02011R0626 — MT — 09.08.2020 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 626/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 178 6.7.2011, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 518/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 |
L 147 |
1 |
17.5.2014 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/254 tat-30 ta' Novembru 2016 |
L 38 |
1 |
15.2.2017 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1059 tas-27 ta’ April 2020 |
L 232 |
28 |
20.7.2020 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 626/2011
tal-4 ta’ Mejju 2011
li tissupplimenta d-Direttiva 2010/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja
Artikolu 1
Suġġett u ambitu ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għat-tikkettar u l-għoti ta' informazzjoni supplimentari dwar il-prodott għal kundizzjonaturi tal-arja operati mill-provvista elettrika (il-mejn) b'kapaċità nominali ta' ≤ 12kW għat-tkessiħ, jew tisħin jekk il-prodott ma jkollux funzjoni ta' tkessiħ.
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
apparat li juża sorsi tal-enerġija li mhumiex elettriċi,
kundizzjonaturi tal-arja li n-naħa tal-kondensur jew in-naħa tal-evaporatur tagħhom, jew it-tnejn, ma jużawx l-arja bħala mezz għat-trasferiment tas-sħana.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), għandu japplika dan li ġej:
“kundizzjonatur tal-arja” tfisser mezz li kapaċi jkessaħ jew isaħħan, jew it-tnejn, l-arja ta' ġewwa, billi juża ċiklu ta' kompressjoni tal-fwar imħaddem minn kompressur elettriku, inkluż kundizzjonaturi tal-arja li jipprovdu funzjonalitajiet addizzjonali bħad-deumidifikazzjoni, il-purifikazzjoni tal-arja, il-ventilazzjoni jew it-tisħin supplimentari tal-arja permezz ta' tisħin bir-reżistenza elettrika, kif ukoll apparat li jista' juża l-ilma (jew ilma kkondensat li jiġi ffurmat fuq in-naħa tal-evaporatur jew ilma miżjud esternament) għall-evaporazzjoni fuq il-kondensur, dejjem sakemm il-mezz jista' wkoll jaħdem mingħajr l-użu ta' ilma addizzjonali, billi juża biss l-arja;
“kundizzjonatur tal-arja b'kanal doppju” tfisser kundizzjonatur tal-arja li fih, waqt it-tkessiħ jew it-tisħin, il-kondensur (jew l-evaporatur) tal-unità tiddaħħallu l-arja mill-ambjent ta' barra l-unità minn kanal u tintrema lejn l-ambjent ta' barra minn kanal ieħor, u li jitqiegħed għal kollox fl-ispazju li jrid jiġi kkundizzjonat, qrib ta' ħajt;
“kundizzjonatur tal-arja b'kanal singolu” tfisser kundizzjonatur tal-arja li fih, waqt it-tkessiħ jew it-tisħin, il-kondensur (jew l-evaporatur) tiddaħħallu l-arja mill-ispazju li għandu l-unità fih u tintrema 'l barra minn dan l-istess spazju;
“kapaċità nominali”(Prated) tfisser il-kapaċità tat-tkessiħ jew tat-tisħin taċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar tal-unità b'kundizzjonijiet nominali standard;
“utent aħħari” tfisser konsumatur li jixtri jew li hu mistenni jixtri kundizzjonatur tal-arja;
“punt tal-bejgħ” tfisser post fejn kundizzjonaturi tal-arja jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs.
Għall-finijiet tal-Annessi II sa VIII, definizzjonijiet addizzjonali huma stipulati fl-Anness I.
Artikolu 3
Responsabbiltajiet tal-fornituri
1. Il-fornituri għandhom jieħu azzjoni kif deskritt fil-punti (as) sa (g):
tiġi pprovduta tikketta stampa għal kull kundizzjonaturi tal-arja li josserva l- klassijiet tal-effiċjenza enerġetika kif stipulat fl-Anness II. It-tikketta għandha tosserva l-format u l-kontenut tat-tagħrif kif stipulat fl-Anness III. Għall-kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b'kanal singolu u doppju, trid tiġi pprovduta tikketta stampata, mill-inqas fl-imballaġġ tal-unità ta' barra, għal mill-inqas kombinazzjoni waħda ta' unitajiet ta' ġewwa u ta' barra bi proporzjon ta' kapaċità 1. Għal kombinazzjonijiet oħra, l-informazzjoni tista' tiġi alternattivament ipprovduta fuq sit elettroniku b'aċċess ħieles;
għandha tkun disponibbli skeda tal-prodott kif stipulat fl-Anness IV. Għall-kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b'kanal singolu u doppju, trid tiġi pprovduta skeda tal-prodott, mill-inqas fl-imballaġġ tal-unità ta’ barra, għal mill-inqas kombinazzjoni waħda ta' unitajiet ta' ġewwa u ta' barra bi proporzjon ta' kapaċità 1. Għal kombinazzjonijiet oħra, l-informazzjoni tista' tiġi alternattivament ipprovduta fuq sit elettroniku b'aċċess ħieles;
dokumentazzjoni teknika kif stipulat fl-Anness V tkun disponibbli elettronikament fuq talba lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni;
jekk tkun qed tagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz, kwalunkwe pubbliċità għal mudell speċifiku ta’ kundizzjonatur tal-arja għandha tindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika. Meta tkun possibbli aktar minn klassi waħda tal-effiċjenza, il-fornitur jew il-manifattur, kif ikun xieraq, għandu jiddikjara l-effiċjenza enereġetika għat-tisħin mill-inqas fl-istaġun ta’ tisħin “Medju”. Għandha tingħata informazzjoni kif stipulat fl-Anness VI f’każijiet fejn l-utenti aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott muri;
kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku dwar mudell speċifiku ta’ kundizzjonatur tal-arja li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi jkun jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell kif stipulat fl-Anness II;
istruzzjonijiet għall-użu jkunu disponibbli;
kundizzjonaturi tal-arja b'kanal singolu għandhom jissejħu “kundizzjonaturi tal-arja lokali” fuq l-imballaġġ, id-dokumentazzjoni dwar il-prodott u fuq kwalunkwe materjal pubbliċitarju, ikunx elettroniku jew fuq il-karta;
tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness III issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' kundizzjonatur tal-arja mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell, b'rispett għall-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stabbiliti fl-Anness II. Tista' tiġi magħmula disponibbli lil kummerċjanti ta' mudelli oħra ta' kundizzjonaturi tal-arja;
skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott kif stabbilit fl-Anness IV issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' kundizzjonatur tal-arja mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll lill-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' kundizzjonaturi tal-arja.
2. Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi determinata skont kif stipulat fl-Anness VII.
3. Il-format tat-tikketta għall-kundizzjonaturi tal-arja għajr kundizzjonaturi tal-arja b'kanal singolu u doppju għandhom ikunu kif stipulat fl-Anness III.
4. Għall-kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b'kanal singolu u doppju, il-format tat-tikketta stipulat fl-Anness III għandu jiġi applikat skont il-kalendarju li ġej:
fir-rigward tal-kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b'kanal singolu u doppju, imqiegħda fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2013, it-tikketti bil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A, B, C, D, E, F, G għandhom ikunu skont il-punt 1.1 tal-Anness III għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli, il-punt 2.1 tal-Anness III għall-kundizzjonaturi tal-arja li jkessħu biss u l-punt 3.1 tal-Anness III għall-kundizzjonaturi tal-arja li jsaħħnu biss.
fir-rigward tal-kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b'kanal singolu u doppju, imqiegħda fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2015, it-tikketti bil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+, A, B, C, D, E, F, għandhom ikunu skont il-punt 1.2 tal-Anness III għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli, il-punt 2.2 tal-Anness III għall-kundizzjonaturi tal-arja li jkessħu biss u l-punt 3.2 tal-Anness III għall-kundizzjonaturi tal-arja li jsaħħnu biss;
fir-rigward tal-kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b'kanal singolu u doppju, imqiegħda fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2019, it-tikketti bil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A++, A+, A, B, C, D, E, għandhom ikunu skont il-punt 1.3 tal-Anness III għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli, il-punt 2.3 tal-Anness III għall-kundizzjonaturi tal-arja li jkessħu biss u l-punt 3.3 tal-Anness III għall-kundizzjonaturi tal-arja li jsaħħnu biss;
fir-rigward tal-kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b'kanal singolu u doppju, imqiegħda fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2017, it-tikketti bil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++, A++, A+, A, B, C, D, għandhom ikunu skont il-punt 1.4 tal-Anness III għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli, il-punt 2.4 tal-Anness III għall-kundizzjonaturi tal-arja li jkessħu biss u l-punt 3.4 tal-Anness III għall-kundizzjonaturi tal-arja li jsaħħnu biss;
5. Il-format tat-tikketta għall-kundizzjonaturi tal-arja mqiegħda fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2013 bil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++, A++, A+, A, B, C, D għandhom ikunu skont il-punt 4.1 tal-Anness III għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli b'kanal doppju, il-punt 4.3 tal-Anness III għall-kundizzjonaturi tal-arja b'kanal doppju li jkessħu biss u l-punt 4.5 tal-Anness III għall-kundizzjonaturi tal-arja b'kanal doppju li jsaħħnu biss;
6. Il-format tat-tikketta għall-kundizzjonaturi tal-arja b'kanal singolu mqiegħda fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2013 bil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++, A++, A+, A, B, C, D għandhom ikunu skont il-punt 5.1 tal-Anness III għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli b'kanal singolu, il-punt 5.3 tal-Anness III għall-kundizzjonaturi tal-arja b'kanal singolu li jkessħu biss u l-punt 5.5 tal-Anness III għall-kundizzjonaturi tal-arja li jsaħħnu biss;
Artikolu 4
Responsabbiltajiet tal-bejjiegħa
In-negozjanti għandhom jiżguraw li:
l-kundizzjonaturi tal-arja, fil-punt tal-bejgħ, ikollhom it-tikketta pprovduta mill-fornituri skont l-Artikolu 3(1) fuq in-naħa ta' barra l-faċċata jew fuq il-wiċċ ta’ fuq tal-apparat, b'tali mod li tkun tidher ċar;
kundizzjonaturi tal-arja offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs meta l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-prodott għall-wiri, ikunu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont l-Annessi IV u VI. Fejn l-offerta tkun magħmula permezz tal-Internet, u tikketta elettronika u skeda tal-prodott elettronika jkunu ġew magħmula disponibbli f'konformità mal-Artikolu 3(1)(h) u 3(1)(i), minflok għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness IX;
jekk tkun qed tagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz, kwalunkwe pubbliċità għal mudell speċifiku ta’ kundizzjonatur tal-arja tindika l-informazzjoni dwar il-prezz jew il-klassi tal-effiċjenza enerġetika. Meta tkun possibbli aktar minn klassi waħda tal-effiċjenza, il-fornitur/manifattur għandu jiddikjara l-effiċjenza enereġetika f'mill-inqas iż-żona tal-istaġun “Medju”;
kwalunkwe materjal tekniku promozzjonali dwar mudell speċifiku li jiddeskrivi l-parametri tekniċi ta’ kundizzjonatur tal-arja jkun jinkludi l-klassi(jiet) tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell u l-istruzzjonijiet għall-użu mogħtija mill-fornitur. Meta tkun possibbli aktar minn klassi waħda tal-effiċjenza, il-fornitur/manifattur għandu jiddikjara l-effiċjenza enereġetika f'mill-inqas iż-żona tal-istaġun “Medju”.
kundizzjonaturi tal-arja b'kanal singolu għandhom jissejħu “kundizzjonaturi tal-arja lokali” fuq l-imballaġġ, id-dokumentazzjoni dwar il-prodott u fuq kwalunkwe materjal pubbliċitarju, ikunx elettroniku jew fuq il-karta.
