalkulazzjoni tal-livell ta' konċessjonalità jiġu indikati fl-avviż oriġinali.

(i) Minkejja l-paragrafu (g), ir-rata ta' skont li ntużat biex jiġi kkalkulat il-livell ta' konċessjonalità tat-tranżazzjonijiet individwali li nbdew taħt linja ta' kreditu tal-għajnuna tkun ir-rata li kienet innotifikata oriġinarjament għal-linja ta' kreditu.

41.   IL-PERJODU TA' VALIDITÀ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA

(a) Il-Parteċipantima jiffissawx it-termini u l-kundizzjonijiet għall-għajnuna marbuta, kemm jekk din tirrelata mal-finanzjament tat-tranżazzjonijiet individwali jew ma' protokoll ta' għajnuna, linja ta' kreditu ta' għajnuna jew ftehim simili, għal aktar minn sentejn. Fil-każ ta' protokoll ta' għajnuna, linja ta' kreditu ta' għajnuna jew ftehim simili, il-perjodu ta' validità jibda fid-data tal-firma tiegħu, li għandha tkun innotifikata skont l-Artikolu 50; l-estensjoni ta' linja ta' kreditu tiġi avżata bħallikieku kienet negozju ġdid b'nota li tispjega li hija estensjoni u li hija mġedda b'kundizzjonijiet permessi meta jsir l-avviż ta' estensjoni. Fil-każ tat-tranżazzjonijiet individwali, inklużi dawk li ġew innotifikati taħt protokoll ta' għajnuna, linja ta' kreditu ta' għajnuna jew ftehim simili, il-perjodu ta' validità jibda fid-data tal-avviż tal-impenn skont l-Artikolu 49 jew 50, kif ikun xieraq.

(b) Meta għall-ewwel darba pajjiż ma jibqax eliġibbli għal Self tal-Bank Dinji ta' 17-il sena, il-perjodu ta' validità ta' protokolli ta' għajnuna marbuta u linji ta' kreditu eżistenti u ġodda li ġew innotifikati, jiġi ristrett għal sena wara d-data tal-klassifikazzjoni mill-ġdid potenzjali skont il-proċeduri fl-Artikolu 36b).

(c) It-tiġdid ta' protokolli u linji ta' kreditu bħal dawn huwa possibbli biss skont termini li huma skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 36 u 37 tal-Arranġament wara:

 il-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-pajjiżi; kif ukoll

 bidla fid-dispożizzjonijiet tal-Arranġament.

F'dawn iċ-ċirkostanzi, jistgħu jinżammu t-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti minkejja bidla fir-rata ta' skont li ġiet stabbilita fl-Artikolu 40.

42.   ALLINJAMENT

Meta jitqiesu l-obbligi internazzjonali tal-Parteċipant u b'mod konsistenti mal-fini tal-Arranġament, skont il-proċeduri li ġew stabbliti fl-Artikolu 45, Parteċipant jista' jallinja t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li ġew offruti minn Parteċipant jew minn min mhuwiex Parteċipant.

KAPITOLU IV

PROĊEDURI

TAQSIMA 1

Il-proċeduri komuni għall-krediti tal-esportazzjoni u għall-għajnuna relatata mal-kummerċ

43.   NOTIFIKI

In-notifiki li ġew stabbiliti permezz tal-proċeduri fl-Arranġament isiru skont, u jinkludu l-informazzjoni li tinsab fl-Anness VII, u tintbagħat kopja tagħhom lis-Segretarjat.

44.   L-INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI

(a) Hekk kif Parteċipant jimpenja l-appoġġ uffiċjali li nnotifika skont il-proċeduri fl-Artikoli minn 47 sa 50, jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha b'dan billi jinkludi n-numru ta' referenza tal-avviż fuq il-formola rilevanti ta' rappurtaġġ.

(b) Fi skambju ta' informazzjoni skont l-Artikoli minn 55 sa 57, Parteċipant jinforma lill-Parteċipanti l-oħra bit-termini u bil-kundizzjonijiet tal-kreditu li qed jipprevedi li se jappoġġa għal tranżazzjoni partikolari u jista' jitlob informazzjoni simili mill-Parteċipanti l-oħra.

45.   IL-PROĊEDURI GĦALL-ALLINJAMENT

(a) Qabel jiġu allinjati t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji preżunti li huma offruti minn Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant skont l-Artikoli 18 u 42, Parteċipant jagħmel kull sforz raġonevoli, inkluż kif xieraq bl-użu tal-konsultazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ deskritti fl-Artikolu 57, biex jiġi vverifikat li dawn it-termini u l-kundizzjonijiet huma appoġġati b'mod uffiċjali u jikkonformaw ma' dan li ġej:

1. Il-Parteċipant jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha bit-termini u bil-kundizzjonijiet li beħsiebu jappoġġa billi jsegwi l-istess proċeduri ta' avviż li huma meħtieġa għat-termini u għall-kundizzjonijiet allinjati. Fil-każ tal-allinjament ta' min mhuwiex Parteċipant, il-Parteċipant allinjat isegwi l-istess proċeduri ta' avviż li kienu jkunu meħtieġa kieku t-termini allinjati kienu offruti minn Parteċipant.

2. Minkejja s-subparagrafu 1) ta' hawn fuq, jekk il-proċedura ta' avviż applikabbli għandha teħtieġ li l-Parteċipant allinjat jirtira l-impenn tiegħu lil hinn mid-data tal-għeluq tal-offerta finali, imbagħad il-Parteċipant allinjat jagħti avviż tal-intenzjoni tiegħu għal allinjament kemm jista' jkun malajr.

3. Jekk il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva jimmodera jew jitrira l-intenzjoni tiegħu li jappoġġa t-termini u l-kundizzjonijiet notifikati, jinforma minnufih lill-Parteċipanti l-oħra kollha b'dan.

(b) Parteċipant li beħsiebu joffri termini u kundizzjonijiet finanzjarji identiċi lil dawk innotifikati fl-Artikoli 47 u 48 jista' jagħmel dan ladarba jiskadi l-perjodu ta' stennija stipulat fihom. Dan il-Parteċipant jagħti avviż tal-intenzjoni tiegħu kemm jista' jkun kmieni.

46.   KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI

(a) Parteċipant li għandu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li ġew offruti minn Parteċipant ieħor (il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva) huma aktar ġenerużi minn dawk provduti fl-Arranġament jinforma lis-Segretarjat; is-Segretarjat immedjatament jagħmel informazzjoni bħal din disponibbli.

(b) Il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva jiċċara t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-offerta tiegħu f'jumejn ta' xogħol wara l-ħruġ tal-informazzjoni mis-Segretarjat.

(c) Wara l-kjarifika min-naħa tal-Parteċipant li ħa l-inizjattiva, kwalunkwe Parteċipant jista' jitlob li s-Segretarjat jorganizza laqgħa speċjali ta' konsultazzjoni fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol sabiex tiġi diskussal-kwistjoni.

(d) Sakemm joħroġ ir-riżultat tal-laqgħa speċjali ta' konsultazzjoni tal-Parteċipanti, ma jidħlux fis-seħħ it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li jibbenefikaw mill-appoġġ uffiċjali.

TAQSIMA 2

Il-proċeduri għall-krediti tal-esportazzjoni

47.   L-AVVIŻ MINN QABEL B'DISKUSSJONI

(a) Parteċipant jinnotifika lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn tal-inqas għaxart ijiem tal-kalendarju qabel joħroġ kwalunkwe impenn skont l-Anness VII jekk:

 il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż u l-kategorija tar-riskju tax-xerrej użata għall-kalkolu tal-MPR hija dik ta' garanti ta' parti terza li jinsab barra l-pajjiż tal-obbligant (jiġifieri skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 24(e)); jew

 l-MPR applikabbli tnaqqas permezz tal-applikazzjoni ta' teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-Pajjiż elenkata fl-Artikolu 30; jew

 beħsiebu jipprovdi appoġġ skont l-Artikolu 10(a)(2) jew (d) tal-Anness IV.

 beħsiebu jipprovdi appoġġ skont l-Artikolu 5(a) tal-Anness V.

(b) Jekk kwalunkwe Parteċipant ieħor jitlob diskussjoni matul dan il-perjodu, il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva jistenna għaxart ijiem kalendarji oħra.

(c) Parteċipant jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha bid-deċiżjoni finali tiegħu wara diskussjoni biex tkun iffaċilitata r-reviżjoni tal-korp ta' esperjenza skont l-Artikolu 69. Il-Parteċipanti jżommu rekords tal-esperjenza tagħhom fir-rigward tar-rati tal-primjum li ġew innotifikati skont il-paragrafu (a) ta' hawn fuq.

48.   L-AVVIŻ MINN QABEL

(a) Parteċipant jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha, skont l-Anness VII, mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma jinħareġ kwalunkwe impenn, jekk biħsiebu:

1. Jipprovdi appoġġ skont l-Artikolu 10(d)(3).

2. Jappoġġa terminu ta' ripagament ta' iktar minn ħames snin lil Pajjiż tal-Kategorija I.

3. Jipprovdi appoġġ skont l-Artikolu 13(a).

4. Jipprovdi appoġġ skont l-Artikolu 14(d).

5. Jipprovdi appoġġ f'konformità mal-Artikolu 24(c) meta l-valur tal-kreditu jkun akbar minn SDR 10 miljun ( 18 ).

6. Biex japplika rata tal-primjum skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 24(e), fejn il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-Pajjiż u l-kategorija tar-riskju tax-xerrej użati għall-kalkolu tal-MPR ġew iddeterminati bl-involviment bħala obbligant jew garanti ta' istituzzjoni multilaterali jew reġjonali kklassifikata.

7. Biex japplika rata tal-primjum skont l-Artikolu 27(e) fejn il-kategorija magħżula tar-riskju tax-xerrej użata għall-kalkolu tal-MPR għal tranżazzjoni:

 ma' obbligant/garanti mhux sovran huwa inqas minn CC1 (jiġifieri CC0 jew SOV+);

 ma' obbligant/garanti mhux sovran bi kreditu ogħla minn SDR 5 miljun huwa aħjar mill-klassifikazzjoni ta' CRA Akkreditata.

8. Biex japplika rata tal-primjum skont l-Artikolu 31(a) fejn l-użu ta' titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej jirriżulta fl-applikazzjoni ta' CEF ogħla minn 0.

9. Jipprovdi appoġġ skont l-Artikolu 8(a) tal-Anness II.

10. Jipprovdi appoġġ skont l-Artikolu 10(a)(1) tal-Anness IV.

11. Jipprovdi appoġġ skont l-Artikolu 5(d) tal-Anness V.

(b) Jekk il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva jimmodera jew jirtira l-intenzjoni tiegħu li jipprovdi appoġġ għal tranżazzjoni bħal din, immedjatament jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha.

TAQSIMA 3

Il-proċeduri għall-għajnuna relata mal-kummerċ

49.   L-AVVIŻ MINN QABEL

(a) Parteċipant jagħti avviż minn qabel skont l-Anness VII jekk biħsiebu jipprovdi appoġġ uffiċjali għal:

 Għajnuna mhux marbuta relatata mal-kummerċ b'valur ta' SDR 2 miljun jew aktar, u b'livell ta' konċessjonalità ta' inqas minn 80 %;

 Għajnuna mhux marbuta relatata mal-kummerċ b'valur ta' inqas minn SDR 2 miljun u b'element ta' għotja (kif inhu ddefinit mid-DAC) ta' inqas minn 50 %;

 Għajnuna marbuta relatata mal-kummerċ b'valur ta' SDR 2 miljun jew aktar u b'livell ta' konċessjonalità ta' inqas minn 80 %; jew

 Għajnuna marbuta relatata mal-kummerċ b'valur ta' inqas SDR 2 miljun u b'livell ta' konċessjonalità ta' inqas minn 50 %, ħlief għall-każijiet li ġew stabbiliti fl-Artikolu 38(a) u (b).

 Għajnuna marbuta skont l-Artikolu 39(d).

(b) L-avviż minn qabel isir mhux aktar tard minn 30 jum ta' xogħol qabel ma tagħlaq l-offerta jew qabel id-data tal-impenn, liema minnhom taħbat l-aktar kmieni.

(c) Jekk il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva jimmodera jew jitrira l-intenzjoni tiegħu li jappoġġa t-termini u l-kundizzjonijiet notifikati, jinforma minnufih lill-Parteċipanti l-oħra kollha b'dan.

(d) Id-dispożizzjoni ta' dan l-Artikolu tapplika għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta' finanzjament assoċjat, kif inhu deskritt fl-Artikolu 35.

50.   L-AVVIŻ FIL-PRONT

(a) Parteċipant jinnotifika fil-pront lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn, jiġifieri fi żmien jumejn tax-xogħol dwar l-impenn, jekk jipprovdi appoġġ uffiċjali għal għajnuna marbuta b'valur ta' jew:

 SDR 2 miljun jew iktar u livell ta' konċessjonalità ta' 80 % jew iktar; jew

 inqas minn SDR 2 miljun u livell ta' konċessjonalità ta' 50 % jew aktar ħlief għall-każijiet li ġew stabbiliti fl-Artikoli 38 (a) u (b)

(b) Parteċipant javża wkoll fil-pront lill-parteċipanti l-oħra kollha meta jiġi ffirmat protokoll ta' għajnuna, linja ta' kreditu jew ftehim simili.

(c) Ma hemmx għalfejn jingħata avviż minn qabel jekk parteċipant biħsiebu jallinja termini u kundizzjonijiet finanzjarji li kienu soġġetti għal avviż fil-pront.

TAQSIMA 4

Il-proċeduri ta' konsultazzjoni għall-għajnuna marbuta

51.   IL-FINI TAL-KONSULTAZZJONIJIET

(a) Parteċipant li qed ifittex kjarifika dwar motivazzjoni kummerċjali possibbli għall-għajnuna marbuta jista' jitlob li tiġi provduta valutazzjoni tal-kwalità tal-għajnuna (li d-dettalji tagħha jinsabu fl-Anness XIII) sħiħa.

(b) Barra minn hekk, Parteċipant jista' jitlob konsultazzjonijiet mal-parteċipanti l-oħra, skont l-Artikolu 52. Dawn jinkludu konsultazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ kif ġie spjegat fil-qosor fl-Artikolu 57 sabiex ikunu diskussi:

 l-ewwel nett, jekk offerta ta' għajnuna tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikoli 36 u 37; kif ukoll

 jekk ikun meħtieġ, jekk offerta ta' għajnuna hiex iġġustifikata anki jekk ir-rekwiżiti tal-Artikoli 36 u 37 ma ġewx sodisfatti.

52.   L-AMBITU TA' U Ż-ŻMIEN MAGĦŻUL GĦALL-KONSULTAZZJONIJIET

(a) Matul il-konsultazzjonijiet, parteċipant jista' jitlob, fost l-oħrajn, l-informazzjoni li ġejja:

 il-valutazzjoni ta' evalwazzjoni dettaljata ta' studju ta' probabbiltà/proġett;

 jekk hemmx offerta li tikkompeti b'finanzjament mhux konċessjonali jew tal-għajnuna;

 l-aspettattiva li l-proġett jiġġenera jew jiffranka munita barranija;

 jekk hemmx kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet multilaterali bħall-Bank Dinji;

 il-preżenza tal-Irkant Kompetittiv Internazzjonali (ICB), b'mod partikolari jekk dik tal-fornitur tal-pajjiż donatur hija l-offerta evalwata l-aktar baxxa;

 l-implikazzjonijiet ambjentali;

 kwalunkwe parteċipazzjoni mis-settur privat; kif ukoll

 iż-żmien magħżul tan-notifiki (pereż. sitt xhur qabel ma jagħlqu l-offerti jew qabel id-data tal-impenn) tal-krediti konċessjonali jew ta' għajnuna.

(b) Il-konsultazzjoni tkun ikkompletata u s-sejbiet dwar iż-żewġ kwistjonijiet fl-Artikolu 51 jiġu avżati mis-Segretarjat lill-Parteċipanti kollha mill-inqas għaxart ijiem ta' xogħol qabel id-data tal-għeluq tal-offerti jew qabel id-data tal-impenn, liema minnhom taħbat l-ewwel. Jekk ikun hemm nuqqas ta' ftehim fost il-partijiet li jikkonsultaw, is-Segretarjat jistieden lill-Parteċipanti l-oħra biex jesprimu l-fehmiet tagħhom f'ħamest ijiem ta' xogħol. Huwa jirrapporta dawn il-fehmiet lill-Parteċipant li jinnotifika, li għandu jqis mill-ġdid ikomplix jekk jidher li ma hemm l-ebda appoġġ sostanzjali għal offerta ta' għajnuna.

53.   IR-RIŻULTAT TAL-KONSULTAZZJONIJIET

(a) Donatur li jixtieq jipproċedi bi proġett minkejja n-nuqqas ta' appoġġ sostanzjali jipprovdi avviż minn qabel tal-intenzjonijiet tiegħu lill-parteċipanti l-oħra, mhux iktar tard minn 60 jum kalendarju wara li titlesta l-Konsultazzjoni, jiġifieri l-aċċettazzjoni tal-konklużjoni tal-President. Id-donatur jikteb ukoll ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-OECD fejn jiddeskrivi fil-qosor ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u jispjega l-interess nazzjonali primarju mhux relatat mal-kummerċ li qed iġiegħel din l-azzjoni. Il-Parteċipanti jistennew li avveniment bħal dan la se jkun tas-soltu u lanqas se jkun frekwenti.

(b) Id-donatur javża minnufih lill-Parteċipanti li bagħat ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-OECD, b'kopja tagħha tkun inkluża mal-avviż. La d-donatur u lanqas l-ebda Parteċipant ieħor ma jagħmel impenn ta' għajnuna marbuta sakemm jgħaddu għaxart ijiem ta' xogħol minn wara li jkun inħareġ dan l-avviż lill-Parteċipanti. Għall-proġetti fejn matul il-proċess ta' konsultazzjoni kienu identifikati offerti kummerċjali li jikkompetu, il-perjodu ta' għaxart ijiem ta' xogħol li ssemma' aktar 'il fuq ikun estiż għal 15-il jum.

(c) Is-segretarjat jimmonitorja l-progress u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet.

TAQSIMA 5

L-iskambju tal-informazzjoni għall-krediti tal-esportazzjoni u għall-għajnuna relatata mal-kummerċ

54.   IL-PUNTI TA' KUNTATT

Il-komunikazzjonijiet kollha jsiru bejn il-punti ta' kuntatt magħżula f'kull pajjiż permezz ta' komunikazzjoni istantanja, pereż. l-OLIS, u jiġu trattati b'mod konfidenzjali.

55.   L-AMBITU TAL-MISTOQSIJIET

(a) Parteċipant jista' jistaqsi lil Parteċipant ieħor dwar l-attitudni li jieħu fir-rigward ta' pajjiż terz, ta' istituzzjoni f'pajjiż terz, jew ta' metodu partikolari ta' kif isir in-negozju.

(b) Parteċipant li rċieva applikazzjoni għal appoġġ uffiċjali jista' jindirizza mistoqsija lil Parteċipant ieħor, fejn jagħti t-termini u l-kundizzjonijiet ta' kreditu l-aktar favorevoli li l-Parteċipant li qed jistaqsi għandu jkun lest li jappoġġa.

(c) Jekk issir mistoqsija lil aktar minn Parteċipant wieħed, tinkludi lista ta' destinatarji.

(d) Kopja tal-mistoqsijiet kollha jintbagħtu lis-Segretarjat.

56.   L-AMBITU TAR-RISPOSTI

(a) Il-Parteċipant li lilu ġiet indirizzata mistoqsija jirrispondi f'sebat ijiem kalendarji u jipprovdi l-akbar ammont ta' informazzjoni possibbli. Ir-risposta tinkludi l-aħjar indikazzjoni li l-Parteċipant jista' jagħti tad-deċiżjoni li probabbilment se jieħu. Jekk ikun meħtieġ, ir-risposta sħiħa ssegwi kemm jista' jkun malajr. Jintbagħtu kopji lid-destinatarji l-oħra tal-mistoqsija u lis-Segretarjat.

(b) Jekk risposta għal mistoqsija wara ssir invalida minħabba kwalunkwe raġuni, pereżempju għaliex:

 saret, inbidlet jew ġiet irtirata applikazzjoni, jew

 qed jitqiesu termini oħra,

mingħajr dewmien, tintbagħat risposta u tintbagħat kopja lid-destinatarji l-oħra kollha tal-mistoqsija u lis-Segretarjat.

57.   IL-KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊ IMB'WIĊĊ

(a) Parteċipant jaqbel fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol għal talbiet għal konsultazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ.

(b) Talba għal konsultazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ tkun disponibbli għall-Parteċipanti u għal min mhux Parteċipanti. Il-konsultazzjonijiet isiru kemm jista' jkun malajr wara li jiskadi l-perjodu ta' għaxart ijiem ta' xogħol.

(c) Il-President tal-Parteċipanti jikkoordina mas-Segretarjat dwar kwalunkwe azzjoni ta' segwitu li tkun meħtieġa, pereż. Linja Komuni. Is-Segretarjat jagħmel disponibbli fil-pront ir-riżultat tal-konsultazzjoni.

58.   PROĊEDURI U L-FORMAT TAL-LINJI KOMUNI

(a) Il-proposti għal Linja Komuni jiġu indirizzati biss lis-Segretarjat. Is-Segretarjat jibgħat proposta għal Linja Komuni lill-Parteċipanti kollha, u fejn tkun involuta għajnuna marbuta, lill-punti ta' kuntatt tad-DAC kollha. L-identità ta' min ħa l-inizjattiva ma tinkixifx fuq ir-Reġistru tal-Linji Komuni fuq il-Bord tal-Bullettini tal-OLIS. Madankollu, is-Segretarjat jista' jiżvela bil-formm l-identità ta' min ħa l-inizjattiva lil parteċipant jew lil membru tad-DAC jekk jintalab jagħmel dan. Is-Segretarjat iżomm rekord ta' talbiet bħal dawn.

(b) Il-proposta għal Linja Komuni tkun iddatata u jkollha l-format li ġej:

 In-numru ta' referenza, segwit minn “Linja Komuni”.

 L-isem tal-pajjiż li qed jimporta u tax-xerrej.

 L-isem tal-proġett jew deskrizzjoni tiegħu kemm jista' jkun preċiża biex il-proġett ikun identifikat b'mod ċar.

 It-termini u l-kundizzjonijiet previsti mill-pajjiż li ħa l-inizjattiva.

 Il-proposta għal Linja Komuni.

 In-nazzjonalità u l-ismijiet tal-offerenti magħrufa li qed jikkompetu.

 Id-data tal-għeluq tal-offerti kummerċjali u finanzjarji u n-numru tal-offerta safejn huwa magħruf.

 Informazzjoni oħra rilevanti, inklużi r-raġunijiet għaliex kienet proposta l-Linja Komuni, id-disponibilità ta' studji tal-proġett u/jew ċirkostanzi speċjali.

(c) Proposta għal Linja Komuni mressqa skont l-Artikolu 36(b)(4) tkun indirizzata lis-Segretarjat u tintbagħat kopja lill-Parteċipanti l-oħra. Il-Parteċipant li jagħmel il-proposta għal Linja Komuni jipprovdi spjegazzjoni sħiħa tar-raġunijiet għaliex iqis li l-klassifikazzjoni ta' pajjiż għandha tkun differenti mill-proċedura li ġiet stabbilita fl-Artikolu 36(b).

(d) Is-Segretarjat jagħmel disponibbli b'mod pubbliku l-Linji Komuni miftiehma.

59.   IR-REAZZJONIJIET GĦALL-PROPOSTI GĦAL LINJA KOMUNI

(a) Ir-reazzjonijiet isiru f'20 jum kalendarju, għalkemm il-Parteċipanti jiġu mħeġġa jirreaġixxu għal proposta għal Linja Komuni kemm jista' jkun malajr.

(b) Reazzjoni tista' tkun talba għal informazzjoni addizzjonali, aċċettazzjoni, rifjut, proposta għal modifika tal-Linja Komuni jew proposta għal Linja Komuni alternattiva.

(c) Parteċipant li javża li ma għandu l-ebda pożizzjoni għaliex ma ġiex avviċinat minn esportatur jew mill-awtoritajiet fil-pajjiż riċeventi f'każ ta' għajnuna għall-proġett, jitqies li aċċetta l-proposta għal Linja Komuni.

60.   AĊĊETTAZZJONI TAL-LINJI KOMUNI

(a) Wara perjodu ta' 20 jum kalendarju, is-Segretarjat jinforma lill-Parteċipanti kollha bl-istatus tal-proposta għal Linja Komuni. Jekk mhux il-Parteċipanti kollha jkunu aċċettaw il-Linja Komuni, imma l-ebda Parteċipant ma jkun irrifjutaha, il-proposta tibqa' miftuħa għal perjodu ieħor ta' tmint ijiem kalendarji.

(b) Wara dan il-perjodu l-ieħor, Parteċipant li ma rrifjutax b'mod espliċitu l-proposta għal Linja Komuni jitqies li aċċetta l-Linja Komuni. Madankollu, Parteċipant, inkluż il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva, jista' jaċċetta l-Linja Komuni bil-kundizzjoni li jkun hemm aċċettazzjoni espliċita min-naħa ta' Parteċipant wieħed jew aktar.

(c) Jekk Parteċipant ma jaċċettax element wieħed jew aktar ta' Linja Komuni jkun qed jaċċetta b'mod impliċitu l-elementi l-oħra kollha tal-Linja Komuni. Huwa mifhum li aċċettazzjoni parzjali bħal din tista' twassal lil Parteċipanti oħra biex ibiddlu l-attitudni tagħhom lejn Linja Komuni proposta. Il-Parteċipanti kollha huma liberi li joffru jew jallinjaw it-termini u l-kundizzjoniiet li mhumiex koperti minn Linja Komuni.

(d) linja komuni li ma ġietx aċċettata ma tistax tiġi rikonsiderata permezz tal-proċeduri fl-Artikoli 58 u 59. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Parteċipanti mhumiex marbuta bid-deċiżjoni oriġinali tagħhom.

61.   NUQQAS TA' FTEHIM DWAR IL-LINJI KOMUNI

Jekk il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva u Parteċipant li ppropona modifika jew alternattiva ma jistgħux jiftiehmu dwar Linja Komuni f'perjodu addizzjonali ta' tmint ijiem kalendarji, dan il-perjodu jista' jiġi estiż bil-kunsens reċiproku tagħhom. Is-Segretarjat jinforma lill-Parteċipanti kollha b'kull estensjoni bħal din.

62.   ID-DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI

Is-Segretarjat jinforma lill-Parteċipanti kollha jew li l-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ jew li ġiet irrifjutata; il-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ tlett ijiem kalendarji wara din it-tħabbira. Is-Segretarjat jagħmel disponibbli fuq l-OLIS rekord aġġornat b'mod permanenti tal-Linji Komuni kollha li kien hemm ftehim dwarhom jew li għad ma hemmx deċiżjoni dwarhom.

63.   VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI

(a) Linja Komuni, ladarba tkun miftiehma, tkun valida għal perjodu ta' sentejn mid-data effettiva tagħha, sakemm is-Segretarjat jiġi informat li ma għadhiex ta' interess, u li ġiet aċċettata mill-Parteċipanti kollha. Linja Komuni tibqa' valida għal perjodu ieħor ta' sentejn jekk Parteċipant ifittex estensjoni f'14-il jum kalendarju mid-data oriġinali tal-iskadenza. Jistgħu jiġu miftiehma estensjonijiet sussegwenti permezz tal-istess proċedura. Linja Komuni miftiehma skont l-Artikolu 36b)4) tkun valida sakemm id-dejta tal-Bank Dinji għas-sena ta' wara tkun disponibbli.

(b) Is-segretarjat jimmonitorja l-istatus tal-Linji Komuni u jżomm lill-Parteċipanti informati skont dan, permezz taż-żamma tal-elenku “L-istatus tal-Linji Komuni Validi” fuq l-OLIS. Skont dan, is-Segretarjat, inter alia,:

 Iżid Linji Komuni ġodda fejn dawn ġew aċċettati mill-Parteċipanti.

 Jaġġorna d-data tal-iskadenza meta Parteċipant jitlob estensjoni.

 Iħassar Linji Komuni li skadew.

 Joħroġ, fuq bażi ta' kull tliet xhur, lista ta' Linji Komuni li mistennija jiskadu fit-tliet xhur ta' wara.

TAQSIMA 6

Id-dispożizzjonijiet operattivi għall-komunikazzjoni tar-rati minimi tal-imgħax (CIRRs)

64.   IL-KOMUNIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

(a) Is-CIRRs għal muniti li jiġu ddeterminati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 jintbagħtu permezz ta' komunikazzjoni istantanja mill-inqas darba fix-xahar lis-Segretarjat biex tkun iċċirkolata lill-Parteċipanti kollha.

(b) Avviż bħal dan jasal għand is-Segretarjat mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara t-tmiem ta' kull xahar li ġie kopert minn din l-informazzjoni. Imbagħad, is-Segretarjat jgħarraf minnufih lill-Parteċipanti kollha dwar ir-rati applikabbli u jqegħdhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

65.   ID-DATA EFFETTIVA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAR-RATI TAL-IMGĦAX

Kull bidla fis-CIRRs tidħol fis-seħħ fil-ħmistax-il jum wara t-tmiem ta' kull xahar.

66.   IL-BIDLIET IMMEDJATI FIR-RATI TAL-IMGĦAX

Meta l-iżviluppi tas-suq jeħtieġu l-avviż ta' emenda fis-CIRR matul xahar, ir-rata emendata tiġi implimentata għaxart ijiem wara li l-avviż ta' din l-emenda jkun ġie riċevut mis-Segretarjat.

TAQSIMA 7

Ir-reviżjonijiet

67.   IR-REVIŻJONI REGOLARI TAL-ARRANĠAMENT

(a) Il-Parteċipanti jirrivedu b'mod regolari l-funzjonament tal-Arranġament. Fir-reviżjoni, il-Parteċipanti jeżaminaw, inter alia, il-proċeduri ta' avviż, l-implimentazzjoni u l-operazzjoni tas-sistema tad-DDR, ir-regoli u l-proċeduri tal-għajnuna marbuta, il-kwistjonijiet ta' allinjament, l-impenji minn qabel u l-possibbiltajiet ta' parteċipazzjoni usa' fl-Arranġament.

(b) Din ir-reviżjoni tkun ibbażata fuq informazzjoni dwar l-esperjenza tal-Parteċipanti u fuq is-suġġerimenti tagħhom biex jittejbu l-operazzjoni u l-effikaċja tal-Arranġament. Il-Parteċipanti jqisu l-objettivi tal-Arranġament u s-sitwazzjoni ekonomika u monetarja prevalenti. L-informazzjoni u s-suġġerimenti li l-Parteċipanti jixtiequ jressqu għal din ir-reviżjoni jaslu s-Segretarjat mhux aktar tard minn 45 jum kalendarju qabel id-data tar-reviżjoni.

68.   IR-REVIŻJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

(a) Il-Parteċipanti perjodikament jirrevedu s-sistema għall-fissazzjoni tas-CIRRs sabiex jassiguraw li r-rati avżati jirriflettu l-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq u jissodisfaw l-iskopijiet li minħabba fihom ikunu ġew stabbiliti r-rati applikati. Reviżjonijiet bħal dawn ikopru wkoll il-marġni li għandu jiġi miżjud meta dawn ir-rati jiġu applikati.

(b) Parteċipant jista' jippreżenta quddiem il-President tal-Parteċipanti talba ssostanzjata għal reviżjoni straordinarja f'każ li dan il-Parteċipant iqis li s-CIRR għal munita waħda jew aktar ma għadhiex tirrifletti l-kundizzjonijiet korrenti tas-suq.

69.   IR-REVIŻJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM U KWISTJONIJIET RELATATI

Il-Parteċipanti jimmonitorjaw u jirrevedu b'mod regolari l-aspetti kollha tar-regoli u tal-proċeduri tal-primjums. Din tinkludi:

(a) Il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Metodoloġiji ta' Valutazzjoni tar-Riskju Sovran għar-eviżjoni tal-validità tagħhom fid-dawl tal-esperjenza;

(b) Il-livell tal-MPRs biex jiġi żgurat li jibqgħu kejl preċiż tar-riskju ta' kreditu, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni kemm l-esperjenza proprja tal-istituzzjonijiet fil-forniment ta' krediti uffiċjali għall-esportazzjoni kif ukoll informazzjoni tas-suq privat dwar l-ipprezzar tar-riskju ta' kreditu;

(c) id-differenzazzjonijiet fl-MPRs li jqisu l-kwalità differenti tal-prodotti tal-kreditu tal-esportazzjoni u l-perċentwali tal-kopertura provduta; kif ukoll

(d) Il-korp ta' esperjenza marbut mal-użu tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż u titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej u l-validità u l-adegwatezza ssoktati tal-impatt speċifiku tagħhom fuq l-MPRs.




ANNESS I

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-BASTIMENTI

KAPITOLU I

L-ambitu tal-ftehim settorjali

1.   PARTEĊIPAZZJONI

Il-Parteċipanti fil-Ftehim Settorjali huma: l-Awstralja, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea u n-Norveġja.

2.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan il-Ftehim Settorjali, li jikkumplimenta l-Arranġament, jistabbilixxi linji gwida speċifiċi għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjali u appoġġati li jirrelataw mal-appalti tal-esportazzjoni ta':

(a) Kwalunkwe bastiment ġdid ta' fuq il-baħar ta' 100 gt u aktar li jintuża għat-trasport ta' oġġetti jew ta' persuni, jew għat-twettiq ta' servizz speċjalizzat (pereżempju, bastimenti tas-sajd, bastimenti għall-manifattura tal-ħut, bastimenti li jkissru s-silġ u bħala dreġers, li jippreżentaw b'mod permanenti permezz tal-mezzi ta' propulsjoni u direzzjoni (ir-rota tat-tmun) tagħhom il-karatteristiċi kollha ta' navigazzjoni awtonoma fil-baħar miftuħ), laneċ tal-irmonk ta' 365 kw u aktar u strutturi ta' bastimenti li mhumiex lesti li jżommu f'wiċċ l-ilma u li huma mobbli. Il-Ftehim Settorjali ma jkoprix bastimenti militari. Il-baċiri li jżommu f'wiċċ l-ilma u l-unitajiet mobbli lil hinn mill-Kosta (mobile offshore units) mhumiex koperti mill-Ftehim Settorjali, imma jekk jinqalgħu l-problemi b'rabta mal-krediti għall-esportazzjoni għal strutturi bħal dawn, il-Parteċipanti għall-Ftehim Settorjali (li minn hawn 'il quddiem se jissejħu l-“Parteċipanti”), wara li jitqiesu t-talbiet issostanzjati minn kwalunkwe Parteċipant, jistgħu jiddeċiedu li jkunu koperti.

(b) Kwalunkwe konverżjoni ta' bastiment. Il-konverżjoni ta' vapur tfisser kwalunkwe konverżjoni ta' bastimenti ta' fuq il-baħar ta' aktar minn 1 000 gt sakemm l-operazzjonijiet ta' konverżjoni jinkludu bidliet radikali fil-pjan tat-tagħbija, fil-buq jew fis-sistema ta' propulsjoni.

(c)

 

1. Għalkemm il-bastimenti tat-tip ħoverkraft mhumiex inklużi fil-Ftehim Settorjali, il-Parteċipanti jitħallew jagħtu krediti għall-esportazzjoni għall-bastimenti tal-ħoverkraft b'kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li jipprevalu fil-Ftehim Settorjali. Jimpenjaw irwieħhom sabiex japplikaw din il-possibbiltà b'mod moderat u biex ma jagħtux kundizzjonijiet ta' kreditu bħal dawn lil bastimenti tal-ħoverkraft f'każijiet fejn ġie stabbiliti li ma hi offruta l-ebda kompetizzjoni skont il-kundizzjonijiet tal-Ftehim Settorjali.

2. Fil-Ftehim Settorjali, it-terminu “ħoverkraft” huwa ddefinit kif ġej: vettura amfibja ta' mill-inqas 100 tunnellata maħsuba biex tkun appoġġata għalkollox mill-ajra li tinħareġ mill-vettura fejn tifforma spazju li jinżamm fi struttura flessibbli madwar il-periferija tal-vettura u s-superfiċje tal-art jew tal-ilma taħt il-vettura, u li tista' tiġi imbuttata u kkontrollata minn skrejjen tal-arja jew minn arja li tgħaddi minn kanali minn fannijiet jew minn strumenti simili.

3. Huwa mifhum li l-għotja ta' krediti għall-esportazzjoni b'kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li jipprevalu f'dan il-Ftehim Settorjali għandha tkun limitata għal dawk il-bastimenti tal-ħoverkraft li jintużaw tul rotot marittimi u tul rotot li mhumiex fuq l-art, ħlief biex jintlaħqu l-faċilitajiet tat-terminals li jinsabu f'distanza massima ta' kilometru mill-ilma.

KAPITOLU II

Id-dispożizzjonijiet għall-krediti tal-esportazzjoni u tal-għajnuna marbuta

3.   IT-TERMINU MASSIMU TA' RIPAGAMENT

It-terminu massimu ta' ripagament, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tal-pajjiż, huwa ta' 12-il sena wara l-konsenja.

4.   ĦLAS BI FLUS KONTANTI

Il-Parteċipanti jkollhom bżonn ta' pagament minimu fi flus kontanti ta' 20 % tal-prezz tal-appalti meta ssir il-konsenja tal-flus.

5.   IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX

(a) Il-kapital ta' kreditu tal-esportazzjoni jkun imħallas f'rati ugwali u f'perjodi regolari ta' bejn sitt xhur u massimu ta' 12 il-xahar.

(b) L-imgħax jitħallas bi frekwenza ta' mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel ħlas tal-imgħax isir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

(c) Għall-krediti għall-esportazzjoni li ġew ipprovduti b'appoġġ għat-tranżazzjonijiet ta' kiri, jistgħu jiġu applikati ripagamenti ndaqs tal-kapital u tal-imgħax ikkombinati flimkien minflok ħlasijiet lura ndaqs tal-kapital kif ġie stabbilit fil-paragrafu (a).

(d) L-imgħax dovut wara l-punt ta' bidu tal-kreditu ma jiġix kapitalizzat.

(e) Parteċipant f'dan il-Ftehim Settorjali li beħsiebu jappoġġa pagament ta' imgħax b'termini differenti minn dawk stabbiliti fil-paragrafu (b) jagħti avviż minn qabel tal-inqas għaxart ijiem tal-kalendarju qabel joħroġ xi impenn, skont l-Anness VII tal-Arranġament.

6.   IL-PRIMJUM MINIMU

Id-dispożizzjonijiet tal-Arranġament rigward il-livell minimu tal-primjum ma jiġux fis-seħħ sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ikunu għaddew minn reviżjoni mill-Parteċipanti ta' dan il-Ftehim Settorjali.

7.   IL-FINANZI TAL-PROĠETT

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 u tal-Anness VI għall-Arranġament ma jiġux applikati sakemm it-tali dispożizzjonijiet ikunu ġew riveduti iktar mill-Parteċipanti f'dan il-Ftehim Settorjali.

8.   L-GĦAJNUNA

Kull parteċipant li jixtieq jipprovdi l-għajnuna, minbarra d-dispożizzjonijiet tal-arranġament, irid jikkonferma li l-vapur ma jiġix operat taħt reġistru miftuħ matul it-terminu ta' ripagament u li nkisbet l-assigurazzjoni xierqa li s-sid aħħari joqgħod fil-pajjiż riċeventi, mhux sussidjarju u mhux operattiv ta' interess barrani u impenja ruħu li ma jbigħx il-vapur mingħajr l-approvazzjoni tal-gvern tiegħu.

