02011R0510 — MT — 08.07.2019 — 005.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) Nru 510/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145 31.5.2011, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 205/2012 tas-6 ta’ Jannar 2012 |
L 72 |
2 |
10.3.2012 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 253/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Frar 2014 |
L 84 |
38 |
20.3.2014 |
|
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 404/2014 tas-17 ta' Frar 2014 |
L 121 |
1 |
24.4.2014 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/748 tal-14 ta' Diċembru 2016 |
L 113 |
9 |
29.4.2017 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1499 tat-2 ta' Ġunju 2017 |
L 219 |
1 |
25.8.2017 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/986 tas-7 ta' Marzu 2019 |
L 160 |
3 |
18.6.2019 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) Nru 510/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Mejju 2011
li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u għanijiet
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tar-rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-emissjonijiet medji tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal 175 g CO2/km, permezz ta’ titjib fit-teknoloġija tal-vetturi, kif imkejla skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-miżuri implimentattivi tiegħu, u t-teknoloġiji innovattivi.
2. Mis-sena 2020 ‘il quddiem, dan ir-Regolament jistabbilixxi mira ta’ 147 g CO2/km għall-medja tal-emissjonijiet ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni, kif imkejla f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-miżuri implimentattivi tiegħu, u teknoloġiji innovattivi.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi b’mutur tal-kategorija N1 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b’massa ta’ referenza li ma teċċedix l-2 610 kg u għal vetturi tal-kategorija N1 li għalihom l-approvazzjoni tat-tip hija estiża f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 (“vetturi kummerċjali ħfief”) li jiġu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba u li ma ġewx irreġistrati qabel barra l-Unjoni (“vetturi kummerċjali ħfief ġodda”).
2. Reġistrazzjoni preċedenti barra l-Unjoni li tkun saret inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fl-Unjoni m’għandhiex tiġi kkunsidrata.
3. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal vetturi bi skopijiet speċjali kif definiti fil-punt 5 tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.
4. L-Artikolu 4, l-Artikolu 8(4)(b) u (c), l-Artikolu 9 u l-Artikolu 10(1)(a) u (c) ma għandhomx japplikaw għal manifattur li, flimkien mal-impriżi kollha assoċjati miegħu, jkun responsabbli għal inqas minn 1 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2’ tfisser, fir-rigward ta’ manifattur, il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-vetturi kummerċjali ħfief kollha, prodotti minn dak il-manifattur;
(b) “ċertifikat tal-konformità” tfisser iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2007/46/KE;
(c) “vettura kompletata” tfisser vettura li tkun ingħatatilha l-approvazzjoni tat-tip wara li dan il-proċess jitwettaq f’aktar minn fażi waħda skont id-Direttiva 2007/46/KE;
(d) “vettura kompluta” tfisser kwalunkwe vettura li m’għandhiex bżonn tiġi kkompletata biex tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi rilevanti tad-Direttiva 2007/46/KE;
(e) “vettura bażi” tfisser kwalunkwe vettura użata fl-istadju inizjali ta’ proċess ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji;
(f) “manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli lejn l-awtorità ta’ approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE taħt id-Direttiva 2007/46/KE u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni;
(g) “massa” tfisser il-massa tal-vettura bil-karrozzerija fi stat tajjeb ta’ tħaddim kif iddikjarat fiċ-ċertifikat ta’ konformità u kif iddikjarat fit-Taqsima 2.6 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;
(h) “emissjonijiet speċifiċi tas-CO2” tfisser l-emissjonijiet minn vettura kummerċjali ħafifa mkejla skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u speċifikati bħala l-massa tal-emissjonijiet tas-CO2 (ikkombinati) fiċ-ċertifikat ta’ konformità tal-vettura kompluta jew ikkompletata;
(i) “mira ta’ emissjonijiet speċifiċi” tfisser, fir-rigward ta’ manifattur, il-medja ta’ emissjonijiet speċifiċi indikattivi tas-CO2 stabbiliti skont l-Anness I fir-rigward ta’ kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida prodotta minn dak il-manifattur, jew, jekk il-manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 11, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ddeterminata skont dik id-deroga;
(j) “footprint” tfisser il-wisa’ medja bejn rota u oħra mmultiplikata bid-distanza bejn il-fusijiet ta’ quddiem u ta’ wara, skont iċ-ċertifikat ta’ konformità u kif iddefinit fit-Taqsimiet 2.1 u 2.3 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;
(k) “piż tat-tagħbija” tfisser id-differenza bejn il-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli f’konformità mal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE u l-massa tal-vettura.
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “grupp ta’ manifatturi relatati” tfisser manifattur u l-impriżi relatati miegħu. Fir-rigward ta’ manifattur, “impriżi relatati” tfisser:
(a) impriżi li fihom il-manifattur ikollu, direttament jew indirettament:
(i) is-setgħa li jeżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot; jew
(ii) is-setgħa li jaħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord superviżorju, tal-bord ta’ ġestjoni jew tal-korpi li jirrappreżentaw lill-impriża ġuridikament; jew
(iii) id-dritt ta’ ġestjoni tal-affarijiet tal-impriża;
(b) impriżi li direttament jew indirettament ikollhom, fuq il-manifattur, id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);
(c) impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);
(d) impriżi li fihom il-manifattur flimkien ma’ impriża waħda jew aktar imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, flimkien ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);
(e) impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) huma miżmumin flimkien mill-manifattur jew minn waħda jew aktar mill-impriżi relatati miegħu msemmija fil-punti (a) sa (d) u parti terza waħda jew aktar.
Artikolu 4
Miri għall-emissjonijiet speċifiċi
Għas-sena kalendarja li tibda fl-1 ta’ Jannar 2014 u għal kull sena kalendarja sussegwenti, kull manifattur ta’ vetturi kummerċjali ħfief għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi medji tiegħu ta’ CO2 ma jaqbżux il-mira tiegħu ta’ emissjonijiet speċifiċi stabbiliti skont l-Anness I jew, fil-każ li manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 11, skont dik id-deroga.
Meta l-emissjonijiet speċifiċi tal-vettura kompletata ma jkunux disponibbli, il-manifattur tal-vettura bażi għandu juża l-emissjonijiet speċifiċi tal-vettura bażi biex jistabbilixxi l-emissjonijiet speċifiċi medji tagħha ta’ CO2.
Sabiex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ kull manifattur, għandhom jitqiesu l-perċentwali li ġejjin tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta’ kull manifattur irreġistrati fis-sena rilevanti:
— 70 % fl-2014,
— 75 % fl-2015,
— 80 % fl-2016,
— 100 % mill-2017 ’il quddiem.
