2011L0096 — MT — 17.02.2015 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2011/96/UE

tat-30 ta’ Novembru 2011

dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal- kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti

(riformulazzjoni)

(ĠU L 345, 29.12.2011, p.8)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/13/UE tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 141

30

28.5.2013

►M2

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2014/86/UE tat-8 ta' Lulju 2014

  L 219

40

25.7.2014

►M3

DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2015/121 tas-27 ta' Jannar 2015

  L 21

1

28.1.2015




▼B

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2011/96/UE

tat-30 ta’ Novembru 2011

dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal- kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti

(riformulazzjoni)



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 115 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagћat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),

Filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti ( 3 ) ġiet emendata kemm-il darba b’mod sostanzjali ( 4 ). Peress li jridu jsiru iżjed emendi, hija għandha tiġi rriformulata għal iktar ċarezza.

(2)

Fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Mejju 2008 fil-Kawża C-133/06 ( 5 ), huwa kkunsidrat meħtieġ li jsir abbozzar mill-ġdid tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 90/435/KEE, għall-fini li jiġi ċċarat li r-regoli msemmija fih huma adottati mill-Kunsill filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura prevista fit-Trattat. Huwa barra minn hekk xieraq li jiġu aġġornati l-Annessi ta’ din id-Direttiva.

(3)

Il-għan tad-Direttiva 90/435/KE huwa li jiġu eżentati d-dividendi u t-tqassim ta’ profitti oħra mħallsa mill-kumpanniji sussidjarji lill-kumpanniji prinċipali tagħhom mit-taxxi fuq l-interessi u sabiex tiġi eliminata t-taxxa doppja fuq dan id-dħul fil-livell tal-kumpannija prinċipali.

(4)

Ir-raggruppament tal-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti jista’ jkun meħtieġ sabiex jinħolqu ġewwa l-Unjoni kondizzjonijiet analogi għal dawk ta’ suq intern u sabiex b’hekk jiġi żgurat it-tħaddim effettiv ta’ suq intern ta’ dan it-tip. Dawn il-ħidmiet ma għandhomx jiġu mfixkla bir-restrizzjonijiiet, l-iżvantaġġi jew it-tagħwiġ li jinħolqu b’mod partikolari mid-dispożizzjonijiet tat-taxxi tal-Istati Membri. Huwa għalhekk meħtieġ li, rigward dan ir-raggruppament ta’ kumpanniji fl-Istati Membri differenti, jiġu previsti regoli tat-taxxa li jkunu newtrali mill-lat tal-kompetizzjoni, sabiex l-intrapriżi jitħallew jaddattaw lilhom infushom għall-ħtiġiet tas-suq intern, sabiex iżidu l-produttività tagħhom u sabiex itejbu s-saħħa kompetittiva tagħhom fil-livell internazzjonali.

(5)

Dan ir-raggruppament jista’ jirriżulta fil-formazzjoni ta’ gruppi ta’ kumpanniji prinċipali u ta’ sussidjarji.

(6)

Qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 90/435/KEE id-dispożizzjonijiet tat-taxxa li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il-kumpanniji prinċipali u dawk sussidjarji fl-Istati Membri differenti kienu jvarjaw b’mod apprezzabbli minn Stat Membru għall-ieħor u kienu ġeneralment inqas vantaġġużi minn dawk applikabbli għall-kumpanniji prinċipali u s-sussidjari fl-istess Stat Membru. Il-kooperazzjoni bejn il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti kienet b’hekk żvantaġġata meta mqabbla mal-kooperazzjoni bejn il-kumpanniji fl-istess Stat Membru. Kien meħtieġ li jiġi eliminat dak l-iżvantaġġ bid-dħul ta’ sistema komuni sabiex tiffaċilita r-raggruppament tal-kumpanniji fil-livell Komunitarju.