KAPITOLU III

Proċeduri

9.   AVVIŻ

Għall-fini tat-trasparenza, kull parteċipant, minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Arranġament u s-Sistema tar-Rappurtaġġ tal-Kredituri tal-IBRD/Unjoni ta' Berne/OECD, jipprovdi informazzjoni annwali dwar is-sistema tiegħu għall-provvista ta' appoġġ uffiċjali u dwar il-mezzi ta' implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali, inklużi l-iskemi li huma fis-seħħ.

10.   REVIŻJONI

(a) Il-Ftehim Settorjali jkollu reviżjoni ta' kull sena jew fuq it-talba ta' xi Parteċipant fil-kuntest tal-Grupp ta' Ħidma tat-Tarzna tal-OECD, u rapport magħmul lill-Parteċipanti tal-Arranġament.

(b) Biex ikunu ffaċilitati l-koerenza u l-konsistenza bejn l-Arranġament u dan il-Ftehim Settorjali u billi titqies in-natura tal-industrija tat-tarzna, il-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali u għall-Arranġament se jikkonsultaw u jikkoordinaw kif inhu xieraq.

(c) Fuq deċiżjoni min-naħa tal-Parteċipanti għall-Arranġament biex jinbidel l-Arranġament, il-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali (il-Parteċipanti) se jeżaminaw deċiżjoni bħal din u jqisu r-rilevanza tagħha għal dan il-Ftehim Settorjali. Sakemm issir konsiderazzjoni bħal din, l-emendi għall-Arranġament mhux se japplikaw għal dan il-Ftehim Settorjali. F'każ li l-Parteċipanti jistgħu jaċċettaw l-emendi għall-Arranġament jirrapportaw dan bil-miktub lill-Parteċipanti għall-Arranġament. F'każ li l-Parteċipanti ma jistgħux jaċċettaw l-emendi għall-Arranġament safejn l-applikazzjoni tagħhom għat-tarzna hija kkonċernata, jinformaw lill-Parteċipanti għall-Arranġamenti bl-oġġezzjonijiet tagħhom u jidħlu f'konsultazzjonijiet magħhom sabiex tinstab soluzzjoni għall-kwistjonijiet. F'każ li ma jista' jintlaħaq l-ebda ftehim bejn iż-żewġ gruppi, il-fehmiet tal-Parteċipanti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-emendi għat-tarzna jipprevalu.




Hemża

L-impenji għax-xogħol futur

Minbarra l-Ħidma Futura tal-Arranġament, il-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali jaqblu:

(a) Li jiżviluppaw lista illustrattiva tat-tipi ta' bastimenti li ġeneralment jitqiesu li huma vijabbli b'mod mhux kummerċjali, meta jitqiesu d-dixxiplini dwar l-għajnuna marbuta li ġew stabbiliti fl-Arranġament.

(b) Li jirrivedu d-dispożizzjonijiet tal-Arranġament f'relazzjoni mal-livelli minimi tal-primjums sabiex ikunu inkorporati f'dan il-Ftehim Settorjali.

(c) Li jiddiskutu, skont l-iżviluppi fin-negozjati internazzjonali rilevanti, l-inklużjoni ta' dixxiplini oħra dwar ir-rati minimi tal-imgħax li jinkludu CIRR u rati tal-imgħax flessibbli.

(d) Li jirrevedu l-applikabilità għal dan il-Ftehim Settorjali tad-dispożżizzjonijiet tal-Arranġament fir-rigward tal-Finanzi tal-Proġett.

(e) Li jiddiskutu jekk:

 id-data tal-ewwel ħlas parzjali tal-kapital;

 il-kunċett ta' Ħajja Medja Peżata

jistgħux jintużaw fir-rigward tal-profil ta' ripagament li jinsab fl-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim Settorjali.




ANNESS II

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦAL IMPJANTI TAL-ENERĠIJA NUKLEARI

KAPITOLU I

L-Ambitu tal-ftehim settorjali

1.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

(a) Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti għal:

1. L-esportazzjoni ta' impjanti tal-enerġija nukleari sħaħ jew partijiet minnhom, li jinvolvu l-komponenti, it-tagħmir, il-materjali u s-servizzi kollha, inkluż it-taħriġ ta' persunal direttament meħtieġ għall-bini u l-attivazzjoni tat-tali stazzjonijiet tal-enerġija nukleari.

2. L-immodernizzar ta' impjanti tal-enerġija nukleari eżistenti f'każijiet fejn kemm il-valur globali tal-immodernizzar ikun daqs jew ogħla minn SDR 80 miljun kif ukoll il-ħajja ekonomika tal-impjant aktarx li tiġi estiża b'tal-inqas il-perjodu ta' ripagament li għandu jingħata. Jekk kwalunkwe waħda minn dawn il-kriterji ma tiġix sodisfatta, japplikaw it-termini tal-Arranġament.

3. Il-provvista ta' fjuwil nukleari u arrikkiment.

4. Il-forniment ta' ġestjoni tal-fjuwil użat.

(b) Dan il-Ftehim Settorjali ma japplikax għal:

1. Oġġetti li jinsabu barra ma japplikax għall-konfini tas-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari li għalih ix-xerrej huwa normalment responsabbli, b'mod partikolari, l-ispejjeż tal-iżvilupp tal-art, toroq, bini fuq il-lant tax-xogħol, linji tal-enerġija, u l-istallazzjoni għat-trasmissjoni tal-enerġija ( 19 ) u għas-servizz tal-ilma, kif ukoll l-infiq li jsir minħabba l-proċeduri ta' approvazzjoni uffiċjali fil-pajjiż tax-xerrej (pereż. permess tas-sit, permess tal-bini u permess għat-tagħbija tal-karburant);

2. Sottostazzjonijiet, trasformaturi u linji tat-trażmissjoni li jinstabu barra l-konfini tas-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari.

3. Appoġġ uffiċjali pprovdut għad-diżattivazzjoni ta' impjant tal-enerġija nukleari.

KAPITOLU II

Il-proċeduri komuni għall-krediti tal-esportazzjoni u għall-għajnuna relatata mal-kummerċ

2.   IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT

(a) It-terminu massimu ta' ripagament għall-prodotti u s-servizzi inklużi fid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1(a)(1) u (2) ta' dan il-Ftehim Settorjali huwa ta' 18-il sena.

(b) It-terminu massimu ta' ripagament għat-tagħbija inizjali tal-fjuwil ma teċċedix l-erba' snin mill-konsenja. It-terminu massimu ta' ripagament għal rikarigi sussegwenti tal-fjuwil nukleari huwa ta' sitt xhur.

(c) It-terminu ta' ripagament massimu għar-rimi ta' fjuwil użat huwa ta' sentejn.

(d) It-terminu ta' ripagament massimu għall-arrikkiment u l-ġestjoni tal-fjuwil użat huwa ta' ħames snin.

3.   IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX

(a) Il-Parteċipanti japplikaw profil ta' ripagament tal-kapital u l-pagament tal-imgħax kif speċifikat fis-subparagrafu 1) jew 2) hawn isfel.

1. Ir-ripagament ta' kapital isir fi ħlasijiet parzjali indaqs.

2. Ir-ripagament ta' kapital u l-pagament ta' imgħax f'daqqa jsiru fi ħlasijiet parzjali indaqs.

(b) Il-kapital jitħallas lura u l-imgħax jitħallas mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel ħlas parzjali tal-kapital u l-imgħax isir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt ta' bidu tal-kreditu.

(c) Fuq bażi eċċezzjonali u ġġustifikata kif xieraq, l-appoġġ uffiċjali għall-prodotti u s-servizzi msemmija fl-Artikoli 1(a)(1) u (2) ta' dan il-Ftehim jista' jiġi pprovdut b'termini li mhumiex dawk stabbiliti f'(a) u (b) hawn fuq. Il-forniment tat-tali appoġġ jista' jiġi spjegat permezz ta' żbilanċ fit-twaqqit tal-fondi disponibbli tal-obbligant u l-profil tas-servizz ta' dejn disponibbli fi skeda ta' ripagament ugwali u semiannwali u jikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

1. It-terminu massimu ta' ripagament huwa ta' 15-il sena.

2. L-ebda ripagament waħdu tal-kapital jew serje ta' ħlasijiet kapitali f'perjodu ta' sitt xhur ma jeċċedix il-25 % tas-somma kapitali tal-kreditu.

3. Il-kapital jitħallas lura bi frekwenza minima ta' kull 12-il xahar. L-ewwel ripagament tal-kapital isir mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu u mhux inqas minn 2 % tas-somma kapitali tal-kreditu tkun ġiet imħallsa lura 12-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

4. L-imgħax jitħallas bi frekwenza ta' mhux inqas minn kull 12-il xahar u l-ewwel ħlas tal-imgħax isir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

5. L-akbar tul ta' żmien medju peżat (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi) tal-perjodu tar-ripagament ma jeċċedix disa' snin.

(d) L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma jkunx ikkapitalizzat

4.   IL-KOSTRUZZJONI TAS-CIRRS

Is-CIRRs applikabbli għall-appoġġ finanzjarju uffiċjali pprovdut skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali huma msawra billi ntużaw ir-rati bażi u l-marġni li ġejjin:



It-Terminu tar-Ripagament

(snin)

Impjanti ġodda tal-enerġija nukleari (1)

Il-kuntratti kollha l-oħra (2)

Rata bażi

(Bonds tal-gvern)

Marġni

(bps)

Rata bażi

(Bonds tal-gvern)

Marġni

(bps)

< 11

CIRR rilevanti skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament

11 sa 12

7 snin

100

7 snin

100

13

8 snin

120

7 snin

120

14

9 snin

120

8 snin

120

15

9 snin

120

8 snin

120

16

10 snin

125

9 snin

120

17

10 snin

130

9 snin

120

18

10 snin

130

10 snin

120

(1)   L-Artikolu 1a)1) jirreferu.

(2)   L-Artikoli 1a) minn 2) sa 4) jirreferu.

5.   IL-MUNITI ELIĠIBBLI

Il-muniti li huma eliġibbli għal appoġġ uffiċjali b'finanzjament huma dawk li huma kompletament konvertibbli u li għalihom hemm dejta disponibbli biex jissawru r-rati minimi tal-imgħax imsemmija fl-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim Settorjali, u l-Artikolu 20 tal-Arranġament għal termini ta' ripagament ta' inqas minn 11-il sena.

6.   APPOĠĠ UFFIĊJALI GĦAL FJUWIL NUKLEARI U GĦAL SERVIZZI RELATATI MA' FJUWIL NUKLEARI

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 ta' dan il-Ftehim Settorjali, il-Parteċipanti ma jipprovdux fjuwil nukleari jew servizzi b'xejn.

7.   L-GĦAJNUNA

Il-Parteċipanti ma jipprovdux appoġġ tal-għajnuna.

KAPITOLU III

Proċeduri

8.   L-AVVIŻ MINN QABEL

(a) Parteċipant jagħti avviż minn qabel skont l-Artikolu 48 tal-Arranġament tal-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma jinħareġ kwalunkwe impenn jekk beħsiebu jipprovdi appoġġ skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali.

(b) Jekk il-Parteċipant li jinnotifika beħsiebu jipprovdi appoġġ b'terminu ta' ripagament li jaqbeż il-15-il sena u/jew skont l-Artikolu 3c) ta' dan il-Ftehim Settorjali, jistenna għaxart ijiem kalendarji oħrajn jekk xi Parteċipant ieħor jitlob diskussjoni matul l-ewwel għaxart ijiem kalendarji.

(c) Parteċipant jinforma lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn bid-deċiżjoni finali tiegħu wara diskussjoni, biex titħaffef ir-reviżjoni tal-korp ta' esperjenza.

KAPITOLU IV

Reviżjoni

9.   XOGĦOL FUTUR

Il-Parteċipanti jaqblu li jeżaminaw il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) Reġim tar-rata tal-imgħax minima flessibbli.

(b) L-ammont massimu tal-appoġġ uffiċjali għall-ispejjeż lokali.

10.   REVIŻJONI U MONITORAĠĠ

Il-Parteċipanti jirrevedu b'mod regolari d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali u sa mhux iktar tard mill-2017.




ANNESS III

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-INĠENJI TAL-ARJU ĊIVILI

PARTI 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   GĦAN

(a) L-iskop ta' dan il-Ftehim Settorjali huwa li jipprovdi qafas għal użu prevedibbli, konsistenti u trasparenti ta' krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali għall-bejgħ jew il-kiri ta' inġenji tal-ajru u prodotti u servizzi oħrajn speċifikati fl-Artikolu 4(a) iktar 'l isfel. Dan il-Ftehim Settorjali għandu l-għan li jrawwem kundizzjonijiet ekwi għat-tali krediti għall-esportazzjoni, sabiex tkun inkoraġġita kompetizzjoni fost l-esportaturi li tkun ibbażata fuq il-kwalità u l-prezz tal-oġġetti u tas-servizzi esportati aktar milli fuq termini u kundizzjonijiet finanzjarji uffiċjalment appoġġati li huma l-aktar favorevoli.

(b) Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi l-iktar termini u kundizzjonijiet favorevoli li bihom jistgħu jiġu pprovduti l-krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali.

(c) Għal dan il-għan, dan il-Ftehim Settorjali jfittex li jistabbilixxi ekwilibrju bbilanċjat li, fis-swieq kollha:

1. Jirrendi ugwali l-kundizzjonijiet finanzjarji kompettittivi bejn il-Parteċipanti,

2. Jinnewtralizza l-appoġġ uffiċjali bejn il-Parteċipanti bħala fattur fl-għażla bejn prodotti u servizzi f'kompetizzjoni speċifikati fl-Artikolu 4(a) iktar 'l isfel, u

3. Jevita tgħawwiġ ta' kompetizzjoni fost il-Parteċipanti f'dan il-Ftehim Settorjali u kwalunkwe sorsi oħrajn ta' finanzjament.

(d) Il-Parteċipanti f'dan il-Ftehim Settorjali (il-Parteċipanti) jirrikonoxxu li d-dispożizzjonijiet inklużi f'dan il-Ftehim Settorjali ġew żviluppati bil-għan uniku ta' dan il-Ftehim Settorjali u t-tali dispożizzjonijiet ma jippreġudikawx il-partijiet l-oħrajn tal-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġati b'mod Uffiċjali (l-Arranġament) u l-evoluzzjoni tagħhom.

2.   L-ISTATUS

Dan il-Ftehim Settorjali huwa Ftehim bejn Ġentlomi bejn il-Parteċipanti tiegħu u huwa l-Anness III għall-Arranġament; dan jifforma parti integrali tal-Arranġament u huwa s-suċċessur tal-Ftehim Settorjali li daħal fis-seħħ f'Lulju 2007.

3.   PARTEĊIPAZZJONI

Attwalment, il-Parteċipanti huma: l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea, in-New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Istati Uniti. Kull min mhuwiex Parteċipant jista' jsir Parteċipant skont il-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi I.

4.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

(a) Dan il-Ftehim Settorjali japplika għall-appoġġ uffiċjali kollu pprovdut minn jew f'isem gvern, u li għandu terminu ta' ripagament ta' sentejn jew iktar, għall-espotazzjoni ta':

1. Inġenji tal-ajru ċivili ġodda u magni installati fuqhom, inklużi apparati mgħammra mix-xerrej.

2. Inġenji tal-ajru użati, ikkonvertiti u restawrati u magni installati fuqhom, inkluż, f'kull każ, apparati mgħammra mix-xerrej.

3. Magni ta' riżerva.

4. Komponenti ta' riżerva għal inġenji tal-ajru ċivili u magni.

5. Kuntratti ta' manutenzjoni u servizz għal inġenji tal-ajru ċivili u magni.

6. Konverżjoni, modifiki u restawrazzjoni ewlenin ta' inġenji tal-ajru ċivili.

7. Kits tal-magna.

(b) L-appoġġ uffiċjali jista' jiġi provdut f'forom differenti:

1. Garanzija jew assigurazzjoni (sempliċi kopertura) tal-kreditu ta' esportazzjoni.

2. Appoġġ uffiċjali b'finanzjament:

 kreditu/finanzjament dirett u finanzjament mill-ġdid, jew

 appoġġ għar-rata tal-imgħax.

3. Kwalunkwe taħlita tal-forom t'aktar 'il fuq.

(c) Dan il-Ftehim Settorjali ma japplikax għal appoġġ uffiċjali għal:

1. L-esportazzjonijiet ta' inġenji tal-ajru militari ġodda jew użati u l-prodotti u s-servizzi relatati elenkati fil-paragrafu a) iktar 'il fuq, inkluż anki meta jintużaw għal skopijiet militari.

2. Simulaturi tat-titjiriet ġodda jew użati.

5.   INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAL MIN MHUX PARTEĊIPANTI

Fuq il-bażi tar-reċiproċità, Parteċipant jirrispondi għal talba mingħand min mhuwiex Parteċipant f'sitwazzjoni kompetittiva dwar it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti għall-appoġġ uffiċjali tiegħu, kif kieku jirrispondi għal talba mingħand Parteċipant.

6.   L-APPOĠĠ BL-GĦAJNUNA

Il-Parteċipanti ma jipprovdux appoġġ bl-għajnuna, ħlief għal raġunijiet umanitarji, permezz ta' proċedura ta' Linja Komuni.

7.   AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF

Dan il-Ftehim Settorjali ma jevitax milli l-Parteċipanti fih jaqblu fuq termini u kundizzjonijiet inqas restrittivi minn dawk stipulati minn dan il-Ftehim Settorjali, jekk it-tali azzjoni tittieħed wara li l-ftehim dwar il-kreditu għall-esportazzjoni u d-dokumenti anċillari diġà jkunu saru effettivi u huwa maħsub biss sabiex jevita jew inaqqas kemm jista' jkun it-telf minn avvenimenti li jistgħu jwasslu għan-nuqqas ta' pagament jew għal talbiet. Parteċipant jgħarraf lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn u lis-Segretarjat tal-OECD (is-Segretarjat), fi żmien 20 jum tax-xogħol wara l-ftehim tal-Parteċipant max-xerrej/mutwatarju, dwar it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji mmodifikati. L-avviż ikun fih informazzjoni, inkluża l-motivazzjoni, dwar it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji l-ġodda, u tuża l-formola ta' rapportar stabbilita fl-Appendiċi IV.

PARTI 2

Inġenji tal-ajru ġodda

KAPITOLU I

Kopertura

8.   INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA

(a) Għall-fini ta' dan il-Ftehim Settorjali, inġenju tal-ajru ġdid huwa:

1. Inġenju tal-ajru, inkluż apparat mgħammar mix-xerrej, u l-magni installati fuq it-tali inġenju tal-ajru li huwa proprjetà tal-manifattur u mhux fornut u lanqas użat qabel għall-iskopijiet fil-mira tiegħu li jġorr passiġġieri u/jew merkanzija u

2. Magni u komponenti ta' riżerva meta jkunu kkomplimentati bħala parti mill-ordni oriġinali tal-inġenju tal-ajru skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20a) iktar 'l isfel.

(b) Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu a) iktar 'il fuq, Parteċipant jista' jappoġġa termini xierqa għall-inġenji tal-ajru l-ġodda għal tranżazzjonijiet li fihom, bl-għarfien minn qabel ta' dak il-Parteċipant, ikunu ġew implimentati arranġamenti finanzjarji interim għaliex ikun ġie ttardjat l-għoti tal-appoġġ ufiċjali; it-tali dewmien ma jkunx iktar minn 18-il xahar. Fit-tali każijiet, it-terminu ta' ripagament u d-data finali ta' ripagament ikunu l-istess daqslikieku l-bejgħ jew il- kirja tal-inġenju tal-ajru kienu jkunu appoġġati mid-data li fiha ġie oriġinarjament fornut l-inġenju tal-ajru.

KAPITOLU II

It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji

It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji għall-krediti għall-esportazzjoni jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha li ġew stabbiliti f'dan il-Kapitolu li jinqraw waħda mal-oħra.

9.   IL-MUNITI ELIĠIBBLI

Il-valuti li huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju uffiċjali huma l-euro, il-yen Ġappuniż, l-isterlina Ingliża, id-dollaru Amerikan, u muniti oħrajn kompletament konvertibbli li għalihom hemm dejta disponibbli sabiex jissawru r-rati minimi tal-imgħax imsemmija fl-Appendiċi III.

10.   ĦLAS AKKONT U APPOĠĠ UFFIĊJALI MASSIMU

(a) Għal tranżazzjonijiet ma' xerrejja/mutwatarji kklassifikati fil-Kategorija ta' Riskju 1 (skont it-Tabella 1 tal-Appendiċi II), il-Parteċipanti:

1. Jitolbu ħlas akkont minimu ta' 20 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru fil-punt tal-bidu tal-kreditu jew qablu;

2. Ma jipprovdux appoġġ uffiċjali ikbar minn 80 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru.

(b) Għal tranżazzjonijiet ma' xerrejja/mutwatarji kklassifikati fil-Kategoriji ta' Riskju minn 2 sa 8 (skont it-Tabella 1 tal-Appendiċi II), il-Parteċipanti:

1. Jitolbu ħlas akkont minimu ta' 15 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru fil-punt tal-bidu tal-kreditu jew qablu;

2. Ma jipprovdux appoġġ uffiċjali ikbar minn 85 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru.

(c) Parteċipant li japplika l-Artikolu 8(b) ta' hawn fuq inaqqas l-ammont massimu tal-appoġġ uffiċjali bl-ammont ta' kapital tal-ħlasijiet parzjali dovuti mill-punt tal-bidu tal-kreditu sabiex jiżgura li fi żmien l-iżborż, l-ammont pendenti huwa l-istess daqs li kieku ġie pprovdut kreditu għall- esportazzjoni appoġġat b'mod uffiċjali fi żmien il-forniment. F'ċirkustanzi bħal dawn, qabel il-forniment, il-Parteċipant ikun irċieva applikazzjoni għal appoġġ uffiċjali.

11.   RATI MINIMI TAL-PRIMJUM

(a) Għall-ammont tal-kreditu appoġġat b'mod uffiċjali, il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali jitolbu xejn inqas mir-rata minima tal-primjum stabbilita skont l-Appendiċi II.

(b) Kull meta jkun hemm bżonn, il-Parteċipanti jużaw il-mudell ta' konverżjoni tar-rata tal-primjum li sar qbil dwaru biex jikkonvertu bejn firxiet per annum ikkalkolati fuq l-ammont pendenti tal-appoġġ uffiċjali u r-rati tal-primjum waħedhom bil-quddiem ikkalkolati fuq l-ammont oriġinali tal-appoġġ uffiċjali.

12.   IT-TERMINU MASSIMU TA' RIPAGAMENT

(a) It-terminu massimu ta' ripagament ikun ta' 12-il sena għall-inġenji tal-ajru l-ġodda kollha.

(b) Fuq bażi eċċezzjonali, u b'avviż minn qabel, jitħalla jkun hemm terminu massimu ta' ripagament li jasal sa 15-il sena. F'dan il-każ, tiġi applikata imposta miżjuda ta' 35 % mar-rati minimi tal-primjum ikkalkolati skont l-Appendiċi II.

(c) Ma jkun hemm ebda estensjoni tat-terminu ta' ripagament permezz ta' qsim tad-drittijiet fis-sigurtà fuq bażi pari passu ma' mutwanti kummerċjali għall-kreditu għall-esportazzjoni appoġġat b'mod uffiċjali.

13.   IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX

(a) Il-Parteċipanti japplikaw profil ta' ripagament tal-kapital u l-pagament tal-imgħax kif speċifikat fis-subparagrafu (1) jew (2) hawn isfel.

1. Ir-ripagament ta' kapital u l-pagament tal-imgħax f'daqqa jsiru fi ħlasijiet parzjali indaqs:

 L-imgħax jitħallas bi frekwenza ta' mhux inqas minn kull tliet xhur u l-ewwel ħlas tal-imgħax isir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

 Inkella, u soġġetti għal avviż minn qabel, il-ħlasijiet parzjali jsiru kull sitt xhur u l-ewwel ħlas isir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt ta-bidu tal-kreditu. F'dan il-każ, tiġi applikata imposta miżjuda ta' 15 % mar-rati minimi tal-primjum ikkalkolati skont l-Appendiċi II.

 Fil-każ ta' tranżazzjoni b'rata tal-imgħax flessibbli, il-profil ewlieni ta' ammortizzazzjoni jitfassal għat-terminu sħiħ, mhux iktar minn ħamest ijiem xogħol qabel id-data tal-iżborż, fuq il-bażi ta' rata tal-imgħax flessibbli jew tas-swap ta' dak iż-żmien.

2. Ir-ripagament tal-kapital isir fi ħlasijiet parzjali indaqs bl-imgħax pagabbli fuq bilanċi li neqsin:

 L-imgħax jitħallas bi frekwenza ta' mhux inqas minn kull tliet xhur u l-ewwel ħlas tal-imgħax isir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

 Inkella, u soġġetti għal avviż minn qabel, il-ħlasijiet parzjali jsiru kull sitt xhur u l-ewwel ħlas isir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt ta-bidu tal-kreditu. F'dan il-każ, tiġi applikata imposta miżjuda ta' 15 % mar-rati minimi tal-primjum ikkalkolati skont l-Appendiċi II.

(b) Minkejja l-paragrafu (a) ta' hawn fuq, u soġġett għal avviż minn qabel, ir-ripagament tal-kapital jista' jiġi strutturat b'tali mod li jinkludi pagament finali tal-ammonti pendenti kollha f'data speċifikata. F'każ bħal dan, ir-ripagamenti tal-kapital qabel il-pagament finali se jiġu strutturati kif stabbilit fil-paragrafu a) hawn fuq, fuq il-bażi ta' perjodu ta' ammortizzazzjoni mhux ikbar mit-terminu massimu ta' ripagament permess għall-prodotti u s-servizzi appoġġati.

(c) Minkejja l-paragrafu (a) ta' hawn fuq, ir-ripagament tal-kapital jista' jiġi strutturat b'termini inqas favorevoli għall-obbligant.

(d) L-imgħax dovut wara l-punt ta' bidu tal-kreditu ma jiġix kapitalizzat.

14.   RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

(a) Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ finanzjarju uffiċjali jew japplikaw rata tal-imgħax minima u flessibbli jew inkella rata tal-imgħax fissa u minima, skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi III.

(b) Għal inġenji tal-ajru bil-ġettijiet bi prezz nett ta' tal-inqas USD 35 miljun, l-appoġġ finanzjajru uffiċjali fuq bażi ta' CIRR jiġi pprovdut biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali. Parteċipant li beħsiebu jipprovdi appoġġ bħal dan jgħarraf lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn tal-inqas 20 jum kalendarju qabel l-impenn finali, u f'dan l-avviż jidentifika lill-mutwatarju.

(c) Ir-rata tal-imgħax teskludi kwalunkwe ħlas permezz ta' primjum imsemmi fl-Artikolu 11 iktar 'il fuq, u t-tariffi msemmija fl-Artikolu 16 iktar 'l isfel.

15.   APPOĠĠ BIR-RATA TAL-IMGĦAX

Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ bir-rata tal-imgħax jikkonformaw mat-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji ta' dan il-Ftehim Settorjali u jitolbu lil kwalunkwe bank jew kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja oħra li hija parti mit-tranżazzjoni appoġġata bl-imgħax biex jieħdu sehem f'dik it-tranżazzjoni b'dawk it-termini biss li huma konsistenti fl-aspetti kollha mat-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji ta' dan il-Ftehim Settorjali.

16.   TARIFFI

(a) Soġġetti għal-limiti tal-perjodu ta' żamma tal-primjum, il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali fl-għamla ta' sempliċi kopertura jitolbu tariffa għaż-żamma fuq is-sehem mhux prelevat tal-appoġġ uffiċjali matul il-perjodu ta' żamma tal-primjum, kif ġej:

1. Għall-ewwel sitt xhur tal-perjodu ta' żamma: l-ebda punti bażi fis-sena.

2. Għat-tieni sitt xhur tal-perjodu ta' żamma: 12,5 punt bażi fis-sena.

3. Għat-tielet u l-aħħar sitt xhur tal-perjodu ta' żamma: 25 punt bażi fis-sena.

(b) Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali fl-għamla ta' kreditu/finanzjament dirett jitolbu t-tariffi li ġejjin:

1. Tariffa ta' Arranġament/Strutturazzjoni 25 punt bażi fuq l-ammont żborżat pagabbli fi żmien kull żborż.

2. Tariffa ta' impenn/żamma tal-primjum: 20 punt bażi fis-sena fuq is-sehem mhux prelevat tal-kreditu għall-esportazzjoni appoġġat b'mod uffiċjali li għandu jiġi żborżat, matul il-perjodu ta' żamma tal-primjum, pagabbli f'arretrati.

3. Tariffa ta' amministrazzjoni: ħames punti bażi fis-sena fuq l-ammont ta' appoġġ uffiċjali pendenti pagabbli f'arretrati. Inkella, il-Parteċipanti jistgħu jagħżlu li din it-tariffa bħala waħda pagabbli bħala tariffa bil-quddiem, fuq l-ammont żborżat, fil-mument ta' kull żborż skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(b) iktar 'il fuq.

17.   KOFINANZJAMENT

Minkejja l-Artikoli 14 u 16 ta' hawn fuq, f'kofinanzjament fejn l-appoġġ uffiċjali jiġi pprovdut permezz ta' kreditu dirett jew sempliċi kopertura, u fejn il-kopertura sempliċi tirrappreżenta minimu ta' 35 % tal-ammont appoġġat b'mod uffiċjali, il-Parteċipant li jipprovdi kreditu dirett japplika l-istess termini u kundizzjonijiet finanzjarji, inklużi tariffi, bħal dawk ipprovduti mill-istituzzjoni finanzjarja f'kopertura pura, biex tiġi ġġenerata ekwivalenza tal-ispejjeż għar-riskji kollha bejn il-fornitur tas-sempliċi kopertura u l-mutwant dirett. F'ċirkustanzi bħal dawn, il-Parteċipant li jipprovdi appoġġ bħal dan jirrapporta t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji appoġġati, inklużi t-tariffi, skont il-formola ta' rapportar stabbilita fl-Appendiċi IV.

PARTI 3

L-inġenji tal-ajru użati, il-magni ta' riżerva, il-partijiet ta' riżerva, il-kuntratti ta' manutenzjoni u servizz

KAPITOLU I

Kopertura

18.   INĠENJI TAL-AJRU UŻATI U PRODOTTI U SERVIZZI OĦRAJN

Din il-Parti tal-Ftehim Settorjali tapplika għal inġenji tal-ajru użati u għal magni ta' riżerva, partijiet li jistgħu jinbidlu, konverżjoni tal-merkanzija, modifika qawwija, restawrazzjoni, kuntratti ta' manutenzjoni u servizz b'rabta ma' inġenji tal-ajru ġodda kif ukoll użati u kitts tal-magni.

KAPITOLU II

It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji

It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu applikati, minbarra t-terminu massimu ta' ripagament, ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 2 ta' dan il-Ftehim Settorjali.

19.   IL-BEJGĦ TA' INĠENJI TAL-AJRU UŻATI

(a) Suġġett għall-paragrafu b) hawn taħt, it-terminu massimu ta' ripagament għal inġenji tal-ajru użati jiġi stabbilit skont l-età tal-inġenju tal-ajru, kif stabbilit fit-tabella li ġejja:



Żmien tal-Inġenju tal-Ajru (snin mid-data oriġinali ta' manifattura)

It-Termini Massimi ta' Ripagament għal Tranżazzjonijiet Abbażi ta' Assi jew Sovrani (snin)

It-Termini Massimi ta' Ripagament għal Tranżazzjonijiet mhux abbażi ta' Assi jew Sovrani (snin)

1

10

8,5

2

9

7,5

3

8

6,5

4

7

6

5 — 8

6

5,5

Iktar minn 8

5

5

(b) It-terminu massimu ta' ripagament għall-inġenji tal-ajru li jkunu għaddew minn trasformazzjoni, diment li t-tranżazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 19 tal-Appendiċi II u bil-kundizzjoni wkoll li l-appoġġ uffiċjali, jekk ikun hemm, mogħti fir-rigward ta' din il-konverżjoni ma kienx ipprovdut skont l-Artikolu 21(a) hawn taħt, ikun stabbilit skont il-perjodu ta' żmien mid-data tal-konverżjoni u l-età tal-inġenju tal-ajru, kif stabbilit fit-tabella li ġejja:



It-Termini Massimi ta' Ripagament għal Inġenji Konvertiti Abbażi ta' Assi (snin)

Il-Perjodu ta' Żmien mid-Data tal-Konverżjoni (snin)

Età tal-Inġenju tal-Ajru

(żmien mid-data oriġinali ta' manifattura)

1

2

3

4

5-8

Iktar minn 8

0 (Konvertit riċentement)

10

9

8

8

8

8

1

10

9

8

7

7

7

2

9

8

7

6

6

3 jew aktar

8

7

6

5

20.   IL-MAGNI TA' RISERVA U L-PARTIJIET LI JISTGĦU JINBIDLU

(a) Meta jinxtraw, jew jiġu ordnati b'rabta mal-magni li għandhom jiġu installati fuq inġenju tal-ajru ġdid, l-appoġġ uffiċjali għal magni ta' riżerva jista' jiġi pprovdut bl-istess termini u kundizzjonijiet bħal dawk għall-inġenju tal-ajru.

(b) Meta mixtrija ma' inġenji tal-ajru ġodda, l-appoġġ uffiċjali għal partijiet li jistgħu jinbidlu jista' jiġi pprovdut bl-istess termini u kundizzjonijiet bħal dawk għall-inġenji tal-ajru għal massimu ta' 5 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru l-ġdid u l-magni installati; il-paragrafu d) iktar 'l isfel japplika għall-appoġġ uffiċjali għal partijiet li jistgħu jinbidlu li jaqbżu l-limitu ta' 5 %.

(c) Meta l-magni ta' riżerva ma jinxtrawx ma' inġenju tal-ajru ġdid, it-terminu massimu ta' ripagament ikun ta' tmien snin. Għal magni ta' riżerva b'valur tal-unità ta' USD 10 miljun jew iktar, it-terminu ta' ripagament ikun ta' 10 snin, diment li t-tranżazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 19 tal-Appendiċi II.

(d) Meta partijiet oħrajn li jistgħu jinbidlu ma jinxtrawx ma' inġenju tal-ajru ġdid, it-terminu massimu ta' ripagament ikun ta':

1. Ħames snin b'valur tal-kuntratt ta' USD 5 miljun jew iktar.

2. Sentejn b'valur tal-kuntratt ta' inqas minn USD 5 miljun.

21.   IL-KUNTRATTI GĦALL-KONVERŻJONI/MODIFIKI EWLENIN/RESTAWRAZZJONI

(a) Jekk tranżazzjoni għal konverżjoni:

1. Għandha valur ta' USD 5 miljun jew iktar, u

 Tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 19 tal-Appendiċi I, Parteċipant jista' joffri appoġġ uffiċjali b'terminu ta' ripagament li jasal sa tmien snin.

 Jekk lanqas ma jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 19 tal-Appendiċi II, parteċipant jista' joffri appoġġ uffiċjali b'terminu ta' ripagament li jasal sa ħames snin.

2. Huwa stmat għal inqas minn USD 5 miljun, Parteċipant jista' joffri appoġġ uffiċjali b'terminu ta' ripagament sa sentejn.

(b) Jekk tranżazzjoni tkunx għal modifika ewlenija, jew ir-rinnovament, parteċipant jista' joffri appoġġ uffiċjali b'terminu ta' ripagament li jasal sa:

1. Ħames snin jekk il-valur tal-kuntratt hu ta' USD 5 miljun jew iktar;

2. Sentejn jekk il-valur tal-kuntratt ta' inqas minn USD 5 miljun.

22.   KUNTRATTI TA' MANUTENZJONI U SERVIZZ

Il-Parteċipanti jistgħu joffru appoġġ uffiċjali b'terminu ta' ripagament li jasal sa tliet snin.

23.   KITTS TAL-MAGNA

Il-Parteċipanti jistgħu joffru appoġġ uffiċjali b'terminu ta' ripagament li jasal sa ħames snin.

PARTI 4

Proċeduri ta' trasparenza

Il-komunikazzjonijiet kollha jsiru bejn il-punti ta' kuntatt magħżula f'kull pajjiż Parteċipant permezz ta' komunikazzjoni pronta, pereż. is-Sistema ta' Informazzjoni On-Line tal-OECD (OLIS). Sakemm ma jsirx qbil fuq xi mod ieħor, l-informazzjoni kollha skambjata f'din il-Parti tal-Ftehim Settorjali tiġi ttrattata mill-Parteċipanti kollha bħala kunfidenzjali.

TAQSIMA 1

Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni

24.   L-INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI

(a) Fi żmien xahar wara d-data ta' impenn finali, Parteċipant jippreżenta l-informazzjoni meħtieġa fl-Appendiċi IV lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn, b'kopja lis-Segretarjat.

(b) Biex jiġi stabbilit il-marġni normattiv skont l-Artikolu 8(b) tal-Appendiċi III, l-informazzjoni fuq il-marġnijiet tas-sempliċi kopertura, kif imniżżel fl-Artikolu 8(c) u (d) tal-Appendiċi III, tiġi ppreżentata lis-Segretarjat mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara tmiem kull xahar.

TAQSIMA 2

Skambju ta' informazzjoni

25.   TALBIET GĦAL INFORMAZZJONI

(a) Parteċipant jista' jistaqsi lil Parteċipant ieħor għal informazzjoni dwar l-użu tal-krediti għall-esportazzjoni tiegħu appoġġati b'mod uffiċjali għall-bejgħ jew il-kiri ta' inġenju tal-ajru koperti minn dan il-Ftehim Settorjali.

(b) Parteċipant li rċieva applikazzjoni għal appoġġ uffiċjali jista' jindirizza mistoqsija lil Parteċipant ieħor, fejn jagħti t-termini u l-kundizzjonijiet ta' kreditu l-aktar favorevoli li l-Parteċipant li qed jistaqsi għandu jkun lest li jappoġġa.

(c) Il-Parteċipant li lilu ġiet indirizzata mistoqsija jirrispondi f'sebat ijiem kalendarji u jipprovdi l-akbar ammont ta' informazzjoni possibbli. Ir-risposta tinkludi l-aħjar indikazzjoni li l-Parteċipant jista' jagħti tad-deċiżjoni li probabbilment se jieħu. Jekk ikun meħtieġ, ir-risposta sħiħa ssegwi kemm jista' jkun malajr.

(d) Kopja tal-mistoqsijiet kollha jintbagħtu lis-Segretarjat.

26.   IL-KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊ IMB'WIĊĊ

(a) F'sitwazzjoni ta' kompetizzjoni, Parteċipant jista' jitlob konsultazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ ma' Parteċipant wieħed jew iktar.

(b) Kull Parteċipant jaqbel mat-tali talbiet fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol.

(c) Il-konsultazzjonijiet isiru kemm jista' jkun malajr wara li jiskadi l-perjodu ta' għaxart ijiem ta' xogħol.

(d) Il-President tal-Parteċipanti jikkoordina mas-Segretarjat dwar kwalunkwe azzjoni ta' segwitu li tkun meħtieġa. Is-Segretarjat jagħmel disponibbli fil-pront ir-riżultat tal-konsultazzjoni.

27.   KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI

(a) Parteċipant (il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva) li għandu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li ġew offruti minn Parteċipant ieħor (il-Parteċipant li jwieġeb) huma aktar ġenerużi minn dawk provduti fil-Ftehim Settorjali jinforma lis-Segretarjat; is-Segretarjat immedjatament jagħmel informazzjoni bħal din disponibbli lill-Parteċipant li jwieġeb.

(b) Il-Parteċipant li jwieġeb jiċċara t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-appoġġ uffiċjali li qed jiġi kkunsidrat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara l-ħruġ tal-informazzjoni mis-Segretarjat.