Artikolu 5
Super-krediti
Meta jiġu kkalkulati l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2, kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida b’livell ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 inqas minn 50 g CO2/km għandha titqies bħala:
— 3,5 vetturi kummerċjali ħfief fl-2014,
— 3,5 vetturi kummerċjali ħfief fl-2015,
— 2,5 vetturi kummerċjali ħfief fl-2016,
— 1,5 vetturi kummerċjali ħfief fl-2017,
— vettura kummerċjali ħafifa fl-2018.
Għat-tul kollu tal-iskema tas-super-krediti, l-għadd massimu ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda, b’emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ anqas minn 50 g CO2/km, li għanddu jitqies fl-applikazzjoni tal-multiplikaturi stabbiliti fl-ewwel paragrafu m’għandux jaqbeż il-25 000 vettura kummerċjali ħafifa għal kull manifattur.
Artikolu 6
Mira speċifika ta’ emissjonijiet għal vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu b’karburant alternattiv
Sabiex tiġi ddeterminata l-konformità ta’ manifattur mal-mira speċifika ta’ emissjonijiet tiegħu msemmija fl-Artikolu 4, l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ kull vettura kummerċjali ħafifa li hija mfassla sabiex tkun tista’ taħdem b’taħlita ta’ petrol b’85 % bijoetanol (“E85”), u li tkun konformi mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni jew l-istandards tekniċi Ewropej, għandhom jitnaqqsu b’5 % sal-31 ta’ Diċembru 2015 b’rikonoxximent tal-kapaċità teknoloġika akbar u taż-żieda fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-bijokarburanti. Dan it-tnaqqis għandu japplika biss fejn mill-inqas 30 % tal-pompi tal-karburant fl-Istat Membru li fih il-vettura kummerċjali ħafifa tkun irreġistrata jipprovdu dan it-tip ta’ karburant alternattiv li jikkonforma mal-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti stabbiliti fil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni.
Artikolu 7
Konsorzji
1. Il-manifatturi ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda, minbarra l-manifatturi li ngħataw deroga taħt l-Artikolu 11, jistgħu jiffurmaw konsorzju bl-għan li jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 4.
2. Ftehim dwar l-iffurmar ta’ konsorzju jista’ jirrigwarda sena kalendarja waħda jew aktar, dejjem jekk il-perijodu kumplessiv ta’ kull ftehim ma jaqbiżx il-5 snin kalendarji, u għandu jibda nhar jew qabel il-31 ta’ Diċembru tal-ewwel sena kalendarja li fiha jkunu ser jingħaqdu l-emissjonijiet. Il-manifatturi li jiffurmaw konsorzju għandhom jirreġistrawmal-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:
(a) il-manifatturi li ser ikunu inklużi fl-konsorzju;
(b) il-manifattur li ġie nnominat bħala l-amministratur tal-konsorzju li ser ikun il-punt ta’ kuntatt għall-konsorzju u li ser ikun responsabbli għall-ħlas ta’ kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq l-konsorzju f’konformità mal-Artikolu 9;
(c) evidenza li l-amministratur tal-konsorzju ser ikun kapaċi jissodisfa l-obbligi msemmijin fil-punt (b).
3. Meta l-amministratur propost tal-konsorzju jonqos milli jissodisfa r-rekwiżit li jħallas kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq l-konsorzju f’konformità mal-Artikolu 9, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-manifatturi.
4. Il-manifatturi inklużi f’konsorzju għandhom jinfurmaw flimkien lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla li ssir tal-amministratur tal-konsorzju jew tal-istatus finanzjarju tagħha, sal-punt li dan jaffettwa l-kapaċità tagħha li tissodisfa r-rekwiżit li tħallas kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq l-konsorzju f’konformità mal-Artikolu 9 u bi kwalunkwe bidliet fis-sħubija tal-konsorzju jew ix-xoljiment tal-konsorzju.
5. Il-manifatturi jistgħu jidħlu għal arranġamenti ta’ konsorzju bil-kundizzjoni li l-ftehimiet jikkonformaw mal-Artikoli 101 u 102 TFUE u li jippermettu l-parteċipazzjoni miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja f’termini kummerċjalment raġonevoli minn kwalunkwe manifattur li jitlob li jsir membru tal-konsorzju. Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà ġenerali tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għal konsorzji bħal dawn, il-membri kollha ta’ konsorzju għandhom jiżguraw b’mod partikolari li ma jsir l-ebda skambju ta’ data u lanqas ta’ informazzjoni fil-kuntest tal-arranġament tal-konsorzju tagħhom, għajr fir-rigward tal-informazzjoni li ġejja:
(a) l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2;
(b) il-mira għall-emissjonijiet speċifiċi;
(c) l-għadd totali ta’ vetturi rreġistrati.
6. Il-paragrafu 5 m’għandux japplika meta l-manifatturi kollha inklużi fl-konsorzju jkunu jagħmlu parti mill-istess grupp ta’ manifatturi relatati.
7. Ħlief meta tingħata n-notifika msemmija fil-paragrafu 3, il-manifatturi f’konsorzju li tiġi rreġistrata informazzjoni dwarha mal-Kummissjoni għandhom jitqiesu bħala manifattur wieħed għall-finijiet li jiġu sodisfatti l-obbligi tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 4. L-informazzjoni dwar il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ fir-rigward ta’ manifatturi individwali kif ukoll ta’ kwalunkwe konsorzju ser tiġi rreġistrata, irrappurtata u ssir disponibbli fir-reġistru ċentrali msemmi fl-Artikolu 8(4).
Artikolu 8
Monitoraġġ u rappurtaġġ tal-emissjonijiet medji
1. Għas-sena kalendarja li tibda mill-1 ta’ Jannar 2012 u kull sena kalendarja sussegwenti, kull Stat Membru għandu jirreġistra informazzjoni għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida li tiġi rreġistrata fit-territorju tiegħu skont il-Parti A tal-Anness II. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli lill-manifatturi u lill-importaturi jew rappreżentanti maħtura tagħhom f’kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-korpi tar-rappurtaġġ joperaw b’mod trasparenti.
2. Sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena, li tibda fl-2013, kull Stat Membru għandu jiddetermina u jittrasmetti lill-Kummissjoni l-informazzjoni elenkata fil-Parti B tal-Anness II fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti. Id-data għandha tiġi trasmessa fil-format speċifikat fil-Parti C tal-Anness II.
3. Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu wkoll is-sett sħiħ ta’ data miġbura skont il-paragrafu 1.
4. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali tad-data rrappurtata mill-Istati Membri taħt dan l-Artikolu u dan ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku. Sat-30 ta’ Ġunju 2013 u f’kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tikkalkula għal kull manifattur fuq bażi proviżorja:
(a) l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fis-sena kalendarja preċedenti;
(b) il-mira għall-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja preċedenti;
(c) id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira għall-emissjonijiet speċifiċi tiegħu għal dik is-sena.
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lil kull manifattur il-kalkolu proviżorju għal dak il-manifattur. In-notifika għandha tinkludi data għal kull Stat Membru dwar l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati u l-emissjonijiet speċifiċi tagħhom ta’ CO2.