(7)

Meta, bis-saħħa tal-assoċjazzjoni tagħha mal-kumpannija sussidjarja tagħha, il-kumpannija prinċipali tirċievi profitti mqassma, l-Istat Membru tal-kumpannija prinċipali jrid jew jibqa’ lura milli jintaxxa dan il-qligħ, jew jintaxxa dan il-qligħ filwaqt li jawtorizza lill-kumpannija prinċipali li tnaqqas mill-ammont tat-taxxa mistħoqqa dak il-frazzjon tat-taxxa fuq il-korporazzjoni mħallas mill-kumpannija sussidjarja li jkollha x’taqsam ma’ dan il-qligħ.

(8)

Huwa barra minn hekk meħieġ, sabiex tiġi żgurata n-newtralità fiskali, li l-qligħ li kumpannija sussidjarja tqassam lill-kumpannija prinċipali tagħha jiġu eżentati mit-taxxa fuq l-interessi.

(9)

Il-ħlas tad-distribuzzjonijiet tal-qligħ lil stabbiliment permanenti ta’ kumpannija prinċipali u l-irċevuta tagħhom minnha għandhom joħolqu l-istess trattament bħal dak li japplika bejn sussidjarja u l-kumpannija prinċipali tagħha. Dan għandu jinkludi s-sitwazzjoni meta kumpannija prinċipali u s-sussidjarja tagħha jkunu fl-istess Stat Membru u l-istabbiliment pemanenti jkun fi Stat Membru ieħor. Mill-banda l-oħra, jidher li s-sitwazzjonijiet meta l-istabbilment permanenti u s-sussidjarja jkunu fl-istess Stat Membru jistgħu jiġu ttrattati, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-prinċipji tat-Trattat, fuq il-bażi tal-leġislazzjoni nazzjonali mill-Istat Membru kkonċernat.

(10)

Fejn jidħol it-trattament tal-istabbilimenti permanenti, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet u l-istrumenti legali sabiex jipproteġu d-dħul mit-taxxa nazzjonali u jiġi evitat it-tidwir tal-liġijiet nazzjonali, skont il-prinċipji tat-Trattat u filwaqt li jitqiesu r-regoli tat-taxxa aċċettati internazzjonalment.

(11)

Meta l-gruppi tal-kumpannija jiġu organizzati fi ktajjen ta’ kumpanniji u l-qligħ jitqassam permezz tal-katina tas-sussidjarji tal-kumpannija prinċipali, għandha tiġi eliminata t-tassazzjoni doppja jew b’eżenzjoni jew bi kreditu tat-taxxa. Fil-każ ta’ kreditu tat-taxxa, il-kumpannija prinċipali għandha tkun kapaċi li tnaqqas kull taxxa mħallsa minn kull waħda mis-sussidjarji fil-katina sakemm jiġu sodisfatti l-ħtiġiet iddikjarati f’din id-Direttiva.

(12)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fil-Parti B tal-Anness II,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

1.  Kull Stat Membru għandu japplika din id-Direttiva:

(a) għat-tqassim tal-qligħ irċevut mill-kumpanniji ta’ dak l-Istat Membru li jkun ġej mis-sussidjarji fi Stati Membri oħra;

(b) għat-tqassim tal-qligħ mill-kumpanniji ta’ dak l-Istat Membru lill-kumpanniji fi Stati Membri oħra li tagħhom huma sussidjarji;

(c) għad-distribuzzjonijiet tal-qligħ irċevut minn stabbilimenti permanenti li jinsabu f’dak l-Istat Membru tal-kumpanniji ta’ Stati Membri oħra li jiġu mis-sussidjarji tagħhom ta’ Stat Membru ieħor għajr dak fejn jinsab l-istabbiliment permanenti;

(d) għad-distribuzzjonijiet tal-qligħ minn kumpanniji ta’ dak l-Istat Membru lil stabbilimenti permanenti fi Stat Membru ieħor ta’ kumpanniji tal-istess Stat Membru li tagħhom huma sussidjarji.