(c) Wara l-kjarifika min-naħa tal-Parteċipant li jwieġeb, il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva jista' jitlob li s-Segretarjat jorganizza konsultazzjoni speċjali mal-Parteċipant li jwieġeb fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol sabiex tiġi diskussal-kwistjoni.

(d) Il-Parteċipant li jwieġeb jistenna l-eżitu tal-konsultazzjoni li jiġi ddeterminat dakinhar tat-tali konsultazzjoni qabel ma jkompli għaddej bit-tranżazzjoni.

TAQSIMA 3

Linji komuni

28.   PROĊEDURI U L-FORMAT TAL-LINJI KOMUNI

(a) Il-proposti għal Linja Komuni jiġu indirizzati biss lis-Segretarjat. L-identità tal-Parteċipant li jniedi ma tinkixifx mir-reġistru tal-Linja Komuni fuq l-OLIS. Madankollu, is-Segretarjat jista' verbalment jikxef l-identità ta' min ħa l-inizjattiva lil Parteċipant jekk jintalab jagħmel dan. Is-Segretarjat iżomm rekord ta' talbiet bħal dawn.

(b) Il-proposta għal Linja Komuni tkun iddatata u jkollha l-format li ġej:

1. In-numru ta' referenza, segwit minn Linja Komuni.

2. L-isem tal-pajjiż li qed jimporta u tax-xerrej/mutwatarju.

3. L-isem jew id-deskrizzjoni tat-tranżazzjoni kemm jista' jkun preċiża biex it-tranżazzjoni tiġi identifikata b'mod ċar.

4. Il-proposta għal-Linja Komuni għall-iktar termini u kundizzjonijiet favorevoli li għandhom jiġu appoġġati.

5. In-nazzjonalità u l-ismijiet tal-offerenti magħrufa li qed jikkompetu.

6. Id-data tal-għeluq tal-offerta u n-numru tal-offerta, meta jkunu magħrufa.

7. Informazzjoni oħra rilevanti, inklużi r-raġunijiet għall-proposta tal-Linja Komuni u, skont kif ikun xieraq, iċ-ċirkustanzi speċjali.

29.   IR-REAZZJONIJIET GĦALL-PROPOSTI GĦAL LINJA KOMUNI

(a) Ir-reazzjonijiet isiru f'20 jum kalendarju, għalkemm il-Parteċipanti jiġu mħeġġa jirreaġixxu għal proposta għal Linja Komuni kemm jista' jkun malajr.

(b) Reazzjoni tista' tkun talba għal informazzjoni addizzjonali, aċċettazzjoni, rifjut, proposta għal modifika tal-linja komuni jew proposta għal Linja Komuni alternattiva.

(c) Parteċipant li jibqa' sieket jew javża li ma għandu l-ebda pożizzjoni jitqies li aċċetta l-proposta għal-Linja Komuni.

30.   AĊĊETTAZZJONI TAL-LINJI KOMUNI

(a) Wara perjodu ta' 20 jum kalendarju, is-Segretarjat jinforma lill-Parteċipanti kollha bl-istatus tal-proposta għal Linja Komuni. Jekk mhux il-Parteċipanti kollha jkunu aċċettaw il-Linja Komuni, imma l-ebda Parteċipant ma jkun irrifjutaha, il-proposta tibqa' miftuħa għal perjodu ieħor ta' tmint ijiem kalendarji.

(b) Wara dan il-perjodu l-ieħor, Parteċipant li ma rrifjutax b'mod espliċitu l-proposta għal Linja Komuni jitqies li aċċetta l-Linja Komuni. Madankollu, Parteċipant, inkluż il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva, jista' jaċċetta l-Linja Komuni taħt il-kundizzjoni li jkun hemm aċċettazzjoni espliċita min-naħa ta' Parteċipant wieħed jew aktar.

(c) Jekk Parteċipant ma jaċċettax element wieħed jew aktar ta' Linja Komuni jkun qed jaċċetta b'mod impliċitu l-elementi l-oħra kollha tal-Linja Komuni.

31.   NUQQAS TA' FTEHIM DWAR IL-LINJI KOMUNI

(a) Jekk il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva u Parteċipant li ppropona modifika jew alternattiva ma jistgħux jiftiehmu dwar Linja Komuni fil-perjodu addizzjonali ta' tmint ijiem kalendarji msemmija fl-Artikolu 30 iktar 'il fuq, dan il-perjodu jista' jiġi estiż bil-kunsens reċiproku tagħhom. Is-Segretarjat jinforma lill-Parteċipanti kollha b'kull estensjoni bħal din.

(b) Linja Komuni li ma ġietx aċċettata tista' titqies mill-ġdid billi jintużaw il-proċeduri fl-Artikoli 28 u 30 iktar 'il fuq. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Parteċipanti mhumiex marbuta bid-deċiżjoni oriġinali tagħhom.

32.   ID-DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI

Is-Segretarjat jinforma lill-Parteċipanti kollha jew li l-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ jew li ġiet irrifjutata; il-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ tlett ijiem kalendarji wara din it-tħabbira.

33.   VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI

(a) Sakemm ma jsrix ftehim mod ieħor, Linja Komuni, ladarba tkun miftiehma, tkun valida għal perjodu ta' sentejn mid-data effettiva tagħha, sakemm is-Segretarjat ma jiġix informat li ma għadhiex ta' interess, u li t-tali sitwazzjoni ġiet aċċettata mill-Parteċipanti kollha.

(b) Jekk Parteċipant ifittex li jikseb estensjoni fi żmien 14-il jum kalendarju mid-data oriġinali ta' skadenza u jekk ma jkunx hemm nuqqas ta' qbil, Linja Komuni tibqa' valida għal perjodu ta' sentejn oħra; Estensjonijiet sussegwenti jistgħu jinftiehmu permezz tal-istess proċedura.

(c) Is-segretarjat jimmonitorja l-istatus tal-Linji Komuni u jżomm lill-Parteċipanti informati skont dan, permezz taż-żamma tal-elenku “L-istatus tal-Linji Komuni Validi” fuq l-OLIS. Għaldaqstant, is-Segretarjat, fuq bażi ta' kull tliet xhur, inter alia, joħroġ lista ta' Linji Komuni li mistennija jiskadu fit-tliet xhur ta' wara.

(d) Bit-talba ta' min mhuwiex Parteċipant li jipproduċi inġenji tal-ajru f'kompetizzjoni, is-Segretarjat iqiegħed Linji Komuni validi għad-dispożizzjoni ta' dak li mhuwiex Parteċipant.

TAQSIMA 4

Allinjament

34.   ALLINJAMENT

(a) B'kunsiderazzjoni tal-obbligi internazzjonali ta' Parteċipant, Parteċipant jista' jallinja t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-appoġġ uffiċjali offruti minn min mhuwiex Parteċipant.

(b) F'każ ta' tqabbil ta' termini u kundizzjonijiet li ma jikkonformawx li jkunu offerti minn min mhuwiex Parteċipant:

1. Il-Parteċipant li jaqbel jagħmel kull sforz biex jivverifika t-tali termini u kundizzjonijiet.

2. Il-Parteċipant li jaqbel jgħarraf lis-Segretarjat u lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn dwar l-għamla u r-riżultat tat-tali sforzi, kif ukoll dwar it-termini u l-kundizzjonijiet li beħsiebu jappoġġa, tal-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel joħroġ kwalunkwe impenn.

3. Jekk Parteċipant li jikkompeti jitlob diskussjoni matul dan il-perjodu ta' għaxart ijiem kalendarji, il-Parteċipant li jallinja jistenna għaxart ijiem kalendarji oħrajn qabel joħroġ kwalunkwe impenn bit-tali termini.

(c) Jekk Parteċipant li jallinja jimmodifika jew jirtira l-ħsieb tiegħu li jappoġġa t-termini u l-kundizzjonijiet innotifikati, jgħarraf lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn dwar dan minnufih.

PARTI 5

Monitoraġġ u reviżjoni

35.   MONITORAĠĠ

(a) Is-Segretarjat jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali u jirrapporta għand il-Parteċipanti fuq bażi annwali.

(b) Kull tranżazzjoni meqjusa eliġibbli skont l-Artikolu 39(a) tiġi rrapportata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(a) u l-Appendiċi IV.

(c) Kull tranżazzjoni meqjusa eliġibbli skont l-Artikolu 39(b) tiġi rrapportata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(a) u l-Appendiċi IV, u minbarra dan:

1. Il-Parteċipant li jirrapporta jindika r-rabta bejn it-tranżazzjoni u l-lista ta' tranżizzjoni.

2. Il-listi ta' tranżizzjoni jiġu ssorveljati fuq bażi semiannwali; għal dan l-għan, is-Segretarjat jiltaqa' ma' kull Parteċipant, bil-għan li:

 Jissorvelja n-numru ta' ordnijiet mad-ditta rreġistrati fuq il-listi ta' tranżizzjoni li ġew forniti.

 Jaġġorna għas-sena ta' wara l-iskeda tal-forniment għat-tranżazzjonijiet irreġistrati fuq il-listi ta' tranżizzjoni.

 Jidentifika l-ordnijiet irreġistrati fuq il-listi ta' tranżizzjoni li ma ġewx forniti jew li ma jiġux forniti għal xi raġuni jew oħra lix-xerrej elenkat fuq it-tali listi ta' tranżizzjoni. Kull ordni bħal din titħassar mil-lista ta' tranżizzjoni u ma terġax tiġi allokata b'xi mod ieħor lil xi xerrej ieħor.

36.   REVIŻJONI

Il-Parteċipanti jirrevedu l-proċeduri u d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali, fl-isfond tal-kriterji, u fiż-żminijiet, stabbiliti fil-paragrafi a) u b) hawn taħt.

(a) Il-Parteċipanti jwettqu r-reviżjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali kif ġej:

1. Fir-raba' sena kalendarja wara d-data effettiva ta' dan il-Ftehim Settorjali u, b'mod regolari warajha, f'kull każ b'avviż minn tliet xhur qabel mogħti mis-Segretarjat.

2. Fuq it-talba ta' Parteċipant wara konsultazzjoni xierqa, diment li s-Segretarjat ikun ta avviż bi tliet xhur minn qabel u l-Parteċipant li jitlob jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub u r-raġuni għar-reviżjoni u l-għanijiet tagħha kif ukoll sommarju tal-konsultazzjonijiet li saru qabel it-talba tiegħu.

3. Il-modalitajiet tal-aġġornament tar-rati minimi tal-primjum u r-rati minimi tal-imgħax huma stabbiliti fl-Appendiċi II u III rispettivament.

4. It-tariffi stabbiliti fl-Artikolu 16 ikunu parti mir-reviżjonijiet.

(b) Ir-reviżjoni stabbilita fis-subparagrafu (a)(1) ta' hawn fuq tieħu f'kunsiderazzjoni:

1. Kemm intlaħqu l-iskopijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali, kif stabbiliti fl-Artikolu 1 iktar 'il fuq, u kull kwistjoni oħra li Parteċipant jixtieq jiddiskuti.

2. Fir-rigward tal-elementi fis-subparagrafu (b)(1) iktar 'il fuq, jekk humiex iġġustifikati emendi għal xi aspett ta' dan il-Ftehim Settorjali.

(c) Bħala rikonoxximent tal-importanza tal-proċess ta' reviżjoni, biex jiżgura li t-termini u l-kundizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali għadhom jilħqu l-ħtiġijiet tal-Parteċipanti, kull Parteċipant jirriżerva d-dritt li jirtira minn dan il-Ftehim Settorjali skont l-Artikolu 40 iktar 'l isfel.

37.   XOGĦOL FUTUR

Tingħata konsiderazzjoni lil dawn li ġejjin:

(a) L-evalwazzjoni tal-prattiki tal-Parteċipanti fl-għoti tal-appoġġ uffiċjali qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu.

(b) Id-dispożizzjonijiet applikabbli għas-self indirett.

(c) Estensjoni tat-termini ta' ripagamenti massimi skont l-Artikolu 19 għal inġenji tal-ajru użati li ġew restawrati b'mod notevoli qabel inbiegħu.

(d) Estensjoni tat-termini ta' ripagamenti massimi skont l-Artikolu 21 għall-kuntratti bl-ogħla valur.

(e) Id-dispożizzjonijiet applikabbli għal “restawrazzjoni” (l-Artikolu 21) u “servizzi” (l-Artikolu 22).

(f) Il-proċess ta' eliġibilità ta' Cape Town.

(g) Id-definizzjoni ta' “Parteċipant Interessat”.

PARTI 6

Dispożizzjonijiet finali

38.   DĦUL FIS-SEĦĦ

Id-data effettiva ta' dan il-Ftehim Settorjali hija l-1 ta' Frar 2011.

39.   ARRANĠAMENTI TA' TRANŻIZZJONI

Minkejja l-Artikolu 38 ta' hawn fuq, il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali bit-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti kif ġej:

(a) Il-Parteċipanti jistgħu jagħtu appoġġ uffiċjali bit-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim Settorjali dwar l-Inġenji tal-Ajru fis-seħħ mill-1 ta' Lulju 2007 (“l-ASU tal-2007”) jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1. Il-prodotti u s-servizzi jkunu soġġetti għal kuntratt ta' ditta konkluż mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010.

2. Il-prodotti u s-servizzi jiġu konsenjati fiżikament mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 għal inġenji tal-ajru tal-Kategorija 1 tal-ASU tal-2007 u l-31 ta' Diċembru 2013 għal inġenji tal-ajru tal-Kategorija 2 u 3 tal-ASU tal-2007.

3. Għal kull impenn finali nnotifikat, tintalab tariffa ta' impenn ta' 20 punt bażi per annum mill-iktar data kmieni tal-impenn finali jew il-31 ta' Jannar 2011 (inġenju tal-ajru tal-Kategorija 1 tal-ASU tal-2007)/30 ta' Ġunju 2011 (inġenju tal-ajru tal-Kategorija 2 u 3 tal-ASU tal-2007), sakemm jiġi fornit l-inġenju tal-ajru. Din it-tariffa ta' impenn tieħu post it-tariffi stabbiliti fl-Artikoli 17a) u b)2) tal-ASU tal-2007. Din it-tariffa tal-impenn tintalab minbarra li jintalab il-primjum minimu.

(b) Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali bit-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli qabel id-data effettiva ta' dan il-Ftehim Settorjali jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1. Il-prodotti u s-servizzi jkunu soġġetti għal kuntratt ta' ditta konkluż mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010.

2. It-tali appoġġ uffiċjali huwa limitat għall-konsenji ta' 69 inġenju tal-ajru tal-Kategorija 1 tal-ASU tal-2007 għal kull Parteċipant u 92 inġenju tal-ajru tal-Kategorija 2 tal-ASU tal-2007 għal kull Parteċipant.

3. Biex jibbenefikaw mit-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu, l-inġenji tal-ajru msemmija fis-subparagrafu (b)(2) iktar 'il fuq jiġu rreġistrati fuq il-listi (li minn hawn 'il quddiem se jissejħu l-“listi ta' tranżizzjoni”) li jiġu nnotifikati mill-Parteċipanti lis-Segretarjat qabel jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim Settorjali. It-tali listi ta' tranżizzjoni jinkludu:

 Il-mudelli u n-numri tal-inġenji tal-ajru.

 Id-dati tal-konsenja tentattivi.

 L-identità tax-xerrejja.

 Ir-reġim applikabbli (jew il-Ftehim Settorjali dwar l-Inġneji tal-Ajru prevalenti qabel l-ASU tal-2007, jew l-ASU tal-2007).

4. L-informazzjoni fl-ewwel, it-tieni u r-raba' inċiżi ta' hawn fuq tinqasam mal-Parteċipanti kollha; l-informazzjoni fit-tielet inċiż ta' hawn fuq tiġi amministrata b'mod esklussiv mis-Segretarjat u l-President.

5. Għal kull inġenju tal-ajru fuq il-listi ta' tranżizzjoni:

 Jekk l-appoġġ uffiċjali jkun impenjat skont il-Ftehim Settorjali dwar l-Inġneji tal-Ajru prevalenti qabel l-ASU tal-2007, tintalab tariffa tal-impenn ta' 35 punt bażi per annum mill-iktar data kmieni tal-impenn finali jew il-31 ta' Marzu 2011, sakemm jiġi fornit l-inġenju tal-ajru. Barra minn hekk, il-primjum minimu mitlub ma jkunx inqas minn 3 % bil-quddiem.

 Jekk l-appoġġ uffiċjali jkun impenjat skont l-ASU tal-2007, tintalab tariffa tal-impenn ta' 20 punt bażi per annum mill-iktar data kmieni tal-impenn finali jew it-30 ta' Ġunju 2011, sakemm jiġi fornit l-inġenju tal-ajru.

 It-tariffa tal-impenn stabbilita fiż-żewġ inċiżi ta' hawn fuq tintalab minflok it-tariffi stabbiliti fl-Artikoli 17(a) u (b)(2) tal-ASU tal-2007. Din it-tariffa tal-impenn tintalab minbarra li jintalab il-primjum minimu.

6. Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali bit-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim Settorjali dwar l-Inġenji tal-Ajru prevalenti qabel l-ASU tal-2007 biss għal konsenji ta' inġenji tal-ajru skedati li jsiru fil-31 ta' Diċembru 2010 jew qabel, skont il-kuntratti ta' ditta konklużi mhux iktar tard mit-30 ta' April 2007 u nnotifikati lis-Segretarjat mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2007.

(c) L-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu tiġi ssorveljata skont l-Artikoli 35(b) u (c).

40.   L-IRTIRAR

Parteċipant jista' jirtira minn dan il-Ftehim Settorjali billi jinnotifika lis-Segretarjat bil-miktub permezz ta' komunikazzjoni fil-pront, pereż. l-OLIS. L-irtirar jidħol fis-seħħ sitt xhur wara li s-Segretarjat ikun irċieva l-avviż. L-irtirar mhux se jaffettwa l-ftehimiet milħuqa fuq tranżazzjonijiet individwali mħaddma qabel id-data effettiva tal-irtirar.




Appendiċi I

Parteċipazzjoni fil-ftehim settorjali dwar l-inġenji tal-ajru

1. Il-Parteċipanti jħeġġu lil min mhuwiex Parteċipant li li jkun qiegħed jiżviluppa kapaċità tal-manifattura għal inġenji tal-ajru ċivili biex japplika d-dixxiplini ta' dan il-Ftehim Settorjali. F'dan il-kuntest, il-Parteċipanti jistiednu lil min mhuwiex Parteċipant biex jidħol fi djalogu magħhom dwar il-kundizzjonijiet tas-sħubija fl-ASU.

2. Is-Segretarjat għandu jiżgura li min mhuwiex Parteċipant u jkun interessat li jieħu sehem f'dan il-Ftehim Settorjali jingħata l-informazzjoni sħiħa dwar it-termini u l-kundizzjonijiet assoċjati ma' meta wieħed isir Parteċipant f'dan il-Ftehim Settorjali.

3. Imbagħad, min mhuwiex Parteċipant jiġi mistieden mill-Parteċipanti sabiex jieħu sehem fl-attivitajiet ta' dan il-Ftehim Settorjali u jattendi l-laqgħat rilevanti bħala osservatur. Stedina bħal din issir għal massimu ta' sentejn u tista' tiġġedded darba għal sentejn oħra. Matul dan il-perjodu, min mhuwiex Parteċipant jiġi mistieden jipprovdi reviżjoni tas-sistema tiegħu ta' kreditu għall-esportazzjoni, speċjalment għall-esportazzjoni ta' inġenji tal-ajru ċivili.

4. Fi tmiem dak il-perjodu, min mhuwiex Parteċipant jindika jekk jixtieqx isir Partecipant f'dan il-Ftehim Settorjali u jsegwi d-dixxiplini tiegħu; fil-każ ta' konferma bħal din, min mhuwiex Parteċipant jikkontribwixxi, fuq bażi annwali, għall-ispejjeż assoċjati mal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali.

5. Min mhuwiex Parteċipant u jkun interessat jitqies bħala Parteċipant minn 30 jum tax-xogħol wara l-konferma msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan l-Appendiċi.




Appendiċi II

Rati minimi tal-primjum

L-Appendiċi jistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jintużaw meta jiġi ddeterminat l-ipprezzar tal-appoġġ uffiċjali għal tranżazzjoni soġġetta għal dan il-Ftehim Settorjali. It-Taqsima 1 tistabbilixxi l-proċeduri ta' klassifikazzjoni tar-riskji; It-Taqsima 2 tistabbilixxi r-rati minimi tal-primjum li għandhom jintalbu għal inġenji tal-ajru ġodda u użati, u t-Taqsima 3 tistabbilixxi r-rati minimi tal-primjum li għandhom jintalbu għal magni ta' riżerva, partijiet li jistgħu jinbidlu, konverżjoni tal-merkanzija/modifika/restawrazzjoni qawwija, kuntratti ta' manutenzjoni u servizz, u kitts tal-magna.

TAQSIMA 1

Proċeduri għall-klassifikazzjoni tar-riskji

1. Il-Parteċipanti qablu fuq lista ta' klassifikazzjonijiet tar-riskji (il-Lista) għal xerrejja/mutwatarji; tali klassifikazzjonijiet tar-riskji jirreflettu l-klassifikazzjoni tal-kreditu superjuri mhux iggarantit ta' xerrejja/mutwatarji li jużaw skala komuni tal-klassifikazzjoni bħal dik ta' waħda mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (CRA).

2. Il-klassifikazzjonijiet tar-riskji se jsiru min esperti maħtura mill-Parteċipanti fl-isfond tal-kategoriji tar-riskji stabbiliti fit-Tabella 1 ta' dan l-Appendiċi.

3. Il-Lista tkun torbot fi kwalunkwe stadju tat-tranżazzjoni (pereż. kampanja u kunsinna), soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 ta' dan l-Appendiċi.

I.   IT-TWAQQIF TAL-LISTA TA' KLASSIFIKAZZJONIJIET TAR-RISKJI

4. Il-Lista tiġi żviluppata u miftehma bejn il-Parteċipanti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim Settorjali; tinżamm aġġornata mis-Segretarjat u titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-parteċipanti kollha fuq bażi kunfidenzjali.

5. Fuq talba u fuq bażi kunfidenzjali, is-Segretarjat jista' jgħarraf lil min mhuwiex Parteċipant li jipproduċi inġenji tal-ajru dwar il-klassifikazzjoni tar-riskji ta' xerrej/mutwatarju; f'dan il-każ, is-Segretarjat jgħarraf lill-Parteċipanti kollha dwar it-talba. F'kull ħin, min mhuwiex Parteċipant jista' jipproponi żidiet mal-Lista lis-Segretarjat. Min mhuwiex Parteċipant u jipproponi żieda mal-Lista jista' jieħu sehem fil-proċedura ta' klassifikazzjoni tar-riskji daqslikieku kien Parteċipant interessat.

II.   AĠĠORNAMENT TAL-LISTA TA' KLASSIFIKAZZJONIJIET TAR-RISKJI

6. Soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 ta' dan l-Appendiċi, il-Lista tista' tiġi aġġornata fuq bażi ad hoc f'każ li Parteċipant jindika fuq xi forma li beħsiebu japplika klassifikazzjoni tar-riskji oħra u mhux dik fuq il-Lista, jew inkella Parteċipant ikollu bżonn klassifikazzjoni tar-riskji għal xerrej/mutwatarju li għadu mhuwiex fuq il-Lista ( 20 ) ( 21 ).

7. Qabel kull użu ta' klassifikazzjoni tar-riskji alternattiva jew ġdida, kull Parteċipant jibgħat talba lis-Segretarjat biex jaġġorna l-Lista fuq il-bażi ta' klassifikazzjoni tar-riskji alternattiva jew ġdida. Is-Segretarjat se jiċċirkola din it-talba lill-Parteċipanti kollha fi żmien jumejn tax-xogħol, mingħajr ma tissemma l-identità tal-Parteċipant li ppreżenta t-talba.

8. Jingħata perjodu ta' għaxart ( 22 ) ijiem tax-xogħol sabiex il-Parteċipanti interessati jew jaqblu jew inkella joġġezzjonaw kwalunkwe bidla proposta fil-Lista; nuqqas ta' tweġiba f'dan il-perjodu jitqies qbil dwar il-proposta. Jekk fi tmiem il-perjodu ta' għaxart ijiem ma ssir l-ebda oġġezzjoni għall-proposta, jitqies li kien hemm qbil mal-bidla proposta fil-Lista. Is-Segretarjat se jimmodifika l-Lista kif xieraq u jibgħat messaġġ tal-OLIS fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol; il-Lista aġġustata tibda torbot mid-data ta' dak il-messaġġ.

III.   SOLUZZJONI GĦAN-NUQQAS TA' QBIL

9. Fil-każ ta' oġġezzjoni għal klassifikazzjoni tar-riskji proposta, il-Parteċipanti interessati fil-livell ta' esperti jagħmlu ħilithom kollha biex jaslu għal qbil dwar il-klassifikazzjoni tar-riskji fi żmien perjodu ieħor ta' għaxart ijiem tax-xogħol wara avviż ta' nuqqas ta' qbil. Għandu jiġi esplorat kull mezz neċessarju biex jiġi solvut in-nuqqas ta' qbil, bl-għajnuna tas-Segretarjat jekk ikun hemm bżonn (pereż. sejħiet konferenzjali jew konsultazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ). Jekk il-Parteċipanti interessati jaqblu fuq klassifikazzjoni tar-riskji fi żmien dan il-perjodu ta' għaxart ijiem, jgħarrfu lis-Segretarjat dwar l-eżitu u mbagħad is-Segretarjat jaġġorna l-Lista kif xieraq u jibgħat messaġġ OLIS fil-ħamest ijiem tax-xogħol segwenti. Il-Lista aġġustata tibda torbot mid-data ta' dak il-messaġġ.

10. F'każ li ma tinstabx soluzzjoni bejn l-esperti għan-nuqqas ta' qbil fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol, il-kwistjoni tgħaddi għand il-Parteċipanti biex jieħdu deċiżjoni fuq klassifikazzjoni tar-riskji xierqa, f'perjodu li ma jaqbiżx il-ħamest ijiem tax-xogħol.

11. Fin-nuqqas ta' qbil finali, Parteċipant jista' jirrikorri għal CRA biex tiddetermina l-klassifikazzjoni tar-riskji tax-xerrej/mutwatarju. F'każijiet bħal dawn, il-President tal-Parteċipanti jindirizza komunikazzjoni f'isem il-Parteċipanti lix-xerrej/mutwatarju, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol. Il-komunikazzjoni tinkludi t-termini ta' referenza għall-konsultazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskji kif miftehma bejn il-Parteċipanti. Il-klassifikazzjoni tar-riskji li tirriżulta se tiġi rreġistrata fil-Lista u tibda torbot minnufih wara l-messaġġ OLIS tas-Segretarjat sabiex tiġi ffinalizzata l-proċedura ta' aġġornament fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol.

12. Sakemm ma jsirx qbil mod ieħor, l-ispejjeż tat-tali rikors għal CRA jiġġarrbu mix-xerrej/mutwatarju interessat.

13. Matul il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli minn 9 sa 11 ta' dan l-Appendiċi, il-klassifikazzjoni tar-riskji prevalenti (meta disponibbli fuq il-Lista) tibqa' applikabbli.

IV.   IL-PERJODU TA' VALIDITÀ TAL-KLASSIFIKAZZJONIJIET

14. Il-klassifikazzjonijiet validi tar-riskji huma l-klassifikazzjonijiet tar-riskji prevalenti kif irreġistrati fil-Lista miżmuma mis-Segretarjat; l-indikazzjonijiet u l-impenji tar-rati tal-primjum isiru biss skont dawk il-klassifikazzjonijiet tar-riskji.

15. Il-klassifikazzjonijiet tar-riskji għandhom perjodu ta' validità massimu ta' 12-il xahar mid-data rreġistrata fil-Lista mis-Segretarjat għall-fini tal-Parteċipanti li jipprovdu indikazzjoni u impenji finali tar-rati tal-primjum; il-perjodu ta' validità għal tranżazzjoni speċifika jista' jiġi estiż b'perjodu addizzjonali ta' 18-il xahar għal impenn jew impenn finali u jitħallsu t-tariffi taż-żamma tal-primjum. Il-klassifikazzjonijiet tar-riskji jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni matul il-perjodu ta' validità ta' 12-il xahar fil-każ ta' bidliet materjali fil-profil tar-riskju tax-xerrej/mutwatarju, bħal modifika ta' klassifikazzjoni pprovduta minn CRA.

16. Sakemm ma jkunx hemm xi Parteċipant li jitlob l-aġġornament tagħha, tal-inqas 20 jum tax-xogħol qabel tmiem il-perjodu ta' validità rilevanti tal-klassifikazzjoni tar-riskji, is-Segretarjat ineħħi dik il-klassifikazzjoni tar-riskji mil-Lista aġġornata ta' wara li jmiss. Is-Segretarjat jgħaddi din it-talba għal aġġornament lill-Parteċipanti kollha fi żmien jumejn tax-xogħol, mingħajr ma jsemmi l-identità tal-Parteċipant li ppreżenta t-talba, u japplikaw il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli minn 9 sa 11 ta' dan l-Appendiċi.

V.   TALBA DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJI TA' XERREJ/MUTWATARJU

17. Jekk, fl-istadju tal-kampanja, xerrej/mutwatarju jitlob indikazzjoni tal-klassifikazzjoni tar-riskji tiegħu u jekk ikun għadu mhuwiex fil-Lista, dak ix-xerrej/mutwatarju jista' jitlob għal klassifikazzjoni indikattiva tar-riskji minn CRA bl-ispejjeż tiegħu. Din il-klassifikazzjoni tar-riskji ma tiġix inkluża fil-Lista; tista' tintuża mill-Parteċipanti bħala bażi għall-valutazzjoni tar-riskji tagħhom stess.

TAQSIMA 2

Rati minimi tal-primjum għal inġenji tal-ajru ġodda u użati

I.   IL-KALKULAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM

18. L-Artikoli minn 19 sa 58 ta' din l-Appendiċi jistabbilixxu r-rati minimi tal-primjum li jikkorrispondu għall-klassifikazzjoni tar-riskji ta' xerrej/mutwatarju (jew, jekk entità differenti, is-sors primarju ta' ripagament tat-tranżazzjoni).

19. Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali fir-rata minima tal-primjum jew ogħla minnha diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha msemmija hawn taħt:

(a) It-tranżazzjoni hija abbażi ta' assi, u tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

1. Interess ta' garanzija tal-ewwel prijorità fuq jew b'rabta mal-inġenji tal-ajru u l-magni.

2. Fil-każ ta' struttura tal-kiri, assenjament u/jew interess ta' garanzija tal-ewwel prijorità b'rabta mal-pagamenti tal-kirja.

3. Inadempjenza indiretta u kollateralizzazzjoni reċiproka tal-inġenji tal-ajru u l-magni kollha li huma proprjetà b'mod legali u benefiċjarju tal-istess partijiet skont il-finanzjament propost, kull meta dan ikun possibbli skont ir-reġim legali applikabbli.

(b) It-tranżazzjoni hija strutturata biex, bħala minimu, tinkludi mitiganti tar-riskji kif stabbilit fit-Tabella 1 ta' hawn taħt:



Tabella 1

Mitiganti tar-Riskji

Kategorija ta' Riskju tal-ASU

Klassifikazzjonijiet tar-Riskji

Mitiganti tar-Riskji

L-AMMONT TOTALI

Li minnhom tal-inqas “A”

1

AAA sa BBB-

0

0

2

BB+ u BB

0

0

3

BB-

1

1

4

B+

2

1

5

B

2

1

6

B-

3

2

7

CCC

4

3

8

CC sa C

4

3

20. Għall-fini tal-Artikolu 19 ta' dan l-Appendiċi:

(a) Il-Parteċipanti jistgħu jagħżlu mill-mitiganti tar-riskji li ġejjin:

Mitiganti tar-riskji “A”:

1. Rata bil-quddiem imnaqqsa: kull tnaqqis ta' ħames punti perċentwali mir-rati bil-quddiem imsemmija fl-Artikoli 10a) u b) ta' dan il-Ftehim Settorjali huwa ekwivalenti għal mitigant tar-riskju “A” wieħed. F'dan il-każ, il-Parteċipant ma jagħtix appoġġ uffiċjali fl-ebda forma li taqbeż ir-rata bil-quddiem imnaqqsa.

2. Ammortizzazzjoni lineari: ir-ripagament tal-kapital fi ħlasijiet parzjali indaqs huwa ekwivalenti għal mitigant tar-riskju wieħed.

3. It-terminu mnaqqas ta' ripagament: terminu ta' ripagament li ma jaqbiżx l-għaxar snin huwa ekwivalenti għal mitigant tar-riskju wieħed.

Mitiganti tar-riskju “B”:

1. Depożitu ta' garanzija: kull depożitu ta' garanzija f'ammont daqs ħlas parzjali trimestrali wieħed u l-imgħax huwa ekwivalenti għal mitigant tar-riskju wieħed. Id-depożitu ta' garanzija jista' jsir fl-għamla ta' flus kontanti jew ittra ta' kreditu pendenti.

2. Pagamenti tal-kirja bil-quddiem: il-pagamenti tal-kirja f'ammont daqs ta' ħlas parzjali trimestrali wieħed ta' kapital u mgħax jitħallsu f'trimestru minn qabel kull data ta' ripagament.

3. Ir-riżervi għall-manutenzjoni f'għamla u ammont li jirriflettu l-aħjar prattiki tas-suq.

(b) Soġġett għal avviż minn qabel, wieħed mill-migitanti tar-riskju “A” jista' jittiħidlu postu minn imposta miżjuda ta' 15 % fuq ir-rata minima tal-primjum applikabbli.

21. Skont l-Artikolu 11 ta' dan il-Ftehim Settorjali, ir-rati minimi tal-primjum li għandhom jiġu applikati huma msawra minn rati minimi abbażi tar-riskji (RBR) li magħhom tiżdied imposta miżjuda li tirrifletti s-suq (MRS), skont l-Artikoli minn 22 sa 34 ta' hawn taħt.

22. Mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim Settorjali, l-RBRs huma:



Tabella 2

Rati Abbażi r-Riskji

Kategorija ta' Riskju tal-ASU

Firxiet (bps)

Bil-quddiem (%)

1

89

4,98

2

98

5,49

3

116

6,52

4

133

7,49

5

151

8,53

6

168

9,51

7

185

10,50

8

194

11,03

23. Ir-rati tal-RBRs jerġgħu jitfasslu fuq bażi annwali, abbażi ta' medja kurrenti ta' erba' snin tat-Telf fil-Każ ta' Inadempjenza (LGD) tal-Moody's. L-LGD xieraq għal dan it-tfassil mill-ġdid huwa bbażat fuq l-Għoti b'Self Iggarantit u Superjuri tal-Ewwel Ipoteka mill-Bank (1st Lien Senior Secured Bank Loans), u jiġi kkalkolat kif ġej:



Tabella 3

Immappjar tal-LGD

Medja ta' Ċaqliq ta' 4 snin

LGD Meqjus

≥ 45 %

25 %

≥ 35 % < 45 %

23 %

≥ 30 % < 35 %

21 %

< 30 %

19 %

24. Fattur ta' aġġustament tal-RBR jiġi ddeterminat kif ġej:

image

25. Il-fattur ta' aġġustament tal-RBR jiġi mmoltiplikat bl-RBRs stabbiliti fit-Tabella 2 iktar 'il fuq, biex jiġu ddeterminati l-RBRs imfassla mill-ġdid.

26. L-ewwel proċess ta' tfassil mill-ġdid ser iseħħ fl-ewwel trimestru tal-2012 u l-RBRs li jirriżultaw se jidħlu fis-seħħ fil-15 ta' April 2012.

27. L-RBRs li jirriżultaw mill-proċessi sussegwenti ta' tfassil mill-ġdid se jidħlu fis-seħħ fil-15 ta' April ta' kull sena sussegwenti. Ladarba jkunu ġew iddeterminati l-RBRs li jirriżultaw mit-tfassil mill-ġdid annwali, is-Segretarjat jgħarraf minnufih lill-Parteċipanti kollha dwar ir-rati applikabbli u jqegħdhom għad-dispożizzjoni b'mod pubbliku.

28. Għal kull kategorija ta' Riskju, tiġi kkalkolata Imposta Żejda li Tirrifletti s-Suq kif ġej:

MRS = B × [(0,5 × MCS) – RBR]

fejn:

 B huwa koeffiċjent varjanti b'medda ta' bejn 0,7 u 0,35 skont kull kategorija ta' riskju kif muri fit-Tabella 4 iktar 'l isfel.

 MCS hija l-medja kurrenti fuq 90 jum tal-Firxiet tal-Kreditu Medjani ta' Moody's (Median Credit Spreads, MCS) b'tul tal-ħajja medju ta' seba' (7) snin.

29. Meta l-kategoriji tar-riskji jinkludu iktar minn klassifikazzjoni waħda tar-riskju, il-firxiet jittieħdu bħala medji. Fil-kategorija ta' riskju 1, tintuża l-firxa ta' BBB-.

30. Isir skont ta' 50 % fuq il-firxiet tal-MCS bħala kumpens għas-sigurtà tal-assi. Imbagħad, il-firxiet tal-MCS bi skont jiġu aġġustati b'fattur varjanti b'medda ta' bejn 70 % u 35 % skont it-Tabella 4 iktar 'l isfel, applikat fuq id-differenza bejn il-firxiet tal-MCS bi skont u l-RBR. Kull firxa negattiva li tirriżulta mill-varjazzjonijiet ma titnaqqasx.



Tabella 4

Fatturi Varjanti

Klassifikazzjonijiet tar-Riskju

Kategorija ta' Riskju tal-ASU

Fattur Varjanti (%)

AAA

1

70

AA

1

70

A

1

70

BBB+

1

70

BBB

1

70

BBB-

1

70

BB+

2

65

BB

2

65

BB-

3

50

B+

4

45

B

5

40

B-

6

35

CCC

7

35

CC

8

35

C

8

35

31. L-MRS tiġi aġġornata fuq bażi trimestrali, kif ġej:

 L-ewwel aġġornament tal-proċess ta' tfassil mill-ġdid ser iseħħ fl-ewwel trimestru tal-2011 u l-RBRs li jirriżultaw se jidħlu fis-seħħ fil-15 ta' April 2011. Madankollu, sal-15 ta' April 2012, l-eżiti tal-aġġornamenti tal-MRS li japplikaw għall-Kategorija ta' Riskju 1 jidħlu fis-seħħ biss jekk jirriżultaw f'żieda tat-tali MRS.

 Il-proċessi sussegwenti ta' aġġornament iseħħu fit-tieni, it-tielet u r-raba' trimestru tal-2011 (u minn hemm 'il quddiem b'mod regolari) u l-MCS li jirriżultaw jidħlu fis-seħħ rispettivament fil-15 ta' Lulju 2011, 15 ta' Ottubru 2011 u l-15 ta' Jannar 2012, u minn hemm 'il quddiem b'mod regolari.

 Wara kull aġġornament, is-Segretarjat jgħarraf minnufih lill-Parteċipanti kollha dwar l-MRS applikabbli u r-rati minimi li jirriżultaw u jqegħdhom għad-dispożizzjoni b'mod pubbliku qabel id-data li fiha dawn ir-rati jidħlu fis-seħħ.

32. L-MRS tiġi applikata biss jekk u meta tkun pożittiva u taqbeż il-25 punt bażi.

33. Iż-żieda fir-rati minimi tal-primjum li jirriżultaw mill-aġġornament tal-MRS ma taqbiżx l-10 % tar-rati minimi tal-primjum trimestrali ta' qabel. Ir-rati minimi tal-primjum (li jirriżultaw miż-żieda tar-rati abbażi r-riskji u l-imposta miżjuda li tirrifletti s-suq) ma jaqbżux r-rati abbażi tar-riskji b'iktar minn 100 %.

