2011R0165 — MT — 25.10.2012 — 001.002
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 165/2011 tat-22 ta’ Frar 2011 (ĠU L 048, 23.2.2011, p.11) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 976/2012 tat-23 ta’ Ottubru 2012 |
L 294 |
3 |
24.10.2012 |
|
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 165/2011
tat-22 ta’ Frar 2011
li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tal-kavalli allokati lil Spanja għall-2011 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed fl-2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 ( 1 ), u b’mod partikulari l-Artikolu 105(1) u (2) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Il-kwota tas-sajd għall-kavalli fiż-żona VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.1 kienet allokata lil Spanja bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 ( 2 ) għall-2010 u bir-Regolament (UE) Nru 57/2011 għall-2011 ( 3 ). |
|
(2) |
Il-kwota tas-sajd għall-kavalli għall-2010 tnaqqset wara iskambji li saru minn Spanja ma' Franza u l-Portugall, skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] ( 4 ). |
|
(3) |
Il-Kummissjoni sabet li kien hemm inkonsistenzi fid-dejta Spanjola dwar is-sajd tal-kavalli fl-2010 billi għamlet kontroverifika ta' din id-dejta hekk kif din ġiet irreġistrata u rrapurtata fi stadji differenti fil-katina tal-valur mill-qbid sal-ewwel bejgħ. Dawn l-inkonsistenzi ġew ikkorroborati iktar permezz tat-twettiq ta' diversi verifiki, missjonijiet ta' verifika u spezzjonijiet fi Spanja skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009. L-evidenza miġbura matul l-investigazzjoni tippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi li dan l-Istat Membru qabeż il-kwota tiegħu tal-kavalli fis-sena 2010 b'19 621 tunnellata. |
|
(4) |
Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbilixxiet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd tal-futur ta’ dak l-Istat Membru. |
|
(5) |
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jgħid li t-tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għandu jsir fis-sena jew fis-snin ta’ wara billi jiġu applikati ċerti fatturi ta’ multiplikazzjoni mogħtija f’dak il-paragrafu. |
|
(6) |
It-tnaqqis li japplika għas-sajd żejjed fl-2010 huwa ogħla mill-kwota allokata lil Spanja għall-2011 għall-istokk ikkonċernat. |
|
(7) |
L-istokk tal-kavalli inkwistjoni bħalissa jinsab f'limiti bijoloġiċi sikuri u l-parir xjentifiku jindika li x'aktarx jibqa' hekk fil-futur prevedibbli. L-applikazzjoni bis-sħiħ u minnufih tat-tnaqqis mill-kwoti tal-kavalli għal Spanja għall-2011 iwassal biex dan is-sajd jingħalaq kompletament għall-2011. Fiċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' dan il-każ, l-għeluq għalkollox x'aktarx se jinvolvi riskji serji ta' konsegwenzi soċjoekonomiċi sproporzjonati kemm fis-settur tas-sajd ikkonċernat kif ukoll fl-industrija tal-ipproċessar assoċjata miegħu. Biex wieħed iżomm bilanċ u b'kunsiderazzjoni tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd, huwa meqjus li jkun xieraq li f'dan il-każ partikolari, it-tnaqqis meħtieġ biex ipatti għall-ammont ta' sajd żejjed, isir fuq perjodu ta' 5 snin, mill-2011 sal-2015 u, jekk ikun meħtieġ, li l-bqija tat-tnaqqis isir mill-kwota tal-kavalli allokati fis-snin li jiġu eżatt wara. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwota tas-sajd għall-kavalli (Scomber scombrus) fiż-żona VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.1 li kienu allokati lil Spanja bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 fl-2011 għandha titnaqqas kif jidher fl-Anness.
Artikolu 2
Il-kwota tas-sajd għall-kavalli (Scomber scombrus) fiż-żona VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.1 li tista’ tiġi allokata lil Spanja fis-snin bejn l-2012 u l-2015 u, fejn xieraq, il-kwota tas-sajd għall-istess stokk li tista' tiġi allokaat lil Spanja fis-snin sussegwenti għandha titnaqqas kif jidher fl-Anness.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Stokk |
Kwota Inizjali għall-2010 (1) |
Kwota adattata għall-2010 |
Qabdiet stabbiliti għall-2010 |
Differenza fil-kwota tal-qabdiet (sajd żejjed) |
►C1 Fattur ta’ multiplikazzjoni tal-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (sajd żejjed × 2) ◄ |
Tnaqqis għall-2011 |
Tnaqqis għall-2012 |
Tnaqqis għall-2013 |
Tnaqqis għall-2014 |
Tnaqqis għall-2015 u, fejn xieraq, għas-snin sussegwenti |
|
MAC/8C3411 |
27 919 |
24 604 |
44 225 |
–19 621 (79,7 % tal-kwota għall-2010) |
–39 242 |
7 744 |
5 500 |
8 126 |
8 125 |
9 747 |
|
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 53/2010. |
||||||||||
( 1 ) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
( 2 ) ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.
( 3 ) ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.
( 4 ) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.