Artikolu 5
Metodi ta' kejl
L-informazzjoni li trid tingħata skont l-Artikolu 3 għandha tinkiseb bis-saħħa ta’ proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl u l-metodu tal-kalkolu l-aktar avvanzati rikonoxxuti, kif stipulat fl-Anness VII.
Artikolu 6
Proċedura tal-verifika għall-finijiet ta' sorveljanza tas-suq
Meta l-Istati Membri jivvalutaw il-konformità tal-klassi ddikjarata tal-effiċjenza enerġetika, il-konsum annwali jew ta' kull siegħa tal-effiċjenza enerġetika, kif xieraq, u l-emissjonijiet tal-istorbju, għandhom japplikaw il-proċedura stipulata fl-Anness VIII.
Artikolu 7
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawk tal-progress teknoloġiku sa mhux aktar tard minn ħames snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu. Trid partikolarment tingħata attenzjoni lil kwalunkwe bidla sinifikanti fis-sehem mis-suq ta' tipi varji ta' apparat.
Artikolu 8
Revoka
Id-Direttiva 2002/31/KEE ġiet imħassra mill-1 ta’ Jannar 2013.
Artikolu 9
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Il-kundizzjonaturi tal-arja mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2013 għandhom jikkonformaw mad-dipożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2002/31/KE.
Artikolu 10
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-fini tal-Annessi II sa VII
Għall-finijiet tal-Annessi II sa VII, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:
“Kundizzjonatur tal-arja riversibbli” tfisser kundizzjonatur tal-arja li kapaċi sew ikessaħ sew isaħħan.
“Kundizzjonijiet nominali standard” tfisser il-kumbinazzjoni tat-temperaturi ta' ġewwa (Tin) u ta' barra (Tj) li jiddeskrivu l-kundizzjonijiet tat-tħaddim filwaqt li jiġu stabbiliti l-livell tal-qawwa akustika, il-kapaċità nominali, il-livell nominali tal-fluss tal-arja, il-proporzjon nominali tal-effiċjenza enerġetika (EERrated), u/jew il-koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni (COPrated), kif stipulat fl-Anness VII, tabella 2;
“Temperatura ta' ġewwa” (Tin) tfisser it-temperatura tal-arja ta' ġewwa b'termometru niexef [°C] (bl-umdità relattiva indikata mit-temperatura korrispondenti b'termometru umdu);
“Temperatura ta' barra” (Tj) tfisser it-temperatura tal-arja ta' barra b'termometru niexef [°C] (bl-umdità relattiva tagħha indikata mit-temperatura korrispondenti b'termometru umdu);
“Proporzjon nominali tal-effiċjenza enerġetika” (EERrated) tfisser il-kapaċità ddikjarata għat-tkessiħ diviża bil-qawwa nominali introdotta għat-tkessiħ [kW] ta' unità meta tkun qed tipprovdi t-tkessiħ f'kundizzjonijiet nominali standard;
“Koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni” (COPrated) tfisser il-kapaċità ddikjarata għat-tisħin [kW] diviża bil-qawwa nominali introdotta għat-tisħin [kW] ta' unità meta tkun qed tipprovdi t-tisħin f'kundizzjonijiet nominali standard;
“Potenzjal għat-tisħin globali” (GWP) tfisser il-kejl ta' kemm 1 kg tar-refriġerant użat fiċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar huwa stmat li jikkontribwixxi għat-tisħin globali, espress f' ekwivalenti ta' kg CO2 fuq medda ta' żmien ta' 100 sena;
Il-valuri GWP ikkunsidrati se jkunu dawk stipulati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
Għal refriġeranti fluworinati, il-valuri GWP għandhom ikunu dawk ippubblikati fit-tielet rapport ta' valutazzjoni (TAR) adottat mill-Bord Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima ( 3 ) (2001 IPCC valuri GWP għal perjodu ta' 100 sena).
għall-gassijiet mhux fluworinati, il-valuri GWP huma dawk ippubblikati fl-Ewwel Valutazzjoni tal-IPPC ( 4 ) fuq perjodu ta' 100 sena.
Il-valuri GWP totali għal taħlitiet ta’ refriġeranti għandhom ikunu bbażati fuq il-formula kif stipulata fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 842/2006;
Għar-refriġeranti mhux inklużi fir-referenzi fuq, ir-rapport IPCC UNEP 2010 dwar ir-Refriġerazzjoni, l-Ikkundizzjonar tal-Arja u l-Pompi tas-Sħana, ta' Frar 2011, jew iġded, għandhom jintużaw bħala referenza;
“Modalità mitfija” tfisser kundizzjoni li fiha l-kundizzjonatur tal-arja jew il-fann għall-użu personali jkun imqabbad mal-mejn imma ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni. Huma wkoll meqjusa modalità mitfija kundizzjonijiet li jipprovdu biss indikazzjoni ta' kundizzjoni ta' modalità mitfija, kif ukoll kundizzjonijiet maħsuba biex jiżguraw kompatibilità elettromanjetika skont id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
“Modalità standby” tfisser kundizzjoni li fiha l-apparat (kundizzjonatur tal-arja jew fann għall-użu personali) ikun imqabbad mal-mejn, jiddependi fuq l-enerġija introdotta mill-mejn biex jaħdem kif suppost u jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jippersistu għal żmien indefinit: funzjoni ta’ riattivazzjoni, inkella funzjoni ta’ riattivazzjoni u sempliċement indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata, u/jew turija ta' informazzjoni jew stat;
“Funzjoni ta’ riattivazzjoni” tfisser funzjoni li tiffaċilita l-attivazzjoni ta’ modalitajiet oħra, inkluża l-modalità attiva, permezz ta’ swiċċ mill-bogħod, inklużi l-kontroll mill-bogħod, senser intern, tajmer għal kundizzjoni li tipprovdi funzjonijiet addizzjonali, inkluża l-funzjoni ewlenija;
“Turija ta’ informazzjoni jew qagħda” tfisser funzjoni kontinwa li tipprovdi informazzjoni jew inkella li tindika l-qagħda tat-tagħmir fuq unità tal-wiri, inklużi arloġġi;
“Livell tal-qawwa akustika” tfisser il-livell tal-qawwa akustika ippeżat bil-valur A [dB(A)] ġewwa u/jew barra mkejjel f'kundizzjonijiet nominali standard għat-tkessiħ (jew għat-tisħin, jekk il-prodott m'għandux funzjoni ta' tkessiħ);
“Kundizzjonijiet ta' referenza tad-disinn” tfisser il-kumbinazzjoni ta' rekwiżiti għat-temperatura ta' referenza tad-disinn, it-temperatura bivalenti massima u t-temperatura limitu massima tat-tħaddim, kif stipulat fl-Anness VII, Tabella 3
“Temperatura nominali tad-disinn” tfisser it-temperatura ta' barra [°C] jew għat-tkessiħ (Tdesignc) jew għat-tisħin (Tdesignh) kif deskritt fl-Anness VII, Tabella 3, li fiha l-proporzjon tat-tagħbija parzjali jkun 1, u li tvarja skont l-istaġun deżinjat tat-tkessiħ jew tat-tisħin;
“Proporzjon tat-tagħbija parzjali”(pl(Tj)) tfisser it-temperatura ta' barra nieqes 16 °C, diviża bit-temperatura ta' referenza tad-disinn nieqes 16 °C, għat-tkessiħ jew għat-tisħin;
“Staġun” tfisser wieħed minn erba' settijiet ta' kundizzjonijiet tat-tħaddim (disponibbli għal erba' staġuni: staġun wieħed tat-tkessiħ, tliet staġuni tat-tisħin: medju / ikseħ / isħan) li jiddeskrivu għal kull medda ta' temperatura l-kumbinazzjoni ta' temperaturi ta' barra u l-għadd ta' sigħat li fihom jokkorru dawn it-temperaturi kull staġun u li għalihom l-unità titqies adattata;
“Medda ta' temperatura” (b'indiċi j) tfisser kumbinazzjoni ta' temperatura ta' barra (Tj) u sigħat tal-medda ta' temperatura (hj), kif stipulat fl-Anness VII, Tabella 1;
“Sigħat tal-medda ta' temperatura” tfisser is-sigħat kull staġun (hj) li fiha tokkorri t-temperatura ta' barra għal kull medda ta' temperatura, kif stipulat fl-Anness VII, Tabella 1;
“Proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika” (SEER) huwa l-proporzjon kumplessiv tal-effiċjenza enerġetika tal-unità, rappreżentattiv tal-istaġun sħiħ tat-tkessiħ, ikkalkulat bħala d-domanda annwali ta' referenza tat-tkessiħ diviża bil-konsum tal-elettriku annwali għat-tkessiħ;
“Domanda annwali ta' referenza tat-tkessiħ” (QC) tfisser id-domanda ta' referenza tat-tkessiħ [kWh/a] li għandha tintuża bħala bażi għall-kalkolu tas-SEER u kkalkulata bħala l-prodott tat-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ (Pdesignc) u s-sigħat ekwivalenti f'modalità attiva għat-tkessiħ (HCE);
“Sigħat ekwivalenti f'modalità attiva għat-tkessiħ” (HCE) tfisser l-għadd annwali assunt ta' sigħat [h/a] li l-unità trid tipprovdi lit-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ (Pdesignc) sabiex tissodisfa d-domanda annwali ta' referenza tat-tkessiħ, kif stipulat fl-Anness VII, tabella 4;
“Konsum annwali tal-elettriku għat-tkessiħ” (QCE) tfisser il-konsum tal-elettriku [kWh/a] meħtieġ biex tintlaħaq id-domanda annwali ta' referenza tat-tkessiħ u li tiġi kkalkulata bid-domanda annwali ta' referenza tat-tkessiħ diviża bil-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika fil-modalità attiva (SEERon) u l-konsum tal-elettriku tal-unità għall-modalitajiet termostat mitfi, standby, mitfi u ħiter tal-kisi tal-krank waqt l-istaġun tat-tkessiħ;
“Proporzjon tal-effiċjenza enerġetika fil-modalità attiva” (SEERon) tfisser il-proporzjon medju tal-effiċjenza enerġetika tal-unità f'modalità attiva għall-funzjoni tat-tkessiħ, magħmula mit-tagħbija parzjali u l-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika għall-medda ta' temperatura (EERbin(Tj)) u ppeżat bis-sigħat tal-medda li sseħħ tulhom il-kundizzjoni ta' din il-medda;
