2011R1035 — MT — 23.05.2014 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1035/2011

tas-17 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 271, 18.10.2011, p.23)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012

  L 281

1

13.10.2012

►M2

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2014 tat-2 ta' Mejju 2014

  L 132

53

3.5.2014




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1035/2011

tas-17 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew ( 1 ) (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz), u b’mod partikolari l-Artikoli 4, 6 u 7 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 8b(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008, il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”), hija mitluba tadotta regoli ta’ implimentazzjoni għall-forniment ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (ATM/ANS) fl-Unjoni kollha. L-Artikolu 8b(6) ta’ dak ir-Regolament jirrikjedi li dawk ir-regoli ta’ implimentazzjoni jkunu bbażati fuq ir-regolamenti adottati skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) ( 3 ).

(2)

Il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fi ħdan l-Unjoni għandu jkun soġġett għal ċertifikazzjoni mill-Istati Membri jew mill-Aġenzija. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru li jikkonformaw irwieħhom mar-rekwiżiti komuni għandhom jirċievu ċertifikat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 u l-Artikolu 8b(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(3)

L-applikazzjoni tar-rekwiżiti komuni stabbiliti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 u l-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandha tkun mingħajr preġudizzju għas-sovranità tal-Istati Membri fuq l-ispazju tal-ajru tagħhom u għar-rekwiżiti tal-Istati Membri relatati mal-ordni pubbliku, mas-sikurezza pubblika u ma’ kwistjonijiet ta’ difiża, kif stipulat fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004. Ir-rekwiżiti komuni ma għandhomx ikopru l-operazzjonijiet u t-taħriġ militari, kif previst fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(4)

Id-definizzjoni ta’ rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għandha tikkunsidra b’mod xieraq l-istatus legali tal-fornituri ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fl-Istati Membri. Barra minn hekk, meta organizzazzjoni twettaq attivitajiet oħra għajr il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, ir-rekwiżiti komuni ma għandhomx japplikaw għal tali attivitajiet oħrajn jew għal riżorsi allokati għal attivitajiet lil hinn mill-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor.

(5)

L-applikazzjoni ta’ rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għandha tkun proporzjonata għar-riskji marbuta mal-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull attività bħalma huma l-għadd u/jew in-natura u l-karatteristiċi tal-movimenti pproċessati. F’każ li ċerti fornituri ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jagħżlu li ma jagħmlux użu mill-opportunità li jipprovdu servizzi transkonfinali fi ħdan l-ajru uniku Ewropew, awtorità kompetenti għandu tkun intitolata li tippermetti li dawk il-fornituri jikkonformaw irwieħhom bl-istess mod, rispettivament, ma’ ċerti rekwiżiti ġenerali għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u ma’ ċerti rekwiżiti speċifiċi għall-forniment ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru. Konsegwentement, il-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat għandhom jirriflettu n-natura u l-ambitu tad-deroga.

(6)

Sabiex jiżguraw il-funzjonament xieraq tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-informazzjoni rilevanti kollha dwar id-derogi mogħtija mill-awtorità kompetenti tagħhom fil-kuntest tar-rapporti annwali tagħhom.

(7)

It-tipi differenti ta’ attivitajiet ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru mhux neċessarjament ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti. Għalhekk huwa neċessarju li r-rekwiżiti komuni jiġu aġġustati skont il-karatteristiċi speċjali ta’ kull tip ta’ attività.

(8)

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għandu jkollhom l-obbligu li jagħtu prova tal-konformità, għall-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat u għas-servizzi kollha koperti minnu.

(9)

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni effettiva tar-rekwiżiti komuni, għandha tiġi stabbilita sistema ta’ superviżjoni u spezzjoni regolari tal-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti komuni u mal-kundizzjonijiet speċifikati fiċ-ċertifikat. L-awtorità kompetenti għandha teżamina l-adegwatezza ta’ fornitur qabel ma toħroġ ċertifikat u għandha tivvaluta l-konformità kontinwa tal-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru li tkun iċċertifikat fuq bażi annwali. Konsegwentement, hija għandha tistabbilixxi u taġġorna kull sena, programm ta’ spezzjoni indikattiv li jkopri lill-fornituri kollha li tkun iċċertifikat, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskji. Il-programm għandu jippermetti l-ispezzjoni tal-partijiet kollha rilevanti tal-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Meta tivvaluta l-konformità tal-fornituri magħżula ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru u ta’ servizzi meteoroloġiċi, l-awtorità kompetenti għandha tkun intitolata tivverifika r-rekwiżiti rilevanti li jirriżultaw mill-obbligi internazzjonali fuq l-Istat Membru ikkonċernat.

(10)

Ir-reviżjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jistgħu jippromwovu ulterjorment approċċ komuni għas-superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-Unjoni kollha. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-Aġenzija, tista’ tagħmel arranġamenti għal dawn ir-reviżjonijiet bejn il-pari, li għandhom ikunu kkoordinati mal-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-Artikoli 24 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u kwalunkwe programm internazzjonali ieħor ta’ monitoraġġ u ta’ sorveljanza. Dan għandu jevita d-duplikazzjoni tax-xogħol. Sabiex ikun jista’ jsir skambju tal-esperjenzi u tal-aħjar prassi waqt reviżjoni bejn il-pari, l-esperti għandhom preferibbilment ikunu ġejjin minn awtorità kompetenti.

(11)

L-Eurocontrol żviluppa Rekwiżiti Regolatorji tas-Sikurezza (ESARRs) li kienu tal-ikbar importanza għall-forniment sikur ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru. Skont ir-Regolament (KE) Nru 550/2004, il-Kummissjoni għandha tidentifika u tadotta d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ESARRs fir-Regolamenti tal-Unjoni. L-ESARRs trasposti fir-Regolament (KE) Nru 2096/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 kienu l-bażi għal dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni. ( 4 )

(12)

Meta adottat ir-Regolament (KE) Nru 2096/2005, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx xieraq li tirrepeti d-dispożizzjonijiet tal-ESARR 2 dwar ir-rappurtar u l-valutazzjoni tal-okkorrenzi tas-sikurezza fl-ATM, li huma koperti mir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE ( 5 ) u mid-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar rapporti ta’ okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili ( 6 ). Madankollu, għandhom jiġu introdotti dispożizzjonijiet ġodda dwar l-okkorrenzi tas-sikurezza li jitolbu li awtorità kompetenti, kif ġiet iddefinita minn dan ir-Regolament, tivverifika jekk il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru, u anki l-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza, jissodisfawx l-arranġamenti mitluba sabiex ikopru r-rappurtar u l-valutazzjoni ta’ tali okkorrenzi.

(13)

B’mod partikolari għandu jiġi rikonoxxut li, qabel xejn, il-ġestjoni tas-sikurezza hija dik il-funzjoni tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru li tiżgura li r-riskji kollha għas-sikurezza jkunu ġew identifikati, ivvalutati u mtaffija b’mod sodisfaċenti, u li, it-tieni nett, approċċ formali u sistematiku għall-ġestjoni tas-sikurezza u għas-sistemi ta’ ġestjoni, lejn approċċ totali tas-sistema, għandu jimmassimizza l-benefiċċji tas-sikurezza b’mod viżibbli u traċċabbli. L-Aġenzija għandha tevalwa ulterjorment ir-rekwiżiti tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament u tintegrahom fi struttura regolatorja komuni għas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili.

(14)

Sakemm l-Aġenzija tkun abbozzat il-miżuri ta’ implimentazzjoni li jittrasponu l-istandards rilevanti tal-ICAO f’miżuri ta’ implimentazzjoni, f’mezzi aċċettabbli ta’ konformità, fi speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u f’materjal ta’ gwida tal-Unjoni, il-fornituri ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom joperaw f’konformità mal-istandards rilevanti tal-ICAO. Sabiex jiffaċilitaw il-forniment transkonfinali tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, u sakemm tiġi finalizzata l-ħidma tal-Aġenzija biex tabbozza l-miżuri rilevanti li jittrasponu l-istandards tal-ICAO, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija, li fejn ikun rilevanti jaġixxu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Eurocontrol, għandhom jaħdmu sabiex jimminimizzaw id-differenzi nnotifikati mill-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-istandards tal-ICAO fil-qasam tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru bil-għan li jintlaħaq sett komuni ta’standards bejn l-Istati Membri fi ħdan l-ajru uniku Ewropew.

(15)

L-arranġamenti nazzjonali differenti fir-rigward tar-responsabbiltà ma għandhomx jipprevjenu lill-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru milli jagħmlu ftehimiet dwar il-forniment transkonfinali ta’ servizzi, ladarba l-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru jkunu stabbilixxew arranġamenti biex ikopru t-telf għad-danni mġarrba mir-responsabbiltajiet skont il-liġi applikabbli. Il-metodu li jintuża għandu jkun konformi mar-rekwiżiti legali nazzjonali. L-Istati Membri li jippermettu l-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fl-ispazju tal-ajru kollu li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħhom, jew f’parti minnu, mingħajr ċertifikazzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 550/2004, għandhom ikopru r-responsabbiltajiet ta’ dawk il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru.