5. Il-manifatturi jistgħu, fi żmien 3 xhur minn meta jiġu nnotifikati dwar il-kalkolu provviżorju skont il-paragrafu 4, jinnotifikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe żball fid-data, fejn jispeċifikaw l-Istat Membru li fih iqisu li jkun seħħ l-iżball.
6. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe notifika mill-manifatturi u għandha, sal-31 ta’ Ottubru, jew tikkonferma jew inkella temenda l-kalkoli proviżorji msemmijin fil-paragrafu 4.
7. Fir-rigward tas-snin kalendarji 2012 u 2013 u fuq il-bażi tal-kalkoli mwettqa skont għall-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lil manifattur meta l-Kummissjoni jidhrilha li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 tal-manifattur ikunu qabżu l-mira tagħha għall-emissjonijiet speċifiċi.
8. F’kull Stat Membru, l-awtorità kompetenti għall-ġbir u l-komunikazzjoni tad-data dwar il-monitoraġġ skont dan ir-Regolament għandha tkun dik maħtura skont l-Artikolu 8(7) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
9. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tad-data msemmija f’dan l-Artikolu u għall-applikazzjoni tal-Anness II. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).
Sabiex titqies l-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness II permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 15, u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17.
10. L-Istati Membri għandom ukoll jiġbru u jirrappurtaw data, skont dan l-Artikolu, dwar ir-reġistrazzjonijiet ta’ vetturi fil-kateogriji M2 u N2 kif imfisser fl-Anness II tad-Direttiva Nru 2007/46/KE b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx il-2 610 kg u vetturi li l-approvazzjoni tat-tip għalihom tiġi estiża skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.
Artikolu 9
Primjum għal emissjonijiet eċċessivi
1. Fir-rigward tal-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2014 u kull sena kalendarja sussegwenti, il-Kummissjoni għandha timponi primjum għal emissjonijiet eċċessivi fuq manifattur jew amministratur ta’ konsorzju, skont il-każ, meta l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ manifattur jeċċedu l-mira għall-emissjonijiet speċifiċi tagħha.
2. Il-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat bil-formulae li ġejjin:
(a) mill-2014 sal-2018:
(i) għal emissjonijiet eċċessivi ta’ aktar minn 3 g CO2/km:
((Emissjonijiet eċċessivi – 3 g CO2/km) × EUR 95 + EUR 45) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda.
(ii) għal emissjonijiet eċċessivi ta’ aktar minn 2 g CO2/km iżda mhux aktar minn 3 g CO2/km:
((Emissjonijiet eċċessivi – 2 g CO2/km) × EUR 25 + EUR 20) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda.
(iii) għal emissjonijiet eċċessivi ta’ aktar minn 1 g CO2/km iżda mhux aktar minn 2 g CO2/km:
((Emissjonijiet eċċessivi – 1 g CO2/km) × EUR 15 + EUR 5) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda.
(iv) għal emissjonijiet eċċessivi ta’ mhux aktar minn 1 g CO2/km:
(Emissjonijiet eċċessivi × EUR 5) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda;
(b) mill-2019:
(Emissjonijiet eċċessivi × EUR 95) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
— “emissjonijiet eċċessivi” tfisser il-valur pożittiv tan-numru ta’ grammi kull kilometru li bih l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifattur – b’kunsiderazzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 minħabba teknoloġiji innovattivi approvati skont l-Artikolu 12, ikunu qabżu l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja jew f’parti minnha li għaliha japplika l-obbligu skont l-Artikolu 4, aġġustat għall-eqreb tliet punti deċimali; u
— “l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda” tfisser l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda li huma prodotti mill-manifattur u li ġew irreġistrati f’dak il-perjodu skont il-kriterji tad-dħul gradwali stipulati fl-Artikolu 4.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta arranġamenti dettaljati għall-ġbir tal-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).
4. L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 10
Pubblikazzjoni tar-rendiment tal-manifatturi
1. Sal-31 ta’ Ottubru 2013 u l-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista li tindika għal kull manifattur:
(a) il-mira tiegħu għall-emissjonijiet speċifiċi għas-sena kalendarja preċedenti;
(b) l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fis-sena kalendarja preċedenti;
(c) id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira speċifika tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena;
(d) l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti; u
(e) il-massa medja għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti.
2. Mill-31 ta’ Ottubru 2015, il-lista ppubblikata skont il-paragrafu 1 għandha tindika wkoll jekk il-manifattur ikunx konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti.
Artikolu 11
Derogi għal ċerti manifatturi
1. Tista’ ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira għall-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata f’konformità mal-Anness I minn manifattur ta’ inqas minn 22 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrata fl-Unjoni għal kull sena kalendarja fejn dak il-manifattur:
(a) ma jagħmilx parti minn grupp ta’ manifatturi relatati; jew
(b) jagħmel parti minn grupp ta’ manifatturi relatati li b’kollox huwa responsabbli għal inqas minn 22 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrata fl-Unjoni kull sena kalendarja; jew
(c) jagħmel parti minn grupp ta’ manifatturi relatati iżda jħaddem il-faċilitajiet ta’ produzzjoni u ċ-ċentru ta’ disinn tiegħu stess.
2. Deroga li ssir applikazzjoni għaliha skont il-paragrafu 1 tista’ tingħata għal perijodu massimu ta’ 5 snin kalendarji. L-applikazzjoni għandha ssir lill-Kummissjoni u għandha tinkludi:
(a) l-isem tal-manifattur u l-persuna tal-kuntatt għalih;
(b) evidenza li l-manifattur huwa eliġibbli għal deroga msemmija fil-paragrafu 1;
(c) dettalji tal-vetturi kummerċjali ħfief li huwa jimmanifattura inkluż il-massa u l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ dawk il-vetturi kummerċjali ħfief; u
(d) mira speċifika tal-emissjonijiet konsistenti mal-potenzjal tat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal teknoloġiku u ekonomiku biex jitnaqqsu l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 u b’konsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta’ vettura kummerċjali ħafifa mmanifatturata.
3. Fejn il-Kummissjoni tqis li manifattur ikun eliġibbli għal deroga li għaliha saret applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 u tkun sodisfatta li l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, li l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tiegħu u b’konsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta’ vettura kummerċjali ħafifa manifatturata, il-Kummisjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur. ►M2 ————— ◄
4. Manifattur li jkun suġġett għal deroga taħt dan l-Artikolu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni immedjatament dwar kwalunkwe tibdil li jaffettwa jew li jista’ jaffettwa l-eliġibbiltà tiegħu għal deroga.
5. Meta l-Kummissjoni tqis, fuq il-bażi ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 4 jew b’mod ieħor, li manifattur ma jkunx baqa’ eliġibbli għad-deroga, hija għandha tirrevoka d-deroga b’effett mill-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara u għandha tinnotifika lill-manifattur b’dan.