▼M3

2.  L-Istati Membri ma għandhomx jagħtu l-benefiċċji ta' din id-Direttiva lil arranġament jew sensiela ta' arranġamenti li, peress li jkunu ġew attwati għall-iskop ewlieni jew għal wieħed mill-iskopijiet ewlenin li jinkiseb vantaġġ tat-taxxa li jmur kontra l-objettiv jew l-iskop ta' din id-Direttiva, ma jkunux ġenwini fid-dawl tal-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha.

Arranġament jista' jinkludi aktar minn pass wieħed jew parti waħda.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 2, arranġament jew sensiela ta' arranġamenti għandhom jitqiesu bħala mhux ġenwini sa fejn ma jsirux għal raġunijiet kummerċjali validi li jirriflettu r-realtà ekonomika.

4.  Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet domestiċi jew ibbażati fuq ftehimiet li jkunu meħtieġa għall-prevenzjoni tal-evażjoni tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa jew l-abbuż.

▼B

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “kumpannija ta’ Stat Membru” tfisser kull kumpannija li:

(i) tieħu waħda mill-għamliet elenkati fl-Anness I, Parti A,

(ii) skont il-liġijiet tat-taxxa ta’ Stat Membru hija kkunsidrata bħala residenti f’dan l-Istat Membru għall-għanijiet tat-taxxa u, skont it-termini ta’ ftehim dwar it-taxxa doppja konkluż ma’ Stat terz, ma tkunx ikkunsidrata bħala residenti barra mill-Unjonigħall-għanijiet tat-taxxa,

(iii) barra minn hekk, tkun suġġetta għal waħda mit-taxxi elenkati fl-Anness I, Parti B, mingħajr il-possibbilità ta’ għażla jew li tiġi eżentata minnhom, jew li tkun suġġetta għal kwalunkwe taxxa oħra li tista’ tibdel kwalunkwe waħda minn dawk it-taxxi;

(b) “stabbiliment permanenti” tfisser post fiss tan-negozju li jinsab fi Stat Membru li minnu n-neġozju ta’ kumpannija ta’ Stat Membru ieħor jseħħ kompletament jew parzjalment safejn il-qligħ ta’ dak il-post ta’ negozju jkun suġġett għat-taxxa fl-Istat Membru li fih jinsab permezz ta’ trattat bilaterali dwar it-taxxa rilevanti jew, fin-nuqqas ta’ trattat bħal dan, permezz tal-liġi nazzjonali.

Artikolu 3

1.  Għall-għanijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva:

(a) l-istatus ta’ kumpannija prinċipali għandu jingħata:

(i) għall-inqas lil kumpannija ta’ Stat Membru li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u li jkollha investiment minimu ta’ 10 % fil-kapital ta’ kumpannija ta’ Stat Membru ieħor li jissodisfa l-istess kondizzjonijiet,

(ii) taħt l-istess kondizzonijiet, lil kumpannija ta’ Stat Membru li jkollha investiment minimu ta’ 10 % fil-kapital ta’ kumpannija tal-istess Stat Membru, miżmum kollu jew parti minnu minn stabbiliment permanenti tal-ewwel kumpannija li tinsab fi Stat Membru ieħor;

(b) “sussidjarja” tfisser kumpannija li għandha kapital li jinkludi l-investiment imsemmi fil-punt (a).

2.  Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandu jkollhom il-għażla li:

(a) jibdlu, permezz ta’ ftehim bilaterali, il-kriterju taż-żamma ta’ investiment fil-kapital bil-kriterju ta’ żamma ta’ investiment bid-drittijiet għall-vot;

(b) li ma japplikawx din id-Direttiva għall-kumpanniji ta’ dak l-Istat Membru, li ma jżommux għal perijodu ta’ żmien mhux interrott ta’ mill-inqas sentejn ishma li jikkwalifikawhom bħala kumpanniji prinċipali, jew għal dawk mill-kumpanniji tagħhom li fihom kumpannija ta’ Stat Membru ieħor ma żżommx ishma minn dawn għal-perijodu ta’ żmien mhux interrott ta’ mill-inqas sentejn.