(16)

L-Aġenzija għandha tevalwa ulterjorment id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk relatati mal-valutazzjoni tas-sikurezza tal-bidliet fil-forniment tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru mill-organizzazzjoni ċċertifikata u mal-persunal tal-inġinerija u dak tekniku, u għandha toħroġ Opinjoni sabiex tadattahom għal approċċ totali tas-sistema, billi tikkunsidra l-integrazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fl-istruttura regolatorja komuni għas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u l-esperjenza miksuba mill-partijiet interessati u mill-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tas-sikurezza.

(17)

Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-ajru) ( 7 ) jeżiġi li għandhom jiġu stabbiliti funzjonijiet speċifiċi msejħa funzjonijiet tan-netwerk sabiex jippermettu użu ottimali tal-ispazju tal-ajru u tar-riżorsi skarsi, filwaqt li jippermettu li l-utenti jkollhom l-ikbar aċċess possibbli għall-ispazju tal-ajru kif ukoll il-ħila li joperaw trajettorji ppreferuti. Kif inhu pprovdut fir-Regolament (KE) Nru 551/2004, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta’ Lulju 2011 Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010 ( 8 ) jinkludi d-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet għall-entità involuta fil-forniment ta’ dawn il-funzjonijiet.

(18)

Għall-eżekuzzjoni sikura ta’ ċerti funzjonijiet tan-netwerk, l-entità involuta hi soġġetta għal ċerti rekwiżiti. Dawn ir-rekwiżiti għandhom l-għan li jiżguraw li l-entità jew l-organizzazzjoni topera b’mod sikur u huma stabbiliti fl-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010. Dawn huma rekwiżiti għas-sikurezza tal-organizzazzjoni li huma ferm simili għal dawk ir-rekwiżiti ġenerali li huma applikabbli għall-fornituri ta’ ANS imma ġew adattati għar-responsabbiltajiet tas-sikurezza tal-funzjonijiet tan-netwerk. Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, il-Grupp ta’ Livell Għoli dwar ir-regolamentazzjoni tal-avjazzjoni -enfasizza l-ħtieġa biex is-sorveljanza regolatorja tiġi separata mill-forniment ta’ servizzi jew ta’ funzjonijiet. F’konformità ma’ dan il-prinċipju, l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 jistipula li l-entità nnominata sabiex twettaq il-funzjonijiet ta’ ġestjoni tan-netwerk jeħtieġ li tkun soġġetta għal arranġamenti ta’ sorveljanza xierqa. Is-sorveljanza tal-Maniġer tan-Netwerk għandha titwettaq mill-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija.

(19)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2096/2005 għandu jiġi mħassar.

(20)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta’ garanzija tas-sigurtà [sikurezza] tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 ( 9 ) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 tad-29 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru ( 10 ) għandhom jiġu emendati sabiex ikunu adattati għal dan ir-Regolament.

(21)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku li ġie stabbilit bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru.

Madankollu, sakemm l-Anness I jew II ma jipprovdux mod ieħor, dawk ir-rekwiżiti komuni ma japplikawx għal:

(a) attivitajiet oħrajn għajr il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru minn fornitur;

(b) riżorsi allokati għal attivitajiet lil hinn mill-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament Regolament (KE) Nru 549/2004 u l-Artikolu 3 tar-regolament (KE) Nru 216/2008. Madankollu, id-definizzjoni ta’ “ċertifikat” fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tapplikax.

Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “xogħol fl-ajru” tfisser operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru fejn inġenju tal-ajru jintuża għal servizzi speċjalizzati bħall-agrikoltura, il-kostruzzjoni, il-fotografija, l-istħarriġ, l-osservazzjoni u l-pattulja, it-tfittxija u s-salvataġġ jew ir-reklami fl-ajru;

(2) “trasport kummerċjali bl-ajru” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru li tinvolvi t-trasport ta’ passiġġieri, ta’ merkanzija jew ta’ posta bi ħlas jew b’kiri;

(3) “sistema funzjonali” tfisser kombinament ta’ sistemi, proċeduri u riżorsi umani organizzati sabiex iwettqu funzjoni fi ħdan il-kuntest tal-ATM;

(4) “avjazzjoni ġenerali” tfisser kwalunkwe operazzjoni b’inġenji tal-ajru ċivili minbarra xogħol fl-ajru jew trasport kummerċjali bl-ajru;

(5) “awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali” tfisser il-korp jew il-korpi nnominat(i) jew stabbilit(i) mill-Istati Membri bħala l-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza tagħhom skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004;

(6) “periklu” tfisser kwalunkwe kundizzjoni, avveniment, jew ċirkustanza li tista’ tikkaġuna aċċident;

(7) “organizzazzjoni” tfisser entità li tipprovdi servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru;

(8) “organizzazzjoni operattiva” tfisser organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ servizzi tal-inġinerija u tekniċi li jappoġġjaw servizzi tat-traffiku tal-ajru, ta’ komunikazzjoni, ta’ navigazzjoni jew ta’ sorveljanza;

(9) “riskju” tfisser il-kombinament tal-probabbiltà globali, jew il-frekwenza tal-okkorrenza ta’ effett li jagħmel il-ħsara kkaġunat minn periklu u s-severità ta’ dak l-effett;

(10) “assigurazzjoni tas-sikurezza” tfisser l-azzjonijiet ippjanati u sistematiċi kollha neċessarji sabiex tkun fornuta fiduċja adegwata li prodott, servizz, organizzazzjoni jew sistema funzjonali jilħaq sikurezza aċċettabbli jew tollerabbli;

(11) “objettiv tas-sikurezza” tfisser dikjarazzjoni kwalitattiva jew kwantitattiva li tiddefinixxi l-frekwenza jew il-probabbiltà massima li biha jista’ jkun mistenni li jseħħ periklu;

(12) “rekwiżit tas-sikurezza” tfisser mezz ta’ mitigazzjoni tar-riskju, iddefinit mill-istrateġija ta’ mitigazzjoni tar-riskju, li jikseb objettiv partikolari tas-sikurezza, inklużi rekwiżiti organizzattivi, operattivi, proċedurali, funzjonali, ta’ prestazzjoni, u ta’ interoperabbiltà jew karatteristiċi ambjentali;

(13) “servizzi” tfisser jew servizz tan-navigazzjoni tal-ajru jew grupp ta’ tali servizzi;

(14) “servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru pan-Ewropew” tfisser servizz li huwa mfassal u stabbilit għall-utenti fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jew fl-Istati Membri kollha u li jista’ jkun estiż ukoll lil hinn mill-ispazju tal-ajru tat-territorju li għalih japplika t-Trattat.

(15) “Fornitur ta’ Servizz tan-Navigazzjoni tal-Ajru” tfisser kwalunkwe entità pubblika jew privata li tipprovdi ANS għal traffiku tal-ajru ġenerali, inkluża organizzazzjoni li tkun ressqet applikazzjoni għal ċertifikat sabiex tipprovdi tali servizzi.

Artikolu 3

Awtorità kompetenti għaċ-ċertifikazzjoni

1.  Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għandha tkun:

(a) għall-organizzazzjonijiet li jkollhom il-post prinċipali tal-ħidma tagħhom u, jekk jeżisti, l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru, l-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali nnominata jew stabbilita minn dak l-Istat Membru;

(b) għall-organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ispazju tal-ajru tat-territorju li għalih japplika t-Trattat u li jkollhom il-post prinċipali tal-ħidma tagħhom u, jekk jeżisti, l-uffiċċju rreġistrat tagħhom barra mit-territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, l-Aġenzija;

(c) għall-organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru pan-Ewropej fl-ispazju tal-ajru tat-territorju li għalih japplika t-Trattat, l-Aġenzija.

2.  L-awtorità kompetenti għas-sorveljanza tas-sikurezza għandha tkun l-awtorità iddeterminata skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2011 ( 11 ).

Artikolu 4

Għoti taċ-ċertifikati

1.  Sabiex jiksbu ċ-ċertifikat neċessarju biex ikunu jistgħu jipprovdu ANS, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004, l-organizzazzjonijiet għandhom jikkonformaw irwieħhom ma’ li ġej:

(a) ir-rekwiżiti ġenerali għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru stabbiliti fl-Anness I;

(b) ir-rekwiżiti speċifiċi addizzjonali stabbiliti fl-Annessi II sa V skont it-tip ta’ servizz li jipprovdu.

2.  Awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità ta’ organizzazzjoni mar-rekwiżiti komuni qabel ma toħroġilha ċertifikat.

3.  Organizzazzjoni għandha tikkonforma ruħha mar-rekwiżiti komuni sa mhux aktar tard miż-żmien meta jinħareġ iċ-ċertifikat skont:

(a) l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004;

(b) l-Artikolu 8b(2) u l-Artikolu 22a(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

Artikolu 5

Derogi

1.  B’deroga mil-Artikolu 4(1), ċerti fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru jistgħu jagħżlu li ma jagħmlux użu mill-opportunità li jipprovdu servizzi transkonfinali u jistgħu jirrinunzjaw għad-dritt ta’ rikonoxximent reċiproku fi ħdan l-ajru uniku Ewropew.

F’dawk iċ-ċirkustanzi, huma jistgħu jressqu applikazzjoni għal ċertifikat li jkun limitat għall-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.