6. Jekk il-manifattur ma jilħaqx il-mira tiegħu għall-emissjonijiet speċifiċi, il-Kummissjoni għandha timponi l-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi fuq il-manifattur, kif speċifikat fl-Artikolu 9.
7. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli biex jissuplementaw il-paragrafi mill-1 sas-6 ta’ dan l-Artikolu, inter alia, dwar l-interpretazzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għad-derogi, dwar il-kontenut tal-applikazzjonijiet, u dwar il-kontenut u l-valutazzjoni ta’ programmi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 15, u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17.
8. L-applikazzjonijiet għal deroga, inklużi l-informazzjoni ta’ sostenn, in-notifiki skont il-paragrafu 4, ir-revoki skont il-paragrafu 5 u kwalunkwe impożizzjoni ta’ primjum għall-emissjonijiet eċċessivi skont il-paragrafu 6 u l-atti adottati skont il-paragrafu 7, għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku, soġġett għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tat-30 ta’ Mejju 2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( 1 ).
Artikolu 12
Eko-innovazzjoni
1. Permezz ta’ applikazzjoni minn fornitur jew manifattur, għandu jiġi kkunsidrat l-iffrankar ta’ CO2 miksub permezz tal-użu ta’ teknoloġiji innovattivi jew taħlita ta’ teknoloġiji innovattivi (“pakketti ta’ teknoloġija innovattiva”).
Il-kontribut totali ta’ dawk it-teknoloġiji biex titnaqqas il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ manifattur jista’ jkun sa 7 g CO2/km.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dispożizzjonijiet dettaljati għal proċedura ta’ approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi jew pakketti ta’ teknoloġija innovattiva msemmija fil-paragrafu 1, sal-31 ta’ Diċembru 2012. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-Regolament. Dawk id-dispożizzjonijiet dettaljati għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti taħt l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, u jkunu bbażati fuq il-kriterji li ġejjin għat-teknoloġiji innovattivi:
(a) il-fornitur jew manifattur għandu jkun responsabbli għall-iffrankar tas-CO2 miksub permezz tal-użu ta’ teknoloġiji innovattivi;
(b) it-teknoloġiji innovattivi għandhom jagħtu kontribut ivverifikat għat-tnaqqis ta’ CO2;
(c) it-teknoloġiji innovattivi m’għandhomx ikunu koperti miċ-ċiklu standard ta’ testijiet għall-kejl ta’ CO2 jew mid-dispożizzjonijiet obbligatorji minħabba miżuri addizzjonali kumplimentari konformi mat-tnaqqis ta’ 10 g CO2/km imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jew ikunu obbligatorji taħt id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni.
3. Fornitur jew manifattur li japplika għall-approvazzjoni ta’ xi miżura bħala teknoloġija innovattiva għandu jressaq rapport lill-Kummissjoni, li jinkludi rapport ta’ verifika mwettaq minn entità indipendenti u ċertifikata. Fil-każ ta’ interazzjoni possibbli tal-miżura ma’ teknoloġija innovattiva oħra li tkun diġà approvata, ir-rapport għandu jirreferi għal dik l-interazzjoni u r-rapport ta’ verifika għandu jevalwa safejn dik l-interazzjoni timmodifika t-tnaqqis miksub minn kull miżura.
4. Il-Kummissjoni għandha tiċċertifika t-tnaqqis miksub fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 2.
Artikolu 13
Reviżjoni u rapport
1. Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-miri għall-emissjonijiet speċifiċi u l-modalitajiet stabbiliti fih, kif ukoll l-aspetti oħra ta’ dan ir-Regolament sabiex tistabbilixxi il-miri għall-emissjonijiet ta’ CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda għall-perijodu lil hinn mill-2020. F’dak ir-rigward, il-valutazzjoni tar-rata ta’ tnaqqis meħtieġa għandha tikkonforma mal-miri tal-Unjoni fit-tul rigward il-klima u l-implikazzjonijiet għall-iżvilupp ta’ teknoloġija kosteffettiva li tnaqqas is-CO2 għall-vetturi kummerċjali ħfief. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat ta’ dik l-analiżi. Dak ir-rapport għandu jinkludi kwalunkwe proposta adatta biex dan ir-Regolament jiġi emendat, inkluż l-iffissar, possibbilment, ta’ mira realistika u li tista’ tinkiseb, ibbażata fuq valutazzjoni komprensiva tal-impatt li ser tikkunsidra l-kompetittività kontinwa tal-industrija tal-vetturi kummerċjali ħfief u l-industriji li jiddipendu minnha. Meta tfassal dawn il-proposti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn ikunu kemm jista’ jkun newtrali mil-lat tal-kompetizzjoni u li jkunu soċjalment ġusti u sostenibbli.
2. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-2014, biex tinkludi f’dan ir-Regolament vetturi fil-kateogrija N2 u M2 kif imfisser fl-Anness II tad-Direttiva Nru 2007/46/KE b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx l-2 610 kg u vetturi li l-approvazzjoni tat-tip għalihom tiġi estiża skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, bil-għan li l-objettiv fit-tul jintlaħaq mill-2020.
3. Il-Kummissjoni għandha, sal-2014, wara valutazzjoni tal-impatt, tippubblika rapport dwar id-disponibbiltà tad-data dwar il-footprint u l-piż tat-tagħbija u l-użu tagħhom bħala parametri ta’ utilità sabiex jiġu stabbiliti l-miri għall-emissjonijiet speċifiċi u, jekk ikun meħtieġ, tibgħat proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jemendaw l-Anness I f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja.
4. Sal-31 ta’ Diċembru 2011 il-Kummissjoni għandha twaqqaf proċedura biex jinkisbu valuri rappreżentattivi tal-emissjonijiet ta’ CO2, tal-effiċjenzja tal-karburant u tal-massa ta’ vettturi kkompletati filwaqt li tiżgura li l-manifattur tal-vettura ta’ bażi jkollu aċċess f’waqtu għall-massa u għall-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-vettura kkompletata.
5. Sal-31 ta’ Ottubru 2016, u kull 3 snin wara dan, il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness I permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikoli 15, u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17, biex tiġi aġġustata il-figura ta’ M0, imsemmija hemmhekk, għall-massa medja tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda fit-3 snin kalendarji preċedenti.
Dawk l-aġġustamenti għandhom isiru effettivi għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2018 u kull tliet snin wara dan.
6. Il-Kummissjoni għandha tinkludi vetturi kummerċjali ħfief fir-reviżjoni tal-proċeduri biex jitkejlu l-emissjonijiet tas-CO2 skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
▼M2 —————
Il-Kummissjoni għandha tinkludi l-vetturi kummerċjali ħfief fir-reviżjoni tad-Direttiva 2007/46/KE f’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa sabiex kwalunkwe bidla tiġi riflessa fil-proċedura regolatorja tal-ittestjar għall-kejl ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 ( 2 ). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-Regolament.
Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15, u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17 biex tadatta l-formoli stabbiliti fl-Anness I permezz tal-użu tal-metodoloġija adottata skont l-ewwel subparagrafu, filwaqt li tiżgura li, taħt il-proċedura tal-ittestjar ġdida u dik preċedenti, ikunu meħtieġa rekwiżiti ta’ tnaqqis b’restrizzjonijiet komparabbli għall-manifatturi u vetturi ta’ utilitajiet differenti.
Artikolu 14
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Bdil tal-Klima stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto ( 3 ). Dak il-kumitat huwa kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2a. Fejn il-Kumitat imsemmi fil-paragrafu 1 ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 15
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(9), fl-Artikolu 11(7), fl-Artikolu 13(5) u fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 13(6), għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ 5 snin minn 3 ta’ Ġunju 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa delegata mhux aktar tard minn 6 xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokaha f’konformità mal-Artikolu 16.
2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17.
Artikolu 16
Revoka tad-delega
1. Id-delega tas-setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(9), fl-Artikolu 11(7), fl-Artikolu 13(5) u fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 13(6) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tindika s-setgħa delegata li tista’ tkun suġġetta għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.
3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tieħu effett minnufih jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 17
Oġġezzjonijiet għal atti delegati
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistga’ joġġezzjona għal att delegat f’perijodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.
Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.
2. Jekk, kif jintemm il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, l-att għandu jiġi pubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.
L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.
3. Jekk jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att delegat fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni tagħha għall-att delegat.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
MIRI TAL-EMISSJONIIET SPEĊIFIĊI TAS-CO2
1. L-emissjonijiet speċifiċi u indikattivi ta’ CO2 għal kull vettura kummerċjali ħafifa, imkejla fi grammi għal kull kilometru, għandhom jiġu stabbiliti skont il-formuli li ġejjin:
(a) mill-2014 sal-2017:
Emissjonijiet speċifiċi indikattivi ta’ CO2 = 175 + a × (M – M0)
fejn:
M |
= |
massa tal-vettura f’kilogrammi (kg) |
M0 |
= |
1 706,0 |
a |
= |
0,093. |
(b) ►M4 Mill-2018:
L-emissjoni speċifika ta' CO2 = 175 + a × (M – M0)
fejn:
M |
= |
il-massa tal-vettura f'kilogrammi (kg) |
M0 |
= |
1 766,4 |
a |
= |
0,093. |
(c) mill-2020:
fejn:
M |
= |
il-massa tal-vettura f’kilogrammi (kg) |
M0 |
= |
il-valur adottat skont l-Artikolu 13(5) |
a |
= |
0,096. |
Fil-każ ta' vetturi b'diversi stadji mhux kompletati msemmija fil-punt 1a tal-Parti A tal-Anness II, għandha tintuża l-massa ta' monitoraġġ (Mmon) minflok il-valur M. Il-massa ta' monitoraġġ għandha tiġi kkalkolata bil-formula li ġejja:
Mmon = MRObase × B0
Fejn,
MRObase u B0 huma kif definiti fil-punt 1a.1(a) tal-Parti A tal-Anness II.
2. Il-mira għall-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur f’sena kalendarja għandha tiġi kkalkulata bħala l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi indikattivi ta’ CO2 ta’ kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida mmanifatturata minnu rreġistrata f’dik is-sena kalendarja.
3. Il-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur fl-2021 għandha tiġi kkalkulata kif ġej:
Fejn:
|
hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-2020, determinata skont l-Anness XXI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 ( 4 ) mingħajr ma jkun inkluż l-iffrankar tas-CO2 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament; |
|
hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-2020, determinata skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 ( 5 ) mingħajr ma jkun inkluż l-iffrankar tas-CO2 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament; |
NEDC2020target |
hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2020, ikkalkulata skont il-punt 1(c) ta' dan l-Anness. |
4. Mill-2021, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur għandha tiġi kkalkulata kif ġej:
Mira tal-emissjonijiet speċifiċi = WLTPreference target + a [(Mø – M0) – (Mø2020 – M0,2020)]
Fejn:
WLTPreference target |
hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2021, ikkalkulata skont il-punt 3; |
a |
hija a kif iddefinita fil-punt 1(c); |
Mø |
hija l-massa (M) medja kif definita fil-punt 1, tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda fis-sena ta' mira rilevanti, f'kilogrammi (kg); |
M0 |
hija M0 kif iddefinita fil-punt 1(c); |
Mø2020 |
hija l-massa (M) medja kif definita fil-punt 1, tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda fl-2020, f'kilogrammi (kg); |
M0,2020 |
hija l-valur M0 applikabbli fis-sena ta' referenza 2020. |
5. Għal manifattur li ngħata deroga fir-rigward ta' mira tal-emissjonijiet speċifiċi bbażata fuq l-NEDC fl-2021, il-mira tad-deroga bbażata fuq id-WLTP għandha tiġi kkalkulata hekk:
Fejn:
|
hija kif iddefinita fil-punt 3; |
|
hija kif iddefinita fil-punt 3; |
NEDC2021target |
hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2021 mogħtija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament. |
ANNESS II
MONITORAĠĠ U RAPPURTAĠĠ TAL-EMISSJONIJIET
A. Ġbir ta’ data dwar vetturi kummerċjali ħfief u determinazzjoni tal-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tas-CO2
1. Dejta ddettaljata
1.1. Vetturi sħaħ irreġistrati bħala N1
Fil-każ tal-vetturi sħaħ bl-approvazzjoni tat-tip tal-KE rreġistrati bħala N1, l-Istati Membri għandhom, għal kull sena kalendarja, jirreġistraw id-dejta ddettaljata li ġejja għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida l-ewwel darba li tiġi rreġistrata fit-territorju tagħhom:
(a) il-manifattur;
(b) in-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu;
(c) it-tip, il-varjant u l-verżjoni;
(d) l-għamla
(e) il-kategorija tal-vettura bl-approvazzjoni tat-tip;
(f) il-kategorija tal-vettura rreġistrata;
(g) l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ►M5 (NEDC u WLTP) ◄ ;
(h) il-massa fi stat operattiv;
(i) il-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli;
(j) l-impronta: id-distanza bejn il-fusien, il-wisa' bejn l-uċuħ ta' barra tar-roti tal-fus tal-istering u l-wisa' bejn l-uċuħ ta' barra tar-roti tal-fus l-ieħor;
(k) it-tip ta' fjuwil u l-modalità tal-fjuwil;
(l) il-kapaċità tal-magna;
(m) il-konsum tal-enerġija elettrika;
(n) il-kodiċi tat-teknoloġija innovattiva jew tal-grupp ta' teknoloġiji innovattivi u t-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 minħabba dik it-teknoloġija ►M5 (NEDC u WLTP) ◄ ;
(o) in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura;
(p) massa tat-test tad-WLTP;
(q) il-fatturi ta' devjazzjoni u ta' verifika msemmija fil-punt 3.2.8 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1152;
(r) numru tal-identifikazzjoni tal-familja tal-magna determinat skont il-punt 5.0 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.