Artikolu 4

1.  Meta kumpannija prinċipali jew l-istabbiliment permanenti tagħha jirċievu qligħ imqassam bis-saħħa tal-assoċjazzjoni tal-kumpannija prinċipali mas-sussidjarja tagħha, l-Istat Membru tal-kumpannija prinċipali u l-Istat Membru tal-istabbiliment permanenti tagħha għandhom, għajr meta s-sussidjarja tiġi llikwidata, jew:

▼M2

(a) ma jintaxxawx tali profitti sal-punt li tali profitti ma jkunux deduċibbli mis-sussidjarja, u jintaxxaw tali profitti sal-punt li tali profitti jkunu deduċibbli mis-sussidjarja; jew

▼B

(b) jintaxxaw dan il-qligħ filwaqt li jawtorizzaw lill-kumpannija prinċipali u lill-istabbiliment permanenti li jnaqqsu mill-ammont mistħoqq tat-taxxa dak il-frazzjon tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet li jkollu x’jaqsam ma’ dan il-qligħ u mħallas mis-sussidjarja u minn kull sussidjara fi skala iktar baxxa, suġġett għall-kondizzjoni illi f’kull skala kumpannija u s-sussidjara tal-iskala iktar baxxa tagħha jaqgħu taħt id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u jissodisfaw il-ħtiġiet previsti fl-Artikolu 3, sal-limitu tal-ammont tat-taxxa mistħoqqa korrispondenti.

2.  Xejn f’din id-Direttiva ma għandu jipprevjeni lill-Istat Membru tal-kumpannija prinċipali milli jikkunsidra sussidjarja li tkun transparenti fiskalment fuq il-bażi tal-evalwazzjoni ta’ dak l-Istat Membru tal-karatteristiċi legali ta’ din is-sussidjarja li jirriżultaw mil-liġi li fuqha tkun ikkostitwita u għalhekk mit-tassazzjoni tal-kumpannija prinċipali fuq l-investiment tagħha tal-qligħ tas-sussidjarja tagħha kif u meta jirriżulta dan il-qligħ. f’dan il-każ, l-Istat Membru tal-kumpannija prinċipali għandu jibqa lura milli jintaxxa l-qligħ imqassam tas-sussidjarja.

Meta jkun qiegħed jiġi evalwat is-sehem tal-qligħ tas-sussidjarja tiegħu hekk kif jinħoloq, l-Istat Membru tal-kumpannija prinċipali għandu jew jeżenta dan il-qligħ jew jawtorizza lill-kumpannija prinċipali sabiex tnaqqas mill-ammont tat-taxxa mistħoqqa dak il-frazzjon tat-taxxa tal-korporazzjoni li għandu x’jaqsam mas-sehem tal-qligħ u mħallas mis-sussidjarja tagħha u kull sussidjara ta’ livell iktar baxx, suġġett għall-kondizzjoni li f’kull livell kumpannija sussidjarja u s-sussidjarja tagħha ta’ livell iktar baxx jaqgħu fid-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u jissodisfaw il-ħtiġiet previsti fl-Artikoli 3, sal-limitu tal-ammont tat-taxxa korrispondenti mistħoqqa.

3.  Kull Stat Membru għandu jżomm l-għażla li jipprovdi li kull spiża li jkollha x’taqsam mal-investiment u kull telf li jirriżulta mit-tqassim tal-qligħ tal-kumpannija sussidjarja ma jistgħux jitnaqqsu mill-qligħ taxxabbli tal-kumpannija prinċipali.

Meta l-ispejjeż tal-ġestjoni li jkollhom x’jaqsmu mal-investiment f’dan il-każ jiġu stabbiliti bħala rata fissa, l-ammont stabbilit ma jistax jaqbeż il 5 % tal-qligħ mqassam mill-kumpannija sussidjarja.