2.  Sabiex jagħmel tali applikazzjoni, fornitur ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandu jipprovdi servizzi jew jippjana li jipprovdihom biss fir-rigward ta’ kategorija waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) xogħol fl-ajru;

(b) avjazzjoni ġenerali;

(c) trasport kummerċjali bl-ajru limitat għal inġenji tal-ajru b’inqas minn 10 tunnellati ta’ massa ta’ tluq massima jew inqas minn 20 sit tal-passiġġieri;

(d) trasport kummerċjali bl-ajru b’inqas minn 10 000 moviment fis-sena, irrispettivament mill-massa ta’ tluq massima u min-numru ta’ sitijiet tal-passiġġieri, fejn il-“movimenti” jingħaddu bħala t-total tat-tluq u ta’ nżul u jiġu kkalkulati bħala medja fuq it-tliet snin preċedenti.

Sabiex issir tali applikazzjoni, fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għajr fornitur ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru, għandu jkollu fatturat annwali gross ta’ EUR 1 000 000 jew inqas fir-rigward tas-servizzi li jipprovdi jew li qed jippjana li jipprovdi.

Fejn, minħabba raġunijiet oġġettivi prattiċi, fornitur ta’ ANS ma jkunx jista’ jipprovdi evidenza li huwa jissodisfa dawk il-kriterji, l-awtorità kompetenti tista’ taċċetta figuri jew previżjonijiet analogi fir-rigward tal-limiti massimi ddefiniti fit-tielet u fir-raba’ subparagrafi.

Meta jissottometti applikazzjoni bħal din, il-fornitur ta’ ANS għandu, fl-istess ħin, jissottometti lill-awtorità kompetenti, l-evidenza rilevanti rigward il-kriterji ta’ kwalifika.

3.  L-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi speċifiċi lill-applikanti li jissodisfaw il-kriterji tal-paragrafu 1, b’mod proporzjonat għall-kontribut tagħhom għall-ATM fl-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat.

Dawn id-derogi jistgħu jkunu relatati biss mar-rekwiżiti mniżżla fl-Anness I.

Madankollu, ma għandha tingħata l-ebda deroga għar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) kompetenza u kapaċità tekniċi u operattivi (punt 1);

(b) ġestjoni tas-sikurezza (punt 3.1);

(c) riżorsi umani (punt 5);

(d) forniment miftuħ u trasparenti tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru (punt 8.1).

4.  Minbarra d-derogi msemmijin fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi lill-applikanti li jipprovdu servizzi ta’ informazzjoni dwar it-titjir minn ajrudromi billi joperaw regolarment mhux iżjed minn pożizzjoni waħda ta’ ħidma fi kwalunkwe ajrudrom. Hija għandha tagħmel dan b’mod proporzjonat għall-kontribut tal-applikanti għall-ATM fl-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat.

Dawk id-derogi jistgħu jkunu relatati biss mar-rekwiżiti li ġejjin tal-punt 3 tal-Anness II,:

(a) ir-responsabbiltà għall-ġestjoni tas-sikurezza kif ukoll servizzi u provvisti esterni (il-punt 3.1.2 (b) u (e));

(b) l-istħarriġ dwar is-sikurezza (il-punt 3.1.3(a));

(c) ir-rekwiżiti tas-sikurezza għall-valutazzjoni u għall-mitigazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-bidliet (il-punt 3.2).

5.  Ma għandha tingħata l-ebda deroga mir-rekwiżiti fl-Anness III, IV jew V.

6.  Skont l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 550/2004, l-awtorità kompetenti għandha:

(a) tispeċifika n-natura u l-ambitu tad-deroga fil-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat billi tindika l-bażi legali tagħha;

(b) tillimita l-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat, fejn dan ikun ikkunsidrat bħala neċessarju għal finijiet ta’ sorveljanza;

(c) timmonitorja jekk il-fornituri ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jibqgħux jikkwalifikaw għad-deroga.

Artikolu 6

Turija tal-konformità

1.  L-organizzazzjonijiet għandhom jipprovdu l-evidenza kollha rilevanti biex juru l-konformità mar-rekwiżi komuni applikabbli, meta jintalbu jagħmlu dan mill-awtorità kompetenti. L-organizzazzjonijiet jistgħu jagħmlu użu sħiħ mid-dejta eżistenti.

2.  Organizzazzjoni ċċertifikata għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-bidliet ippjanati fil-forniment ta’ ANS tagħha li jistgħu jaffettwaw il-konformità tagħha mar-rekwiżiti komuni applikabbli jew mal-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat, fejn dan ikun applikabbli.

3.  Meta organizzazzjoni ċċertifikata ma tibqax iktar konformi mar-rekwiżiti komuni applikabbli jew, fejn ikun applikabbli, mal-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat, l-awtorità kompetenti, fi żmien xahar minn meta tiskopri n-nuqqas ta’ konformità, għandha teżiġi li l-organizzazzjoni tieħu azzjoni korrettiva.

Dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata minnufih lill-organizzazzjoni rilevanti.

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-azzjoni korrettiva tkun ġiet implimentata qabel ma tinnotifika l-approvazzjoni tagħha lill-organizzazzjoni rilevanti.

Fejn l-awtorità kompetenti tikkunsidra li l-azzjoni korrettiva ma tkunx ġiet implimentata sewwa fl-iskeda ta’ żmien miftiehma mal-organizzazzjoni, hija għandha tieħu miżuri xierqa ta’ infurzar kif inhu pprovdut fl-Artikolu 7(7) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 u fl-Artikolu 10, l-Artikolu 22a(d), u l-artikoli 25 u 68 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, filwaqt li tikkunsidra l-ħtieġa li tkun żgurata l-kontinwità tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru.

Artikolu 7

Faċilitazzjoni tal-monitoraġġ tal-konformità

L-organizzazzjonijiet għandhom jiffaċilitaw l-ispezzjonijiet u l-istħarriġ mill-awtorità kompetenti jew minn entità kkwalifikata li taġixxi f’isem din tal-aħħar, inklużi ż-żjarat fuq il-post u ż-żjarat mingħajr avviż minn qabel.

Il-persuni awtorizzati għandhom jingħataw is-setgħa biex iwettqu l-atti li ġejjin:

(a) jeżaminaw ir-rekords, id-dejta u l-proċeduri rilevanti kif ukoll kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru;

(b) jieħdu kopji ta’, jew siltiet minn tali rekords, dejta, proċeduri u materjal ieħor;

(c) jitolbu spjegazzjoni orali fuq il-post;

(d) jidħlu f’bini, f’artijiet jew f’mezzi ta’ trasport rilevanti.

Tali spezzjonijiet u stħarriġ, meta jsiru minn awtorità kompetenti jew minn entità kkwalifikata li qed taġixxi f’isimhom, għandhom jitwettqu f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali tal-Istat Membru li fih ikunu se jitwettqu.

Artikolu 8

Konformità kontinwa

L-awtorità kompetenti għandha, abbażi tal-evidenza għad-dispożizzjoni tagħha, timmonitorja kull sena l-konformità kontinwa tal-organizzazzjonijiet li tkun iċċertifikat.

Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u taġġorna fuq bażi annwali programm ta’ spezzjoni indikattiv li jkopri lill-fornituri kollha li tkun iċċertifikat u li jkun ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskji assoċjati mal-operazzjonijiet differenti li jikkostitwixxu s-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajruipprovduti. Hija għandha tikkonsulta lill-organizzazzjoni kkonċernata kif ukoll lil kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata, jekk dan ikun xieraq, qabel ma tistabbilixxi tali programm.

Il-programm għandu jindika l-intervall previst tal-ispezzjonijiet tas-siti differenti.

Artikolu 9

Regolamentazzjoni tas-sikurezza tal-persunal tal-inġinerija u dak tekniku

Fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru, ta’ komunikazzjoni, ta’ navigazzjoni jew ta’ sorveljanza, l-awtorità kompetenti jew kwalunkwe awtorità oħra nnominata minn Stat Membru sabiex twettaq dan il-kompitu għandha:

(a) toħroġ regoli xierqa dwar is-sikurezza għall-persunal tal-inġinerija u dak tekniku li jwettaq kompiti relatati mas-sikurezza operattiva;

(b) tiżgura sorveljanza adegwata u xierqa tas-sikurezza tal-persunal tal-inġinerija u dak tekniku li jkun assenjat minn kwalunkwe organizzazzjoni operattiva sabiex iwettaq kompiti relatati mas-sikurezza operattiva;

(c) għal raġunijiet validi u wara investigazzjoni xierqa, tieħu azzjoni adegwata fir-rigward tal-organizzazzjoni operattiva u/jew tal-persunal tekniku u tal-inġinerija tagħha li ma jissodisfawx id-dispożizzjonijiet tal-punt 3.3 tal-Anness II;

(d) tivverifika li jkun hemm stabbiliti metodi xierqa li jiżguraw li terzi persuni assenjati għal kompiti relatati mas-sikurezza operattiva jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 3.3 tal-Anness II.

Artikolu 10

Proċedura tar-reviżjoni bejn il-pari

1.  Il-Kummissjoni, li taġixxi f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-Aġenzija, tista’ tagħmel arranġamenti għal reviżjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali skont il-paragrafi 2 sa 6.