34-1. Sabiex jiġu ddeterminati r-rati minimi tal-primjum:

Tintuża l-formula li ġejja:

Net MPR = MPR × (1 + RTAS) × (1 + RFAS) × (1 + RMRS) × (1 – CTCD) × (1 + NABS) – CICD

fejn:

 RTAS tirrappreżenta l-imposta miżjuda għall-aġġustament tat-terminu ta' ripagament stabbilita fl-Artikolu 12(b) ta' dan il-Ftehim Settorjali.

 RFAS tirrappreżenta l-imposta miżjuda għall-aġġustament tal-frekwenza tar-ripagament stabbilita fl-Artikoli 13(a)(1) u (2) ta' dan il-Ftehim Settorjali.

 RMRS tirrappreżenta l-imposta miżjuda għas-sostituzzjoni ta' mitigant tar-riskju stabbilita fl-Artikolu 20(b) ta' dan l-Appendiċi.

 CTCD tirrappreżenta l-Iskont tal-Konvenzjoni ta' Cape Town stabbilit fl-Artikolu 36 ta' dan l-Appendiċi.

 NABS tirrappreżenta l-imposta miżjuda mhux abbażi ta' assi stabbilita fl-Artikoli 55(a)(4), 55(b) u 57(b) ta' dan l-Appendiċi II, skont kif applikabbli.

 CICD tirrappreżenta l-iskont kundizzjonali tal-kopertura tal-assigurazzjoni stabbilit fl-Artikolu 54(a) ta' dan l-Appendiċi.

Il-primjum jista' jew jitħallas bil-quddiem jew, matul il-ħajja tal-faċilità, bħala firxiet espressi f'punti bażi fis-sena, jew bi kwalunkwe tqabbil tar-rati u l-firxiet bil-quddiem. Ir-rati u l-firxiet bil-quddiem jiġu kkalkolati bl-użu tal-mudell ta' konverżjoni tar-rata tal-primjum (PCM) sabiex it-tariffa tal-primjum pagabbli għal tranżazzjoni partikolari tkun l-istess f'termini tal-NPV kemm jekk pagabbli inizjalment, mifruxa fuq il-ħajja tal-faċilità, jew tqabbil tagħhom. Fi tranżazzjonijiet li fihom, qabel ma bdiet il-kopertura, jintlaħaq qbil dwar jew jiġu stipulati termini li jinvolvu tnaqqis fil-ħajja medja ppeżata, tista' tintalab rata bil-quddiem (ikkalkolata bl-użu tal-PCM), li f'termini tal-primjum pagabbli li jirriżulta, tikkorrispondi għal dak pagabbli f'termini tal-NPV skont il-firxiet.

34-2. Ir-rati minimi tal-primjum applikabbli mid-data ta' dħul fis-seħħ inizjali ta' dan il-Ftehim Settorjali (1 ta' Frar 2011) huma stabbiliti fit-Tabella 5 hawn taħt.



Tabella 5

Rati Minimi tal-Primjum

(terminu ta' ripagament ta' 12-il sena, tranżazzjonijiet abbażi ta' assi)

Kategorija ta' Riskju

Klassifikazzjoni tar-riskji

Rati Minimi tal-Primjum

Firxiet Kull Sena (bps)

Bil-Quddiem (%)

1

AAA sa BBB

137

7,72

2

BB+ u BB

184

10,44

3

BB-

194

11,03

4

B+

208

11,85

5

B

234

13,38

6

B-

236

13,50

7

CCC

252

14,45

8

CC sa C

257

14,74

II.   TNAQQIS TAL-PRIMJUM MINIMU

35. Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36 ta' din l-Appendiċi, jitħalla jsir tnaqqis tar-rati minimi tal-primum skont is-sub-Taqsima I iktar 'il fuq, jekk:

(a) It-tranżazzjoni abbażi ta' assi hija relatata ma' oġġett tal-inġenju tal-ajru skont it-tifsira tal-Protokoll ta' Cape Town dwar Kwistjonijiet Speċifiċi għat-Tagħmir tal-Inġenji tal-Ajru,

(b) L-oġġett tal-operatur tal-inġenju tal-ajru (u, jekk differenti, il-mutwatarju/xerrej jew il-lokatur jekk, fir-rigward tal-Parteċipant li jipprovdi l-appoġġ uffiċjali, l-istruttura tat-tranżazzjoni tippermetti hekk) jinsab fi Stat li, fil-mument tal-iżborż fir-rigward tal-oġġett tal-inġenju tal-ajru, jidher fil-lista ta' Stati li jikkwalifikaw għat-tnaqqis tar-rati minimi tal-primjum (“Il-Lista ta' Cape Town”), u fejn applikabbli, f'unità territorjali ta' dak l-Istat li tikkwalifika skont l-Artikolu 38 ta' din l-Appendiċi, u

(c) It-tranżazzjoni hija relatata ma' oġġett tal-inġenju tal-ajru rreġistrat fuq ir-Reġistru Internazzjonali stabbilit skont il-Konvenzjoni ta' Cape Town, u l-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru li hemm ġo fiha (Il-Konvenzjoni ta' Cape Town jew CTC).

36. It-tnaqqis tar-rati minimi tal-primjum stabbiliti skont is-subTaqsima I iktar 'il fuq ma taqbiżx l-10 % tar-rata minima applikabbli tal-primjum.

37. Biex jiddaħħal fil-Lista ta' Cape Town, Stat:

(a) Ikun Parti Kontraenti fil-Konvenzjoni ta' Cape Town;

(b) Jagħmel id-dikjarazzjonijiet kwalifikattivi stabbiliti fl-Anness I għal dan l-Appendiċi; kif ukoll

(c) Tkun implimentata l-Konvenzjoni ta' Cape Town, inklużi d-dikjarazzjonijiet kwalifikattivi, fil-liġijiet u r-regolamenti tagħha, kif meħtieġ, b'tali mod li l-impenji tal-Konvenzjoni ta' Cape Town jiġu tradotti kif xieraq fil-liġi nazzjonali.

38. Biex tikkwalifika skont l-Artikolu 35 ta' dan l-Appendiċi, unità territorjali:

(a) Tkun unità territorjali li fiha ġiet estiża l-Konvenzjoni ta' Cape Town;

(b) Tkun unità territorjali li fir-rigward tagħha japplikaw id-dikjarazzjonijiet kwalifikattivi stabbiliti fl-Anness I għal dan l-Appendiċi; kif ukoll

(c) Tkun implimentat il-Konvenzjoni ta' Cape Town, inklużi d-dikjarazzjonijiet kwalifikattivi, fil-liġijiet u r-regolamenti tagħha, kif meħtieġ, b'tali mod li l-impenji tal-Konvenzjoni ta' Cape Town jiġu tradotti kif xieraq fil-liġi nazzjonali.

39. Lista inizjali u miftehma ta' Cape Town tiġi pprovduta mill-Parteċipanti lis-Segretarjat qabel jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim Settorjali. L-aġġornamenti għal-Lista ta' Cape Town isiru skont l-Artikoli minn 40 sa 52 ta' dan l-Appendiċi.

40. Kull Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għal inġenju tal-ajru jista' jipproponi lis-Segretarjat iż-żieda ta' Stat fil-Lista ta' Cape Town. Fir-rigward tat-tali Stat, proposta bħal din tinkludi:

(a) L-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tad-data tad-depożitu tar-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Cape Town jew l-istrumenti ta' adeżjoni mad-Depożitarju;

(b) Kopja tad-dikjarazzjonijiet li saru mill-Istat propost sabiex jiżdiedu fil-Lista ta' Cape Town;

(c) L-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tad-data li fiha daħlu fis-seħħ il-Konvenzjoni ta' Cape Town u d-dikjarazzjonijiet kwalifikattivi;

(d) Analiżi li tispjega l-passi li l-Istat propost biex jiżdied fil-Lista ta' Cape Town ħa biex jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Cape Town inklużi d-dikjarazzjonijiet kwalifikattivi fil-liġijiet u r-regolamenti tiegħu, kif meħtieġ biex jiżgura li l-impenji tal-Konvenzjoni ta' Cape Town huma tradotti kif xieraq fil-liġi nazzjonali; kif ukoll

(e) Kwestonarju mimli kif xieraq, li l-formola tiegħu hija mehmuża fl-Anness 2 ta' dan l-Appendiċi (“il-Kwestonarju tas-CTC”) mimli minn tal-inqas ditta legali waħda kkwalifikata biex tagħti pariri legali fir-rigward tal-ġurisdizzjoni rilevanti tal-Istat propost li jiżdied fil-Lista ta' Cape Town. Il-Kwestonarju tas-CTC mimli jispeċifika:

(i) L-isem(ismijiet) tal-indirizz(i) tal-uffiċċju tad-ditta/i legali li wieġbu;

(ii) L-esperjenza rilevanti tad-ditta legali, li tista' tinkludi esperjenza fil-proċessi leġiżlattivi u kostituzzjonali hekk kif inhuma relatati mal-implimentazzjoni ta' trattati internazzjonali fl-Istat, u l-esperjenza speċifika fi kwistjonijiet marbutin mas-CTC inkluża kwalunkwe esperjenza jew fl-għoti ta' pariri lil gvern dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Konvenzjoni ta' Cape Town jew lis-settur privat, jew inkella fl-infurzar tad-drittijiet ta' kreditur fl-Istat propost li jiżdied mal-Lista ta' Cape Town;

(iii) Kemm jekk id-ditta legali hija involuta jew beħsiebha tkun involuta fi kwalunkwe tranżazzjonijiet li jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis fir-rati minimi tal-primjum jekk l-Istat propost jiżdied mal-lista tas-CTC ( 23 ); kif ukoll

(iv) Id-data li fiha mtela l-Kwestonarju tas-CTC.

41. Is-Segretarjat jgħaddi messaġġ tal-OLIS fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol u fih jinkludi l-proposta.

42. Kull Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant li jagħti appoġġ uffiċjali għal inġenji tal-ajru jista' jippoponi sabiex Stat jitneħħa mil-Lista ta' Cape Town jekk huwa tal-fehma li t-tali Stat ħa azzjonijiet inkonsistenti mal-impenji tal-Konvenzjoni ta' Cape Town ta' dak l-Istat, jew jekk jonqos milli jieħu azzjonijiet li huma meħtieġa jagħmlu skont it-tali Konvenzjoni. Għal dan il-għan, il-Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant jinkludi fi proposta għat-tneħħija mil-Lista ta' Cape Town, deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi li wasslu għall-proposta ta' tneħħija, bħal kwalunkwe azzjonijiet tal-Istat li huma inkonsistenti mal-impenji tiegħu fil-Konvenzjoni ta' Cape Town, jew kwalunkwe nuqqas milli jaġġorna jew jinforza l-leġiżlazzjoni meħtieġa minħabba l-impenji ta' dak l-Istat fil-Konvenzjoni ta' Cape Town. Il-Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant li jippreżenta l-proposta għat-tneħħija mil-Lista ta' Cape Town jipprovdi kwalunkwe dokumentazzjoni ta' prova li tista' tkun disponibbli, u s-Segretarjat jgħaddi messaġġ tal-OLIS fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol u fih jinkludi t-tali proposta.

43. Kull Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għal inġenji tal-ajru jista' jipproponi l-inklużjoni mill-ġdid ta' Stat li tneħħa mil-Lista ta' Cape Town, fejn it-tali inklużjoni mill-ġdid tkun iġġustifikata minn azzjonijiet jew avvenimenti korrettivi sussegwenti. Proposta bħal din tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi li wasslu għat-tneħħija tal-Istat kif ukoll rapport tal-azzjonijiet korrettivi sussegwenti b'appoġġ tal-inklużjoni mill-ġdid. Is-Segretarju jgħaddi messaġġ tal-OLIS fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol u fih jinkludi t-tali proposta.

44. Il-Parteċipanti jistgħu jew jaqblu jew joġġezzjonaw għal proposta mressqa skont l-Artikoli minn 40 sa 43 ta' din l-Appendiċi fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data li fiha ġiet ippreżentata l-proposta (“Il-Perjodu 1”).

45. Jekk fi tmiem il-Perjodu 1, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni għall-proposta, l-aġġornament propost fil-Lista ta' Cape Town jitqies li ġie aċċettat mill-Parteċipanti kollha. Is-Segretarjat ser jimmodifika l-Lista ta' Cape Town kif xieraq u jibgħat messaġġ tal-OLIS fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol. Il-Lista ta' Cape Town aġġornata tidħol fis-seħħ fid-data ta' dak il-messaġġ.

46. Fil-każ ta' oġġezzjoni għall-aġġornament propost fil-Lista ta' Cape Town, il-Parteċipant jew Parteċipanti li jappellaw, fi żmien il-Perjodu 1, jipprovdu spjegazzjoni bil-miktub dwar il-bażi tal-oġġezzjoni. Wara ċirkulazzjoni mis-Segretarjat tal-OECD lill-Parteċipanti kollha dwar l-oġġezzjoni bil-miktub, il-Parteċipanti jagħmlu ħilithom kollha biex jaslu għal qbil fi żmien perjodu ta' għaxart ijiem tax-xogħol (“Il-Perjodu 2”).

47. Il-Parteċipanti jgħarrfu lis-Segretarjat dwar l-eżitu tad-diskussjonijiet tagħhom. Jekk jintlaħaq qbil matul il-Perjodu 2, jekk ikun hemm bżonn, is-Segretarjat se jaġġorna l-Lista ta' Cape Town kif xieraq u jibgħat messaġġ tal-OLIS fil-ħamest ijiem tax-xogħol ta' wara. Il-Lista ta' Cape Town aġġornata tidħol fis-seħħ fid-data ta' dak il-messaġġ.

48. Jekk ma jintlaħaq l-ebda qbil matul il-Perjodu 2, il-President tal-Parteċipanti f'dan il-Ftehim Settorjali (li minn hawn 'il quddiem se jissejjaħ “il-President”) se jagħmel ħiltu kollha biex iħaffef l-ilħuq ta' kunsens bejn il-Parteċipanti, fi żmien għoxrin jum tax-xogħol (“Il-Perjodu 3”) minnufih wara l-Perjodu 2. Jekk fi tmiem il-Perjodu 3 jkun għadu ma nstab l-ebda kunsens, tinkiseb riżoluzzjoni finali permezz tal-proċeduri li ġejjin:

(a) Il-President jagħmel rakkomandazzjoni bil-miktub fir-rigward tal-aġġornament propost fil-Lista ta' Cape Town. Ir-rakkomandazzjoni tal-President tirrifletti l-fehma tal-maġġoranza espressa bil-miftuħ minn tal-inqas dawk il-Parteċipanti li jagħtu appoġġ uffiċjali għal esportazzjonijiet ta' inġenji tal-ajru. Fin-nuqqas ta' fehma tal-maġġoranza, il-President jagħmel rakkomandazzjoni bbażata b'mod esklussiv fuq il-fehmiet espressi mill-Parteċipanti u jistabbilixxi bil-miktub il-bażi għar-rakkomandazzjoni, anki fil-każ ta' ineliġibilità, il-kriterji tal-eliġibilità li ma ntlaħqux.

(b) Ir-rakkomandazzjoni tal-President ma tiżvela l-ebda informazzjoni relatata mal-fehmiet tal-Parteċipanti jew il-pożizzjonijiet espressi fil-kuntest tal-proċess stabbilit fl-Artikoli minn 40 sa 49 ta' dan l-Appendiċi, u

(c) Il-Parteċipanti jaċċettaw ir-rakkomandazzjoni tal-President.

49. Jekk, wara proposta ppreżentata skont l-Artikolu 40, il-Parteċipanti jew il-President ikunu ddeterminaw li Stat mhuwiex eliġibbli sabiex jiżdied mal-Lista ta' Cape Town, Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant jista' jippreżenta proposta oħra li titlob sabiex il-Parteċipanti jerġgħu jikkunsidraw l-eliġibilità tal-Istat. Il-Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant li jipproponi jindirizza r-raġunijiet li jissostanzjaw id-determinazzjoni oriġinali ta' ineliġibilità. Il-Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant li jipproponi jikseb u jipprovdi kwestjonarju aġġornat tas-CTC ukoll. Din il-proposta l-ġdida tkun soġġetta għall-proċess stipulat fl-Artikoli minn 44 sa 50.

50. F'każ ta' kwalunkwe bidla fil-lista ta' pajjiżi kkwalifikati skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 48 ta' din l-Appendiċi, is-Segretarjat joħroġ messaġġ tal-OLIS li jkun fih il-Lista ta' Cape Town aġġornata fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mit-tali bidla. Il-Lista ta' Cape Town aġġornata tidħol fis-seħħ fid-data ta' dak il-messaġġ.

51. Barra minn hekk, l-irtirar jew l-inklużjoni mill-ġdid ta' Stat fil-Lista ta' Cape Town wara l-iżborż fir-rigward ta' inġenju tal-ajru ma jaffettwawx l-MPRs stabiliti dwar it-tali inġenji tal-ajru.

52. Fil-kuntest tal-proċess stabbilit fl-Artikolu minn 40 sa 50 ta' dan l-Appendiċi, il-Parteċipanti ma jiżvelaw l-ebda informazzjoni relatata mal-fehmiet jew il-pożizzjonijiet espressi.

53. Il-Parteċipanti jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-Artikoli minn 40 sa 52 ta' din l-Appendiċi u jirreveduha fl-ewwel nofs tal-2012, b'mod annwali wara dan jew bit-talba ta' xi Parteċipant.

54. Jistgħu jiġu applikati l-aġġustamenti li ġejjin għar-rati minimi applikabbli tal-primjum:

(a) Jista' jiġi applikat skont ta' ħames punti bażi (firxiet fis-sena) jew 0,29 % (bil-quddiem) għar-rati minimi u applikabbli tal-primjum għal tranżazzjonijiet appoġġati b'mod uffiċjali fl-għamla ta' kopertura kundizzjonali tal-assigurazzjoni.

(b) Jiġu applikati r-rati minimi tal-primjum fuq l-ammont ta' kapital kopert.

III.   TRANŻAZZJONIJIET MHUX ABBAŻI TA' ASSI

55. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19a) ta' dan l-Appendiċi, il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali għal tranżazzjonijiet mhux abbażi ta' assi, diment li tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) Fil-każ ta' tranżazzjonijiet mhux sovrani:

1. Il-valur massimu tal-kuntratt ta' esportazzjoni li jirċievi appoġġ uffiċjali huwa ta' USD 15-il miljun.

2. It-terminu massimu ta' ripagament ikun ta' 10 snin,

3. L-ebda parti terza ma għandha interess ta' garanzija fl-assi ffinanzjati, u

4. Tiġi applikata imposta miżjuda minima ta' 30 % mar-rati minimi tal-primjum stabbilita skont is-subTaqsima I iktar 'il fuq.

(b) Fil-każ ta' tranżazzjoni b'sovran jew abbażi ta' garanzija sovrana irrevokabbli u inkundizzjonali, mar-rati minimi tal-primjum stabbiliti skont is-subTaqsima I iktar 'il fuq għandha tiġi applikata imposta miżjuda minima, skont it-Tabella 6 ta' hawn taħt.



Tabella 6

Kategorija ta' Riskju

Imposta Żejda (%)

1

0

2

0

3

0

4

10

5

15

6

15

7

25

8

25

56. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli minn 35 sa 51 ta' din l-Appendiċi ma japplikawx għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali pprovduti skont l-Artikolu 55 ta' din l-Appendiċi.

TAQSIMA 3

Rati minimi tal-primjum għal prodotti u servizzi li mhumiex inġenji tal-ajru koperti mill-parti 3 ta' dan il-ftehim settorjali

57. Meta jiġi pprovdut appoġġ uffiċjali għall-prodotti u s-servizzi kollha li mhumiex inġenji tal-ajru użati koperti mill-Parti 3 ta' dan il-Ftehim Settorjali, ir-rati minimi tal-primjum jkunu kif ġej:

(a) Fil-każ ta' tranżazzjonijiet abbażi ta' assi, ir-rati minimi tal-primjum ikunu daqs il-firxiet minimi prevalenti stabbiliti skont is-subTaqsima I iktar 'il fuq u, fil-każ ta' sempliċi kopertura, ikkonvertiti għal tariffi bil-quddiem bl-użu tal-mudell ta' konverżjoni u t-terminu xieraq.

(b) Fil-każ ta' tranżazzjonijiet mhux abbażi ta' assi, ir-rati minimi tal-primjum ikunu daqs il-firxiet minimi prevalenti stabbiliti skont is-subTaqsima I li magħhom tiżdied imposta miżjuda ta' 30 %, u, fil-każ ta' sempliċi kopertura, ikkonvertiti f'tariffi bil-quddiem bl-użu tal-mudell ta' konverżjoni u t-terminu xieraq.

58. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli minn 35 sa 54 ta' din l-Appendiċi japplikaw għal appoġġ uffiċjali għall-prodotti u s-servizzi kollha li mhumiex inġenji tal-ajru użati koperti mill-Parti 3 ta' dan il-Ftehim Settorjali.




ANNESS 1

Dikjarazzjonijiet kwalifikattivi

1. Għall-fini tat-Taqsima 2 tal-Appendiċi II, it-terminu “dikjarazzjonijiet kwalifikattivi”, u r-referenzi kollha għalihom f'dan il-Ftehim Settorjali, ifisser li parti Kontraenti fil-Konvenzjoni ta' Cape Town (Parti Kontraenti):

(a) Għamlet id-dikjarazzjonijiet fl-Artikolu 2 ta' dan l-Anness, u

(b) Ma għamlitx id-dikjarazzjonijiet fl-Artikolu 3 ta' dan l-Anness.

2. Id-dikjarazzjonijiet għall-fini tal-Artikolu 1a) ta' dan l-Anness huma:

(a) L-insolvenza: L-insolvenza: Stat Parti jiddikjara li se japplika bis-sħiħ l-Alternattiva A skont l-Artikolu XI tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru għat-tipi kollha ta' proċedimenti ta' insolvenza u li l-perjodu ta' stennija għall-fini tal-Artikolu XI(3) ta' dik l-Alternattiva ma jkunx itwal minn 60 jum kalendarju.

(b) It-tneħħija tar-reġistrazzjoni Stat Parti jiddikjara li se japplika l-Artikolu XIII tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru.

(c) Għażla ta' liġi Stat Parti jiddikjara li se japplika l-Artikolu VIII tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru.

U tal-inqas waħda minn dawn li ġejjin (għad li huma mħeġġa t-tnejn li huma):

(d) Il-Metodu għat-Twettiq ta' Rimedji: Skont l-Artikolu 54(2) tal-Konvenzjoni, Stat Parti jiddikjara li kwalunkwe rimedji disponibbli għall-kreditur skont kwalunkwe dispożizzjoni tal-Konvenzjoni li mhumiex espressi skont id-dispożizzjonijiet rilevanti fiha biex jitolbu l-applikazzjoni quddiem qorti jistgħu jitwettqu mingħajr il-permess tal-qorti (l-inklużjoni ta' “mingħajr azzjoni tal-qorti u” għandha tiġi rakkomandata (iżda mhux meħtieġa) qabel il-kliem “permess tal-qorti”);

(e) Rimedji fil-Ħin: Stat Parti jiddikjara li se japplika l-Artikolu X tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru kollu kemm hu (għad li l-klawżola 5 tiegħu, li għandha tiġi mħeġġa, mhijiex meħtieġa) u li n-numru ta' jiem tax-xogħol li għandhom jintużaw għall-fini tal-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu X(2) tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru jkun fir-rigward ta':

1. Ir-rimedji speċifikati fl-Artikoli 13(1)(a), (b) u (c) tal-Konvenzjoni (preservazzjoni tal-oġġetti tal-inġenji tal-ajru u l-valur tagħhom; pussess, kontroll jew kustodja tal-oġġetti tal-inġenji tal-ajru; u immobilizzazzjoni tal-oġġetti tal-inġenji tal-ajru), mhux iktar minn dak daqs għaxart ijiem kalendarji, u

2. Ir-rimedji speċifikati fl-Artikoli 13(1)(d) u (e) tal-Konvenzjoni (kiri jew ġestjoni tal-oġġetti tal-inġenji tal-ajru u d-dħul minnhom u l-bejgħ u l-applikazzjoni tal-proċeduri mit-tagħmir tal-inġenji tal-ajru), mhux iktar minn dak daqs 30 jum kalendarju.

3. Id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(b) ta' dan l-Anness huma dawn li ġejjin:

(a) Miżuri Sakemm Issir id-Determinazzjoni Finali Stat Parti ma jkunx għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 55 tal-Konvenzjoni li biha jidħol f'esklużjoni fakultattiva mill-Artikolu 13 jew l-Artikolu 43 tal-Konvenzjoni; sakemm, madanakollu, li jekk l-Istat Parti għamel id-dikjarazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2d) ta' dan l-Anness, l-għemil ta' dikjarazzjoni skont l-Artikolu 55 tal-Konvenzjoni ma jipprevjenix l-applikazzjoni tal-iskont tal-Konvenzjoni ta' Cape Town.

(b) Il-Konvenzjoni ta' Ruma: Stat Parti ma jkunx għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu XXXII tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru li biha jidħol f'esklużjoni fakultattiva mill-Artikolu XXIV tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru; kif ukoll

(c) Rimedju b'Kirja: Stat Parti ma jkunx għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 54(1) tal-Konvenzjoni li tipprevjeni l-kirja bħala rimedju.

4. Rigward l-Artikolu XI tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru, għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, id-dikjarazzjoni kwalifikattiva stipulata fl-Artikolu 2a) ta' dan l-Anness titqies li saret minn Stat Membru, għall-fini ta' dan, jekk il-liġi nazzjonali tat-tali Stat Membru ġiet emendata sabiex tirrifletti t-termini tal-Alternattiva A skont l-Artikolu XI tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru (b'perjodu massimu ta' stennija ta' 60 jum kalendarju). Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet kwalifikattivi stabbiliti fl-Artikoli 2(c) u (e) ta' dan l-Anness, dawn jitqiesu ssodisfati, għall-iskop ta' dan il-Ftehim Settorjali, jekk il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri rilevanti huma sostanzjalment simili għal dawk stabbiliti fit-tali Artikoli ta' dan l-Anness. Fil-każ tal-Artikolu 2(c) ta' dan l-Anness, il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolament tal-KE 593/2008 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligazzjonijiet Kuntrattwali) huma miftehma sabiex ikunu sostanzjalment simili għall-Artikolu VIII tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru.




ANNESS 2

Il-kwestonarju dwar il-konvenzjoni ta' cape town

I.   INFORMAZZJONI PRELIMINARI

Agħti l-informazzjoni li ġejja:

1. L-isem u l-indirizz sħiħ tad-ditta legali li timla l-kwestonarju.

2. L-esperjenza rilevanti tad-ditta legali, li tista' tinkludi esperjenza fil-proċessi leġiżlattivi u kostituzzjonali hekk kif inhuma relatati mal-implimentazzjoni ta' trattati internazzjonali fl-Istat, u l-esperjenza speċifika fi kwistjonijiet marbutin mas-CTC inkluża kwalunkwe esperjenza jew fl-għoti ta' pariri lil gvern dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Konvenzjoni ta' Cape Town jew lis-settur privat, jew inkella fl-infurzar tad-drittijiet ta' kreditur fl-Istat propost li jiżdied mal-Lista ta' Cape Town;

3. Kemm jekk id-ditta legali hija involuta jew beħsiebha tkun involuta fi kwalunkwe tranżazzjonijiet li jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis fir-rati minimi tal-primjum jekk l-Istat propost jiżdied mal-lista tas-CTC ( 24 );

4. Id-data li fiha tlesta dan il-kwestonarju.

II.   MISTOQSIJIET

1.    Dikjarazzjonijiet kwalifikattivi

1.1. L-Istat ( 25 ) għamel kull waħda mid-dikjarazzjonijiet kwalifikattivi skont ir-rekwiżiti tal-Anness 1 għall-Appendiċi II tal-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għal Inġenji tal-Ajru Ċivili (“ASU”) (“Dikjarazzjoni Kwalifikattiva” kull waħda)? B'mod partikolari, dwar id-dikjarazzjonijiet li jikkonċernaw il-“Metodu għat-Twettiq ta' Rimedji” [l-Artikolu 2(d)] u “Rimedji fil-Ħin” [l-Artikolu 2(e)], speċifika jew sarx wieħed minn dawn jew sarux it-tnejn li huma.

1.2. Iddeskrivi l-mod li bih jistgħu jvarjaw id-dikjarazzjonijiet, jekk ivarjaw, mir-rekwiżiti msemmija fil-Mistoqsija 1.1.

1.3. Ikkonferma li l-Istat ma għamel l-ebda waħda mid-dikjarazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 3 tal-Anness 1 għall-Appendiċi II tal-ASU.

2.    Ratifika

1.1. L-Istat irratifika, aċċetta, approva jew aċċeda għall-Konvenzjoni ta' Cape Town u l-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru (“Il-Konvenzjoni”)? Yista' tiddikjara d-data tar-ratifika/l-adeżjoni u tiddeskrivi fil-qosor il-proċess ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni jew ir-ratifika tagħha tal-Istat?

1.2. Il-Konvenzjoni u d-Dikjarazzjonijiet Kwalifikattivi (“QD”) għandhom is-setgħa legali fit-territorju sħiħ tal-Istat mingħajr att ulterjuri, leġiżlazzjoni implimentattiva jew id-dħul fis-seħħ ta' kwalunkwe liġi jew regolament ulterjuri?

1.3. Jekk dan huwa l-każ, spjega fil-qosor il-proċess li jagħti s-setgħa legali lill-Konvenzjoni u l-QDs.

3.    L-effett tal-liġi nazzjonali u lokali

1.1. Iddeskrivi u elenka, jekk applikabbli, il-leġiżlazzjoni u r-regolament(i) implimentattivi fir-rigward tal-Konvenzjoni u kull QD li saret mill-Istat.

1.2. Il-Konvenzjoni u l-QDs li saru, kif tradotti f'liġi nazzjonali ( 26 ) (“Il-Konvenzjoni u l-QDs”), jirbħu jew għandhom prijorità fuq kwalunkwe liġi nazzjonali, regolament, ordni, preċedent ġudizzjarju jew prattika regolatorja f'kunflitt. Jekk iva, iddeskrivi l-proċess li bih dan iseħħ, ( 27 ) u jekk le, agħti dettalji.

1.3. Hemm xi diskrepanzi eżistenti fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u l-QDs? Jekk iva, iddeskrivi ( 28 ).

4.    Deċiżjonijiet tal-qrati u amministrattivi

1.1. Iddeskrivi kwalunkwe kwistjonijiet, inklużi prattika ġudizzjarja, regolatorja jew amministrattiva li tista' tkun mistennija tirriżulta fil-qrati, l-awtoritajiet jew il-korpi amministrattivi li jonqsu milli jagħtu setgħa sħiħa u effett lill-Konvenzjoni u l-QDs ( 29 ) ( 30 )

1.2. Sa fejn taf int, ittieħdet xi azzjoni ta' infurzar ġudizzjarja jew amministrattiva minn kreditur skont il-Konvenzjoni? Jekk iva, iddeskrivi l-azzjoni u indika jekk irnexxietx.

1.3. Sa fejn taf int, sa mir-ratifika/implimentazzjoni, il-qrati f'dak l-Istat ċaħdu f'xi mument milli jinfurzaw l-obbligi tal-għoti b'self ta' debitur jew garanti fl-Istat b'mod kuntrarju għall-Konvenzjoni u l-QDs?

1.4. Sa fejn taf int, hemm xi kwistjonijiet oħrajn li jistgħu jħallu impatt fuq jekk il-qrati u l-korpi amministrattivi għandhomx ikunu mistennija jaġixxu b'mod konsistenti mal-Konvenzjoni u l-QDs? Jekk iva, speċifika.




Appendiċi III

Rati minimi tal-imgħax

Il-provvista ta' appoġġ uffiċjali b'finanzjament ma tpaċix jew tikkompensa, b'mod parzjali jew b'mod sħiħ, ir-rata xierqa tal-primjum li għandha tintalab għar-riskju ta' nuqqas ta' ripagament skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi II.

1.   RATA TAL-IMGĦAX MINIMA U FLESSIBBLI

(a) Ir-rata tal-imgħax minima u flessibbli tkun, kif xieraq, il-EURIBOR, ir-Rata ta' Swap tal-Polza tal-Bank, jiġifieri BBSY, jew ir-Rata Offruta tal-Inter-Bank ta' Londra, jiġifieri l-LIBOR, kif ikkumpilata mill-Assoċjazzjoni ta' Bankiera tal-Ingilterra (BBA) bil-munita u l-maturità li jikkorrispondu għall-frekwenza tal-pagament tal-imgħax ta' kreditu għall-esportazzjoni appoġġat b'mod uffiċjali, jew ir-Rata Offruta tan-Negozjant Kanadiż, li miegħu jiżdied marġni normattiv ikkalkolat skont l-Artikolu 8 ta' din l-Appendiċi.

(b) Il-mekkaniżmu ta' tfassil tar-rata tal-imgħax flessibbli tvarja skont il-profil ta' ripagament magħżul, kif ġej:

1. Meta r-ripagament ta' kapital u l-pagament tal-imgħax isiru f'daqqa fi ħlasijiet parzjali indaqs, il-EURIBOR/BBSY/LIBOR/CDOR rilevanti effettivi jumejn tax-xogħol qabel id-data ta' prelevament tas-self, skont il-munita rilevanti u l-frekwenza tal-pagament, jintużaw biex tiġi kkalkolata l-iskeda sħiħa tal-pagament, daqs li kieku kienet rata fissa. Imbagħad, l-iskeda ta' pagament tal-kapital tiġi stabbilita kif ukoll l-ewwel pagament tal-imgħax. It-tieni pagament tal-imgħax, u l-bqija, jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-EURIBOR/BBSY/LIBOR/CDOR rilevanti effettivi ta' jumejn tax-xogħol qabel id-data ta' pagament ta' qabel fuq il-bilanċ pendenti tal-kapital stabbilit fil-bidu.

2. Meta r-ripagament tal-kapital isir fi ħlasijiet parzjali indaqs, il-EURIBOR/BBSY/LIBOR/CDOR rilevanti, skont il-munita rilevanti u l-frekwenza tal-pagament, effettivi jumejn tax-xogħol qabel id-data ta' prelevament tas-self u qabel kull data tal-pagament, jintużaw biex jiġi kkalkolat il-pagament tal-imgħax ta' wara fuq il-bilanċ pendenti tal-kapital.

(c) Meta jingħata appoġġ uffiċjali b'finanzjament għal self b'rati varjanti, ix-xerrejja/il-mutwatarji jista' jkollhom l-għażla li jeqilbu minn rata varjanti għal rata fissa diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1. L-għażla hija limitata għall-qlib għar-rata ta' swap biss;

2. L-għażla ta' qlib tiġi eżerċitata biss fuq talba, u darba biss, u tiġi rrapportata kif xieraq b'referenza għall-formola ta' rapportar mibgħuta fil-bidu lis-Segretarjat skont l-Artikolu 24 ta' dan il-Ftehim.

2.   IR-RATI TAL-IMGĦAX FISSI U MINIMI

Ir-rata tal-imgħax fissa u minima tkun jew:

(a) Ir-rata ta' swap, dwar il-munita rilevanti tal-kreditu għall-esportazzjoni appoġġat b'mod uffiċjali u b'maturità daqs ir-rata interpolata għall-eqreb żewġ perjodi annwali li huma disponibbli għall-ħajja medja peżata tas-self. Ir-rata tal-imgħax tiġi stabbilita għal jumejn tax-xogħol qabel kull data ta' prelevament.

JEW

(b) Ir-Rata ta' Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (CIRR) stabbilita skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli minn 3 sa 7 ta' din l-Appendiċi,

li, fiż-żewġ każijiet, il-marġni normattiv, ikkalkolat skont l-Artikolu 8(f) ta' dan l-Appendiċi, ikun miżjud.

3.   IL-KOSTRUZZJONI TAS-CIRR

(a) Is-CIRR hija stabbilita għal kwalunkwe waħda mill-muniti eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim Settorjali u hija kkalkolata billi jiżdied marġni fiss ta' 120 punt bażi ma' wieħed mit-tliet rendimenti li ġejjin (ir-rati bażi):

1. Ir-rendimenti tal-bonds tal-gvern fuq ħames snin għal terminu ta' ripagament li jasal sa u jinkludi d-disa' sena,

2. Ir-rendimenti tal-bonds tal-gvern fuq seba' snin għal iktar minn disa' u li jasal sa u jinkludi t-12-il sena, jew

3. Ir-rendimenti tal-bonds tal-gvern fuq disa' snin għal iktar minn 12-il sena u sa u jinkludi l-15-il sena.

(b) Is-CIRR tiġi kkalkolata darba fix-xahar bl-użu ta' dejta mix-xahar ta' qabel u tiġi nnotifikata lis-Segretarjat, mhux iktar minn ħamest ijiem wara li jintemm kull xahar. Imbagħad, is-Segretarjat jgħarraf minnufih lill-Parteċipanti kollha dwar ir-rati applikabbli u jqegħdhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Is-CIRR tidħol fis-seħħ fil-15-il jum ta' kull xahar.

(c) Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant jista' jitlob li tiġi stabbilita CIRR għall-munita ta' min mhuwiex Parteċipant. F'konsultazzjoni ma' min mhuwiex Parteċipant, Parteċipant jew is-Segretarjat f'isem dak li mhuwiex Parteċipant jista' jagħmel proposta għall-kostruzzjoni tas-CIRR f'dik il-munita billi jintużaw proċeduri tal-Linja Komuni stabbiliti fl-Artikoli minn 28 sa 33 ta' dan il-Ftehim Settorjali.

4.   IL-PERJODU TA' VALIDITÀ TAS-CIRR

(a) Iż-żamma tas-CIRR: is-CIRR li tapplika għal tranżazzjoni ma tinżammx għal perjodu itwal minn sitt xhur mill-għażla tagħha (data tal-kuntratt ta' esportazzjoni jew kwalunkwe data ta' applikazzjoni warajha) għad-data tal-qbil dwar il-kreditu. Jekk il-ftehim dwar il-kreditu ma jiġix iffirmat fi żmien dak il-limitu, u s-CIRR titfassal mill-ġdid għal sitt xhur oħrajn, is-CIRR il-ġdida tiġi impenjata bir-rata prevalenti fid-data tat-tfassil mill-ġdid.

(b) Wara d-data ta' qbil dwar il-kreditu, is-CIRR tiġi applikata għall-perjodi ta' prelevament li ma jaqbżux is-sitt xhur. Wara l-ewwel perjodu ta' prelevament ta' sitt xhur, is-CIRR tiġi mfassla mill-ġdid għas-sitt xhur li jmiss; is-CIRR il-ġdida tkun dik prevalenti fl-ewwel jum tal-perjodu l-ġdid ta' sitt xhur u ma tistax tkun inqas mis-CIRR magħżula oriġinarjament (proċedura li għandha tiġi ripetuta għal kull perjodu sussegwenti ta' sitt xhur ta' prelevamenti).

5.   L-APPLIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

Fid-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar il-kreditu, il-mutwatarju ma jingħatax għażla biex jeqleb minn finanzjament b'rata varjanti appoġġata b'mod uffiċjali għal finanzjament b'CIRR magħżula minn qabel, u lanqas ma jitħalla jaqleb bejn CIRR magħżula minn qabel u r-rata tas-suq fit-terminu qasir ikkwotata fuq kwalunkwe data ta' pagament tal-imgħax matul il-ħajja tas-self.

