2011R0691 — MT — 16.06.2014 — 001.003
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT (UE) Nru 691/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (ĠU L 192 22.7.2011, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) Nru 538/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' April 2014 |
L 158 |
113 |
27.5.2014 |
|
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT (UE) Nru 691/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Lulju 2011
dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja ( 1 ),
Billi:|
(1) |
L-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprevedi fost l-oħrajn li l-Unjoni “għandha taħdem għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa mibni fuq tkabbir ekonomiku bilanċjat u stabbiltà tal-prezzijiet, ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, intiża li twassal għal livell massimu ta’ impjieg u progress soċjali, u livell għoli ta’ protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità tal-ambjent”. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali Komunitarju ( 2 ) kkonfermat li hija essenzjali informazzjoni tajba dwar l-istat tal-ambjent u dwar ix-xejriet, il-pressjonijiet u l-motivazzjonijiet ewlenija għat-tibdil ambjentali għall-iżvilupp ta’ politika effettiva, għall-implimentazzjoni tagħha, u b’mod aktar ġenerali għall-għoti ta’ setgħat liċ-ċittadini. Għandhom jiġu żviluppati strumenti bl-għan li tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-effetti ambjentali tal-attività ekonomika. |
|
(3) |
Approċċ xjentifikament tajjeb għall-kejl tal-iskarsezza tar-riżorsi, fil-ġejjieni, ser ikun kruċjali għall-iżvilupp sostenibbli tal-Unjoni. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni Nru 1578/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 dwar il-Programm Statistiku Komunitarju 2008 sal-2012 ( 3 ) tirreferi b’mod ċar għall-ħtieġa ta’ statistika u kontijiet ta’ kwalità għolja fil-qasam tal-ambjent. Barra minn hekk, skont l-inizjattivi ewlenin għall-2008 sal-2012 tiddikjara li għandhom jiġu żviluppati bażijiet legali, fejn meħtieġ, għall-oqsma ewlenin ta’ ġbir ta’ dejta ambjentali li attwalment mhumiex koperti mill-atti legali. |
|
(5) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta’ Awwissu 2009 intitolata “Il-PDG u lil hinn: Inkejlu l-progress f’dinja li dejjem tinbidel”, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa li l-indikaturi eżistenti jiġu supplimentati b’dejta li tinkorpora l-aspetti ambjentali u soċjali sabiex ikun jista’ jkun hemm politika aktar koerenti u komprensiva. Għal dak l-għan, il-kontijiet ekonomiċi ambjentali joffru mezz ta’ monitoraġġ tal-pressjonijiet li toħloq l-ekonomija fuq l-ambjent u ta’ esplorazzjoni ta’ kif dawn jistgħu jittaffew. Il-kontijiet ekonomiċi ambjentali juru l-interazzjoni bejn il-fatturi ekonomiċi, domestiċi u ambjentali u b’hekk huma aktar informattivi mill-kontijiet nazzjonali waħedhom. Huma jipprovdu sors sinifikanti ta’ dejta għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali u l-Kummissjoni għandha tikkonsultahom fit-tfassil tal-valutazzjonijiet tal-impatt. F’konformità mal-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u l-motivazzjoni biex tinkiseb ekonomija effiċjenti fl-użu ta’ riżorsi u b’livell baxx ta’ tniġġis, li huma inkorporati fl-Istrateġija Ewropa 2020 u ta’ diversi inizjattivi ewlenin, l-iżvilupp ta’ qafas ta’ dejta li jinkludi b’mod konsistenti kwistjonijiet ambjentali flimkien ma’ dawk ekonomiċi jikseb importanza dejjem akbar. |
|
(6) |
Is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA), stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità ( 4 ) (“ESA 95”), konsistenti mas-Sistema tal-Kontijiet Nazzjonali (SNA), adottata mill-Kummissjoni tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti fi Frar 1993, hija l-għodda ewlenija responsabbli għall-istatistika ekonomika tal-Unjoni kif ukoll bosta indikaturi ekonomiċi (inkluż il-PDG). Il-qafas tal-ESA jista’ jintuża biex jiġu analizzati u evalwati diversi aspetti tal-ekonomija (eż. l-istruttura, il-partijiet speċifiċi, l-iżvilupp tagħha maż-żmien) b’danakollu għal xi ħtiġijiet ta’ dejta speċifiċi, bħall-analiżi tal-interazzjoni bejn l-ambjent u l-ekonomija, l-aħjar soluzzjoni tkun li jitfasslu kontijiet satelliti separati. |
|
(7) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ġunju 2006, il-Kunsill Ewropew talab lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha biex jestendu l-kontijiet nazzjonali għall-aspetti ewlenin tal-iżvilupp sostenibbli. Il-kontijiet nazzjonali għandhom għalhekk jiġu ssuplimentati b’kontijiet ekonomiċi ambjentali integrati li jipprovdu dejta li tkun konsistenti bis-sħiħ. |
|
(8) |
Huwa ta’ importanza kbira li, hekk kif is-sistema tibda topera bis-sħiħ, il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej jintużaw b’mod attiv u preċiż fl-Istati Membri u fit-tfassil tal-politika kollha tal-Unjoni rilevanti bħala kontribut ewlieni għall-valutazzjonijiet tal-impatt, il-pjani ta’ azzjoni, il-proposti leġiżlattivi u riżultati sinifikanti oħra tal-proċess ta’ politika. |
|
(9) |
Dejta aktar f’waqtha tista’ wkoll tiġi prodotta permezz tal-“previżjoni immedjata” (now-casting), li tuża tekniki ta’ statistika simili għal dawk li jintużaw fil-previżjonijiet biex isiru estimi affidabbli. |
|
(10) |
Il-kontijiet satelliti jippermettu l-espansjoni tal-kapaċità analitika tal-kontabbiltà nazzjonali għal oqsma ta’ interess soċjali magħżulin, bħalma huma l-pressjonijiet fuq l-ambjent li jirriżultaw mill-attività tal-bniedem, b’mod flessibbli, mingħajr ma jitfgħu wisq piż jew mingħajr ma jfixklu s-sistema ċentrali. Il-kontijiet satelliti għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku regolarment f’għamla li tinftiehem. |
|
(11) |
Is-sistema ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali integrati (SEEA), żviluppata b’mod kollettiv min-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u l-Bank Dinji, hija sistema satellita tas-SNA. Hija tiġbor flimkien l-informazzjoni ekonomika u dik ambjentali f’qafas komuni biex jiġi mkejjel il-kontribut tal-ambjent għall-ekonomija u l-impatt tal-ekonomija fuq l-ambjent. Hija tipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika b’indikaturi u statistika deskrittiva għall-monitoraġġ ta’ dawn l-interazzjonijiet kif ukoll bażi ta’ dejta għall-ippjanar strateġiku u l-analiżi tal-politika biex jiġu identifikati mezzi ta’ żvilupp iżjed sostenibbli. |
|
(12) |
Is-SEEA tissintetizza u tintegra kemm jista’ jkun il-kategoriji differenti tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali. B’mod ġenerali, dawn il-kategoriji kollha jwessgħu l-kunċetti eżistenti tas-SNA dwar l-ispiża, il-formazzjoni tal-kapital u l-istokk tal-kapital billi jissupplimentawhom b’dejta addizzjonali f’termini fiżiċi sabiex jiġu inklużi l-ispiża tal-ambjent u l-użu tal-assi naturali fil-produzzjoni, jew billi jemendawhom permezz tal-inkorporazzjoni ta’ dawn l-effetti f’termini monetarji. F’din l-orjentazzjoni ġenerali, id-diversi kategoriji eżistenti għandhom differenzi konsiderevoli f’termini ta’ metodoloġija u l-interessi ambjentali indirizzati. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni ppreżentat l-ewwel strateġija tagħha dwar “il-kontabbiltà ekoloġika” fl-1994. Minn dak iż-żmien ‘il hawn, il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri żviluppaw u ttestjaw metodi tal-kontabbiltà sal-punt li diversi Stati Membri llum il-ġurnata jipprovdu regolarment l-ewwel settijiet ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali. Dawk l-aktar komuni huma l-kontijiet tal-flussi fiżiċi dwar l-emissjonijiet fl-arja (inklużi l-gassijiet b’effett serra) u dwar il-konsum materjali, u l-kontijiet monetarji dwar in-nefqa għall-protezzjoni ambjentali u dwar it-taxxi ambjentali. |
|
(14) |
Wieħed mill-objettivi għall-perijodu kopert mill-Programm Statistiku Komunitarju 2008 sal-2012 huwa li jieħu l-inizjattivi u jissostitwixxi xi ftehimiet b’leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’ċerti oqsma li fihom statistika Ewropea tiġi prodotta b’mod regolari u li laħqet maturità suffiċjenti. |
|
(15) |
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea ( 5 ) jipprevedi qafas ta’ referenza għall-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej. B’mod partikolari, huwa jeħtieġ li l-istatistika Ewropea tkun konformi mal-prinċipji ta’ indipendenza professjonali, imparzjalità, oġġettività, affidabbiltà, kunfidenzjalità dwar l-istatistika u ta’ kost-effettività. |