2.  Reviżjoni bejn il-pari għandha ssir minn tim ta’ esperti nazzjonali u, fejn ikun xieraq, minn osservaturi mill-Aġenzija.

Tim għandu jkun magħmul minn esperti li jkunu ġejjin minn tal-anqas tliet Stati Membri differenti u mill-Aġenzija.

L-esperti ma għandhomx jipparteċipaw f’reviżjonijiet bejn il-pari fl-Istat Membru fejn ikunu impjegati.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm grupp ta’ esperti nazzjonali, innominati mill-Istati Membri, li għandu jkopri l-aspetti kollha tar-rekwiżiti komuni kif ġie elenkat fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.

3.  Mhux inqas minn tliet xhur qabel reviżjoni bejn il-pari, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru u lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali kkonċernata bir-reviżjoni bejn il-pari, id-data meta jkun skedat li se ssir u l-identità tal-esperti li se jieħdu sehem fiha.

L-Istat Membru li l-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali tiegħu tkun soġġetta għal reviżjoni għandu japprova t-tim ta’ esperti qabel ma dan ikun jista’ jagħmel ir-reviżjoni.

4.  Fi żmien perjodu ta’ tliet xhur wara r-reviżjoni, it-tim ta’ reviżjoni għandu jfassal rapport, mibni fuq il-kunsens tal-membri tat-tim, li jista’ jinkludi rakkomandazzjonijiet.

Il-Kummissjoni għandha ssejjaħ laqgħa mal-Aġenzija, mal-esperti u mal-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali sabiex tiddiskuti r-rapport.

5.  Il-Kummissjoni għandha tgħaddi r-rapport lill-Istat Membru kkonċernat.

L-Istat Membru jista’, fi żmien tliet xhur minn meta jirċevih, jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

Dawk l-osservazzjonijiet għandhom jinkludu, fejn ikun rilevanti, il-miżuri li jkun ħa jew li jkun biħsiebu jieħu l-Istat Membru biex iwieġeb għar-reviżjoni f’perjodu ta’ żmien partikolari.

Sakemm ma jintlaħaqx ftehim mod ieħor mal-Istat Membru kkonċernat, ir-rapport tar-reviżjoni u s-segwitu tiegħu ma għandhomx jiġu ppubblikati.

6.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri, permezz tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, bis-sejbiet prinċipali ta’ dawn ir-reviżjonijiet fuq bażi annwali.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajruli jkollhom ċertifikat maħruġ skont ir-Regolament (KE) Nru 2096/2005 fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkunsidrati bħala li għandhom ċertifikat maħruġ skont dan ir-Regolament.

2.  L-applikanti għal ċertifikat ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajruli jkunu ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u ma kienx għadu nħarġilhom ċertifikat f’dik id-data, għandhom juru konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament qabel ma jinħareġ iċ-ċertifikat.

3.  Fejn l-organizzazzjonijiet li, l-Aġenzija għandha tkun l-awtorità kompetenti tagħhom skont l-Artikolu 3, ikunu ressqu applikazzjoni quddiem awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali ta’ Stat Membru għall-ħruġ ta’ ċertifikat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru għandu jiffinalizza l-proċess ta’ ċertifikazzjoni f’koordinazzjoni mal-Aġenzija u għandu jittrasferixxi l-fajl lill-Aġenzija malli jinħareġ iċ-ċertifikat.

Artikolu 12

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 2096/2005 huwa mħassar.

Artikolu 13

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 482/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 482/2008 huwa emendat kif ġej:

(1) fl-Artikolu 4(5), ir-referenza għar-“Regolament (KE) Nru 2096/2005” għandha tiġi sostitwita b’referenza għar-“Regolament tal-Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011 ( 12 );

(2) l-Artikolu 6 jitħassar.

(3) fil-punt 1 u fil-punt 2 tal-Anness I, ir-referenzi għar-“Regolament (KE) Nru 2096/2005” għandhom jiġu sostitwiti b’referenza għar-“Regolament tal-Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011”.

Artikolu 14

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 691/2010

Fir-Regolament (UE) Nru 691/2010, l-Artikolu 25 huwa mħassar.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Rekwiżiti ġenerali għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru

1.   KOMPETENZA U KAPAĊITÀ TEKNIĊI U OPERATTIVI

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom ikunu jistgħu jipprovdu s-servizzi tagħhom b’mod sikur, effiċjenti, kontinwu u sostenibbli li jkun konsistenti ma’ kwalunkwe livell raġonevoli ta’ domanda ġenerali għal spazju tal-ajru partikolari. Għal dan il-għan, huma għandhom iżommu kapaċità u kompetenza teknika u operattiva adegwati.

2.   STRUTTURA U ĠESTJONI ORGANIZZATTIVI

2.1.    Struttura organizzattiva

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom jistabbilixxu u jiġġestixxu l-organizzazzjoni tagħhom skont struttura li tappoġġa l-forniment sikur, effiċjenti u kontinwu ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru.

L-istruttura organizzattiva għandha tiddefinixxi:

(a) l-awtorità, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-karigi nnominati, b’mod partikolari tal-persunal tal-maniġment inkarigat minn funzjonijiet relatati mas-sikurezza, il-kwalità, is-sigurtà, il-finanzi u r-riżorsi umani;

(b) ir-relazzjoni u l-linji ta’ rappurtar bejn partijiet u proċessi differenti tal-organizzazzjoni.

2.2.    Ġestjoni organizzattiva

2.2.1.    Pjan tan-negozju

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għandhom jipproduċu pjan tan-negozju li jkopri perjodu minimu ta’ ħames snin. Il-pjan tan-negozju għandu:

(a) jistabbilixxi l-għanijiet u l-miri ġenerali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajruu l-istrateġija tiegħu sabiex jilħaqhom b’mod konsistenti ma’ kwalunkwe pjan ġenerali għal perjodu itwal ta’ żmien tal-fornitur u mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni għall-iżvilupp tal-infrastruttura jew ta’ teknoloġija oħra;

(b) ikun fih miri xierqa ta’ prestazzjoni f’termini ta’ sikurezza, kapaċità, ambjent u kost-effettività, kif jista’ jkun applikabbli.

▼M2

L-informazzjoni elenkata fil-punti (a) u (b) għandha tkun konsistenti mal-pjan ta' prestazzjoni nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali msemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u, safejn jikkonċerna d-dejta dwar is-sikurezza, għandha tkun konsistenti mal-Programm tas-Sikurezza tal-Istat imsemmi fl-Istandard 3.1.1 tal-Anness 19 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), kif ikun applikabbli.

▼B

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom jipproduċu ġustifikazzjonijiet f’termini ta’ sikurezza u ta’ negozju għal proġetti kbar ta’ investiment inkluż, fejn ikun rilevanti, l-impatt stmat fuq il-miri tal-prestazzjoni xierqa msemmija fil-punt 2.2(b) u għandhom jidentifikaw l-investimenti li jirriżultaw mir-rekwiżiti legali assoċjati mal-implimentazzjoni tas-SESAR.

2.2.2.    Pjan annwali

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom jipproduċu pjan annwali li jkopri s-sena li jmiss, li għandu jispeċifika ulterjorment il-karatteristiċi tal-pjan tan-negozju u jiddeskrivi kwalunkwe bidla li tkun saritlu.

Il-pjan annwali għandu jkopri d-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar il-livell u l-kwalità tas-servizz bħal-livell mistenni tal-kapaċità, tas-sikurezza, tal-ħarsien ambjentali u ta’ kost-effettività kif jista’ jkun applikabbli:

(a) informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ infrastruttura ġdida jew żviluppi oħrajn u dikjarazzjoni dwar kif dawn se jagħtu kontribut għat-titjib tal-prestazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, inklużi l-livell u l-kwalità tas-servizzi;

(b) indikaturi tal-prestazzjoni konsistenti mal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali msemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 li abbażi tagħhom ikunu jistgħu jiġu vvalutati b’mod raġonevoli kemm il-livell tal-prestazzjoni kif ukoll il-kwalità tas-servizz;

(ċ) informazzjoni dwar il-miżuri previsti għall-mitigazzjoni tar-riskji għas-sikurezza identifikati fil-pjan tas-sikurezza tal-fornitur ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, inklużi l-indikaturi tas-sikurezza għal monitoraġġ tar-riskju għas-sikurezza u, fejn ikun xieraq, l-ispiża stmata tal-miżuri ta’ mitigazzjoni;

(d) il-pożizzjoni finanzjarja mistennija tul perjodu qasir ta’ żmien tal-fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrukif ukoll kwalunkwe bidla fi, jew kwalunkwe impatt fuq il-pjan tan-negozju.

2.2.3.    Parti tal-prestazzjoni tal-pjan

Il-fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għandu jqiegħed il-kontenut tal-parti tal-prestazzjoni tal-pjan tan-negozju u tal-pjan annwali għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-liġi nazzjonali.

3.   ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA U TAL-KWALITÀ

3.1.    Ġestjoni tas-sikurezza

Il-fornituri ta’ ANS għandhom jiġġestixxu s-sikurezza tas-servizzi kollha tagħhom. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jistabbilixxu interfaċċji formali mal-partijiet interessati kollha li jistgħu jinfluwenzaw direttament is-sikurezza tas-servizzi tagħhom.

