02011L0016 — MT — 01.01.2023 — 006.003
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE (ĠU L 064 11.3.2011, p. 1) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 359 |
1 |
16.12.2014 |
||
|
DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2015/2376 tat-8 ta' Diċembru 2015 |
L 332 |
1 |
18.12.2015 |
|
|
L 146 |
8 |
3.6.2016 |
||
|
DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2016/2258 tas-6 ta' Diċembru 2016 |
L 342 |
1 |
16.12.2016 |
|
|
L 139 |
1 |
5.6.2018 |
||
|
L 204 |
46 |
26.6.2020 |
||
|
L 104 |
1 |
25.3.2021 |
||
Ikkoreġuta bi:
|
Rettifika, ĠU L 071, 9.3.2023, p. 42 (tal-Kunsill 2014/107/UE) |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2011/16/UE
tal-15 ta' Frar 2011
dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Artikolu 2
Kamp ta' Applikazzjoni
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“awtorità kompetenti” ta' Stat Membru tfisser l-awtorità li nħatret bħala tali minn dak l-Istat Membru. Meta jaġixxi skont din id-Direttiva, l-uffiċċju ċentrali ta' kollegament, dipartiment ta' kollegament jew uffiċjal kompetenti għandhom jitqiesu wkoll bħala awtoritajiet kompetenti permezz ta' delega skont l-Artikolu 4;
“uffiċċju ċentrali ta' kollegament” tfisser l-uffiċċju li nħatar bħala tali bir-responsabbiltà prinċipali għal kuntatti mal-Istati Membri l-oħrajn fil-qasam tal-kooperazzjoni amministrattiva;
“dipartiment ta' kollegament” tfisser kwalunkwe uffiċċju għajr l-uffiċċju ċentrali ta' kollegament li nħatar bħala tali għall-iskambju dirett ta' informazzjoni skont din id-Direttiva;
“uffiċjal kompetenti” tfisser kwalunkwe uffiċjal li huwa awtorizzat li jiskambja informazzjoni direttament skont din id-Direttiva;
“awtorità rikjedenti” tfisser l-uffiċċju ċentrali ta' kollegament, dipartiment ta' kollegament jew kwalunkwe uffiċjal kompetenti ta' Stat Membru li jagħmel talba għall-għajnuna f'isem l-awtorità kompetenti;
“awtorità rikjesta” tfisser l-uffiċċju ċentrali ta' kollegament, dipartiment ta' kollegament jew kwalunkwe uffiċjal kompetenti ta' Stat Membru li jirċievi talba għall-għajnuna f'isem l-awtorità kompetenti;
“indaġni amministrattiva”, tfisser il-kontrolli, il-verifiki u l-azzjonijiet l-oħra kollha meħudin mill-Istati Membri fil-qadi ta' dmirijiethom bil-ħsieb li jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni fiskali;
“skambju ta' informazzjoni fuq talba” tfisser l-iskambju ta' informazzjoni bbażata fuq talba magħmula mill-Istat Membru rikjedenti lill-Istat Membru rikjest f'każ speċifiku;
“skambju awtomatiku” tfisser,
għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u tal-Artikoli 8a sa 8ac, il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni ddefinita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, b’intervalli regolari stabbiliti minn qabel. Għall-finijiet tal-Artikolu 8(1), ir-referenza għall-informazzjoni disponibbli hija relatata mal-informazzjoni fil-fajls tat-taxxa tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni, li tista’ tiġi rkuprata f’konformità mal-proċeduri dwar il-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f’dak l-Istat Membru;
għall-finijiet tal-Artikolu 8(3a), il-komunikazzjoni sistematika ta' informazzjoni definita minn qabel dwar residenti fi Stati Membri oħrajn lill-Istat Membru ta' residenza rilevanti, mingħajr talba minn qabel, f'intervalli regolari stabbiliti minn qabel;
għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għajr l-Artikolu 8(1) u (3a) u l-Artikoli 8a sa 8ac, il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni ddefinita minn qabel ipprovduta fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt.
Fil-kuntest tal-Artikoli 8(3a), 8(7a), 21(2) u l-Anness IV, kwalunkwe terminu kapitalizzat għandu jkollu t-tifsira li għandu taħt id-definizzjonijiet korrispondenti stabbiliti fl-Anness I. Fil-kuntest tal-Artikolu 25(3) u (4), kwalunkwe terminu kapitalizzat għandu jkollu t-tifsira li għandu taħt id-definizzjonijiet korrispondenti stabbiliti fl-Anness I jew V. Fil-kuntest tal-Artikolu 8aa u l-Anness III, kwalunkwe terminu kapitalizzat għandu jkollu t-tifsira li għandu taħt id-definizzjonijiet korrispondenti stabbiliti fl-Anness III. Fil-kuntest tal-Artikoli 8acu tal-Anness V, kwalunkwe terminu li jibda b’ittra kapitali għandu jkollu t-tifsira mogħtija skont id-definizzjonijiet korrispondenti stabbiliti fl-Anness V.
“skambju spontanju” tfisser il-komunikazzjoni mhux sistematika, fi kwalunkwe waqt u mingħajr talba minn qabel, ta' informazzjoni lil Stat Membru ieħor;
“persuna” tfisser:
persuna fiżika;
persuna ġuridika;
fejn il-leġiżlazzjoni fis-seħħ tipprovdi hekk, assoċjazzjoni ta' persuni rikonoxxuti bħala li għandhom il-kapaċità li jwettqu atti ġuridiċi iżda li m'għandhomx l-istatus ta' persuna ġuridika; jew
kwalunkwe arrangament legali ieħor ta' kwalunkwe natura u forma, irrispettivament minn jekk għandux personalità ġuridika, li jappartjeni jew jamministra l-assi, li, inkluż id-dħul minnhom, huma soġġetti għal kwalunkwe waħda mit-taxxi koperti minn din id-Direttiva;
“b'mezzi elettroniċi” tfisser l-użu ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar, inkluż il-kompressjoni diġitali, u l-ħażna tad-data, u l-utilizzar ta' wajers, trasmissjoni bir-radju, teknoloġiji ottiċi jew mezzi oħrajn elettromanjetiċi;
“Netwerk CCN” tfisser il-pjattaforma komuni bbażata fuq in-netwerk komuni ta' komunikazzjoni (CCN), żviluppata mill-Unjoni għat-trasmissjonijiet kollha b'mezzi elettroniċi bejn l-awtoritajiet kompetenti fiż-żona doganali u fiskali;
“deċiżjoni antiċipata transkonfinali” tfisser kull ftehim, komunikazzjoni, jew kull strument jew azzjoni oħra b'effetti simili, inkluża deċiżjoni maħruġa, emendata jew imġedda fil-kuntest ta' awditu tat-taxxa, u li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
tkun maħruġa, emendata jew imġedda minn, jew f'isem, il-gvern jew l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru jew is-subdiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali, irrispettivament minn jekk din tintużax b'mod effettiv;
tkun maħruġa, emendata jew imġedda, għal persuna partikolari jew grupp ta' persuni, u li dik il-persuna jew grupp ta' persuni huwa intitolat li jinvoka;
tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni legali jew amministrattiva dwar l-amministrazzjoni jew l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali relatati mat-taxxi tal-Istat Membru, jew is-subdiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali;
tkun relatata ma' transazzjoni transkonfinali jew mal-kwistjoni dwar jekk l-attivitajiet imwettqa minn persuna f'ġurisdizzjoni oħra joħolqux stabbiliment permanenti jew le; u
issir qabel it-transazzjonijiet jew l-attivitajiet f'ġurisdizzjoni oħra li potenzjalment joħolqu stabbiliment permanenti jew qabel il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tat-taxxa li tkopri l-perijodu li fih it-transazzjoni jew is-serje ta' transazzjonijiet jew attivitajiet ikunu seħħew.
It-transazzjoni transkonfinali tista' tinvolvi t-twettiq ta' investimenti, il-provvista ta' prodotti, servizzi, finanzi jew l-użu ta' assi tanġibbli jew intanġibbli, iżda mhix ristretta għal dawn biss u tista' ma tinvolvix direttament lill-persuna li tirċievi d-deċiżjoni antiċipata transkonfinali;
“arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment” tfisser kull ftehim, komunikazzjoni jew kwalunkwe strument jew azzjoni oħra b'effetti simili, inkluż arranġament maħruġ, emendat jew imġedded fil-kuntest ta' awditu tat-taxxa, u li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
ikun maħruġ, emendat jew imġedded minn, jew f'isem, il-gvern jew l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru wieħed jew aktar, inkluż kull subdiviżjoni territorjali jew amministrattiv tiegħu, inklużi l-awtoritajiet lokali, irrispettivament minn jekk dan jintużax b'mod effettiv;
ikun maħruġ, emendat jew imġedded, għal persuna partikolari jew grupp ta' persuni, u li dik il-persuna jew grupp ta' persuni huwa intitolat li jinvoka; u
jiddetermina b'mod antiċipat għat-transazzjonijiet transkonfinali bejn intrapriżi assoċjati, sett xieraq ta' kriterji għad-determinazzjoni tal-ipprezzar tat-trasferimenti għal dawk it-transazzjonijiet jew jiddetermina l-attribuzzjoni tal-profitti għal stabbiliment permanenti.
L-intrapriżi huma intrapriżi assoċjati meta intrapriża waħda li tipparteċipa direttament jew indirettament fil-ġestjoni, il-kontroll jew il-kapital ta' intrapriża oħra jew l-istess persuni jipparteċipaw, direttament jew indirettament, fil-ġestjoni, il-kontroll jew il-kapital tal-intrapriżi.
Il-prezzijiet ta' trasferiment huma l-prezzijiet li bihom intrapriża tittrasferixxi prodotti fiżiċi u proprjetà intanġibbli jew tipprovdi servizzi lil intrapriżi assoċjati, u “l-ipprezzar ta' trasferimenti” għandu jiġi interpretat skont dan;
Għall-fini tal-punt 14 “transazzjoni transkonfinali” tfisser transazzjoni jew serje ta' transazzjonijiet fejn:
mhux il-partijiet kollha għat-transazzjoni jew għas-serje ta' transazzjonijiet ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru li joħroġ, jemenda jew iġedded id-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali;
kwalunkwe waħda mill-partijiet għat-transazzjoni jew għas-serje ta' transazzjonijiet tkun simultanjament residenti għal finijiet ta' taxxa f'aktar minn ġurisdizzjoni waħda;
waħda mill-partijiet għat-transazzjoni jew għas-serje ta' transazzjonijiet twettaq negozju f'ġurisdizzjoni oħra permezz ta' stabbiliment permanenti u t-transazzjoni jew is-serje ta' transazzjonijiet tifforma parti jew it-totalità tan-negozju tal-istabbiliment permanenti. transazzjoni jew serje ta' transazzjonijiet transkonfinali għandha tinkludi wkoll arranġamenti magħmula minn persuna fir-rigward ta' attivitajiet ta' negozju f'ġurisdizzjoni oħra li dik il-persuna twettaq permezz ta' stabbiliment permanenti; jew
tali transazzjonijiet jew serje ta' transazzjonijiet ikollhom impatt transkonfinali.
Għall-fini tal-punt 15, “transazzjoni transkonfinali” tfisser transazzjoni jew serje ta' transazzjonijiet li jinvolvu intrapriżi assoċjati li mhux kollha jkunu residenti għall-finijiet tat-taxxa fit-territorju ta' ġurisdizzjoni waħda jew transazzjoni jew serje ta' transazzjonijiet li jkollhom impatt transkonfinali;
Għall-fini tal-punt 15 u 16, “intrapriża” tfisser kwalunkwe forma ta' eżerċizzju ta' negozju;
“arranġament transkonfinali” tfisser arranġament li jikkonċerna jew aktar minn Stat Membru wieħed jew xi Stat Membru u pajjiż terz fejn tal-inqas tkun issodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
mhux il-parteċipanti kollha fl-arranġament ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa fl-istess ġurisdizzjoni;
wieħed jew aktar mill-parteċipanti fl-arranġament ikunu simultanjament residenti għal finijiet tat-taxxa f'aktar minn ġurisdizzjoni waħda;
wieħed jew aktar mill-parteċipanti fl-arranġament imexxu negozju f'ġurisdizzjoni oħra permezz ta' stabbiliment permanenti li jkun jinsab f'dik il-ġurisdizzjoni u l-arranġament ikun jifforma parti jew it-totalità tan-negozju ta' dak l-istabbiliment permanenti;
wieħed jew aktar mill-parteċipanti fl-arranġament iwettqu attività f'ġurisdizzjoni oħra mingħajr ma jkunu residenti għal finijiet ta' taxxa jew mingħajr ma joħolqu stabbiliment permanenti f'dik il-ġurisdizzjoni;
tali arranġament ikollu impatt possibbli fuq l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni jew l-identifikazzjoni ta' sjieda benefiċjarja.
Għall-finijiet tal-punti 18 sa 25 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 8ab u l-Anness IV, arranġament għandu jinkludi wkoll sensiela ta' arranġamenti. Arranġament jista' jinkludi aktar minn pass wieħed jew parti waħda;
“arranġament transkonfinali rapportabbli” tfisser kwalunkwe arranġament transkonfinali li jinkludi tal-inqas waħda mill-karatteristiċi distintivi stipulati fl-Anness IV;
“karatteristika distintiva” tfisser karatteristika jew element ta' arranġament transkonfinali li jippreżentaw indikazzjoni ta' riskju potenzjali ta' evitar tat-taxxa, kif elenkat fl-Anness IV;
“intermedjarju” tfisser kwalunkwe persuna li tfassal, tikkummerċjalizza, torganizza jew tagħmel disponibbli għall-implimentazzjoni jew tiġġestixxi l-implimentazzjoni ta' arranġament transkonfinali rapportabbli.
Tfisser ukoll kwalunkwe persuna li, fid-dawl tal-fatti u taċ-ċirkostanzi rilevanti u fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli u l-għarfien espert u l-fehim rilevanti meħtieġa għall-forniment ta' tali servizzi, tkun taf, jew tista' tkun raġonevolment mistennija li tkun taf li hija impenjat ruħha li tipprovdi, direttament jew permezz ta' persuni oħra, għajnuna, assistenza jew pariri rigward it-tfassil, il-kummerċjalizzazzjoni, l-organizzazzjoni, it-tqegħid għad-disponibbiltà għall-implimentazzjoni jew rigward il-ġestjoni tal-implimentazzjoni ta' arranġament transkonfinali rapportabbli. Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tipprovdi evidenza li tali persuna ma kinitx taf u ma setgħetx tkun raġonevolment mistennija li tkun taf li dik il-persuna kienet involuta f'arranġament transkonfinali rapportabbli. Għal dan il-fini, dik il-persuna tista' tirreferi għall-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha kif ukoll għall-informazzjoni disponibbli u l-għarfien espert u l-fehim rilevanti tagħhom.
Sabiex tkun intermedjarju, persuna għandha tissodisfa tal-inqas waħda mill-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
tkun residenti għal finijiet tat-taxxa fi Stat Membru;
ikollha stabbiliment permanenti fi Stat Membru li permezz tiegħu jiġu pprovduti s-servizzi fir-rigward tal-arranġament;
tkun inkorporata fi Stat Membru jew regolata mil-liġijiet tiegħu;
tkun irreġistrata ma' assoċjazzjoni professjonali relatata ma' servizzi legali, ta' tassazzjoni jew ta' konsulenza fi Stat Membru;
“kontribwent rilevanti” tfisser kwalunkwe persuna li jkun tqegħdilha għad-dispożizzjoni tagħha arranġament transkonfinali rapportabbli għall-implimentazzjoni, jew li hija lesta li timplimenta arranġament transkonfinali rapportabbli jew tkun implimentat l-ewwel pass ta' tali arranġament;
għall-finijiet ta' Artikolu 8ab, “intrapriża assoċjata” tfisser persuna li tkun relatata ma' persuna oħra f'tal-inqas wieħed mill-modi li ġejjin:
persuna tieħu sehem fil-ġestjoni ta' persuna oħra billi tkun f'pożizzjoni li teżerċita influwenza sinifikanti fuq il-persuna l-oħra;
persuna tieħu sehem fil-kontroll ta' persuna oħra permezz ta' parteċipazzjoni li taqbeż 25 % tad-drittijiet tal-vot;
persuna tieħu sehem fil-kapital ta' persuna oħra permezz ta' dritt ta' sjieda li, direttament jew indirettament, jaqbeż 25 % tal-kapital;
persuna tkun intitolata għal 25 % jew aktar tal-profitti ta' persuna oħra.