|
(16) |
Minħabba li s-settijiet differenti ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali qegħdin jiġu żviluppati u jinstabu fi stadji differenti ta’ maturità, għandha tiġi adottata struttura modulari li tipprovdi flessibbiltà adegwata, li tippermetti fost l-oħrajn l-introduzzjoni ta’ moduli addizzjonali. |
|
(17) |
Għandu jiġi stabbilit programm ta’ studji pilota biex jittejbu r-rappurtar u l-kwalità tad-dejta, biex jissaħħu l-metodoloġiji u bħala tħejjija għal aktar żviluppi. |
|
(18) |
L-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ rappurtar addizzjonali għandha tkun preċeduta minn valutazzjoni tal-fattibbiltà. |
|
(19) |
Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tagħti derogi lill-Istati Membri matul il-perijodi tranżitorju safejn ikunu meħtieġa adattamenti kbar għas-sistemi nazzjonali tal-istatistika tagħhom. |
|
(20) |
L-Unjoni għandha tinkoraġġixxi l-introduzzjoni ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari f’dawk li jikkondividu r-riżorsi ambjentali (prinċipalment l-ilma) mal-Istati Membri. |
|
(21) |
Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ qafas komuni għall-ġbir, il-kompilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
|
(22) |
Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-aġġustament tal-moduli għal żviluppi ambjentali, ekonomiċi u tekniċi, kif ukoll l-għoti ta’ gwida metodoloġika. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
(23) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni ( 6 ). |
|
(24) |
Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ġie kkonsultat, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kompilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej, għall-fini tal-istabbiliment ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali bħala kontijiet satelliti għall-ESA 95, billi jipprevedi metodoloġija u standards, definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet u regoli tal-kontijiet komuni maħsubin għall-użu fil-kumpilazzjoni ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(1) “emissjoni fl-arja” tfisser fluss fiżiku ta’ materjali gassużi jew ta’ partikuli mill-ekonomika nazzjonali (proċessi ta’ produzzjoni jew konsum) fl-atmosfera (bħala parti mis-sistema ambjentali);
(2) “taxxa marbuta mal-ambjent” tfisser taxxa li l-bażi tagħha hija unità fiżika (jew approssimazzjoni ta’ unità fiżika) ta’ xi ħaġa li hemm provi li għandha impatt negattiv speċifiku fuq l-ambjent, u li hija identifikata fl-ESA-95 bħala taxxa);
(3) “kontijiet tal-fluss ta” materjal mifrux mal-ekonomija kollha (EW-MFA) tfisser kumpilazzjonijiet konsistenti tad-dħul materjali fl-ekonomiji nazzjonali, il-bidliet fil-ħażna materjali fl-ekonomija u l-ħruġ materjali lejn ekonomiji oħra jew lejn l-ambjent;
(4) “infiq għall-protezzjoni ambjentali” tfisser ir-riżorsi ekonomiċi ddedikati għall-protezzjoni ambjentali mill-unitajiet residenti. Il-protezzjoni ambjentali tinkludi l-attivitajiet u l-azzjonijiet kollha li għandhom bħala skop ewlieni l-prevenzjoni, it-tnaqqis u t-tneħħija tat-tniġġis u ta' kwalunkwe degradazzjoni oħra tal-ambjent. Dawk l-attivitajiet u azzjonijiet jinkludu l-miżuri kollha meħuda sabiex jagħtu mill-ġdid il-ħajja lill-ambjent wara li jkun ġie degradat. Huma esklużi minn din id-definizzjoni l-attivitajiet li, filwaqt li jkunu ta' benefiċċju għall-ambjent, jissodisfaw primarjament il-bżonnijiet tekniċi jew ir-rekwiżiti interni għall-iġjene jew is-sikurezza u s-sigurtà ta' intrapriża jew ta' istituzzjoni oħra;
(5) “settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali” tfisser dawk l-attivitajiet ta' produzzjoni ta' ekonomija nazzjonali li jiġġeneraw prodotti ambjentali (oġġetti u servizzi ambjentali). Il-prodotti ambjentali ġew prodotti għall-protezzjoni ambjentali kif imsemmi fit-tieni sentenza tal-punt (4) u għall-ġestjoni tar-riżorsi. Il-ġestjoni tar-riżorsi tinkludi l-preservazzjoni, iż-żamma u t-tisħiħ tal-istokk ta' riżorsi naturali u għalhekk is-salvagwardja ta' dawk ir-riżorsi kontra t-tnaqqis tagħhom;
(6) “kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija” tfisser kumpilazzjonijiet konsistenti tal-flussi fiżiċi ta' enerġija fl-ekonomiji nazzjonali, il-flussi li jiċċirkolaw fl-ekonomiji u l-ħruġ lejn ekonomiji oħra jew lejn l-ambjent.
Artikolu 3
Moduli
1. Il-kontijiet ekonomiċi ambjentali li għandhom jiġu kkumpilati fi ħdan il-qafas komuni msemmi fl-Artikolu 1 għandhom jiġu raggruppati fil-moduli li ġejjin:
(a) modulu għall-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja, kif stipulat fl-Anness I;
(b) modulu għat-taxxi marbutin mal-ambjent minn attività ekonomika, kif stipulat fl-Anness II;
(c) modulu għall-kontijiet tal-fluss ta’ materjal mifrux mal-ekonomija kollha, kif stipulat fl-Anness III;
(d) modulu għall-kontijiet tal-protezzjoni u l-infiq ambjentali, kif stipulat fl-Anness IV;
(e) modulu għall-kontijiet tas-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali, kif stipulat fl-Anness V;
(f) modulu għall-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija, kif stipulat fl-Anness VI.
2. Kull Anness għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a) l-objettivi li għalihom għandhom jiġu kkumpilati l-kontijiet;
(b) dak li għandhom ikopru l-kontijiet;
(c) il-lista tal-karatteristiċi li turi liema dejta għandha tiġi kkumpilata u trażmessa;
(d) l-ewwel sena ta’ referenza, il-frekwenza u l-iskadenzi tat-trażmissjoni għall-kumpilazzjoni tal-kontijiet;
(e) it-tabelli ta’ rappurtar;
(f) it-tul ta’ żmien massimu tal-perijodi tranżitorji msemmijin fl-Artikolu 8 li matulhom il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi.
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati, fejn hu meħtieġ biex jitqiesu l-iżviluppi ambjentali, ekonomiċi u tekniċi, skont l-Artikolu 9:
(a) biex tipprovdi gwida metodoloġika; u
(b) biex taġġorna l-Annessi msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 (c) sa (e).
Fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati tagħha ma jimponux piżijiet amministrattivi addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq l-unitajiet rispondenti.
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9 sabiex tispeċifika l-prodotti ta' enerġija msemmija fit-Taqsima 3 tal-Anness VI, abbażi tal-listi stipulati fl-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).
Tali atti delegati m'għandhomx jimponu piż sinifikanti addizzjonali fuq l-Istati Membri jew fuq dawk li jwieġbu. Meta tkun qed tistabbilixxi u sussegwentement taġġorna l-listi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika l-azzjonijiet, filwaqt li fejn xieraq tuża input minn esperti relevanti f'analiżi tal-kost-effettività, inkluża valutazzjoni tal-piż fuq dawk li jwieġbu u tal-ispejjeż ta' produzzjoni.
5. Sabiex tiffaċilita applikazzjoni uniformi tal-Anness V, sal-31 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi ġabra indikattiva tal-prodotti u s-servizzi ambjentali u tal-attivitajiet ekonomiċi li għandhom ikunu koperti mill-Anness V abbażi tal-kategoriji li ġejjin: servizzi ambjentali speċifiċi, prodotti bi iskop unikament ambjentali (prodotti konnessi), prodotti adattati u teknoloġiji ambjentali. Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-ġabra fejn meħtieġ.
L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
Artikolu 4
Studji pilota
1. Il-Kummissjoni għandha tfassal programm għat-twettiq ta’ studji pilota mill-Istati Membri fuq bażi volontarja biex jiġi żviluppat ir-rapportar u titjieb il-kwalità tad-dejta, jiġu stabbiliti sensieli fuq tul ta’ żmien u tiġi żviluppata metodoloġija. Il-programm għandu jinkludi studji pilota biex tiġi ttestjata l-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta’ moduli ġodda ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali. Fit-tfassil tal-programm, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ma jitpoġġa l-ebda piż amministrattiv jew finanzjarju addizzjonali fuq l-Istati Membri u fuq l-unitajiet rispondenti.
2. Is-sejbiet tal-istudji pilota għandhom jiġu evalwati u ppubblikati mill-Kummissjoni, b’kont meħud tal-benefiċċji tad-disponibbiltà tad-dejta mqabblin mal-ispejjeż tal-ġbir u l-piż amministrattiv tar-rispons. Dawn is-sejbiet għandhom jiġu kkunsidrati fil-proposti għall-introduzzjoni ta’ moduli ġodda ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali li l-Kummissjoni tista’ tinkludi fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 10.