Il-fornituri għandhom jiżviluppaw proċeduri għall-ġestjoni tas-sikurezza meta jintroduċu sistemi funzjonali ġodda jew meta jibdlu s-sistemi funzjonali eżistenti.

3.2.    Sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandu jkollhom fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità li tkopri lis-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrukollha li jipprovdu, skont il-prinċipji li ġejjin.

Is-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għandha:

(a) tiddefinixxi l-politika ta’ kwalità b’tali mod li tissodisfa kemm jista’ jkun il-ħtiġijiet ta’ utenti differenti;

(b) tistabbilixxi programm ta’ assigurazzjoni tal-kwalità li jkun jinkludi proċeduri mfassla sabiex jivverifikaw li l-operazzjonijiet kollha jkunu qed jitwettqu skont ir-rekwiżiti, l-istandards u l-proċeduri applikabbli;

(ċ) tipprovdi evidenza tal-funzjonament tas-sistema ta’ kwalità permezz ta’ manwali u ta’ dokumenti ta’ monitoraġġ;

(d) taħtar rappreżentanti tal-maniġment sabiex jimmonitorjaw il-konformità ma’, u l-adegwatezza tal-proċeduri ħalli jkunu żgurati prattiki operattivi sikuri u effiċjenti;

(e) twettaq eżamijiet tas-sistema ta’ kwalità fis-seħħ u tieħu azzjonijiet ta’ rimedju, kif ikun xieraq.

Ċertifikat EN ISO 9001, maħruġ minn organizzazzjoni akkreditata b’mod xieraq, li jkopri lis-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrutal-fornitur, għandu jiġi kkunsidrat bħala mezz suffiċjenti ta’ konformità. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandu jaċċetta l-iżvelar tad-dokumentazzjoni relatata maċ-ċertifikazzjoni lill-awtorità kompetenti jekk jiġi mitlub biex jagħmel dan minn din tal-aħħar.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrujistgħu jintegraw is-sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza, tas-sigurtà u tal-kwalità fis-sistema ta’ ġestjoni tagħhom.

3.3.    Manwali tal-operazzjonijiet

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom jipprovdu u jżommu aġġornati l-manwali tal-operazzjonijiet relatati mal-forniment tas-servizzi tagħhom għall-użu u għall-gwida tal-persunal tal-operazzjonijiet.

Huma għandhom jiżguraw li:

(a) il-manwali tal-operazzjonijiet ikun fihom l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa mill-persunal tal-operazzjonijiet sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom;

(b) il-partijiet rilevanti tal-manwali tal-operazzjonijiet ikunu aċċessibbli għall-persunal ikkonċernat;

(ċ) il-persunal tal-operazzjonijiet jiġi informat minnufih bl-emendi fil-manwal tal-operazzjonijiet li jkunu japplikaw għad-dmirijiet tiegħu kif ukoll bid-dħul fis-seħħ tagħhom.

4.   SIGURTÀ

Il-fornituri servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom jistabbilixxu sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà sabiex jiżguraw:

(a) is-sigurtà tal-faċilitajiet u tal-persunal tagħhom ħalli jipprevjenu interferenza illegali fil-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru;

(b) is-sigurtà tad-dejta operattiva li jirċievu jew li jipproduċu jew li jużaw b’mod ieħor, ħalli l-aċċess għaliha jkun ristrett għal dawk li jkunu awtorizzati biss.

Is-sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà għandha tiddefinixxi:

(a) il-proċeduri relatati mal-valutazzjoni u mal-mitigazzjoni tar-riskju għas-sigurtà, il-monitoraġġ u t-titjib tas-sigurtà, ir-reviżjonijiet tas-sigurtà u t-tixrid tal-għarfien miksub;

(b) il-mezzi mfassla ta’ detezzjoni ta’ ksur tas-sigurtà u biex jiġbdu l-attenzjoni tal-persunal bi twissijiet xierqa dwar is-sigurtà;

(ċ) il-mezzi sabiex jitrażżnu l-effetti tal-ksur tas-sigurtà u biex jiġu identifikati proċeduri ta’ azzjoni ta’ rkupru u ta’ mitigazzjoni ħalli ma jitħalliex li dawn jerġgħu jseħħu.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom jiżguraw l-approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal tagħhom, jekk dan ikun xieraq, u għandhom jikkoordinaw mal-awtoritajiet ċivili u militari rilevanti sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-faċilitajiet, tal-persunal u tad-dejta tagħhom.

Is-Sistemi ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza, tal-Kwalità u tas-Sigurtà jistgħu jkunu mfassla u jitħaddmu bħala sistema integrata ta’ ġestjoni.

5.   RIŻORSI UMANI

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom jimpjegaw persunal b’ħiliet xierqa sabiex jiżguraw il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrub’mod sikur, effiċjenti, kontinwu u sostenibbli. F’dan il-kuntest, għandhom jistabbilixxu politiki għar-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal.

6.   SAĦĦA FINANZJARJA

6.1.    Kapaċità ekonomika u finanzjarja

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi finanzjarji tagħhom, bħalma huma l-ispejjeż fissi u varjabbli tat-tħaddim jew l-ispejjeż tal-investimenti kapitali. Huma għandhom jużaw sistema xierqa ta’ kontabbiltà tal-ispejjeż. Huma għandhom juru l-kapaċitajiet tagħhom permezz tal-pjan annwali kif imsemmi fil-punt 2.2.2 kif ukoll permezz tal-karti tal-bilanċ u l-kontabbiltà kif ikun prattikabbli skont l-istatut legali tagħhom.

6.2.    Verifika finanzjarja

Skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004, il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom juru li qed issirilhom verifika indipendenti fuq bażi regolari.

7.   RESPONSABBILTÀ U KOPERTURA TAL-ASSIGURAZZJONI

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandu jkollhom stabbiliti arranġamenti sabiex ikunu koperti r-responsabbiltajiet tagħhom li jirriżultaw mil-liġi applikabbli.

Il-metodu użat sabiex tkun ipprovduta l-kopertura għandu jkun adattat għat-telf u għad-dannu potenzjali inkwistjoni, fejn jiġu kkunsidrati l-istatus legali tal-organizzazzjoni u l-livell tal-kopertura tal-assigurazzjoni kummerċjali disponibbli.

Fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajruli jagħmel użu mis-servizzi ta’ fornitur ieħor ta’ ANS għandu jiżgura ruħu li l-ftehimiet ikopru l-allokazzjoni tar-responsabbiltà bejniethom.

8.   KWALITÀ TAS-SERVIZZI

8.1.    Forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru miftuħ u trasparenti

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għandhom jipprovdu servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrub’mod miftuħ u trasparenti. Huma għandhom jippubblikaw il-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-servizzi tagħhom u għandhom jistabbilixxu proċess ta’ konsultazzjoni formali mal-utenti tal-ANS fuq bażi regolari, b’mod individwali jew b’mod kollettiv, u mill-anqas darba fis-sena.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajruma għandhomx jagħmlu diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità jew tal-identità tal-utent jew tal-klassi tal-utenti skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni.

8.2.    Pjanijiet ta’ kontinġenza

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandu jkollhom stabbiliti pjanijiet ta’ kontinġenza għas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrukollha li jipprovdu f’każ ta’ avvenimenti li jwasslu għal degradazzjoni jew interruzzjoni sinifikanti tal-operazzjonijiet tagħhom.

9.   REKWIŻITI TA’ RAPPURTAR

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom ikunu jistgħu jipprovdu rapport annwali tal-attivitajiet tagħhom lill-awtorità kompetenti rilevanti.

Dan ir-rapport għandu jkopri r-riżultati finanzjarji tagħhom mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004, kif ukoll il-prestazzjoni operattiva tagħhom u kwalunkwe attività u żvilupp sinifikanti oħrajn b’mod partikolari fil-qasam tas-sikurezza.

Bħala minimu, ir-rapport annwali għandu jinkludi:

(a) valutazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni tas-Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru ġġenerati,

(b) il-prestazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrumeta mqabbla mal-miri tal-prestazzjoni stabbiliti fil-pjan tan-negozju msemmi fil-punt 2.2.1, li tirrikonċilja l-prestazzjoni effettiva mal-pjan annwali permezz tal-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti fil-pjan annwali,

(ċ) jipprovdi spjegazzjoni għad-differenzi mal-miri, u jidentifika miżuri sabiex titneħħa kwalunkwe diskrepanza matul il-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004,

(d) l-iżviluppi fl-operazzjonijiet u fl-infrastruttura,

(e) ir-riżultati finanzjarji, sakemm dawn ma jkunux ippubblikati separatament skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004,

(f) informazzjoni dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni formali mal-utenti tas-servizzi tiegħu,

(g) informazzjoni dwar il-politika tar-riżorsi umani.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom iqiegħdu l-kontenut tar-rapport annwali għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija, meta jintalbu jagħmlu dan, u tal-pubbliku skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-liġi nazzjonali.