6.   RIPAGAMENT ANTIĊIPAT TA' SELF B'RATA TAL-IMGĦAX FISSA

Fil-każ ta' ripagament volontarju, ripagament kmieni ta' self b'rata ta' interess fissa kif determinata skont l-Artikolu 2 ta' din l-Appendiċi, jew kwalunkwe sehem minnu jew meta s-CIRR applikata skont il-ftehim dwar il-kreditu tiġi mmodifikata f'rata varjanti jew ta' swap, il-mutwatarju jikkumpensa lill-istituzzjoni li tipprovdi appoġġ b'finanzjament uffiċjali għall-ispejjeż u t-telf kollha mġarrba minħabba t-tali azzjonijiet, inklużi l-ispejjeż għall-istituzzjoni tal-gvern ta' sostituzzjoni tal-influss ta' fluss kontanti b'rata fissa interrotta mir-ripagament kmieni.

7.   IL-BIDLIET IMMEDJATI FIR-RATI TAL-IMGĦAX

Meta l-iżviluppi tas-suq jeħtieġu l-avviż ta' emenda f'CIRR matul xahar, ir-rata emendata tiġi implimentata għaxart ijiem tax-xogħol wara li s-Segretarjat ikun irċieva l-avviż ta' din l-emenda.

8.   MARĠNI NORMATTIV

(a) Marġni normattiv LIBOR fuq tliet xhur jiġi kkalkolat fix-xahar skont il-paragrafu (b), billi tintuża dejta nnotifikata lis-Segretarjat skont il-paragrafu (c), u jidħol fis-seħħ fil-15-il jum ta' kull xahar. Ladarba jiġi kkalkolat, il-marġni normattiv jiġi nnotifikat mis-Segretarjat lill-Parteċipanti u jitqiegħed għad-dispożizzjoni b'mod pubbliku.

(b) Ladarba kkalkulat, il-Marġni normattiv LIBOR fuq tliet xhur se jkun rata ekwivalenti għall-medja tal-inqas 50 % tal-marġnijiet fuq: (i) LIBOR ta' tliet xhur li għandu jiġi ddebitat għal tranżazzjonijiet ta' rata varjabbli u (ii) LIBOR ta' tliet xhur kif interpolat bil-bidla ta' ħruġ ta' rata fissa għal rata varjabbli ekwivalenti mitlub għal tranżazzjonijiet b'rata fissa jew ħruġ ta' suq tal-kapital. F'kull każ, il-marġnijiet inklużi fir-rapporti ta' punt ta' riferiment ippreżentati minn parteċipanti rilevanti jkunu dawk minn tliet xhur kalendarji sħaħ ta' qabel id-data effettiva stabbilita fil-paragrafu (a) iktar 'il fuq. Tranżazzjonijiet/ħruġ li jintużaw fil-kalkolu tal-marġni ta' referenza jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1. Tranżazzjonijiet b'garanzija inkundizzjonali 100 % denominati f'dollari Amerikani; kif ukoll

2. Appoġġ uffiċjali pprovdut fir-rigward ta' inġenji tal-ajru vvalutati għal USD 35 miljun jew iktar (jew l-ekwivalenti ta' dan l-ammont fi kwalunkwe munita eliġibbli oħra).

(c) Il-parteċipanti jirrappurtaw marġni fiż-żmien li jsir magħruf u dak il-marġini ser jibqa' fuq ir-rapport tal-punt referenzjarju tal-Parteċipant għal tliet xhur kalendarji sħaħ. Fil-każ ta' tranżazzjonijiet individwali ma' diversi avvenimenti tal-ipprezzar, ma jkun hemm l-ebda tentattiv biex jitqabblu avvenimenti ta' prezzijiet sussegwenti għal avviżi ex post.

(d) Il-Parteċipanti jinnotifikaw it-tranżazzjonijiet mid-data li fiha ssir marġni fit-tul. Għal ftehimiet b'mandat ta' bank (inkluż PEFCO), id-data fejn se jseħħ il-marġini għandu jkun l-eqreb minn dawn li ġejjin: (i) il-ħruġ ta' impenn finali mill-Parteċipant, (ii) it-twaqqif tal-impenn ta' wara l-marġini, (iii) il-prelevament tas-self, u (iv) it-twaqqif tal-marġini fuq żmien twil ta' wara l-prelevament tas-self. F'każ li jseħħu bosta prelevamenti skont l-istess mandat tal-bank bl-istess marġni, l-avviż isir biss fir-rigward tal-ewwel inġenju tal-ajru. Għal self iffinanzjat permezz ta' ħruġ mis-suq kapitali, id-data li fiha l-marġni jiġi realizzat tkun id-data li fiha tiġi stabbilita rata għal terminu twil li huwa tipikament data tal-ħruġ tal-bond. F'każ li jseħħu bosta prelevamenti skont l-istess bond u bl-istess marġni, l-avviż isir biss fir-rigward tal-ewwel inġenju tal-ajru.

(e) Il-punt referenzjarju tal-marġni LIBOR ta' tliet xhur ikun applikabbli għal tranżazzjoni ta' rata varjabbli u jkun stabbilit għal impenn finali.

(f) Għal tranżazzjoni ta' rata fissa, il-marġni normattiv applikabbli għat-tranżazzjoni jiġi determinat billi jbiddlu l-punt referenzjarju tal-marġni LIBOR ta' tliet xhur f'ekwivalenti mifruxa fuq rata fissa applikabbli, kif determinat fl-Artikolu 2 ta' din l-Appendiċi, dwar id-data tal-impenn finali u jiġi stabbilit sa minn dik id-data.

(g) Il-Parteċipanti jissorveljaw il-punt referenzjarju tal-marġni u jirrevedu l-mekkaniżmu tal-marġni normattiv bit-talba ta' xi Parteċipant.




Appendiċi IV

Formola ta' rapportar

(a)    Informazzjoni Bażika

1. Il-pajjiż li qed jinnotifika

2. Data tal-avviż

3. Isem l-awtorità/aġenzija li qed tinnotifika

4. Numru ta' identifikazzjoni

(b)    L-informazzjoni dwar ix-Xerrej/il-Mutwatarju/il-Garanti

5. L-isem u l-pajjiż tax-xerrej

6. L-isem u l-pajjiż tal-mutwatarju

7. L-isem u l-pajjiż tal-garanti

8. L-istatus tax-xerrej/il-mutwatarju/il-garanti, pereż. sovran, bank privat, privati oħra

9. Klassifikazzjoni tar-riskji tax-xerrej/il-mutwatarju/il-garanti

(c)    Termini u Kundizzjonijiet Finanzjarji

10. F'liema forma jingħata l-appoġġ uffiċjali, pereż. sempliċi kopertura, appoġġ uffiċjali b'finanzjament

11. Jekk jiġi pprovdut appoġġ uffiċjali b'finanzjament, huwa appoġġ bi kreditu dirett/rifinanzjament/rata tal-imgħax

12. Deskrizzjoni tat-tranżazzjoni appoġġata, inkluż il-manifattur, il-mudell tal-inġenju tal-ajru u n-numru tal-inġenju tal-ajru; indikazzjoni dwar jekk it-tranżazzjoni taqax taħt l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Artikolu 39a) jew b) ta' dan il-Ftehim.

13. Id-data tal-impenn finali

14. Il-munita tal-kreditu

15. L-ammont tal-kreditu, skont l-iskala li ġejja f'miljuni ta' USD:



Kategorija

Ammont ta' Kreditu

I

0-200

II

200-400

III

400-600

IV

600-900

V

900-1 200

VI

1 200 -1 500

VII

1 500 -2 000  (1)

(1)   Indika n-numru ta' multipli ta' USD 300 miljun ikbar minn USD 2 000 miljun.

16. Perċentwal ta' appoġġ uffiċjali

17. Terminu ta' ripagament

18. Il-profil u frekwenza ta' ripagament — inkluża, meta xierqa, l-ħajja medja peżata

19. It-tul ta' żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ripagament tal-kapital

20. Ir-rati ta' imgħax:

 Ir-rata minima tal-imgħax applikata

 Il-marġni normattiv applikat

21. Il-primjum totali mitlub permezz ta':

 Tariffi bil-quddiem (f'perċentwal tal-ammont ta' kreditu) jew

 Firxiet (punti bażi per annum fuq ir-rata tal-imgħax applikata)

 Kif xieraq, indika b'mod separat l-imposta miżjuda ta' 15 % applikata skont l-Appendiċi II tal-Artikolu 20(b).

22. Fil-każ ta' kreditu/finanzjament dirett, it-tariffi mitluba permezz ta':

 Tariffa ta' arranġament/strutturazzjoni

 Tariffa ta' impenn/żamma tal-primjum

 Tariffa ta' amministrazzjoni

23. It-tariffa ta' żamma tal-primjum

24. Fil-każ ta' sempliċi kopertura, it-tariffi ta' żamma tal-primjum

25. It-termini ta' strutturazzjoni tat-tranżazzjoni: mitiganti tar-riskji/imposta miżjuda tal-primjum applikata

26. Kif xieraq, indikazzjoni tal-impatt tal-Konvenzjoni ta' Cape Town fuq ir-rata tal-primjum applikata




Appendiċi V

Lista tad-definizzjonijiet

L-Ispiża Kumplessiva Ta' Ekwivalenza : il-valur preżenti nett tar-rati tal-primjum, l-ispejjeż tar-rati tal-imgħax u t-tariffi mitluba għal kreditu dirett bħala perċenwal tal-ammont ta' kreditu dirett huwa daqs il-valur preżenti nett tas-somma tar-rati tal-primjum, l-ispejjeż tar-rati tal-imgħax u t-tariffi mitlubin għas-sempliċi kopertura bħala perċentwal tal-ammont tal-kreditu għas-sempliċi kopertura.

Titoli Ggarantiti b'Assi : tranżazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbilliti f'19(a) tal-Appendiċi II.

Xerrej/Mutwatarju : jinkludi (iżda mhuwiex limitat għal) entitajiet kummerċjali bħal linji tal-ajru u lokaturi, kif ukoll entitajiet sovrani (jew jekk entità differenti, is-sors primarju ta' ripagament tat-tranżazzjoni).

Apparat Mgħammar mix-Xerrej : apparat mgħammar mix-xerrej u inkorporat fl-inġenju tal-ajru matul il-proċess ta' manifattura/restawrazzjoni, mal-konsenja jew qabel, kif muri mill-Att tal-Bejgħ mill-manifattur.

Il-Konvenzjoni ta' Cape Town : tirreferi għall-Konvenzjoni ta' Cape Town dwar l-Interessi Internazzjonali fl-Apparat Mobbli u l-Protokoll fih dwar Kwistjonijiet speċifiċi għall-Apparat tal-Inġenji tal-Ajru.

Impenn : kwalunkwe dikjarazzjoni, f'liema forma tkun, fejn tiġi kkomunikata lill-pajjiż riċeventi, lix-xerrej, lil dak li qed jissellef, lill-esportatur jew lill-istituzzjoni finanzjarja r-rieda tajba jew l-intenzjoni li jkun provdut appoġġ uffiċjali.

Linja Komuni : ftehim bejn il-Parteċipanti sabiex jiftiehmu, għal tranżazzjoni partikolari jew f'ċirkostanzi speċjali, dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji speċifiċi għal appoġġ uffiċjali. linja komuni bħal din tirbaħ fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Ftehim Settorjali biss għat-tranżazzjoni jew fiċ-ċirkustanzi speċifikati fil-linja komuni.

Kopertura Kundizzjonali tal-Assigurazzjoni : appoġġ uffiċjali li fil-każ ta' inadempjenza fuq pagament għal riskji ddefiniti jipprovdi indemnifikazzjoni lill-benefiċjarju wara perjodu ta' stennija speċifikat; matul il-perjodu ta' stennija, il-benefiċjarju ma għandux id-dritt għal pagament mill-Parteċipant. Il-pagament skont kopertura kundizzjonali tal-assigurazzjoni huwa soġġett għall-validità u l-eċċezzjonijiet tad-dokumentazzjoni sottostanti u tat-tranżazzjoni sottostanti.

Konverżjoni : Tibdila maġġuri fid-disinn tat-tip ta' inġenju tal-ajru permezz ta' konverżjoni f'tip differenti ta' inġenji tal-ajru (inkluż il-konverżjoni ta' inġenju tal-ajru tal-passiġġieri f'ajruplan li jitfi n-nar, inġenju tal-ajru għall-merkanzija, inġenji tal-ajru għat-tiftix u s-salvataġġ, inġenji tal-ajru ta' sorveljanza, jew business jet), soġġett għal ċertifikazzjoni minn Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Responsabbli.

Il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż : il-klassifikazzjoni prevalenti tar-riskju tal-pajjiż tal-Parteċipanti fl-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġati b'mod Uffiċjali kif ippubblikata fuq il-websajt tal-OECD.

Aġenziji ta' Klassifikazzjoni tal-Kreditu : waħda mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu b'reputazzjoni internazzjonali jew kwalunkwe aġenzija oħra ta' klassifikazzjoni li hija aċċettabbli għall-Parteċipanti.

Kits tal-Magna : sett ta' komponenti introdotti biex jitjiebu l-affidabilità, id-durabilità u/jew fil-kisba ta' prestazzjoni fuq il-ġwienaħ permezz tal-introduzzjoni ta' teknoloġija.

Kreditu fuq l-Esportazzjoni : assigurazzjoni, garanzija jew arranġament ta' finanzjament li jippermetti lil xerrej barrani ta' prodotti u/jew servizzi esportati sabiex jipposponi pagament fuq perjodu ta' żmien; kreditu tal-esportazzjoni jista' jieħu l-forma ta' kreditu tal-fornitur estiż mill-esportatur, jew ta' kreditu tax-xerrej, fejn il-bank tal-esportatur jew istituzzjoni finanzjarja oħra tislef lix-xerrej (jew il-bank tiegħu).

Impenn Finali : impenn finali jeżisti meta l-Parteċipant jieħu impenn sabiex jippreċiża u jtemm termini u kundizzjonijiet finanzjarji, jew permezz ta' ftehim reċiproku jew permezz ta' att unilaterali.

Kuntratt ta' Ditta : ftehim bejn il-manifattur u l-persuna li tieħu l-konsenja tal-inġenju tal-ajru jew magni bħala xerrej, jew, b'rabta ma' arranġament ta' bejgħ u kiri b'lura, bħala lokatarju f'kirja b'terminu ta' minimu ta' ħames snin, li jistabbilixxi impenn vinkolanti (esklużi dawk marbutin ma' għażliet li f'dak iż-żmien ma kinux eżerċitati), fejn in-nuqqas ta' prestazzjoni jinvolvi obbligazzjoni legali.

Parteċipant Interessat : Parteċipant li (i) jipprovdi appoġġ uffiċjali għal qafas tal-inġenji tal-ajru jew magni tal-inġenji tal-ajru mmanifatturati b'mod sħiħ jew parzjali fit-territorju tiegħu, (ii) għandu interess kummerċjali sostanzjali eżistenti jew għandu esperjenza max-xerrej/mutwatarju kkonċernat, jew (iii) intalab minn manifattur/esportatur biex jipprovdu appoġġ uffiċjali lix-xerrej/mutwatarju inkwistjoni.

Appoġġ għar-Rata tal-Imgħax : jista' jieħu l-forma ta' arranġament bejn, min-naħa, gvern, jew istituzzjoni li taġixxi għal jew f'isem gvern u, min-naħa l-oħra, banek jew istituzzjonijiet finanzjari oħrajn, u li jippermetti l-forniment ta' finanzjament ta' esportazzjonijiet b'rata fissa bir-rata tal-imgħax rilevanti, fissa u minima jew ogħla minnha.

Modifika/Restawrazzjoni Qawwija : operazzjonijiet ta' konfigurazzjoni mill-ġdid jew aġġornament ta' inġenju tal-ajru għall-passiġġieri jew merkanzija.

Prezz Nett : il-prezz għal oġġett fatturat mill-manifattur jew fornitur tiegħu, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-iskonti kollha tal-prezz u redditi oħrajn fi flus, filwaqt li jitnaqqsu l-krediti jew konċessjonijiet kollha l-oħrajn ta' kwalunkwe tip relatati miegħu jew kemxejn allokabbli għalih, kif stipulat f'rappreżentazzjoni vinkolanti minn kull wieħed mill-manifatturi tal-inġenji tal-ajru u tal-magni — ir-rappreżentazzjoni tal-manifattur tal-magni hija meħtieġa biss meta tkun rilevanti skont l-għamla tal-ftehim ta' xiri — jew fornitur tas-servizz, skont kif ikun il-każ, u appoġġata minn dokumentazzjoni meħtieġa mill-fornitur ta' appoġġ uffiċjali biex jiġi kkonfermat dak il-prezz nett. Id-dazji u t-taxxi tal-importazzjoni kollha (pereż. VAT) mhumiex inklużi fil-prezz nett.

Inġenji tal-Ajru Ġodda : ara l-Artikolu 8(a) ta' dan il-Ftehim Settorjali.

Mhux Abbażi ta' Assi : tranżazzjoni li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-19(a) tal-Appendiċi II.

Tranżazzjoni Mhux Sovrana : tranżazzjoni li ma tissodisfax id-deskrizzjoni stabbilita fl-Artikolu 49(b) tal-Appendiċi II.

It-Tariffa ta' Żamma tal-Primjum : soġġett għall-Artikolu 35(b) tal-Appendiċi II, perjodu li matulu rata tal-primjum offruta għal tranżazzjoni qed tiġi miżmuma; li ma għandux jaqbeż it-18-il xahar mid-data tal-Impenn Finali.

Il-Mudell ta' Konverżjoni tar-Rata tal-Primjum : mudell miftiehem mill-Parteċipanti u mqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom, li għandu jintuża għall-fini ta' dan il-Ftehim Settorjali biex it-tariffi tal-primjum bil-quddiem jiġu kkonvertiti f'firxiet u viċi versa, li fih ir-rata tal-imgħax u r-rata tal-iskont użati jkunu 4,6 %; din ir-rata tiġi riveduta b'mod regolari mill-Parteċipanti. din ir-rata tiġi riveduta b'mod regolari mill-Parteċipanti.

Avviż Minn Qabel : avviż li jsir tal-inqas għaxart ijiem kelendarji qabel ma jinħareġ kwalunkwe impenn, billi tintuża l-formola ta' rapportar stipulata fl-Anness IV.

Sempliċi Kopertura : Appoġġ uffiċjali provdut minn jew f'isem gvern bħala garanzija jew assigurazzjoni għall-kreditu tal-esportazzjoni biss, jiġifieri li ma jibbenefikax minn appoġġ uffiċjali għall-finanzjament.

It-Terminu tar-Ripagament : il-perjodu li jibda fil-Punt tal-Bidu ta' Kreditu u jintemm fid-data kuntrattwali tar-ripagament finali tal-kapital.

Tranżazzjoni Sovrana : tranżazzjoni li tissodisfa d-deskrizzjoni stabbilita fl-Artikolu 55(b) tal-Appendiċi II.

Il-Punt tal-Bidu tal-Kreditu : għall-bejgħ ta' inġenji tal-ajru inklużi ħelikopters, magni ta' riżerva u komponenti, mhux iktar tard mid-data propja meta x-xerrej jieħu l-pussess fiżiku tal-prodotti, jew id-data peżata medja meta x-xerrej jieħu pussess fiżiku tal-prodotti. Għas-servizzi, il-punt tal-bidu tal-kreditu l-aktar tard huwa d-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijenti jew l-aċċettazzjoni ta' servizz mill-klijent.

Rata Swap : rata fissa daqs ir-rata semiannwali għal dejn b'rata varjanti ta' swap għal dejn b'rata fissa (naħa tal-Offerta), imqiegħda fuq kwalunkwe fornitur indipendenti tal-indiċi tas-suq, bħal Telerate, Bloomberg, Reuters, jew l-ekwivalenti għaliha, fil-11:00 am, ħin ta' New York, jumejn tax-xogħol qabel id-data ta' prelevament tas-self.

Prezz Medju Peżat : iż-żmien li hemm bżonn biex ikun irtirat nofs il-kapital ta' kreditu. Dan jiġi kkalkulat bħala s-somma taż-żmien (fi snin) bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u kull ripagament tal-kapital b'piż differenzjat skont il-porzjon tal-kapital li jitħallas lura f'kull data ta' pagament.




ANNESS IV

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦAL ENERĠIJA RINNOVABBLI, IL-MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA U PROĠETTI TAL-ILMA

L-iskop ta' dan il-Ftehim Settorjali huwa li jipprovdi termini u kundizzjonijiet finanzjarji adegwati għal proġetti f'setturi partikolari identifkati, inklużi f'inizjattivi internazzjonali li jikkontribwixxu b'mod notevoli għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluża l-enerġija rinnovabbli, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass serra (GHG) u proġetti b'effiċjenza enerġetika għolja, l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif ukoll proġetti tal-ilma. Il-Parteċipanti f'dan il-Ftehim Settorjali jaqblu li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-Ftehim Settorjali, li jikkomplimenta l-Arranġament, jiġu implimentati b'tali mod li huwa konsistenti mal-Iskop tal-Arranġament.

KAPITOLU I

L-ambitu tal-ftehim settorjali

1.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETTI F'SETTURI TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI ELIĠIBBLI GĦALL-APPENDIĊI I

(a) Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali għal kuntratti fis-setturi eliġibbli elenkati fl-Appendiċi I ta' dan il-Ftehim Settorjali għal:

1. L-esportazzjoni ta' impjanti sħaħ tal-enerġija rinnovabbli jew partijiet minnhom, li jinvolvu l-komponenti, l-apparat, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ ta' persunal) meħtieġa b'mod dirett għall-bini u l-attivazzjoni tat-tali impjanti.

2. L-immodernizzar ta' impjanti eżistenti tal-enerġija rinnovabbli f'każijiet fejn il-ħajja ekonomika tal-impjant aktarx li tiġi estiża b'tal-inqas il-perjodu ta' ripagament li għandu jingħata. Jekk ma jkunx issodisfat dan il-kriterju, japplikaw it-termini tal-Arranġament.

(b) Dan il-Ftehim Settorjali ma japplikax għal oġġetti li jinstabu barra l-konfini tas-sit tal-impjant tal-enerġija li għalih ix-xerrej huwa ġeneralment responsabbli, b'mod partikolari, il-provista tal-ilma mhux direttament marbuta mal-impjant tal-produzzjoni tal-enerġija, l-ispejjeż assoċjati mal-iżvilupp tal-art, toroq, il-bini ta' villaġġi, linji tal-enerġija u switchyard, kif ukoll spejjeż li ġejjin mill-pajjiż tax-xerrej minn proċeduri uffiċjali ta' approvazzjoni (pereż. permessi tas-sit, permess għall-bini), ħlief:

1. F'każijiet li fihom ix-xerrej tas-switchyard huwa l-istess bħax-xerrej tal-impjant tal-enerġija u l-kuntratt huwa konkluż fir-rigward tas-switchyard oriġinali għal dak l-impjant tal-enerġija, it-termini u l-kundizzjonijiet għas-switchyard oriġinali ma jaqbżux dawk għall-impjant tal-enerġija rinnovabbli; kif ukoll

2. It-termini u l-kundizzjonijiet għas-substazzjonijiet, trasformaturi u linji ta' trażmissjoni b'limitu ta' vultaġġ minimu ta' 60 kV li jinsab barra l-konfini tas-sit tal-impjant tal-enerġija rinnovabbli ma jkunux iktar favorevoli minn dawk għall-impjant tal-enerġija rinnovabbli.

2.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETTI F'SETTURI TAL-MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA ELIĠIBBLI GĦALL-APPENDIĊI II

(a) Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali marbutin ma' kuntratti f'settur elenkat fl-Appendiċi III ta' dan il-Ftehim Settorjali. Din il-lista ta' setturi u, fejn applikabbli, il-kriterji korrispondenti tal-prestazzjoni newtrali għat-teknoloġija użati biex tiġi ddefinita l-eliġibilità ta' proġett, tista' tiġi mmodifikata maż-żmien skont id-dispożizzjonijiet ta' reviżjoni stabbiliti fl-Artikolu 12 ta' dan il-Ftehim Settorjali.

(b) It-tali kuntratti jkunu relatati mal-esportazzjoni ta' proġetti sħaħ jew partijiet minnhom, u dan jinvolvi l-komponenti, l-apparat, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ ta' persunal) meħtieġa b'mod dirett għall-bini u l-attivazzjoni ta' proġett identifikabbli, diment li:

1. Il-proġett għandu jirriżulta f'emissjonijiet tal-karbonju żero jew baxxi, jew ekwivalenti ta' CO2, u/jew f'effiċjenza tal-enerġija għolja;

2. Il-proġett għandu jitfassal biex, bħala minimu, jilħaq l-istandards tal-prestazzjoni kif stabbiliti fl-Appendiċi II; kif ukoll

3. It-termini u l-kundizzjonijiet ipprovduti jiġu estiżi biss biex jiġu indirizzati żvantaġġi finanzjarji speċifiċi li ltaqa' magħhom proġett, u jkunu bbażati fuq il-ħtiġijiet finanzjarji individwali u l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-suq ta' kull proġett.

3.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETTI TA' ADATTAMENT ELIĠIBBLI GĦALL-APPENDIĊI III

(a) Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali għal kuntratti fis-setturi eliġibbli elenkati fl-Appendiċi III ta' dan il-Ftehim Settorjali.

(b) It-tali kuntratti jkunu relatati mal-esportazzjoni ta' proġetti sħaħ jew partijiet minnhom, u dan jinvolvi l-komponenti, l-apparat, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ ta' persunal) meħtieġa b'mod dirett għall-bini u l-attivazzjoni ta' proġett identifikabbli, diment li:

1. Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi III huma sodisfatti;

2. It-termini u l-kundizzjonijiet ipprovduti jiġu estiżi biss biex jiġu indirizzati żvantaġġi finanzjarji speċifiċi li ltaqa' magħhom proġett, u jkunu bbażati fuq il-ħtiġijiet finanzjarji individwali u l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-suq ta' kull proġett.

(c) Il-Ftehim Settorjali japplika għall-immodernizzar ta' proġetti eżistenti, biex jittieħed f'kunsiderazzjoni tħassib ta' adattament, f'każijiet fejn il-ħajja ekonomika tal-proġettt aktarx tiġi estiża b'tal-inqas il-perjodu ta' ripagament li għandu jingħata. Jekk ma jkunx issodisfat dan il-kriterju, japplikaw it-termini tal-Arranġament.

4.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦALL-PROĠETTI TAL-ILMA

Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti għall-esportazzjoni ta' proġetti sħaħ jew partijiet minnhom relatati mal-provvista ta' ilma għall-użu mill-bniedem u faċilitajiet ta' trattament tal-ilma mormi:

(a) L-infrastruttura għall-provvista tal-ilma għax-xorb lil muniċipalitajiet, inklużi djar u negozji żgħar, jiġifieri l-purifikazzjoni tal-ilma sabiex jinkiseb l-ilma għax-xorb u n-netwerk ta' distribuzzjoni (inkluż il-kontroll tat-telf tal-ilma).

(b) Il-faċilitajiet tal-ġbir u tat-trattament tal-ilma mormi, jiġifieri l-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi u tad-dranaġġ mid-djar u mill-industrija, inklużi proċessi għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ tal-ilma u t-trattament tal-ħama li huma assoċjati direttament ma' dawn l-attivitajiet.

(c) L-immodernizzar ta' dawn il-faċilitajiet f'każijiet fejn il-ħajja ekonomika tal-impjant aktarx li tiġi estiża b'tal-inqas il-perjodu ta' ripagament li għandu jingħata. Jekk ma jkunx issodisfat dan il-kriterju, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Arranġament.

KAPITOLU II

Disposizzjonijiet għall-krediti tal-esportazzjoni

5.   IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT

(a) Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali marbutin ma' kuntratti fis-setturi elenkati fl-Appendiċi I, u għal proġetti tal-ilma ddefiniti fl-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim Settorjali, it-terminu massimu ta' ripagament huwa ta' 18-il sena.

(b) Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti b'valur ta' tal-inqas SDR 10 miljun fil-klassijiet tal-proġetti elenkati fl-Appendiċi III, it-terminu massimu ta' ripagament huwa stabbilit kif ġej:

1. Għal kuntratti fil-Klassi A tal-Proġetti: 18-il sena.

2. Għal kuntratti fil-Klassi B tal-Proġetti u l-Klassi C tal-Proġetti: 15-il sena.

(c) Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti b'valur ta' inqas minn SDR 10 miljun fil-klassijiet tal-proġetti elenkati fl-Appendiċi II, it-terminu massimu ta' ripagament huwa stabbilit kif ġej:

1. Għall-pajjiżi tal-Kategorija I kif definiti fl-Artikolu 11 tal-Arranġament, it-terminu massimu ta' ripagament huwa ta' ħames snin, bil-possibbiltà li jkun hemm ftehim sa tmien snin u nofs meta jiġu segwiti l-proċeduri għal avviż minn qabel li ġew stabbiliti fl-Artikolu 10.

2. Għal pajjiżi tal-Kategorija II, it-terminu massimu ta' ripagament huwa ta' għaxar snin.

3. Minkejja s-subparagrafi (1) u (2) iktar 'il fuq, għal impjanti tal-enerġija mhux nukleari kif iddefiniti fl-Artikolu 13 tal-Arranġament, it-terminu massimu ta' ripagament huwa ta' 12-il sena.

(d) Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti b'valur ta' mill-inqas SDR 10 miljun għal proġetti appoġġati f'konformità fl-Appendiċi III, it-terminu massimu ta' ripagament huwa ta' 15-il sena

6.   IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX

(a) Il-Parteċipanti japplikaw profil ta' ripagament tal-kapital u l-pagament tal-imgħax kif speċifikat fis-subparagrafu (1) jew (2) hawn isfel.

1. Ir-ripagament ta' kapital isir fi ħlasijiet parzjali indaqs.

2. Ir-ripagament ta' kapital u l-pagament ta' imgħax f'daqqa jsiru fi ħlasijiet parzjali indaqs.

(b) Il-kapital jitħallas lura u l-imgħax jitħallas mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel ħlas parzjali tal-kapital u l-imgħax isir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt ta' bidu tal-kreditu.

(c) Fuq bażi eċċezzjonali u ġġustifikata sew, l-appoġġ uffiċjali jista' jingħata b'termini li mhumiex dawk stabbiliti fil-paragrafi (a) u (b) iktar 'il fuq. Il-forniment tat-tali appoġġ jista' jiġi spjegat permezz ta' żbilanċ fit-twaqqit tal-fondi disponibbli tal-obbligant u l-profil tas-servizz ta' dejn disponibbli fi skeda ta' ripagament ugwali u semiannwali u jikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

1. L-ebda ripagament waħdu tal-kapital jew serje ta' ħlasijiet kapitali f'perjodu ta' sitt xhur ma jeċċedix il-25 % tas-somma kapitali tal-kreditu.

2. Il-kapital jitħallas lura bi frekwenza minima ta' kull 12-il xahar. L-ewwel ripagament tal-kapital isir mhux aktar tard minn 18-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu u mhux inqas minn 2 % tas-somma kapitali tal-kreditu għadha tkun ġiet imħallsa lura 18-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

3. L-imgħax jitħallas bi frekwenza ta' mhux inqas minn kull 12-il xahar u l-ewwel ħlas tal-imgħax isir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

4. Il-ħajja massima medja peżata tal-perjodu ta' ripagament ma taqbiżx is-60 % tat-terminu massimu disponibbli.

(d) L-imgħax dovut wara l-punt ta' bidu tal-kreditu ma jiġix kapitalizzat.

7.   RATI MINIMI TAL-IMGĦAX

Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali b'finanzjament għal self b'rati fissi japplika r-rati minimi tal-imgħax li ġejjin:



It-terminu tar-ripagament (snin)

Rati minimi standard tal-imgħax

Rati minimi tal-imgħax għal proġetti b'perjodi twal ta' bini, jiġifieri:

— Proġetti ġodda kbar ta' idroenerġija

— Klassi A tal-Proġett tal-Appendiċi II

— Proġetti ta' adattament tal-Appendiċi III

Bonds tal-gvern (snin)

Marġni

(bps)

Bonds tal-gvern (snin)

Marġni

(bps)

< 11

CIRR rilevanti skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament

11 sa 12

7

100

7

100

13

7

120

8

120

14

8

120

9

120

15

8

120

9

120

16

9

120

10

125

17

9

120

10

130

18

10

120

10

130

8.   IL-MUNITI ELIĠIBBLI

Il-muniti li huma eliġibbli għal appoġġ uffiċjali b'finanzjament huma dawk li huma kompletament konvertibbli u li għalihom hemm dejta disponibbli biex jissawru r-rati minimi tal-imgħax imsemmija fl-Artikolu 7 ta' dan il-Ftehim Settorjali, u l-Artikolu 20 tal-Arranġament għal termini ta' ripagament ta' inqas minn 11-il sena.

9.   SPEJJEŻ LOKALI

(a) Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti b'valur ta' mill-inqas SDR 10 miljun, l-appoġġ uffiċjali pprovdut għal kosti lokali ma jaqbiżx it-30 % tal-valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni.

(b) Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti b'valur ta' inqas minn SDR 10 miljun:

1. Għas-setturi elenkati fl-Appendiċi I tal-Ftehim Settorjali, l-appoġġ uffiċjali pprovdut għall-ispejjeż lokali ma jaqbiżx il-45 % tal-valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni.

2. Għas-setturi elenkati fl-Appendiċi II u għall-proġetti tal-ilma ddefiniti fl-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim Settorjali, l-appoġġ uffiċjali pprovdut għall-ispejjeż lokali ma jaqbiżx it-30 % tal-valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni.

(c) Meta l-appoġġ uffiċjali għall-ispejjeż lokali jaqbeż il-15 % tal-valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni, it-tali appoġġ uffiċjali jkun soġġett għal avviż minn qabel, skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim Settorjali, u tiġi speċifikata l-għamla tal-ispejjeż lokali li qegħdin jiġu appoġġati.

KAPITOLU III

Proċeduri

10.   L-AVVIŻ MINN QABEL

(a) Parteċipant li jkun beħsiebu jipprovdi appoġġ skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali, jagħti avviż minn qabel tal-inqas għaxart ijiem tal-kalendarju qabel joħroġ xi impenn, skont:

1. L-Artikolu 48 tal-Arranġament jekk l-appoġġ jiġix estiż skont l-Artikolu 1, 2 jew 4 ta' dan il-Ftehim Settorjali;

2. L-Artikolu 47 tal-Arranġament jekk l-appoġġ jiġi estiż skont l-Artikolu 3 ta' dan il-Ftehim Settorjali.

(b) Għall-proġetti li jaqgħu fil-Klassijiet tal-Proġetti elenkati fl-Appendiċi II ta' dan il-Ftehim Settorjali, it-tali avviżi jinkludu deskrizzjoni iktar estensiva tal-proġett biex jintwera kif il-proġett jikkonforma mal-kriterji għall-appoġġ, kif stipulat fl-Artikolu 2(b) ta' dan il-Ftehim Settorjali.

(c) Għal proġetti appoġġati f'konformità mal-Appendiċi III ta' dan il-Ftehim Settorjali, it-tali avviż jinkludi:

1. Deskrizzjoni iktar estensiva tal-proġett biex jintwera kif il-proġett jikkonforma mal-kriterji għall-appoġġ, kif stipulat fl-Artikolu 3b) ta' dan il-Ftehim Settorjali, u

2. Aċċess għar-riżultati ta' partijiet terzi indipendenti reviżjoni meħtieġa fl-Appendiċi III.

(d) Minkejja l-paragrafu (a)(1) ta' aktar' il fuq, jekk il-Parteċipant li jinnotifika beħsiebu jipprovdi appoġġ b'terminu ta' ripagament li jaqbeż il-15-il sena u/jew skont l-Artikolu 6(c) ta' dan il-Ftehim Settorjali, jagħti avviż minn qabel tal-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel joħroġ kwalunkwe impenn skont l-Artikolu 47 tal-Arranġament.

(e) Parteċipant jinforma lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn bid-deċiżjoni finali tiegħu wara diskussjoni, biex titħaffef ir-reviżjoni tal-korp ta' esperjenza.

KAPITOLU IV

Monitoraġġ u reviżjoni

11.   XOGĦOL FUTUR

Il-Parteċipanti jaqblu li jeżaminaw il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) Primjums tar-riskju bit-terminu aġġustat.

(b) Kundizzjonijiet għal impjanti tal-enerġija mill-fjuwils fossili b'emissjonijiet baxxi/effiċjenza tal-enerġija għolja inkluża d-definizzjoni tat-tlestija għas-CCS.

(c) Bini b'użu ta' enerġija żero.

(d) Grilji intelliġenti.

(e) Proġetti taċ-ċellula tal-fjuwil.

12.   MONITORAĠĠ U REVIŻJONI

(a) Is-Segretarjat jirrapporta b'mod annwali dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali.

(b) Il-Parteċipanti jirrevedu b'mod regolari l-kamp ta' applikazzjoni u dispożizzjonijiet oħrajn ta' dan il-Ftehim Settorjali u sa mhux iktar tard mill-2017.

(c) L-Appendiċi II ta' dan il-Ftehim Settorjali jiġi rivedut f'intervalli regolari, inkluż fuq it-talba ta' Parteċipant, bil-għan li jiġi vvalutat jekk xi Klassi u/jew Tip tal-Proġetti għandhomx jiżdiedu ma' dik l-Appendiċi, jew jitneħħew minnu, jew jekk għandhomx jinbidlu xi livelli limitu fit-tali Appendiċi. Il-proposti għal Klassijiet u/jew Tipi ġodda ta' Proġetti jiġu appoġġati b'informazzjoni dwar kif il-proġetti fi Klassi/Tip bħal dawn jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(b) ta' dan il-Ftehim Settorjali u jsegwu l-metodoloġija stabbilita fl-Appendiċi IV.

(d) Il-parteċipanti jwettqu reviżjoni tal-Appendiċi III ta' dan il-Ftehim Settorjali sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2018, bil-għan li jiġu vvalutati inizjattivi internazzjonali relatati mal-adattament, il-kundizzjonijiet tas-suq, u l-korp tal-esperjenza żviluppata mill-proċess ta' avviż biex jiddeterminaw jekk id-definizzjonijiet, il-kriterji, it-termini u l-kundizzjonijiet għandhom ikunu kontinwi u jew emendati.

(e) Wara l-31 ta' Diċembru 2018, it-termini u l-kundizzjonijiet relatati mal-Appendiċi III jitwaqqfu sakemm il-parteċipanti ma jaqblux mod ieħor.




Appendiċi I

Setturi tal-enerġiji rinnovabbli

Is-setturi tal-enerġiji rinnovabbli li ġejjin ikunu eliġibbli għat-termini u għall-kundizzjonijiet finanzjarji li ġew stabbiliti f'dan il-Ftehim Settorjali sakemm l-impatti tagħhom jiġu indirizzati skont ir-Rakkomandazzjoni tal-2012 dwar il-Metodi Komuni għal Krediti ta' Esportazzjoni Appoġġati Uffiċjalment u Diliġenza Dovuta Soċjali ( 31 ) (kif ġiet emendata sussegwentement mill-Membri tal-Grupp ta' Ħidma tal-OECD dwar il-Krediti tal-Esportazzjoni u dwar il-Garanzija tal-Kreditu (ECG) u adottata mill-Kunsill OECD):

(a) L-enerġija tar-riħ ( 32 ).

(b) L-enerġija ġeotermali.

(c) L-enerġija tal-frugħ u l-mili tal-baħar u tax-xmajjar.

(d) L-enerġija tal-mewġ.

(e) L-enerġija ożmotika.

(f) L-enerġija fotovoltajka tax-xemx.

(g) L-enerġija termali tax-xemx.

(h) L-enerġija termali tal-oċeani.

(i) Il-bijoenerġija: il-gass sostenibbli kollu mill-miżbla, il-gass mill-impjant ta' trattament tad-drenaġġ, l-enerġija mill-bijogass jew il-fjuwil miġjub minn stallazzjonijiet tal-enerġija mill-bijomassa. “Bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, tal-iskart u tar-residwi mill-agrikoltura (inklużi s-sustanzi veġetali u mill-annimali), mill-forestrija u mill-industriji relatati, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u muniċipali.