Jekk aktar minn persuna waħda tieħu sehem, kif imsemmi fil-punti (a) sa (d), fil-ġestjoni, il-kontroll, il-kapital jew il-profitti tal-istess persuna, il-persuni kollha kkonċernati għandhom jitqiesu bħala intrapriżi assoċjati.
Jekk l-istess persuni jipparteċipaw, kif imsemmi fil-punti (a) sa (d), fil-ġestjoni, il-kontroll, il-kapital jew il-profitti ta' aktar minn persuna waħda, il-persuni kollha kkonċernati għandhom jitqiesu bħala intrapriżi assoċjati.
Għall-finijiet ta' dan il-punt, persuna li taġixxi flimkien ma' persuna oħra fir-rigward tad-drittijiet tal-vot jew tas-sjieda tal-kapital ta' entità għandha tkun trattata bħala li għandha parteċipazzjoni fid-drittijiet tal-vot kollha jew fis-sjieda tal-kapital kollha ta' dik l-entità li huma miżmuma mill-persuna l-oħra.
F'parteċipazzjonijiet indiretti, it-twettiq tar-rekwiżiti taħt il-punt (c) għandu jiġi stabbilit bil-multiplikazzjoni tar-rati ta' parteċipazzjoni tul il-livelli suċċessivi. Persuna li jkollha iżjed minn 50 % tad-drittijiet tal-vot għandha titqies li għandha 100 %.
Individwu, il-konjuġi tiegħu u l-axxendenti jew id-dixxendenti diretti tiegħu għandhom jiġu ttrattati bħala persuna waħda;
“arranġament kummerċjabbli” tfisser arranġament transkonfinali li jkun imfassal, kummerċjalizzat, lest għall-implimentazzjoni jew disponibbli għall-implimentazzjoni mingħajr il-ħtieġa li jiġi personalizzat b'mod sostanzjali;
“arranġament imfassal għal għan speċifiku” tfisser kwalunkwe arranġament transkonfinali li mhuwiex arranġament kummerċjabbli;
“awditu konġunt” tfisser inkjesta amministrattiva li titwettaq b’mod konġunt mill-awtoritajiet kompetenti ta’ żewġ Stati Membri jew iktar, u marbuta ma’ persuna waħda jew iktar ta’ interess komuni jew komplementari għall-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri;
“ksur tad-data” tfisser ksur tas-sigurtà li jwassal għall-qerda, it-telf, l-alterazzjoni jew kwalunkwe inċident ta’ aċċess mhux xieraq jew mhux awtorizzat, żvelar jew użu ta’ informazzjoni, inkluż iżda mhux limitat għal data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata b’xi mod ieħor, bħala r-riżultat ta’ atti illegali intenzjonati, negliġenza jew inċidenti. Ksur tad-data jista’ jikkonċerna l-kunfidenzjalità, id-disponibbiltà u l-integrità tad-data.
Artikolu 4
Organizzazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u tippubblika lista tal-awtoritajiet tal-Istati Membri f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-uffiċċju ċentrali ta' kollegament jista' wkoll jinħatar bħala responsabbli għall-kuntatti mal-Kummissjoni. L-awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli li tinforma lill-Kummissjoni b'dan.
KAPITOLU II
SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI
TAQSIMA I
Skambju ta' informazzjoni fuq talba
Artikolu 5
Proċedura għall-iskambju ta' informazzjoni fuq talba
Fuq it-talba tal-awtorità rikjedenti, l-awtorità rikjesta għandha tikkomunika lill-awtorità rikjedenti kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) li hija jkollha fil-pussess tagħha jew li tikseb b'riżultat ta' indaġnijiet amministrattivi.
Artikolu 5a
Rilevanza prevedibbli
Bil-għan li tintwera r-rilevanza prevedibbli tal-informazzjoni mitluba, l-awtorità rikjedenti għandha tipprovdi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità li ssirilha t-talba:
il-finijiet tat-taxxa li għalihom tintalab l-informazzjoni, u
speċifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-amministrazzjoni jew l-infurzar tal-liġi nazzjonali tagħha.
Fejn talba msemmija fl-Artikolu 5 tkun relatata ma’ grupp ta’ kontribwenti li ma jistgħux jiġu identifikati individwalment, l-awtorità rikjedenti għandha tipprovdi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità li ssirilha t-talba:
deskrizzjoni dettaljata tal-grupp;
spjegazzjoni tal-liġi applikabbli u tal-fatti li abbażi tagħhom hemm raġuni biex wieħed jemmen li l-kontribwenti fil-grupp ma kkonformawx mal-liġi applikabbli;
spjegazzjoni ta’ kif l-informazzjoni mitluba tgħin fid-determinazzjoni tal-konformità mill-kontribwenti fil-grupp; u
fejn il-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kienu relatati mal-involviment ta’ parti terza li kkontribwiet b’mod attiv għan-nonkonformità potenzjali tal-kontribwenti fil-grupp mal-liġi applikabbli.
Artikolu 6
Indaġnijiet amministrattivi
Artikolu 7
Limiti ta' żmien
Madankollu, fejn l-awtorità li ssirilha t-talba tkun diġà fil-pussess ta’ dik l-informazzjoni, l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa fi żmien xahrejn minn dik id-data.
▼M7 —————
TAQSIMA II
Skambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni
Artikolu 8
Ambitu u kondizzjonijiet għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni
Permezz ta’ skambju awtomatiku, l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor l-informazzjoni kollha disponibbli li tikkonċerna r-residenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor, dwar il-kategoriji speċifiċi ta’ introjtu u ta’ kapital li ġejjin, kif għandhom jinftehmu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni:
l-introjtu mill-impjiegi;
it-tariffi tad-direttur;
il-prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li mhumiex koperti minn strumenti legali oħra tal-Unjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u miżuri simili oħra;
il-pensjonijiet;
is-sjieda tal-proprjetà immobbli u l-introjtu minnha;
ir-royalties.
Għal perijodi taxxabbli li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jinkludu n-Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa (NIT) tar-residenti maħruġ mill-Istat Membru ta’ residenza fil-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Kull sena l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar mill-inqas żewġ kategoriji ta’ introjtu u ta’ kapital elenkati fl-ewwel subparagrafu li fir-rigward tagħhom jikkomunikaw informazzjoni li tikkonċerna lil residenti ta’ Stat Membru ieħor.
▼M7 —————
Skont ir-regoli ta' rappurtaġġ u diliġenza dovuta li jinsabu fl-Annessi I u II, l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha, permezz ta' skambju awtomatiku, tikkomunika sa mhux iktar tard mid-data ta' skadenza stipulata fil-punt (b) tal-paragrafu 6, lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor, l-informazzjoni segwenti fir-rigward tal-perijodi taxxabbli mill-1 ta' Jannar 2016 dwar Kont Rapportabbli:
l-isem, l-indirizz, it-TINs ud-data u l-post ta' twelid (f'każ ta' individwu) ta' kull Persuna Rapportabbli li tkun Detentur ta' Kont tal-kont u, fil-każ ta' kwalunkwe Entità li tkun Detentur ta' Kont u li, wara l-applikazzjoni tar-regoli ta' diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi, tkun identifikata li jkollha ►C5 Persuna Kontrollanti ◄ waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz, u t-TINs tal-Entità u l-isem, l-indirizz, it-TINs u d-data u l-post ta' twelid ta' kull Persuna Rapportabbli;
in-numru tal-kont (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta' numru tal-kont);
l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni (jekk ikun hemm) tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;
il-bilanċ tal-kont jew il-valur (inkluż, fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Annwalità, il-Valur fi Flus jew il-valur ta' ċessjoni) fl-aħħar tas-sena kalendarja rilevanti jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor jew, jekk il-kont ikun ingħalaq matul tali sena jew perijodu, l-għeluq tal-kont;
fil-każ ta' kwalunkwe Kont ta' Kustodja:
l-ammont gross totali ta' interessi, l-ammont gross totali ta' dividendi, u l-ammont gross totali ta' dħul ieħor iġġenerat fir-rigward tal-assi miżmuma fil-kont, f'kull każ imħallas jew ikkreditat lill-kont (jew fir-rigward tal-kont) matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor; u
ir-rikavat gross totali mill-bejgħ jew l-ammortament ta' Assi Finanzjarji mħallas jew ikkreditat lill-kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti aġixxiet bħala kustodju, intermedjarju, persuna nominata, jew inkella bħala aġent tad-Detentur ta' Kont;
fil-każ ta' kwalunkwe Kont Depożitarju, l-ammont gross totali ta' interessi mħallsa jew ikkreditati lill-kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor; u
fil-każ ta' kwalunkwe kont mhux deskritt fil-punt (e) jew fil-punt (f), l-ammont gross totali mħallas jew ikkreditat lid-Detentur ta' Kont fir-rigward tal-kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun l-obbligant jew id-debitur, inkluż l-ammont aggregat ta' kwalunkwe pagamenti ta' ammortament magħmula lid-Detentur ta' Kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor.
Għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni skont dan il-paragrafu, sakemm mhux provdut mod ieħor f'dan il-paragrafu jew fl-Annessi, l-ammont u l-karatterizzazzjoni ta' pagamenti magħmula fir-rigward ta' Kont Rapportabbli għandhom ikunu ddeterminati f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni.
L-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu għandhom jipprevalu fuq il-punt (c) tal-paragrafu 1 jew kwalunkwe strument legali ieħor tal-Unjoni, inkluż id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE ( 1 ), sal-punt li l-iskambju ta' informazzjoni inkwistjoni jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 1 jew kwalunkwe strument legali ieħor tal-Unjoni, inkluż id-Direttiva 2003/48/KE.
▼M2 —————
Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni għandha ssir skont kif ġej:
għall-kategoriji stipulati fil-paragrafu 1: tal-inqas darba fis-sena, fi żmien sitt xhur minn tmiem is-sena tat-taxxa tal-Istat Membru li matulha l-informazzjoni tkun saret disponibbli;
għall-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 3a: annwalment, fi żmien disa' xhur minn tmiem is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor li għalih tirrelata l-informazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk it-tipi ta' Istituzzjonijiet Finanzjarji mhux Rapportanti u Kontijiet Esklużi jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha elenkati fis-subparagrafi B.1(c) u C.17(g) tat-Taqsima VIII tal-Anness I, u b'mod partikolari li l-istatus ta' Istituzzjoni Finanzjarja bħala Istituzzjoni Finanzjarja mhux Rapportanti jew l-istatus ta' kont bħala Kont Eskluż ma jxekklux il-finijiet ta' din id-Direttiva.
Artikolu 8a
Kamp ta' applikazzjoni u kondizzjonijiet għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment
Jekk jinħarġu, jiġu emendati jew jiġġeddu deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-31 ta' Diċembru 2013, għandha ssir komunikazzjoni ta' dan it-tip bil-kondizzjoni li kienu għadhom validi fl-1 ta' Jannar 2014.
Jekk jinħarġu, jiġu emendati jew jiġġeddu deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment, bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2016, għandha ssir komunikazzjoni ta' dan it-tip irrispettivament minn jekk dawn ikunux għadhom validi.
L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-komunikazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu, informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment maħruġa, emendati jew imġedda qabel l-1 ta' April 2016 għal persuna partikolari jew grupp ta' persuni, esklużi dawk li jwettqu prinċipalment attivitajiet finanzjarji jew tal-investiment, li bħala grupp ikollu fatturat nett annwali, kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), ta' inqas minn EUR 40 000 000 (jew l-ammont ekwivalenti f'kwalunkwe munita oħra) fis-sena fiskali ta' qabel id-data tal-ħruġ, emenda jew tiġdid ta' dawk id-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment.
Madankollu, fejn l-arranġamenti preliminari bilaterali jew multilaterali ta' prezzijiet ta' trasferiment jiġu esklużi mill-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni skont l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-informazzjoni identifikata fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu msemmija fit-talba li wasslet għall-ħruġ ta' dan l-arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment bilaterali jew multilaterali għandha minflok tiġi skambjata skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.
L-iskambju ta' informazzjoni għandu jsir kif ġej:
fir-rigward tal-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 1 – mingħajr dewmien wara li jkunu nħarġu, ġew emendati jew iġġeddew id-deċiżjonijiet antiċipata transfruntiera jew l-arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment, u mhux iktar tard minn tliet xhur wara tmiem nofs is-sena kalendarja li matulha jkunu nħarġu, ġew emendati jew iġġeddew id-deċiżjonijiet antiċipata transfruntiera jew l-arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment;
f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 2 — qabel l-1 ta' Jannar 2018.
L-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata minn Stat Membru skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi dan li ġej:
l-identifikazzjoni tal-persuna, għajr persuna fiżika, u fejn xieraq il-grupp ta' persuni, li għaliha tappartjeni;
sommarju tad-deċiżjoni antiċipata transfruntiera jew tal-arranġament preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment, inkluż deskrizzjoni tal-attivitajiet kummerċjali jew tat-tranżazzjonijiet jew tas-serje ta’ tranżazzjonijiet rilevanti u kwalunkwe informazzjoni oħra li tista’ tgħin lill-awtorità kompetenti tivvaluta riskju tat-taxxa potenzjali, mingħajr ma twassal għall-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta’ proċess kummerċjali, jew ta’ informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubbliku;
id-dati tal-ħruġ, emenda jew tiġdid tad-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment;
id-data tal-bidu tal-perijodu tal-validità tad-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment, jekk tkun speċifikata;
id-data ta' tmiem il-perijodu ta' validità tad-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment, jekk speċifikata;
it-tip tad-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment;
l-ammont tat-transazzjoni jew serje ta' transazzjonijiet tad-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment jekk tali ammont ikun imsemmi fid-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment;
id-deskrizzjoni tas-sett ta' kriterji użati biex jiġi stabbilit l-ipprezzar ta' trasferiment jew il-prezz tat-trasferiment innifsu fil-każ ta' arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment;
l-identifikazzjoni tal-metodu użat biex jiġi stabbilit l-ipprezzar tat-trasferiment jew il-prezz tat-trasferiment innifsu fil-każ ta' arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment;
l-identifikazzjoni tal-Istati Membri l-oħra, jekk hemm, li x'aktarx ikunu kkonċernati mid-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment;
l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe persuna, għajr persuna fiżika, fl-Istati Membri l-oħra, jekk hemm, li x'aktarx ikunu milquta mid-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment (fejn għandu jiġi indikat ma' liema Stati Membri l-persuni milquta huma marbuta); u
l-indikazzjoni jekk l-informazzjoni kkomunikata hijiex ibbażata fuq deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew fuq arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet innifsu jew wara t-talba msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 8aa
Kamp ta' applikazzjoni u kondizzjonijiet għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni dwar ir-rapport għal kull pajjiż
Ir-rapport għal kull pajjiż għandu jkollu l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-Grupp MNE:
informazzjoni aggregata dwar l-ammont ta' dħul, profitt (telf) qabel it-taxxa fuq l-introjtu, it-taxxa fuq l-introjtu mħallsa, it-taxxa fuq l-introjtu akkumulata, il-kapital dikjarat, il-qligħ akkumulat, in-numru ta' impjegati, u l-assi tanġibbli minbarra flus jew ekwivalenti ta' flus fir-rigward ta' kull ġurisdizzjoni li fih jopera l-Grupp MNE;
identifikazzjoni ta' kull Entità Kostitwenti tal-Grupp MNE li tindika l-ġurisdizzjoni tar-residenza tat-taxxa ta' dik l-Entità Kostitwenti u, meta tkun differenti minn dik il-ġurisdizzjoni tar-residenza tat-taxxa, il-ġurisdizzjoni skont il-liġijiet taħt liema hija organizzata dik l-Entità Kostitwenti, u n-natura tal-attività jew attivitajiet kummerċjali prinċipali ta' dik l-Entità Kostitwenti.
Artikolu 8ab
Kamp ta' applikazzjoni u kondizzjonijiet għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni dwar arranġamenti transkonfinali rapportabbli
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedi li intermedjarji jippreżentaw informazzjoni li jkollhom għarfien tagħha, jew tkun fil-pussess tagħhom jew taħt il-kontroll tagħhom dwar arranġamenti transkonfinali rapportabbli lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien 30 jum minn:
il-jum wara li l-arranġament transkonfinali rapportabbli jkun sar disponibbli għall-implimentazzjoni; jew
il-jum wara li l-arranġament transkonfinali rapportabbli jkun lest għall-implimentazzjoni; jew
meta jkun sar l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tal-arranġament transkonfinali rapportabbli,
skont liem minn dawn iseħħ l-ewwel.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-intermedjarji msemmijin fit-tieni paragrafu tal-punt 21 tal-Artikolu 3 għandhom ukoll ikunu meħtieġa jippreżentaw informazzjoni fi żmien 30 jum mill-jum wara li jingħataw, direttament jew permezz ta' persuni oħrajn, għajnuna, assistenza jew pariri.