“Tagħbija parzjali” tfisser it-tagħbija tat-tkessiħ (Pc(Tj)) jew it-tagħbija tat-tisħin (Ph(Tj)) [kW] f'temperatura ta' barra speċifika Tj, ikkalkulata bħala t-tagħbija tad-disinn mmultiplikata mal-proporzjon tat-tagħbija parzjali;
“Proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifiku għall-medda ta' temperatura” (EERbin(Tj)) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni speċifiku għal kull medda ta' temperatura j b'temperatura ta' barra Tj fi staġun, derivat mit-tagħbija parzjali, il-kapaċità ddikjarata u l-proporzjon iddkjarat tal-prestazzjoni (EERd(Tj)) għal meded speċifikati (j) u kkalkulat għal meded oħra permezz ta' inter/estrapolazzjoni, fejn meħtieġ ikkoreġġut mill-koeffiċjent tad-degradazzjoni;
“Koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni” (SCOP) huwa l-koeffiċjent kumplessiv tal-prestazzjoni tal-unità, rappreżentattiv għall-istaġun sħiħ deżinjat tat-tisħin (il-valur ta' SCOP jappartjeni għal staġun tat-tisħin deżinjat), ikkalkulat bħala d-domanda annwali ta' referenza tat-tisħin diviża bil-konsum tal-elettriku annwali għat-tisħin;
“Domanda annwali ta' referenza tat-tisħin” (QH) tfisser id-domanda ta' referenza tat-tisħin [kWh/a], li tappartjeni għal staġun tat-tisħin deżinjat, li għandha tintuża bħala bażi għall-kalkolu tas-SCOP u kkalkulata bħala l-prodott tat-tagħbija tad-disinn għat-tisħin (Pdesignh) u s-sigħat ekwivalenti f'modalità attiva għat-tisħin (H HE );
“Sigħat ekwivalenti f'modalità attiva għat-tisħin” (H HE ) tfisser l-għadd annwali assunt ta' sigħat [h/a] li l-unità trid tipprovdi lit-tagħbija tad-disinn għat-tisħin (Pdesignh) sabiex tissodisfa d-domanda annwali ta' referenza tat-tisħin, kif stipulat fl-Anness VII, tabella 4;
“Konsum annwali tal-elettriku għat-tisħin” (QHE) tfisser il-konsum tal-elettriku [kWh/a] meħtieġ biex jilħaq id-domanda ta' referenza annwali tat-tisħin indikata u li jappartjeni għal staġun tat-tisħin deżinjat; u jiġi kkalkulat bħala d-domanda annwali ta' referenza tat-tisħin diviża bil-koeffiċjent tal-prestazzjoni fil-modalità attiva (SCOPon) u l-konsum tal-elettriku tal-unità għall-modalitajiet termostat mitfi, standby, mitfi u ħiter tal-kisi tal-krank waqt l-istaġun tat-tisħin;
“Koeffiċjent tal-prestazzjoni fil-modalità attiva” (SCOPon) tfisser il-koeffiċjent medju tal-prestazzjoni tal-unità f'modalità attiva għall-istaġun tat-tisħin, magħmul mit-tagħbija parzjali, il-kapaċità tat-tisħin elettriku ta' emerġenza (fejn meħtieġ), u koeffiċjenti tal-prestazzjoni speċifiċi għall-medda ta' temperatura (COPbin(Tj) u u ppeżat bis-sigħat tal-medda li sseħħ tulhom il-kundizzjoni definita mill-medda;
“Kapaċità tat-tisħin elettriku ta' emerġenza” (elbu(Tj)) hija l-kapaċità tat-tisħin [kW] ta' ħiter elettriku ta' emerġenza reali jew assunt b'COP ta' 1 li jissupplimenta l-kapaċità ddikjarata għat-tisħin (Pdh(Tj)) sabiex tintlaħaq it-tagħbija parzjali għat-tisħin (Ph(Tj)) fil-każ ta' Pdh(Tj) li huwa inqas minn Ph(Tj), għat-temperatura ta' barra (Tj);
“Proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifiku għall-medda ta' temperatura” (COPbin(Tj)) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni speċifiku għal kull medda ta' temperatura j b'temperatura ta' barra Tj fi staġun, derivat mit-tagħbija parzjali, il-kapaċità ddikjarata u l-proporzjon iddikjarat tal-prestazzjoni (COPd(Tj)) għal meded (j) speċifikati u kkalkulat għal meded oħra permezz ta' inter/estrapolazzjoni, fejn meħtieġ ikkoreġġut mill-koeffiċjent tad-degradazzjoni;
“Kapaċità ddikjarata” [kW] tfisser il-kapaċità taċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar tal-unità għat-tkessiħ (Pdc(Tj)) jew għat-tisħin (Pdh(Tj)), li tappartjeni għal temperatura ta' barra Tj u temperatura ta' ġewwa (Tin), kif iddikjarat mill-manifattur;
“Funzjoni” tfisser l-indikazzjoni ta' jekk unità hiex kapaċi għat-tkessiħ tal-arja ta' ġewwa, it-tisħin tal-arja ta' ġewwa jew it-tnejn;
“Tagħbija tad-disinn” tfisser it-tagħbija tat-tkessiħ (Pdesignc) iddikjarata u/jew it-tagħbija tat-tisħin iddikjarata (Pdesignh) [kW] fit-temperatura ta' referenza tad-disinn, fejn
għall-modalità tat-tkessiħ, Pdesignc hija ugwali għall-kapaċità ddikjarata għat-tkessiħ f' Tj ugwali għal Tdesignc;
għall-modalità tat-tisħin, Pdesignh hija ugwali għat-tagħbija parzjali f' Tj ugwali għal Tdesignh;
“Proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika” (EERd(Tj)) tfisser il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika f'għadd limitat ta' meded ta' temperatura (j) speċifikati b'temperatura ta' barra (Tj), kif iddikjarat mill-manifattur;
“Koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni” (COPd(Tj)) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni f'għadd limitat ta' meded ta' temperatura (j) speċifikati b'temperatura ta' barra (Tj), kif iddikjarat mill-manifattur;
“Temperatura bivalenti” (Tbiv) tfisser it-temperatura ta' barra (Tj) [°C] iddikjarata mill-manifattur għat-tisħin, li fiha, il-kapaċità ddikjarata hija ugwali għat-tagħbija parzjali u li taħtha l-kapaċità ddikjarata trid tkun supplimentata minn kapaċità ta' ħiter elettriku ta' emerġenza sabiex tintlaħaq it-tagħbija parzjali għat-tisħin;
“Temperatura limitu tat-tħaddim” (Tol) tfisser it-temperatura ta' barra [°C] ddikjarata mill-manifattur għat-tisħin, li taħtha l-kundizzjonatur tal-arja ma jkun jista' jwassal ebda kapaċità tat-tisħin; Taħt din it-temperatura, il-kapaċità ddikjarata hija ugwali għal żero;
“Modalità attiva” tfisser il-modalità li tikkorispondi għas-sigħat b'tagħbija ta' tkessiħ jew tisħin tal-bini u li biha tiġi attivata l-funzjoni tat-tkessiħ u t-tisħin tal-unità. Il-kundizzjoni tista' tinvolvi ċikli mixgħula/mitfija tal-unità sabiex tilħaq jew tmantni temperatura meħtieġa tal-arja ta' ġewwa;
“Modalità termostat mitfi” tfisser modalità li tikkorrispondi għas-sigħat mingħajr tkessiħ jew tisħin fejn il-funzjoni tat-tkessiħ jew tat-tisħin tal-unità tkun mixgħula imma l-unità ma tkunx operattiva billi m'hemmx tagħbija tat-tkessiħ jew tat-tisħin. Din il-kundizzjoni hija għalhekk relatata mat-temperaturi ta' barra u mhux mat-tagħbijiet ta' ġewwa. Iċ-ċikli mixgħul / mitfi fil-modalità attiva mhumiex meqjusa “termostat mitfi”;
“Operazzjoni tal-ħiter tal-kisi tal-krank” tfisser kundizzjoni fejn l-unità tkun attivat apparat tat-tisħin sabiex jiġi evitat li r-refriġerant jgħaddi għal ġol-kompressur sabiex tiġi limitata l-konċentrazzjoni tar-refriġerant fiż-żejt malli jiġi sstartjat il-kompressur;
“Sigħat ta' tħaddim bil-modalità termostat mitfi” (HTO) tfisser l-għadd annwali ta' sigħat [h/a] li l-unità titqies li qiegħda fil-modalità termostat mitfi, li l-valur tagħha jiddependi mill-istaġun u l-funzjoni deżinjati;
“Sigħat ta' tħaddim bil-modalità termostat mitfi” (HSB) tfisser l-għadd annwali ta' sigħat [h/a] li l-unità titqies li qiegħda fil-modalità standby, li l-valur tagħha jiddependi mill-istaġun u l-funzjoni deżinjati;
“Sigħat bil-modalità mitfija” (HOFF) tfisser l-għadd annwali ta' sigħat [h/a] li l-unità titqies li qiegħda fil-modalità mitfija, li l-valur tagħha jiddependi mill-istaġun u l-funzjoni deżinjati;
“Sigħat ta' tħaddim bil-modalità ħiter tal-kisi tal-krank” (HCK) tfisser l-għadd annwali ta' sigħat [h/a] li l-unità titqies li qiegħda fil-modalità ħiter tal-kisi tal-krank attivat, li l-valur tagħha jiddependi mill-istaġun u l-funzjoni deżinjati;
“Konsum elettriku ta' kanali singoli / doppji” (QSD rispettivament QDD) tfisser il-konsum elettriku ta' kundizzjonaturi tal-arja b'kanal singolu jew doppju għall-modalità tat-tkessiħ u/jew tat-tisħin (liema minnhom tapplika) [kanal singolu f'kWh/h, kanal doppju f'kWh/a];
“Proporzjon tal-kapaċità” tfisser il-proporzjon tal-kapaċità totali ddikjarata tat-tkessiħ (tisħin) għall-unitajiet ta' ġewwa operattivi kollha mal-kapaċità totali ddikjarata tat-tkessiħ (tisħin) tal-unità ta' barra bil-kundizzjonijiet nominali;
ANNESS II
Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika
1. Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-kundizzjonaturi tal-arja għandha tiġi determinata skont kejl u kalkoli kif stipulat fl-Anness VII.
Sew is-SEER sew is-SCOP għandhom iqisu l-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn u s-sigħat tat-tħaddim skont il-modalità ta’ tħaddim, u l-iSCOP għandu jirrelata għall-“medja” tal-istaġun tat-tisħin, kif stipulat fl-Anness VII. Il-Proporzjon nominali tal-Effiċjenza Enerġetika (EERrated) u l-Koeffiċjent nominali tal-Prestazzjoni (COPrated) għandhom jirrelataw għall-kundizzjonijiet nominali standard, kif stipulat fl-Anness VII.
