2011R0590 — MT — 28.06.2011 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 590/2011

tal-20 ta’ Ġunju 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 161, 21.6.2011, p.9)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 324, 7.12.2011, p. 38  (590/2011)




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 590/2011

tal-20 ta’ Ġunju 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 ( 1 ) u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 ( 2 ) stabbilixxa perjodu relattivament qasir biex l-entitajiet tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għal rikonoxximent bi skop ta’ konformità skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Minħabba li ma hemm l-ebda esperjenza tal-applikazzjoni diretta tar-regoli tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi barra t-territorju tal-Unjoni, għandu jingħata iktar żmien lill-entitajiet tal-kontroll u lill-awtoritajiet tal-kontroll li jixtiequ jitolbu li jiġu inklużi fil-lista bi skop ta’ konformità.

(2)

F’konfromità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-Anness III għar-Regolmaent (KE) Nru 1235/2008 stabbilixxa lista ta’ pajjiżi terzi li s-sistema ta’ produzzjoni u l-miżuri ta’ kontroll tagħhom għall-produzzjoniji organika ta’ prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Fid-dawl ta’ applikazzjoni u informazzjoni ġodda li rċeviet il-Kummissjoni minn pajjiżi terzi mill-aħħar pubblikazzjoni tal-lista, għandhom jitqiesu ċerti modifikazzjonijiet u l-lista għandha tiġi adattata skont dan.

(3)

Ċerti prodotti agrikoli li jiġu importati mill-Kanada, bħalissa qed jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni skont ir-regoli tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Il-Kanada ressqet talba lill-Kummissjoni sabiex din tinkludiha fil-lista provduta fl-Anness III għal dak ir-Regolament. Ressqet l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 7 u 8 ta’ dak ir-Regolament. L-eżaminazzjoni ta’ din l-informazzjoni u d-diskussjoni ta’ wara mal-awtoritajiet Kanadiżi wasslu għall-konklużjoni li, f’dak il-pajjiż, ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-prodotti agrikoli huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Il-Kummissjoni wettqet kontroll fuq il-post dwar ir-regoli tal-miżuri tal-produzzjoni u l-kontroll attwalment applikati fil-Kanada, kif previst fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(4)

L-awtoritajiet Kostarikani, Indjani, Iżraeljani, Ġappuniżi u Tuneżini talbu lill-Kummissjoni biex tinkludi entitajiet ta’ kontroll ta’ ċertifikazzjoni ġodda u ppreżentaw lill-Kummissjoni l-garanziji meħtieġa li huma jissodisfaw il-prekunduzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(5)

It-tul ta’ żmien tal-inklużjoni tal-Kosta Rika u tan-New Zealand fil-lista pprovduta fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2011. Sabiex ikun evitat tfixkil fil-kummerċ, hemm ħtieġa li tittawwal l-inklużjoni tal-Kosta Rika u n-New Zealand. Fid-dawl tal-esperjenza, l-inklużjoni għandha tittawwal għal perjodu bla limitu.

(6)

In-New Zealand trasmettiet emendi editorjali għall-ispeċifikazzjonijiet rilevanti provduti fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jsegwi l-amalgamazzjoni ta’ dan l-aħħar tal-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Forestrija u l-Awtorità tas-Sikurezza tal-Ikel fin-New Zealand.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu, għalhekk, jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju dwar il-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 4, “31 ta’ Ottubru 2011” tinbidel bi “31 ta’ Ottubru 2014”.

(2) L-Anness III huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1) Wara t-test li jirrigwarda l-Awstralja, għandu jiddaħħal it-test li ġej:

“IL-KANADA

1.

Kategoriji tal-prodotti :

(a) prodotti agrikoli ħajjin jew li mhumiex ipproċessati u materjal veġetattiv tal-propagazzjoni u żrieragħ għall-kultivazzjoni;

(b) prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel;

(ċ) għalf.

2.

Oriġini : prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbrin organikament fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li tkabbru fil-Kanada.

3.

Standards tal-produzzjoni : Regolament tal-Prodotti Organiċi.

4.

Awtoritajiet kompetenti : Canadian Food Inspection Agency (CFIA), www.inspection.gc.ca

5.