Fejn l-intermedjarju jkun responsabbli li jippreżenta informazzjoni dwar arranġamenti transkonfinali rapportabbli lill-awtoritajiet kompetenti ta' aktar minn Stat Membru wieħed, din l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata biss fl-Istat Membru li jidher l-ewwel fil-lista hawn taħt:
l-Istat Membru fejn l-intermedjarju jkun residenti għal finijiet ta' taxxa;
l-Istat Membru fejn l-intermedjarju jkollu stabbiliment permanenti li permezz tiegħu jingħataw is-servizzi marbutin mal-arranġament;
l-Istat Membru fejn l-intermedjarju jkun inkorporat jew regolat mil-liġijiet tiegħu;
l-Istat Membru fejn l-intermedjarju jkun reġistrat ma' assoċjazzjoni professjonali marbuta ma' servizzi legali, ta' tassazzjoni jew ta' konsulenza.
L-intermedjarji jistgħu jkunu intitolati għal rinunzja taħt l-ewwel subparagrafu biss sa fejn huma jkunu joperaw fil-limiti tal-liġijiet nazzjonali rilevanti li jiddefinixxu l-professjonijiet tagħhom.
Fejn il-kontribwent rilevanti jkollu obbligu li jippreżenta informazzjoni dwar l-arranġament transkonfinali rapportabbli lill-awtoritajiet kompetenti ta' aktar minn Stat Membru wieħed, din l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata biss lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jidher l-ewwel fil-lista hawn taħt:
l-Istat Membru fejn il-kontribwent rilevanti jkun residenti għal finijiet ta' taxxa;
l-Istat Membru fejn il-kontribwent rilevanti jkollu stabbiliment permanenti li jibbenefika mill-arranġament;
l-Istat Membru fejn il-kontribwent rilevanti jirċievi introjtu jew jiġġenera qligħ, għalkemm il-kontribwent rilevanti ma jkun residenti għal finijiet ta' taxxa u ma jkollu stabbiliment permanenti f'ebda Stat Membru;
l-Istat Membru fejn il-kontribwent rilevanti jwettaq attività, għalkemm il-kontribwent rilevanti ma jkun residenti għal finijiet ta' taxxa u ma jkollu stabbiliment permanenti f'ebda Stat Membru.
Intermedjarju għandu jiġi eżentat milli jippreżenta l-informazzjoni biss sa fejn ikollu prova, skont il-liġi nazzjonali, li l-istess informazzjoni msemmija fil-paragrafu 14 tkun diġà ġiet ippreżentata minn intermedjarju ieħor.
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedi li, fejn l-obbligu ta' rappurtar ikun tal-kontribwent rilevanti u fejn ikun hemm aktar minn kontribwent rilevanti wieħed, il-kontribwent rilevanti li għandu jippreżenta l-informazzjoni skont il-paragrafu 6 jkun dak li jidher l-ewwel fil-lista hawn taħt:
il-kontribwent rilevanti li ftiehem l-arranġament transkonfinali rapportabbli mal-intermedjarju;
il-kontribwent rilevanti li jimmaniġġa l-implimentazzjoni tal-arranġament.
Kontribwent rilevanti għandu jiġi eżentat milli jippreżenta l-informazzjoni biss sa fejn ikollu prova, skont il-liġi nazzjonali, li l-istess informazzjoni msemmija fil-paragrafu 14 tkun diġà ġiet ippreżentata minn kontribwent rilevanti ieħor.
L-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru taħt il-paragrafu 13 għandha tinkludi dan li ġej, kif applikabbli:
l-identifikazzjoni ta' intermedjarji u kontribwenti rilevanti, inklużi isimhom, id-data u l-post tat-twelid tagħhom (fil-każ ta' individwu), ir-residenza tagħhom għal finijiet ta' taxxa, it-TIN tagħhom u, fejn xieraq, il-persuni li huma intrapriżi assoċjati għall-kontribwent rilevanti;
id-dettalji tal-karatteristiċi distintivi stipulati fl-Anness IV li permezz tagħhom l-arranġamenti transkonfinali jkun rapportabbli;
ġabra fil-qosor tal-kontenut tal-arranġament transkonfinali rapportabbli, inkluża referenza għall-isem li bih ġeneralment ikun magħruf, jekk ikun hemm, u deskrizzjoni f'termini astratti tal-attivitajiet jew l-arranġamenti ta' negozju rilevanti, mingħajr ma jiġi żvelat xi sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali, jew xi proċess kummerċjali, jew xi informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubbliku;
id-data li fiha jkun sar jew ikun ser isir l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tal-arranġament transkonfinali rapportabbli;
dettalji tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jifformaw il-bażi tal-arranġament transkonfinali rapportabbli;
il-valur tal-arranġament transkonfinali rapportabbli;
l-identifikazzjoni tal-Istat Membru tal-kontribwent(i) rilevanti u kwalunkwe Stat Membru ieħor li x'aktarx ikun ikkonċernat mill-arranġament transkonfinali rapportabbli;
l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe persuna oħra fl-Istat Membru li x'aktarx tintlaqat mill-arranġament transkonfinali rapportabbli, fejn għandu jiġi indikat ma' liema Stati Membri hi marbuta tali persuna.
Artikolu 8ac
Kamp ta’ applikazzjoni u kundizzjonijiet għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni rrappurtata mill-Operaturi tal-Pjattaformi
Skont il-proċeduri ta’ diliġenza dovuta u r-rekwiżiti ta’ rapportar applikabbli li jinsabu fit-Taqsimiet II u III tal-Anness V, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, meta jkun sar ir-rapportar f’konformità mal-paragrafu 1, għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku, u fil-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 3, tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun residenti l-Bejjiegħ Rapportabbli kif iddeterminat skont il-paragrafu D tat-Taqsima II tal-Anness V u, meta l-Bejjiegħ Rapportabbli jipprovdi servizzi ta’ kiri ta’ propjetà immobbli, fi kwalunkwe każ lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun tinsab il-proprjetà immobbli, l-informazzjoni li ġejja rigward kull Bejjiegħ Rapportabbli:
l-isem, l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat, in-NIT u, fejn rilevanti, in-numru ta’ identifikazzjoni individwali allokat skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 tal-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, kif ukoll l-isem/ismijiet kummerċjali tal-Pjattaforma/i, li qed jirrapporta dwarhom l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti;
l-isem u l-kunjom tal-Bejjiegħ Rapportabbli li jkun individwu, u l-isem ġuridiku tal-Bejjiegħ Rapportabbli li jkun Entità;
l-Indirizz Primarju;
kwalunkwe NIT tal-Bejjiegħ Rapportabbli, inkluż kull Stat Membru tal-ħruġ, jew, fin-nuqqas ta’ NIT, il-post tat-twelid tal-Bejjiegħ Rapportabbli li jkun individwu;
in-numru ta’ reġistrazzjoni tan-negozju tal-Bejjiegħ Rapportabbli li jkun Entità;
in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-Bejjiegħ Rapportabbli, meta jkun disponibbli;
id-data tat-twelid tal-Bejjiegħ Rapportabbli li jkun individwu;
l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju li fih jitħallas jew jiġi kkreditat il-Korrispettiv, sakemm dan ikun disponibbli għall-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, u sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa resident il-Bejjiegħ Rapportabbli skont it-tifsira tal-paragrafu D tat-Taqsima II tal-Anness V ma tkunx innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha li mhix biħsiebha tuża l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju għal dan l-iskop;
meta jkun differenti mill-isem tal-Bejjiegħ Rapportabbli, minbarra l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju, l-isem tad-detentur tal-kont finanzjarju li fih jitħallas jew jiġi kkreditat il-Korrispettiv, meta dan ikun disponibbli għand l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra ta’ identifikazzjoni finanzjarja li tkun disponibbli għand l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti fir-rigward ta’ dak id-detentur tal-kont;
kull Stat Membru li fih il-Bejjiegħ Rapportabbli jkun resident skont il-paragrafu D tat-Taqsima II tal-Anness V;
il-Korrispettiv totali li tħallas jew li ġie kkreditat matul kull trimestru tal-Perijodu Rapportabbli u n-numru ta’ Attivitajiet Rilevanti li fir-rigward tagħhom tħallas jew ġie kkreditat il-Korrispettiv;
kwalunkwe tariffa, kummissjoni jew taxxa f’ras il-għajn jew imposta mill-Pjattaforma Rapportanti matul kull trimestru tal-Perijodu Rapportabbli.
Meta l-Bejjiegħ Rapportabbli jipprovdi servizzi ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli, għandha tiġi kkomunikata l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:
l-indirizz ta’ kull Proprjetà Elenkata, iddeterminata abbażi tal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu E tat-Taqsima II tal-Anness V u n-numru rispettiv tar-reġistrazzjoni tal-art jew l-ekwivalenti tiegħu skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn il-Proprjetà Elenkata tkun tinsab, meta jkun disponibbli;
il-Korrispettiv totali li tħallas jew li ġie kkreditat matul kull trimestru tal-Perijodu Rapportabbli u n-numru ta’ Attivitajiet Rilevanti previsti fir-rigward ta’ kull Proprjetà Elenkata;
meta jkun disponibbli, in-numru ta’ jiem li fihom kull Proprjetà Elenkata nkriet matul il-Perijodu Rapportabbli u t-tip ta’ kull Proprjetà Elenkata.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li skonthom Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti jista’ jagħżel li jirreġistra mal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru wieħed f’konformità mar-regoli stabbiliti fil-paragrafu F tat-Taqsima IV tal-Anness V. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedu li Operatur tal-Pjattaformi ta’ Rapportar skont it-tifsira tal-punt (b) tas-subparagrafu A(4) tat-Taqsima I tal-Anness V, li r-reġistrazzjoni tiegħu tkun ġiet revokata skont is-subparagrafu F(7) tat-Taqsima IV tal-Anness V, jingħata biss il-permess li jirreġistra mill-ġdid bil-kundizzjoni li jipprovdi lill-awtoritajiet ta’ Stat Membru kkonċernat assigurazzjonijiet xierqa rigward l-impenn tiegħu li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ rapportar fi ħdan l-Unjoni, inkluż kwalunkwe rekwiżit ta’ rapportar mhux issodisfat pendenti.
Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għar-reġistrazzjoni u għall-identifikazzjoni tal-Operaturi ta’ Pjattaforma Rapportanti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
Stat Membru li jitlob il-miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jibgħat talba motivata lill-Kummissjoni.
Jekk il-Kummissjoni tqis li ma għandhiex l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tat-talba, hija għandha tikkuntattja lill-Istat Membru kkonċernat fi żmien xahrejn minn meta tirċievi t-talba u tispeċifika x’informazzjoni addizzjonali hija meħtieġa. La darba l-Kummissjoni jkollha l-informazzjoni kollha li hi tikkunsidra meħtieġa, hi għandha, fi żmien xahar, tinnotifika lill-Istat Membru rikjedenti u għandha tissottometti l-informazzjoni rilevanti lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 26(2).
Meta taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu biss wara li Stat Membru jkun ikkonkluda ftehim ta’ awtorità kompetenti ma’ ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni li jirrikjedi l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar il-bejjiegħa li jiksbu introjtu minn attivitajiet iffaċilitati mill-Pjattaformi.
Meta tkun qed tiddetermina jekk l-informazzjoni hijiex ekwivalenti skont it-tifsira tal-ewwel subparagrafu fir-rigward ta’ Attività Rilevanti, il-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq il-punt sa fejn ir-reġim li fuqu hija bbażata din l-informazzjoni jikkorrispondi ma’ dak stabbilit fl-Anness V, b’mod partikolari fir-rigward ta’:
id-definizzjonijiet ta’ Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, Bejjiegħ Rapportabbli, Attività Rilevanti;
il-proċeduri applikabbli għall-fini tal-identifikazzjoni tal-Bejjiegħa Rapportabbli;
ir-rekwiżiti tar-rapportar; u
ir-regoli u l-proċeduri amministrattivi li ġurisdizzjonijiet mhux tal-Unjoni irid ikollhom fis-seħħ sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-proċeduri ta’ diliġenza dovuta u r-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti f’dak ir-reġim.
L-istess proċedura għandha tapplika għad-determinazzjoni li l-informazzjoni m’għadhiex ekwivalenti.
Artikolu 8b
Statistika dwar skambji awtomatiċi
▼M7 —————
TAQSIMA III
Skambju spontanju ta' informazzjoni
Artikolu 9
Ambitu u kondizzjonijiet għall-iskambju spontanju ta' informazzjoni
L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tikkomunika l-informazzjonimsemmija fl-Artikolu 1(1) lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru wieħed li jkollha raġunijiet biex taħseb li jista' jkun hemm telf ta' taxxa fl-Istat Membru l-ieħor;
persuna soġġetta għat-taxxa tikseb tnaqqis fi, jew eżenzjoni minn, taxxa fi Stat Membru wieħed li jista' jwassal għal żieda fit-taxxa jew għal obbligu ta' taxxa fl-Istat Membru l-ieħor;
kuntatti kummerċjali bejn xi persuna soġġetta għat-taxxa fi Stat Membru wieħed u persuna soġġetta għat-taxxa fl-Istat Membru l-ieħor isiru permezz ta' pajjiż wieħed jew aktar b'tali mod li l-iffrankar fit-taxxa jista' jirriżulta fi Stat Membru wieħed jew l-ieħor jew fit-tnejn;
l-awtorità kompetenti ta' xi Stat Membru jkollha raġunijiet biex taħseb li l-iffrankar fit-taxxa jista' jirriżulta minn trasferimenti artifiċjali ta' profitti fi gruppi ta' intrapriżi;
informazzjoni mogħtija lil Stat Membru wieħed mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor tkun ippermettiet li tinkiseb l-informazzjoni li tista' tkun rilevanti biex issir valutazzjoni tal-obbligu tat-taxxa fl-Istat Membru tal-aħħar.
Artikolu 10
Limiti ta' żmien
KAPITOLU III
FOROM OĦRA TA' KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA
TAQSIMA I
Preżenza fl-uffiċċji amministrattivi u parteċipazzjoni fl-indaġnijiet amministrattivi
Artikolu 11
Ambitu u kondizzjonijiet
Bil-ħsieb li tiġi skambjata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1), l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ titlob lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex l-uffiċjali awtorizzati mill-awtorità tal-ewwel Stat Membru u f’konformità mal-arranġamenti proċedurali stabbiliti mill-awtorità ta’ Stat Membru ieħor:
ikunu preżenti fl-uffiċċji li fihom l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istat Membru li ssirlu t-talba jaqdu dmirijiethom;
ikunu preżenti waqt l-inkjesti amministrattivi li jitwettqu fit-territorju tal-Istat Membru li ssirlu t-talba;
jipparteċipaw fl-inkjesti amministrattivi li jitwettqu mill-Istat Membru li ssirlu t-talba permezz tal-użu ta’ mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni, meta jkun xieraq.
L-awtorità li ssirilha t-talba għandha twieġeb talba f’konformità mal-ewwel subparagrafu fi żmien 60 jum min meta tirċievi t-talba, biex tikkonferma il-qbil tagħha jew biex tikkomunika r-rifjut motivat tagħha lill-awtorità rikjedenti.
Meta l-informazzjoni mitluba tkun tinsab fid-dokumentazzjoni li għaliha jkollhom aċċess l-uffiċjali tal-awtorità li ssirilha t-talba, l-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti għandhom jingħataw kopji tagħha.
Kwalunkwe rifjut mill-persuna taħt investigazzjoni li tirrispetta l-miżuri ta' spezzjoni tal-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti għandhu jitqies mill-awtorità rikjesta daqs li kieku dak ir-rifjut twettaq kontra l-uffiċjali tal-awtorità tal-aħħar.
TAQSIMA II
Kontrolli simultanji
Artikolu 12
Kontrolli simultanji
Hija għandha tispeċifika l-perijodu ta' żmien li matulu iridu jitwettqu dawk il-kontrolli.
TAQSIMA III
Notifika amministrattiva
Artikolu 13
Talba għal notifika
TAQSIMA IV
Feedback
Artikolu 14
Kondizzjonijiet
TAQSIMA V
Kondiviżjoni tal-aħjar prattika u tal-esperjenza
Artikolu 15
Ambitu u kondizzjonijiet
KAPITOLU IV
KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW IL-KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA
Artikolu 16
Żvelar ta' informazzjoni u dokumenti
Tali informazzjoni tista' tintuża wkoll għall-valutazzjoni u l-infurzar ta' taxxi u dazji oħrajn koperti mill-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta' Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' talbiet relatati ma' taxxi, dazji u miżuri oħra ( 3 ), jew għall-valutazzjoni u l-infurzar tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali.