(j) L-enerġija tal-ilma.

(k) L-effiċjenza tal-enerġija fi proġetti tal-Enerġiji Rinnovabbli.




Appendiċi II

Setturi ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima



KLASSI TAL-PROĠETT

DEFINIZZJONI

RAĠUNAMENT

STANDARDS UŻATI

KUNDIZZJONIJIET TA' RIPAGAMENT

Klassi A tal-proġetti:  Qbid u ħżin tal-karbonju

TIP 1:

Impjanti tal-Enerġija mill-Fjuwils Fossili bi Ġbir u Ħżin Operattivi (CCS)

Proċess li jikkonsisti f'separazzjoni tal fluss ta' CO2 mill-emissjonijiet prodotti minn sorsi ta' ġenerazzjoni ta' fjuwils fossili, it-trasport lejn sit ta' ħżin għall-fini ta' ħżin ġeoloġiku b'mod sikur għall-ambjent u permanenti ta' CO2.

Għall-kisba ta' livelli baxxi ta' emissjonijiet ta' karbonju għal sorsi tal-enerġija minn fjuwils fossili

L-intensità tal-karbonju tikseb livell ta' jew inqas minn 350 tunnellata metrika ta' CO2 għal kull GWh rilaxxati fl-atmosfera (1);

Jew

Fil-każ tal-proġetti kollha, rata ta' ġbir u ħżin li tnaqqas l-emissjonijiet ta' karbonju tal-impjant b'65 %

Jew

Ir-rata ta' ġbir trid tkun tal-inqas 85 % ta' CO2 rilaxxat mit-tagħmir inkluż fl-applikazzjoni għall-krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali. Il-85 % għandha tapplika f'kundizzjonijiet operattivi normali.

18-il sena

TIP 2:

Proġetti tas-CCS bħal dawn

Proċess li jikkonsisti fis-separazzjoni ta' CO2 minn sorsi industrijali jew ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, trasport lejn sit ta' ħżin, għall-fini ta' ħżin ġeoloġiku b'mod b'mod sikur għall-ambjent u permanenti ta' CO2.

Biex jonqsu b'mod notevoli l-emissjonijiet ta' karbonju minn sorsi eżistenti.

Fil-każ tal-proġetti kollha, rata ta' ġbir u ħżin li tnaqqas l-emissjonijiet industrijali jew karbonju għall-ġenerazzjoni tal-enerġija b'65 % jew iktar;

jew

Ir-rata ta' ġbir trid tkun tal-inqas 85 % ta' CO2 rilaxxat mit-tagħmir inkluż fl-applikazzjoni għall-krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali. Il-85 % għandha tapplika f'kundizzjonijiet operattivi normali.

18-il sena

Klassi tal-proġetti Klassi B  Sostituzzjoni ta' fjuwils fossili Klassi tal-proġetti

TIP 1:

Skart għal Enerġija

Unità ddedikata għall-ġenerazzjoni ta' enerġija bi trattament termali (inkluża l-gassifikazzjoni) ta' skart solidu minn flussi mħallta.

Kumpens għall-emissjonijiet ta' GHG mill-użu ta' enerġija konvenzjonali u permezz tat-tnaqqis ta' GHG tal-ġejjieni bħal metan li normalment ikun rilaxxat mill-iskart.

Fil-każ ta' ċiklu minn flussi, effiċjenza fil- konverżjoni enerġetika tal-bojler (jew ġeneratur tal-fwar) ta' tal-inqas 75 % fuq il-bażi ta' valur ta' tisħin baxx (LHV) (2).

Fil-każ ta' gassifikazzjoni, effiċjenza tal-gassifikatur ta' tal-inqas 65 % LHV (3).

15-il sena

TIP 2:

Impjanti Ibridu tal-Enerġija

Impjant tal-enerġija li jiġġenera l-elettriku kemm minn sors rinnovabbli tal-enerġija kif ukoll minn sors ta' fjuwils fossili.

Biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta' disponibilità ta' impjant, sors li jiġġenera l-fjuwils fossili huwa meħtieġ għal dawk il-perjodi meta l-enerġija mis-sors tal-enerġija rinnovabbli ma jkunx disponibbli jew biżżejjed. Is-sors tal-enerġija fossili jippermetti l-użu ta' enerġija rinnovabbli fl-impjant ibridu, u b'hekk jinkiseb tnaqqis notevoli fil-karbonju meta mqabbel ma' impjant standard tal-fjuwils fossili.

Mudell 1:

Żewġ sorsi ta' ġenerazzjoni separati: Wieħed mill-Enerġija Rinnovabbli u l-ieħor minn fjuwil fossilu wieħed.

Jitfassal proġett sabiex tal-inqas 50 % tal-output totali, annwali u pproġettat ta' enerġija tiegħu joriġina mis-sors ta' enerġija rinnovabbli tal-impjant.

Mudell 2:

Sors ta' ġenerazzjoni uniku bl-użu tat-taħlita ta' rinnovabbli u fjuwil fossili. Il-proġettjitfassal sabiex tal-inqas 75 % tal-enerġija utli prodotta tinġieb mis-sors rinnovabbli.

15-il sena

Klassi C tal-proġetti:  Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

TIP 1:

Proġetti f'Daqqa ta' Sħana u Enerġija

Ġenerazzjoni simultanja ta' bosta forom tal-enerġija (elettrika, mekkanika u termali) f'sistema integrata waħda.

L-output tal-impjant tas-CHP jinkludi enerġija u sħana elettrika u mekkanika għal użu kummerċjali, industrijali u/jew residenzjali.

Sa żewġ terzi tal-enerġija primarja użata biex jiġi ġġenerat elettriku f'impjanti konvenzjonali tal-enerġija termali jintilfu fil-forma ta' sħana. Għaldaqstant, il-ġenerazzjoni f'daqqa ta' sħana u enerġija (CHP) tista' tkun alternattiva effettiva għall-mitigazzjoni tal-GHG. CHP hija possibbli bil-makkinarji u l-fjuwils kollha tas-sħana (inklużi l-bijomassa u termali solari) minn ftit impjanti tal-enerġija kklassifikati b'kW sa dawk b'kondensazzjoni tal-fwar ta' 1 000 MW (4).

Effiċjenza ġenerali ta' tal-inqas 75 % fuq il-bażi ta' valur baxx ta' tisħin (LHV) (5).

15-il sena

TIP 2:

Tisħin u/jew tkessiħ tad-distrett

Netwerk li jġorr/jqassam enerġija termali minn unità tal-produzzjoni tal-enerġija għall-użu finali.

Biex titjieb l-effiċjenza tat-tisħin tad-distretti billi jinbnew netwerks ta' pajpijiet għal ilma minn flussi u/jew sħun b'effiċjenza termali sostanzjali, kemm billi jitnaqqas it-telf mill-pajpijiet u l-konvertituri kif ukoll billi jiżdied l-ammont ta' użu tas-sħana mitlufa.

It-tkessiħ tad-distretti huwa teknoloġija integrattiva li tista' tikkontribwixxi b'mod notevoli għat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' dijossidu tal-karbonju u għat-tniġġis tal-arja u sabiex tiżdied is-sigurtà tal-enerġija pereż. permezz ta' sostituzzjoni ta' kundizzjonaturi tal-arja individwali.

Il-konduttività termali tal-pajpijiet tad-distrett ikunu inqas minn 80 % tal-konduttività termali rilevanti meħtieġa mill-istandard Ewropew EN253:2009 (għandu jiġi rivedut meta jiġi aġġornat dan l-istandard).

15-il sena

(1)   Fil-każ ta' impjant imħaddem b'gass naturali, huwa mistenni li tinkiseb intensità tal-karbonju notevolment iktar baxxa.

(2)   Effiċjenza fil-konverżjoni enerġetika tal-bojler (jew ġeneratur tal-fwar) = (Sħana netta esportata mill-fwarvalur tas-sħana jew kalorifiku LHV ipprovdut mill-fjuwil) (× 100 %).

(3)   Effiċjenza tal-gassifikatur = (Valur kalorifiku tal-gass għal kull kg ta' fjuwil użatvalur kalorifiku nett medju (LHV) ta' kg ta' fjuwil) (100 %).

(4)   Ir-Raba' Rapport ta' Valutazzjoni IPCC: Il-bidla fil-klima 2007, http://www.ipcc.ch/publications_and_data/ar4/wg3/en/ch4s4-3-5.html

(5)   L-effiċjenza totali tas-sistema (ηo) ta' sistema tas-CHP hija s-somma tal-output nett tal-enerġija utli (WE) u l-outputs netti termali utli (ΣQTH) diviżi bl-input totali ta' fjuwil (QFUEL), kif muri hawn taħt: image




Appendiċi III

Kriterji ta' eliġibbiltà għal proġetti ta' adattament għat-tibdil fil-klima

Proġett ikun eliġibbli għat-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li ġew stabbiliti f'dan il-Ftehim Settorjali jekk:

(a) L-adattament għat-tibdil fil-klima hu objettiv prinċipali tal-proġett, u dan hu espliċitament indikat u spjegat bħala tali fil-pjan tal-proġett u d-dokumenti ta' sostenn, bħala fundamentali fid-disinn tal-proġett.

(b) Proposta għall-proġett meta jinkludu analiżi speċifika u rilevanti u l-identifikazzjoni ta' riskji u vulnerabbiltajiet relatati mat-tibdil fil-klima, u kif il-miżuri proposti se jindirizzawhom direttament.

(c) Ikun hemm reviżjoni minn partijiet terzi indipendenti mwettqa fuq il-proġett, jew b'mod separat jew bħala parti integrali tal-pjan tal-proġett li huwa disponibbli għall-pubbliku, bħalma huma ppubblikati fuq il-websajt tal-awtorità nazzjonali. Ir-reviżjoni tevalwa riskji speċifiċi u vulberabbiltajiet rilevanti relatati mat-tibdil fil-klima u kif il-miżuri proposti li jinsabu fil-proġett se jindirizzawhom direttament.

(d) Il-ħajja utli għall-proġett taqbeż 15-il sena.




Appendiċi IV

Metodoloġija li għandha tintuża għad-determinazzjoni tal-eliġibilità tas-setturi relatati mal-Artikolu 2 ta' dan il-ftehim settorjali

Meta jiġi propost li l-Klassi jew it-Tip ta' Proġett jiżdiedu mal-Appendiċi II ta' dan il-Ftehim Settorjali, il-Parteċipanti jipprovdu deskrizzjoni dettaljata tal-Klassi jew it-Tip ta' Proġett u l-informazzjoni dwar kif it-tali proġetti jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(b) ta' dan il-Ftehim Settorjali; It-tali informazzjoni tinkludi:

(a) Evalwazzjoni tal-kontribut dirett tal-Klassi jew it-Tip ta' Proġett għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluż tqabbil tal-prestazzjoni tas-settur, fuq il-bażi ta' dejta li tista' titkejjel dwar l-emissjonijiet ta' karbonju jew CO2 ekwivalenti u/jew f'effiċjenza għolja tal-enerġija, b'approċċi teknoloġiċi konvenzjonali u iktar riċenti użati; dan il-paragun, fil-każijiet kollha, ikun ibbażat fuq miżuri kwantitattivi, bħal tnaqqis fl-emissjonijiet għal kull unità prodotta.

(b) Deskrizzjoni tal-istandards tekniċi u tal-prestazzjoni tas-settur propost tal-Klassi jew it-Tip ta' Proġett, inkluża informazzjoni dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) eżistenti; jekk xieraq, din id-deskrizzjoni tispjega kif it-teknoloġija hija avvanz fuq il-BAT eżistenti.

(c) Deskrizzjoni tal-ostakli finanzjarji fil-Klassi jew it-Tip ta' Proġett proposti, inklużi kwalunkwe ħtiġijiet finanzjarji u kundizzjonijiet tas-suq, u l-identifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet skont dan il-Ftehim Settorjali li huma mistennija jippermettu lit-tali proġetti jimxu 'l quddiem.




Appendiċi V

Il-lista tad-definizzjonijiet

L-Aqwa Tekniki Disponibbli

:

skont id-definizzjoni tad-Direttiva tal-UE 96/61/KE (l-Artikolu 2.1), “L-Aqwa Tekniki Disponibbli” jfisser l-istadju l-aktar effettiv u avvanzat fl-iżvilupp ta' attivitajiet u l-metodi tagħhom ta' tħaddim li jindika l-adattabilita prattika ta' tekniki partikolari li tipprovdi fil-prinċipju l-bażi għall-valuri ta' limiti ta' emissjonijiet maħsuba biex jiģu evitati u, fejn dan ma jkunx prattiku, li jitnaqqsu b'mod ġenerali l-emissjonijiet u l-impatt fuq l-ambjent kollu kemm hu:

(a) “tekniki” tinkludi kemm it-teknoloġija użata u l-mod li bih l-istallazzjoni tkun diżinjata, mibnija, mantenuta, imħaddma u dekommissjonata.

(b) tekniki “disponibbli” tfisser dawk it-tekniki żviluppati fuq skala li tippermetti l-implimentazzjoni fis-settur industrijali rilevanti, b'kundizzjonijiet ekonomiċi u teknikament vijabbli, waqt li jitqiesu l-ispejjeż u l-vantaġġi, sew jekk it-tekniki jkunu użati u prodotti ġewwa l-Istat Membru inkwistjoni sew jekk le, sal-limitu li dawn ikunu raġonevolment aċċessibbli għall-operatur.

(c) “l-aqwa” tfisser l-aktar waħda effettiva biex jinkiseb livell ġenerali għoli ta' protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu.

Gassijiet b'effett ta' Serra : gassijiet serra huma ddefiniti sabiex jinkludu dijossidu, metan, ossidu nitruż, idrofluworokarburi, perfluworokarburi u eżafluworur tal-kubrit.

Proġett Kbir tal-Enerġija Idro : skont id-definizzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar id-Digi Kbar (ICOLD). ICOLD tiddefinixxi diga kbira bħala diga b'għoli ta' 15-il metru jew iktar mill-pedamenti. Anki d-digi li huma bejn għoli ta' 5 u 15-il metru u b'volum tar-riżerva ta' iktar minn 3 miljun m3 huma kklassifikati bħala digi kbar.




ANNESS V

IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA

Il-Parteċipanti f'dan il-Ftehim Settorjali jaqblu li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-Ftehim Settorjali, li jikkomplimenta l-Arranġament, jiġu implimentati b'tali mod li huwa konsistenti mal-Iskop tal-Arranġament.

KAPITOLU I

L-ambitu tal-ftehim settorjali

1.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti għal assi tal-infrastruttura ferrovjarja essenzjali biex jitħaddmu ferroviji, inkluż il-kontroll ferrovjarju (pereż. sinjalar u IT ieħor tal-ferroviji), l-elettrifikazzjoni, il-passaġġi, il-vetturi ferrovjarji u xogħol ta' kostruzzjoni relatati.

KAPITOLU II

Disposizzjonijiet għall-krediti tal-esportazzjoni

2.   IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT

(a) Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti inklużi fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali, it-terminu massimu ta' ripagament huwa stabbilit kif ġej:

1. Għal kuntratti f'pajjiżi tal-Kategorija I kif iddefiniti fl-Artikolu 11 tal-Arranġament): 12-il sena.

2. Għal kuntatti f'pajjiżi tal-Kategorija II (kif iddefiniti fl-Artikolu 11 tal-Arranġament): 14-il sena.

(b) Li jikkwalifika għal termini ta' ripagament stabbiliti fil-paragrafu a) hawn fuq, japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

1. It-tranżazzjoni tinvolvi kuntratt globali ta' valur ta' aktar minn SDR 10 miljun; kif ukoll

2. It-termini ta' ripagament ma jaqbżux iż-żmien tal-utilità ta' assi tal-infrastruttura ferrovjarja ffinanzjata; kif ukoll

3. Għal tranżazzjonijiet f'pajjiżi tal-Kategorija I, it-tranżazzjoni tinvolvi/hija kkaratterizzata minn:

 Il-parteċipazzjoni f'sindakazzjoni tas-self ma' istituzzjonijiet finanzjarji privati li ma jibbenefikawx minn Appoġġ Uffiċjali għall-Kreditu għall-Esportazzjoni, fejn:

 

(i) Il-Parteċipant huwa msieħeb minoritarju bi status pari passu tul il-perjodu kollu tas-self u; kif ukoll

(ii) L-appoġġ uffiċjali għall-kreditu tal-esportazzjoni provdut mill-Parteċipanti jinkludi inqas minn 50 % tas-sindikazzjoni.

 Ir-rati tal-primjum għal kwalunkwe appoġġ uffiċjali li ma jxekklux finanzjament disponibbli tas-suq privat u li huma proporzjonati mar-rati korrispondenti mitlubin minn istituzzjonijiet finanzjarji privati oħrajn li jieħdu sehem fis-sindakazzjoni.

(c) Parteċipant jista' jitlob eżenzjoni mill-kundizzjoni stipulata fil-paragrafu b) 3) iktar' il fuq, permezz tal-użu ta' Linja Komuni, skont l-Artikoli minn 58 sa 63 tal-arranġament. F'każijiet bħal dawn, il-Prteċipant li qed jipproponi l-Linja Komuni jipprovdi, jew fil-Linja Komuni proposta jew f'kull tranżazzjoni individwali minn hemm 'il quddiem innotifikata, spjegazzjoni komprensiva tal-appoġġ, inkluża dejta speċifika dwar il-prezzijiet, u r-raġunar għall-ħtieġa li jiġu rinunzjati d-disposizzjonijet tal-paragrafu b)3) hawn fuq.

3.   IR-RIPAGAMENT TAL-PRINĊIPAL U TAL-IMGĦAX

Ir-ripagament tal-prinċipal u tal-imgħax ikun provdut skont l-Artikolu 14 tal-Arranġament ħlief dik il-ħajja massima medja peżata tal-perjodu ta' ripagament skont il-paragrafu d)4) ta' dan l-Artikolu jkun:

(a) Għal tranżazzjonijiet fil-Kategorija I, sitt snin u kwart; kif ukoll

(b) Għal tranżazzjonijiet f'pajjiżi tal-Kategorija II, seba' snin u kwart.

4.   IR-RATI MINIMI FISSI TAL-IMGĦAX

Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali ta' finanzjament għal self b'rati fissi japplika r-rati minimi tal-imgħax li ġejjin:

(a) Għal termini ta' ripagament sa u li jinkludu t-12-il sena, japplikaw ir-Rati ta' Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (CIRRs) rilevanti li nbnew skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament.

(b) Għal terminu ta' ripagament li jeċċedi t-12-il sena, tapplika r-Rata ta' Referenza Speċjali tal-Imgħax Kummerċjali (Commercial Interest Reference Rates, CIRRs) imfassla skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament, fejn jiżdiedu 20 punt bażi għall-muniti kollha.

KAPITOLU III

Proċeduri

5.   L-AVVIŻ MINN QABEL

(a) Parteċipant jagħti avviż minn qabel skont l-Artikolu 47 tal-Arranġament tal-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma jinħareġ kwalunkwe impenn jekk beħsiebu jipprovdi appoġġ għal tranżazzjoni ta' pajjiż tal-Kategorija I. Tali notifiki jinkludu spjegazzjoni komprensiva tal-appoġġ uffiċjali, inkluża dejta speċifika dwar l-ipprezzar.

(b) Parteċipant jagħti avviż minn qabel skont l-Artikolu 48 tal-Arranġament tal-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma jinħareġ kwalunkwe impenn jekk beħsiebu jipprovdi appoġġ għal:

1. Tranżazzjoni f'pajjiż tal-Kategorija II; jew

2. Tranżazzjoni appoġġata skont Linja Komuni stabbilita skont l-Artikolu 2(c) ta' dan il-Ftehim Settorjali. Tali avviż minn qabel tista' ssir fl-istess ħin ma', u suġġett għall-approvazzjoni tal-proposta għal Linja Komuni.

6.   VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 63(a) tal-Arranġament, il-Linji Komuni miftiehma kollha jieqfu jkunu validi fil-31 ta' Diċembru 2018, sakemm il-Parteċipanti ma jaqblux għall-estensjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali skont l-Artikolu 7(d) ta' dan il-Ftehim Settorjali.

KAPITOLU IV

Monitoraġġ u reviżjoni

7.   MONITORAĠĠ U REVIŻJONI

(a) Is-Segretarjat jirrapporta b'mod annwali dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali.

(b) Wara l-31 ta' Diċembru 2017, u suġġett għall-paragrafu (c) hawn taħt, inqas minn 50 % tar-rekwiżit tas-sindikazzjoni stipulat fis-sub-paragrafu (ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(b)(3) ta' dan il-Ftehim Settorjali jiġi sostitwit b'massimu ta' 35 % tar-rekwiżit tas-sindikazzjoni sakemm il-Parteċipanti ma jaqblux mod ieħor.

(c) Il-parteċipanti jwettqu reviżjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2017 bil-għan li jevalwaw il-kundizzjonijiet tas-suq u fatturi oħra li jiddeterminaw jekk it-termini u l-kundizzjonijiet għandhom jitkomplew u jew jiġu emendati.

(d) Wara l-31 ta' Diċembru 2017, it-termini u l-kundizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali jitwaqqfu sakemm il-Parteċipanti ma jaqblux mod ieħor.




ANNESS VI

TERMINI U KUNDIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET TAL-FINANZI TAL-PROĠETT

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

(a) Dan l-Anness jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet li l-Parteċipanti jistgħu jappoġġaw għat-tranżazzjonijiet tal-finanzi ta' proġett li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibilità li ġew stabbiliti fl-Appendiċi 1.

(b) Fejn f'dan l-Anness ma teżisti l-ebda dispożizzjoni korrispondenti, japplikaw it-termini tal-Arranġament.

KAPITOLU II

It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji ( 33 )

2.   IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT

It-terminu massimu ta' ripagament huwa ta' 14-il sena.

3.   IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX

Is-somma kapitali ta' kreditu tal-esportazzjoni tista' titħallas lura f'rati mhux indaqs, u l-kapital u l-imgħax jistgħu jitħallasu bi frekwenza ta' inqas minn rati semiannwali, sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a) L-ebda ripagament waħdu tal-kapital jew serje ta' ħlasijiet kapitali f'perjodu ta' sitt xhur ma jeċċedix il-25 % tas-somma kapitali tal-kreditu.

(b) L-ewwel ripagament tal-kapital isir mhux aktar tard minn 24-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu u mhux inqas minn 2 % tas-somma kapitali tal-kreditu għadha tkun ġiet imħallsa lura 24-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

(c) L-imgħax jitħallas bi frekwenza ta' mhux inqas minn kull 12-il xahar u l-ewwel ħlas tal-imgħax isir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu.

(d) Il-ħajja medja peżata tal-perjodu ta' ripagament ma jaqbiżx is-seba' snin u tliet xhur.

(e) Il-Parteċipant jagħti avviż minn qabel skont l-Artikolu 5 ta' dan l-Anness.

4.   IR-RATI MINIMI FISSI TAL-IMGĦAX

Fejn il-Parteċipanti qed jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għal self b'rati fissi:

(a) Għal termini ta' ripagament sa u li jinkludu t-12-il sena, il-Parteċipanti japplikaw ir-Rati ta' Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (CIRRs) rilevanti li nbnew skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament.

(b) Għal termini ta' ripagament li jeċċedu t-12-il sena, japplika ħlas barrani ta' 20 punt bażi fuq is-CIRR għall-muniti kollha.

KAPITOLU III

Proċeduri

5.   L-AVVIŻA MINN QABEL GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET TAL-FINANZI TA' PROĠETT

Parteċipant jinnotifika lill-Parteċipanti kollha bil-ħsieb li jipprovdi appoġġ skont it-termini u l-kundizzjonijiet ta' dan l-Anness mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn. L-avviż ikun provdut skont l-Anness VII tal-Arranġament. Jekk kwalunkwe Parteċipant jitlob spjegazzjoni fejn għandhom x'jaqsmu t-termini u l-kundizzjonijiet li qed jiġu appoġġati matul dan il-perjodu, il-Parteċipant li qed jinnotifika jistenna għaxart ijiem kalendarji oħra qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn.




Appendiċi 1

Il-kriterji ta' eliġibilità għat-tranżazzjonijiet tal-finanzi ta' proġett

I.   IL-KRITERJI BAŻIĊI

It-tranżazzjoni tinvolvi/hija kkaratterizzata minn:

(a) Il-finanzjament ta' unità ekonomika partikolari fejn is-sellief huwa sodisfatt li jqis id-dħul u l-ħruġ tal-flus u l-qligħ ta' dik l-unità ekonomika bħala s-sors tal-fondi minfejn se jitħallas lura self u l-assi tal-unità ekonomika bħala kollaterali għas-self.

(b) Il-finanzjament tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni ma' kumpanija ta' proġett indipendenti (legalment u ekonomikament), pereż. kumpanija b'fini speċjali, fejn għandhom x'jaqsmu l-proġetti ta' investiment li jiġġeneraw id-dħul tagħhom stess.

(c) Il-qsim tar-riskju fost is-sħab tal-proġetti, pereżempju, azzjonisti privati jew li jifilħu għas-self, esportaturi, kredituri, persuni li jidħlu għal ftehimiet ta' akkwist, inkluża ekwità adegwata.

(d) Biżżejjed dħul u ħruġ tal-flus tal-proġett matul il-perjodu kollu ta' ripagament biex ikunu koperti l-ispejjeż operattivi u s-servizz tad-dejn għall-fondi barranin.

(e) It-tnaqqis prijoritarju mid-dħul tal-proġett tal-ispejjeż operattivi u tas-servizz tad-dejn.

(f) Xerrej/mutwatarju mhux sovran bl-ebda garanzija ta' ripagament sovrana (ma tinkludix il-garanziji tar-rendiment, pereż. ftehimiet ta' akkwist).

(g) It-titoli abbażi ta' assi għall-qligħ/assi tal-proġett, pereż. assenjazzjonijiet, rahan, kontijiet tal-qligħ;

(h) Dritt ta' rivalsa limitat jew l-ebda dritt ta' rivalsa għall-isponsers tal-azzjonisti/isponsers tas-settur privat tal-proġett wara li tlesta.

II.   KRITERJI ADDIZZJONALI GĦAL TRANŻAZZJONIJIET TA' FINANZJAMENT TA' PROĠETT F'PAJJIŻI TAL-OECD BI DĦUL GĦOLI

It-tranżazzjoni tinvolvi/hija kkaratterizzata minn:

(a) Il-parteċipazzjoni f'sindakazzjoni tas-self ma' istituzzjonijiet finanzjarji privati li ma jibbenefikawx minn Appoġġ Uffiċjali għall-Kreditu għall-Esportazzjoni, fejn:

1. Il-Parteċipant huwa msieħeb minoritarju bi status pari passu tul il-perjodu kollu tas-self u;

2. L-appoġġ uffiċjali għall-kreditu tal-esportazzjoni provdut mill-Parteċipanti jinkludi inqas minn 50 % tas-sindikazzjoni.

(b) Ir-rati tal-primjum għal kwalunkwe appoġġ uffiċjali li ma jxekklux finanzjament disponibbli tas-suq privat u li huma proporzjonati mar-rati korrispondenti mitlubin minn istituzzjonijiet finanzjarji privati oħrajn li jieħdu sehem fis-sindakazzjoni.




ANNESS VII

L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA GĦAN-NOTIFIKI

L-informazzjoni elenkata fit-Taqsima I aktar 'l isfel tkun provduta għan-notifiki kollha li saru bl-Arranġament (inklużi l-Annessi tiegħu). Barra minn hekk, l-informazzjoni li ġiet speċifikata fit-Taqsima II tkun provduta, kif inhu xieraq, b'rabta mat-tip speċifiku tal-avviż li qed isir.

I.   L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA GĦALL-AVVIŻI KOLLHA

(a)    Informazzjoni Bażika

1. Il-pajjiż li qed jinnotifika

2. Data tal-avviż

3. Isem l-awtorità/aġenzija li qed tinnotifika

4. Numru tal-ordni

5. L-avviż oriġinali jew ir-reviżjoni għall-avviż ta' qabel (in-numru ta' reviżjoni kif inhu rilevanti)

6. In-numru tal-qatgħa (jekk inhu rilevanti)

7. In-numru ta' referenza tal-linja tal-kreditu (jekk inhu rilevanti)

8. L-Artikolu(Artikoli) tal-Arranġament li skontu(skonthom) qed isir l-avviż

9. In-numru ta' referenza tal-avviż li qed tiġi allinjata (jekk inhu rilevanti)

10. Id-deskrizzjoni tal-appoġġ li qed jiġi allinjat (jekk inhu rilevanti)

11. Pajjiż tad-destinazzjoni

(b)    L-informazzjoni dwar ix-Xerrej/il-Mutwatarju/il-Garanti

12. Il-Pajjiż tax-Xerrej

13. Isem ix-Xerrej

14. Post ix-Xerrej

15. L-Istatus tax-Xerrej

16. Il-Pajjiż tal-Mutwatarju (jekk differenti minn tax-xerrej)

17. Isem il-Mutwatarju (jekk differenti minn tax-xerrej)

18. Post il-Mutwatarju (jekk differenti minn tax-xerrej)

19. L-Istatus tal-Mutwatarju (jekk differenti minn tax-xerrej)

20. Il-Pajjiż Garanti (jekk inhu rilevanti)

21. Isem il-Garanti (jekk inhu rilevanti)

22. Post il-Garanti (jekk inhu rilevanti)

23. L-Istatus tal-Garanti (jekk inhu rilevanti)

(c)    L-informazzjoni dwar l-Oġġetti u/jew is-Servizzi li Qed Jiġu Esportati u dwar il-Proġett

24. Id-deskrizzjoni tal-oġġetti u/jew tas-servizzi li qed jiġu esportati

25. Id-deskrizzjoni tal-proġett (jekk inhi rilevanti)

26. Il-post tal-proġett (jekk inhu rilevanti)

27. Id-data tal-egħluq tal-offerta (jekk inhi rilevanti)

28. Id-data tal-iskadenza tal-linja tal-kreditu (jekk inhi rilevanti)

29. Il-valur tal-kuntratt(i) appoġġat(i), jew il-valur effettiv (għal-linji tal-kreditu u għat-tranżazzjonijiet tal-finanzi tal-proġetti kollha jew għal kwalunkwe tranżazzjoni individwali fuq bażi volontarja) jew skont l-iskala li ġejja f'miljuni ta' SDR:



Kategorija

Minn

Għal

I:

0

1

II:

1

2

III:

2

3

IV:

3

5

V:

5

7

VI:

7

10

VII:

10

20

VIII:

20

40

IX:

40

80

X:

80

120

XI:

120

160

XII:

160

200

XIII:

200

240

XIV:

240

280

XV:

280

 (1)

(1)   Indika n-numru tal-multipli tal-SDR 40 miljun li jeċċedu l-SDR 280 miljun, pereż. SDR 410 miljun għandhom ikunu nnotifikati bħala l-Kategorija XV + 3.

30. Il-munita tal-kuntratt(i)

(d)    It-Termini u l-Kundizzjonijiet Finanzjarji ta' Appoġġ Uffiċjali għall-Kreditu tal-Esportazzjoni

31. Il-valur tal-kreditu; il-valur effettiv għan-notifiki li jinvolvu l-linji tal-kreditu u t-tranżazzjonijiet tal-finanzi tal-proġett jew għal kwalunkwe tranżazzjoni individwali fuq bażi volontarja, jew skont l-iskala tal-SDR

32. Il-munita tal-kreditu

33. Il-ħlas parzjali (il-perċentwali tal-valur totali tal-kuntratti appoġġati)

34. L-ispejjeż lokali (il-perċentwali tal-valur totali tal-kuntratti appoġġati)

35. Il-punt tal-bidu tal-kreditu u r-referenza għas-subparagrafu applikabbli tal-Artikolu 10

36. It-tul tal-perjod ta' ripagament

37. Il-bażi tar-rata tal-imgħax

38. Ir-rata jew il-marġni tal-imgħax

II.   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA, KIF INHU XIERAQ, GĦAL NOTIFIKI LI JSIRU FIR-RIGWARD TA' DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

(a)    L-Artikolu 14(d)(5) tal-Arranġament

1. Il-profil tar-ripagament

2. Il-frekwenza tar-ripagament

3. It-tul ta' żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ripagament tal-kapital

4. L-ammont ta' imgħax ikkapitalizzat qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

5. It-tul ta' żmien medju peżat (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi) tal-perjodu tar-ripagament

6. L-ispjegazzjoni tar-raġuni għaliex ma ġiex provdut appoġġ skont il-paragrafi minn (a) sa (c) tal-Artikolu 14

(b)    L-Artikoli 24, 27, 30 u 31 tal-Arranġament

1. Il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-obbligant

2. Il-kategorija magħżula tar-riskju tax-xerrej tal-obbligant

3. It-tul tal-perjodu ta' żburżament

4. Il-perċentwal ta' kopertura għar-riskju politiku (tal-pajjiż)

5. Il-perċentwal ta' kopertura għar-riskju kummerċjali (tax-xerrej)

6. Il-kwalità tal-kopertura (jiġifieri taħt l-istandard, standard, 'il fuq mill-istandard)

7. L-MPR ibbażata fuq il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-obbligant fin-nuqqas ta' kwalunkwe garanti parti terza, tal-involviment ta' istituzzjoni multilaterali/reġjonali, il-mitigazzjoni tar-riskju żidiet fir-riskju tax-xerrej

8. L-MPR applikabbli

9. Ir-rata effettiva tal-primjum mitluba (espressa fil-format tal-MPR bħala perċentwali tal-kapital)

(c)    L-Artikolu 24(c) it-tielet inċiż tal-Arranġament

1. Normattiv(i) applikati (ara l-Anness IX).

(d)    L-Artikolu 24(e) l-ewwel inċiż tal-Arranġament

1. Il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-pajjiż tal-garanti

2. Il-klassifikazzjoni magħżula tar-riskju tax-xerrej tal-garanti

3. Il-konferma li ntlaħqu l-kriterji kollha elenkati fl-Anness X.

4. Il-perċentwal tal-ammont totali f'riskju (jiġifieri kapital u mgħax) li huwa kopert mill-garanzija (jiġifieri l-ammont totali jew parzjali)

5. Indikazzjoni dwar jekk teżistix xi relazzjoni finanzjarja bejn il-garanti u l-obbligant

6. Fil-każ li hemm relazzjoni bejn il-garanti u l-obbligant:

 It-tip ta' relazzjoni (pereż. il-kumpanija prinċipali-sussidjarja, sussidjarja-prinċipali, sjieda komuni)

 Il-konferma li l-garanti huwa legalment u finanzjarjament indipendenti u jista' jissodisfa l-obbligu tal-ħlas tal-obbligant

 Il-konferma li l-garanti ma jkunx affettwat minn avvenimenti, regolamenti jew intervent sovran fil-pajjiż tal-obbligant

(e)    L-Artikolu 27(e) tal-Arranġament

1. Il-kategorija magħżula tar-riskju tax-xerrej tal-obbligant

2. Il-klassifikazzjoni(jiet) tal-munita barranija minn CRA Akkreditata

3. Ir-raġuni fundamentali għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej aħjar mill-klassifikazzjoni mis-CRA akkreditata

(f)    L-Artikolu 30 tal-Arranġament

1. It-teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż użata

2. Il-konferma li ntlaħqu l-kriterji elenkati fl-Anness XII

3. Għat-Teknika 1, il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-Pajjiż li ġejja mill-użu tat-teknika.

4. Għat-Teknika 2:

 il-munita lokali użata

 il-valur tal-LCF applikat

(g)    L-Artikolu 31 tal-Arranġament

1. Il-BRCE(s) applikat/i

2. Is-CEF applikat għal kull titjib fil-kreditu

3. Is-CEF totali li għandu jiġi applikat

(h)    L-Artikoli 49 u 50 tal-Arranġament

1. Il-forma tal-għajnuna marbuta (jiġifieri l-għajnuna għall-iżvilupp jew kreditu premist jew finanzi assoċjati)

2. Il-livell ta' konċessjonalità totali tal-finanzjament tal-għajnuna marbuta u tal-għajnuna parzjalment mhux marbuta li ġie kkalkolat skont l-Artikolu 40

3. Id-DDR li ntużat għall-kalkulazzjoni tal-konċessjonalità

4. It-trattament tal-ħlasijiet bi flus kontanti fil-kalkulazzjoni tal-livell ta' konċessjonalità

5. Ir-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-linji ta' kreditu

(i)    Anness I, l-Artikolu 5(e)

1. Indikazzjoni ta':

 Id-data tal-ewwel ħlas ta' imgħax, jekk aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu

 Il-frekwenza ta' ħlas ta' imgħax, jekk inqas frekwenti minn kull sitt xhur

(j)    Anness II, l-Artikolu 8

1. Deskrizzjoni aktar dettaljata tal-kuntratt ta' esportazzjoni, jiġifieri impjant ġdid tal-enerġija nukleari, modernizzazzjoni ta' impjant eżistenti tal-enerġija nukleari, il-provvista ta' fjuwil u arrikkiment nukleari, jew il-forniment ta' ġestjoni tal-fjuwil użat.

2. Ir-ripagament tal-kapital u l-ħlas tal-imgħax L-Artikolu 3(a)(1), l-Artikolu 3(a)(2) jew l-Artikolu 3(c) tal-Anness II.

3. Meta l-appoġġ uffiċjali jingħata skont l-Artikolu 3c) tal-Anness II, ipprovdi:

 Il-profil tar-ripagament

 Il-frekwenza tar-ripagament

 It-tul ta' żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ripagament tal-kapital

 L-ammont ta' imgħax ikkapitalizzat qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

 It-tul ta' żmien medju peżat (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi) tal-perjodu tar-ripagament

 L-ispjegazzjoni tar-raġuni għan-nuqqas ta' għoti tal-appoġġ skont l-Artikoli 3(a) u (b) tal-Anness II.

4. Ir-rata minima tal-imgħax applikata skont l-Artikolu 4 tal-Anness II.

(k)    Anness IV, l-Artikolu 10

1. Deskrizzjoni aktar dettaljata tal-proġett:

 Impjant ġdid tal-enerġiji rinnovabbli u tal-ilma, jew modernizzazzjoni ta' impjant eżistenti tal-enerġiji rinnovabbli u tal-ilma, inkluż is-settur speċifiku kif elenkati fl-Appendiċi I tal-Anness IV, jew

 Jekk proġett tal-enerġija idro, kemm jekk proġett kbir ġdid tal-enerġija idro (kif iddefinita fl-Appendiċi IV tal-Anness IV), jew

 Għall-proġetti li jaqgħu fil-Klassijiet tal-Proġetti elenkati fl-Appendiċi II tal-Anness IV, wiri ta' kif il-proġett jikkonforma mal-kriterji għall-appoġġ, kif stipulat fl-Artikolu 2(b) tal-Anness IV, jew

 Għal proġetti appoġġati f'konformità mal-Appendiċi III tal-Anness IV:

 Deskrizzjoni iktar estensiva tal-proġett biex jintwera kif il-proġett jikkonforma mal-kriterji għall-appoġġ, kif stipulat fl-Artikolu 3(b) jew c) rispettivament tal-Anness IV, u

 L-aċċess għar-riżultati tar-reviżjoni indipendenti tal-partijiet terzi meħtieġa fl-Appendiċi III tal-Anness IV.

2. Il-profil tar-ripagament tal-kapital u l-ħlas tal-imgħax skont: L-Artikolu 6(a)(1), l-Artikolu 69(a)(2) jew l-Artikolu 6(c) tal-Anness IV.