4.  Il-paragrafi 1, u 2 għandhom japplikaw sad-data tad-dħul fis-seħħ effettiv ta’ sistema komuni ta’ tassazzjoni tal-kumpanniji.

5.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi unanimament skont proċedura leġislattiva speċjali u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu, meta jkun xieraq, jadotta r-regoli li japplikaw mid-data tad- dħul fis-seħħ effettiv ta’ sistema komuni ta’ tassazzjoni tal-kumpanniji.

Artikolu 5

Il-qligħ li sussidjarja tqassam lill-kumpannija prinċipali tagħha għandhom ikunu eżentati mit-taxxa fuq l-interessi.

Artikolu 6

L-Istati Membri ta’ kumpannija prinċipali ma jistgħux jordnaw il-ħlas tat-taxxa fuq l-interessi fuq il-qligħ li kumpannija bħal din tirċievi minn kumpannija sussidjarja.

Artikolu 7

1.  L-espressjoni “taxxa fuq l-interessi” kif użata f’din id-Direttiva ma għandhiex tkopri ħlas minn qabel jew ħlas bil-quddiem (précompte) tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet lill-Istat Membru tas-sussidjarja li ssir b’rabta ma’ tqassim tal-qligħ lill-kumpannija prinċipali tagħha.

2.  Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali jew imsejsa fuq ftehim imfassla bil-ħsieb li jeliminaw jew inaqqsu t-taxxa doppja ekonomika fuq id-dividendi, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-ħlas ta’ krediti tat-taxxa lir-riċevituri ta’ dividendi.

Artikolu 8

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mit-18 ta’ Jannar 2012. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandu jkun fihom referenza għad-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif isiru tali referenzi għandha tkun stabbilita mill-UIstati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva flimkien ma’ tabella ta’ korrelazzjoni bejniethom u din id-Direttiva.

Artikolu 9

Id-Direttiva 90/435/KEE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness II, Parti A, hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 10

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

PARTI A

Lista ta’ kumpanniji msemmija fl-Artikolu 2(a)(i)

(a) kumpanniji inkorporati staħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta’ kumpannija Ewropea (SE) ( 6 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta’ Ottubru 2001 li tissuplimenta l-Istatut għal kumpannija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema ( 7 ) u soċjetajiet kooperattivi inkorporati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) ( 8 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissuplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati ( 9 ),

(b) kumpanniji taħt il-liġi Belġjana magħrufa bħala “société anonyme”/“naamloze vennootschap”, “société en commandite par actions”/“commanditaire vennootschap op aandelen”, “société privée à responsabilité limitée”/“besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “société coopérative à responsabilité limitée”/“coöperatieve vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “société coopérative à responsabilité illimitée”/“coöperatieve vennootschap met onbeperkte aansprakelijkheid”, “société en nom collectif”/“vennootschap onder firma”, “société en commandite simple”/“gewone commanditaire vennootschap”, impriżi pubbliċi li adottaw waħda mill-forom legali hawn fuq imsemmija, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Belġjana suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji Belġjana,

(c) kumpanniji taħt il-liġi Bulgara magħrufa bħala: “събирателно дружество”, “командитно дружество”, “дружество с ограничена отговорност”, “акционерно дружество”, “командитно дружество с акции”, “неперсонифицирано дружество”, “кооперации”, “кооперативни съюзи”, “държавни предприятия”, kostitwiti taħt il-liġi Bulgara u li jwettqu attivitajiet kummerċjali,

(d) kumpanniji taħt il-liġi Ċeka magħrufa bħala: “akciová společnost”, “společnost s ručením omezeným”,