Tabella 1
Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għall-kundizzjonaturi tal-arja, għajr b'kanal doppju u b'kanal singolu
|
Klassi tal-Effiċjenza Enerġetika |
SEER |
SCOP |
|
A+++ |
SEER > 8,50 |
SCOP > 5,10 |
|
A++ |
6,10 ≤ SEER < 8,50 |
4,60 ≤ SCOP < 5,10 |
|
A+ |
5,60 ≤ SEER < 6,10 |
4,00 ≤ SCOP < 4,60 |
|
A |
5,10 ≤ SEER < 5,60 |
3,40 ≤ SCOP < 4,00 |
|
B |
4,60 ≤ SEER < 5,10 |
3,10 ≤ SCOP < 3,40 |
|
C |
4,10 ≤ SEER < 4,60 |
2,80 ≤ SCOP < 3,10 |
|
D |
3,60 ≤ SEER < 4,10 |
2,50 ≤ SCOP < 2,80 |
|
E |
3,10 ≤ SEER < 3,60 |
2,20 ≤ SCOP < 2,50 |
|
F |
2,60 ≤ SEER < 3,10 |
1,90 ≤ SCOP < 2,20 |
|
G |
SEER ≤ 2,60 |
SCOP ≤ 1,90 |
Tabella 2
Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għall-kundizzjonaturi tal-arja b'kanal doppju u b'kanal singolu
|
Effiċjenza Enerġetika Klassi |
Kanali doppji |
Kanali singoli |
||
|
|
EERrated |
COPrated |
EERrated |
COPrated |
|
A+++ |
≥ 4,10 |
≥ 4,60 |
≥ 4,10 |
≥ 3,60 |
|
A++ |
3,60 ≤ EER < 4,10 |
4,10 ≤ COP < 4,60 |
3,60 ≤ EER < 4,10 |
3,10 ≤ COP < 3,60 |
|
A+ |
3,10 ≤ EER < 3,60 |
3,60 ≤ COP < 4,10 |
3,10 ≤ EER < 3,60 |
2,60 ≤ COP < 3,10 |
|
A |
2,60 ≤ EER < 3,10 |
3,10 ≤ COP < 3,60 |
2,60 ≤ EER < 3,10 |
2,30 ≤ COP < 2,60 |
|
B |
2,40 ≤ EER < 2,60 |
2,60 ≤ COP < 3,10 |
2,40 ≤ EER < 2,60 |
2,00 ≤ COP < 2,30 |
|
C |
2,10 ≤ EER < 2,40 |
2,40 ≤ COP < 2,60 |
2,10 ≤ EER < 2,40 |
1,80 ≤ COP < 2,00 |
|
D |
1,80 ≤ EER < 2,10 |
2,00 ≤ COP < 2,40 |
1,80 ≤ EER < 2,10 |
1,60 ≤ COP < 1,80 |
|
E |
1,60 ≤ EER < 1,80 |
1,80 ≤ COP < 2,00 |
1,60 ≤ EER < 1,80 |
1,40 ≤ COP < 1,60 |
|
F |
1,40 ≤ EER < 1,60 |
1,60 ≤ COP < 1,80 |
1,40 ≤ EER < 1,60 |
1,20 ≤ COP < 1,40 |
|
G |
< 1,40 |
< 1,60 |
< 1,40 |
< 1,20 |
ANNESS III
It-tikketta
1. IT-TIKKETTA GĦALL-KUNDIZZJONATURI TAL-ARJA, GĦAJR KUNDIZZJONATURI TAL-ARJA B'KANAL SINGOLU U B'KANAL DOPPJU
1.1 Kundizzjonaturi tal-arja riversibbli klassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A sa G
(a) L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta:
isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;
il-kitba “SEER” u “SCOP” għat-tkessiħ u għat-tisħin, b'indikazzjoni ta’ fann u mewġa t'arja lewn blu għas-SEER u b'indikazzjoni ta’ fann u mewġa t'arja lewn aħmar għas-SCOP;
l-effiċjenza enerġetika; it-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir għandu jitpoġġa fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti. L-effiċjenza enerġetika għandha tiġi indikata kemm għat-tkessiħ kif ukoll għat-tisħin. Għat-tisħin, huwa obbligatorju li tiġi indikata l-effiċjenza enerġetika għall-istaġun ta’ tisħin Medju. L-indikazzjoni tal-effiċjenza għall-istaġuni Isħan u Ikseħ hija opzjonali;
għall-modalità tat-tkessiħ: it-tagħbija tad-disinn f’kW, aġġustata ’l fuq sa numru deċimali wieħed;
għall-modalità tat-tisħin: it-tagħbija tad-disinn f’kW, sa 3 staġuni ta’ tisħin aġġustata ’l fuq sa numru deċimali wieħed. Il-valuri għall-istaġuni ta’ tisħin li l-valur tat-tagħbija tad-disinn tagħhom ma jingħatax għandhom jiġu indikati permezz ta’ “X”;
għall-modalità tat-tkessiħ: il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika staġonali (il-valur SEER), aġġustat ’il fuq sa numru deċimali wieħed;
għall-modalità tat-tisħin: koeffiċjent tal-prestazzjoni staġonali (valur SCOP), sa 3 staġuni ta’ tisħin aġġustat ’il fuq sa numru deċimali wieħed. Il-valuri għall-istaġuni ta’ tisħin li l-valur tas-SCOP tagħhom ma jingħatax għandhom jiġu indikati permezz ta’ “X”;
il-konsum annwali tal-enerġija f’kWh kull sena, għat-tkessiħ u t-tisħin, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ. Il-valuri għall-profili klimatiċi li l-valur tal-konsum annwali tal-enerġija tagħhom ma jingħatax għandhom jiġu indikati permezz ta’ “X”;
il-livelli tal-qawwa akustika għal unitajiet ta’ ġewwa u ta’ barra indikati f'dB(A) re1 pW, aġġustati sal-eqreb numru sħiħ;
Mappa tal-Ewropa li turi t-tliet staġuni ta’ tisħin indikattivi u bil-kaxxi kkuluriti b'mod korrespondenti.
Il-valuri rikjesti kollha għandhom jiġu ddeterminati skont l-Anness VII.
(b) Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 1,5. Permezz ta’ deroga, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), tista’ tingħata wkoll kopja tal-ekotikketta tal-UE.
1.2 Kundizzjonaturi tal-arja riversibbli klassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+ sa F
(a) L-informazzjoni mniżżla fil-punt 1.1 għandha tiġi inkluża fit-tikketta.
(b) L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għandhom ikunu skont il-punt 1.5.
1.3 Kundizzjonaturi tal-arja riversibbli klassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A++ sa E
(a) L-informazzjoni mniżżla fil-punt 1.1 għandha tiġi inkluża fit-tikketta.
(b) L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għandhom ikunu skont il-punt 1.5.
1.4 Kundizzjonaturi tal-arja riversibbli klassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D
(a) L-informazzjoni mniżżla fil-punt 1.1 għandha tiġi inkluża fit-tikketta.
(b) L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għandhom ikunu skont il-punt 1.5.
1.5 Disinn tat-tikketta
Fejn:
It-tikketta trid tkun tal-inqas wiesgħa 120 mm u għolja 210 mm. F'każ li t-tikketta tiġi stampata f'format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa' proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq.
L-isfond għandu jkun abjad.
Il-kuluri huma bil-kodiċi CMYK — cyan, maġenta, isfar, u iswed – bħal dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.
It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin (in-numri jirreferu għad-disinn ta’ hawn fuq):
Il-bordura tat-tikketta tal-UE: Linja 5 pt – kulur: cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.
Logo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.
It-tikketta tal-enerġija: Kulur: X-00-00-00.
Pittogramma kif murija: Il-logo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija:
wisa': 102 mm, għoli: 20 mm.
Linja tal-bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: cyan 100 % – tul: 103,6 mm.
Indikazzjoni tas-SEER u SCOP:
Skala A-G:
Il-klassi(jiet) tal-effiċjenza enerġetika:
Enerġija
Kapaċità nominali għat-tkessiħ u għat-tisħin, f'kW:
Valuri SCOP u SEER, aġġustati ’l fuq sal-ewwel numru deċimali:
Konsum ta’ enerġija annwali f'kWh/sena:
Emissjonijiet tal-istorbju:
|
Valur: |
Calibri tipa grassa 15 pt, 100 % iswed; |
|
Calibri regolari 12 pt, 100 % iswed. |
Mappa tal-Ewropa u kaxxi kkuluriti:
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali.
Identifikatur tal-mudell tal-fornitur:
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 102 × 13 mm.
Perjodu ta’ referenza:
2. IT-TIKKETTA GĦALL-KUNDIZZJONATURI TAL-ARJA, GĦAJR KUNDIZZJONATURI TAL-ARJA B'KANAL SINGOLU U B'KANAL DOPPJU
2.1 Kundizzjonaturi tal-arja li jkessħu biss klassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A sa G
(a) L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta:
isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;
il-kitba “SEER”, b'indikazzjoni ta’ fann u mewġa t'arja lewn blu;
l-effiċjenza enerġetika; it-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir għandu jitpoġġa fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;
it-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;
il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika staġonali (il-valur SEER), aġġustat ’il fuq sal-ewwel numru deċimali;
il-konsum annwali tal-enerġija f’kWh kull sena, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;
il-livelli tal-qawwa akustika għal unitajiet ta’ ġewwa u ta’ barra indikati f'dB(A) re1 pW, aġġustati sal-eqreb numru sħiħ.
Il-valuri rikjesti kollha għandhom jiġu ddeterminati skont l-Anness VII.
(b) Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 2.5. Permezz ta’ deroga, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tista’ tingħata wkoll kopja tal-ekotikketta tal-UE.
2.2 Kundizzjonaturi tal-arja li jkessħu biss klassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+ sa F
(a) L-informazzjoni mniżżla fil-punt 2.1 għandha tiġi inkluża fit-tikketta.
(b) L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għandhom ikunu skont il-punt 2.5.
2.3 Kundizzjonaturi tal-arja li jkessħu biss klassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A++ sa E
(a) L-informazzjoni mniżżla fil-punt 2.1 għandha tiġi inkluża fit-tikketta.
(b) L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għandhom ikunu skont il-punt 2.5.
2.4 Kundizzjonaturi tal-arja li jkessħu biss klassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D
(a) L-informazzjoni mniżżla fil-punt 2.1 għandha tiġi inkluża fit-tikketta.
(b) L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għandhom ikunu skont il-punt 2.5.
2.5 Disinn tat-tikketta
Fejn:
It-tikketta trid tkun tal-inqas wiesgħa 100 mm u għolja 200 mm. F'każ li t-tikketta tiġi stampata f'format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa' proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq.
L-isfond għandu jkun abjad.
Il-kuluri huma bil-kodiċi CMYK — cyan, maġenta, isfar, u iswed – bħal dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.
It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin (in-numri jirreferu għad-disinn ta’ hawn fuq):
Il-linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 5 pt – kulur: cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.
Logo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.
It-tikketta tal-enerġija:
Linja tal-bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: cyan 100 % – tul: 93,7 mm.
Indikazzjoni tas-SEER:
Kitba: Calibri regolari 10 pt, kapitali, 100 % iswed.
Skala A-G:
Klassi tal-effiċjenza enerġetika:
L-Enerġija:
Kapaċità nominali f'kW:
Valur tas-SEER aġġustat ‘il fuq sal-ewwel numru deċimali:
Konsum annwali tal-enerġija f'kWh/sena:
Emissjonijiet tal-istorbju:
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali.
Identifikatur tal-mudell tal-fornitur:
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 90 × 15 mm.
Perjodu ta’ referenza:
3. IT-TIKKETTA GĦALL-KUNDIZZJONATURI TAL-ARJA, GĦAJR KUNDIZZJONATURI TAL-ARJA B'KANAL SINGOLU U B'KANAL DOPPJU
3.1 Kundizzjonaturi tal-arja li jsaħħnu biss klassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A sa G
(a) L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta:
isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;
il-kitba “SCOP”, b'indikazzjoni ta’ fann u mewġa t'arja lewn aħmar;
l-effiċjenza enerġetika; it-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir għandu jitpoġġa fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti. Huwa obbligatorju li tiġi indikata l-effiċjenza enerġetika għall-istaġun ta’ tisħin Medju. L-indikazzjoni tal-effiċjenza għall-istaġuni Isħan u Ikseħ hija opzjonali;
it-tagħbija tad-disinn għat-tisħin f’kW, sa 3 staġuni ta’ tisħin aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali. Il-valuri għall-istaġuni ta’ tisħin li l-valur tat-tagħbija tad-disinn tagħhom ma jingħatax għandhom jiġu indikati permezz ta’ “X”;
il-koeffiċjent tal-prestazzjoni staġonali (SCOP), sa 3 staġuni ta’ tisħin aġġustat ’il fuq għall-ewwel numru deċimali. Il-valuri għall-istaġuni ta’ tisħin li l-valur tas-SCOP tagħhom ma jingħatax għandhom jiġu indikati permezz ta’ “X”;
il-konsum annwali tal-enerġija f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ. Il-valuri għall-istaġuni ta’ tisħin li l-valur tal-konsum annwali tal-enerġija tagħhom ma jingħatax għandhom jiġu indikati permezz ta’ “X”;
il-livelli tal-qawwa akustika għal unitajiet ta’ ġewwa u ta’ barra indikati f'dB(A) re1 pW, aġġustati sal-eqreb numru sħiħ;
Mappa tal-Ewropa li turi t-tliet staġuni ta’ tisħin indikattivi u bil-kaxex ikkuluriti b'mod korrespondenti.