Barra minn hekk, din tista' tintuża b'rabta mal-proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi li jistgħu jinvolvu penalitajiet, li jinbdew bħala riżultat ta' ksur tal-liġi tat-taxxa, mingħajr preġudizzju għar-regoli ġenerali u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-drittijiet tal-konvenuti u tax-xhieda f'tali proċedimenti.
L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru tista’ tikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha lista ta’ finijiet li għalihom, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha, jistgħu jintużaw l-informazzjoni u d-dokumenti, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1. L-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni u d-dokumenti tista’ tuża l-informazzjoni u d-dokumenti li tirċievi mingħajr il-permess imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet elenkati mill-Istat Membru li jikkomunikaha.
Artikolu 17
Limiti
Artikolu 18
Obbligi
Artikolu 19
Estensjoni ta' kooperazzjoni usa' pprovduta lil pajjiż terz
Fejn Stat Membru jipprovdi kooperazzjoni usa' ma' pajjiż terz minn dik prevista skont din id-Direttiva, dak l-Istat Membru ma jistax jirrifjuta li jipprovdi tali kooperazzjoni usa' lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li jixtieq jidħol f'tali kooperazzjoni reċiproka usa' ma' dak l-Istat Membru.
Artikolu 20
Formoli standard u formati elettroniċi
Il-formoli standard jistgħu jiġu akkumpanjati minn rapporti, dikjarazzjonijiet jew kwalunkwe dokument ieħor, jew veri kopji jew siltiet minnhom.
Il-formola standard imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja li trid tiġi pprovduta mill-awtorità rikjedenti:
l-identità tal-persuna li qed tiġi eżaminata jew investigata u, fil-każ ta’ talbiet fi grupp kif imsemmi fl-Artikolu 5a(3), deskrizzjoni dettaljata tal-grupp;
il-fini tat-taxxa li għalih tkun qed tintalab l-informazzjoni.
L-awtorità rikjedenti tista', safejn ikun magħruf u f'konformità mal-iżviluppi internazzjonali, tipprovdi l-isem u l-indirizz ta' kwalunkwe persuna li hu maħsub li għandha fil-pussess tagħha l-informazzjoni rikjesta kif ukoll kwalunkwe element li jista' jiffaċilita l-ġbir ta' informazzjoni mill-awtorità rikjesta.
Il-Kummissjoni għandha tadotta formoli standard, inklużi l-arranġamenti lingwistiċi, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2), fil-każijiet li ġejjin:
għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet transkonfinali antiċipati u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet skont l-Artikolu 8a qabel l-1 ta' Jannar 2017;
għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar arranġamenti transkonfinali rapportabbli skont l-Artikolu 8ab qabel it-30 ta' Ġunju 2019.
Dawk il-formoli standard ma għandhomx jeċċedu l-komponenti għall-iskambju ta' informazzjoni elenkati fl-Artikoli 8a(6) u 8ab(14), u tali oqsma relatati oħra li huma konnessi ma' dawn il-komponenti li huma meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet tal-Artikolu 8a u 8ab rispettivament.
L-arranġamenti lingwistiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx jipprekludu lill-Istati Membri milli jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 8a u 8ab bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Madankollu, dawk l-arranġamenti lingwistiċi jistgħu jipprevedu li l-elementi ewlenin ta' tali informazzjoni għandhom jintbagħtu wkoll b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.
Artikolu 21
Arranġamenti prattiċi
Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-ewwel subparagrafu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għal kwalunkwe żvilupp tas-sistemi tagħhom li jkun meħtieġ biex dik l-informazzjoni tiġi skambjata permezz tan-netwerk CCN u għall-iżgurar tas-sigurtà tas-sistemi tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull Persuna Rapportabbli individwali tiġi avżata bil-ksur tas-sigurtà fir-rigward tad-data tagħha meta dak il-ksur x'aktarx li jaffettwa l-protezzjoni tad-data personali jew il-privatezza tagħha.
L-Istati Membri għandhom jirrinunzjaw il-pretensjonijiet kollha għar-rimborż ta' spejjeż imġarrba fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva ħlief, fejn adatt, fir-rigward ta' tariffi mħallsa lill-esperti.
Dawk it-talbiet għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-awtorità rikjesta f'każijiet speċjali biss fejn l-awtorità rikjesta tiddikjara r-raġuni tagħha għaliex tkun qed titlob it-traduzzjoni.
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2019, tiżviluppa, u tipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku għal, direttorju ċentrali sikur tal-Istati Membri dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-Artikolu 8ab(13), (14) u (16) għandha tiġi rreġistrata sabiex jiġi ssodisfat l-iskambju awtomatiku previst f'dawk il-paragrafi.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f'dak id-direttorju. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f'dak id-direttorju, iżda fil-limitazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8a(8) u 8ab(17). L-arranġamenti prattiċi meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
Sa meta dak id-direttorju ċentrali sikur isir operattiv, l-iskambju awtomatiku previst fl-Artikolu 8a(1) u (2) u fl-Artikolu 8ab(13), (14) u (16) għandu jitwettaq f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-arranġamenti prattiċi applikabbli.
Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi meħtieġa. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
Artikolu 22
Obbligi speċifiċi
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex:
tiġi żgurata koordinazzjoni interna effettiva fl-organizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 4;
tiġi stabbilita kooperazzjoni diretta mal-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra msemmija fl-Artikolu 4;
jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni amministrattiva previsti f'din id-Direttiva.
KAPITOLU V
RELAZZJONIJIET MAL-KUMMISSJONI
Artikolu 23
Evalwazzjoni
▼M2 —————
Artikolu 23a
Kunfidenzjalità tal-informazzjoni
Ir-rapporti u d-dokumenti prodotti mill-Kummissjoni, imsemmija fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biss għal finijiet analitiċi, u ma għandhomx jiġu ppubblikati jew ikunu disponibbli għal ebda persuna jew korp ieħor mingħajr il-qbil espliċitu tal-Kummissjoni.
Minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafi, kull sena l-Kummissjoni tista’ tippubblika sommarji anonimizzati tad-data statistika li l-Istati Membri jikkomunikawlha f’konformità mal-Artikolu 23(4).
KAPITOLU VI
RELAZZJONIJIET MA' PAJJIŻI TERZI
Artikolu 24
Skambju ta' informazzjoni ma' pajjiżi terzi
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw, skont id-dispożizzjonijiet domestiċi tagħhom dwar il-komunikazzjoni ta' data personali lil pajjiżi terzi, informazzjoni miksuba skont din id-Direttiva lil pajjiż terz, kemm-il darba l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfatti:
l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li minnu tkun oriġinat l-informazzjoni tkun qablet ma' dik il-komunikazzjoni;
il-pajjiż terz ikkonċernat ikun impenja lilu nnifsu li jipprovdi l-kooperazzjoni meħtieġa biex tinġabar evidenza dwar in-natura irregolari jew illegali ta' transazzjonijiet li jidhru li jikkontravjenu jew jikkostitwixxu abbuż ta' leġiżlazzjoni fiskali.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 25
Protezzjoni tad-Data
Minkejja l-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jiżgura li kull Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jew kull intermedjarju jew kull Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, skont il-każ, fil-ġurisdizzjoni tiegħu:
jinfurmaw lil kull individwu kkonċernat li l-informazzjoni relatata ma’ dak l-individwu ser tinġabar u tiġi ttrasferita f’konformità ma’ din id-Direttiva; u
jipprovdu lil kull individwu kkonċernat bl-informazzjoni kollha li l-individwu jkun intitolat li jirċievi mingħand il-kontrollur tad-data fi żmien suffiċjenti biex dak l-individwu jeżerċita d-drittijiet tal-protezzjoni tad-data tiegħu u, f’kull każ, qabel ma tiġi rrapportata l-informazzjoni.
Minkejja l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli li jobbligaw lill-Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti jinfurmaw lill-Bejjiegħa Rapportabbli dwar il-Korrispettiv irrapportat.
Kull Stat Membru jista’ jissospendi l-iskambju ta’ informazzjoni lill-Istat(i) Membru/i fejn ikun seħħ il-ksur tad-data billi jinnotifika bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i). Tali sospensjoni għandu jkollha effett immedjat.
L-Istat(i) Membru/i fejn ikun seħħ il-ksur tad-data għandu/għandhom jinvestiga(w), jikkontrolla(w) u jirrimedja(w) il-ksur tad-data u għandu/għandhom, permezz ta’ notifika bil-miktub lill-Kummissjoni, jitlob/jitolbu s-sospensjoni tal-aċċess għan-NKK għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jekk il-ksur tad-data ma jkunx jista’ jiġi kkontrollat minnufih u b’mod xieraq. Fuq tali talba, il-Kummissjoni għandha tissospendi l-aċċess għan-NKK ta’ tali Stat(i) Membru/i għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.
Malli l-Istat Membru fejn ikun seħħ il-ksur tad-data jirrapporta rimedju għall-ksur tad-data, il-Kummissjoni għandha terġa’ tagħti l-aċċess għan-NKK lill-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. F’każ li Stat Membru wieħed jew aktar jitolbu lill-Kummissjoni biex jivverifikaw b’mod konġunt jekk ikunx irnexxa r-rimedju għall-ksur tad-data, il-Kummissjoni għandha terġa’ tagħti l-aċċess għan-NKK lit-tali Stat(i) Membru/i għall-finijiet ta’ din id-Direttiva wara tali verifika.
Meta jseħħ ksur tad-data fid-direttorju ċentrali jew fin-NKK għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u fejn jistgħu potenzjalment jiġu affettwati l-iskambji tal-Istati Membri permezz tan-NKK, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bil-ksur tad-data u bi kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju li tkun ittieħdet mingħajr dewmien żejjed. Tali azzjonijiet ta’ rimedju jistgħu jinkludu s-sospensjoni tal-aċċess għad-direttorju ċentrali jew għan-NKK għall-finijiet ta’ din id-Direttiva sakemm jiġi rimedjat il-ksur tad-data.
Artikolu 25a
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u li jikkonċernaw l-Artikoli 8aa, 8ab u 8ac, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 26
Proċedura ta' kumitat
Artikolu 27
Rappurtar
Artikolu 27a
Differiment fakultattiv ta' limiti ta' żmien minħabba l-pandemija tal-COVID-19
Meta l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kif imsemmija fil-paragrafu 1, huma għandhom jieħdu wkoll il-miżuri meħtieġa biex jippermettu li:
minkejja l-Artikolu 8ab(18), l-ewwel informazzjoni tiġi komunikata sat-30 ta' April 2021;
il-perijodu ta' 30 jum għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmi fl-Artikolu 8ab(1) u (7) jibda sal-1 ta' Jannar 2021 meta:
arranġament transkonfinali rapportabbli jsir disponibbli għall-implimentazzjoni, jew ikun lest għall-implimentazzjoni, jew meta l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tiegħu jkun sar bejn l-1 ta' Lulju 2020 u l-31 ta' Diċembru 2020; jew
l-intermedjarji skont it-tifsira tat-tieni paragrafu tal-punt 21 tal-Artikolu 3 jipprovdu, direttament jew permezz ta' persuni oħra, għajnuna, assistenza jew konsulenza bejn l-1 ta' Lulju 2020 u l-31 ta' Diċembru 2020;
fil-każ ta' arranġamenti kummerċjabbli, l-ewwel rapport perjodiku f'konformità mal-Artikolu 8ab(2) isir mill-intermedjarju sat-30 ta' April 2021.
Artikolu 27b
Estensjoni tal-perijodu ta' differiment
Artikolu 28
Tħassir tad-Direttiva 77/799/KEE
Id-Direttiva 77/799/KEE hija mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2013.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva.
Artikolu 29
Traspożizzjoni
Madankollu, huma għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva b'effett mill-1 ta' Jannar 2015.
Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom għandha ssir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 30
Dħul fis-Seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 31
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
REGOLI TA' RAPPURTAR U DILIĠENZA DOVUTA GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR KONTIJIET FINANZJARJI
Dan l-Anness jistipula r-regoli ta' rappurtaġġ u diliġenza dovuta li għandhom jiġu applikati mill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkomunikaw, permezz ta' skambju awtomatiku, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(3a) ta' din id-Direttiva. Dan l-Anness jiddeskrivi wkoll ir-regoli u l-proċeduri amministrattivi li l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta', u l-konformità ma', il-proċeduri ta' rappurtaġġ u diliġenza dovuta li jinsabu hawn taħt.
TAQSIMA I
REKWIŻITI ĠENERALI TA' RAPPURTAR
Soġġett għall-paragrafi C sa E, kull Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tagħha l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' kull Kont Rapportabbli ta' tali Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti:
l-isem, l-indirizz, l-Istat(i) Membru/i ta' residenza, it-TINs u d-data u l-post ta' twelid (fil-każ ta' individwu) ta' kull Persuna Rapportabbli li tkun Detentur ta' Kont ta' kont u, fil-każ ta' kwalunkwe Entità li tkun Detentur ta' Kont u li, wara l-applikazzjoni tal-proċedura ta' diliġenza dovuta konsistenti mat-Taqsimiet V, VI u VII, tkun identifikata li jkollha ►C5 Persuna Kontrollanti ◄ waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz, l-Istat(i) Membru/i u (jekk ikun hemm) ġurisdizzjoni(jiet) oħra ta' residenza u t-TINs tal-Entità u l-isem, l-indirizz, l-Istat(i) Membru/i ta' residenza, it-TINs u d-data u l-post ta' twelid ta' kull Persuna Rapportabbli;
in-numru tal-kont (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta' numru ta' kont);
l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni (jekk ikun hemm) tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;
il-bilanċ tal-kont jew il-valur (inkluż, fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Annwalità, il-Valur fi Flus jew il-valur ta' ċessjoni) fl-aħħar tas-sena kalendarja rilevanti jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor jew, jekk il-kont ikun ingħalaq matul tali sena jew perijodu, l-għeluq tal-kont;
fil-każ ta' kwalunkwe Kont ta' Kustodja:
l-ammont gross totali ta' interessi, l-ammont gross totali ta' dividendi, u l-ammont gross totali ta' dħul ieħor iġġenerat fir-rigward tal-assi miżmuma fil-kont, f'kull każ imħallas jew ikkreditat lill-kont (jew fir-rigward tal-kont) matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor; u
ir-rikavat gross totali mill-bejgħ jew l-ammortament ta' Assi Finanzjarji mħallas jew ikkreditat lill-kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti aġixxiet bħala kustodju, intermedjarju, persuna nominata, jew inkella bħala aġent tad-Detentur ta' Kont;
fil-każ ta' kwalunkwe Kont Depositarju, l-ammont gross totali ta' interessi mħallsa jew ikkreditati lill-kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor; u
fil-każ ta' kwalunkwe kont mhux deskritt fis-subparagrafu A(5) jew (6), l-ammont gross totali mħallas jew ikkreditat lid-Detentur ta' Kont fir-rigward tal-kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun l-obbligant jew id-debitur, inkluż l-ammont aggregat ta' kwalunkwe pagamenti ta' fidi magħmula lid-Detentur ta' Kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor.
L-informazzjoni rappurtata trid tidentifika l-munita li fiha tkun iddenominata kull ammont.
Minkejja s-subparagrafu A(1), fir-rigward ta' kull Kont Rapportabbli li jkun Kont Preeżistenti, it-TIN(s) jew id-data ta' twelid ma tkunx meħtieġa li tiġi rappurtata jekk tali TIN(s) jew data ta' twelid ma tkunx fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u ma tkunx tinħtieġ li tinġabar b'mod ieħor minn tali Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont il-liġi domestika jew kwalunkwe strument legali tal-Unjoni. Madankollu, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti hija mitluba tagħmel sforzi raġonevoli biex tikseb it-TIN(s) u d-data ta' twelid fir-rigward ta' Kontijiet Preeżistenti sal-aħħar tat-tieni sena kalendarja wara s-sena li fiha tali Kontijiet ikunu ġew identifikati bħala Kontijiet Rapportabbli.
Minkejja s-subparagrafu A(1), it-TIN ma jkunx meħtieġ li jiġi rappurtat jekk ma jinħariġx TIN mill-Istat Membru rilevanti jew ġurisdizzjoni oħra ta' residenza.