Għandu jintuża l-format stipulat fit-Taqsima 2 tal-Parti C.
Għas-sena kalendarja 2017, id-dejta msemmija fil-punt (g), fir-rigward tal-valuri tal-emissjonijijiet tas-CO2 tad-WLTP, u fil-punt (n) fir-rigward tal-iffrankar tad-WLTP permezz tal-ekoinnovazzjoni, kif ukoll id-dejta msemmija fil-punti (p) u (r) jistgħu jiġu rraportati fuq bażi volontarja.
Mis-sena kalendarja 2018, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 8, il-parametri kollha elenkati f'dan il-punt kif speċifikat fil-format fit-Taqsima 2 tal-Parti C ta' dan l-Anness.
1.2. Vetturi approvati fi proċess b'diversi stadji u rreġistrati bħala vetturi N1
Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji rreġistrati bħala vetturi N1, għal kull sena kalendarja l-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-dejta ddettaljata li ġejja fir-rigward ta':
(a) il-vettura ta' bażi (mhux sħiħa): id-dejta speċifikata fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (g), (h), (i), (n) u (o) tal-punt 1.1, jew, minflok id-dejta speċifikata f'(h) u (i), il-massa miżjuda prestabbilita pprovduta bħala parti mill-informazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip speċifikata fil-punt 2.17.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;
(b) il-vettura ta' bażi (sħiħa): id-dejta speċifikata fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (g), (h), (i), (n) u (o) tal-punt 1.1;
(c) il-vettura kompluta: id-dejta speċifikata fil-punti (a), (f), (g), (h), (j), (k), (l), (m), u (o) speċifikata fil-punt 1.1.
Fejn id-dejta msemmija fil-punt (a) u (b) ta' dan il-punt ma tkunx tista tiġi pprovduta għall-vettura ta' bażi, l-Istat Membru għandu minflok jipprovdi d-dejta dwar il-vettura kompluta.
Il-format stipulat fit-Taqsima 2 tal-Parti C għandu jintuża għall-vetturi N1 kompluti.
In-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura msemmi fil-punt (o) tal-punt 1.1 ma għandux jiġi ppubblikat.
1a. Emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-vetturi b'diversi stadji tal-kategorija N1 iddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151
B'effett mill-1 ta' Settembru 2019, għal kull vettura bażi mhux kompletata tal-kategorija N1 soġġetta għal approvazzjoni tat-tip b'diversi stadji skont id-Direttiva 2007/46/KE, manifattur għandu jiddetermina u jirrapporta lill-Kummissjoni l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' dik il-vettura bażi, aktar 'il quddiem “l-emissjonijiet tas-CO2 ta' monitoraġġ” skont il-metodoloġija stabbilita fil-punt 1a.1.
Il-Kummissjoni għandha tuża l-emissjonijiet tas-CO2 ta' monitoraġġ tal-vettura bażi mhux kompletata rrapportati lilha skont l-ewwel paragrafu biex tikkalkola l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-manifattur tal-vettura bażi fis-sena kalendarja li fiha tkun irreġistrata l-vettura b'diversi stadji kompletata, ħlief meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt 1b.
Għall-vetturi bażi kompletati, għandhom jintużaw l-emissjonijiet tas-CO2 u l-massa f'kundizzjoni ta' sewqan ta' dik il-vettura għall-fini tal-monitoraġġ tas-CO2.
1a.1 Kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-vettura bażi mhux kompletata
Il-manifattur tal-vettura bażi għandu jikkalkola l-valur tas-CO2 ta' monitoraġġ ta' vettura bażi mhux kompletata individwali skont il-metodu ta' interpolazzjoni msemmi fil-punti 3.2.3.2 jew 3.2.4 tas-Subanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 skont il-metodoloġija applikata għall-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet tal-vettura bażi, fejn it-termini għandhom ikunu kif definiti f'dak il-punt bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
(a) Massa tal-vettura individwali
It-terminu “TMind” imsemmi fil-punti 3.2.3.2.2.1 jew 3.2.4.1.1.1 tas-Subanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 għandu jiġi sostitwit bil-massa prestabbilita tal-vettura bażi, DMbase, jew, fejn japplika, bil-massa tat-test tal-vehicle low, TML jew bil-massa tat-test tal-vehicle high, TMH.
Id-DMbase għandha tiġi kkalkolata bil-formula li ġejja:
DMbase = MRObase x B0 + 25 kg + MVL
Fejn,
MRObase |
hija l-massa f'kundizzjoni ta' sewqan tal-vettura bażi kif definit fil-punt 3.2.5 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 |
B0 |
huwa l-valur tal-massa tal-karozzerija ta' 1,375 |
MVL |
hija l-massa rappreżentattiva tat-tagħbija tal-vettura, li tfisser 28 fil-mija tat-tagħbija massima tal-vettura fejn it-tagħbija massima tal-vettura hija definita bħala l-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli mnaqqsa bil-massa f'kundizzjoni ta' sewqan tal-vettura bażi mmultiplikata b'B0, u mnaqqsa b'25 kg. |
Il-ċifra B0 hija kkalkolata bħala l-medja ponderata tal-proporzjon bejn is-somma tal-massa f'kundizzjoni ta' sewqan tal-vetturi bażi mhux kompletati għall-vetturi b'diversi stadji kollha rreġistrati fis-sena kalendarja u l-massa prestabbilita miżjuda kkalkolata skont it-Taqsima 5 tal-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, u l-massa f'kundizzjoni ta' sewqan tal-vetturi bażi għall-vetturi b'diversi stadji kollha rreġistrati fis-snin kalendarji 2015, 2016 u 2017.
Iċ-ċifra B0 għandha tiġi aġġustata sal-31 ta' Ottubru 2021 fuq il-bażi tal-valuri tal-massa rilevanti tal-vetturi b'diversi stadji rreġistrati fis-snin kalendarji 2018, 2019 u 2020 ikkalkolati bil-formuli li ġejjin:
Formula 1:
Fejn,
Ay |
hija l-medja ponderata tal-proporzjon bejn Mfi u Mbi |
Mfi |
hija l-massa f'kundizzjoni ta' sewqan tal-vettura bażi biż-żieda tal-massa prestabbilita miżjuda kif definit fit-Taqsima 5 tal-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008. |
Mbi |
hija l-massa f'kundizzjoni ta' sewqan tal-vettura bażi |
n |
huwa n-numru ta' vetturi bażi għall-vetturi b'diversi stadji kollha rreġistrati fis-sena kalendarja |
Formula 2:
Fejn,
Ai |
hija l-medja ponderata kif ikkalkolata fil-Formula 1 |
ni |
huwa n-numru ta' vetturi bażi għall-vetturi b'diversi stadji kollha rreġistrati f'sena kalendarja |
Meta l-massa prestabbilita tal-vettura bażi DMbase tkun aktar baxxa mill-massa tat-test tal-vehicle low, TML, tal-familja ta' interpolazzjoni, TMind għandha tiġi sostitwita b'TML.