Artikolu 5
Ġbir ta’ dejta
1. F’konformità mal-Annessi ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiġbru d-dejta meħtieġa biex jiġu osservati l-karatteristiċi msemmijin fl-Artikolu 3(2)(c).
2. L-Istati Membri għandhom jiġbru d-dejta meħtieġa bl-użu ta’ kombinazzjoni tas-sorsi differenti speċifikati hawn taħt u filwaqt li japplikaw il-prinċipju ta’ simplifikazzjoni amministrattiva:
(a) stħarriġiet;
(b) proċeduri ta’ estimi statistiċi f’każijiet fejn xi wħud mill-karatteristiċi ma jkunux ġew osservati għall-unitajiet kollha;
(c) sorsi amministrattivi.
3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u għandhom jipprovdu dettalji dwar il-metodi u s-sorsi użati.
Artikolu 6
Trażmissjoni lill-Kummissjoni (Eurostat)
1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) id-dejta li tinsab fl-Annessi, inkluża dik kunfidenzjali, fl-iskadenzi speċifikati fihom.
2. Id-dejta għandha tiġi trażmessa f’format tekniku adatt, li jrid ikun stipulat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
Artikolu 7
Valutazzjoni tal-kwalità
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji ta’ kwalità kif imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandhom japplikaw għad-dejta li tiġi trażmessa.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’rapport dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa.
3. Fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ kwalità, imsemmija fil-paragrafu 1, għad-dejta koperta minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni bil-ħsieb li jiġu definiti l-modalitajiet, l-istruttura u l-frekwenza perjodika tar-rapporti ta’ kwalità. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
4. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-dejta trażmessa u tista’, fi żmien xahar minn meta tirċievi d-dejta, titlob lill-Istat Membru inkwistjoni biex jippreżenta informazzjoni addizzjonali rigward id-dejta jew sett ta’ dejta riveduta, kif adatt.
Artikolu 8
Derogi
1. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni bl-għan li tagħti derogi lill-Istati Membri matul il-perijodi tranżitorji msemmija fl-Annessi safejn is-sistemi tal-istatistika nazzjonali jeħtieġu adattamenti maġġuri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
2. Għall-finijiet li tinkiseb deroga skont il-paragrafu 1 għall-Annessi I, II u III, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni sat-12 ta' Novembru 2011. Għall-finijiet li tinkiseb deroga skont il-paragrafu 1 għall-Annessi IV, VI u VI, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni sas-17 ta' Settembru 2014.
Artikolu 9
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet li jinsabu f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3) u (4) għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-11 ta' Awwissu 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' żmien ta' tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3) u (4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkunu diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha fl-istess ħin tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat f'konformità mal-Artikolu 3(3) u (4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li huma mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 10
Rapport u rieżami
Sal-31 ta’ Diċembru 2013 u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jevalwa b’mod partikolari l-kwalità tad-dejta trażmessa, il-metodi ta’ ġbir ta’ dejta, il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u fuq l-unitajiet rispondenti, kif ukoll il-fattibbiltà u l-effikaċja ta’ dik l-istatistika.
Ir-rapport għandu, jekk adatt u b’kont meħud tas-sejbiet imsemmija fl-Artikolu 4(2), jiġi akkumpanjat minn proposti:
— għall-introduzzjoni ta’ moduli ġodda ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali, bħall-Infiq u d-Dħul għall-Protezzjoni Ambjentali (EPER)/Kontijiet ta’ Infiq għall-Protezzjoni Ambjentali (EPEA), is-Settur tal-Prodotti u s-Servizzi Ambjentali (EGSS); il-Kontijiet tal-Enerġija, it-Trasferimenti Relatati mal-Ambjent (sussidji), il-Kontijiet ta’ Nfiq għall-Użu u l-Ġestjoni tar-Riżorsi (RUMEA), il-Kontijiet tal-Ilma (kwantitattivi u kwalitattivi), il-Kontijiet tal-Iskart, il-Kontijiet tar-Riżorsi Forestali, il-Kontijiet tas-Servizzi tal-Ekosistemi, il-Kontijiet ta’ Ħażniet ta’ Materjal Mifruxin mal-Ekonomija Kollha (EW-MSA) u l-kejl ta’ materjal imħaffer mill-art u mhux użat (inkluża l-ħamrija);
— imfassla biex ikomplu jtejbu l-kwalità tad-dejta u l-metodi tal-ġbir ta’ dejta, biex b’hekk jittejbu l-kopertura u l-komparabbiltà tad-dejta u jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji u l-amministrazzjoni.
Artikolu 11
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-EMISSJONIJIET FL-ARJA
Taqsima 1
OBJETTIVI
Il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja jirreġistraw u jippreżentaw dejta dwar l-emissjonijiet fl-arja b’mod li jkun kompatibbli mas-sistema tal-kontijiet nazzjonali. Huma jirreġistraw l-emissjonijiet fl-arja tal-ekonomiji nazzjonali f’analiżi sistematika skont l-attività ekonomika li tikkawża emissjonijiet fl-arja kif deskritt fl-ESA 95. L-attivitajiet ekonomiċi jinkludu l-produzzjoni u l-konsum.
Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tinġabar, tiġi kkumpilata, trażmessa u evalwata għall-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja mill-Istati Membri. Dik id-dejta ser tiġi żviluppata b’mod li jorbot l-emissjonijiet mal-attivitajiet ekonomiċi ta’ produzzjoni u konsum mill-industriji u d-djar privati. Id-dejta dwar l-emissjonijiet diretti li tiġi rappurtata skont dan ir-Regolament ser tiġi kkombinata mat-tabelli ekonomiċi tad-dħul u l-ħruġ, mat-tabelli tal-forniment u l-użu u mad-dejta dwar il-konsum fid-djar privati li diġà qed jiġu rappurtati lill-Kummissjoni (Eurostat) bħala parti mir-rappurtar tal-ESA 95.
Taqsima 2
KOPERTURA
Il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja għandhom l-istess konfini tas-sistema bħall-ESA 95 u huma bbażati wkoll fuq l-istess prinċipju ta’ residenza.
F’konformità mal-ESA 95, il-kunċett ta’ residenza huwa bbażat fuq il-prinċipju li ġej: unità hija definita bħala unità residenti ta’ pajjiż meta jkollha ċentru ta’ interess ekonomiku fit-territorju ekonomiku ta’ dak il-pajjiż, — jiġifieri, meta għal perijodu estiż (sena jew aktar) hija tinvolvi ruħha f’attivitajiet ekonomiċi f’dak it-territorju.
Il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja jirreġistraw l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-unitajiet residenzjali, mingħajr ma jitqies minn fejn ikunu ġejjin ġeografikament.
Il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja jirreġistraw il-flussi ta’ materjali residwi gassużi u ta’ partikuli li joriġinaw mill-ekonomija nazzjonali u jidħlu fl-atmosfera. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “atmosfera” jirreferi għal komponent tas-sistema ambjentali. Il-konfini tas-sistema jirreferi għall-konfini bejn l-ekonomija nazzjonali (bħala parti mis-sistema ekonomika) u l-atmosfera (bħala parti tas-sistema ambjentali). Wara li jkunu qasmu l-konfini tas-sistema, is-sostanzi emessi jkunu ħarġu minn kull kontroll tal-bniedem u saru parti miċ-ċikli tal-materjali naturali fejn jistgħu jikkawżaw diversi tipi ta’ impatti ambjentali.
Taqsima 3
LISTA TA’ KARATTERISTIĊI
L-Istati Membri għandhom jipproduċu statistika dwar l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja li ġejjin:
|
Isem tal-emissjoni fl-arja |
Simbolu tal-emissjoni fl-arja |
Unità tar-rappurtar |
|
Diossidu tal-karbonju mingħajr emissjonijiet mill-bijomassa |
CO2 |
1 000 tunnellata (Gg) |
|
Diossidu tal-karbonju mill-bijomassa |
Bijomassa CO2 |
1 000 tunnellata (Gg) |
|
Ossidu tan-nitroġenu |
N2O |
tunnellati (Mg) |
|
Metan |
CH4 |
tunnellati (Mg) |
|
Perfluworukarburi |
PFCs |
tunnellati (Mg) ekwivalenti tas-CO2 |
|
Idrofluworukarburi |
HFCs |
tunnellati (Mg) ekwivalenti tas-CO2 |
|
Eżafluworur tal-kubrit |
SF6 |
tunnellati (Mg) ekwivalenti tas-CO2 |
|
Ossidi tan-nitroġenu |
NOX |
tunnellati (Mg) ekwivalenti tal-NO2 |
|
Komposti organiċi volatili mhux metaniċi |
NMVOCs |
tunnellati (Mg) |
|
Monossidu tal-karbonju |
CO |
tunnellati (Mg) |
|
Materja magħmula minn partikuli < 10 μm |
PM10 |
tunnellati (Mg) |
|
Materja magħmula minn partikuli < 2,5 μm |
PM2,5 |
tunnellati (Mg) |
|
Diossidu tal-kubrit |
SO2 |
tunnellati (Mg) |
|
Ammonja |
NH3 |
tunnellati (Mg) |
Id-dejta kollha għandha tkun rappurtata sa punt deċimali wieħed.