Il-valuri rikjesti għandhom jiġu ddeterminati skont l-Anness VII.
(b) Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 3.5. Permezz ta’ deroga, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-Unjoni Ewropea” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, tista’ tingħata wkoll kopja tal-Ekotikketta tal-UE.
3.2 Kundizzjonaturi tal-arja li jsaħħnu biss klassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+ sa F
(a) L-informazzjoni mniżżla fil-punt 3.1 għandha tiġi inkluża fit-tikketta.
(b) L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għandhom ikunu skont il-punt 3.5.
3.3 Kundizzjonaturi tal-arja li jsaħħnu biss klassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A++ sa E
(a) L-informazzjoni mniżżla fil-punt 3.1 għandha tiġi inkluża fit-tikketta.
(b) L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għandhom ikunu skont il-punt 3.5.
3.4 Kundizzjonaturi tal-arja li jsaħħnu biss klassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D
(a) L-informazzjoni mniżżla fil-punt 3.1 għandha tiġi inkluża fit-tikketta.
(b) L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għandhom ikunu skont il-punt 3.5.
3.5 Disinn tat-tikketta
Fejn:
It-tikketta trid tkun tal-inqas wiesgħa 100 mm u għolja 200 mm. F'każ li t-tikketta tiġi stampata f'format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa' proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq.
L-isfond għandu jkun abjad.
Il-kuluri għandhom ikunu CMYK - cyan, maġenta, isfar, u iswed – skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.
It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin (in-numri jirreferu għad-disinn ta’ hawn fuq):
Il-linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 5 pt – kulur: cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.
Logo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.
It-tikketta tal-enerġija: Kulur: X-00-00-00.
Pittogramma kif murija: Il-logo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa': 93 mm, għoli: 18 mm.
Linja tal-bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: cyan 100 % – tul: 93,7 mm.
Indikazzjoni tas-SCOP:
Kitba: Calibri regolari 10 pt, kapitali, 100 % iswed.
Skala A-G:
Klassi(jiet) tal-effiċjenza enerġetika:
Il-kapaċità nominali f'kW:
Il-valuri tas-SCOP, aġġustati ‘l fuq sal-ewwel numru deċimali:
Konsum annwali tal-enerġija f'kWh/sena:
Emissjonijiet tal-istorbju:
Mappa tal-Ewropa u kaxxi kkuluriti:
Kuluri:
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali.
Identifikatur tal-mudell tal-fornitur:
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 90 × 15 mm.
L-Enerġija:
Perjodu ta’ referenza:
4. IT-TIKKETTA GĦALL-KUNDIZZJONATURI TAL-ARJA B'KANAL DOPPJU
4.1 Kundizzjonaturi tal-arja riversibbli b'kanal doppju klassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D
(a) L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta:
isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;
il-kitba “EER” u “COP” għat-tkessiħ u għat-tisħin, b'indikazzjoni ta’ fann u mewġa t'arja lewn blu għall-EER u b'indikazzjoni ta’ fann u mewġa t'arja lewn aħmar għall-COP;
l-effiċjenza enerġetika; it-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir għandu jitpoġġa fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti. L-effiċjenza enerġetika għandha tiġi kemm għat-tkessiħ kif ukoll għat-tisħin;
il-kapaċità nominali għall-modalità tat-tkessiħ u tat-tisħin f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;
il-valuri tal-EERrated u tal-COPrated, aġġustati ’l fuq sal-ewwel punt deċimali;
il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta, għall-modalità tkessiħ u tisħin, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ;
il-livell tal-qawwa akustika għal unità ta’ ġewwa indikat f'dB(A) re1 pW, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ.
Il-valuri rikjesti kollha għandhom jiġu ddeterminati skont l-Anness VII.
(b) Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 4.2. Permezz ta’ deroga, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tista’ tingħata wkoll kopja tal-ekotikketta tal-UE.
4.2 Diżinn tat-tikketta
Fejn:
It-tikketta trid tkun tal-inqas wiesgħa 100 mm u għolja 200 mm. F'każ li t-tikketta tiġi stampata f'format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa' proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq.
L-isfond għandu jkun abjad.
Il-kuluri għandhom ikunu CMYK - cyan, maġenta, isfar, u iswed – bħal dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.
It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin (in-numri jirreferu għad-disinn ta’ hawn fuq):
Il-linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 5 pt – kulur: cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.
Logo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.
It-tikketta tal-enerġija: Kulur: X-00-00-00.
Pittogramma kif murija: Il-logo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa': 82 mm, għoli: 16 mm.
Linja tal-bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: cyan 100 % – tul: 92,5 mm.
Indikazzjoni tal-EER u COP:
Kitba: Calibri regolari 10 pt, 100 % iswed
Skala A-G:
|
Kitba: |
Calibri tipa grassa 18 pt, kapitali, abjad; |
|
Calibri tipa grassa 7 pt, abjad. |
Klassi(jiet) tal-effiċjenza enerġetika:
|
Kitba: |
Calibri tipa grassa 18 pt, kapitali, abjad. |
|
Calibri tipa grassa 7 pt, abjad. |
L-Enerġija:
“Minuti”-traduzzjoni:
Kapaċità nominali għall-modalità tkessiħ u tisħin f'kW:
Valuri COP u EER, aġġustati ‘l fuq sal-ewwel numru deċimali:
Konsum tal-enerġija kull siegħa f'kWh/60min:
Emissjonijiet tal-istorbju:
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali.
Identifikatur tal-mudell tal-fornitur:
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 82 × 10,5 mm.
Perjodu ta’ referenza:
4.3 Kundizzjonaturi tal-arja b'kanal doppju li jkessħu biss klassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D
(a) L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta:
isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;
il-kitba “SEER”, b'indikazzjoni ta’ fann u mewġa t'arja lewn blu;
l-effiċjenza enerġetika; it-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir għandu jitpoġġa fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;
il-kapaċità nominali għat-tkessiħ f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;
il-valur EERrated, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;
il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ;
il-livell tal-qawwa akustika għal unità ta’ ġewwa indikat f'dB(A) re1 pW, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ;
Il-valuri rikjesti kollha għandhom jiġu ddeterminati skont l-Anness VII.
(b) Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 4.4. Permezz ta’ deroga, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tista’ tingħata wkoll kopja tal-ekotikketta tal-UE.
4.4 Diżinn tat-tikketta
Fejn:
It-tikketta trid tkun tal-inqas wiesgħa 100 mm u għolja 200 mm. F'każ li t-tikketta tiġi stampata f'format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa' proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq.
L-isfond għandu jkun abjad.
Il-kuluri huma bil-kodiċi CMYK - cyan, maġenta, isfar, u iswed – bħal dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.
It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin (in-numri jirreferu għad-disinn ta’ hawn fuq):
Il-linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 5 pt – kulur: Cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.
Logo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.
It-tikketta tal-enerġija: Kulur: X-00-00-00.
Pittogramma kif murija: Il-logo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa': 82 mm, għoli: 16 mm.
Linja tal-bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: cyan 100 % – tul: 92,5 mm.
Indikazzjoni EER:
Kitba: Calibri regolari 10 pt, kapitali, 100 % iswed
Skala A-G:
|
Kitba: |
Calibri tipa grassa 18 pt, kapitali, abjad; |
|
Calibri tipa grassa 7 pt, abjad. |
Klassi tal-effiċjenza enerġetika:
|
Kitba: |
Calibri tipa grassa 30 pt, b'ittri kbar, abjad; |
|
Calibri tipa grassa 14 pt, abjad. |
Enerġija
“Minuti”-traduzzjoni:
Kapaċità nominali f'kW:
Valur EER, aġġustat ‘il fuq sal-ewwel numru deċimali:
Konsum tal-enerġija kull siegħa f'kWh/60min:
Emissjonijiet tal-istorbju:
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali.
Identifikatur tal-mudell tal-fornitur:
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 82 × 10,5 mm
Perjodu ta’ referenza:
4.5 Kundizzjonaturi tal-arja b'kanal doppju li jsaħħnu biss klassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D
(a) L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta:
isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;
il-kitba “COP”, b'indikazzjoni ta’ fann u mewġa t'arja lewn aħmar;
l-effiċjenza enerġetika; it-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir għandu jitpoġġa fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;
il-kapaċità nominali għat-tisħin, f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;
il-valur COPrated, aġġustat ’il fuq sal-ewwel numru deċimali;
il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ;
il-livell tal-qawwa akustika għal unità ta’ ġewwa indikat f'dB(A) re1 pW, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ.
Il-valuri rikjesti kollha għandhom jiġu ddeterminati skont l-Anness VII.
(b) Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 4.6. Permezz ta’ deroga, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tista’ tingħata wkoll kopja tal-ekotikketta tal-UE.
4.6 Diżinn tat-tikketta
Fejn:
It-tikketta trid tkun tal-inqas wiesgħa 100 mm u għolja 200 mm. F'każ li t-tikketta tiġi stampata f'format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa' proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq.
L-isfond għandu jkun abjad.
Il-kuluri huma bil-kodiċi CMYK - cyan, maġenta, isfar, u iswed – bħal dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.
It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin (in-numri jirreferu għad-disinn ta’ hawn fuq):
Il-linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 5 pt – kulur: cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.
Logo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.
It-tikketta tal-enerġija: Kulur: X-00-00-00.
Pittogramma kif murija: Il-logo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa': 82 mm, għoli: 16 mm.
Linja tal-bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: 100 % cyan – tul: 92,5 mm.
Indikazzjoni COP:
Kitba: Calibri regolari 10 pt, kapitali, 100 % iswed
Skala A-G:
|
Kitba: |
Calibri tipa grassa 18 pt, kapitali, abjad; |
|
Calibri tipa grassa 7 pt, abjad. |
Klassi tal-effiċjenza enerġetika:
|
Kitba: |
Calibri tipa grassa 30 pt, b'ittri kbar, abjad; |
|
Calibri tipa grassa 14 pt, abjad. |
Enerġija:
“Minuti”-traduzzjoni:
Kapaċità nominali f'kW:
Valur COP, aġġustat ‘il fuq sal-ewwel numru deċimali:
Konsum tal-enerġija kull siegħa, f'kWh/60min.:
Emissjonijiet tal-istorbju:
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali.