Minkejja s-subparagrafu A(1), il-post ta' twelid ma jkunx meħtieġ li jiġi rappurtat dment li:
l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun meħtieġa tiksbu u tirrappurtah mod ieħor skont il-liġi domestika jew l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun jew kienet meħtieġa tiksbu u tirrappurtah mod ieħor skont kwalunkwe strument legali tal-Unjoni fis-seħħ jew li kien fis-seħħ fil-5 ta' Jannar 2015; u
ikun disponibbli fid-data li tista' titfittex b'mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti.
TAQSIMA II
REKWIŻITI ĠENERALI TA' DILIĠENZA DOVUTA
Kont jibda jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli fid-data li jiġi identifikat bħala tali skont il-proċeduri ta' diliġenza dovuta fit-Taqsimiet II sa VII u, sakemm mhux previst mod ieħor, informazzjoni fir-rigward ta' Kont Rapportabbli għandha tiġi rapportata annwalment fis-sena kalendarja wara s-sena li għaliha tirreferi l-informazzjoni.
Il-bilanċ jew il-valur ta' kont jiġi ddeterminat fl-aħħar jum tas-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtaġġ adatt ieħor.
Fejn livell ta' bilanċ jew valur għandu jiġi ddeterminat fl-aħħar jum ta' sena kalendarja, il-bilanċ jew valur għandu jiġi ddeterminat fl-aħħar jum tal-perijodu ta' rappurtaġġ li jintemm fi jew fi ħdan dik is-sena kalendarja.
Kull Stat Membru jista' jippermetti lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li jużaw fornituri ta' servizz biex jissodisfaw l-obbligi ta' rappurtaġġ u diliġenza dovuta imposti fuq tali Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti, kif ikkontemplati fil-liġi domestika, iżda dawn l-obbligi għandhom jibqgħu r-responsabbiltà tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti.
Kull Stat Membru jista' jippermetti lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li japplikaw il-proċeduri ta' diliġenza dovuta għall-Kontijiet Ġodda lil Kontijiet Preeżistenti, u l-proċeduri ta' diliġenza dovuta għal Kontijiet ta' Valur Għoli lil Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx. Fejn Stat Membru jippermetti proċeduri ta' diliġenza dovuta ta' Kont Ġdid li jintużaw għal Kontijiet Preeżistenti, ikomplu japplikaw ir-regoli applikabbli mod ieħor għal Kontijiet Preeżistenti.
TAQSIMA III
DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET INDIVIDWALI PREEŻISTENTI
Introduzzjoni. Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikar ta' Kontijiet Rapportabbli fost il-Kontijiet Individwali Preeżistenti.
Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx. Il-proċeduri li ġejjin japplikaw fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx.
Indirizz tar-Residenza. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollha fir-rekords tagħha indirizz tar-residenza attwali għad-Detentur ta' Kont individwali bbażat fuq Evidenza Dokumentata, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tittratta lid-Detentur ta' Kont individwali bħala resident għal finijiet ta' taxxa tal-Istat Membru jew ġurisdizzjoni oħra li fiha jkun jinsab l-indirizz għal finijiet ta' determinazzjoni jekk it-tali Detentur ta' Kont individwali jkunx Persuna Rapportabbli.
Tiftix Elettroniku ta' Rekords. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tiddependix fuq indirizz ta' residenza attwali għad-Detentur ta' Kont individwali bbażat fuq Evidenza Dokumentarja kif stipulat fis-subparagrafu B(1), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha teżamina data li tista' titfittex b'mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għal kwalunkwe indicium li ġejja u tapplika s-subparagrafi B(3) sa (6):
identifikazzjoni tad-Detentur ta' Kont bħala resident ta' Stat Membru;
indirizz postali jew ta' residenza attwali (inkluż kaxxa postali) fi Stat Membru;
numru tat-telefon wieħed jew aktar fi Stat Membru u l-ebda numru tat-telefon fl-Istat Membru tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;
struzzjonijiet permanenti (ħlief fir-rigward ta' Kont Depositarju) biex jiġu trasferiti fondi għal kont miżmum fi Stat Membru;
prokura effettiva attwali jew awtorità firmatarja mogħtija lil persuna b'indirizz fi Stat Membru; jew
istruzzjoni ta' “hold mail” jew indirizz ta' “in-care-of” fi Stat Membru jew l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma jkollha l-ebda indirizz ieħor fir-rekord tagħha għad-Detentur ta' Kont.
Jekk l-ebda indicium elenkat fis-subparagrafu B(2) ma jiġi skopert fit-tiftixa elettronika, imbagħad l-ebda azzjoni ulterjuri mhija meħtieġa sakemm ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta f'waħda jew aktar indicia li jiġu assoċjati mal-kont, jew il-kont isir Kont ta' Valur Għoli.
Jekk kwalunkwe indicium elenkat fis-subparagrafu B(2)(a) sa (e) jiġi skopert fit-tiftixa elettronika, jew ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta f'waħda jew aktar indicia li jiġu assoċjati mal-kont, imbagħad l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta d-Detentur ta' Kont bħala resident għal finijiet ta' taxxa ta' kull Stat Membru li għalih ikun ġie identifikat indicium, sakemm ma tagħżilx li tapplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu japplika fir-rigward ta' dak il-kont.
Jekk struzzjoni ta' “hold mail” jew indirizz ta' “in-care-of” jiġi skopert fit-tiftixa elettronika u l-ebda indirizz ieħor u l-ebda indicium ieħor elenkat fis-subparagrafu B(2)(a) sa (e) ma jiġu identifikati għad-Detentur ta' Kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika, fl-ordni l-aktar adatta għaċ-ċirkostanzi, it-tiftixa analoga tar-rekords deskritta fis-subparagrafu C(2), jew tfittex li tikseb mingħand id-Detentur ta' Kont awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja biex tistabbilixxi r-residenza/i għal finijiet ta' taxxa ta' tali Detentur ta' Kont. Jekk it-tiftixa analoga ma tistabbilixxix indicium u l-attentat ta' ksib tal-awtoċertifikazzjoni jew l-Evidenza Dokumentata ma jkunx suċċess, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta l-kont lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tagħha bħala kont mhux dokumentat.
Minkejja sejba ta' indicia skont is-subparagrafu B(2), Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mhijiex mitluba tittratta Detentur ta' Kont bħala resident ta' Stat Membru jekk:
l-informazzjoni dwar id-Detentur ta' Kont fiha indirizz postali jew ta' residenza attwali f'dak l-Istat Membru, numru tat-telefon wieħed jew aktar f'dak l-Istat Membru (u l-ebda numru tat-telefon fl-Istat Membru tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti) jew struzzjonijiet permanenti (fir-rigward ta' Kontijiet Finanzjarji ħlief Kontijiet Depositorji) biex jiġu ttrasferiti fondi għal kont miżmum fi Stat Membru, u l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tikseb, jew eżaminat minn qabel u żżomm rekord ta':
awtoċertifikazzjoni mid-Detentur ta' Kont tal-Istat(i) Membru/i jew ġurisdizzjoni(jiet) oħra ta' residenza ta' tali Detentur ta' Kont li ma tinkludix dak l-Istat Membru; u
Evidenza Dokumentarja li tistabbilixxi l-istatus nonrapportabbli tad-Detentur ta' Kont;
l-informazzjoni dwar id-Detentur ta' Kont fiha prokura effettiva attwali jew awtorità firmatarja mogħtija lil persuna b'indirizz f'dak l-Istat Membru u l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tikseb, jew tkun eżaminata minn qabel u żżomm rekord ta':
awtoċertifikazzjoni mid-Detentur ta' Kont tal-Istat(i) Membru/i jew ġurisdizzjoni(jiet) oħra ta' residenza ta' tali Detentur ta' Kont li ma tinkludix dak l-Istat Membru; jew
Evidenza Dokumentarja li tistabbilixxi l-istatus nonrapportabbli tad-Detentur ta' Kont.
Proċeduri ta' Eżami mtejjeb għal Kontijiet ta' Valur Għoli. Il-proċeduri ta' eżami mtejjeb li ġejjin japplikaw fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur Għoli.
Tiftix Elettroniku ta' Rekords. Fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur Għoli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha teżamina data li tista' titfittex b'mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għal kwalunkwe indicium deskritt fis-subparagrafu B(2).
Tiftix Analogu tar-Rekords. Jekk id-databases li jistgħu jitfittxu b'mod elettroniku tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jinkludu oqsma għal, u jaqbdu l-informazzjoni kollha deskritta fis-subparagrafu C(3), imbagħad ma tkunx meħtieġa tiftixa analoga ulterjuri tar-rekords. Jekk id-databases elettroniċi ma jaqbdux din l-informazzjoni kollha, imbagħad fir-rigward ta' Kont ta' Valur Għoli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha teżamina wkoll il-fajl prinċipali attwali tal-klijenti u, sal-punt li ma jinsabx fil-fajl prinċipali attwali tal-klijenti, id-dokumenti li ġejjin assoċjati mal-kont u miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti fl-aħħar ħames snin għal kwalunkwe indicium deskritt fis-subparagrafu B(2):
l-Evidenza Dokumentata l-aktar reċenti miġbura fir-rigward tal-kont;
il-kuntratt jew id-dokumentazzjoni ta' ftuħ ta' kont l-aktar reċenti;
id-dokumentazzjoni l-aktar reċenti miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont il-Proċeduri tal-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus (AML/KYC) jew għal finijiet regolatorji oħra;
kwalunkwe dokumenti ta' prokura jew ta' awtorità firmatarja attwalment fis-seħħ; u
kwalunkwe struzzjoni permanenti (ħlief fir-rigward ta' Kont Depositarju) biex jiġu ttrasferiti fondi attwalment fis-seħħ.
Eċċezzjoni Għall-Punt Li Databases Ikun Fihom Informazzjoni Suffiċjenti. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mhijiex mitluba twettaq it-tiftixa analoga tar-rekords deskritta fis-subparagrafu C(2) sal-punt li l-informazzjoni li tista' titfittex b'mod elettroniku tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tinkludi li ġej:
l-istatus ta' residenza ta' Detentur ta' Kont;
l-indirizz postali u l-indirizz ta' residenza ta' Detentur ta' Kont attwalment fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;
in-numru(i) tat-telefon ta' Detentur ta' Kont attwalment fir-rekords, jekk ikun hemm, mal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;
fil-każ ta' Kontijiet Finanzjarji minbarra Kontijiet Depositarju, jekk ikun hemm struzzjonijiet permanenti biex jiġu ttrasferiti fondi fil-kont għal kont ieħor (inkluż kont f'fergħa oħra tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jew Istituzzjoni Finanzjarja oħra);
jekk ikun hemm struzzjoni attwali ta' “in-care-of” jew “hold mail” jew għad-Detentur ta' Kont; u
jekk ikun hemm kwalunkwe prokura jew awtorità firmatarja għall-kont.
Rikjesta tal-Maniġer tal-Kuntatti għall-Għarfien Attwali. Minbarra t-tiftix elettroniku u analogu deskritt fis-subparagrafi C(1) u (2), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta bħala Kont Rapportabbli kwalunkwe Kont ta' Valur Għoli assenjat lil maniġer tal-kuntatti (inkluż kwalunkwe Kont Finanzjarju aggregat ma' dak il-Kont ta' Valur Għoli) jekk il-maniġer tal-kuntatti jkollu għarfien attwali li d-Detentur ta' Kont ikun Persuna Rapportabbli.
Effett ta' Sejbien ta' Indicia.
Jekk l-ebda indicium elenkat fis-subparagrafu B(2) ma jiġi skopert fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt fil-paragrafu C, u l-kont ma jiġix identifikat bħala miżmum minn Persuna Rapportabbli fis-subparagrafu C(4), imbagħad ma tkunx meħtieġa azzjoni ulterjuri sakemm ma jkunx hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta f'indicium wieħed jew aktar li jiġu assoċjati mal-kont.
Jekk kwalunkwe indicium elenkat fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) jiġi skopert fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt fil-paragrafu C, jew jekk ikun hemm bidla sussegwenti fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta f'indicium wieħed jew aktar jiġu assoċjati mal-kont, imbagħad l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli fir-rigward ta' kull Stat Membru li għalih indicium jkun ġie identifikat sakemm ma tagħżilx li tapplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu tapplika fir-rigward ta' dak il-kont.
Jekk struzzjoni ta' “hold mail” jew indirizz ta' “in-care of” jiġi skopert fl-eżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritta fil-paragrafu C, u l-ebda indirizz ieħor u l-ebda indicium ieħor elenkati fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) ma jiġu identifikati għad-Detentur ta' Kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb minn tali Detentur ta' Kont awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja biex tistabbilixxi r-residenza/i għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur ta' Kont. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax tikseb tali awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja, din għandha tirrapporta l-kont lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tagħha bħala kont mhux dokumentat.
Jekk Kont Individwali Preeżistenti ma jkunx Kont ta' Valur Għoli fil-31 ta' Diċembru 2015, iżda jsir Kont ta' Valur Għoli fl-aħħar jum ta' sena kalendarja sussegwenti, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikkompleta l-proċeduri mtejba ta' rieżami deskritti fil-paragrafu C fir-rigward ta' tali kont fis-sena kalendarja wara s-sena li fiha l-kont isir Kont ta' Valur Għoli. Jekk, abbażi ta' dan ir-rieżami tali kont ikun identifikat bħala Kont Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta l-informazzjoni meħtieġa dwar tali kont fir-rigward tas-sena li fiha jkun identifikat bħala Kont Rapportabbli u fis-snin sussegwenti fuq bażi annwali, sakemm id-Detentur tal-Kont ma jibqax Persuna Rapportabbli.
Ladarba Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tapplika l-proċeduri mtejba ta' rieżami deskritti fil-paragrafu C għall-Kont ta' Valur Għoli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx meħtieġa tapplika mill-ġdid tali proċeduri, minbarra r-rikjesta tal-maniġer għall-kuntatti deskritta fis-subparagrafu C(4), għall-istess Kont ta' Valur Għoli fi kwalunkwe sena sussegwenti sakemm il-kont ikun mhux dokumentat f'liema każ l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha terġa' tapplikahom mill-ġdid kull sena sakemm tali kont ma jibqax mhux dokumentat.
Jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkustanzi fir-rigward ta' Kont ta' Valur Għoli li tirriżulta f'wieħed jew aktar indicia deskritti fis-subparagrafu B(2) li jkunu qed jiġu assoċjati mal-kont, imbagħad l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli fir-rigward ta' kull Stat Membru li għalih indicium huwa identifikat sakemm ma jagħżilx li japplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu tapplika fir-rigward ta' dak il-kont.
Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha timplimenta proċeduri biex tiżgura li maniġer tal-kuntatti jidentifika kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi ta' kont. Pereżempju, jekk maniġer tal-kuntatti jiġi nnotifikat li d-Detentur tal-Kont ikollu indirizz postali ġdid fi Stat Membru, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun meħtieġa tittratta l-indirizz il-ġdid bħala bidla fiċ-ċirkostanzi u, jekk tagħżel li tapplika s-subparagrafu B(6), tkun meħtieġa tikseb d-dokumentazzjoni xierqa mingħand id-Detentur tal-Kont.
Ir-rieżami ta' Kontijiet Individwali Preeżistenti ta' Valur Għoli għandu jitlesta sal-31 ta' Diċembru 2016. Ir-rieżami ta' Kontijiet Individwali Preeżistenti ta' Valur Inqas għandu jitlesta sal-31 ta' Diċembru 2017.
Kwalunkwe Kont Individwali Preeżistenti li jkun ġie identifikat bħala Kont Rapportabbli taħt din it-Taqsima għandu jkun trattat bħala Kont Rapportabbli fis-snin sussegwenti kollha, sakemm id-Detentur tal-Kont ma jibqax Persuna Rapportabbli.
TAQSIMA IV
DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET INDIVIDWALI ĠODDA
Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost Kontijiet Individwali Ġodda.
Fir-rigward ta' Kontijiet Individwali Ġodda, malli jinfetaħ il-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb awtoċertifikazzjoni, li tista' tkun parti mid-dokumentazzjoni tal-ftuħ tal-kont, li tippermetti lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tiddetermina r-residenza/i tad-Detentur tal-Kont għal finijiet ta' taxxa u tikkonferma r-raġonevolezza ta' tali awtoċertifikazzjoni bbażata fuq l-informazzjoni miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti b'konnessjoni mal-ftuħ tal-kont, inkluża kwalunkwe dokumentazzjoni miġbura skont il-Proċeduri AML/KYC.
Jekk l-awtoċertifikazzjoni tistabbilixxi li d-Detentur tal-Kont huwa residenti għal finijiet ta' taxxa fi Stat Membru, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli u l-awtoċertifikazzjoni trid tinkludi wkoll it-TIN tad-Detentur tal-Kont fir-rigward ta' tali Stat Membru (soġġett għall-paragrafu D tat-Taqsima I) u d-data tat-twelid.
Jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkustanzi fir-rigward ta' Kont Individwali Ġdid li tikkawża lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li tkun taf, jew li jkollha raġuni biex tkun taf, li l-awtoċertifikazzjoni oriġinali hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax tiddependi fuq l-awtoċertifikazzjoni oriġinali u għandha tikseb awtoċertifikazzjoni valida li tistabbilixxi r-residenza(i) għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur tal-Kont.
TAQSIMA V
DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET TA' ENTITÀ PREEŻISTENTI
Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost il-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti.
Kontijiet ta' Entità Mhux Meħtieġa li Jiġu Eżaminati, Identifikati jew Rappurtati. Sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tiddeċidix mod ieħor, jew fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti kollha jew, separatament, fir-rigward ta' kwalunkwe grupp identifikat b'mod ċar ta' tali kontijiet, Kont ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont aggregat jew valur li ma jaqbiżx, fil-31 ta' Diċembru 2015, ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 250 000 , mhuwiex meħtieġ li jiġi rieżaminat, identifikat, jew rappurtat bħala Kont Rapportabbli sakemm il-bilanċ tal-kont aggregat jew il-valur ma jaqbiżx dak l-ammont mill-aħħar jum ta' kwalunkwe sena kalendarja.
Kontijiet ta' Entità soġġetti għal Eżami. Kont ta' Entità Preeżistenti li għandu bilanċ tal-kont jew valur aggregat li jaqbeż, mill-31 ta' Diċembru 2015, ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 250 000 , u Kont ta' Entità Preeżistenti li ma jaqbiżx, fil-31 ta' Diċembru 2015, dak l-ammont iżda l-bilanċ tal-kont jew il-valur aggregat jaqbeż tali ammont mill-aħħar jum ta' kwalunkwe sena kalendarja sussegwenti, għandhom jiġu eżaminati skont il-proċeduri stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu D.
Kontijiet ta' Entità li fir-Rigward Tagħhom Hu Meħtieġ Rappurtar. Fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti deskritti fil-paragrafu B, huma biss dawk il-kontijiet li huma miżmuma minn Entità waħda jew aktar li huma Persuni Rapportabbli, jew minn NFEs Passivi bi Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli, għandhom jiġu ttrattati bħala Kontijiet Rapportabbli.
Proċeduri ta' Rieżami biex jiġu Identifikati Kontijiet tal-Entità li fir-Rigward Tagħhom Hu Meħtieġ Rappurtar. Għall-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti deskritti fil-paragrafu B, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika l-proċeduri ta' eżami li ġejjin biex ikun ddeterminat jekk il-kont huwiex miżmum minn Persuna Rapportabbli waħda jew aktar, jew minn NFEs Passivi bi Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli:
Tiddetermina Jekk l-Entità Tkunx Persuna Rapportabbli.
L-informazzjoni tal-eżami li tinżamm għal finijiet regolatorji jew ta' kuntatti mal-klijent (inkluża informazzjoni miġbura skont il-proċeduri AML/KYC) biex jiġi determinat jekk l-informazzjoni tindikax li d-Detentur tal-Kont huwiex residenti fi Stat Membru. Għal dan il-għan, l-informazzjoni li tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti fi Stat Membru tinkludi post ta' inkorporazzjoni jew organizzazzjoni, jew indirizz fi Stat Membru.
Jekk l-informazzjoni tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti fi Stat Membru, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli sakemm ma tiksibx awtoċertifikazzjoni mid-Detentur tal-Kont, jew b'mod raġonevoli tiddetermina abbażi tal-informazzjoni li jkollha jew li tkun pubblikament disponibbli, li d-Detentur tal-Kont mhuwiex Persuna Rapportabbli.
Tiddetermina Jekk l-Entità tkunx NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti Waħda jew Aktar li Jkunu Persuni Rapportabbli. Fir-rigward ta' Detentur ta' Kont ta' Entità Preeżistenti (inkluż Entità li tkun Persuna Rapportabbli), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tiddetermina jekk id-Detentur tal-Kont huwiex NFE Passiva bi Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli. Jekk kwalunkwe waħda mill-Persuni Kontrollanti ta' NFE Passiva tkun Persuna Rapportabbli, il-kont għandu jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli. Meta tagħmel dawn id-determinazzjonijiet l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-gwida fis-subparagrafi D(2)(a) sa (c) fl-ordni l-aktar adatta taħt iċ-ċirkustanzi.
Jiġi ddeterminat jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont biex jiġi stabbilit l-istatus tiegħu, sakemm ma tiddeterminax b'mod raġonevoli abbażi ta' informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun pubblikament disponibbli, li d-Detentur tal-Kont ikun NFE Attiva jew Istituzzjoni Finanzjarja li ma tkunx Entità tal-Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) tat-Taqsima VIII li ma tkunx Istituzzjoni Finanzjarja Parteċipanti tal-Ġurisdizzjoni.
Jiġu determinati l-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri AML/KYC.
Jiġi determinat jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq:
informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri AML/KYC fil-każ ta' Kont ta' Entità Preeżistenti miżmum minn NFE waħda jew aktar bi bilanċ tal-kont jew tal-valur aggregat li ma jaqbiżx ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 1 000 000 ; jew
awtoċertifikazzjoni mid-Detentur tal-Kont jew tali Persuna Kontrollanti tal-Istat(i) Membru(i) jew ġurisdizzjoni(jiet) oħra fejn il-Persuna Kontrollanti tkun residenti għall-finijiet ta' taxxa.
L-għażla ta' żmien tar-Rieżami u Proċeduri Addizzjonali Applikabbli għall-Kontijiet tal-Entità Preeżistenti
L-eżami ta' Kontijiet ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont jew valur aggregat li jaqbeż, fil-31 ta' Diċembru 2015, ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 250 000 , irid jitlesta sal-31 ta' Diċembru 2017.
L-eżami ta' Kontijiet ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont jew valur aggregat li ma jaqbiżx, fil-31 ta' Diċembru 2015, ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 250 000 iżda jaqbeż dak l-ammont mill-31 ta' Diċembru ta' sena sussegwenti, irid jitlesta fis-sena kalendarja ta' wara s-sena li fiha l-bilanċ tal-kont jew valur aggregat jaqbeż tali ammont.
Jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkustanzi fir-rigward ta' Kont ta' Entità Preeżistenti li tikkawża lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li tkun taf, jew ikollha raġuni li tkun taf, li l-awtoċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni oħra assoċjata ma' kont hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha terġa' tiddetermina l-istatus tal-kont skont il-proċeduri stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu D.
TAQSIMA VI
DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET TA' ENTITÀ ĠODDA
Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finiijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost il-Kontijiet ta' Entità Ġodda.
Proċeduri ta' Rieżami biex jiġu Identifikati Kontijiet tal-Entità li fir-Rigward Tagħhom Hu Meħtieġ Rappurtar. Għal Kontijiet ta' Entità Ġodda, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika dawn il-proċeduri ta' eżami li ġejjin biex jiġi determinat jekk il-kont ikunx miżmum minn Persuna Rapportabbli waħda jew aktar, jew minn NFEs Passivi b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli:
Tiddetermina Jekk l-Entità Tkunx Persuna Rapportabbli.
Tikseb awtoċertifikazzjoni, li tista' tkun parti mid-dokumentazzjoni għall-ftuħ tal-kont, li biha l-Istituzzjoni finanzjarja Rapportanti tkun tista' tiddetermina r-residenza(i) tad-Detentur tal-Kont għal finijiet ta' taxxa u tikkonferma r-raġonevolezza ta' tali awtoċertifikazzjoni abbażi tal-informazzjoni miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti b'rabta mal-ftuħ tal-kont, inkluż kwalunkwe dokumentazzjoni miġbura skont il-Proċeduri AML/KYC. Jekk l-entità tiċċertifika li ma għandha l-ebda residenza għal finijiet ta' taxxa, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità biex tiġi determinata r-residenza tad-Detentur tal-Kont.
Jekk l-awtoċertifikazzjoni tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti fi Stat Membru, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli, sakemm hija raġonevolment tiddetermina abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun disponibbli għall-pubbliku li d-Detentur tal-Kont ma jkunx Persuna Rapportabbli fir-rigward ta' tali Stat Membru.
Tiddetermina Jekk l-Entità tkunx NFE Passiva bi Persuna Kontrollanti Waħda jew Aktar li Jkunu Persuni Rapportabbli. Fir-rigward ta' Detentur ta' Kont ta' Entità Ġdid (inkluż Entità li tkun Persuna Rapportabbli), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tiddetermina jekk id-Detentur tal-Kont huwiex NFE Passiva bi Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli. Jekk kwalunkwe waħda mill-Persuni Kontrollanti ta' NFE Passiva tkun Persuna Rapportabbli, il-kont għandu jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli. Meta tagħmel dawn id-determinazzjonijiet l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-gwida fis-subparagrafi A(2)(a) sa (c) fl-ordni l-aktar adatta taħt iċ-ċirkustanzi.
Jiġi ddeterminat jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha toqgħod fuq awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont biex jiġi stabbilit l-istatus tiegħu, sakemm ma jkollhiex informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun pubblikament disponibbli, li abbażi tagħha tista' raġonevolment tiddetermina li d-Detentur tal-Kont ikun NFE Attiva jew Istituzzjoni Finanzjarja li ma tkunx Entità tal-Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) tat-Taqsima VIII li ma tkunx Istituzzjoni Finanzjarja Parteċipanti tal-Ġurisdizzjoni.
Jiġu determinati l-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri AML/KYC.
Jiġi determinat jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli. Għal finijiet ta' determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont jew tali Persuna Kontrollanti.
TAQSIMA VII
REGOLI TA' DILIĠENZA DOVUTA SPEĊJALI
Ir-regoli addizzjonali li ġejjin japplikaw fl-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' diliġenza dovuta deskritti hawn fuq:
Dipendenza fuq Awtoċertifikazzjonijiet u Evidenza Dokumentata. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax toqgħod fuq l-awtoċertifikazzjoni jew l-Evidenza Dokumentata jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun taf jew għandha raġuni biex tkun taf li l-awtoċertifikazzjoni jew l-Evidenza Dokumentata hija żbaljata jew mhux affidabbli.
Proċeduri alternattivi għal Kontijiet Finanzjarji Miżmuma minn Benefiċjarji Individwali ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Annwalità u għal Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Annwalità ta' Grupp. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tippreżumi li benefiċjarju individwali (għajr is-sid) ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Annwalità li jirċievi benefiċċju tal-mewt ma jkunx Persuna Rapportabbli u tista' tittratta tali Kont Finanzjarju bħala differenti minn Kont Rapportabbli sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ikollha għarfien dwar il-fatt, jew ikollha raġuni biex tkun taf, li l-benefiċjarju jkun Persuna Rapportabbli. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollha raġuni biex tkun taf li benefiċjarju ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Annwalità jkun Persuna Rapportabbli jekk l-informazzjoni miġbura mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u assoċjata mal-benefiċjarju jkun fiha indicia kif deskritt fil-paragrafu B tat-Taqsima III. Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun attwalment taf, jew ikollha raġuni biex tkun taf, li l-benefiċjarju jkun Persuna Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-proċeduri fil-paragrafu B tat-Taqsima III.
Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tittratta Kont Finanzjarju li jkun l-interess ta' membru f'Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Annwalità ta' Grupp bħala Kont Finanzjarju li ma jkunx Kont Rapportabbli qabel id-data li fiha jkun pagabbli ammont lill-impjegat/id-detentur taċ-ċertifikat jew il-benefiċjarju, jekk il-Kont Finanzjarju li jkun l-interess ta' membru f'Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Annwalità ta' Grupp jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
il-Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Annwalità jinħareġ lil impjegatur u jkopri 25 impjegat/detentur taċ-ċertifikat jew aktar;
l-impjegat/id-detenturi ta' ċertifikat huma intitolati jirċievu kwalunkwe valur tal-kuntratt relatat mal-interessi tagħhom u jinnominaw benefiċjarji għall-benefiċċju pagabbli mal-mewt tal-impjegat; u
l-ammont aggregat pagabbli lil kwalunkwe impjegat/detentur taċ-ċertifikat jew benefiċjarju ma jaqbiżx ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 1 000 000 .
It-terminu “Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp” ifisser Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus li (i) jipprovdi kopertura għal individwi li jkunu affiljati permezz ta' impjegatur, assoċjazzjoni kummerċjali, union tal-ħaddiema, jew assoċjazzjoni jew grupp ieħor; u (ii) jimponi primjum fuq kull membru tal-grupp (jew membru ta' klassi fi ħdan grupp) li jkun determinat bla ma jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi individwali tas-saħħa għajr l-età, is-sess, u d-drawwiet tat-tipjip ta' membru (jew klassi ta' membri) tal-grupp.
It-terminu “Kuntratt ta' Annwalità ta' Grupp” ifisser Kuntratt ta' Annwalità li taħtu l-interessati huma individwi li jkunu affiljati permezz ta' impjegatur, assoċjazzjoni kummerċjali, union tal-ħaddiema, jew assoċjazzjoni jew grupp ieħor.
Aggregat tal-Bilanċ tal-Kont u Regoli tal-Munita
Aggregat ta' Kontijiet Individwali. Għall-finijiet biex jiġi determinat il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn individwu, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti hi meħtieġa li tiġbor flimkien il-Kontijiet Finanzjarji kollha miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, jew minn Entità Relatata, iżda biss sal-punt li s-sistemi kompjuterizzati tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollhom konnessjoni mal-Kontijiet Finanzjarji permezz ta' referenza għal element ta' data bħal numru tal-klijent jew TIN, u jippermettu li l-bilanċi jew il-valuri tal-kont jiġu aggregati. Kull detentur ta' Kont Finanzjarju miżmum konġuntament għandu jiġi attribwit l-bilanċ jew il-valur totali tal-Kont Finanzjarju miżmum konġuntament għall-fini li jiġu applikati r-rekwiżiti ta' aggregazzjoni deskritti f'dan is-subparagrafu.
Aggregazzjoni tal-Kontijiet ta' Entità. Għall-finijiet biex jiġi determinat il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn Entità, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti hi meħtieġa li tikkunsidra l-Kontijiet Finanzjarji kollha miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, jew minn Entità Relatata, iżda biss sal-punt li s-sistemi kompjuterizzati tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollhom konnessjoni mal-Kontijiet Finanzjarji permezz ta' referenza għal element ta' data bħal numru tal-klijent jew TIN, u jippermettu li l-bilanċi jew il-valuri tal-kont jiġu aggregati. Kull detentur ta' Kont Finanzjarju miżmum konġuntament għandu jiġi attribwit il-bilanċ jew il-valur totali tal-Kont Finanzjarju miżmum konġuntament għall-fini li jiġu applikati r-rekwiżiti ta' aggregazzjoni deskritti f'dan is-subparagrafu.
Regola ta' Aggregazzjoni Speċjali Applikabbli għal Maniġers tal-Kuntatti. Għall-finijiet biex jiġi determinat il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn persuna biex ikun determinat jekk Kont Finanzjarju huwiex Kont ta' Valur Għoli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti hi meħtieġa wkoll, fil-każ ta' kwalunkwe Kont Finanzjarju li dwaru maniġer tal-kuntatti jkun jaf jew ikollu raġuni biex ikun jaf, li dan ikun direttament jew indirettament jappartjeni lil, ikkontrollat, jew stabbilit (ħlief f'kapaċità fiduċjarja) mill-istess persuna, biex jiġbor flimkien dawn il-kontijiet kollha.
Ammonti Moqrija bħala li Jinkludu l-Ekwivalenti f'Muniti Oħra. L-ammonti kollha denominati fil-munita domestika ta' kull Stat Membru għandhom jinqraw li jinkludu ammonti ekwivalenti f'muniti oħrajn, kif iddeterminat mil-liġi domestika.
TAQSIMA VIII
TERMINI MFISSRA
Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom it-tifsiriet stipulati hawn taħt:
A. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti
It-terminu “Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti” jfisser kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja ta' Stat Membru li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti. It-terminu “Istituzzjoni Finanzjarja ta' Stat Membru” jfisser (i) kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja li tkun residenti fi Stat Membru, iżda jeskludi kwalunkwe fergħa ta' dik l-Istituzzjoni Finanzjarja li ma tinsabx f'dak l-Istat Membru, u (ii) kwalunkwe fergħa ta' Istituzzjoni Finanzjarja li ma tkunx residenti fi Stat Membru, jekk dik il-fergħa tkun tinsab f'dak l-Istat Membru.