ANNESS II

Rekwiżiti speċifiċi għall-forniment ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru

1.   SJIEDA

Il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jagħmlu espliċiti lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004:

(a) L-istatus legali tagħhom, l-istruttura tas-sjieda tagħhom u kwalunkwe arranġament li jkollu impatt sinifikanti fuq il-kontroll tal-assi tagħhom,

(b) kwalunkwe konnessjoni ma’ organizzazzjonijiet li mhumiex involuti fil-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, inklużi l-attivitajiet kummerċjali li jkunu involuti fihom direttament jew permezz ta’ impriżi relatati, li jammontaw għal iżjed minn 1 % tad-dħul mistenni tagħhom. Barra minn hekk, huma għandhom jinnotifikaw kwalunkwe bidla fi kwalunkwe sehem waħdieni li jirrappreżenta 10 % jew aktar tal-ishma totali tagħhom.

Il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jipprevjenu kwalunkwe sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi li tista’ tikkomprometti l-forniment imparzjali u oġġettiv tas-servizzi tagħhom.

2.   FORNIMENT TA’ SERVIZZI MIFTUĦ U TRASPARENTI

Minbarra l-punt 8.1 tal-Anness I, u fejn Stat Membru jiddeċiedi li jorganizza l-forniment ta’ servizzi speċifiċi ta’ traffiku tal-ajru f’ambjent kompetittiv, dak l-Istat Membru jista’ jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżgura ruħu li l-fornituri ta’ dawn is-servizzi speċifiċi tat-traffiku tal-ajru la jkollhom imġiba li jkollha bħala l-objettiv jew l-effett tagħha l-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, u lanqas ikollhom imġiba li tammonta għal abbuż minn pożizzjoni dominanti skont il-liġi nazzjonali u l-liġi tal-Unjoni applikabbli.

3.   SIKUREZZA TAS-SERVIZZI

3.1.    Sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza (SMS)

3.1.1.    Rekwiżiti ġenerali tas-sikurezza

Il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru, bħala parti integrali mill-ġestjoni tas-servizzi tagħhom, għandu jkollhom fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza (SMS) li:

(a) tiżgura approċċ formalizzat, espliċitu u proattiv għal ġestjoni sistematika tas-sikurezza ħalli jiġu sodisfatti r-responsabbiltajiet tas-sikurezza tagħhom fil-forniment tas-servizzi tagħhom; topera fir-rigward tas-servizzi kollha tagħhom u tal-arranġamenti ta’ appoġġ li jaqgħu taħt il-kontroll maniġerjali tagħha; u tinkludi, bħala l-bażi tagħha, dikjarazzjoni tal-politika tas-sikurezza li tiddefinixxi l-approċċ fundamentali tal-organizzazzjoni biex tiġġestixxi s-sikurezza (ġestjoni tas-sikurezza),

(b) tiżgura li kull min huwa involut fl-aspetti tas-sikurezza tal-forniment ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru jkollu responsabbiltà individwali mis-sikurezza għall-azzjonijiet tagħhom stess, li l-maniġers ikunu responsabbli mill-prestazzjoni tas-sikurezza tad-dipartimenti jew tad-diviżjonijiet rispettivi tagħhom u li l-maniġment superjuri tal-fornitur iġorr ir-responsabbiltà kumplessiva tas-sikurezza (responsabbiltà tas-sikurezza),

(ċ) tiżgura li l-kisba ta’ sikurezza sodisfaċenti fis-servizzi tat-traffiku tal-ajru tingħata l-ogħla prijorità (prijorità tas-sikurezza),

(d) tiżgura li filwaqt li jkunu pprovduti servizzi tat-traffiku tal-ajru, l-objettiv prinċipali tas-sikurezza jkun li jiġi minimizzat il-kontribut tagħha għar-riskju ta’ aċċident ta’ inġenju tal-ajru sakemm dan ikun raġonevolment prattikabbli (objettiv tas-sikurezza).

3.1.2.    Rekwxiżiti għall-kisba tas-sikurezza

Fit-tħaddim tal-SMS, il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom:

(a) jiżguraw irwieħhom li l-persunal ikun imħarreġ b’mod adegwat u jkun kompetenti għax-xogħol li jkun meħtieġ jagħmel, minbarra li jkollu liċenzja xierqa jekk dan ikun mitlub u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tal-kundizzjoni medika (kompetenza),

(b) jiżguraw irwieħhom li tkun identifikata funzjoni tas-SMS mar-responsabbiltà organizzattiva għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza; jiżguraw irwieħhom li dan il-punt ta’ responsabbiltà jkun indipendenti mill-amministrazzjoni, u jkun irid jingħata rendikont tiegħu direttament lill-ogħla livell tal-organizzazzjoni. Madankollu, fil-każ ta’ organizzazzjonijiet żgħar fejn il-kombinament tar-responsabbiltajiet jista’ jipprevjeni indipendenza suffiċjenti f’dan ir-rigward, l-arranġamenti għall-assigurazzjoni tas-sikurezza għandhom jiġu supplimentati b’mezzi indipendenti addizzjonali; u jiżguraw irwieħhom li l-maniġment superjuri tal-organizzazzjoni tal-fornitur tas-servizzi jkun involut b’mod attiv fl-iżgurar ta’ ġestjoni tas-sikurezza (responsabbiltà tal-ġestjoni tas-sikurezza),

(ċ) jiżguraw li, kull fejn ikun prattikabbli, ikunu dderivati livelli kwantitattivi ta’ sikurezza u li dawn jinżammu għas-sistemi funzjonali kollha (livelli kwantitattivi tas-sikurezza),

(d) jiżguraw li l-SMS tiġi ddokumentata sistematikament b’mod li jipprovdi konnessjoni ċara mal-politika dwar is-sikurezza tal-organizzazzjoni (dokumentazzjoni tal-SMS),

(e) jiżguraw ġustifikazzjoni adegwata tas-sikurezza tas-servizzi u tal-provvisti pprovduti esternament, wara li jikkunsidraw is-sinifikat f’termini ta’ sikurezza tagħhom fil-forniment tas-servizzi tagħhom (servizzi u provvisti esterni),

(f) jiżguraw li jitwettqu valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskju f’livell xieraq sabiex ikun żgurat li tingħata kunsiderazzjoni dovuta lill-aspetti kollha tal-forniment ta’ ATM (valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskju). Fir-rigward tal-bidliet fis-sistema funzjonali tal-ATM, għandu japplika l-punt 3.2,

(g) jiżguraw li l-okkorrenzi operattivi jew tekniċi tal-ATM li jkunu kkunsidrati bħala li għandhom implikazzjonijiet sinifikanti għas-sikurezza jiġu investigati minnufih, u li tittieħed kwalunkwe azzjoni korrettiva neċessarja (okkorrenzi tas-sikurezza). Huma għandhom juru wkoll li jkunu implimentaw ir-rekwiżiti dwar ir-rappurtar u l-valutazzjoni tal-okkorrenzi tas-sikurezza skont il-liġi nazzjonali u l-liġi tal-Unjoni applikabbli.

3.1.3.    Rekwiżiti għall-assigurazzjoni tas-sikurezza

Fl-operat tal-SMS, il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jiżguraw li:

(a) isir stħarriġ tas-sikurezza bħala kwistjoni ta’ rutina, sabiex ikun rakkomandat titjib fejn dan ikun meħtieġ, biex tingħata assigurazzjoni lill-maniġers tas-sikurezza tal-attivitajiet li jaqgħu taħt l-oqsma tagħhom u tkun ikkonfermata l-konformità mal-partijiet rilevanti tal-SMS (stħarriġ tas-sikurezza),

(b) jiddaħħlu fis-seħħ metodi ta’ detezzjoni ta’ bidliet fis-sistemi jew fl-operazzjonijiet li jistgħu jissuġġerixxu li xi element ikun qiegħed joqrob lejn punt fejn l-istandards aċċettabbli tas-sikurezza ma jkunux jistgħu jintlaħqu aktar, u li tittieħed azzjoni korrettiva (monitoraġġ tas-sikurezza),

(ċ) jinżammu rekords tas-sikurezza sakemm iddum taħdem l-SMS bħala bażi sabiex tingħata assigurazzjoni tas-sikurezza lil dawk kollha assoċjati ma’ responsabbli għal, jew dipendenti fuq is-servizzi pprovduti, u lill-awtorità kompetenti (rekords tas-sikurezza).

3.1.4.    Rekwiżiti għall-promozzjoni tas-sikurezza

Fl-operat tal-SMS, il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jiżguraw li:

(a) il-persunal kollu jkun konxju mill-perikli potenzjali għas-sikurezza konnessi mad-dmirijiet tagħhom (kuxjenza mis-sikurezza),

(b) l-għarfien miksub li jirriżulta mill-investigazzjonijiet tal-okkorrenzi tas-sikurezza u minn attivitajiet oħra dwar is-sikurezza jiġi mxerred fi ħdan l-organizzazzjoni fuq il-livelli maniġerjali u operattivi (tixrid tal-għarfien miksub),

(ċ) il-persunal kollu jiġi mħeġġeġ b’mod attiv sabiex jipproponi soluzzjonijiet għal perikli identifikati, u jsiru bidliet sabiex tittejjeb is-sikurezza fejn jidher li dawn ikunu meħtieġa (titjib tas-sikurezza).