Identifikatur tal-mudell tal-fornitur:
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 82 × 10,5 mm
Perjodu ta’ referenza:
5. IT-TIKKETTA GĦALL-KUNDIZZJONATURI TAL-ARJA B'KANAL SINGOLU
5.1 Kundizzjonaturi tal-arja riversibbli b'kanal singolu klassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D
(a) L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta:
isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;
il-kitba “EER” u “COP” għat-tkessiħ u għat-tisħin, b'indikazzjoni ta’ fann u mewġa t'arja lewn blu għall-SEER u b'indikazzjoni ta’ fann u mewġa t'arja lewn aħmar għall-COP;
l-effiċjenza enerġetika; it-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir għandu jitpoġġa fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti. L-effiċjenza enerġetika għandha tiġi kemm għat-tkessiħ kif ukoll għat-tisħin;
il-kapaċità nominali għall-modalità tat-tkessiħ u tat-tisħin f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;
il-valuri tal-EERrated u tal-COPrated, aġġustati ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;
il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta, għat-tkessiħ u għat-tisħin, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ;
il-livell tal-qawwa akustika għal unità ta’ ġewwa indikat f'dB(A) re1 pW, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ.
Il-valuri rikjesti kollha għandhom jiġu ddeterminati skont l-Anness VII.
(b) Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 5.2. Permezz ta’ deroga, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tista’ tingħata wkoll kopja tal-ekotikketta tal-UE.
5.2 Diżinn tat-tikketta
Fejn:
It-tikketta trid tkun tal-inqas wiesgħa 100 mm u għolja 200 mm. F'każ li t-tikketta tiġi stampata f'format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa' proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq.
L-isfond għandu jkun abjad.
Il-kuluri huma bil-kodiċi CMYK - cyan, maġenta, isfar, u iswed – bħal dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.
It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin (in-numri jirreferu għad-disinn ta’ hawn fuq):
Il-linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 5 pt – kulur: cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.
Logo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.
It-tikketta tal-enerġija: Kulur: X-00-00-00.
Pittogramma kif murija: Il-logo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa': 82 mm, għoli: 16 mm.
Linja tal-bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: cyan 100 % – tul: 92,5 mm.
Indikazzjoni tal-EER u COP:
Skala A-G:
|
Kitba: |
Calibri tipa grassa 18 pt, kapitali, abjad; |
|
Calibri tipa grassa 7 pt, abjad. |
Klassi(jiet) tal-effiċjenza enerġetika:
L-Enerġija:
“Minuti”-traduzzjoni:
Kapaċità nominali għal tkessiħ u tisħin f'kW:
Valuri EER u COP, aġġustati ‘l fuq sal-ewwel numru deċimali:
Konsum tal-enerġija kull siegħa f'kWh/60min:
Emissjonijiet tal-istorbju:
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali.
Identifikatur tal-mudell tal-fornitur:
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 82 × 10,5 mm.
Perjodu ta’ referenza:
5.3 Kundizzjonaturi tal-arja b'kanal singolu li jkessħu biss klassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D
(a) L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta:
isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;
il-kitba “EER”, b'indikazzjoni ta’ fann u mewġa t'arja lewn blu;
l-effiċjenza enerġetika; it-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir għandu jitpoġġa fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;
il-kapaċità nominali għat-tkessiħ f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;
il-valur EERrated aġġustat ’il fuq sal-ewwel numru deċimali;
il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta, aġġustat ’il fuq sal-ewwel numru deċimali;
il-livell tal-qawwa akustika għal unità ta’ ġewwa indikat f'dB(A) re1 pW, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ.
Il-valuri rikjesti kollha għandhom jiġu ddeterminati skont l-Anness VII.
(b) Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 5.4. Permezz ta’ deroga, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tista’ tingħata wkoll kopja tal-ekotikketta tal-UE.
5.4 Diżinn tat-tikketta
Fejn:
It-tikketta trid tkun tal-inqas wiesgħa 100 mm u għolja 200 mm. F'każ li t-tikketta tiġi stampata f'format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa' proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq.
L-isfond għandu jkun abjad.
Il-kuluri għandhom ikunu CMYK - cyan, maġenta, isfar, u iswed – bħal dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.
It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin (in-numri jirreferu għad-disinn ta’ hawn fuq):
Il-bordura tat-tikketta tal-UE: linja: 5 pt – kulur: cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.
Logo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.
It-tikketta tal-enerġija: Kulur: X-00-00-00.
Pittogramma kif murija: Il-logo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa': 82 mm, għoli: 16 mm.
Linja tal-bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: cyan 100 % – tul: 92,5 mm.
Indikazzjoni EER:
Kitba: Calibri regolari 10 pt, kapitali, 100 % iswed.
Skala A-G:
|
Kitba: |
Calibri tipa grassa 18 pt, kapitali, abjad; |
|
Calibri tipa grassa 7 pt, abjad. |
Klassi tal-effiċjenza enerġetika:
|
Kitba: |
Calibri tipa grassa 30 pt, b'ittri kbar, abjad; |
|
Calibri tipa grassa 14 pt, kapitali, abjad. |
L-Enerġija:
“Minuti”-traduzzjoni:
Kapaċità nominali f'kW:
Valur EER, aġġustat ‘il fuq sal-ewwel numru deċimali:
Konsum tal-enerġija kull siegħa f'kWh/60min:
Emissjonijiet tal-istorbju:
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali.
Identifikatur tal-mudell tal-fornitur:
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 82 × 10,5 mm.
Perjodu ta’ referenza:
5.5 Kundizzjonaturi tal-arja b'kanal singolu li jsaħħnu biss klassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D
(a) L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta:
isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;
il-kitba “COP”, b'indikazzjoni ta’ fann u mewġa t'arja lewn aħmar;
l-effiċjenza enerġetika; it-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir għandu jitpoġġa fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;
il-kapaċità nominali għat-tisħin f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;
il-valur COPrated, aġġustat ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;
il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta, aġġustat ’il fuq għall-eqreb numru sħiħ;
il-livell tal-qawwa akustika għal unità ta’ ġewwa indikat f'dB(A) re1 pW, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ.
Il-valuri rikjesti kollha għandhom jiġu ddeterminati skont l-Anness VII.
(b) Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 5.6. Permezz ta’ deroga, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tista’ tingħata wkoll kopja tal-ekotikketta tal-UE.
5.6 Diżinn tat-tikketta
Fejn:
It-tikketta trid tkun tal-inqas wiesgħa 100 mm u għolja 200 mm. F'każ li t-tikketta tiġi stampata f'format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa' proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq.
L-isfond għandu jkun abjad.
Il-kuluri għandhom ikunu CMYK - cyan, maġenta, isfar, u iswed – bħal dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.
It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin (in-numri jirreferu għad-disinn ta’ hawn fuq):
Il-linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 5 pt – kulur: cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.
Logo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.
It-tikketta tal-enerġija: Kulur: X-00-00-00.
Pittogramma kif murija: Il-logo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa': 82 mm, għoli: 16 mm.
Linja tal-bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: cyan 100 % – tul: 92,5 mm.
Indikazzjoni COP:
Kitba: Calibri regolari 10 pt, kapitali, 100 % iswed
Skala A-G:
|
Kitba: |
Calibri tipa grassa 18 pt, kapitali, abjad; |
|
Calibri tipa grassa 7 pt, abjad. |
Klassi tal-effiċjenza enerġetika:
|
Kitba: |
Calibri tipa grassa 30 pt, b'ittri kbar, abjad; |
|
Calibri tipa grassa 14 pt, kapitali, abjad. |
L-Enerġija:
“Minuti”-traduzzjoni:
Kapaċità nominali f'kW:
Valur COP, aġġustat ’il fuq sal-ewwel numru deċimali:
Konsum tal-enerġija kull siegħa f'kWh/60minuta:
Emissjonijiet tal-istorbju:
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali.
Identifikatur tal-mudell tal-fornitur:
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 82 × 10,5 mm.
Perjodu ta’ referenza:
ANNESS IV
Skeda tal-prodott
1. L-informazzjoni fl-iskeda tal-prodott għandha tingħata fl-ordni speċifikat hawn taħt:
isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;
l-identifikatur tal-mudell tal-kundizzjonatur tal-arja ta’ ġewwa jew tal-elementi tal-kundizzjonatur tal-arja ta’ ġewwa jew ta’ barra;
mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit taħt l-iskema tal-ekotikketta tal-Unjoni, fejn tagħmir ikun ingħata “ekotikketta tal-Unjoni Ewropea” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, tista’ tiġi miżjuda kopja tal-ekotikketta;
il-livelli tal-qawwa akustika fuq ġewwa u fuq barra b’kundizzjonijiet nominali standard, fil-modalitajiet ta’ tkessiħ u/jew tisħin;
l-isem u l-GWP tar-refriġerant użat u kitba standard bħal din t’hawn taħt:
“Ir-rilaxx ta’ refriġerant jikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima. Meta jiġi rilaxxat fl-atmosfera, Refriġerant b’potenzjal għat-tisħin globali (GWP) baxx jikkontribwixxi inqas għat-tibdil fil-klima milli Refriġerant b’livell ogħla ta’ GWP. Dan it-tagħmir fih fluwidu refriġerant li GWP ta’ [xxx]. Dan ifisser li jekk fl-atmosfera jiġi rilaxxat 1 kg minn dan il-fluwidu refriġerant, l-impatt tat-tisħin globali jkun [xxx] drabi akbar minn 1 kg ta’ CO2, fuq perjodu ta’ 100 sena. Qatt ma għandek tipprova tbagħbas fiċ-ċirkwit tar-refriġerant jew iżżarma l-prodott waħdek; dejjem itlob għal għajnuna professjonali.”
2. Barra minn hekk, fl-iskeda tal-prodott tal-kundizzjonaturi tal-arja fil-modalità ta’ tkessiħ - meta l-effiċjenza tkun iddikjarata abbażi tal-proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika (SEER) - għandu jkun hemm din l-informazzjoni
is-SEER u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell (il-mudell tal-unità jew tal-kombinazzjoni ta’ unitajiet), determinati skont id-definizzjonijiet u l-proċeduri tal-ittestjar li jidhru fl-Annessi I u VII għall-modalità ta’ tkessiħ kif ukoll skont il-limiti tal-klassi definiti fl-Anness II;
il-konsum annwali indikattiv tal-elettriku (QCE) fl-istaġun ta’ tkessiħ, f’kWh/sena, determinat skont id-definizzjonijiet u l-proċeduri tal-ittestjar li jidhru fl-Annessi I u VII, rispettivament. Dan għandu jkun deskritt bħala: “Konsum ta’ enerġija ‘XYZ’ kWh fis-sena, ibbażat fuq riżultati ta’ test standard Il-konsum proprju tal-enerġija jiddependi fuq kif jiġi użat it-tagħmir u fuq il-post fejn jitqiegħed.”;
it-tagħbija ta’ disinn Pdesignc, f’kW, tat-tagħmir fil-modalità ta’ tkessiħ determinata skont id-definizzjonijiet u l-proċeduri tal-ittestjar li jidhru fl-Annessi I u VII, rispettivament;
3. Barra minn hekk, dawn in-notamenti li ġejjin jiddefinixxu l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-iskeda tal-prodott dwar il-prodott fil-modalità ta’ tisħin, meta l-effiċjenza tkun iddikjarata abbażi tal-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni’ (SCOP):
is-SCOP u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell, jew it-tnejn li huma flimkien, determinati skont id-definizzjonijiet u l-proċeduri tal-ittestjar li jidhru fl-Annessi I u VII rispettivament, għall-modalità ta’ tisħin kif ukoll skont il-limiti tal-klassi definiti fl-Anness II;
il-konsum annwali indikattiv ta’ elettriku għal staġun ta’ tisħib medju QHE f’kWh/sena, determinat skont id-definizzjonijiet u l-proċeduri tal-ittestjar li jidhru fl-Annessi I u VII, rispettivament. Dan għandu jkun deskritt bħala: “Konsum ta’ enerġija ‘XYZ’ kWh fis-sena, ibbażat fuq riżultati ta’ test standard Il-konsum propju tal-enerġija jiddependi fuq kif se jiġi użat it-tagħmir u fuq il-post fejn jitqiegħed.”;
staġuni ta’ tisħin deżinjati oħra li l-unità titqies adattata għalihom, bl-alternattivi ta’ staġun isħan (fakultattiva) jew ta’ staġun ikseħ (fakultattiva) kif definit fl-Anness I;
it-tagħbija ta’ disinn Pdesignh, f’kW, tat-tagħmir fil-modalità ta’ tisħin determinata skont id-definizzjonijiet u l-proċeduri tal-ittestjar li jidhru fl-Annessi I u VII;
il-kapaċità ddikjarata u indikazzjoni tal-kapaċità tat-tisħin ta’ emerġenza assunt għall-kalkolu tas-SCOP b’kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn.