3. Meta l-appoġġ uffiċjali jingħata skont l-Artikolu 6(c) tal-Anness IV, ipprovdi:

 Il-profil tar-ripagament

 Il-frekwenza tar-ripagament

 It-tul ta' żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ripagament tal-kapital

 L-ammont ta' imgħax ikkapitalizzat qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

 It-tul ta' żmien medju peżat (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi) tal-perjodu tar-ripagament

 L-ispjegazzjoni tar-raġuni għan-nuqqas ta' għoti tal-appoġġ skont l-Artikoli 6(a) u (b) tal-Anness IV.

4. Ir-rata minima tal-imgħax applikata skont l-Artikolu 7 tal-Anness IV.

(l)    Anness V, l-Artikolu 5

1. Spjegazzjoni komprensiva dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-appoġġ uffiċjali pprovdut, inkluż:

 Spjegazzjoni dwar għaliex it-termini u l-kundizzjonijiet tal-infrastruttura ferrovjarja qed jiġu provduti

 Kif it-termini tar-ripagament offruti ma jeċċedux it-tul ta' servizz utli ffinanzjati tal-infrastruttura ferrovjarja

2. Għal tranżazzjonijiet fil-pajjiżi tal-Kategorija I:

 L-ammont totali tas-sindikazzjoni tad-dejn għall-proġett, inklużi s-selliefa uffiċjali u dawk privati

 L-ammont totali tas-sindikazzjoni tad-dejn mis-selliefa privati

 Il-perċentwali tas-sindikazzjoni tad-dejn li ġiet ipprovduta mill-Parteċipanti

 Konferma li l-Parteċipant ikun involut f'sindikazzjoni ta' self ma' istituzzjonijiet finanzjarji privati li ma jibbenefikawx mill-appoġġ uffiċjali għall-kreditu tal-esportazzjoni, fejn (i) il-Parteċipant huwa msieħeb minoritarju bi status pari passu matul il-perjodu kollu tas-self u (ii) l-appoġġ uffiċjali għall-kreditu tal-esportazzjoni provdut mill-Parteċipanti jinkludi inqas minn 50 % tas-sindikazzjoni

 Dejta speċifika dwar l-ipprezzar dwar kif ir-rati tal-primjum għal kwalunkwe appoġġ uffiċjali li ma jxekklux finanzjament disponibbli tas-suq privat u li huma proporzjonati mar-rati korrispondenti mitlubin minn istituzzjonijiet finanzjarji privati oħrajn li jieħdu sehem fis-sindakazzjoni.

(m)    Anness VI, l-Artikolu 5

1. L-ispjegazzjoni dwar għaliex it-termini tal-finanzi tal-proġett qed jiġu provduti

2. Il-valur tal-kuntratt f'relazzjoni mal-kuntratt ċwievet f'idejk, porzjon tas-subkuntratti, eċċ.

3. Id-deskrizzjoni mtejba tal-proġett

4. It-tip ta' kopertura provdut qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

5. Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju politiku qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

6. Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju kummerċjali qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

7. It-tip ta' kopertura provdut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu

8. Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju politiku wara l-punt tal-bidu tal-kreditu

9. Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju kummerċjali wara l-punt tal-bidu tal-kreditu

10. It-tul tal-perjodu ta' kostruzzjoni (jekk inhu applikabbli)

11. It-tul tal-perjodu ta' żburżament

12. It-tul ta' żmien medju peżat (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi) tal-perjodu tar-ripagament

13. Il-profil tar-ripagament

14. Il-frekwenza tar-ripagament

15. It-tul ta' żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ripagament tal-kapital

16. Il-perċentwali tal-kapital li tħallas lura sal-punt nofsani tal-kreditu

17. L-ammont ta' imgħax ikkapitalizzat qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu

18. Tariffi oħra li ġew riċevuti mill-ECA, pereż. il-ħlasijiet ta' impenn (fakultattivi, ħlief fil-każ ta' tranżazzjonijiet ma' xerrejja fil-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli)

19. Ir-rata tal-primjum (fakultattiva, ħlief fil-każ ta' proġetti fil-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli)

20. Il-konferma (u jekk tkun meħtieġa l-ispjegazzjoni) li t-tranżazzjoni tinvolvi/hija kkaratterizzata minn:

 Il-finanzjament ta' unità ekonomika partikolari fejn is-sellief huwa sodisfatt li jqis id-dħul u l-ħruġ tal-flus u l-qligħ ta' dik l-unità ekonomika bħala s-sors tal-fondi minfejn se jitħallas lura self u l-assi tal-unità ekonomika bħala kollaterali għas-self.

 Il-finanzjament tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni ma' kumpanija ta' proġett indipendenti (legalment u ekonomikament), pereż. kumpanija b'fini speċjali, fejn għandhom x'jaqsmu l-proġetti ta' investiment li jiġġeneraw id-dħul tagħhom stess.

 Il-qsim tar-riskju fost is-sħab tal-proġetti, pereżempju, azzjonisti privati jew li jifilħu għas-self, esportaturi, kredituri, persuni li jidħlu għal ftehimiet ta' akkwist, inkluża ekwità adegwata.

 Biżżejjed dħul u ħruġ tal-flus tal-proġett matul il-perjodu kollu ta' ripagament biex ikunu koperti l-ispejjeż operattivi u s-servizz tad-dejn għall-fondi barranin.

 It-tnaqqis prijoritarju mid-dħul tal-proġett tal-ispejjeż operattivi u tas-servizz tad-dejn.

 Xerrej/mutwatarju mhux sovran bl-ebda garanzija ta' ripagament sovran

 It-titoli abbażi ta' assi għall-qligħ/assi tal-proġett, pereż. assenjazzjonijiet, rahan, kontijiet tal-qligħ;

 Rikors limitat jew l-ebda rikors għall-isponsers tal-azzjonisti/isponsers tas-settur privat tal-proġett wara li jkun ikkompletat

(n)    Anness VI, l-Artikolu 5 għall-proġetti fil-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli

1. L-ammont totali tas-sindikazzjoni tad-dejn għall-proġett, inklużi s-selliefa uffiċjali u dawk privati

2. L-ammont totali tas-sindikazzjoni tad-dejn mis-selliefa privati

3. Il-perċentwali tas-sindikazzjoni tad-dejn li ġiet ipprovduta mill-Parteċipanti

4. Il-konferma li:

 Fejn għandha x'taqsam il-parteċipazzjoni f'sindikazzjoni ta' self ma' isituzzjonijiet finanzjarji privati li ma jibbenefikawx minn appoġġ uffiċjali għall-kreditu tal-esportazzjoni, il-Parteċipant huwa msieħeb minoritarju bi status ta' pari passu matul it-tul ta' żmien kollu tas-self.

 Ir-rata tal-primjum li ġiet irrapportata taħt il-punt m) 19 ta' aktar 'il fuq ma xxekkilx il-finanzjament tas-suq privat u hija proporzjonata mar-rati korrispondenti li qed jintalbu mill-istituzzjonjiet finanzjarji privati l-oħra li qed jipparteċipaw fis-sindikazzjoni.




ANNESS VIII

IL-KALKOLU TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM

Il-Formula tal-MPR

Il-formula għall-kalkolu tal-MPR applikabbli għal kreditu għall-esportazzjoni li jinvolvi obbligant/garanti f'pajjiż ikklassifikat fil-Kategoriji 1-7 tar-Riskju tal-Pajjiż hija:

MPR = {[(ai × HOR + bi) × max (PCC, PCP)/0,95] × (1 – LCF) + [cin × PCC/0,95 × HOR × (1 – CEF)]} × QPFi × PCFi × BTSF

fejn:

ai = il-koeffiċjent tar-riskju tal-pajjiż fil-kategorija ta' riskju tal-pajjiż i (i = 1-7)

cin = il-koeffiċjent tar-riskju tal-pajjiż għall-kategorija tax-xerrej n (n = SOV+, SOV/CCO, CC1-CC5) fil-kategorija tar-riskju tal-pajjiż i (i = 1-7)

bi = il-kostanti għall-kategorija tar-riskju tal-kategorija tal-pajjiż i (i = 1-7)

HOR = l-orizzont tar-riskju

PCC = il-perċentwal tar-riskju kummerċjali (tax-xerrej) tal-kopertura

PCP = il-perċentwal tar-riskju politiku (tal-pajjiż) tal-kopertura

CEF = il-fattur tat-titjibiet fil-kreditu

QPFi = il-kwalità tal-fattur tal-prodott fil-kategorija tar-riskju tal-pajjiż i (i = 1-7)

PCFi = il-perċentwal tal-fattur ta' kopertura fil-kategorija tar-riskju tal-pajjiż i (i = 1-7)

BTSF = aħjar mill-fattur sovran

LCF = il-fattur tal-munita lokali

Il-Klassifikazzjoni Applikabbli tar-Riskju tal-Pajjiż

Il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż hija ddeterminata skont l-Artikolu 24e) tal-Arranġament, li min-naħa tiegħu jiddetermina l-koeffiċjent tar-riskju tal-pajjiż (ai) u kostanti (bi) li jinkisbu mit-tabella li ġejja:



 

1

2

3

4

5

6

7

a

0,090

0,200

0,350

0,550

0,740

0,900

1,100

b

0,350

0,350

0,350

0,350

0,750

1,200

1,800

L-għażla tal-Kategorija Xierqa tar-Riskju tax-Xerrej

Il-kategorija xierqa tar-riskju tax-xerrej tintgħażel mit-tabella li ġejja, li tipprovdi t-taħlitliet tal-kategorija tal-pajjiż u tar-riskju tax-xerrej li ġew stabbiliti u l-konkordanza miftehma bejn il-kategoriji ta' riskju tax-xerrej CC1-CC5 u l-klassifikazzjonijiet ta' CRAs akkreditati. Ġew stabbiliti deskrizzjonijiet kwalifikattivi ta' kull kategorija tar-riskju tax-xerrej (SOV+ sa CC5) biex titħaffef il-klassifikazzjoni tal-obbliganti (u l-garanti) u dawn huma pprovduti fl- Anness XI.



Il-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż

1

2

3

4

5

6

7

SOV+

SOV+

SOV+

SOV+

SOV+

SOV+

SOV+

SOV/CC0

SOV/CC0

SOV/CC0

SOV/CC0

SOV/CC0

SOV/CC0

SOV/CC0

CC1

AAA sa AA-

CC1

A + sa A-

CC1

BBB+ sa BB-

CC1

BB+ sa BB

CC1

BB-

CC1

B+

CC1

B

CC2

A+ sa A-

CC2

BBB+ sa BBB-

CC2

BB+ sa BB

CC2

BB-

CC2

B+

CC2

B

CC2

B-jew agħar

CC3

BBB+ sa BBB-

CC3

BB+ sa BB

CC3

BB-

CC3

B+

CC3

B

CC3

B-jew agħar

 

CC4

BB+ sa BB

CC4

BB-

CC4

B+

CC4

B

CC4

B-jew agħar

 

 

CC5

BB- jew agħar

CC5

B+ jew agħar

CC5

B jew agħar

CC5

B-jew agħar

 

 

 

Il-kategorija magħżula tar-riskju tax-xerrej, flimien mal-kategorija applikabbli tar-riskju tal-pajjiż tiddetermina l-koeffiċjent tar-riskju tax-xerrej (cin) li jinkiseb mit-tabella li ġejja:



Ir-Riskju tax-Xerrej Kategorija

Il-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż

1

2

3

4

5

6

7

SOV+

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

SOV/CC0

0000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

CC1

0,110

0,120

0,110

0,100

0,100

0,100

0,125

CC2

0,200

0,212

0,223

0,234

0,246

0,258

0,271

CC3

0,270

0,320

0,320

0,350

0,380

0,480

mhux applikabbli

CC4

0,405

0,459

0,495

0,540

0,621

mhux applikabbli

mhux applikabbli

CC5

0,630

0,675

0,720

0,810

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

L-Orizzont tar-Riskju (HOR)

L-Orizzont tar-Riskju (HOR) jiġi kkalkulat kif ġej:

Għall-profili standard ta' ripagament (jiġifieri ripagamenti tal-kapital indaqs u semiannwali):

HOR = (it-tul tal-perjodu ta' żburżament × 0,5) + it-tul tal-perjodu ta' ripagament

Għall-profili mhux standard ta' ripagament:

HOR = (it-tul tal-perjodu ta' żburżament × 0,5) + (it-tul medju peżat tal-perjodu ta' ripagament – 0,25)/0,5

Fil-formuli ta' hawn fuq, l-unità ta' kejl għaż-żmien hija snin.

Il-Perċentwal ta' Kopertura għar-Riskju Kummerċjali (tax-Xerrej) (PCC) u r-Riskju Politiku (tal-Pajjiż) (PCP)

Il-Perċentwali ta' Kopertura (PCC u PCP) espressi bħala valur deċimali (jiġifieri, 95 % huwa espress bħala 0,95) fil-formula tal-MPR.

Titjib fil-Kreditu tar-Riskju tax-Xerrej

Il-valur tal-fattur tat-titjib fil-kreditu (CEF) huwa ta' 0 għal kwalunkwe tranżazzjoni li mhijiex soġġetta għal xi titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej. Il-valur tas-CEF għal tranżazzjonijiet li huma soġġetti għal titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej huwa ddeterminat skont l-Anness VIII (soġġett għar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31(c) tal-Arranġament u ma jistax jaqbeż iż-0,35.

Il-Kwalità tal-Fattur tal-Prodott (QPF)

Il-QPF tinkiseb mit-tabella li ġejja:



Il-Kwalità tal-Prodott

Il-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż

1

2

3

4

5

6

7

Inqas mill-Istandard

0,9965

0,9935

0,9850

0,9825

0,9825

0,9800

0,9800

L-istandard

1,0000

1,0000

1,0000

1,0000

1,0000

1,0000

1,0000

Ogħla mill-Istandard

1,0035

1,0065

1,0150

1,0175

1,0175

1,0200

1,0200

Il-Perċentwal tal-Fattur ta' Kopertura (PCF)

Il-PCF tiġi ddeterminata kif ġej:

Għal (max(PCC, PCP) ≤ 0,95, PCF = 1)

Għal (max(PCC, PCP) > 0,95, PCF = 1 + ((max(PCC, PCP) – 0,95)/0,05) × (il-perċentwal tal-koeffiċjent ta' kopertura))

Il-perċentwal tal-koeffiċjent ta' kopertura jinkiseb mit-tabella li ġejja:



 

Il-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż

1

2

3

4

5

6

7

Il-perċentwal tal-koeffiċjent ta' kopertura

0,00000

0,00337

0,00489

0,01639

0,03657

0,05878

0,08598

Aħjar mill-Fattur Sovran (BTSF)

Meta obbligant ikun ikklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej ta' “aħjar minn sovran” (SOV+), BTSF = 0,9, inkella BTSF = 1.

Il-Fattur tal-Munita Lokali (LCF)

Għal tranżazzjoni li tuża l-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-munita lokali, il-valur tal-LCF ma jistax jaqbeż iż-0,2. Il-valur tal-LCF għat-tranżazzjonijiet kollha l-oħrajn huwa ta' 0.




ANNESS IX

NORMATTIVI TAS-SUQ GĦAL TRANŻAZZJONIJIET F'PAJJIŻI TAL-KATEGORIJI ŻERO

Porzjon mhux kopert ta' Krediti għall-Esportazzjoni jew il-Parti Koperta mhux tal-ECA ta' Self Sindakat

Il-prezz indikat minn banek/istituzzjonijiet privati fir-rigward tal-porzjon mhux kopert tal-kreditu għall-esportazzjoni inkwistjoni (jew xi kultant bħala l-parti koperta mhux tal-ECA ta' self sindakat) jista' jirrappreżenta dak li l-aktar li jaqbel mal-kopertura tal-ECA. L-ipprezzar fuq porzjonijiet mhux koperti jew partijiet nonkoperti bħal dawn għandu jintuża biss jekk jiġi pprovdut b'termini kummerċjali (pereż. dan ikun jeskludi l-porzjonijiet iffinanzjati mill-IFI).

Bonds Korporattivi Speċifiċi għall-Isem

Il-bonds korporattivi jirriflettu riskju tal-kreditu speċifiku għall-isem. It-tlaqqigħ f'termini tal-karatteristiċi tal-kuntratt tal-ECA għandu jsir b'kawtela, bħat-terminu ta' maturità, u d-denominazzjoni tal-munita u kwalunkwe titjibiet fil-kreditu. Jekk jintużaw bonds korporattivi primarji (jiġifieri r-rendiment kumplessiv mal-ħruġ) jew bonds korporattivi sekondarji (jiġifieri l-firxa aġġustata għall-alternattiva fuq il-kurva xierqa, li normalment hija l-kurva tas-swap tal-munita rilevanti), l-ewwel għandhom jintużaw dawk għall-obbligant; jekk ma jkunux disponibbli, għandhom jintużaw bonds korporattivi primarji jew sekondarji għal mutwatarji paragunabbli u tranżazzjonijiet paragunabbli.

Swaps Speċifiċi għall-Isem ta' Inadempjenza tal-Kreditu

Swaps ta' Inadempjenza tal-Kreditu (CDS) huma forma ta' protezzjoni kontra l-inadempjenza. Il-firxa tas-CDS hija l-ammont imħallas f'kull perjodu mix-xerrej tas-CDS bħala perċentwal tal-prinċipal nozzjonali, u ġeneralment tiġi espressa f'punti bażi. Ix-xerrej tas-CDS jixtri b'mod effettiv assigurazzjoni kontra l-inadempjenza billi jagħmel pagamenti lix-xerrej tas-CDS għad-durata tas-swap, jew sakemm iseħħ l-avveniment tal-kreditu. Għandha tintuża kurva tas-CDS għall-obbligant fl-ewwel istanza; jekk mhux disponibbli, għandhom jiġu użati kurvi tas-CDs għal mutwatarji paragunabbli u tranżazzjonijiet paragunabbli.

Swaps Indiċizzati ta' Inadempjenza tal-Kreditu

Swap indiċizzat ta' Inadempjenza tal-Kreditu hija ġabra ta' CDS irreġistrati għal settur tal-industrija, jew sehem minnu, jew għal żona ġeografika. Il-firxiet tas-CDS miġbura hekk jirriflettu r-riskju tal-kreditu tas-segment partikolari tas-suq li l-indiċi qiegħed ikopri. Ir-rilevanza tiegħu tista' tinħass l-iktar f'każijiet fejn ma jkun hemm disponibbli ebda CDS speċifiċi għall-Isem jew meta s-suq għal CD speċifika għall-isem ikun illikwidu.

Normattivi tas-Self

Normattivi primarji tas-self (jiġifieri l-ipprezzar mal-ħruġ) jew normattivi sekondarji tas-self (jiġifieri r-redditu attwali fuq is-self mistenni mill-istituzzjoni finanzjarja li qed tixtri s-self minn istituzzjoni finanzjarja oħra). It-tariffi kollha jridu jkunu magħrufa għan-normattivi primarji tas-self sabiex ikun jista' jiġi kkalkolat ir-redditu kumplessiv. Jekk jintużaw in-normattivi tas-self, għandhom jintużaw dawk għall-obbligant fl-ewwel istanza; jekk mhux disponibbli, għandhom jiġu użati dawk għal mutwatarji paragunabbli u tranżazzjonijiet paragunabbli.

Kurvi Normattivi tas-Suq

Il-kurvi normattivi tas-suq jirriflettu r-riskju tal-kreditu ta' settur sħiħ jew klassi ta' xerrejja. Din l-informazzjoni dwar is-suq tista' tkun rilevanti meta ma jkunx hemm disponibbli informazzjoni speċifika għall-isem. B'mod ġenerali, il-kwalità tal-informazzjoni inerenti għal dawn is-swieq tiddependi fuq il-likwidità tagħhom. Fi kwalunkwe każ, wieħed għandu jfittex strumenti tas-suq li jipprovdu l-eqreb elementi f'termini tal-karatteristiċi tal-kuntratt tal-ECA, bħad-data, il-klassifikazzjoni tal-kreditu, it-terminu ta' maturità u d-denominazzjoni tal-munita.

Kost Medju Peżat tar-Riżorsi tal-Finanzjament (WACFR)

Mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tax-xerrej jista' jkun possibbli li jitkejjel il-WACFR. Hija rakkomandata kawtela meta jintuża dan il-metodu biex jiġi żgurat li l-kost medju tar-riżorsi finanzjarji ta' kumpanija jirrifletti l-kundizzjonijiet veri li bihom ġie pprovdut il-finanzjament.




ANNESS X

IL-KRITERJI U L-KUNDIZZJONIJIET LI JIGGVERNAW L-APPLIKAZZJONI TA'GARANZIJA TA' RIPAGAMENT TA' PARTI TERZA U L-KLASSIFIKAZZJONI TA' ISTITUZZJONIJIET MULTILATERALI JEW REĠJONALI

GĦAN

Dan l-Anness jipprovdi l-kriterji u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta' garanziji ta' ripagament ta' parti terza, inkluża l-garanzija ta' ripagament ta' istituzzjoni multilaterali jew reġjonali kklassifikata skont l-Artikolu 24e) tal-Arranġament. Jipprovdi wkoll il-kriterji li skont dawn iridu jiġu vvalutati l-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali biex jiġi ddeterminat jekk istituzzjoni għandhiex tiġi kklassifikata b'rabta mal-Artikolu 28 tal-Arranġament.

APPLIKAZZJONI

Każ 1: Garanzija għall-Ammont Totali f'Riskju

Meta titolu fl-għamla ta' garanzija ta' ripagament minn entità jiġi pprovdut għall-ammont totali f'riskju (jiġifieri l-kapital u l-imgħax), il-Klassifikazzjoni applikabbli tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej jistgħu jkunu dawk tal-garanti meta jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:

 Il-garanzija tkopri kemm idum il-kreditu.

 Il-garanzija hija irrevokabbli, mingħajr kundizzjonijiet u disponibbli meta tintalab.

 Il-garanzija hija legalment valida u tista' tkun infurzata fil-ġuriżdizzjoni tal-pajjiż garanti.

 Il-garanti huwa idoneu għall-kreditu f'relazzjoni mad-daqs tad-dejn iggarantit.

 Il-garanti huwa soġġett għar-regolamenti dwar il-kontroll u t-trasferiment monetarju tal-pajjiż fejn jinsab.

Għal Istituzzjonijiet Multilaterali jew Reġjonali kklassifikati li jaġixxu bħala garanti, japplikaw il-kriterji li ġejjin:

 Il-garanzija tkopri kemm idum il-kreditu.

 Il-garanzija hija irrevokabbli, mingħajr kundizzjonijiet u disponibbli meta tintalab.

 Il-garanti huwa legalment impenjat għall-ammont totali tal-kreditu.

 Ir-ripagamenti jsiru direttament lill-kreditur.

Jekk il-garanti huwa kumpanija sussidjarja/prinċipali tal-entità ggarantita, fuq bażi ta' każ b'każ, il-Parteċipanti jiddeterminaw jekk: (1) meta titqies ir-relazzjoni bejn il-kumpanija sussidjarja/prinċipali u l-grad ta' impenn legali min-naħa tal-kumpanija prinċipali, il-kumpanija sussidjarja/prinċipali hiex legalment u finanzjarjament indipendenti u tistax tissodisfa l-obbligi tal-ħlas tagħha; (2) il-kumpanija sussidjarja/prinċipali tistax tiġi affetwata minn avvenimenti/regolamenti lokali jew minn intervent sovran; u (3) l-Uffiċċju Prinċipali għandux fil-każ ta' nuqqas ta' ħlas iqis lilu nnifsu bħala responsabbli.

Każ 2: Garanzija Limitata fl-Ammont

Meta titolu fl-għamla ta' garanzija ta' ripagament minn entità jiġi pprovdut għal ammont limitat f'riskju (jiġifieri kapital u mgħax), il-Klassifikazzjoni applikabbli tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej jistgħu jkunu dawk tal-garanti għas-sehem tal-kreditu soġġett għall-garanzija, diment li jintlaħqu l-kriterji kollha l-oħrajn elenkati fil-Każ 1.

Għas-sehem mhux iggarantit, il-Klassifikazzjoni applikabbli tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej huma dawk tal-obbligant.

Il-Klassifikazzjoni tal-Istituzzjonijiet Multilaterali jew Reġjonali

L-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali jkunu eliġibbli għall-klassifikazzjoni jekk l-istituzzjoni hija eżenti b'mod ġenerali mir-regolamenti dwar il-kontroll u t-trasferiment monetarju tal-pajjiż fejn tinsab. Istituzzjonijiet bħal dawn jiġu kklassifikati fil-Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż minn 0 sa 7 fuq bażi ta' każ b'każ skont valutazzjoni tar-riskju ta' kull waħda fuq il-merti tagħha u billi jitqies jekk:

 l-istituzzjoni għandhiex indipendenza statutarja u finanzjarja;

 l-assi kollha tal-istituzzjoni humiex immuni min-nazzjonalizzazzjoni jew mill-konfiska;

 l-istituzzjoni għandhiex libertà sħiħa għat-trasferiment u għall-konverżjoni tal-fondi;

 l-istituzzjoni hijiex soġġetta għal intervent governattiv fil-pajjiż fejn tinsab;

 L-istituzzjoni għandiex immunità fiskali; kif ukoll

 hemmx obbligu li l-pajjiżi Membri kollha tagħha jipprovdu kapital addizzjonali sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-istituzzjoni.

Il-valutazzjoni għandha tqis ukoll ir-rekord storiku tal-ħlasijiet f'sitwazzjoniiet ta' nuqqas ta' ħlas ta' riskji ta' kreditu tal-pajjiż jew fil-pajjiż fejn tinsab jew fil-pajjiż xerrej/li qed jissellef; u kwalunkwe fattur ieħor li jista' jitqies xieraq fil-proċess ta' valutazzjoni.

Il-lista tal-istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali kklassifikati mhix magħluqa u Parteċipant jista' jinnomina istituzzjoni biex tkun riveduta skont il-konsiderazzjonijiet li ġew elenkati aktar 'il fuq. Il-Parteċipanti għandhom jagħmlu pubbliċi l-klassifikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali.




ANNESS XI

ID-DESKRIZZJONIJIET KWALITATTIVI TAL-KATEGORIJI TAR-RISKJU TAX-XERREJ

Aħjar minn Sovran (SOV+)

Din hija klassifikazzjoni eċċezzjonali. L-entità li tikseb klassifikazzjoni bħal din hija waħda bi profil ta' kreditu b'saħħa eċċezzjonali li tista' tkun mistennija tissodisfa l-obbligi ta' ħlas tagħha matul perjodu ta' diffikultà minħabba dejn sovran jew saħansitra inadempjenza. L-Aġenziji Internazzjonali ta' Klassifikazzjoni tal-Kreditu joħorġu rapporti regolari li jelenkaw il-Klassifikazzjonijiet Korporattivi u tal-Kontroparti li jaqbżu l-Klassifikazzjoni tal-Munita Barranija tas-Sovrani. Ħlief meta s-sovran ta' riskju jkun ġie identifikat permezz tal-Metodoloġija ta' Valutazzjoni tar-Riskju Sovran bħala notevolment ogħla mir-riskju tal-pajjiż, Parteċipanti li jipproponu li entità tiġi kklassifikata bħala aħjar minn sovran għandhom jagħmlu referenza għat-tali klassifikazzjonijiet aħjar minn sovrani b'appoġġ tar-rakkomandazzjoni tagħhom. Biex tiġi kklassifikata bħala aħjar mis-sovran li jilqagħha, entità tkun mistennija turi bosta, jew normalment il-maġġoranza, tal-karatteristiċi li ġejjin jew ekwivalenti tagħhom:

 Profil ta' kreditu b'saħħtu;

 qligħ sostanzjali mill-kambju relatat mal-piż tad-dejn tal-munita tagħha;

 il-faċilitajiet ta' produzzjoni u l-ħila ta' ġenerazzjoni tal-flus mis-sussidjarji jew operazzjonijiet lil hinn mill-kosta, speċjalment dawk li jinsabu f'sovrani bi klassifikazzjoni għolja, jiġifieri impriżi multinazzjonali;

 sid barrani jew imsieħeb strateġiku jistgħu jservu ta' sors ta' appoġġ finanzjarju fin-nuqqas ta' garanzija formali;

 storja ta' trattament ta' preferenza tal-entità mis-sovran, inkluża eżenzjoni mit-trasferiment u r-restrizzjonijiet ta' konvertibilità u r-rekwiżiti ta' ċediment għall-proċeduri ta' esportazzjoni, u trattament favorevoli tat-taxxa;

 linji ta' kreditu impenjati minn banek internazzjonali bi klassifikazzjoni għolja, speċjalment linji ta' kreditu mingħajr klawżola ta' bidla materjali avversa (MAC) li tippermetti lill-banek jirtiraw faċilitajiet impenjati fil-każ ta' kriżi sovrana jew avvenimenti oħrajn ta' riskju; u kif ukoll

 assi miżmuma lil hinn mill-kosta, speċjalment assi likwidi, spiss minħabba regoli li jippermettu lill-esportaturi jaqbdu u jżommu bilanċi ta' flus lil hinn mill-kosta li huma disponibbli għal servizz tad-dejn.

Normalment, il-kategorija tar-riskju tax-xerrej SOV+ mhijiex applikabbli għal:

 l-entitajiet u l-utilitajiet li huma proprjetà pubblika, sottosovrani bħal ministeri tal-linja, gvernijiet reġjonali, eċċ;

 l-istituzzjonijiet finanzjarji domiċiljati fil-ġurisdizzjoni tas-sovran; kif ukoll

 l-entitajiet li primarjament ibiegħu lis-suq domestiku fil-munita lokali.

Sovran (SOV)

Obbliganti/garanti sovrani huma entitajiet li ngħataw mandat b'mod espliċitu u legali sabiex jidħlu f'obbligu ta' ħlas ta' dejn f'isem l-Istat Sovran, tipikament il-Ministeru tal-Finanzi jew il-Bank Ċentrali ( 34 ). Riskju magħżul bħala sovran huwa wieħed fejn:

 l-obbligant/il-garanti huwa legalment mandat biex jidħol f'obbligu ta' ħlas tad-dejn f'isem is-Sovran u b'hekk jimpenja r-rieda u l-kreditu sħaħ tas-sovran; kif ukoll

 f'każ ta' skedar mill-ġdid ta' riskju sovran, id-dejn inkwistjoni jkun inkluż fl-obbligi ta' skedar mill-ġdid u ħlas miksuba mis-sovran permezz tal-iskedar mill-ġdid.

Ekwivalenti għas-Sovran (CC0): Kwalità ta' Kreditu Eċċezzjonalment Tajba

Il-kategorija ta' “ekwivalenti għal sovran” tħaddem fiha żewġ tipi bażiċi ta' obbliganti/garanti:

 Entitajiet pubbliċi fejn id-diliġenza xierqa turi li x-xerrej għandu r-rieda impliċita sħiħa u l-kreditu/appoġġ tas-sovran jew li l-probabilità ta' appoġġ ta' likwidità u solvenza minn sovran hija għolja ferm, kemm fir-rigward tal-prospetti ta' rkupru kif ukoll riskju ta' inadempjenza. L-entitajiet pubbliċi mhux sovrani ekwivalenti għas-sovran jinkludu wkoll kumpaniji proprjetà tal-gvern b'monopolju jew kważi monopolu f'operazzjonijiet f'settur (pereż. enerġija, żejt, gass).

 Entitajiet korporattivi bi profil tal-kreditu eċċezzjonalment b'saħħtu, li juri karatteristiċi kemm f'termini ta' prospetti ta' inadempjenza kif ukoll ta' rkupru li jindikaw li r-riskju jista' jitqies bħala ekwivalenti għal sovran. Il-kandidati jistgħu jinkludu korporattivi blue-chip b'saħħithom jew banek ferm importanati li l-probabilità ta' appoġġ ta' likwidità u solvenza minn sovran tagħhom hija għolja.

Kwalità ta' kreditu eċċezzjonalment tajba timplika li r-riskju ta' interruzzjoni ta' pagament huwa mistenni jkun negliġibbli u li l-entità għandha kapaċità ta' ripagament b'saħħa eċċezzjonali u mhuwiex probabbli li din il-kapaċità tkun affettwata minn avvenimenti prevedibbli. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f'taħlita ta' wħud mill-karatteristiċi li ġejjin, jew kollha f'daqqa, tal-profil kummerċjali u finanzjarju tal-entità:

 ġenerazzjoni tal-flus u dħul eċċezzjonalment tajba sa ferm tajba

 livelli ta' likwidità eċċezzjonalment tajbin sa ferm tajbin

 ingranaġġ eċċezzjonalment baxx sa ferm baxx

 profil kummerċjali eċċellenti sa tajjeb ħafna b'ħiliet maniġerjali pprovati u ferm b'saħħithom

L-entità hija kkaratterizzata wkoll minn kwalità għolja ta' divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabilità għolja ħafna ta' appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) bi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej li hija daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej.

Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih huwa domiċiljat l-obbligant/garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC0 ikun ikklassifikat bejn AAA (Kategorija 1 tal-Pajjiż) u B (Kategorija 7 tal-Pajjiż) minn CRAs akkreditati.

Kwalità ta' Kreditu Tajba Ħafna (CC1)

Ir-riskju ta' interruzzjoni tal-pagament huwa mistenni li jkun baxx jew ferm baxx. L-obbligant/il-garanti għandu kapaċità ta' ripagament b'saħħitha ħafna u mhuwiex probabbli li din il-kapaċità tkun affettwata minn avvenimenti prevedibbli. L-obbligant/garanti għandu suxxettibilità limitata jew ferm limitata għal effetti avversi ta' bidliet f'ċirkustanzi u kundizzjonijiet ekonomiċi. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f'taħlita ta' wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju, jekk mhux kollha kemm huma:

 ġenerazzjoni ta' flus u tad-dħul tajba ħafna sa tajba

 livelli ta' likwidità tajbin ħafna sa tajbin

 ingranaġġ baxx ħafna sa baxx

 profil kummerċjali b'saħħtu ħafna b'ħiliet maniġerjali pprovati

L-entità hija kkaratterizzata wkoll minn kwalità għolja ta' divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabilità għolja ħafna ta' appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) bi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej li hija daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej.

Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih huwa domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC1 ikun ikklassifikat bejn AAA (Kategorija 1 tal-Pajjiż) u B (Kategorija 7 tal-Pajjiż) minn CRAs akkreditati.

Kwalità tal-Kreditu Tajba sa Moderatament Tajba, Ogħla mill-Medja (CC2)

Ir-riskju ta' interruzzjoni tal-pagamenti huwa mistenni jkun baxx. L-obbligant/il-garanti għandu kapaċità ta' ripagament tajba sa moderatament tajba u huwa improbabbli li din il-kapaċità tkun affettwata minn avvenimenti prevedibbli. L-obbligant/il-garanti għandu suxxettibilità limitata għall-effetti avversi tal-bidliet f'ċirkustanzi u kundizzjonijiet ekonomiċi. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f'taħlita ta' wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju, jekk mhux kollha kemm huma:

 ġenerazzjoni ta' flus u tad-dħul tajba sa moderatament tajba

 livelli ta' likwidità tajbin sa moderatament tajbin

 ingranaġġ baxx sa moderatament baxx

 profil kummerċjali moderatament b'saħħtu b'ħiliet maniġerjali pprovati

L-entità hija kkaratterizzata wkoll minn kwalità għolja ta' divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabilità għolja ħafna ta' appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) bi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej li hija daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej.

Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih huwa domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC2 ikun ikklassifikat bejn A+ (Kategorija 1 tal-Pajjiż) u B- jew agħar (Kategorija 7 tal-Pajjiż) minn CRAs akkreditati.

Kwalità tal-Kreditu Moderata, Medja (CC3)

Ir-riskju ta' interruzzjoni tal-pagamenti huwa mistenni jkun moderat jew moderatament baxx. L-obbligant/il-garanti għandu kapaċità ta' ripagament moderata jew moderatament tajba. Hemm possibilità ta' żvilupp tar-riskju tal-kreditu meta l-obbligant/il-garanti jaffaċċja inċertezzi kurrenti kbar jew espożizzjoni għal kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi li jistgħu jwasslu għal kapaċità inadegwata biex jagħmel pagamenti fil-ħin. Madankollu, l-alternattivi ta' negozju jew finanzjarji jistgħu jkunu disponibbli biex jippermettu li jintlaħqu l-impenji finanzjarji. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f'taħlita ta' uħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju, jekk mhux kollha kemm huma.

 ġenerazzjoni ta' flus u tad-dħul moderatament tajba sa moderata

 livelli ta' likwidità moderatament tajbin sa moderati

 ingranaġġ moderatament baxx sa moderat

 profil kummerċjali moderat b'ħiliet maniġerjali pprovati

L-entità hija kkaratterizzata wkoll minn kwalità adegwata ta' divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabilità għolja ħafna ta' appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) bi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej li hija daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej.

Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih huwa domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC3 ikun ikklassifikat bejn BBB+ (Kategorija 1 tal-Pajjiż) u B- jew agħar (Kategorija 6 tal-Pajjiż) minn CRAs akkreditati.

Kwalità tal-Kreditu Moderatament Dgħajfa, Inqas mill-Medja (CC4)

Ir-riskju ta' interruzzjoni tal-pagamenti hu mistenni jkun moderatament dgħajjef. L-obbligant/il-garanti għandu kapaċità ta' ripagament moderata sa moderatament dgħajfa. Hemm possibilità ta' żvilupp tar-riskju tal-kreditu meta l-obbligant/il-garanti jaffaċċja inċertezzi kurrenti kbar jew espożizzjoni għal kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi li jistgħu jwasslu għal kapaċità inadegwata biex jagħmel pagamenti fil-ħin. Madankollu, l-alterattivi ta' negozju jew finanzjarji jistgħu jkunu disponibbli biex jippermettu li jintlaħqu l-impenji finanzjarji. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f'taħlita ta' wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju, jekk mhux kollha kemm huma:

 ġenerazzjoni ta' flus u tad-dħul moderata sa moderatament dgħajfa

 livelli ta' likwidità moderati sa moderatament dgħajfin

 ingranaġġ moderat sa moderatament għoli

 profil kummerċjali moderatament dgħajjef bi storja limitata ta' ħiliet maniġerjali

L-entità hija kkaratterizzata wkoll minn kwalità adegwata ta' divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabilità għolja ħafna ta' appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) bi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej li hija daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej.

Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih huwa domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC4 ikun ikklassifikat bejn BB+ (Kategorija 1 tal-Pajjiż) u B- jew agħar (Kategorija 5 tal-Pajjiż) minn CRAs akkreditati.

Kwalità tal-Kreditu Dgħajfa (CC5)

Ir-riskju ta' interruzzjoni tal-pagamenti huwa mistenni jkun għoli sa għoli ħafna. L-obbligant/il-garanti għandu kapaċità ta' ripagament moderatament dgħajfa sa dgħajfa. Bħalissa, l-obbligant/il-garanti għandu l-kapaċità li jwettaq ir-ripagamenti iżda baqa' marġni limitat ta' sikurezza. Madankollu, hemm probabilità li jiżviluppaw problemi tal-ħlas billi l-kapaċità għal pagament issoktat hija kontinġenti fuq ambjent kummerċjali u ekonomiku sostnut u favorevoli. Aktarx li kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi se jxekklu l-kapaċità jew ir-rieda ta' ripagament. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f'taħlita ta' wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju, jekk mhux kollha kemm huma:

 ġenerazzjoni ta' flus u tad-dħul moderatament dgħajfa sa dgħajfa sa dgħajfa ħafna

 livelli ta' likwidità moderatament dgħajfin sa dgħajfin

 ingranaġġ moderatament għoli sa għoli

 profil kummerċjali dgħajjef bi storja limitata jew ineżistenti ta' ħiliet maniġerjali

L-entità hija kkaratterizzata wkoll minn kwalità fqira ta' divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabilità għolja ħafna ta' appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) bi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej li hija daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej.

Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih huwa domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC5 ikun ikklassifikat bejn BB- (Kategorija 1 tal-Pajjiż) u B- jew agħar (Kategorija 4 tal-Pajjiż) minn CRAs akkreditati.