3.2.    Rekwiżiti tas-sikurezza għall-valutazzjoni u għall-mitigazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-bidliet

3.2.1.    Taqsima 1

Fl-operat tal-SMS, il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jiżguraw li l-identifikazzjoni tal-perikli kif ukoll il-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju jitwettqu b’mod sistematiku għal kwalunkwe bidla f’dawk il-partijiet tas-sistema funzjonali tal-ATM u fl-arranġamenti ta’ appoġġ taħt il-kontroll maniġerjali tagħhom, f’mod li jindirizza:

(a) iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-parti kostitwenti tas-sistema funzjonali tal-ATM taħt kunsiderazzjoni, mill-ippjanar u d-definizzjoni inizjali sal-operazzjonijiet ta’ wara l-implimentazzjoni, il-manutenzjoni u d-dekummissjonament;

(b) il-komponenti fl-ajru, fl-art u, jekk ikun xieraq, spazjali tas-sistema funzjonali tal-ATM, permezz ta’ kooperazzjoni mal-partijiet responsabbli; u

(ċ) it-tagħmir, il-proċeduri u r-riżorsi umani tas-sistema funzjonali tal-ATM, l-interazzjonijiet bejn dawn l-elementi u l-interazzjonijiet bejn il-parti kostitwenti taħt kunsiderazzjoni u l-bqija tas-sistema funzjonali tal-ATM.

3.2.2.    Taqsima 2

Il-proċessi ta’ identifikazzjoni tal-perikli, ta’ valutazzjoni tar-riskju kif ukoll ta’ mitigazzjoni tar-riskju għandhom jinkludu:

(a) determinazzjoni tal-ambitu, tal-limiti u tal-interfaċċji tal-parti kostitwenti li tkun qed tiġi kkunsidrata, kif ukoll l-identifikazzjoni tal-funzjonijiet li għandha twettaq il-parti kostitwenti u l-ambjent tal-operazzjonijiet li fih mistennija topera;

(b) determinazzjoni tal-objettivi tas-sikurezza li għandhom jitqiegħdu fuq il-parti kostitwenti, li tinkorpora:

(i) identifikazzjoni tal-perikli u tal-kundizzjonijiet ta’ ħsara kredibbli relatati mal-ATM flimkien mal-effetti kombinati tagħhom,

(ii) valutazzjoni tal-effetti li jista’ jkollhom fuq is-sikurezza tal-inġenju tal-ajru, kif ukoll valutazzjoni tas-severità ta’ dawk l-effetti, bl-użu tal-iskema ta’ klassifikazzjoni tas-severità stabbilita fit-Taqsima 4,

(iii) determinazzjoni tat-tollerabbiltà tagħhom, f’termini tal-probabbiltà massima tal-okkorrenza tal-periklu, derivata mis-severità u l-probabbiltà massima tal-effetti tal-periklu, b’mod konsistenti mat-Taqsima 4;

(ċ) id-derivazzjoni, kif ikun xieraq, ta’ strateġija ta’ mitigazzjoni tar-riskju li:

(i) tispeċifika d-difiżi li għandhom jiġu implimentati biex jipproteġu kontra l-perikli li fihom ir-riskji,

(ii) tinkludi, kif ikun neċessarju, l-iżvilupp ta’ rekwiżiti tas-sikurezza li potenzjalment jistgħu jaffettwaw il-parti kostitwenti taħt kunsiderazzjoni, jew partijiet oħrajn tas-sistema funzjonali tal-ATM, jew l-ambjent tal-operazzjonijiet, u

(iii) tippreżenta assigurazzjoni tal-fattibbiltà u tal-effikaċja tagħha;

(d) verifika li l-objettivi tas-sikurezza u r-rekwiżiti tas-sikurezza kollha li ġew identifikati jkunu ntlaħqu:

(i) qabel ma timplimenta l-bidla,

(ii) matul kwalunkwe fażi ta’ tranżizzjoni għas-servizz operattiv,

(iii) matul il-ħajja operattiva tagħha, u

(iv) matul kwalunkwe fażi ta’ tranżizzjoni sad-dekummissjonament.

3.2.3.    Taqsima 3

Ir-riżultati, il-prinċipji bażiċi assoċjati u l-evidenza tal-proċessi ta’ valutazzjoni u ta’ mitigazzjoni tar-riskju, inkluża l-identifikazzjoni tal-perikli, għandhom jinġabru u jiġu ddokumentati b’mod li jiżgura li:

(a) jiġu stabbiliti argumenti kompluti sabiex jintwera li l-parti kostitwenti taħt kunsiderazzjoni, kif ukoll is-sistema funzjonali globali tal-ATM huma, u se jibqa’ jkollhom livell tollerabbli ta’ sikurezza billi jilħqu l-objettivi u r-rekwiżiti allokati tas-sikurezza. Dan għandu jinkludi, kif ikun xieraq, l-ispeċifikazzjonijiet ta’ kwalunkwe teknika ta’ previżjoni, ta’ monitoraġġ jew ta’ stħarriġ li tkun qed tintuża,

(b) ir-rekwiżiti kollha tas-sikurezza relatati mal-implimentazzjoni ta’ bidla jkunu traċċabbli għall-operazzjon-jiet/funzjonijiet intenzjonati.

3.2.4.    Taqsima 4

Identifikazzjoni tal-perikli u valutazzjoni tas-severità

Għandha ssir identifikazzjoni sistematika tal-perikli. Is-severità tal-effetti tal-perikli f’ambjent partikolari ta’ operazzjonijiet għandha tiġi ddeterminata permezz tal-iskema ta’ klassifikazzjoni murija fit-tabella li ġejja, filwaqt li l-klassifikazzjoni tas-severità għandha tkun imsejsa fuq argument speċifiku li juri l-effett l-aktar probabbli tal-perikli, fl-iktar sitwazzjoni ħażina possibbli.



Klassi ta’ severità

Effett fuq l-operazzjonijiet

1

(L-ogħla livell ta’ severità)

Aċċident kif definit bl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

2

Inċident serju kif definit bl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 996/2010

3

Inċident kbir assoċjat mal-operat ta’ inġenju tal-ajru, fejn is-sikurezza tal-inġenju tal-ajru setgħet ġiet kompromessa, billi wasslet biex l-inġenju tal-ajru għal ftit ma ħabatx ma’ inġenju tal-ajru ieħor, mal-art jew ma’ xi ostakli

4

Inċident sinifikanti li jinvolvi ċirkustanzi li jindikaw li seta’ seħħ aċċident, inċident serju jew inċident kbir, li kieku r-riskju ma ġiex ġestit fi ħdan il-marġini tas-sikurezza, jew li kieku fil-qrib kien hemm inġenju tal-ajru ieħor

5

(L-inqas livell ta’ severità)

L-ebda effett immedjat fuq is-sikurezza

(1)   ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35.

Sabiex ikun dedott l-effett ta’ periklu fuq l-operazzjonijiet u sabiex tiġi ddeterminata s-severità tiegħu, l-approċċ/il-proċess sistematiku għandu jinkludi l-effetti tal-perikli fuq id-diversi elementi tas-sistema funzjonali tal-ATM, bħalma huma l-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru, il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, il-kapaċitajiet funzjonali tal-inġenju tal-ajru, il-kapaċitajiet funzjonali tal-parti fuq l-art tas-sistema funzjonali tal-ATM, u l-abbiltà li jiġu pprovduti servizzi tat-traffiku tal-ajru sikuri.

Skema ta’ klassifikazzjoni tar-riskji

L-objettivi tas-sikurezza bbażati fuq ir-riskju għandhom jiġu stabbiliti f’termini tal-probabbiltà massima ta’ okkorrenza tal-periklu, li tkun idderivata kemm mis-severità tal-effett tiegħu kif ukoll mill-probabbiltà massima tal-effett tal-periklu.

Bħala kompliment neċessarju għat-turija li l-objettivi kwantitattivi stabbiliti ġew sodisfatti, għandhom jiġu applikati kunsiderazzjonijiet addizzjonali dwar il-ġestjoni tas-sikurezza sabiex kull meta jkun raġonevoli, tiġi miżjuda aktar sikurezza mas-sistema tal-ATM.

3.2.5.    Taqsima 5

Sistema ta’ garanzija tas-sikurezza tas-softwer

Fl-operat tas-sistema ta’ SMS, fornitur ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandu jimplimenta sistema ta’ garanzija tas-sikurezza tas-softwer skont ir-Regolament (KE) Nru 482/2008

3.3.    Rekwiżiti tas-sikurezza għall-persunal tal-inġinerija u dak tekniku li jwettaq kompiti relatati mas-sikurezza operattiva

Il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jiżguraw irwieħhom li l-persunal tekniku u tal-inġinerija, inkluż il-persunal tal-organizzazzjonijiet operattivi sottokuntrattati li joperaw u li jaħdmu fuq il-manutenzjoni tat-tagħmir tal-ATM approvat għall-użu operattiv tagħhom, ikollu u jżomm għarfien u fehim suffiċjenti tas-servizzi li jkun qed jappoġġja, tal-effetti reali u potenzjali tax-xogħol tiegħu dwar is-sikurezza ta’ dawk is-servizzi, u tal-limiti ta’ ħidma xierqa li jridu jiġu applikati.