It-terminu “Istituzzjoni Finanzjarja Parteċipanti tal-Ġurisdizzjoni” jfisser (i) kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja li hija residenti f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti, iżda jeskludi kwalunkwe fergħa ta' dik l-Istituzzjoni Finanzjarja li ma tinsabx barra dik il-Ġurisdizzjoni Parteċipanti, u (ii) kwalunkwe fergħa ta' Istituzzjoni Finanzjarja li mhijiex residenti f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti, jekk dik il-fergħa tkun tinsab f'dik il-Ġurisdizzjoni Parteċipanti.
It-terminu “Istituzzjoni Finanzjarja” jfisser Istituzzjoni ta' Kustodja, Istituzzjoni Depożitorja, Entità ta' Investiment, jew Kumpannija tal-Assigurazzjoni Speċifika.
It-terminu “Istituzzjoni Finanzjarja” jfisser Istituzzjoni ta' Kustodja, Istituzzjoni Depożitorja, Entità ta' Investiment, jew Kumpannija tal-Assigurazzjoni Speċifika. Entità żżomm Assi Finanzjarji akkont ta' oħrajn bħala porzjon sostanzjali tan-negozju tagħha jekk l-introjtu gross tal-Entità attribwibbli għaż-żamma ta' Assi Finanzjarji u servizzi finanzjarji relatati jkun ugwali jew jaqbeż l-20 % tal-introjtu gross tal-Entità matul l-iqsar wieħed minn: (i) il-perijodu ta' tliet snin li jintemm fil-31 ta' Diċembru (jew l-aħħar jum ta' perijodu tal-kontabilità ta' sena mhux kalendarja) qabel is-sena li fiha ssir id-determinazzjoni; jew (ii) il-perijodu li matulu l-Entità tkun ilha teżisti.
It-terminu “Istituzzjoni Depożitorja” jfisser kwalunkwe Entità li taċċetta depożiti fil-kors ordinarju tan-negozju bankarju jew wieħed simili.
It-terminu “Entità tal-Investiment” ifisser kwalunkwe entità:
li primarjament twettaq bħala negozju wieħed jew aktar mill-attivitajiet jew operazzjonijiet li ġejjin għal jew f'isem klijent:
kummerċ fi strumenti tas-suq monetarju (ċekkijiet, kambjali, ċertifikati tad-depożitu, derivati, eċċ.); kambju barrani, kambju, rati tal-interess u strumenti tal-indiċi; titoli trasferibbli; jew negozju fi futures tal-komoditajiet;
ġestjoni individwali jew kollettiva tal-portafoll; jew
inkella investiment, amministrar, jew maniġġar ta' Assi Finanzjarji jew flus f'isem persuni oħra;
jew
li l-introjtu gross tiegħu huwa primarjament attribwibbli għal investiment, investiment mill-ġdid, jew negozju f'Assi Finanzjarji, jekk l-Entità hija ġestita minn Entità oħra li tkun Istituzzjoni Depożitorja, Istituzzjoni ta' Kustodja, Kumpannija tal-Assigurazzjoni Speċifikata, jew Entità tal-Investiment kif deskritt fis-subparagrafu A(6)(a).
Entità tiġi trattata bħala li tkun qed primarjament tmexxi bħala negozju waħda jew aktar mill-attivitajiet tagħha deskritti fis-subparagrafu A(6)(a), jew introjtu gross ta' Entità jiġi primarjament attribwibbli għal investiment, investiment mill-ġdid, jew negozju f'Assi Finanzjarji għall-finijiet tas-subparagrafu A(6)(b), jekk l-introjtu gross tal-Entità attribwibbli għall-attivitajiet rilevanti jkun ugwali jew jaqbeż il-50 % tal-introjtu gross tal-Entità matul l-iqsar wieħed minn: (i) il-perijodu ta' tliet snin li jintemm fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel is-sena li fiha ssir id-determinazzjoni; jew (ii) il-perijodu li matulu l-Entità tkun ilha teżisti. It-terminu “Entità tal-Investiment” ma jinkludix Entità li tkun NFE Attiva għaliex dik l-Entità tissodisfa kwalunkwe kriterju fis-subparagrafi D(8)(d) sa (g).
Dan il-paragrafu għandu jkun interpretat b'mod li jkun konsistenti ma' lingwaġġ simili stipulat fid-definizzjoni ta' “istituzzjoni finanzjarja” fir-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force għal Azzjoni Finanzjarja.
It-terminu “Ass Finanzjarju” jinkludi titolu (pereżempju, sehem minn stokk f'korporazzjoni; sħubija jew interess benefiċjarju titolari fi sħubija jew fiduċjarja korporattiva miżmuma b'mod wiesa' jew innegozjata pubblikament; kambjala, bond, obbligazzjoni, jew evidenza oħra ta' pożizzjoni ta' dejn), interess fi sħubija, prodotti, swap (pereżempju, swaps tar-rata ta' interess, swaps ta' munita, basis swaps, caps fuq ir-rati ta' imgħax, rati ta' imgħax minimi (interest rate floors), swaps ta' komoditajiet, swaps ta' ekwità, swaps tal-indiċi ta' ekwità, u ftehimiet simili), Kuntratt tal-Assigurazzjoni jew Kuntratt ta' Annwalità, jew kwalunkwe interess (inklużi futures jew kuntratt jew opzjoni forward) f'titolu, interess fi sħubija, prodott, swap, Kuntratt tal-Assigurazzjoni, jew Kuntratt ta' Annwalità. It-terminu “Assi Finanzjarju” ma jinkludix interess dirett mingħajr dejn fi proprjetà immobbli.
It-terminu “Kumpanija Speċifikata tal-Assigurazzjoni” jfisser Entità li tkun kumpanija tal-assigurazzjoni (jew il-kumpanija holding ta' kumpanija tal-assigurazzjoni) li toħroġ, jew li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward ta', Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Annwalità.
B. Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti
It-terminu “Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti” jfisser kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja li tkun:
entità governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali, ħlief fir-rigward ta' pagament li huwa derivat minn obbligu li jkun hemm f'konnessjoni ma' attività finanzjarja kummerċjali tat-tip li tkun attiva fiha Kumpanija Speċifikata tal-Assigurazzjoni, Istituzzjoni ta' Kustodja, jew Istituzzjoni Depożitorja;
fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni Wiesgħa; Fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni Limitata; Fond għall-Pensjonijiet ta' Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali; jew Emittent Kwalifikat tal-Karti ta' Kreditu;
kwalunkwe Entità oħra li tippreżenta riskju baxx li tintuża biex tevadi t-taxxa, ikollha karatteristiċi sostanzjalment simili għal kwalunkwe waħda mill-Entitajiet deskritti fis-subparagrafi B(1)(a) u (b), u tkun inkluża fil-lista ta' Istituzzjonijiet Finanzjarji Nonrapportanti msemmija fl-Artikolu 8(7a) ta' din id-Direttiva, sakemm l-istatus ta' tali Entità bħala Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti ma tiffrustrax l-għanijiet ta' din id-Direttiva;
mezz Kollettiv ta' Investiment Eżentat; jew
trust sal-punt li l-fiduċjarju tat-trust tkun Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u tirrapporta l-informazzjoni kollha meħtieġa li tiġi rappurtata skont it-Taqsima I fir-rigward tal-Kontijiet Rapportabbli kollha tat-trust.
It-terminu “Entità Governattiva” jfisser il-gvern ta' Stat Membru jew ġurisdizzjoni oħra, kwalunkwe suddiviżjoni politika ta' Stat Membru jew ġurisdizzjoni oħra (li, biex jiġi evitat id-dubju, jinkludi stat, provinċja, kontea, jew muniċipalità), jew kwalunkwe aġenzija jew mezz strumentali b'appartenenza totali ta' Stat Membru jew ġurisdizzjoni oħra jew ta' kwalunkwe wieħed jew iktar ta' dan ta' qabel (kull waħda minnhom, “Entità Governattiva”). Din il-kategorija hi magħmula mill-partijiet integrali, l-entitajiet ikkontrollati, u s-suddiviżjonijiet politiċi ta' Stat Membru jew ġurisdizzjoni oħra.
“Parti integrali” ta' Stat Membru jew ġurisdizzjoni oħra tfisser kwalunkwe persuna, organizzazzjoni, aġenzija, bureau, fond, strument, jew korp ieħor, jissemma kif jissemma, li tikkostitwixxi awtorità governattiva ta' Stat Membru jew ġurisdizzjoni oħra. Il-qligħ nett tal-awtorità governattiva għandu jiġi akkreditat lill-kont proprju jew kontijiet oħra tal-Istat Membru jew ġurisdizzjoni oħra, u ebda sehem ma għandu jkun għall-benefiċċju ta' xi persuna privata. Parti integrali ma tinkludix xi individwu li huwa sovran, uffiċjal, jew amministratur li jaġixxi f'kapaċità privata jew personali.
“Entità kkontrollata” tfisser Entità li hija separata fil-forma minn Stat Membru jew ġurisdizzjoni oħra jew li inkella tikkostitwixxi entità ġuridika separata, dment li:
l-Entità tappartjeni kompletament u hija kkontrollata minn Entità Governattiva waħda jew aktar direttament jew minn entità kkontrollata waħda jew aktar;
il-qligħ nett tal-Entità jkunu akkreditati fil-kont proprju jew fil-kontijiet ta' Entità Governattivawaħda jew aktar, u ebda sehem tal-introjtu tagħha ma għandu jkun għall-benefiċċju ta' xi persuna privata; u
mal-likwidazzjoni, l-assi tal-Entità huma vestiti f'Entità Governattivawaħda jew aktar.
L-introjtu ma jkunx għall-benefiċċju ta' persuni privati jekk tali persuni jkunu l-benefiċjarji intenzjonati ta' programm governattiv, u l-attivitajiet tal-programm jitwettqu għall-pubbliku inġenerali fir-rigward tal-benessri komuni jew jirrigwardaw l-amministrazzjoni ta' xi fażi tal-gvern., Minkejja dan ta' hawn fuq, l-introjtu jitqies li jkun għall-benefiċċju ta' persuni privati jekk l-introjtu jkun derivat mill-użu ta' Entità Governattiva biex tmexxi negozju kummerċjali, bħal negozju bankarju kummerċjali, li jipprovdi servizzi finanzjarji lil persuni privati.
It-terminu “Organizzazzjoni Internazzjonali” jfisser kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali jew aġenzija akkwiżita totalment jew mezz strumentali tagħha. Din il-kategorija tinkludi organizzazzjoni intergovernattiva (inkluża organizzazzjoni supranazzjonali) (i) li hi primarjament magħmula minn gvernijiet; (ii) li għandha fil-fatt kwartieri ġenerali jew ftehim sostanzjalment simili mal-Istat Membru; u (iii) li l-introjtu tagħha ma jkunx għall-benefiċċju ta' persuni privati.
It-terminu “Bank Ċentrali” jfisser istituzzjoni li hija bil-liġi jew sanzjoni tal-gvern l-awtorità prinċipali, minbarra l-gvern tal-Istat Membru stess, li toħroġ strumenti maħsuba biex jiċċirkolaw bħala munita. Tali istituzzjoni tista' tinkludi strument li jkun separat mill-gvern tal-Istat Membru, irrispettivament jekk tkunx akkwiżita totalment jew parzjalment mill-Istat Membru.
It-terminu “Fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni Wiesgħa” jfisser fond stabbilit biex jipprovdi benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn, għal benefiċjarji li huma attwalment jew preċedentement impjegati (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati) ta’ wieħed jew aktar impjegaturi bħala korrispettiv għal servizzi mogħtija, sakemm il-fond:
ma jkollux benefiċjarju wieħed bi dritt għal aktar minn 5 % tal-assi tal-fond;
huwa soġġett għal regolamentazzjoni mill-gvern u jipprovdi informazzjoni ta' rappurtar lill-awtoritajiet tat-taxxa; u
jissodisfa mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
il-fond ġeneralment huwa eżentat mit-taxxa fuq l-introjtu mill-investiment, jew it-tassazzjoni ta' tali introjtu jkun differit jew intaxxat b'rata mnaqqsa, minħabba l-istatus tiegħu ta' pjan tal-irtirar jew tal-pensjoni;
il-fond jirċievi tal-anqas 50 % tat-total ta' kontribuzzjonijiet tiegħu (minbarra trasferimenti ta' assi minn pjanijiet oħra deskritti fis-subparagrafi B(5) sa (7) jew minn kontijiet ta' rtirar u pensjonijiet deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)) mill-impjegaturi li jkun qed jisponsorjaw;
Id-distribuzzjonijiet jew il-ġbid ta' flus mill-fond huma permessi biss meta jseħħu avvenimenti speċifiċi relatati ma' rtirar, diżabbiltà, jew mewt (ħlief distribuzzjonijiet imġedda għal fondi oħrajn tal-irtirar deskritti fis-subparagrafi B(5) sa (7) jew kontijiet ta' rtirar u pensjonijiet deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)), jew japplikaw penali għad-distribuzzjonijiet jew ġbid ta' flus li jseħħu qabel tali avvenimenti speċifikati; jew
il-kontribuzzjonijiet (minbarra ċerti kontribuzzjonijiet make-up li jkunu permessi) mill-impjegati għall-fond huma limitati b'referenza għall-introjtu ggwadanjat tal-impjegat jew ma jistax jaqbeż, annwalment, ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 50 000 , bl-applikazzjoni tar-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kont u tal-qlib tal-munita.
It-terminu “Fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni Limitata” jfisser fond stabbilit biex jipprovdi benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt lil benefiċjarji li huma impjegati attwali jew preċedenti (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati) ta' sid wieħed jew aktar bħala korrispettiv għal servizzi mogħtija, sakemm:
il-fond ikollu inqas minn 50 parteċipant;
il-fond huwa sponsorjat minn wieħed jew aktar impjegaturi li mhumiex Entitajiet tal-Investiment jew NFEs passivi;
il-kontribuzzjonijiet tal-impjegati u ta' impjegatur għall-fond (għajr trasferimenti ta' assi minn kontijiet ta' rtirar u pensjonijiet deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)) huma limitati b'referenza għall-introjtu ggwadanjat u l-kumpens tal-impjegati, rispettivament;
il-parteċipanti li mhumiex residenti tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fond mhumiex intitolati għal aktar minn 20 % tal-assi tal-fond; u
il-fond huwa soġġett għal regolamentazzjoni mill-gvern u jipprovdi informazzjoni ta' rappurtar lill-awtoritajiet tat-taxxa.
It-terminu “Fond għall-Pensjonijiet ta' Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali” jfisser fond stabbilit minn Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali biex jipprovdi benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt lil benefiċjarji jew parteċipanti li huma impjegati attwali jew preċedenti (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati), jew li ma jkunux impjegati attwali jew preċedenti, jekk il-benefiċċji pprovduti lil tali benefiċjarji jew parteċipanti bħala korrispettiv ta' servizzi personali mwettqa għall-Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali.
It-terminu “Emittent Kwalifikat tal-Karti ta' Kreditu” jfisser Istituzzjoni Finanzjarja li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
l-Istituzzjoni Finanzjarja tkun Istituzzjoni Finanzjarja unikament għaliex tkun emittenti ta' karti tal-kreditu li taċċetta depożiti biss meta konsumatur jagħmel pagament f'eċċess ta' bilanċ dovut fir-rigward tal-karta u l-pagament żejjed ma jiġix immedjatament irritornat lill-klijent; u
fl-1 ta' Jannar 2016 jew qabel, l-Istituzzjoni Finanzjarja timplimenta linji politiċi u proċeduri jew biex timpedixxi lil klijent milli jagħmel pagament żejjed ogħla minn ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 50 000 , jew biex tiżgura li kwalunkwe pagament żejjed ta' klijent ogħla minn dak l-ammont jitħallas lura lill-klijent fi żmien 60 jum, f'kull każ jiġu applikati r-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għal aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita. Għal din il-fini, pagament żejjed ta' klijent ma jirreferix għal bilanċi tal-kreditu sal-punt ta' imposti kkontestati iżda jinkludi bilanċi tal-kreditu li jirriżultaw mir-ritorn ta' merkanzija.
It-terminu “Mezz Kollettiv ta' Investiment Eżentat” ifisser Entità tal-Investiment li tkun regolata bħala mezz kollettiv ta' investiment, sakemm l-interessi kollha fil-mezz kollettiv ta' investiment huma miżmuma minn jew permezz ta' individwi jew Entitajiet li ma jkunux Persuni Rapportabbli, ħlief NFE Passiva b'Persuni li Jikkontrollaw li jkunu Persuni Rapportabbli.