(e) kumpanniji taħt il-liġi Daniża magħrufa bħala “aktieselskab” u “anpartsselskab”. Kumpanniji oħra suġġetti għat-taxxa skont l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji, safejn id-dħul taxxabbli tagħhom jiġi kkalkulat u ntaxxat skont ir-regoli ġenerali dwar il-legislazzjoni tat-taxxa applikabbli għal “aktieselskaber”,

(f) kumpanniji taħt il-liġi Ġermaniża magħrufa bħala “Aktiengesellschaft”, “Kommanditgesellschaft auf Aktien”, “Gesellschaft mit beschränkter Haftung”, “Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit”, “Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaft”, “Betriebe gewerblicher Art von juristischen Personen des öffentlichen Rechts”, u kumpanniji oħra kkostitwiti taħt il-liġi Ġermaniza suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji Ġermaniża,

(g) kumpanniji taħt il-liġi Estonjana magħrufa bħala: “täisühing”, “usaldusühing”, “osaühing”, “aktsiaselts”, “tulundusühistu”,

(h) kumpanniji inkorporati jew eżistenti taħt il-liġi Irlandiża, korpi rreġistrati taħt l-“Industrial and Provident Societies Act”, soċjetajiet ta’ kostruzzjoni inkorporati taħt il- “Building Societies Acts” u t-“trustee savings banks” skont it-tifsira fil-“Trustee Savings Banks Act, 1989”,

(i) kumpanniji taħt il-liġi Griega magħrufa bħala “ανώνυμη εταιρεία”,·“εταιρεία περιορισμένης ευθύνης (Ε.Π.Ε.)” u kumpanniji oħra kostitwiti skont il-liġi Griega suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji Griega,

(j) kumpanniji taħt il-liġi Spanjola magħrufa bħala: “sociedad anónima”, “sociedad comanditaria por acciones”, “sociedad de responsabilidad limitada”, korpi suġġetti għal-liġi pubblika li joperaw taħt il-liġi privata. Entitajiet oħra kostitwiti taħt il-liġi Spanjola suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji Spanjola (“Impuesto sobre Sociedades”),

(k) kumpanniji taħt il-liġi Franċiża magħrufa bħala “société anonyme”, “société en commandite par actions”, “société à responsabilité limitée”, “sociétés par actions simplifiées”, “sociétés d'assurances mutuelles”, “caisses d'épargne et de prévoyance”, “sociétés civiles” li huma suġġetti awtomatikament għat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet, “coopératives”, “unions de coopératives”, stabbilimenti u impriżi pubbliċi industrijali u kummerċjali, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Franċiża suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji Franċiża,

(l) kumpanniji taħt il-liġi Taljana magħrufa bħala “società per azioni”, “società in accomandita per azioni”, “società a responsabilità limitata”, “società cooperative”, “società di mutua assicurazione”, u entitajiet pubbliċi u privati li l-attività tagħhom hija kompletament jew parzjalment kummerċjali,

(m) taħt il-liġi Ċiprijotta: “εταιρείες” kif definit fil-liġijiet dwar it-Taxxa fuq id-Dħul,

(n) kumpanniji taħt il-liġi Latvjana magħrufa bħala: “akciju sabiedrība”, “sabiedrība ar ierobežotu atbildību”,

(o) kumpanniji inkorporati taħt il-liġi Litwana,

(p) kumpanniji taħt il-liġi tal-Lussemburgu magħrufa bħala “société anonyme”, “société en commandite par actions”, “société à responsabilité limitée”, “société coopérative”, “société coopérative organisée comme une société anonyme”, “association d'assurances mutuelles”, “association d'épargne-pension”, “entreprise de nature commerciale, industrielle ou minière de l'Etat, des communes, des syndicats de communes, des établissements publics et des autres personnes morales de droit public”, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi tal-Lussemburgu suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji tal-Lussemburgu,

(q) kumpanniji taħt il-liġi Ungeriża magħrufa bħala: “közkereseti társaság”, “betéti társaság”, “közös vállalat”, “korlátolt felelősségű társaság”, “részvénytársaság”, “egyesülés”, “szövetkezet”,