ANNESS XII

IL-KRITERJI U L-KUNDIZZJONIJIET LI JIGGVERNAW L-APPLIKAZZJONI TAT-TEKNIKI TA' MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ TITJIB FIL-KREDITU TAR-RISKJU TAX-XERREJ

GĦAN

Dan l-Anness jipprovdi d-dettalji dwar l-użu tat-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż elenkati fl-Artikolu 30(a) tal-Arranġament u t-titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej elenkati fl-Artikolu 31(a) tal-Arranġament; dan jinkludi l-kriterji, il-kUndizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li japplikaw għall-użu tagħhom kif ukoll l-MEFs applikabbli.

TEKNIKI TA' MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ

1.    Struttura lil Hinn Mill-Kosta tal-Fluss Futur (Offshore Future Flow Structure) Ikkombinata mal-Kont ta' Depożitu f'idejn Terz Lil Hinn Mill-Kosta (Offshore Escrow Account)

Definizzjoni:

Dokument miktub, bħal ftehim iffirmat jew rilaxx jew arranġament tal-fiduċjarji, issiġillat u kkonsenjat lil parti terza, jiġifieri persuna li mhix parti fl-istrument, biex jinżamm minn parti terza bħal din sakemm jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet u mbagħad jiġi kkonsenjat minnha lill-parti l-oħra biex jidħol fis-seħħ. Jekk il-kriterji li ġejjin jiġu sodisfatti bla ħsara għall-konsiderazzjoni tal-fatturi addizzjonali elenkati, din it-teknika tista' tnaqqas jew tneħħi r-riskji ta' trasferiment, prinċipalment fil-kategoriji tal-pajjiżi b'riskju ogħla.

Il-kriterji:

 Il-kont ta' depożitu f'idejn terz huwa relatat ma' proġett ta' qligħ minn munita barranija u l-flussi fil-kont ta' depożitu f'idejn terz jiġu ġġenerati mill-proġett innifsu u/jew minn ammonti riċevibbli tal-esportazzjoni lil hinn mill-kosta.

 Il-kont ta' depożitu f'idejn terz jinżamm lil hinn mill-kosta, jiġifieri jinsab barra mill-pajjiż tal-proġett fejn hemm riskji ta' trasferiment jew riskji oħra tal-pajjiż tassew limitati (jiġifieri Pajjiż tal-OECD bi Dħul Għoli jew Pajjiż taż-Żona tal-Euro bi Dħul Għoli).

 Il-kont ta' depożitu f'idejn terz jinsab f'bank tal-ewwel klassi li mhux ikkontrollat b'mod dirett jew b'mod indirett mill-interessi tal-obbligant jew mill-pajjiż tal-obbligant.

 Il-fondi tal-kont jiġu garantiti permezz ta' kuntratti għal medda twila ta' żmien jew kuntratti xierqa oħra.

 It-taħlita tas-sorsi tad-dħul (jiġifieri, iġġenerati mill-proġett innifsu u/jew mis-sorsi l-oħra) tal-obbligant li jiċċirkolaw mill-kont huma f'munita aċċettata minn kulħadd u huwa mistenni b'mod raġonevoli li jkunu kollettivament biżżejjed għas-servizz tad-dejn għal kemm se jdum il-kreditu, u ġejja minn klijent barrani b'sodezza kreditizja wieħed jew aktar li jinsab f'pajjiżi b'riskju aħjar mill-pajjiż li fih jinsab il-proġett (jiġifieri Pajjiż tal-OECD bi Dħul Għoli jew Pajjiż taż-Żona tal-Euro bi Dħul Għoli).

 L-obbligant jagħti istruzzjonijiet, b'mod irrevokabbli, lill-klijenti barranin biex iħallsu direttament fil-kont (jiġifieri, il-ħlasijiet ma jintbagħtux permezz ta' kont li huwa kkontrollat mill-obbligant jew permezz tal-pajjiż tiegħu).

 Il-fondi li jridu jinżammu fil-kont huma tajbin għal mill-inqas sitt xhur ta' servizz tad-dejn. Fejn qed jiġu applikati termini ta' ripagament flessibbli taħt struttura ta' finanzi ta' proġett, għandu jinżamm fil-kont ammont ekwivalenti għal sitt xhur effettivi ta' servizz tad-dejn taħt termini flessibbli bħal dawn; dan l-ammont jista' jvarja matul iż-żmien jiddependi mill-profil tas-servizz tad-dejn.

 L-obbligant għandu aċċess ristrett għall-kont (jiġifieri, biss wara l-ħlas tas-servizz tad-dejn taħt il-kreditu).

 Id-dħul iddepożitat fil-kont jiġi assenjat lis-sellief bħala benefiċjarju dirett, għat-tul ta' żmien kollu tal-kreditu.

 Il-ftuħ tal-kont ingħata l-awtorizzazzjonjiet legali meħtieġa kollha mill-awtoritajiet lokali u minn kwalunkwe awtorità oħra xierqa.

 Il-kont ta' depożitu f'idejn terz u l-arranġamenti kuntrattwali ma jistax ikollhom kundizzjonijiet marbuta magħhom u/jew ikunu revokabbli u/jew limitati f'kemm idumu.

Il-Fatturi Addizzjonali li għandhom Jitqiesu:

It-teknika tapplika għal konsiderazzjoni każ b'każ tal-karatteristiċi ta' hawn fuq u, inter alia, fir-rigward ta':

 il-pajjiż, l-obbligant (jiġifieri, jew pubbliku jew privat), is-settur, il-vulnerabbiltà f'rabta mal-komoditajiet jew mas-servizzi involuti, inkluża d-disponibbiltà tagħhom għad-durata kollha tal-kreditu, il-klijenti;

 l-istrutturi legali, pereż. jekk il-mekkaniżmu huwiex immuni biżżejjed kontra l-influwenza tal-obbligant jew tal-pajjiż tiegħu;

 il-grad safejn it-teknika tibqa' soġġetta għall-interferenza, għat-tiġdid jew għall-irtirar tal-gvern;

 jekk il-kont hux imħares biżżejjed mir-riskji relatati mal-proġett;

 l-ammont li se jiċċirkola fil-kont u l-mekkaniżmu biex titkompla l-provvista xierqa;

 is-sitwazzjoni fir-rigward tal-Klabb ta' Pariġi (pereż. eżenzjoni possibbli);

 l-impatt possibbli tar-riskji tal-pajjiż għajr għar-riskju tat-trasferiment;

 il-ħarsien mir-riskji tal-pajjiż fejn jinsab il-kont;

 Il-kuntratti mal-klijenti, inklużi n-natura tagħhom u kemm idumu; kif ukoll

 l-ammont globali tal-qligħ barrani mistenni f'relazzjoni mal-ammont totali tal-kreditu..

Impatt fuq l-MPR

L-applikazzjoni ta' din it-teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tista' tirriżulta f'titjib ta' kategorija waħda fil-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż għat-tranżazzjoni, ħlief għal tranżazzjonijiet fil-Kategorija 1 tar-Riskju tal-Pajjiż.

2.    Il-Finanzjament bil-Munita Lokali (Local Currency Financing)

Definizzjoni:

Il-kuntratt u l-finanzjament innegozjati f'muniti lokali li jistgħu jiġu konvertiti u li huma disponibbli, għajr għal muniti li huma aċċettati minn kulħadd u li kienu ffinanzjati lokalment li jneħħi jew itaffi r-riskju ta' trasferiment. Fil-prinċipju, l-obbligu primarju tad-dejn f'munita lokali ma għandux ikun affettwat mis-seħħ tal-ewwel żewġ riskji tal-kreditu tal-pajjiż.

Il-kriterji:

 Il-ħlas tad-dejn u tal-klejms tal-ECA jew il-ħlas lis-Sellief Dirett jiġu espressi/isiru l-ħin kollu bil-munita lokali.

 Normalment, l-ECA mhix esposta għar-riskju ta' trasferiment.

 Normalment, mhu se jkun hemm l-ebda rekwiżit għal depożiti ta' munita lokali biex ikunu konvertiti f'munita li hija aċċettata minn kulħadd.

 Ir-ripagament ta' dak li qed jissellef bil-munita tiegħu u fil-pajjiż tiegħu huwa ħlas validu ta' obbligu ta' dejn.

 Jekk id-dħul ta' dak li qed jissellef huwa fil-munita lokali, dak li qed jissellef huwa mħares minn movimenti avversi tar-rata tal-kambju.

 Ir-regolamenti dwar it-trasferiment fil-pajjiż ta' dak li qed jissellef ma għandhomx jaffetwaw l-obbligi ta' ripagament ta' dak li qed jissellef, li għandhom jibqgħu fil-munita lokali.

Il-Fatturi Addizzjonali li għandhom Jitqiesu:

It-teknika tapplika fuq bażi selettiva fejn għandhom x'jaqsmu muniti li jistgħu jiġu konvertiti u li huma trasferibbli, fejn l-ekonomija tal-bażi hija soda. L-ECA Parteċipanti għandha tkun f'pożizzjoni li tissodisfa l-obbligi tagħha li tħallas il-klejms li ġew espressi fil-munita tagħha fil-każ li l-munita lokali ssir jew “mhux trasferibbli” jew “ma tkunx tista' tiġi konvertita” wara li l-ECA tieħu d-dejn. (Madankollu Sellief Dirett għandu jġorr din l-espożizzjoni.)

Impatt fuq l-MPR

L-applikazzjoni ta' din it-teknika ta' mitigazzjoni tar-riskji tista' tirriżulta fi skont ta' mhux iktar minn 20 % għas-sehem ta' kreditu tar-riskju tal-pajjiż tal-MPR (jiġifieri fattur tal-munita lokali [LCF] b'valur massimu ta' 0,2).

TITJIB FIL-KREDITU TAR-RISKJU TAX-XERREJ

It-tabella li ġejja tipprovdi d-definizzjonijiet ta' titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej li jistgħu jiġu applikati, flimkien mal-impatt massimu tagħhom fuq l-MPRs applikabbli permezz tas-CEF fil-formula tal-MPR.



Titjib fil-kreditu

Definizzjoni

CEF Massimu

L-Assenjament tal-Qligħ jew ir-Riċevibbli ta' Kuntratt

F'każ li mutwatarju għandu kuntratti ma' persuni li jidħlu għal ftehimiet ta' akkwist b'saħħithom, kemm barra l-pajjiż kif ukoll lokali, assenjament infurzabbli b'mod legali tal-kuntratt jipprovdi d-drittijiet biex jiġu infurzati l-kuntratti tal-mutwatarju u/jew biex isiru deċiżjonijiet skont kuntratti kbar fis-seħħ tal-mutwatarju wara inadempjenza skont is-self. Ftehim dirett ma' parti terza fi tranżazzjoni (aġenzija lokali tal-gvern fi tranżazzjoni tat-tħaffir jew l-enerġija) jippermetti lill-Mutwanti jidħlu f'kuntatt ma' gvern biex ifittxu li jiksbu rimedji għal esproprjazzjoni jew ksur ieħor ta' obbligi kuntrattwali marbutin mat-tranżazzjoni.

Kumpanija eżistenti li topera f'suq jew settur diffiċli jista' jkollha riċevibbli relatati mal-bejgħ ta' produzzjoni ma' kumpanija jew kumpaniji li jinstabu f'ambjent iktar stabbli. Ġeneralment, ir-riċevibbli jkunu f'munita aċċettata b'mod ġenerali iżda mhux bilfors ikunu soġġetti għal relazzjoni kuntrattwali speċifika. L-assenjament ta' dawn ir-riċevibbli jistgħu jipprovdu titolu tal-assi fil-kontijiet tal-Mutwatarju, u b'hekk il-Mutwant jingħata trattament ta' preferenza fil-fluss tal-flus iġġenerat mill-Mutwatarju.

0,10

Titolu Abbażi ta' Assi

Kontroll ta' assi muri minn: (1) ipoteka fuq biċċa proprjetà ferm mobbli u ta' valur u (2) proprjetà li għandha valur sħiħ minnha nfisha.

Titolu abbażi ta' assi huwa wieħed li jista' jerġa' jinxtara b'faċilità relattiva bħal lokomotiva, apparat mediku jew apparat għall-bini. Fil-valutazzjoni ta' titolu bħal dan, l-ECA għandha tieħu f'kunsiderazzjoni l-faċilità legali tal-irkupru. Fi kliem ieħor, hemm iktar valur meta l-imgħax tat-titolu fl-assi jkun perfezzjonat skont reġim legali stabbilit u huwa inqas ta' valur meta l-ħila legali ta' rkupru tal-assi tkun f'dubju. Il-valur eżatt ta' titolu abbażi ta' assi huwa stabbilit mis-suq, bis-“suq” rilevanti li jkun iktar fond minn suq lokali għaliex l-assi jista' jiċċaqlaq f'ġurisdizzjoni oħra.

NOTA: L-applikazzjoni ta' titjib fil-kreditu ta' titolu abbażi ta' assi tapplika għar-riskju tax-xerrej, fejn it-titolu abbażi ta' assi jinżamm b'mod intern fil-pajjiż li fih tkun domiċiljata t-tranżazzjoni.

0,25

Titolu ta' Assi Fissi

Spiss, titolu ta' assi fissi huwa tagħmir ta' komponent li jista' jkun limitat mill-fiżikalità tiegħu bħal turbina jew makkinarju tal-manifattura integrat f'linja tal-assemblaġġ. L-intenzjoni u l-valur tat-titolu ta' assi fissi huma li jipprovdi lill-ECA b'iktar ingranaġġ fuq l-użu tal-assi fl-irkupru ta' telf fil-każ ta' inadempjenza. Il-valur ta' titolu ta' assi fissi jvarja skont fatturi ekonomiċi, legali, tas-suq u oħrajn.

0,15

Kont miżmum minn terzi

Il-kontijiet miżmuma minn terzi jinvolvu kontijiet ta' riżerva tas-servizz ta' dejn miżmuma bħala garanzija għall-mutwanti jew forom oħrajn ta' kontijiet ta' riċevibbli ta' flus miżmuma bħala garanzija għall-mutwanti minn parti mhux ikkontrollata jew li qed taqsam sjieda komuni max-xerrej/obbligant. L-ammont miżmum minn terzi jrid jiġi ddepożitat jew miżmum minn parti terzi minn qabel. Il-valur tat-tali garanzija kważi dejjem hu 100 % tal-ammont nominali fit-tali kontijiet ta' flus. Il-permess ta' kontroll ikbar fuq l-użu ta' flus jiżgura li d-dejn jitħallas lura qabel infiq ta' diskrezzjoni.

NOTA: L-applikazzjoni ta' titjib fil-kreditu fuq il-kont miżmum minn terzi japplika għar-riskju tax-xerrej, fejn il-kont miżmum minn terzi qiegħed jinżamm b'mod intern fil-pajjiż li fih tinsab it-tranżazzjoni. Il-garanzija fi flus tnaqqas b'mod notevoli r-riskju ta' inadempjenza għall-ħlasijiet parzjali koperti.

ammont miżmum minn terzi bħala % tal-kreditu sa massimu ta' 0,10




ANNESS XIII

IL-LISTA TA' KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP

IL-LISTA TA' KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP TAL-PROĠETT FFINANZJATI MILL-GĦAJNUNA

F'dawn l-aħħar snin, id-DAC żviluppa numru ta' kriterji biex ikun żgurat li l-proġetti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma ffinanzjati b'mod sħiħ jew b'mod parzjali mill-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) jikkontribwixxu għall-iżvilupp. Essenzjalment jinsabu fid-dokumenti li ġejjin:

 Il-Prinċipji għall-Valutazzjoni tal-Proġett tad-DAC, 1988;

 Prinċipji ta' Gwida għall-Finanzjament Assoċjat u għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp Marbuta u Parzjalment Mhux Marbuta tad-DAC, 1987; kif ukoll

 Prattiki Tajba tax-Xiri għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, 1986.

IL-KONSISTENZA TAL-PROĠETT MAL-PRIJORITAJIET TAL-INVESTIMENT ĠENERALI TAL-PAJJIŻ RIĊEVENTI (L-GĦAŻLA TAL-PROĠETT)

Il-proġett huwa parti mill-programmi ta' investiment u ta' nefqa pubblika li diġà ġew approvati mill-awtoritajiet finanzjarji u tal-ippjanar ċentrali tal-pajjiż riċeventi?

(Speċifika d-dokument tal-politika li jsemmi l-proġett, pereż. programm ta' investiment pubbliku tal-pajjiż riċevent.)

Il-proġett qed ikun kofinanzjat b'istituzzjoni internazzjonali tal-finanzi għall-iżvilupp?

Hemm xi prova li l-proġett ġie kkunsidrat u rifjutat minn istituzzjoni internazzjonali ta' finanzjament tal-iżvilupp jew Membru ieħor tad-DAC minħabba prijorità baxxa għall-iżvilupp?

Fil-każ ta' proġett tas-settur privat, kien approvat mill-gvern tal-pajjiż riċeventi?

Il-proġett jaqa' taħt xi ftehim intergovernattiv li jipprovdi għal firxa ikbar ta' attività ta' għajnuna mill pajjiż donatur fil-pajjiż riċevitur?

IL-PREPARAZZJONI U L-VALUTAZZJONI TAL-PROĠETT

Il-proġett tħejja, tfassal u ġie stmat bi kriterji ta' standard fl-isfond ta' sett ta' standards u kriterji ġeneralment konsistenti mal-Prinċipji ta' Stima tal-Proġetti (PPA — Principles for Project Appraisal) tad-DAC? Il-prinċipji rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-proġett taħt:

(a) L-aspetti ekonomiċi (il-paragrafi minn 30 sa 38 tal-PPA).

(b) L-aspetti tekniċi (il-paragrafu 22 tal-PPA).

(c) L-aspetti finanzjarji (il-paragrafi minn 23 sa 29 tal-PPA).

Fil-każ ta' proġett li jipproduċi dħul, partikolarment jekk qed jipproduċi għal suq kompetittiv, l-element konċessjonali tal-finanzjament tal-għajnuna ġie mgħoddi lill-utent finali tal-fondi? (il-paragrafu 25 tal-PPA).

(a) Il-valutazzjoni istituzzjonali (il-paragrafi minn 40 sa 44 tal-PPA).

(b) L-analiżi soċjali u tad-distribuzzjoni (il-paragrafi minn 47 sa 57 tal-PPA).

(c) Il-valutazzjoni ambjentali (il-paragrafi minn 55 sa 57 tal-PPA).

IL-PROĊEDURI TAX-XIRI

Liema mod ta' xiri se jintuża fost dawn li ġejjin? (Għad-definizzjonijiet, ara l-Prinċipji elenkati fil-Prattiki Tajba tax-Xiri għall-ODA).

(a) Irkant kompetittiv internazzjonali (il-Prinċipju tax-Xiri III u l-Anness 2 għalih: Il-kundizzjonijiet minimi għal irkant kompetittiv internazzjonali effettiv).

(b) Irkant kompetittiv nazzjonali (il-Prinċipju tal-Akkwist IV).

(c) Kompetizzjoni informali jew negozjati diretti (il-Prinċipji tal-Akkwist V A jew B).

Huwa previst li jkunu kkontrollati l-prezz u l-kwalità tal-provvisti (il-paragrafu 63 tal-PPA)?




ANNESS XIV

LISTA TAD-DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet tal-Arranġament:

(a)

Impenn : kwalunkwe dikjarazzjoni, f'liema forma tkun, fejn tiġi kkomunikata lill-pajjiż riċeventi, lix-xerrej, lil dak li qed jissellef, lill-esportatur jew lill-istituzzjoni finanzjarja r-rieda tajba jew l-intenzjoni li jkun provdut appoġġ uffiċjali.

(b)

Linja Komuni : ftehim bejn il-Parteċipanti sabiex jiftiehmu, għal tranżazzjoni partikolari jew f'ċirkostanzi speċjali, dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji speċifiċi għal appoġġ uffiċjali. Ir-regoli ta' Linja Komuni miftiehma jieħdu post ir-regoli tal-Arranġament biss għat-tranżazzjoni jew fiċ-ċirkostanzi li ġew speċifikati fil-Linja Komuni.

(c)

Il-Livell ta' Konċessjonalità tal-Għajnuna Marbuta : fil-każ ta' għotjiet, il-livell ta' konċessjonalità huwa ta' 100 %. Fil-każ tas-self, il-livell ta' konċessjonalità huwa d-differenza bejn il-valur nominali tas-self u l-valur preżenti bi skont tal-ħlasijiet futuri tas-servizz tad-dejn li għandhom isiru minn dak li qed jissellef. Din id-differenza tiġi espressa bħala perċentwali tal-valur nominali tas-self.

(d)

Dekummissjonar : l-għeluq jew iż-żarmar ta' impjant tal-enerġija nukleari.

(e)

Il-Valur tal-Kuntratt tal-Esportazzjoni : l-ammont totali li għandu jitħallas minn jew f'isem ix-xerrej għall-oġġetti u/jew għas-servizzi esportati, jiġifieri esklużi l-ispejjeż lokali kif inhuma ddefiniti aktar 'il quddiem. Fil-każ ta' kiri, jeskludi l-porzjon tal-ħlas tal-kiri li huwa ekwivalenti għall-imgħax.

(f)

Impenn Finali : għal tranżazzjoni tal-kreditu tal-esportazzjoni(jew fil-forma ta' tranżazzjoni waħda jew bħala linja ta' kreditu), jeżisti impenn finali meta l-Parteċipant jimpenja ruħu għal termini u kundizzjonijiet finanzjarji preċiżi u kompleti, jew permezz ta' ftehim reċiproku jew permezz ta' att unilaterali.

(g)

Tagħbija Inizjali tal-Fjuwil : It-tagħbija inizjali tal-fjuwil tikkonsisti f'mhux aktar mill-qalba nukleari li ġiet installata inizjalment, flimkien ma' żewġ rikarigi sussegwenti, li flimkien jikkonsistu sa żewġ terzi ta' qalba nukleari.

(h)

Appoġġ għar-Rata tal-Imgħax : arranġament bejn gvern u banek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra li jħalli l-provvista ta' finanzi għall-esportazzjoni b'rata ffissata bi jew 'il fuq mir-RRIK.

(i)

Linja ta' Kreditu : qafas, f'liema forma jkun, għall-krediti tal-esportazzjoni li jkopri serje ta' tranżazzjonijiet li jistgħu jew ma jistgħux ikunu marbuta ma' proġett speċfiku.

(j)

Spejjeż Lokali : in-nefqa għal oġġetti u servizzi fil-pajjiż tax-xerrej li huma meħtieġa jew għat-twettiq tal-kuntratt tal-esportatur jew biex ikun ikkompletat il-proġett li minnu jifforma parti l-kuntratt tal-esportatur. Dawn jeskludu l-kummissjoni li titħallas lill-aġent tal-esportatur fil-pajjiż xerrej.

(k)

Sempliċi Kopertura : appoġġ uffiċjali provdut minn jew f'isem gvern bħala garanzija jew assigurazzjoni għall-kreditu tal-esportazzjoni biss, jiġifieri li ma jibbenefikax minn appoġġ uffiċjali għall-finanzjament.

(l)

It-Terminu tar-Ripagament : il-perjodu li jibda fil-punt tal-bidu tal-kreditu, kif jiġi ddefinit f'dan l-Anness, u li jintemm fid-data tal-kuntratt tar-ripagament finali tal-kapital.

(m)

Il-Punt tal-Bidu tal-Kreditu

:

1.  Partijiet jew komponenti (oġġetti intermedji) inklużi s-servizzi relatati: fil-każ ta' partijiet jew komponenti, il-punt tal-bidu tal-kreditu mhux iktar tard mid-data effettiva tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti jew id-data intermedja mgħobbija (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi) tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti (inklużi s-servizzi, jekk applikabbli) mix-xerrej jew, għas-servizzi, id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizzi mill-klijent.

2.  Oġġetti kważi-kapitali, inklużi s-servizzi relatatimagni jew tagħmir, ġeneralment ta' valur tal-unità relattivament baxx, maħsuba biex ikunu użati fi proċess industrijali jew għal użu produttiv jew kummerċjali: fil-każ ta' oġġetti kważi-kapitali, il-punt tal-bidu tal-kreditu mhux aktar tard mid-data effettiva tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti jew mid-data intermedja mgħobbija (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi) tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti mix-xerrej jew, jekk l-esportatur għandu responsabbiltajiet biex jikkummissjona, mela l-aktar punt tal-bidu tard huwa fl-ikkummissjonar, jew għas-servizzi, id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizz mill-klijent. Fil-każ ta' kuntratt għall-provvista ta' servizzi fejn il-fornitur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa l-ikkummissjonar.

3.  Oġġetti kapitali u servizzi tal-proġett — magni jew tagħmir ta' valur għoli maħsuba biex jintużaw fi proċess industrijali jew għal użu produttiv jew kummerċjali:

 Fil-każ ta' kuntratt għall-bejgħ tal-oġġetti kapitali li jikkonsistu f'oġġetti individwali li jistgħu jintużaw minnhom infushom, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa d-data effettiva meta x-xerrej jieħu l-pussess fiżiku tal-oġġetti jew id-data intermedja mgħobbija meta x-xerrej jieħu l-pussess fiżiku tal-oġġetti.

 Fil-każ ta' kuntratt għall-bejgħ ta' tagħmir kapitali għall-impjant jew għall-fabbriki komplet(i) fejn il-fornitur ma għandu l-ebda responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa d-data meta x-xerrej għandu jieħu l-pussess fiżiku tat-tagħmir kollu (esklużi l-partijiet li jistgħu jinbidlu) li ġew provduti skont il-kuntratt.

 Jekk l-esportatur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa fl-ikkummisjonar.

 Għas-servizzi, il-punt tal-bidu tal-kreditu l-aktar tard huwa d-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijenti jew l-aċċettazzjoni ta' servizz mill-klijent. Fil-każ ta' kuntratt għall-provvista ta' servizzi fejn il-fornitur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa l-ikkummissjonar.

4.  Impjanti jew fabbriki kompleti — unitajiet produttivi kompleti ta' valur għoli li jeħtieġu l-użu ta' oġġetti kapitali:

 Fil-każ ta' kuntratt għall-bejgħ ta' tagħmir kapitali għal impjant jew fabbriki komplet(i) fejn il-fornitur ma għandu l-ebda responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu tal-kreditu l-aktar tard huwa d-data meta x-xerrej jieħu pussess fiżiku tat-tagħmir kollu (esklużi l-partijiet li jistgħu jinbidlu) li ġew provduti skont il-kuntratt.

 Fil-każ ta' kuntratti ta' kostruzzjoni fejn il-kuntrattur ma għandu l-ebda responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa d-data meta tlestiet il-kostruzzjoni.

 Fil-każ ta' kwalunkwe kuntratt fejn il-fornitur jew il-kuntrattur għandu responsabbiltà kuntrattwali għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa d-data meta jkun lesta l-istallazzjoni jew il-kostruzzjoni u t-testijiet preliminari sabiex ikun żgurat li lest biex jitħaddem. Dan japplika kemm jekk jingħata lix-xerrej f'dak iż-żmien skont it-termini tal-kuntratt u irrispettivament minn kwalunkwe impenn kontinwu li l-fornitur jew il-kuntrattur jista' jkollu, pereż. biex ikun iggarantit il-funzjonament effettiv jew jitħarreġ il-personal lokali.

 Fejn il-kuntratt jinvolvi t-twettiq separat ta' partijiet individwali ta' proġett, id-data tal-punt tal-bidu l-aktar tard hija d-data tal-punt tal-bidu għal kull parti separata, jew id-data intermedja ta' dawk il-punti tal-bidu, jew, fejn il-fornitur għandu kuntratt, mhux għall-proġett sħiħ imma għal parti essenzjali minnu, il-punt tal-bidu jista' jkun dak li huwa xieraq għall-proġett kollu.

 Għas-servizzi, il-punt tal-bidu tal-kreditu l-aktar tard huwa d-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizz mill-klijent. Fil-każ ta' kuntratt għall-provvista ta' servizzi fejn il-fornitur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa l-ikkummissjonar.

(n)

Għajnuna Marbuta : għajnuna li tabilħaqq (fil-liġi jew fil-fatt) hija marbuta max-xiri ta' oġġetti u/jew servizzi mill-pajjiż donatur u/jew numru ristrett ta' pajjiżi; tinkludi self, għotjiet jew pakketti ta' finanzjament assoċjat b'livell ta' konċessjonalità akbar minn żero fil-mija. Din id-definizzjoni tapplika kemm jekk l-“irbit” huwa permezz ta' ftehim formali jew permezz ta' kwalunkwe ftehim informali bejn il-pajjiż riċeventi u tal-pajjiż donatur, jew jekk pakkett jinkludi komponenti mill-forom li ġew stabbiliti fl-Artikolu 34 tal-Arranġament li mhumiex disponibbli b'mod liberu u b'mod sħiħ għax-xiri finanzjarju mill-pajjiż riċeventi, sostanzjalment il-pajjiżi li qed jiżviluppaw l-oħra kollha u mill-Parteċipanti, jew jekk jinvolvi prattiki li d-DAC jew il-Parteċipanti jqis ekwivalenti għal irbit bħal dan.

(o)

Għajnuna Mhux Marbuta : għajnuna li tinkludi self jew għotjiet li l-qligħ minnhom huma disponibbli b'mod sħiħ u liberu għax-xiri finanzjarju minn kwalunke pajjiż.

(p)

It-Tul ta' Żmien Medju differenzjat tal-Perjodu tar-Ripagament : iż-żmien li hemm bżonn biex ikun irtirat nofs il-kapital ta' kreditu. Dan jiġi kkalkulat bħala s-somma taż-żmien (fi snin) bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u kull ripagament tal-kapital peżat skont is-sehem tal-kapital ripagat f'kull data ta' ripagament.



( 1 ) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2011 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2011.

( 2 ) ĠU L 32, 2.2.2001, p. 1.

( 3 ) ĠU L 32, 2.2.2001, p. 55.

( 4 ) ĠU L 206, 3.8.2002, p. 16.

( 5 ) Kif iddefinit fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tal-OECD.

( 6 ) Iddefinit mill-Bank Dinji fuq bażi annwali skont l-ING per capita.

( 7 ) L-istatus ta' pajjiż f'termini ta': (1) jekk hux pajjiż bi Dħul Għoli (kif definit mill-Bank Dinji fuq il-bażi annwali skont l-ING per capita), (2) sħubija fl-OECD u (3) jekk hux parti miż-Żona tal-Euro kif rivedut fuq bażi annwali. L-għażla ta' pajjiż skont l-Artikolu 25c) bħala pajjiż tal-OECD bi Dħul Għoli jew pajjiż taż-Żona tal-Euro bi Dħul Għoli kif ukoll it-tneħħija ta' din il-ħatra se tidħol fis-seħħ biss wara li l-pajjiż id-dħul ta' klassifikazzjoni (Dħul Għoli jew mod ieħor) baqgħet ma nbidlitx għal sentejn konsekuttivi. Bidla ta' denominazzjoni tal-pajjiż bħala pajjiż tal-OECD bi Dħul Għoli jew pajjiż taż-Żona tal-Euro bi Dħul Għoli kif ukoll it-tneħħija ta' din il-ħatra relatat ma' bidla fi sħubija tal-OECD jew huwa parti miż-żona tal-euro se jidħlu fis-seħħ immedjatament fil-mument tar-reviżjoni annwali tal-istatus tal-pajjiżi.

( 8 ) Ir-rekwiżit għal avviż minn qabel stabbilit fit-tielet inċiż tal-Artikolu 24(c) ma jibqax japplika mit-30 ta' Ġunju 2015.

( 9 ) Ir-rati tal-primjum mitlubin għal tranżazzjonijiet ma' garanzija ta' parti terza pprovduta minn debitur f'pajjiż tal-OECD bi Dħul Għoli jew pajjiż taż-Żona tal-Euro bi Dħul Għoli huma soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24(c).

( 10 ) Fil-każ ta' garanti ta' parti terza, il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż u l-kategorija tar-riskju tax-xerrej iridu jkunu marbutni mal-istess entità, jiġifieri jew l-obbligant jew il-garanti.

( 11 ) Għal finijiet amministrattivi, uħud mill-pajjiżi li huma eliġibbli biex jiġu kklassifikati f'waħda mit-tmien Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż ma jistgħux jiġu kklassifikati jekk ikunu ġeneralment ma jirċivux krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati. Għal pajjiżi mhux ikklassifikati, il-Parteċipanti huma ħielsa biex japplikaw il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż li jqisu bħala xierqa.

( 12 ) Regoli relatati mal-klassifikazzjoni tax-xerrejja għandhom jinftiehmu li jistipulaw l-iktar klassifikazzjoni favorevoli li tista' tiġi applikata, pereżempju xerrej sovran jista' jiġi kklassifikat fi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej inqas favorevoli.

( 13 ) L-MPRs assoċjati mal-kategorija tar-riskju tax-xerrej Aħjar minn Sovrani (SOV+) huma 10 % inqas mill-MPRs assoċjati mal-kategorija tar-riskju tax-xerrej Sovrani (CC0).

( 14 ) Is-Segretarjat jagħmel u jżomm lista tat-tali CRAs akkreditati.

( 15 ) Meta l-mutwatarju mhux sovran jiġi kklassifikat minn iktar minn CRA waħda akkreditata, l-avviż ikun meħtieġ biss meta l-klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej tkun iktar favorevoli mill-iktar waħda favorevoli fost il-klassifikazzjonijiet tas-CRA.

( 16 ) Fir-rigward tar-riskju tax-xerrej, istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali kklassifikati jiġu kklassifikati fil-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej SOV/CC0.

( 17 ) Ibbażat fuq ir-reviżjoni annwali mill-Bank Dinji tal-klassifikazzjoni tal-pajjiżi, għall-fini tal-eliġibilità għall-għajnuna marbuta se jintuża limitu ta' Dħul Gross Nazzjonali (DGN) per capita; limitu bħal dan huwa disponibbli fuq il-websajt tal-OECD (http://www.oecd.org/trade/exportcredits/classification.htm).

( 18 ) Ir-rekwiżit għal avviż minn qabel stabbilit fit-tielet inċiż tal-Artikolu 24c) ma jibqax japplika mill-31 ta' Diċembru 2014.

( 19 ) Madankollu, meta x-xerrej tal-istallazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija jkun l-istess bħax-xerrej tal-impjant tal-enerġija u l-kuntratt jiġi konkluż fir-rigward tal-istallazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija oriġinali għal dak l-impjant tal-enerġija, it-termini u l-kundizzjonijiet għall-istallazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija oriġinali ma jkunux iktar favorevoli minn dawk għall-impjant tal-enerġija nukleari.

( 20 ) Tiġi pprovduta spjegazzjoni meta l-klassifikazzjoni tar-riskji proposta ta' xerrej/mutwatarju taqbeż il-klassifikazzjoni tar-riskji tas-sovran li jospita.

( 21 ) Għal tranżazzjoni b'valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni ta' inqas minn USD 5 miljun, Parteċipant li ma jixtieqx isegwi l-proċedura ta' klassifikazzjoni tar-riskji stabbilita fl-Artikoli minn 6 sa 8 ta' dan l-Appendiċi japplika l-klassifikazzjoni tar-riskji “8” għax-xerrej/mutwatarju li huwa s-soġġett tat-tranżazzjoni u jinnotifika t-tranżazzjoni skont l-Artikolu 24a) ta' dan il-Ftehim Settorjali.

( 22 ) Għal tranżazzjonijiet b'valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni ta' inqas minn USD 5 miljuni, ikun japplika perjodu ta' ħamest ijiem tax-xogħol.

( 23 ) Flimkien ma' informazzjoni dwar kwalunkwe involviment (ipprovduti b'rispett xieraq tad-dmirijiet ta' kunfidenzjalità).

( 24 ) Flimkien ma' informazzjoni dwar kwalunkwe involviment (ipprovduti b'rispett xieraq tad-dmirijiet ta' kunfidenzjalità).

( 25 ) Għall-fini ta' dan il-kwestjonarju, l-“Istat” huwa l-pajjiż li qiegħed jiġi propost sabiex jiżdied fil-Lista tal-Konvenzjoni ta' Cape Town skont l-Appendiċi II, Taqsima 2, II tal-ASU. Fejn xieraq, dawn il-mistoqsijiet jitwieġbu fir-rigward tal-liġijiet tal-“unità territorjali” partikolari tal-Istat li fih jinstab l-operatur rilevanti ta' inġenju tal-ajru (jew korp rilevanti ieħor kif stipulat fl-Artikolu 35(b) tal-Appendiċi II) u l-“liġi nazzjonali” tinqara bħala waħda li tinkludi referenza għal-liġi lokali rilevanti.

( 26 ) Għall-fini ta' dan il-kwestonarju, “il-liġi nazzjonali” tirreferi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali kollha ta' Stat, li tinkludi, iżda mhux limitata għall-Kostituzzjoni u l-Emendi fiha, kwalunkwe liġi jew regolament federali, statali u distrettwali.

( 27 ) Pereżempju, li (i) it-trattati jirbħu fuq liġi oħra bħala kwistjoni ta' liġi qafas kostituzzjonali jew simili fi Stat X, jew (ii) il-leġiżlazzjoni hija meħtieġa fi Stat X, u għaddiet filwaqt li tistabbilixxi b'mod ċar il-prijorità tat-Trattat ta' Cape Town u/jew tirbaħ fuq liġi oħra bħal din, jew (iii) it-Trattat ta' Cape Town jew il-leġiżlazzjoni implimentattiva tiegħu hija (a) iktar speċifika minn liġi oħra (lex specialis derogat legi generali), u/jew (b) iktar tard fiż-żmien minn liġi oħra bħal din (lex posterior derogat legi priori), u minħabba (a) u/jew (b) prevalenzi fuq liġi oħra bħal din.

( 28 ) Pereżempju, hemm xi raġuni oħra għaliex id-drittijiet u r-rimedji mogħtija lill-kredituri skont il-Konvenzjoni, inklużi dawk mogħtija skont il-QDs, ma jkunux (a) rikonoxxuti bħala effettivi jew (b) biżżejjed waħedhom, biex it-tali drittijiet u rimedji jkunu jistgħu jiġu eżerċitati b'mod validu fl-Istat?

( 29 ) Eżempju ta' azzjoni amministrattiva għall-fini ta' din il-mistoqsija jista' jkun in-nuqqas tal-Istat li jimplimenta kwalunkwe proċeduri jew riżorsi biex idaħħal fis-seħħ dispożizjoni tal-Konvenzjoni jew Dikjarazzjoni Kwalifikattiva. Eżempju ieħor ikun in-nuqqas ta' Stat li jimplimenta proċeduri xierqa fir-reġistru tiegħu ta' inġenji tal-ajru għar-reġistrazzjoni ta' IDERAs.

( 30 ) Fl-analiżi tiegħek inkludi kwalunkwe preċedent/deċiżjoni relatati mar-rikonoxximent ta' drittijiet ta' kredituri, inklużi ECAs, fejn rilevanti

( 31 ) Huwa mifhum li r-Rakkomandazzjoni tal-2012 tapplika b'mod ugwali għal proġetti li mhumiex eliġibbli għal dawk it-termini u kundizzjonijiet finanzjarji.

( 32 ) It-terminu massimu ta' ripagament għal riggijiet tat-tip jack-up użati fl-istallazzjoni ta' turbini li jaħdmu bir-riħ ikun ta' 12-il sena.

( 33

( 34 ) Tipikament, dan ikun riskju fuq il-bank ċentrali jew il-Ministeru tal-Finanzi. Għal entitajiet tal-gvern ċentrali li mhumiex il-ministeru tal-finanzi, ikun hemm diliġenza dovuta sabiex jiġi affermat li l-entità timpejna r-rieda sħiħa u l-kreditu tas-sovran.