4. Barra minn hekk, dawn in-notamenti li ġejjin jiddefinixxu l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-iskeda tal-prodott tal-kundizzjonaturi tal-arja, meta l-effiċjenza tkun iddikjarata abbażi tal-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika (EERrated) jew il-koeffiċjent tal-prestazzjoni’ (COPrated):
il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell, determinata skont id-definizzjonijiet u l-proċeduri tal-ittestjar li jidhru fl-Annessi I u VII, kif ukoll il-limiti tal-klassi definiti fl-Anness II;
fil-każ ta’ kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju, il-konsum indikattiv ta’ elettriku kull siegħa, QDD, f’kWh/60 minuta, determinat skont id-definizzjonijiet u l-proċeduri tal-ittestjar li jidhru fl-Annessi I u VII. Dan għandu jkun deskritt bħala: “Konsum ta’ enerġija ‘X,Y’ kWh kull 60 minuta, ibbażat fuq riżultati ta’ test standard. Il-konsum proprju tal-enerġija jiddependi fuq kif jiġi użat it-tagħmir u fuq il-post fejn jitqiegħed.”;
fil-każ ta’ kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu, il-konsum indikattiv tal-elettriku kull 60 minuta, QSD, f’kWh/h, determinat skont id-definizzjonijiet u l-proċeduri tal-ittestjar li jidhru fl-Annessi I u VII. Dan għandu jkun deskritt bħala: “Konsum ta’ enerġija ‘X,Y’ kWh kull 60 minuta, ibbażat fuq riżultati ta’ test standard. Il-konsum proprju tal-enerġija jiddependi fuq kif jiġi użat it-tagħmir u fuq il-post fejn jitqiegħed.”;
Il-kapaċità ta’ tkessiħ Prated , f’kW, tat-tagħmir determinata skont id-definizzjonijiet u l-proċeduri tal-ittestjar li jidhru fl-Annessi I u VII;
Il-kapaċità ta’ tisħin Prated , f’kW, tat-tagħmir determinata skont id-definizzjonijiet u l-proċeduri tal-ittestjar li jidhru fl-Annessi I u VII;
5. Skeda ta’ prodott waħda tista’ tkopri għadd ta’ mudelli ta’ tagħmir fornuti mill-istess fornitur.
6. L-informazzjoni fl-iskeda tista’ tingħata f’forma ta’ kopja tat-tikketta, bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed. Fejn dan ikun il-każ, l-informazzjoni mniżżla fil-punti 1-4 li mhux diġà tidher fuq it-tikketta għandha tingħata wkoll.
ANNESS V
Id-dokumentazzjoni teknika
Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(1)(c) għandha tinkludi mill-inqas dawn l-elementi:
l-isem u l-indirizz tal-fornitur;
deskrizzjoni ġenerali tal-mudell tat-tagħmir, li tkun suffiċjenti biex it-tagħmir jiġi identifikat bla dubji u faċilment; Il-kundizzjonaturi tal-arja b'kanal singolu għandhom jissejħu “kundizzjonaturi tal-arja lokali”;
fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati li ġew applikati;
fejn ikun xieraq, il-metodi tal-kalkolu, l-istandards tal-kejl u l-ispeċifikazzjonijiet oħra użati;
identifikazzjoni u firma tal-persuna mogħtija s-setgħa li torbot lill-fornitur;
fejn ikun xieraq, il-parametri tekniċi għall-kejl, stabbiliti skont l-Anness VII:
qisien ġenerali;
speċifikazzjoni tat-tip ta’ kundizzjonatur tal-arja;
speċifikazzjoni ta’ jekk it-tagħmir ġiex iddisinjat għat-tkessiħ jew għat-tisħin biss jew għat-tnejn;
il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell kif definita fl-Anness II;
Il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika (EERrated) u l-koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni (COPrated) għall-kundizzjonaturi tal-arja b'kanal singolu u kanal doppju jew il-proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika (SEER) u l-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni (SCOP) għal kundizzjonaturi tal-arja oħrajn;
L-istaġun ta’ tisħin li t-tagħmir jiġi ddikjarat li huwa adattat għalih;
Il-livelli tal-qawwa akustika espressi f’dB(A) re1 pW, aġġustati sal-eqreb numru sħiħ;
l-isem u l-GWP tar-refriġerant użat.
ir-riżultati tal-kalkoli mwettqa skont l-Anness VII.
Fi tmiem il-lista ta’ informazzjoni ta’ hawn fuq, il-fornituri jistgħu jinkludu xi informazzjoni addizzjonali.
Meta l–informazzjoni li tkun inkluża fil-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għal mudell ta' kundizzjonatur tal-arja partikolari tkun inkisbet permezz ta' kalkoli abbażi tad-disinn, jew mill-estrapolazzjoni minn tagħmir ekwivalenti ieħor, jew mit-tnejn, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji ta’ dawn il-kalkoli jew estrapolazzjonijiet, jew it-tnejn, u tat-testijiet li jkunu saru mill-fornituri sabiex jivverifikaw il-preċiżjoni tal-kalkoli li jsiru. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli l-oħra kollha ta' tagħmir ekwivalenti fejn l-informazzjoni tkun inkisbet fuq l-istess bażi.
ANNESS VI
Informazzjoni li għandha tingħata f'każijiet fejn l-utenti aħħarin ma jkollhomx il-possibbiltà li jaraw il-prodott muri
1. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(b) għandha tingħata fl-ordni li ġejja:
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell kif definita fl-Anness II;
għall-kundizzjonaturi tal-arja li mhumiex b’kanal singolu jew b’kanal doppju:
il-proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika (SEER) u/jew il-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni (SCOP);
it-tagħbija ta’ disinn (f’kW);
il-konsum annwali tal-elettriku;
l-istaġun ta’ tkessiħ u/jew ta’ tisħin (“Medju, Ikseħ, Isħan”) li għalih it-tagħmir jiġi ddikjarat bħala adattat;
għal kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u b'kanal doppju:
il-proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika (EER) u/jew il-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni (COP);
il-kapaċità nominali (kW);
għal kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju, il-konsum tal-elettriku kull siegħa għat-tkessiħ u/jew tisħin;
għal kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu, il-konsum kull siegħa tal-elettriku għat-tkessiħ u/jew tisħin;
Il-livelli tal-qawwa akustika espressi f’dB(A) re1 pW, aġġustati sal-eqreb numru sħiħ;
L-isem u l-GWP tar-refriġerant użat.
2. Fejn tingħata wkoll informazzjoni oħra li tinsab fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott, din għandha tkun fil-forma u fl-ordni speċifikati fl-Anness IV.
3. Id-daqs u t-tipa, li bihom tkun stampata jew murija l-informazzjoni kollha msemmija f'dan l-Anness, għandha tkun leġġibbli.
ANNESS VII
Kejl u kalkoli
1. Għall-fini ta’ konformità u verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom jitwettqu bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew permezz ta’ xi metodu ieħor affidabbli, preċiż u riproduċibbli, li jqis il-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli u li r-riżultati tiegħu jitqiesu bħala affidabbli ħafna.
2. Għall-kalkolu tal-konsum staġonali tal-enerġija u l-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika staġonali (SEER) u l-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni (SCOP), għandhom jitqiesu dawn il-fatturi:
Il-kundizzjonijiet staġonali Ewropej, kif definiti fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness;
Il-kundizzjonijiet ta' referenza tad-disinn, kif definiti fit-Tabella 3 ta’ dan l-Anness;
Il-konsum tal-enerġija elettrika għall-modalitajiet rilevanti ta’ tħaddim kollha, bl-użu ta’ perjodi ta’ żmien kif definiti fit-Tabella 4 ta’ dan l-Anness;
L-effetti tad-degradazzjoni tal-effiċjenza enerġetika kkawżati miċ-ċiklu ta’ mixgħul/mitfi (jekk applikabbli) skont it-tip ta’ kontroll tal-kapaċità ta’ tkessiħ u/jew tisħin;
Il-korrezzjonijiet tal-koeffiċjenti staġonali tal-prestazzjoni f’kundizzjonijiet fejn it-tagħbija tat-tisħin ma tistax tinkiseb permezz tal-kapaċità tat-tisħin disponibbli;
Il-kontribut ta’ ħiter elettriku ta' emerġenza (jekk applikabbli) fil-kalkolu tal-effiċjenza enerġetika staġonali tal-unità fil-modalità tat-tisħin.
3. Meta l-informazzjoni dwar mudell partikulari, li jkun kombinazzjoni ta’ unità/unitajiet ta’ ġewwa u ta’ barra, tkun ġiet akkwistata minn kalkolu fuq il-bażi ta' disinn, u/jew minn estrapolazzjoni minn kombinazzjonijiet oħrajn, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji ta' dawn il-kalkoli u/jew l-estrapolazzjonijiet, u tat-testijiet magħmula sabiex jivverifikaw l-eżattezza tal-kalkoli maħduma (inkluż dettalji tal-mudell matematiku biex jikkalkula il-prestazzjoni ta' kombinazzjonijiet ta’ dan it-tip, u ta' kejl meħud sabiex jivverifikaw dan il-mudell).
4. Il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika (EERrated) u, fejn applikabbli, il-Koeffiċjent tal-prestazzjoni (COPrated) għal unitajiet b’kanal singolu u b’kanal doppju għandhom jiġu stabbiliti b’kundizzjonijiet nominali standard kif definiti fit-Tabella 2 ta’ dan l-Anness.
5. Fil-kalkolu tal-konsum tal-elettriku għat-tkessiħ u/jew tisħin għandu jitqies il-konsum tal-enerġija elettrika għall-modalitajiet rilevanti ta’ tħaddim kollha, fejn xieraq, bl-użu ta’ perjodi ta’ żmien kif definiti fit-Tabella 4 ta’ dan l-Anness.