(r) kumpanniji taħt il-liġi Maltija magħrufa bħala: “Kumpaniji ta’ Responsabilità Limitata”, “Soċjetajiet en commandite li l-kapital tagħhom maqsum f'azzjonijiet”,

(s) kumpanniji taħt il-liġi Olandiża magħrufa bħala “naamloze vennootschap”, “besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “Open commanditaire vennootschap”, “Coöperatie”, “onderlinge waarborgmaatschappij”, “Fonds voor gemene rekening”, “vereniging op coöperatieve grondslag”, “vereniging welke op onderlinge grondslag als verzekeraar of kredietinstelling optreedt”, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Olandiża suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji Olandiża,

(t) kumpanniji taħt il-liġi Awstrijaka magħrufa bħala “Aktiengesellschaft”, “Gesellschaft mit beschränkter Haftung”, “Versicherungsvereine auf Gegenseitigkeit”, “Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaften”, “Betriebe gewerblicher Art von Körperschaften des öffentlichen Rechts”, “Sparkassen”, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Awstrijaka suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji Awstrijaka,

▼M2

(u) kumpanniji taħt il-liġi Pollakka magħrufa bħala: “spółka akcyjna”, “spółka z ograniczoną odpowiedzialnością”, “spółka komandytowo-akcyjna”,

▼B

(v) kumpanniji kummerċjali jew kumpanniji suġġetti għal-liġi ċivili li għandhom forma kummerċjali u kooperattivi u impriżi pubbliċi inkorporati skont il-liġi Portugiża,

▼M2

(w) kumpanniji taħt il-liġi tar-Rumanija magħrufa bħala: “societăți pe acțiuni”, “societăți în comandită pe acțiuni”, “societăți cu răspundere limitată”, “societăți în nume colectiv”, “societăți în comandită simplă”,

▼B

(x) kumpanniji taħt il-liġi Slovena magħrufa bħala: “delniška družba”, “komanditna družba”, “družba z omejeno odgovornostjo”,

(y) kumpanniji taħt il-liġi Slovakka magħrufa bħala: “akciová spoločnosť”, “spoločnosť s ručením obmedzeným”, “komanditná spoločnosť”,

(z) kumpanniji taħt il-liġi Finlandiża magħrufa bħala “osakeyhtiö”/“aktiebolag”, “osuuskunta”/“andelslag”, “säästöpankki”/“sparbank” u “vakuutusyhtiö”/“försäkringsbolag”,

(aa) kumpanniji taħt il-liġi Svediża magħrufa bħala “aktiebolag”, “försäkringsaktiebolag”, “ekonomiska föreningar”, “sparbanker”, “ömsesidiga försäkringsbolag”, “försäkringsföreningar”,

(ab) kumpanniji inkorporati taħt il-liġi tar-Renju Unit,

▼M1

(ka) kumpaniji taħt il-liġi tal-Kroazja magħrufa bħala: “dioničko društvo”, “društvo s ograničenom odgovornošću”, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Kroata soġġetti għat-taxxa Kroata fuq il-profitti.

▼B

PARTI B

Lista ta’ taxxi msemmija fl-Artikolu 2(a)(iii)