Meta l-massa prestabbilita tal-vettura bażi DMbase tkun ogħla mill-massa tat-test tal-vehicle high, TMH, tal-familja ta' interpolazzjoni, TMind għandha tiġi sostitwita b'TMH.
(b) Ir-reżistenza għad-dawrien tal-vettura individwali
Ir-reżistenza għad-dawrien tal-vettura bażi għandha tintuża għall-finijiet tal-punt 3.2.3.2.2.2 jew 3.2.4.1.1.2 tas-Subanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.
(c) Erja ta' quddiem
Fil-każ ta' vettura bażi mhux kompletata li tappartjeni għal familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, il-manifattur għandu jiddetermina t-terminu “Af” imsemmi fil-punt 3.2.3.2.2.3 tas-Subanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 skont waħda mill-alternattivi li ġejjin:
(i) l-erja ta' quddiem tal-vettura rappreżentattiva tal-familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, f'm2;
(ii) il-valur medju tal-erja ta' quddiem tal-vehicle high u tal-vehicle low tal-familja ta' interpolazzjoni, f'm2;
(iii) l-erja ta' quddiem tal-vehicle high tal-familja ta' interpolazzjoni, fil-każ li ma jintużax il-metodu ta' interpolazzjoni, f'm2.
Fil-każ ta' vettura bażi mhux kompletata li ma tappartjenix għal familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, għandu jintuża l-valur tal-erja ta' quddiem tal-vehicle high tal-familja ta' interpolazzjoni.
1b. Rappreżentattività tal-valur tas-CO2 ta' monitoraġġ
Mis-sena kalendarja 2020, kull sena l-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rappreżentattività tal-valuri medji tas-CO2 ta' monitoraġġ irrapportati mill-manifattur tal-vettura bażi meta mqabbla mal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-vetturi kompletati rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti u għandha tgħarraf lill-manifattur tal-vettura bażi dwar il-valutazzjoni tagħha.
Meta dik il-valutazzjoni turi diverġenza b'4 % jew aktar bejn il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-vetturi kompletati kollha u l-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 ta' monitoraġġ tal-vetturi bażi relatati kollha ta' manifattur għal sentejn kalendarji suċċessivi, il-Kummissjoni għandha tuża l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-vetturi kompletati fis-sena kalendarja sussegwenti biex tikkalkola l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-manifattur tal-vettura bażi jew il-konsorzju f'dik is-sena. Fil-każ ta' diverġenzi kontinwi, dak il-kalkolu għandu jiġi ripetut kull tliet snin.
1c. Rappurtar tad-data mill-manifatturi tal-vetturi bażi
Il-manifatturi tal-vetturi bażi, għal kull vettura bażi kompletata jew mhux kompletata mressqa għal approvazzjoni b'diversi stadji u mibjugħa minnhom fis-sena kalendarja preċedenti fl-Unjoni, għandhom jirrapportaw id-data li ġejja lill-Kummissjoni sat-28 ta' Frar kull sena:
(a) in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura;
(b) l-identifikatur tal-familja ta' interpolazzjoni;
(c) l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-vettura bażi;
(d) l-erja ta' quddiem (speċifika l-alternattiva applikabbli);
(e) ir-reżistenza għad-dawrien tal-vettura bażi;
(f) il-massa ta' monitoraġġ;
(g) il-massa f'kundizzjoni ta' sewqan tal-vettura bażi;
(h) il-massa rappreżentattiva tat-tagħbija tal-vettura kif definita fil-punt 1a.1 ta' dan l-Anness.
2. |
►M6 Id-dettalji msemmija fil-punt 1 għandhom jittieħdu miċ-ċertifikat ta' konformità jew ikunu konsistenti maċ-ċertifikat ta' konformità maħruġ mill-manifattur tal-vettura kummerċjali ħafifa rilevanti. Id-dettalji l-oħra għandhom jittieħdu mid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip jew mill-informazzjoni rrapportata mill-manifattur tal-vettura bażi skont il-punt 1c. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw preċiżjoni adegwata fil-proċedura ta' monitoraġġ. Meta ċ-ċertifikat ta' konformità jispeċifika kemm il-massa minima kif ukoll dik massima għal vettura kummerċjali ħafifa, l-Istati Membri għandhom jużaw iċ-ċifra massima biss għall-fini ta' dan ir-Regolament. Fil-każ ta' vetturi li jaħdmu b'żewġ tipi ta' fjuwil (petrol/gass) li ċ-ċertifikati ta' konformità tagħhom ikollhom ċifri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO2 għaż-żewġ tipi ta' fjuwil, l-Istati Membri għandhom jużaw iċ-ċifra mkejla għall-gass biss. ◄ |
3. |
Għal kull sena kalendarja, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu: (a) is-sorsi użati għall-ġbir tad-dejta ddettaljata msemmija fil-punt 1; (b) l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE; (c) l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip b'diversi stadji, fejn disponibbli (d) l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda approvati individwalment; (e) l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda approvati f'serje żgħira f'livell nazzjonali. |
B. Metodoloġija għad-determinazzjoni tal-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda
L-informazzjoni dwar il-monitoraġġ li l-Istati Membri huma meħtieġa iddeterminaw skont il-punt 1 u 3 tal-Parti A ta' dan l-Anness għandha tiġi ddeterminata f'konformità mal-metodoloġija f'din il-Parti.
1. L-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fit-territorju tagħhom fis-sena ta' monitoraġġ rispettiva, u għandha ssir distinzjoni bejn il-vetturi soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE, dawk approvati individwalment u dawk approvati f'serje żgħira f'livell nazzjonali u, fejn disponibbli, għandhom jiddeterminaw l-għadd ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji.
▼M1 —————
▼M3 —————
▼M1 —————
7. Vetturi kkompletati
Fil-każ ta’ vetturi mibnija f’diversi stadji, l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ vetturi kkompletati għandhom jiġu allokati lill-manifattur tal-vettura ta’ bażi.
Sabiex ikun żgurat li ċ-ċifri tal-emissjonijiet ta’ CO2, tal-effiċjenza tal-karburant u tal-massa tal-vetturi kkompletati jkunu rappreżentattivi, bla ma jitqiegħed piż eċċessiv fuq il-manifattur tal-vetttura ta’ bażi, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proċedura ta’ monitoraġġ speċifiku u għandha teżamina l-leġislazzjoni rilevanti dwar l-approvazzjoni tat-tip u tagħmel l-emendi meħtieġa sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011.