Taqsima 4
L-EWWEL SENA TA’ REFERENZA, IL-FREKWENZA U L-ISKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI
1. L-istatistika għandha tkun kumpilata u trażmessa fuq bażi annwali.
2. L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 21 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.
3. Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta’ dejta kompleti u fil-ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi, hekk kif issir disponibbli dejta suffiċjenti skont il-pajjiżi, estimi għat-totali tal-UE-27 għall-aggregati prinċipali ta’ dan il-modulu. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika estimi għad-dejta li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenzi speċifikati fil-punt 2.
4. L-ewwel sena ta’ referenza hija s-sena li fiha jidħol fis-seħħ ir-Regolament.
5. Fl-ewwel trażmissjoni tad-dejta, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dejta annwali mill-2008 sal-ewwel sena ta’ referenza.
6. F’kull trażmissjoni sussegwenti ta’ dejta lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta annwali għas-snin n-4, n-3, n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza.
Taqsima 5
TABELLI TA’ RAPPURTAR
1. Għal kull waħda mill-karatteristiċi msemmijin fit-Taqsima 3, id-dejta għandha tkun prodotta permezz ta’ klassifika ġerarkika ta’ attivitajiet ekonomiċi, NACE Rev.2 (A*64 livell ta’ aggregazzjoni), kompletament kompatibbli mal-ESA -95. Ma’ dan, għandha tkun prodotta dejta dwar:
— Emissjonijiet fl-arja mid-djar privati;
— Elementi ta’ kollegament, li jfisser elementi ta’ rappurtar li jirrikonċiljaw b’mod ċar id-differenzi bejn il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja rappurtati skont dan ir-Regolament u dik id-dejta rappurtata fl-inventarji nazzjonali uffiċjali dwar l-emissjonijiet fl-arja.
2. Il-klassifika ġerarkika msemmija fil-paragrafu 1 hija kif ġej:
Emissjonijiet fl-arja skont l-industrija — NACE Rev.2 (A*64)
Emissjonijiet fl-arja mid-djar privati
— Trasport
— Mezzi li jsaħħnu/ikessħu
— Oħrajn
Elementi ta’ kollegament
Emissjonijiet totali fl-arja (industrija + djar privati)
Mingħajr ir-residenti nazzjonali li jkunu msefrin
– Bastimenti tas-sajd nazzjonali li jkunu qegħdin joperaw barra mill-pajjiż
– Trasport fuq l-art
– Trasport fuq l-ilma
– Trasport bl-ajru
Flimkien ma’ nies fit-territorju li mhumiex residenti
+ Trasport fuq l-art
+ Trasport fuq l-ilma
+ Trasport bl-ajru
(+ jew –) Aġġustamenti oħrajn u diskrepanzi fl-istatistika
Taqsima 6
TUL TA’ ŻMIEN MASSIMU TAL-PERIJODI TRANŻITORJI
Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ żmien massimu tal-perijodu tranżitorju huwa ta’ sentejn mill-iskadenza tal-ewwel trażmissjoni.
ANNESS II
MODULU GĦAT-TAXXI RELATATI MAL-AMBJENT MILL-ATTIVITÀ EKONOMIKA
Taqsima 1
OBJETTIVI
L-istatistika dwar it-taxxi relatati mal-ambjent tirreġistra u tippreżenta dejta kif tidher mill-perspettiva tal-entitajiet li jħallsu t-taxxi b’mod li huwa kompletament kompatibbli mad-dejta rapportata skont l-ESA 95. Din tirreġistra d-dħul mit-taxxi relatati mal-ambjent tal-ekonomiji nazzjonali skont l-attività ekonomika. L-attivitajiet ekonomiċi jinkludu l-produzzjoni u l-konsum.
Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tinġabar, tiġi ikkumpilata, trażmessa u evalwata għad-dħul mit-taxxi relatati mal-ambjent skont l-attività ekonomika mill-Istati Membri.
L-istatistika dwar it-taxxi marbutin mal-ambjent tista’ tuża l-istatistika dwar it-taxxi u l-istatistika dwar il-finanzi tal-gvern direttament, iżda hemm xi vantaġġi meta tintuża d-dejta dwar it-taxxi rrapportata skont l-ESA-95, jekk dan ikun possibbli.
L-istatistika dwar it-taxxi relatati mal-ambjent hija bbażata fuq l-ammonti murija mill-valutazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet jew l-irċevuti ta’ flus kontanti aġġustati għaż-żmien, biex tkun żgurata l-konsistenza mal-ESA-95 u biex tittejjeb il-komparabbiltà internazzjonali.
L-ESA-95 fiha wkoll informazzjoni dwar liema huma l-industriji u s-setturi li qegħdin iħallsu t-taxxi. L-informazzjoni dwar it-taxxi rapportata taħt l-ESA-95 tista’ tinstab fil-kontijiet tas-settur istituzzjonali u t-tabelli tal-forniment u l-użu.
Taqsima 2
KOPERTURA
It-taxxi relatati mal-ambjent għandhom l-istess konfini tas-sistema bħall-ESA 95 u jikkonsistu f’pagamenti obbligatorji mhux imraddin lura, fi flus kontanti jew in natura, li jiġu ntaxxati mill-gvern ġenerali jew mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
It-taxxi relatati mal-ambjent jidħlu fil-kategoriji tal-ESA 95 li ġejjin:
— taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet (D.2),
— taxxi attwali fuq id-dħul, il-ġid, eċċ. (D.5),
— taxxi kapitali (D.91).
Taqsima 3
LISTA TA’ KARATTERISTIĊI
L-Istati Membri għandhom jipproduċu l-istatistika dwar it-taxxi relatati mal-ambjent skont il-karatteristiċi li ġejjin:
— taxxi fuq l-enerġija,
— taxxi fuq it-trasport,
— taxxi fuq it-tniġġis,
— taxxi fuq ir-riżorsi.
Id-dejta kollha għandha tiġi rappurtata f’miljuni fil-munita nazzjonali.
Taqsima 4
L-EWWEL SENA TA’ REFERENZA, IL-FREKWENZI U L-ISKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI
1. L-istatistika għandha tkun kumpilata u trażmessa fuq bażi annwali.
2. L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 21 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.
3. Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta’ dejta kompleti u fil-ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi, hekk kif issir disponibbli dejta suffiċjenti skont il-pajjiżi, estimi għat-totali tal-UE-27 għall-aggregati prinċipali ta’ dan il-modulu. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika estimi għad-dejta li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenzi speċifikati fil-punt 2.
4. L-ewwel sena ta’ referenza hija s-sena li fiha jidħol fis-seħħ ir-Regolament.
5. Fl-ewwel trażmissjoni ta’ dejta, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dejta annwali mill-2008 sal-ewwel sena ta’ referenza.
6. F’kull trażmissjoni sussegwenti ta’ dejta lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta annwali għas-snin n-4, n-3, n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza.
Taqsima 5
TABELLI TA’ RAPPURTAR
Għal kull waħda mill-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, id-dejta għandha tkun rapportata mill-perspettiva tal-entitajiet li jħallsu t-taxxi.
Għall-produtturi, għandha tiġi rrapportata dejta fuq analiżi sistematika tal-klassifikazzjoni ġerarkika tal-attivitajiet ekonomiċi, NACE Rev.2 (livell ta’ aggregazzjoni A*64 kif stipulat fl-ESA 95).
Għall-konsumaturi, għandha tiġi rrapportata dejta għal:
— djar privati,
— nies li mhumiex residenti.
Fejn it-taxxa ma tistax tiġi attribwita li xi waħda mir-raggruppamenti ta’ attivitajiet imsemmijin hawn fuq, id-dejta għandha tiġi rapportata bħala mhux allokata.
Taqsima 6
TUL TA’ ŻMIEN MASSIMU TAL-PERIJODI TRANŻITORJI
Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ żmien massimu tal-perijodu tranżitorju huwa ta’ sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.
ANNESS III
MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-FLUSS TA’ MATERJAL MIFRUX MAL-EKONOMIJA KOLLHA (EW-MFA)
Taqsima 1
OBJETTIVI
L-EW-MFA jkopri l-materjali solidi, gassużi u likwidi kollha, minbarrra l-flussi tal-arja u l-ilma, imkejla f’unitajiet ta’ massa għal kull sena. Bħas-sistema ta’ kontijiet nazzjonali, l-EW-MFA iservi żewġ finijiet ewlenin. Il-flussi tal-materjali dettaljati jipprovdu bażi ta’ dejta empirika rikka għal għadd kbir ta’ studji analitiċi. Dawn jintużaw ukoll biex jiġu kumpilati varjetà ta’ indikaturi ta’ flussi ta’ materjal mifrux mal-ekonomija kollha għall-ekonomiji nazzjonali.
Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tinġabar, tiġi kkumpilata, trażmessa u evalwata għall-EW-MFA mill-Istati Membri.
Taqsima 2
KOPERTURA
Id-distinzjoni bejn ħażniet u flussi hija prinċipju fundamentali ta’ sistema ta’ fluss ta’ materjal. B’mod ġenerali, fluss huwa element varjabbli li jkejjel kwantità għal kull perijodu ta’ żmien, filwaqt li ħażna hija element varjabbli li jkejjel kwantità f’ċertu mument ta’ żmien. L-EW-MFA huma kunċett ta’ flussi. Dan ikejjel il-flussi ta’ dħul materjali, ħruġ u l-bidliet fil-ħażna fi ħdan l-ekonomija f’unitajiet ta’ massa għal kull sena.
L-EW-MFA huwa koerenti mal-prinċipji tas-sistema tal-kontijiet nazzjonali, bħall-prinċipju ta’ residenza. Huwa jispjega l-flussi ta’ materjali assoċjati mal-attivitajiet tal-unitajiet residenzjali kollha ta’ ekonomija nazzjonali irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom.
Fl-EW-MFA, hemm żewġ tipi ta’ flussi ta’ materjali li jaqbżu l-konfini tas-sistemi li huma rilevanti:
1. Il-flussi ta’ materjali bejn l-ekonomija nazzjonali u l-ambjent naturali tagħha. Dan jikkonsisti fl-estrazzjoni ta’ materjali (jiġifieri, materja prima, maħduma jew verġni) mill-ambjent naturali u r-rimi ta’ materjali (spiss imsejħa residwi) fl-ambjent naturali.
2. Il-flussi ta’ materjali bejn l-ekonomija nazzjonali u l-kumplament tal-ekonomija tad-dinja. Dawn jinkludu l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet.
Il-flussi kollha li jaqbżu dawn il-konfini tas-sistemi huma inklużi fl-EW-MFA, kif ukoll l-addizzjonijiet għall-ħażniet magħmulin mill-bniedem. Il-flussi ta’ materjali l-oħra kollha fl-ekonomija mhumiex rappreżentati fl-EW-MFA. Dan ifisser li l-ekonomija nazzjonali hija trattata fl-intier tagħha fl-EW-MFA u, eż., il-kunsinni ta’ prodotti fi ħdan l-industrija mhumiex deskritti. Il-flussi naturali fl-ambjent naturali huma esklużi bl-istess mod.
Taqsima 3
LISTA TA’ KARATTERISTIĊI
L-Istati Membri għandhom jipproduċu statistika dwar il-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 5 għall-EW-MFA, fejn applikabbli.
1. L-estrazzjoni domestika (DE) tkopri l-ammont annwali ta’ materjali f’għamla solida, likwida jew gassuża (minbarra l-arja u l-ilma) li jiġu estratti mill-ambjent naturali biex jintużaw bħala dħul fl-ekonomija.
2. L-importazzjonijiet fiżiċi u l-esportazzjonijiet fiżiċi jkopru l-prodotti bażiċi kollha importati jew esportati f’unitajiet ta’ massa. Il-prodotti bażiċi kkummerċjalizzati jinkludu oġġetti fl-istadji kollha ta’ proċessar, minn prodotti mhux raffinati għal prodotti lesti.
Taqsima 4
L-EWWEL SENA TA’ REFERENZA, IL-FREKWENZA U L-ISKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI
1. L-istatistika għandha tiġi kumpilata u trażmessa fuq bażi annwali.
2. L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 24 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.
3. Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta’ dejta kompleti u fil-ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi, hekk kif issir disponibbli dejta suffiċjenti skont il-pajjiżi, estimi għat-totali tal-UE-27 għall-aggregati prinċipali ta’ dan il-modulu. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika estimi għad-dejta li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenzi speċifikati fil-punt 2.
4. L-ewwel sena ta’ referenza hija s-sena li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
5. Fl-ewwel trażmissjoni ta’ dejta, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dejta annwali mill-2008 sal-ewwel sena ta’ referenza.
6. F’kull trażmissjoni sussegwenti ta’ dejta lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta annwali għas-snin n-4, n-3, n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza.
Taqsima 5
TABELLI TA’ RAPPURTAR
Dejta, espressa f’unitajiet ta’ massa, għandha tiġi prodotta għall-karatteristiċi elenkati fit-tabelli li ġejjin.
Tabella 1 - Estrazzjoni domestika (DE)
1 Bijomassa
1.1 Prodotti tar-raba’ (minbarra dawk tal-għalf)
1.1.1 Ċereali
1.1.2 Għeruq, tuberi
1.1.3 Prodotti tar-raba’ taz-zokkor
1.1.4 Legumi
1.1.5 Ġwież
1.1.6 Prodotti tar-raba’ li jagħmlu ż-żejt
1.1.7 Ħaxix
1.1.8 Frott
1.1.9 Fibri
1.1.10 Prodotti oħrajn tar-raba’ n.e.c.
1.2 Residwi tal-prodotti tar-raba’ (użati), prodotti tar-raba’ tal-għalf u bijomassa mirgħija
1.2.1 Residwi tal-prodotti tar-raba’ (użati)
1.2.1.1 Tiben
1.2.1.2 Residwi ta’ prodotti tar-raba’ oħrajn (weraq tal-pitravi taz-zokkor u tal-għalf, oħrajn)
1.2.2. Prodotti tar-raba’ tal-għalf u bijomassa mirgħija
1.2.2.1 Prodotti tar-raba’ tal-għalf (inkluża bijomassa maħsuda mill-mergħa)
1.2.2.2 Bijomassa mirgħija
1.3 Injam (barra minn hekk, rappurtar fakultattiv tal-inkrement nett tal-istokk tal-injam.)
1.3.1 Injam (injam tond industrijali)
1.3.2 Karburant magħmul mill-injam u estrazzjonijiet oħra
1.4 Qbid ta’ ħut selvaġġ, pjanti/annimali akkwatiċi, kaċċa u ħsad
1.4.1 Qbid ta’ ħut selvaġġ
1.4.2 L-annimali u l-pjanti akkwatiċi l-oħra kollha
1.4.3 Il-kaċċa u l-ħsad
2 Minerali tal-metall (minerali gross)
2.1 Ħadid
2.2 Metalli li ma fihomx ħadid
2.2.1 Ram (barra minn hekk, rappurtar fakultattiv tal-kontenut metalliku)
2.2.2 Nikil (barra minn hekk, rappurtar fakultattiv tal-kontenut metalliku)
2.2.3 Ċomb (barra minn hekk, rappurtar fakultattiv tal-kontenut metalliku)
2.2.4 Żinku (barra minn hekk, rappurtar fakultattiv tal-kontenut metalliku)