Fir-rigward tal-persunal involut f’kompiti relatati mas-sikurezza, inkluż il-persunal ta’ organizzazzjonijiet operattivi sottokuntrattati, il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jiddokumentaw l-adegwatezza tal-kompetenza tal-persunal; l-arranġamenti stabbiliti għat-tfassil ta’ skeda tax-xogħol (roster) sabiex ikunu żgurati kapaċità u kontinwità suffiċjenti tas-servizz; l-iskemi ta’ u l-politika dwar il-kwalifiki tal-persunal, il-politika dwar it-taħriġ tal-persunal, il-pjanijiet u r-rekords tat-taħriġ kif ukoll l-arranġamenti għas-superviżjoni ta’ persunal mhux ikkwalifikat. Huma għandu jkollhom proċeduri stabbiliti għal każijiet fejn il-kundizzjoni fiżika jew mentali tal-persunal tkun dubjuża.

Il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom iżommu reġistru ta’ informazzjoni dwar l-għadd, l-istatus u l-użu tal-persunal involut f’kompiti relatati mas-sikurezza.

Dak ir-reġistru għandu:

(a) jidentifika l-maniġers responsabbli mill-funzjonijiet relatati mas-sikurezza;

(b) iżomm rekord tal-kwalifiki rilevanti tal-persunal tekniku u operattiv skont ir-rekwiżiti tal-ħiliet u tal-kompetenzi mitluba;

(ċ) jispeċifika l-postijiet u d-dmirijiet li l-persunal tekniku u operattiv ikun assenjat fihom, inkluża kwalunkwe metodoloġija ta’ tfassil ta’ skeda tax-xogħol.

4.   METODI TA’ ĦIDMA U PROĊEDURI OPERATTIVI

Il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu jistgħu juru li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri operattivi tagħhom huma konformi mal-istandards fl-annessi li ġejjin għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali sa fejn ikunu rilevanti għall-forniment ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru fl-ispazju tal-ajru kkonċernat:

(a)  ►M1  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 ◄ , inklużi l-emendi kollha sa Nru 42;

▼M2

(b) L-Anness 10 dwar it-telekomunikazzjonijiet ajrunawtiċi, il-Volum II dwar il-proċeduri ta' komunikazzjoni inklużi dawk bi Status ta' PANS fis-sitt edizzjoni tiegħu ta' Ottubru 2001, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 88-A;

(c) L-Anness 11 dwar is-servizzi tat-traffiku tal-ajru fit-13-il edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2001, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 49 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 ( 13 ) kif ikun applikabbli.

▼B




ANNESS III

Rekwiżiti speċifiċi għall-forniment ta’ servizzi meteoroloġiċi

1.   KOMPETENZA U KAPAĊITÀ TEKNIĊI U OPERATTIVI

Il-fornituri ta’ servizzi meteoroloġiċi għandhom jiżguraw li l-informazzjoni meteoroloġika, neċessarja għat-twettiq tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom u f’forma adattata għall-utenti, tkun disponibbli għal:

(a) l-operaturi u l-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira għall-ippjanar ta’ qabel u ta’ waqt it-titjira,

(b) il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru u ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar it-titjiriet,

(ċ) l-unitajiet tas-servizzi ta’ tfittxija u ta’ salvataġġ,

(d) l-ajrudromi.

Il-fornituri ta’ servizzi meteoroloġiċi għandhom jikkonfermaw il-livell ta’ eżattezza li jista’ jintlaħaq tal-informazzjoni mqassma għall-operazzjonijiet, inkluż is-sors ta’ tali informazzjoni, filwaqt li jiżguraw ukoll li tali informazzjoni titqassam suffiċjentement fi żmien xieraq, u tiġi aġġornata kif ikun meħtieġ.

2.   METODI TA’ ĦIDMA U PROĊEDURI OPERATTIVI

Il-fornituri ta’ servizzi meteoroloġiċi għandhom ikunu jistgħu juru li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri operattivi tagħhom huma konformi mal-istandards fl-annessi li ġejjin għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali sa fejn ikunu rilevanti għall-forniment ta’ servizzi meteoroloġiċi fl-ispazju tal-ajru kkonċernat:

▼M2

(a) Mingħajr preġudizzju għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012, l-Anness 3 dwar is-servizzi meteoroliġiċi għan-navigazzjoni tal-ajru internazzjonali fit-18-il edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2013, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 76.

(b) L-Anness 11 dwar is-servizzi tat-traffiku tal-ajru fit-13-il edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2001, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 49 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 kif ikun applikabbli;

(c) Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 139/2014 ( 14 ) tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Anness 14 dwar l-ajrudromi fil-verżjonijiet li ġejjin:

(i) Il-Volum I dwar id-disinn u l-operazzjonijiet tal-ajrudrom fis-6 edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2013, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 11-A u mit-13 ta' Novembru 2014, inkluża wkoll l-emenda 11-B;

(ii) Il-Volum II dwar il-ħeliporti fir-4 edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2013, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża Nru 5.

▼B




ANNESS IV

Rekwiżiti speċifiċi għall-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika

1.   KOMPETENZA U KAPAĊITÀ TEKNIĊI U OPERATTIVI

Il-fornituri ta’ servizz ta’ informazzjoni ajrunawtika għandhom jiżguraw li l-informazzjoni u d-dejta jkunu disponibbli għall-operazzjonijiet f’forma adattata għal:

(a) persunal li jopera t-titjira, inkluż l-ekwipaġġ tat-titjira, kif ukoll għalll-ippjanar tat-titjiriet, is-sistemi ta’ ġestjoni tat-titjiriet u s-simulaturi tat-titjiriet, u

(b) il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru li jkunu responsabbli mis-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-titjiriet, mis-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-titjiriet tal-ajrudromi u mill-forniment ta’ informazzjoni ta’ qabel it-titjira.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika għandhom jiżguraw l-integrità tad-dejta u għandhom jikkonfermaw il-livell ta’ eżattezza tal-informazzjoni mqassma għall-operazzjonijiet, inkluż is-sors ta’ tali informazzjoni, qabel ma tali informazzjoni tiġi mqassma.

2.   METODI TA’ ĦIDMA U PROĊEDURI OPERATTIVI

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika għandhom ikunu jistgħu juru li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri operattivi tagħhom huma konformi mal-istandards

(a) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2010 ( 15 );

▼M2

(b) l-Annessi li ġejjin għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali safejn ikunu rilevanti għall-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni ajrunawtika fl-ispazju tal-ajru kkonċernat:

(i) L-Anness 3 dwar is-servizzi meteoroloġiċi għan-navigazzjoni tal-ajru internazzjonali fit-18-il edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2013, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 76;

(ii) L-Anness 4 dwar il-mapep ajrunawtiċi fil-11-il edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2009, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 57;

(iii) Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 73/2010, l-Anness 15 dwar is-servizzi ta' informazzjoni ajrunawtika fl-14-il edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2013, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 37.

▼B




ANNESS V

Rekwiżiti speċifiċi għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza

1.   KOMPETENZA U KAPAĊITÀ TEKNIĊI U OPERATTIVI

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza għandhom jiżguraw id-disponibbiltà, il-kontinwità, l-eżattezza u l-integrità tas-servizzi tagħhom.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza għandhom jikkonfermaw il-livell ta’ kwalità tas-servizzi li jkunu qed jipprovdu u għandhom juru li t-tagħmir tagħhom qed jingħata manutenzjoni regolari u, fejn ikun meħtieġ, jiġi kkalibrat.

2.   SIKUREZZA TAS-SERVIZZI

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punt 3 tal-Anness II dwar is-sikurezza tas-servizzi.

3.   METODI TA’ ĦIDMA U PROĊEDURI OPERATTIVI

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza għandhom ikunu jistgħu juru li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri operattivi tagħhom huma konformi mal-istandards tal-Anness 10 dwar it-telekomunikazzjonijiet ajrunawtiċi għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fil-verżjonijiet li ġejjin sa fejn dawn ikunu rilevanti għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza fl-ispazju tal-ajru kkonċernat:

▼M2

(a) Il-Volum I dwar l-għajnuniet għan-navigazzjoni bir-radju fis-6 edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2006, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 88-A;

(b) Il-Volum II dwar il-proċeduri ta' komunikazzjoni inklużi dawk bi status ta' PANS fis-6 edizzjoni tiegħu ta' Ottubru 2001, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 88-A;

(c) Il-Volum III dwar is-sistemi ta' komunikazzjoni fit-2 edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2007, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 88-A;

(d) Il-Volum IV dwar is-sistemi ta' sorveljanza bir-radar u għall-evitar tal-kolliżjonijiet fir-4 edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2007, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża Nru 88-A;

(e) Il-Volum V dwar l-użu tal-ispettru tal-frekwenzi tar-radju ajurunawtiku fit-3 edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2013, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 88-A.



( 1 ) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

( 2 ) ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

( 3 ) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

( 4 ) ĠU L 335, 21.12.2005, p. 13.

( 5 ) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35.

( 6 ) ĠU L 167, 4.7.2003, p. 23.

( 7 ) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

( 8 ) ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1.

( 9 ) ĠU L 141, 31.5.2008, p. 5.

( 10 ) ĠU L 201, 3.8.2010, p. 1.

( 11 ) Ara paġna 15 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 12 ) ĠU L 271, 18.10.2011, p 23.”

( 13 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).

( 14 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1).

( 15 ) ĠU L 23, 27.1.2010, p. 6.