Meta tiddefinixxi proċedura bħal din, il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, għandha tiddetermina kif jiġu mmonitorjati l-valuri tal-massa u tas-CO2, abbażi ta’ tabella ta’ valuri ta’ CO2 li jikkorrispondu għal klassijiet differenti ta’ piż tal-inerzja finali jew abbażi ta’ valur wieħed ta’ CO2 derivat mill-massa tal-vettura ta’ bażi u massa speċifika miżjuda differenzjata mill-klassi N1. Fl-aħħar każ, din il-massa tittieħed ukoll għall-parti C ta’ dan l-Anness.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li l-manifattur tal-vettura ta’ bażi jkollu aċċess f’waqtu għall-massa u għall-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-vettura kkompletata.
Minkejja li għall-Parti C ta' dan l-Anness għandha tintuża l-massa miżjuda prestabbilta, meta l-valur ta' dik il-massa ma jkunx jista' jiġi ddeterminat, il-massa fi stat operattiv tal-vettura kompluta tista' tintuża għall-kalkolu provviżorju tal-mira ta' emissjonijiet speċifika msemmija fl-Artikolu 8(4).
Fejn il-vettura ta' bażi tkun vettura sħiħa, il-massa fi stat operattiv ta' dik il-vettura għandha tintuża għall-kalkolu tal-mira ta' emissjonijiet speċifika. Madankollu, fejn il-valur ta' dik il-massa ma jistax jiġi ddeterminat, il-massa fi stat operattiv tal-vettura kompluta tista' tintuża għall-kalkolu provviżorju tal-mira ta' emissjonijiet speċifika.
C. Il-formats għat-trażmissjoni tad-dejta
Għal kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni speċifikata fil-punti 1 u 3 tal-Parti A fil-format li ġej:
Taqsima 1 — Dejta aggregata dwar il-monitoraġġ
Stat Membru (1): |
|
Sena |
|
Sors tad-dejta |
|
L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE |
|
L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda approvati individwalment |
|
L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda approvati f'serje żgħira f'livell nazzjonali |
|
L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip b'diversi stadji (fejn disponibbli) |
|
(1) Il-kodiċijiet tal-alfa-2 mogħtija fl-istandard tal-ISO bin-numru 3166, ħlief għall-Greċja u r-Renju Unit, li għalihom għandhom jintużaw il-kodiċijiet “EL” u “UK” rispettivament. |
Taqsima 2 — Dejta ddettaljata dwar il-monitoraġġ — reġistrazzjoni ta' vettura waħda
Referenza għat-Taqsima 1.1 tal-Parti A |
Dejta ddettaljata għal kull vettura rreġistrata (1) |
(a) |
Id-denominazzjoni standard tal-UE tal-isem tal-manifattur (2) |
Id-dikjarazzjoni OEM tal-isem tal-manifattur VETTURA SĦIĦA/VETTURA TA' BAŻI (3) |
|
Id-dikjarazzjoni OEM tal-isem tal-manifattur VETTURA KOMPLUTA (3) |
|
Isem il-manifattur fir-reġistru tal-Istat Membru (2) |
|
(b) |
In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu |
(c) |
It-tip |
Il-varjant |
|
Il-verżjoni |
|
(d) |
L-għamla |
(e) |
Il-kategorija tal-vettur bl-approvazzjoni tat-tip |
(f) |
Il-kategorija tal-vettura rreġistrata |
(g) |
Emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 (ikkombinati) Valur tal-NEDC |
Emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 (ikkombinati) Valur tad-WLTP (mill-2018 'il quddiem) |
|
(h) |
Il-massa fi stat operattiv VETTURA TA' BAŻI |
Il-massa fi stat operattiv VETTURA KOMPLUTA/VETTURA SĦIĦA |
|
(i) (4) |
Il-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli |
(j) |
Id-distanza bejn il-fusien |
Il-wisa' tal-fus tal-istering (Fus 1) |
|
Il-wisa' tal-fus -ieħor (Fus 2) |
|
(k) |
It-tip ta' fjuwil |
Il-modalità tal-fjuwil |
|
(l) |
Il-kapaċità tal-magna (cm3) |
(m) |
Il-konsum tal-enerġija elettrika (Wh/km) |
(n) |
Il-kodiċi tal-innovazzjoni ekoloġika/tal-innovazzjonijiet ekoloġiċi |
Total tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' CO2 NEDC minħabba l-ekoinnovazzjoni(jiet). |
|
Total tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' CO2 WLTP minħabba l-ekoinnovazzjoni(jiet) (mill-2018 'il quddiem) |
|
(o) |
In-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura |
(p) |
Massa tat-test tad-WLTP |
(q) |
Fattur tad-devjazzjoni De (fejn disponibbli) |
Fattur ta' verifika (fejn disponibbli) |
|
(r) |
Numru ta' identifikazzjoni tal-familja tal-vettura |
Il-punt 2.17.2. tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE (5) |
Il-massa miżjuda prestabbilita (fejn applikabbli fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji) |
(1) Meta, fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji, ma tkunx tista' tiġi pprovduta dejta għall-vettura ta' bażi, l-Istat Membru għandu minn tal-inqas jipprovdi d-dejta speċifikata f'dan il-format għall-vettura kompluta. ►M5 Fejn in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura ma jistax jiġi pprovdut, id-dejta ddettaljata kollha għandha tiġi pprovduta għall-vettura sħiħa, għall-vettura kompluta kif ukoll għall-vettura ta' bażi skont il-punti (a), (b) u (c) tal-punt 1.2 tal-Parti A ta' dan l-Anness. ◄ (2) Fil-każ ta' approvazzjonijiet f'serje żgħira f'livell nazzjonali (NSS) jew l-approvazzjonijiet individwali (IVA), l-isem tal-manifattur għandu jiġi pprovdut fil-kolonna “Isem il-manifattur fir-reġistru tal-Istat Membru” filwaqt li fil-kolonna “Id-denominazzjoni standard tal-UE tal-isem tal-manifattur” għandha tiġi indikata waħda minn dawn li ġejjin “AA-NSS” jew “AA-IVA” skont il-każ. (3) Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji indika l-manifattur tal-vettura ta' bażi (mhux sħiħa/sħiħa). Jekk il-manifattur tal-vettura ta' bażi ma jkunx disponibbli indika biss il-manifattur tal-vettura kompluta. (4) Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji indika l-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli tal-vettura ta' bażi. (5) Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji, il-massa fi stat operattiv u l-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli tal-vettura ta' bażi jistgħu jiġu sostitwiti mill-massa miżjuda prestabbilta speċifikata fl-informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip skont il-punt 2.17.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE. |
( 1 ) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
( 2 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
( 3 ) ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.
( 4 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1)
( 5 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu ddeterminati l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessal-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju fir-rigward ta' vetturi kummerċjali ħfief u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 644).