2.2.5 Landa (barra minn hekk, rappurtar fakultattiv tal-kontenut metalliku)
2.2.6 Deheb, fidda, platinu u metalli prezzjużi oħrajn
2.2.7 Boksajt u aluminju ieħor
2.2.8 Uranju u torju
2.2.9. Oħrajn n.e.c.
3 Minerali mhux metalliċi
3.1 Irħam, granit, ġebel ramli, porfirju, bażalt, ġebel ieħor għall-użu ornamentali jew għall-bini (minbarra l-lavanja)
3.2 Ġibs u dolomit
3.3 Lavanja
3.4 Minerali kimiċi u fertilizzanti
3.5 Melħ
3.6 Ġebla tal-ġir u ġipsum
3.7 Tafal u kawlina
3.8 Ramel u żrar
3.9 Oħrajn n.e.c.
3.10 Materjali mħaffrin mill-art (inkluża l-ħamrija) biss jekk ikunu użati (rappurtar fakultattiv)
4 Materjali/carriers ta’ enerġija mill-fossili
4.1 Faħam u materjali/carriers solidi oħrajn ta’ enerġija mill-fossili
4.1.1 Faħam kannella
4.1.2 Antraċit
4.1.3 Shale taż-żejt u ramel tal-qatran
4.1.4 Pit
4.2 Materjali/carriers ta’ enerġija likwidi u gassużi
4.2.1 Żejt mhux maħdum, kondensat u likwidi tal-gass naturali (NGL)
4.2.2 Gass naturali
Tabelli B (Importazzjonijiet – Kummerċ totali), C (Importazzjonijiet – Kummerċ extra-UE), D (Esportazzjonijiet – Kummerċ totali), E (Esportazzjonijiet – Kummerċ extra-UE)
1 Bijomassa u prodotti tal-bijomassa
1.1 Prodotti tar-raba’ mhux maħdumin u proċessati
1.1.1 Ċereali, mhux maħdumin u proċessati
1.1.2 Għeruq, tuberi, mhux maħdumin u proċessati
1.1.3 Prodotti tar-raba’ taz-zokkor, mhux maħdumin u proċessati
1.1.4 Legumi, mhux maħdumin u proċessati
1.1.5 Ġwież, mhux maħdumin u proċessati
1.1.6 Prodotti tar-raba’ li jagħmlu ż-żejt, mhux maħdumin u proċessati
1.1.7 Ħxejjex, mhux maħdumin u proċessati
1.1.8 Frott, mhux maħdumin u proċessati
1.1.9 Fibri, mhux maħdumin u proċessati
1.1.10 Prodotti tar-raba’ oħrajn n.e.c., mhux maħdumin u proċessati
1.2 Residwi tal-prodotti tar-raba’ u prodotti tar-raba’ tal-għalf
1.2.1 Residwi tal-prodotti tar-raba’ (użati), mhux maħdumin u proċessati
1.2.1.1 Tiben
1.2.2.2 Residwi oħrajn tal-prodotti tar-raba’
1.2.2 Prodotti tar-raba’ tal-għalf
1.2.2.1 Prodotti tar-raba’ tal-għalf
1.3 Injam u prodotti tal-injam
1.3.1 Injam, mhux maħdum u proċessat
1.3.2 Karburant magħmul mill-injam u estrazzjonijiet oħrajn, mhux maħdumin u proċessati
1.4 Ħut maqbud u annimali u pjanti akkwatiċi oħrajn, mhux maħdumin u proċessati
1.4.1 Ħut maqbud
1.4.2 L-annimali u l-pjanti akkwatiċi l-oħra kollha
1.5 Annimali ħajjin minbarra dawk f’1.4, u prodotti mill-annimali
1.5.1 Annimali ħajjin minbarra dawk f’1.4
1.5.2 Laħam u preparazzjoniiet tal-laħam
1.5.3 Prodotti tal-ħalib, bajd tal-għasafar, u għasel
1.5.4 Prodotti oħra mill-annimali (fibri, ġlud, ġlud bil-pil, ġilda, eċċ. mill-annimali)
1.6 Prodotti li joriġinaw prinċipalment mill-bijomassa
2 Minerali u konċentrati tal-metall, mhux maħdumin u proċessati
2.1 Minerali u konċentrati tal-ħadid, ħadid u azzar, mhux maħdumin u proċessati
2.2 Minerali u konċentrati tal-metall li ma fihomx ħadid, mhux maħdumin u proċessati
2.2.1 Ram
2.2.2 Nikil
2.2.3 Ċomb
2.2.4 Żinku
2.2.5 Landa
2.2.6 Deheb, fidda, platinu u metalli prezzjużi oħra
2.2.7 Boksajt u aluminju ieħor
2.2.8 Uranju u torju
2.2.9 Oħrajn n.e.c.
2.3 Prodotti li joriġinaw prinċipalment mill-metalli
3 Minerali mhux metalliċi, mhux maħdumin u proċessati
3.1 Irħam, granit, ġebel ramli, porfirju, bażalt, ġebel ieħor għall-użu ornamentali jew għall-bini (minbarra l-lavanja)
3.2 Ġibs u dolomit
3.3 Lavanja
3.4 Minerali kimiċi u fertilizzanti
3.5 Melħ
3.6 Ġebla tal-ġir u ġipsum
3.7 Tafal u kawlina
3.8 Ramel u żrar
3.9 Oħrajn n.e.c.
3.10 Materjali mħaffrin mill-art (inkluża l-ħamrija) biss jekk ikunu użati (rappurtar fakultattiv)
3.11 Prodotti li joriġinaw prinċipalment mill-minerali mhux metalliċi
4 Materjali/carriers ta’ enerġija mill-fossili, mhux maħdumin u proċessati
4.1 Faħam u prodotti solidi oħra li jipproduċu l-enerġija, mhux maħdumin u proċessati
4.1.1 Faħam kannella
4.1.2 Antraċit
4.1.3 Shale taż-żejt u ramel tal-qatran
4.1.4 Pit
4.2 Prodotti likwidi u gassużi li jipproduċu l-enerġija, mhux maħdumin u proċessati
4.2.1 Żejt mhux maħdum, kondensat u likwidi tal-gass naturali (NGL)
4.2.2 Gass naturali
4.3 Prodotti li joriġinaw prinċipalment minn prodotti fossili li jipproduċu l-enerġija
5 Prodotti oħra
6 Skart impurtat (Tabelli B u C)/esportat (Tabelli D u E) għat-trattament aħħari u r-rimi
L-aġġustamenti ta’ hawn taħt għall-prinċipju ta’ residenza għandhom jiġu inklużi fit-Tabelli B u D:
Karburant li mtela minn unitajiet residenti li huma barra mill-pajjiż (żieda mat-Tabella B tal-importazzjonijiet) u Karburant li mtela minn unitajiet mhux residenti fit-territorju nazzjonali (żieda mat-Tabella D tal-esportazzjonijiet)
1 Karburant għat-trasport fuq l-art
2 Karburant għat-trasport fuq l-ilma
3 Karburant għat-trasport bl-ajru
Taqsima 6
IT-TUL TA’ ŻMIEN MASSIMU TAL-PERIJODI TRANŻITORJI
Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ żmien massimu tal-perijodu tranżitorju huwa ta’ sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.
ANNESS IV
MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-PROTEZZJONI TAL-INFIQ AMBJENTALI
Taqsima 1
GĦANIJIET
Il-kontijiet tal-protezzjoni u l-infiq ambjentali jippreżentaw dejta, b'mod li hija kompatibbli mad-dejta rrappurtata skont is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA), dwar l-infiq għall-protezzjoni ambjentali, jiġifieri r-riżorsi ekonomiċi ddedikati minn unitajiet residenti għall-protezzjoni ambjentali. Tali kontijiet jippermettu l-kumpilazzjoni tal-infiq nazzjonali għall-protezzjoni tal-ambjent li huwa ddefinit bħala s-somma tal-użi tas-servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent minn unitajiet residenti u l-formazzjoni grossa tal-kapital fiss (GFCF) għall-attivitajiet tal-protezzjoni tal-ambjent u tat-trasferimenti għall-protezzjoni tal-ambjent li mhumiex kontroparti tal-punti ta' qabel, li minnhom jitnaqqsu l-finanzjamenti mogħtija mill-bqija tad-dinja.
Il-kontijiet tal-protezzjoni u l-infiq ambjentali għandhom jużaw l-informazzjoni eżistenti minn kontijiet nazzjonali (produzzjoni u ġenerazzjoni tal-kontijiet tal-introjtu; GFCF skont NACE, tabelli tal-provvista u l-użu; dejta ibbażata fuq il-klassifikazzjoni tal-funzjonijiet tal-gvern), statistika strutturali tan-negozju, reġistru tan-negozju u sorsi oħra.
Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tiġi miġbura, ikkumpilata, trażmessa u evalwata għall-finijiet tal-protezzjoni u l-infiq ambjentali mill-Istati Membri.
Taqsima 2
KOPERTURA
Il-kontijiet tal-protezzjoni u l-infiq ambjentali għandhom l-istess konfini tas-sistema bħall-ESA u juru l-infiq għall-protezzjoni ambjentali għall-attivitajiet prinċipali, sekondarji u anċillari. Huma koperti s-setturi li ġejjin:
— amministrazzjoni pubblika (inklużi l-istituzzjonijiet li ma jagħmlux profitt u li jagħtu servizz lill-familji) u l-korporazzjonijiet bħas-setturi istituzzjonali li jipproduċu servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent. Il-produtturi speċjalizzati jipproduċu servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent bħala l-attività prinċipali tagħhom,
— l-unità domestika, l-amministrazzjoni pubblika u l-korporazzjonijiet bħala konsumaturi tas-servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent,
— il-bqija tad-dinja bħala benefiċjarja jew l-oriġini tat-trasferimenti għall-protezzjoni tal-ambjent.
Taqsima 3
LISTA TA' KARATTERISTIĊI
L-Istati Membri għandhom jipproduċu kontijiet tal-protezzjoni u l-infiq ambjentali skont il-karatteristiċi li ġejjin li huma ddefiniti f'konformità mal-ESA:
— il-produzzjoni ta' servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent. Issir distinzjoni bejn il-produzzjoni tas-suq, il-produzzjoni mhux tas-suq u l-produzzjoni ta' attivitajiet anċillari,
— il-konsum intermedju tas-servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent minn produtturi speċjalizzati,
— l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent,
— it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u t-taxxi l-oħra minbarra s-sussidji fuq il-prodotti ta' servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent,
— il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss u l-akwiżizzjonijiet minbarra d-disponimenti ta' assi mhux finanzjarji u mhux manifatturati għall-produzzjoni ta' servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent,
— il-konsum finali ta' servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent,
— it-trasferimenti għall-protezzjoni tal-ambjent (riċevuti/mħallsa).
Id-dejta kollha għandha tiġi rrappurtata f'miljuni fil-munita nazzjonali.
Taqsima 4
L-EWWEL SENA TA' REFERENZA, FREKWENZA U SKADENZI TAT-TRAŻMISSJONI
1. L-istatistika għandha tiġi kkumpilata u trażmessi fuq bażi annwali.
2. L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 24-il xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza.
3. Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta' dejta kompleti u fil-ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi stimi għat-totali tal-UE-28 għall-aggregati prinċipali ta' dan il-modulu, hekk kif tkun disponibbli dejta suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika stimi għad-dejta li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenzi speċifikati fil-punt 2.
4. L-ewwel sena ta' referenza hija l-2015.
5. Fl-ewwel trażmissjoni ta' dejta, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dejta annwali mill-2014 sal-ewwel sena ta' referenza.
6. F'kull trażmissjoni sussegwenti ta' dejta lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta annwali għas-snin n–2, n–1 u n, fejn n hija s-sena ta' referenza. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe dejta disponibbli għas-sninli jiġu qabel l-2014.
Taqsima 5
TABELLI TA' RAPPURTAR
1. Għall-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, id-dejta għandha tiġi rrappurtata skont din l-analisi:
— tipi ta' produtturi/konsumaturi ta' servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent kif iddefiniti fit-taqsima 2,
— klassijiet tal-klassifikazzjoni tal-attivitajiet għall-protezzjoni tal-ambjent (CEPA) miġbura kif ġej:
— Għall-attivitajiet tal-amministrazzjoni pubblika u għat-trasferimenti għall-protezzjoni tal-ambjent:
—
— CEPA 2
— CEPA 3
— Somma tas- CEPA 1, CEPA + 4, CEPA + 5 u CEPA + 7
— CEPA 6
— Somma tas-CEPA 8 u CEPA 9
— Għall-attivitajiet anċillari tal-korporazzjonijiet:
—
— CEPA 1
— CEPA 2
— CEPA 3
— Somma tas-CEPA 4, CEPA 5, CEPA 6, CEPA 7, CEPA 8 u CEPA 9
— Għall-korporazzjonijiet bħala produtturi sekondarji u speċjalisti:
—
— CEPA 2
— CEPA 3
— CEPA 4
— Għall-unità domestika bħala konsumaturi:
—
— CEPA 2
— CEPA 3
— Il-kodiċi ta' NACE li ġejjin għall-produzzjoni anċillari ta' servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent: NACE Rev. 2 B, C, D, Diviżjoni 36. Id-dejta għat-taqsima C għandha tiġi ppreżentata f'diviżjonijiet. Id-diviżjonijiet minn 10 sa 12, minn 13 sa 15 u minn 31 sa 32 għandhom jinġabru flimkien. L-Istati Membri li, skont ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) (dak li jikkonċerna d-definizzjonijiet tal-karatteristiċi, il-format tekniku tad-dejta ta' trażmissjoni, ir-rekwiżiti ta' rapportar doppju għal NACE Rev. 1.1 u NACE Rev. 2 u d-derogi li għandhom jingħataw għall-istatistika strutturali tan-negozju), mhumiex obbligati li jiġbru dejta tal-protezzjoni u l-infiq ambjentali għal wieħed jew aktar minn dawn il-kodiċi ta' NACE, ma għandhomx għalfejn jipprovdu dejta għal dawn il-kodiċi ta' NACE.
2. Il-klassijiet tas-CEPA msemmija fil-punt 1 huma kif ġej:
|
CEPA 1 — |
Protezzjoni tal-arja ambjentali u l-klima |
|
CEPA 2 — |
Ġestjoni tal-ilma mormi |
|
CEPA 3 — |
Ġestjoni tal-iskart |
|
CEPA 4 — |
Protezzjoni u rijabilitazzjoni tal-ħamrija, tal-ilma ta' taħt l-art u tal-ilma tal-wiċċ |
|
CEPA 5 — |
Tnaqqis tal-istorbju u l-vibrazzjoni |
|
CEPA 6 — |
Protezzjoni tal-bijodiversità u tal-pajsaġġ |
|
CEPA 7 — |
Protezzjoni kontra r-radjazzjoni |
|
CEPA 8 — |
Riċerka u żvilupp ambjentali |
|
CEPA 9 — |
Attivitajiet oħrajn għall-protezzjoni tal-ambjent. |
Taqsima 6
TUL TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI
Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, it-tul ta' żmien massimu tal-perjodu tranżitorju huwa ta' sentejn mill-iskadenza tal-ewwel trażmissjoni.
ANNESS V
MODULU GĦALL-KONTIJIET TAS-SETTUR TAL-PRODOTTI U S-SERVIZZI AMBJENTALI
Taqsima 1
GĦANIJIET
L-istatistika dwar il-prodotti u s-servizzi ambjentali jirreġistraw u jippreżentaw dejta dwar l-attivitajiet ta' produzzjoni tal-ekonomiji nazzjonali li jiġġeneraw prodotti ambjentali b'mod li tkun kompatibbli mad-dejta rrappurtata skont l-ESA.
Il-kontijiet tas-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali għandhom jagħmlu użu ta' informazzjoni li diġà teżisti mill-kontijiet nazzjonali, statistika strutturali tan-negozju, reġistru tan-negozju u sorsi oħra.
Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tiġi miġbura, ikkumpilata, trażmessa u evalwata għall-kontijiet tal-prodotti u s-servizzi ambjentali mill-Istati Membri.
Taqsima 2
KOPERTURA
Is-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali għandu l-istess konfini tas-sistema bħall-ESA u jikkonsisti fil-prodotti u s-servizzi ambjentali kollha li jinħolqu fil-konfini ta' produzzjoni. L-ESA tiddefinixxi l-produzzjoni bħala l-attività li titwettaq taħt il-kontroll u r-responsabbiltà ta' unità istituzzjonali li tuża riżorsi bħal ħidma, kapital u prodotti u servizzi, biex tipproduċi prodotti u servizzi.
Il-prodotti u s-servizzi ambjentali jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin: servizzi ambjentali speċifiċi, prodotti bl-iskop unikament ambjentali (prodotti konness), prodotti adattati u teknoloġiji ambjentali.
Taqsima 3
LISTA TA' KARATTERISTIĊI
L-Istati Membri għandhom jipproduċu l-istatistika dwar is-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali skont il-karatteristiċi li ġejjin:
— il-produzzjoni tas-suq, li minnha:
—
— l-esportazzjonijiet
— il-valur miżjud tal-attivitajiet tas-suq
— l-impjiegi tal-attivitajiet tas-suq.
Id-dejta kollha għandha tiġi rrappurtata f'miljuni fil-munita nazzjonali, ħlief il-karatteristika tal-'impjiegi' li għaliha l-unità ta' rappurtar għandha tkun ekwivalenti għal 'full-time'.
Taqsima 4
L-EWWEL SENA TA' REFERENZA, FREKWENZA U SKADENZI TAT-TRAŻMISSJONI
1. L-istatistika għandha tiġi kkumpilata u trażmessa fuq bażi annwali.
2. L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 24 xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza.
3. Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta' dejta kompleti u fil-ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi stimi għat-totali tal-UE-28 għall-aggregati prinċipali ta' dan il-modulu, hekk kif tkun disponibbli dejta suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika stimi għad-dejta li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenzi speċifikati fil-punt 2.
4. L-ewwel sena ta' referenza hija l-2015.
5. Fl-ewwel trażmissjoni ta' dejta, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dejta annwali mill-2014 sal-ewwel sena ta' referenza.
6. F'kull trażmissjoni sussegwenti ta' dejta lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta annwali għas-snin n–2, n–1 u n, fejn n hija s-sena ta' referenza. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe dejta disponibbli għas-snin li jiġu qabel l-2014.
Taqsima 5
TABELLI TA' RAPPURTAR
1. Għall-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, id-dejta għandha tiġi rrappurtata bil-klassifikazzjoni inkroċjata:
— klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi, NACE Rev. 2 (A*21 livell ta' aggregazzjoni stipulat fl-ESA),
— klassijiet CEPA u l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ta' ġestjoni tar-riżorsi (CreMA) miġbura kif ġej:
—
— CEPA 1
— CEPA 2
— CEPA 3
— CEPA 4
— CEPA 5
— CEPA 6
— Somma ta' CEPA 7, CEPA 8 u CEPA 9
— CReMA 10
— CReMA 11
— CReMA 13
—
— CReMA 13A
— CReMA 13B
— CReMA 13C
— CReMA 14
— Somma ta' CReMA 12, CReMA 15 u CReMA 16
2. Il-klassijiet ta' CEPA msemmija fil-punt 1 huma stipulati fl-Anness IV. Il-klassijiet tal-CreMA msemmija fil-punt 1 huma kif ġej:
CReMA 10 —Ġestjoni tal-ilma
CReMA 11 —Ġestjoni tar-riżorsi tal-foresti
CreMA 12 —Ġestjoni tal-flora u fawna selvaġġi
CReMA 13 —
Ġestjoni tar-riżorsi tal-enerġija
|
CReMA 13A — |
Produzzjoni ta' enerġija minn riżorsi rinnovabbli |
|
CReMA 13B — |
Iffrankar u ġestjoni tas-sħana/enerġija |
|
CreMA 13C — |
Minimizzazzjoni tal-użu tal-enerġija fossili bħala materja prima |
CReMA 14 —Ġestjoni tal-minerali
CreMA 15 —Attivitajiet ta' riċerka u żvilupp għall-ġestjoni tar-riżorsi
CreMA 16 —Attivitajiet oħra ta' ġestjoni tar-riżorsi
Taqsima 6
TUL TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI
Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, it-tul ta' żmien massimu tal-perjodu tranżitorju huwa ta' sentejn mill-iskadenza tal-ewwel trażmissjoni.