Entitajiet ta’ kontroll :

 Atlantic Certified Organic Co-operative Limited (ACO), www.atlanticcertifiedorganic.ca

 British Columbia Association for Regenerative Agriculture (BCARA), www.centifiedorganic.bc.ca

 Certification Services Limited Liability Company (CCOF), www.ccof.org

 Centre for Systems Integration (CSI), www.csi-ics.com

 Consorzio per il Controllo dei Prodotti Biologici Società a responsabilità limitata (CCPB SRL), www.ccpb.it

 Control Union Certifications (CUC), www.controlunion.com

 Ecocert Kanada, www.ecocertcanada.com

 Fraser Valley Organic Producers Association (FVOPA), www.fvopa.ca

 Global Organic Alliance, www.goa-online.org

 International Certification Services Incorporated (ICS), www.ics-intl.com

 LETIS S.A., www.letis.com.ar

 Oregon Tilth Incorporated (OTCO), http://tilth.org

 Organic Certifiers, www.organiccertifiers.com

 Organic Crop Improvement Association (OCIA), www.ocia.org/

 Organic Producers Association of Manitoba Co-operative Incorporated (OPAM), www.opam-mb.com

 Pacific Agricultural Certification Society (PACS), www.pacscertifiedorganic.ca

 Pro-Cert Organic Systems Ltd. (Pro-Cert), www.ocpro.ca/

 Quality Assurance International Incorporated (QAI), www.qai-inc.com

 Quality Certification Services (QCS), www.qcsinfo.org

 Organisme de Certification Québec Vrai (OCQV), www.quebecvrai.org

 SAI Global Certification Services Limited, www.saiglobal.com

6.

Entitajiet li joħorġu ċ-ċertifikati : bħal fil-punt 5.

7.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni : it-30 ta’ Ġunju 2014.”

(2) Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda l-Kosta Rika għandu jiddaħħal dan l-inċiż li ġej:

“— Mayacert, www.mayacert.com”;

(3) Il-Punt 7 fit-test li jirrigwarda l-Kosta Rika għandu jinbidel b’dan li ġej:

“7.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni : mhux speċifikat”,

(4) Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda l-Indja għandhom jiddaħħlu dawn l-inċiżi li ġejjin:

“— Chhattisgarh Certification Society (CGCERT), www.cgcert.com

 Tamil Nadu Organic Certification Department (TNOCD), www.tnocd.net

 TUV India Pvt. Ltd., www.tuvindia.co.in/0_mngmt_sys_cert/orgcert.htm

 Intertek India Pvt. Ltd., www.intertek.com”;

(5) Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda l-Iżrael għandu jiddaħħal dan l-inċiż li ġej:

“— LAB-PATH Ltd., www.lab-path.co.il”;

(6) Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda l-Ġappun għandhom jiddaħħlu dawn l-inċiżi li ġejjin:

“— AINOU., www.ainou.or.jp/ainohtm/disclosure/nintei-kouhyou.htm

 SGS Japan Incorporation., www.jp.sgs.com/ja/home_jp_v2.htm

 Ehime Organic Agricultural Association., www12.ocn.ne.jp/~aiyuken/ninntei20110201.html

 Center for Eco-design Certification Co.,Ltd.., http://www.eco-de.co.jp/list.html

 Organic Certification Association., www.yuukinin.jimdo.com

 Japan Eco-system Farming Association., www.npo-jefa.com

 Hiroshima Environment & Health Association., www.kanhokyo.or.jp/jigyo/jigyo_05 A.html

 Assistant Center of Certification and Inspection for Sustainability., www.accis.jp;

 Organic Certification Organization Co.,Ltd., www.oco45.net”

(7) Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda t-Tuneżija għandu jiddaħħal dan l-inċiż li ġej:

“— Instituto per la certificazione etica e ambientale (ICEA), www.icea.info”;

(8) Fil-punt 2 tat-test li jirrigwarda n-New Zealand, ►C1  “Programm ta’ Assigurazzjoni Uffiċjali tal-Ikel MAF” ◄ jinbidel b’“MAF Official Organic Assurance Programme Technical Rules for Organic Production”

(9) Il-punti minn 3 sa 7 tat-test li jirrigwarda n-New Zealand għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“3.

Standards tal-produzzjoni : MAF Official Organic Assurance Programme Technical Rules for Organic Production.

4.

Awtorità kompetenti : Ministry of Agriculture and Forestry (MAF), http://www.foodsafety.govt.nz/industry/sectors/organics/

5.

Entitajiet ta’ kontroll :

 AsureQuality Limited, www.organiccertification.co.nz

 BioGro New Zealand, www.biogro.co.nz

6.

Awtorità taċ-ċertifikazzjoni : Ministry of Agriculture and Forestry (MAF)

7.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni : mhux speċifikat”.



( 1 ) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

( 2 ) ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.