Tabella 1
In-numru tal-medda ta’ temperatura (j), it-temperatura ta’ barra (Tj) f’°C u l-għadd ta’ siegħat għal kull medda ta’ temperatura (hj) għall-istaġun ta’ tkessiħ u l-istaġuni ta’ tisħin “medju”, “isħan” u “ikseħ”“db” = temperatura b’termometru niexef
|
STAĠUN TA’ TKESSIĦ |
|
STAĠUN TA’ TISĦIN |
||||||
|
|
|
|
|
|
|
Medju |
Isħan |
Ikseħ |
|
j # |
Tj °C |
hj h |
|
j # |
Tj °C |
hjA h |
hj W h |
hjC h |
|
|
db |
|
|
|
db |
|
|
|
|
1 |
17 |
205 |
|
1 sa 8 |
– 30 sa – 23 |
0 |
0 |
0 |
|
2 |
18 |
227 |
|
9 |
–22 |
0 |
0 |
1 |
|
3 |
19 |
225 |
|
10 |
–21 |
0 |
0 |
6 |
|
4 |
20 |
225 |
|
11 |
–20 |
0 |
0 |
13 |
|
5 |
21 |
216 |
|
12 |
–19 |
0 |
0 |
17 |
|
6 |
22 |
215 |
|
13 |
–18 |
0 |
0 |
19 |
|
7 |
23 |
218 |
|
14 |
–17 |
0 |
0 |
26 |
|
8 |
24 |
197 |
|
15 |
–16 |
0 |
0 |
39 |
|
9 |
25 |
178 |
|
16 |
–15 |
0 |
0 |
41 |
|
10 |
26 |
158 |
|
17 |
–14 |
0 |
0 |
35 |
|
11 |
27 |
137 |
|
18 |
–13 |
0 |
0 |
52 |
|
12 |
28 |
109 |
|
19 |
–12 |
0 |
0 |
37 |
|
13 |
29 |
88 |
|
20 |
–11 |
0 |
0 |
41 |
|
14 |
30 |
63 |
|
21 |
–10 |
1 |
0 |
43 |
|
15 |
31 |
39 |
|
22 |
–9 |
25 |
0 |
54 |
|
16 |
32 |
31 |
|
23 |
–8 |
23 |
0 |
90 |
|
17 |
33 |
24 |
|
24 |
–7 |
24 |
0 |
125 |
|
18 |
34 |
17 |
|
25 |
–6 |
27 |
0 |
169 |
|
19 |
35 |
13 |
|
26 |
–5 |
68 |
0 |
195 |
|
20 |
36 |
9 |
|
27 |
–4 |
91 |
0 |
278 |
|
21 |
37 |
4 |
|
28 |
–3 |
89 |
0 |
306 |
|
22 |
38 |
3 |
|
29 |
–2 |
165 |
0 |
454 |
|
23 |
39 |
1 |
|
30 |
–1 |
173 |
0 |
385 |
|
24 |
40 |
0 |
|
31 |
0 |
240 |
0 |
490 |
|
|
|
|
|
32 |
1 |
280 |
0 |
533 |
|
|
|
|
|
33 |
2 |
320 |
3 |
380 |
|
|
|
|
|
34 |
3 |
357 |
22 |
228 |
|
|
|
|
|
35 |
4 |
356 |
63 |
261 |
|
|
|
|
|
36 |
5 |
303 |
63 |
279 |
|
|
|
|
|
37 |
6 |
330 |
175 |
229 |
|
|
|
|
|
38 |
7 |
326 |
162 |
269 |
|
|
|
|
|
39 |
8 |
348 |
259 |
233 |
|
|
|
|
|
40 |
9 |
335 |
360 |
230 |
|
|
|
|
|
41 |
10 |
315 |
428 |
243 |
|
|
|
|
|
42 |
11 |
215 |
430 |
191 |
|
|
|
|
|
43 |
12 |
169 |
503 |
146 |
|
|
|
|
|
44 |
13 |
151 |
444 |
150 |
|
|
|
|
|
45 |
14 |
105 |
384 |
97 |
|
|
|
|
|
46 |
15 |
74 |
294 |
61 |
|
Total |
|
2 602 |
|
|
|
4 910 |
3 590 |
6 446 |
Tabella 2
Kundizzjonijiet nominali standard, temperaturi tal-arja b' “termometru niexef” (it-temperatura b’ “termometru umdu” hija indikata fil-parenteżi)
|
Tagħmir |
Funzjoni |
Temperatura tal-arja ta’ ġewwa (°C) |
Temperatura tal-arja ta’ barra (°C) |
|
kundizzjonaturi tal-arja, għajr dawk b’kanal singolu |
tkessiħ |
27 (19) |
35 (24) |
|
tisħin |
20 (massimu 15) |
7(6) |
|
|
kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu |
tkessiħ |
35 (24) |
35 (24) (*1) |
|
tisħin |
20 (12) |
20 (12) (*1) |
|
|
(*1) Fil-każ ta’ kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu, il-kundensur (evaporatur) waqt it-tkessiħ (tisħin) jieħu l-arja minn ġewwa, mhux minn barra. |
|||
Tabella 3
Kundizzjonijiet ta' referenza tad-disinn, temperaturi tal-arja b' “termometru niexef” (it-temperatura b’ “termometru umdu” hija indikata fil-parenteżi)
|
Funzjoni / staġun |
Temperatura tal-arja ta’ ġewwa (°C) |
Temperatura tal-arja ta’ barra (°C) |
Temperatura bivalenti (°C) |
Temperatura limiti ta’ tħaddim (°C) |
|
|
Tin |
Tdesignc/Tdesignh |
Tbiv |
Tol |
|
tkessiħ |
27 (19) |
Tdesignc = 35 (24) |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
tisħin / Medju |
20 (15) |
Tdesignh = – 10 (– 11) |
massimu 2 |
massimu – 7 |
|
tisħin / Isħan |
Tdesignh = 2 (1) |
massimu 7 |
massimu 2 |
|
|
tisħin / Ikseħ |
Tdesignh = – 22 (– 23) |
massimu – 7 |
massimu – 15 |
Tabella 4
Sigħat operattivi skont it-tip ta’ tagħmir u skont il-modalità funzjonali li jintużaw għall-kalkolu tal-konsum ta’ elettriku
|
Tip ta’ tagħmir / funzjonalità (jekk applikabbli) |
Unità |
Staġun ta’ tisħin |
modalità Mixgħula |
modalità Termostat mitfi |
Modalità Standby |
Modalità Mitfija |
Modalità Ħiter tal-kisi tal-krank |
|
|
|
|
|
tkessiħ: HCE tisħin: HHE |
HTO |
HSB |
HOFF |
HCK |
|
|
Kundizzjonaturi tal-arja, għajr dawk b’kanal singolu u b’kanal doppju |
||||||||
|
Modalità Tkessiħ, jekk it-tagħmir ikessaħ biss |
Sigħat/sena |
|
350 |
221 |
2 142 |
5 088 |
7 760 |
|
|
Modalitajiet Tkessiħ u Tisħin, jekk it-tagħmir jaħdem fiż-żewġ modalitajiet |
Modalità Tkessiħ |
Sigħat/sena |
|
350 |
221 |
2 142 |
0 |
2 672 |
|
Modalità Tisħin |
Sigħat/sena |
Medju |
1 400 |
179 |
0 |
0 |
179 |
|
|
Isħan |
1 400 |
755 |
0 |
0 |
755 |
|||
|
Ikseħ |
2 100 |
131 |
0 |
0 |
131 |
|||
|
Modalità Tisħin, jekk it-tagħmir isaħħan biss |
Sigħat/sena |
Medju |
1 400 |
179 |
0 |
3 672 |
3 851 |
|
|
Isħan |
1 400 |
755 |
0 |
4 345 |
4 476 |
|||
|
Ikseħ |
2 100 |
131 |
0 |
2 189 |
2 944 |
|||
|
Kundizzjonatur tal-arja b’kanal doppju |
|
|
tkessiħ: HCE tisħin: HHE |
HTO |
HSB |
HOFF |
HCK |
|
|
Modalità Tkessiħ, jekk it-tagħmir ikessaħ biss |
Sigħat/60 minuta |
|
1 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
|
Modalitajiet Tkessiħ u Tisħin, jekk it-tagħmir jaħdem fiż-żewġ modalitajiet |
Modalità Tkessiħ |
Sigħat/60 minuta |
|
1 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
Modalità Tisħin |
Sigħat/60 minuta |
|
1 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
|
Modalità Tisħin, jekk it-tagħmir isaħħan biss |
Sigħat/60 minuta |
|
1 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
|
Kundizzjonatur tal-arja b’kanal singolu |
|
|
tkessiħ: HCE tisħin: HHE |
|
|
|
|
|
|
Modalità Tkessiħ |
Sigħat/60 minuta |
|
1 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
|
Modalità Tisħin |
Sigħat/60 minuta |
|
1 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
ANNESS VIII
Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.
Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.
Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:
il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll
il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll
meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.
Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.
Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.
Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VII.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.
Tabella 1
It-tolleranzi tal-verifika
|
Parametri |
It-tolleranzi tal-verifika |
|
Il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika staġunali (SEER) |
Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %. |
|
Il-koeffiċjent staġunali tal-prestazzjoni (SCOP) |
Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %. |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi |
Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 %. |
|
Il-konsum tal-elettriku fil-modalità standby |
Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 %. |
|
Il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika (EERrated ) |
Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 10 %. |
|
Il-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COPrated ) |
Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 10 %. |
|
Il-livell tal-qawwa tal-ħoss |
Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 2 dB(A). |
ANNESS IX
L-informazzjoni li għandha tingħata f'każ ta' bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs fuq l-Internet
(1) Għall-finijiet tal-punti 2 sa 5 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“mekkaniżmu għall-wiri” tfisser kwalunkwe skrin, inklużi l-iskrins tattili, jew kwalunkwe teknoloġija viżiva li tintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet;
“wiri ta' ħaġa ġo oħra” tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattilu;
“skrin tattilu” tfisser skrin li jaħdem meta tmissu bħal tablets, kompjuters tat-tip slate jew smartfowns;
“test alternattiv” tfisser test li jingħata bħala alternattiva għall-istampi, li jippermetti li l-informazzjoni tintwera b'mod mhux grafiku f'każ li l-apparat għall-wiri ma jkunx jista' juri l-istampa, jew li jingħata biex jappoġġa l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni, bħal, pereżempju, biex jiddaħħal fl-applikazzjonijiet għall-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi.
(2) It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(1)(h) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott skont l-iskeda taż-żmien stabbilita fl-Artikolu 3(4) sa 3(6). Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b'mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs mogħti fl-Anness III. It-tikketta tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, l-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew is-sett tad-dejta l-ieħor jew hekk kif wieħed iwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor darba fuq l-iskrin tattilu.
(3) L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra għandha:
tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;
turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott bl-abjad fuq il-vleġġa, bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz; kif ukoll
tkun f'wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:
(4) Fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:
l-istampa msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott;
l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;
it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa' dik l-istampa fuq l-iskrin tattilu;
it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, folja (“tab”) ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta' skrin ieħor fuq l-istess skrin;
għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;
it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;
it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.
(5) L-iskeda tal-informazzjoni x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(1)(i) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta' din l-iskeda tal-informazzjoni għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b'mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, il-ħolqa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni għandha tkun immarkata b'mod ċar u li jista' jinqara bil-kliem “L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott”. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, l-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq il-ħolqa jew hekk kif wieħed iwessa' dik il-ħolqa darba fuq l-iskrin tattilu.
( 1 ) ĠU L 153, 18.06.2010, p. 1.
( 2 ) ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.
( 3 ) IPCC Third Assessment Climate Change 2001. Rapport tal-Bord Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima: http://www.ipcc.ch/publications_and_data/publications_and_data_reports.shtml
( 4 ) Climate Change, The IPCC Scientific Assessment, J.T Houghton, G.J.Jenkins, J.J. Ephraums (ed.) Cambridge University Press, Cambridge (UK) 1990.
( 5 ) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24.
( 6 ) ĠU L 27, 30.1.2010, p 1.