 impôt des sociétés/vennootschapsbelasting fil-Belġju,

 корпоративен данък fil-Bulgarija,

 daň z příjmů právnických osob fir-Repubblika Ċeka,

 selskabsskat fid-Danimarka,

 Körperschaftssteuer fil-Ġermanja,

 tulumaks fl-Estonja,

 corporation tax fl-Irlanda,

 φόρος εισοδήματος νομικών προσώπων κερδοσκοπικού χαρακτήρα fil-Greċja,

 impuesto sobre sociedades fi Spanja,

 impôt sur les sociétés fi Franza,

▼M1

 porez na dobit fil-Kroazja,

▼B

 imposta sul reddito delle società fl-Italja,

 φόρος εισοδήματος f'Ċipru,

 uzņēmumu ienākuma nodoklis fil-Latvja,

 pelno mokestis fil-Litwanja,

 impôt sur le revenu des collectivités fil-Lussemburgu,

 társasági adó, osztalékadó fl-Ungerija,

 taxxa fuq l-income f'Malta,

 vennootschapsbelasting fil-Pajjiżi l-Baxxi,

 Körperschaftssteuer fl-Awstrija,

 podatek dochodowy od osób prawnych fil-Polonja,

 imposto sobre o rendimento das pessoas colectivas fil-Portugall,

 impozit pe profit fir-Rumanija,

 davek od dobička pravnih oseb fis-Slovenja,

 daň z príjmov právnických osôb fis-Slovakkja,

 yhteisöjen tulovero/inkomstskatten för samfund fil-Finlandja,

 statlig inkomstskatt fl-Isvezja,

 corporation tax fir-Renju Unit.




ANNESS II

PARTI A



Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 9)

Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE

(ĠU L 225, 20.8.1990, p. 6)

 

Punt XI.B.I.3 tal-Anness I tal-Att tal-Adeżjoni tal-1994

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 196)

 

Direttiva tal-Kunsill 2003/123/KE

(ĠU L 7, 13.1.2004, p. 41)

 

Punt 9.8 tal-Anness II tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 555)

 

Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 129)

Anness, punt 7 biss

PARTI B



Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 9)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

90/435/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1991.

2003/123/KE

fl-1 ta’ Jannar 2005.

2006/98/KE

fl-1 ta’ Jannar 2007.




ANNESS III



Tabella ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 90/435/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1) l-ewwel sar-raba’ inċiż

Artikolu 1(1)(a) sa (d)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(1), l-ewwel parti tal-frażi tal-bidu

Artikolu 2, frażi tal-bidu

Artikolu 2(1), it-tieni parti tal-frażi tal-bidu

Artikolu 2(a), frażi tal-bidu

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(a)(i)

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 2 (a)(ii)

Artikolu 2(1)(c), frażi tal-bidu tal-ewwel subparagrafu, u t-tieni subparagrafu

Artikolu 2(a)(iii)

Artikolu 2(1)(c), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sas-sebgħa u għoxrin inċiż

Anness I, Parti B, l-ewwel sas-sebgħa u għoxrin inċiż

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(b)

Artikolu 3(1), frażi tal-bidu

Artikolu 3(1)(a), frażi tal-bidu

Artikolu 3(1)(a) l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 3(1)(a), frażi tal-bidu

Artikolu 3(1)(a) l-ewwel subparagrafu, kliem tal-aћћar

Artikolu 3(1)(a)(i)

Artikolu 3(1)(a) it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(1)(a)(ii)

Artikolu 3(1)(a) it-tielet subparagrafu

Artikolu 3(1)(a) ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 3(1)(b)

Artikolu 3(1)(b)

Artikolu 3(2) l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 3(2)(a) u (b)

Artikolu 4(1) l-ewwel u t–tieni inċiżi

Artikolu 4(1)(a) u (b)

Artikolu 4(1a)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(2) l-ewwel sentenza

Artikolu 4(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(2) it-tieni sentenza

Artikolu 4(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(5)

Artikoli 5, 6 u 7

Artikoli 5, 6 u 7

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 9

Artikolu 11

Anness

Anness I, Parti A

Anness II

Anness III



( 1 ) Opinjoni mogħtija fl-4 ta’ Mejju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 2 ) ĠU C 107, 6.4.2011, p. 73.

( 3 ) ĠU L 225, 20.8.1990, p. 6.

( 4 ) Ara l-Anness II, Partijiet A.

( 5 ) [2008] Ġabra I-03189.

( 6 ) ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1.

( 7 ) ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22.

( 8 ) ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1.

( 9 ) ĠU L 207, 18.8.2003, p. 25.