ANNESS VI
MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-FLUSSI FIŻIĊI TA' ENERĠIJA
Taqsima 1
GĦANIJIET
Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija jippreżentaw dejta dwar il-flussi fiżiċi tal-enerġija espressa f'terajoules b'mod li tkun kompletament kompatibbli mal-ESA. Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija jirreġistraw dejta dwar l-enerġija relatata mal-attivitajiet ekonomiċi tal-unitajiet residenti tal-ekonomiji nazzjonali f'analiżi skont l-attività ekonomika. Dawn jippreżentaw l-oriġini u d-destinazzjoni tar-riżorsi ta' enerġija naturali, tal-prodotti ta' enerġija u tar-residwi ta' enerġija. L-attivitajiet ekonomiċi jinkludu l-produzzjoni, il-konsum u l-akkumulazzjoni.
Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tiġi miġbura, ikkumpilata, trażmessa u vvalutata għall-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija mill-Istati Membri.
Taqsima 2
KOPERTURA
Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija għandhom l-istess konfini tas-sistema bħall-ESA u huma bbażati wkoll fuq l-istess prinċipju ta' residenza.
F'konformità mal-ESA, unità hija ddefinita bħala unità residenti ta' pajjiż meta jkollha ċentru ta' interess ekonomiku fit-territorju ekonomiku ta' dak il-pajjiż, jiġifieri, meta għal perjodu estiż (sena jew aktar) din tinvolvi ruħha f'attivitajiet ekonomiċi f'dak it-territorju.
Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija jirreġistraw flussi fiżiċi ta' enerġija li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-unitajiet residenti kollha, mingħajr ma jitqies minn fejn dawn il-flussi jkunu ġejjin ġeografikament.
Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija jirreġistraw il-flussi fiżiċi ta' enerġija mill-ambjent għall-ekonomija, fl-ekonomija, u mill-ekonomija lura għall-ambjent.
Taqsima 3
LISTA TA' KARATTERISTIĊI
L-IstatiMembri għandhom jipproduċu il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija skont il-karatteristiċi li ġejjin:
— il-flussi fiżiċi ta' enerġija miġbura fi tliet kategoriji ġeneriċi:
—
(i) ir-riżorsi ta' enerġija naturali,
(ii) il-prodotti ta' enerġija,
(iii) ir-residwi ta' enerġija.
— l-oriġini tal-flussi fiżiċi ta' enerġija miġbura f'ħames kategoriji: il-produzzjoni, il-konsum, l-akkumulazzjoni, il-bqija tad-dinja u l-ambjent,
— id-destinazzjoni tal-flussi fiżiċi, miġbura fl-istess ħames kategoriji bħall-oriġini tal-flussi fiżiċi ta' enerġija.
Id-dejta kollha għandha tiġi rrappurtata f'terajoules.
Taqsima 4
L-EWWEL SENA TA' REFERENZA, FREKWENZA U SKADENZI TAT-TRAŻMISSJONI
1. L-istatistika għandha tiġi kkumpilata u trażmessa fuq bażi annwali.
2. L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 21 xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza.
3. Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta' dejta kompleti u fil-ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi stimi għat-totali tal-UE-28 għall-aggregati prinċipali ta' dan il-modulu, hekk kif tkun disponibbli dejta suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika stimi għad-dejta li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenzi speċifikati fil-punt 2.
4. L-ewwel sena ta' referenza hija l-2015.
5. Fl-ewwel trażmissjoni ta' dejta, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dejta annwali mill-2014 sal-ewwel sena ta' referenza.
6. F'kull trażmissjoni sussegwenti ta' dejta lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta annwali għas-snin n–2, n–1 u n, fejn n hija s-sena ta' referenza. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe dejta disponibbli għas-snin li jiġu qabel l-2014.
Taqsima 5
TABELLI TA' RAPPURTAR
1. Għall-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, għandha tiġi rrappurtata d-dejta li ġejja f'unitajiet fiżiċi:
— Tabella tar-riżorsi għall-flussi ta' enerġija: Din it-tabella tirreġistra r-riżorsi ta' enerġija naturali, il-prodotti ta' enerġija u r-residwi ta' enerġija (ringieli) skont l-oriġini, jiġifieri 'l-fornitur'(kolonni).
— Tabella tal-użi tal-flussi ta' enerġija: Din it-tabella tirreġistra r-riżorsi ta' enerġija naturali, il-prodotti ta' enerġija u r-residwi ta' enerġija (ringieli) skont id-destinazzjoni, jiġifieri 'l-utent'(kolonni).
— Tabella tal-użi tal-flussi ta' enerġija rilevanti għall-emissjonijiet: Din it-tabella tirreġistra l-użu tar-riżorsi ta' enerġija naturali u l-prodotti tal-enerġija rilevanti għall-emissjonijiet (ringieli) permezz tal-unità ta' użu u emissjoni (kolonni).
— Tabella ta' konkordanza li turi l-elementi differenti li jiffurmaw id-differenza bejn il-kontijiet tal-enerġija u l-bilanċi tal-enerġija.
2. It-tabelli tar-riżorsi u tal-użi tal-flussi ta' enerġija (inklużi l-flussi rilevanti għall-emissjonijiet) jitqassmu b'mod komuni f'termini ta' ringieli u kolonni.
3. Il-kolonni jindikaw l-oriġini (provvista) jew id-destinazzjoni (użu) tal-flussi fiżiċi. Il-kolonni huma miġbura f'ħames kategoriji:
— 'Produzzjoni' li hija relatata mal-produzzjoni ta' prodotti u servizzi. L-attivitajiet ta' produzzjoni huma kklassifikati skont NACE Rev. 2 u d-dejta hija rrappurtata fil-livell ta' aggregazzjoni A*64.
— L-attivitajiet ta' 'konsum' huma ppreżentati bħala total u diviżi wkoll fi tliet subklassijiet (trasport, tisħin/tkessiħ, oħrajn) għall-konsum finali tal-unitajiet domestiċi privati.
— 'Akkumulazzjoni' tirreferi għall-bidliet fl-istokk tal-prodotti ta' enerġija fl-ekonomija.
— 'Il-bqija tad-dinja' tirreġistra l-flussi tal-prodotti importati u esportati.
— 'Ambjent' tirreġistra l-oriġini tal-flussi tar-riżorsi naturali u d-destinazzjoni tal-flussi residwali.
4. Ir-ringieli jiddeskrivu t-tip ta' flussi fiżiċi kklassifikati fl-ewwel inċiż tat-Taqsima 3.
5. Il-klassifikazzjoni tar-riżorsi ta' enerġija naturali, tal-prodotti ta' enerġija u tar-residwi ta' enerġija hija kif ġej:
— ir-riżorsi ta' enerġija naturali huma miġbura f'riżorsi ta' enerġija naturali mhux rinnovabbli u f'riżorsi ta' enerġija naturali rinnovabbli.
— il-prodotti ta' enerġija huma miġbura skont il-klassifikazzjoni użata fl-istatistika Ewropea tal-enerġija,
— ir-residwi ta' enerġija jinkludu l-iskart (mingħajr valur monetarju); it-telf matul l-estrazzjoni/l-astrazzjoni, id-distribuzzjoni/it-trasport, it-trasformazzjoni/il-konverżjoni u l-ħżin; kif ukoll l-ibbilanċjar tal-elementi biex jibbilanċjaw l-provvista u l-użu tat-tabelli.
6. Il-'korrelazzjoni' bejn l-indikatur prinċipali skont il-prinċipju ta' residenza u l-indikatur ibbażat fuq it-territorju hija ppreżentata għall-ekonomija nazzjonali kollha (l-ebda suddiviżjoni għal kull industrija) u tinkiseb kif ġej:
użu totali ta' enerġija b'unitajiet residenti
– użu ta' enerġija b'unitajiet residenti barra mill-pajjiż
+ użu ta' enerġija minn persuni fit-territorju li mhumiex residenti
+ id-differenzi statistiċi
= konsum gross domestiku tal-enerġija (ibbażat fuq it-territorju)
Taqsima 6
TUL TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI
Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, it-tul ta' żmien massimu tal-perijodu tranżitorju huwa ta' sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.
( 1 ) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ġunju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2011.
( 2 ) ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.
( 3 ) ĠU L 344, 28.12.2007, p. 15.
( 4 ) ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.
( 5 ) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
( 6 ) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
( 7 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1).
( 8 ) Il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.
( 9 ) Il-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis tal-Arja Fuq Medda Twila u li Jaqsam il-Fruntieri.
( 10 ) Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 13).