Entità tal-Investiment li hija rregolat bħala mezz kollettiv ta' investiment ma għandhiex ma tikkwalifikax taħt is-subparagrafu B(9) bħala Mezz Kollettiv ta' Investiment Eżentat, unikament minħabba li l-mezz kollettiv ta' investiment ikun ħareġ ishma fiżiċi f'forma ta' bearer, sakemm li:
il-mezz kollettiv ta' investiment ma jkunx ħareġ, u ma joħroġx, xi ishma anonimi wara l-31 ta' Diċembru 2015;
il-mezz kollettiv ta' investiment jirtira l-ishma kollha bħal dawn maċ-ċessjoni;
il-mezz kollettiv ta' investiment iwettaq il-proċeduri ta' diliġenza dovuta stipulati iktar 'il quddiem fit-Taqsimiet II sa VII u jirrapporta kwalunkwe informazzjoni meħtieġa li tiġi rrapportata fir-rigward ta' kwalunkwe sehem bħal dan meta tali ishma jkunu ppreżentati għal ammortament jew pagament ieħor; u
il-mezz kollettiv ta' investiment ikollu fis-seħħ linji politiċi u proċeduri biex jiġi żgurat li tali ishma jinfdew jew jiġu mmobilizzati kemm jista' jkun malajr, u fi kwalunkwe każ qabel l-1 ta' Jannar 2018.
C. Kont Finanzjarju
It-terminu “Kont Finanzjarju” jfisser kont miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja, u jinkludi Kont Depożitorju, Kont ta' Kustodja u:
fil-każ ta' Entità tal-Investiment, kwalunkwe interess ta' ekwità jew ta' dejn fl-Istituzzjoni Finanzjarja. Minkejja dan ta' hawn fuq, it-terminu “Kont Finanzjarju” ma jinkludi l-ebda interess fuq ekwità jew dejn f'Entità li tkun Entità tal-Investiment sempliċiment minħabba li (i) tagħti pariri dwar l-investiment, u taġixxi f'isem, jew (ii) timmaniġġja portafolji għal klijent u taġixxi f'ismu għall-finijiet ta' investiment, maniġġjar, jew amministrazzjoni ta' Assi Finanzjarji depożitati f'isem il-klijent ma' Istituzzjoni Finanzjarja għajr dik l-Entità;
fil-każ ta' Istituzzjoni Finanzjarja mhux deskritta fis-subparagrafu C(1)(a), kwalunkwe interess ta' ekwità jew ta' dejn fl-Istituzzjoni Finanzjarja, jekk il-klassi ta' interessi kienet stabbilita għall-fini li jiġi evitat ir-rappurtar skont it-Taqsima I; u
kwalunkwe Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u kwalunkwe Kuntratt ta' Annwalità maħruġ jew miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja, għajr annwalità immedjata tal-ħajja mhux marbuta ma' investiment u mhux trasferibbli li tinħareġ lil individwu u tiffissal-valur fi flus ta' pensjoni jew benefiċċju ta' diżabbiltà previst taħt kont li jkun Kont Eskluż.
It-terminu “Kont Finanzjarju” ma jinkludi l-ebda kont li jkun Kont Eskluż.
It-terminu “Kont Depożitorju” jinkludi kwalunkwe kont kummerċjali, ta' ċċekkjar, ta' tifdil, fiss, jew thrift, jew kont li huwa evidenzjat minn ċertifikat ta' depożitu, ċertifikat ta' tifdil għall-irtirar, ċertifikat ta' investiment, ċertifikat ta' dejn, jew strument ieħor simili miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja matul negozju ordinarju bankarju jew wieħed simili. Kont Depożitorju jinkludi wkoll ammont miżmum minn kumpanija tal-assigurazzjoni skont kuntratt ta' investiment garantit jew ftehim simili biex jitħallas jew jiġi akkreditat interess fuqu.
It-terminu “Kont ta' Kustodja” jfisser kont (minbarra Kuntratt ta' Assigurazzjoni jew Kuntratt ta' Annwalità) li jkollu Ass Finanzjarju wieħed jew aktar għall-benefiċċju ta' persuna oħra.
It-terminu “Interess fuq Ekwità” jfisser, fil-każ ta' sħubija li hija Istituzzjoni Finanzjarja jew interess fuq kapital jew fuq il-qligħ fi sħubija. Fil-każ ta' trust li tkun Istituzzjoni Finanzjarja, interess fuq Ekwità hu meqjus li jkun miżmum minn kwalunkwe persuna ttrattata bħala settlor jew benefiċjarju tat-trust kollha jew ta' parti minnha, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv aħħari fuq it-trust. Persuna Rapportabbli tiġi ttrattata bħala benefiċjarju ta' trust jekk tali Persuna Rapportabbli jkollha d-dritt li tirċievi direttament jew indirettament (pereżempju, permezz ta' nominat) distribuzzjoni mandatorja jew tista' tirċievi, direttament jew indirettament, distribuzzjoni diskrezzjonarja mit-trust.
It-terminu “Kuntratt ta' Assigurazzjoni” jfisser kuntratt (minbarra Kuntratt ta' Annwalità) li taħtu l-emittent jaqbel li jħallas ammont mal-okkorrenza ta' kontinġenza speċifikata li tinvolvi mortalità, morbożità, inċident, responsabbiltà, jew riskju tal-proprjetà.
It-terminu “Kuntratt ta' Annwalità” jfisser kuntratt li bih l-emittent jaqbel li jagħmel pagamenti għal perjodu ta' żmien determinat fl-intier jew f'parti b'referenza għall-istennija tal-ħajja ta' individwu wieħed jew aktar. It-terminu jinkludi wkoll kuntratt li huwa meqjus bħala kull Kuntratt ta' Annwalità skont il-liġi, ir-regolament jew il-prattika tal-Istat Membru jew ġurisdizzjoni oħra li fiha l-kuntratt inħareġ, u taħt liema l-emittent jaqbel li jagħmel pagamenti għal terminu ta' snin.
It-terminu “Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus” ifisser Kuntratt tal-Assigurazzjoni (minbarra kuntratt tar-riassigurazzjoni ta' indennizz bejn żewġ kumpanniji tal-assigurazzjoni) li għandu Valur fi Flus.
It-terminu “Valur fi Flus” ifisser l-ikbar minn (i) l-ammont li d-detentur tal-polza huwa intitolat li jirċievi meta jiġi ċedut jew terminat il-kuntratt (determinat mingħajr tnaqqis għal kwalunkwe ħlas għaċ-ċediment jew self għall-polza), u (ii) l-ammont li d-detentur tal-polza jista' jissellef taħt jew rigward il-kuntratt. Minkejja dan ta' hawn fuq, it-terminu “Valur fi Flus” ma jinkludix ammont pagabbli skont Kuntratt tal-Assigurazzjoni:
unikament minħabba l-mewt ta' individwu assigurat taħt kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja;
bħala korriment personali jew benefiċċju tal-mard jew benefiċċju ieħor li jipprovdi indennizz ta' telf ekonomiku mġarrab malli jseħħ l-avveniment kopert mill-assigurazzjoni;
bħala rifużjoni ta' primjum imħallas qabel (naqqas l-ispiża tal-ħlasijiet tal-assigurazzjoni kemm jekk attwalment imposti jew le) taħt kuntratt tal-Assigurazzjoni (minbarra kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja marbut ma' investiment jew kuntratt ta' annwalità) minħabba kanċellazzjoni jew terminazzjoni tal-kuntratt, tnaqqis fl-espożizzjoni tar-riskju matul il-perijodu effettiv tal-kuntratt, jew b'riżultat tal-korrezzjoni ta' kollokament jew żball simili rigward il-primjum għall-kuntratt;
bħala dividend ta' dententur tal-polza (minbarra dividend tat-terminazzjoni) sakemm id-dividend jirrigwarda Kuntratt tal-Assigurazzjoni li taħtu l-uniċi benefiċċji pagabbli huma deskritti fis-subparagrafu C(8)(b); jew
bħala dħul ta' primjum bil-quddiem jew depożitu tal-primjum għal Kuntratt tal-Assigurazzjoni li għalih il-primjum għandu jitħallas mill-inqas annwalment jekk l-ammont tal-primjum bil-quddiem jew id-depożitu tal-primjum ma jaqbiżx il-primjum annwali li jmiss li ser ikun pagabbli taħt il-kuntratt.
It-terminu “Kont Preeżistenti” jfisser:
Kont Finanzjarju miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mill-31 ta' Diċembru 2015;
kwalunkwe Kont Finanzjarju ta' Detentur tal-Kont, irrispettivament mid-data meta tali Kont Finanzjarju nfetaħ, jekk:
id-Detentur tal-Kont iżomm ukoll mal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti (jew ma' Entità Relatata fl-istess Stat Membru bħall-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti) Kont Finanzjarju li huwa Kont Preeżistenti taħt is-subparagrafu C(9)(a);
l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti (u, kif applikabbli, l-Entità Relatata fl-istess Stat Membru bħall-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti) tittratta ż-żewġ Kontijiet Finanzjarji msemmijin hawn fuq, u kwalunkwe Kont Finanzjarju ieħor tad-Detentur tal-Kont li jiġi ttrattat bħala Kont Preeżistenti taħt il-punt (b), bħala Kont Finanzjarju uniku sabiex jissodisfa l-istandards tar-rekwiżiti ta' għarfien stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu A tat-Taqsima VII, u sabiex jiġi determinat il-bilanċ jew il-valur ta' kwalunkwe wieħed mill-Kontijiet Finanzjarji meta japplikaw kwalunkwe wieħed mil-limiti tal-kont;
fir-rigward ta' Kont Finanzjarju li huwa suġġett għall-Proċeduri tal-AML/KYC, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti hija permessa tissodisfa dawn il-Proċeduri tal-AML/KYC għall-Kont Finanzjarju billi toqgħod fuq il-Proċeduri tal-AML/KYC mwettqa għall-Kont Preeżistenti deskritt fis-subparagrafu C(9)(a); u
il-ftuħ tal-Kont Finanzjarju ma jeħtieġx l-għoti ta' informazzjoni ġdida, addizzjonali jew emendata tal-klijent mid-Detentur tal-Kont ħlief għall-finijiet ta' din id-Direttiva.
It-terminu “Kont Ġdid” ifisser Kont Finanzjarju miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti miftuħ fi jew wara l-1 ta' Jannar 2016 sakemm ma jkunx ittrattat bħala Kont Preeżistenti taħt is-subparagrafu C(9)(b).
It-terminu “Kont Individwali Preeżistenti” jfisser Kont Preeżistenti miżmum minn individwu wieħed jew aktar.
It-terminu “Kont Individwali Ġdid” ifisser Kont Ġdid miżmum minn individwu wieħed jew aktar.
It-terminu “Kont ta' Entità Preeżistenti” jfisser Kont Preeżistenti miżmum minn Entità waħda jew aktar.
It-terminu “Kont ta' Valur Aktar Baxx”ifisser Kont Individwali Preeżistenti b'bilanċ jew valur aggregat mill-31 ta' Diċembru 2015 li ma jaqbiżx ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 1 000 000 .
It-terminu “Kont ta' Valur Għoli” jfisser Kont Individwali Preeżistenti b'bilanċ jew valur aggregat li jaqbeż, mill-31 ta' Diċembru 2015, jew mill-31 ta' Diċembru ta' kwalunkwe sena sussegwenti, ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 1 000 000 .
It-terminu “Kont ta' Entità Ġdid” ifisser Kont Ġdid miżmum minn Entità waħda jew aktar.
It-terminu “Kont Eskluż” ifisser kwalunkwe wieħed mill-kontijiet li ġejjin:
kont ta' rtirar jew pensjoni li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala kont ta' rtirar personali jew huwa parti minn pjan ta' rtirar jew pensjoni rreġistrat jew irregolat għall-provvista ta' benefiċċji ta' rtirar jew pensjoni (inklużi benefiċċji ta' diżabilità jew mewt);
il-kont jibbenifika minn benefiċċji tat-taxxa (jiġifieri, il-kontribuzzjonijiet għall-kont li nkella jkunu soġġetti għat-taxxa jiġu mnaqqsa jew esklużi mill-introjtu gross tad-Detentur tal-Kont jew intaxxati b'rata mnaqqsa, jew it-tassazzjoni ta' introjtu minn investiment mill-kont tkun differita jew intaxxata b'rata mnaqqsa);
ir-rappurtar tal-informazzjoni huwa meħtieġ għall-awtoritajiet tat-taxxa fir-rigward tal-kont;
il-ġbid tal-flus huwa bil-kondizzjoni li tintlaħaq età ta' rtirar speċifika, id-diżabilità, jew mewt, jew penali japplikaw għall-ġbid tal-flus li sar qabel dawn l-avvenimenti speċifiċi; u
jew (i) il-kontribuzzjonijiet annwali huma limitati għal ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 50 000 jew inqas, jew (ii) hemm limitu ta' kontribuzzjoni massima tul il-ħajja għall-kont ta' ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 1 000 000 jew inqas, f'kull każ japplikaw ir-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita.
Kont Finanzjarju li nkella jissodisfa r-rekwiżit tas-subparagrafu C(17)(a)(v) mhux ser jonqos milli jissodisfa dan ir-rekwiżit unikament minħabba li dan il-Kont Finanzjarju jista' jirċievi assi jew fondi trasferiti minn wieħed jew aktar kontijiet finanzjarji li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-subparagrafu C(17)(a) jew (b) jew minn wieħed jew aktar fondi tal-irtirar jew tal-pensjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kwalunkwe wieħed mis-subparagrafi B(5) sa (7).
kont li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala strument ta' investiment għal finijiet oħra għajr għall-irtirar u jiġi nnegozjat b'mod regolari f'suq tat-titoli stabbilit, jew il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala strument ta' tfaddil għal finijiet oħra għajr għall-irtirar;
il-kont jibbenifika minn benefiċċji tat-taxxa (jiġifieri, il-kontribuzzjonijiet għall-kont li nkella jkunu soġġetti għat-taxxa jiġu mnaqqsa jew esklużi mill-introjtu gross tad-Detentur tal-Kont jew intaxxati b'rata mnaqqsa, jew it-tassazzjoni ta' introjtu minn investiment mill-kont tkun differita jew intaxxata b'rata mnaqqsa);
il-ġbid tal-flus huwa bil-kondizzjoni li jissodisfa kriterji speċifiċi dwar il-fini tal-kont ta' investiment jew ta' tfaddil (pereżempju, l-għoti ta' benefiċċji edukattivi jew mediċi), jew il-penali japplikaw għall-ġbid tal-flus li jsir qabel dawn il-kriterji jkunu ssodisfati; u
il-kontribuzzjonijiet annwali huma limitati għal ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 50 000 jew inqas, billi japplikaw ir-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita.
Kont Finanzjarju li nkella jissodisfa r-rekwiżit tas-subparagrafu C(17)(b)(iv) mhux ser jonqos milli jissodisfa dan ir-rekwiżit unikament minħabba li dan il-Kont Finanzjarju jista' jirċievi assi jew fondi trasferiti minn wieħed jew aktar kontijiet finanzjarji li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-subparagrafu C(17)(a) jew (b) jew minn wieħed jew aktar fondi tal-irtirar jew tal-pensjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kwalunkwe wieħed mis-subparagrafi B(5) sa (7).
kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja b'perijodu ta' kopertura li jintemm qabel ma l-individwu assigurat jilħaq l-età ta' 90 sena, sakemm il-kuntratt jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
primjums perjodiċi, li ma jonqsux matul iż-żmien, ikunu pagabbli mill-inqas kull sena matul il-perijodu li l-kuntratt ikun fis-seħħ jew sakemm l-assigurat jilħaq l-età ta' 90 sena, skont liema jkun l-iqsar;
il-kuntratt ma għandu l-ebda valur tal-kuntratt li kwalunkwe persuna tista' taċċessa (permezz ta' ġbid ta' flus, self, jew mod ieħor) mingħajr ma jintemm il-kuntratt;
l-ammont (minbarra benefiċċju tal-mewt) pagabbli malli jiġi kanċellat jew jintemm il-kuntratt ma jistax jaqbeż l-aggregat ta' primjums imħallsa għall-kuntratt, mingħajr is-somma ta' mortalità, morbożità, u ħlasijiet għal spejjeż (jekk attwalment imposti jew le) għall-perijodu jew il-perijodi tal-eżistenza tal-kuntratt u kwalunkwe ammont imħallas qabel jiġi kanċellat jew jintemm il-kuntratt; u
il-kuntratt ma jinżammx minn ċessjonarju għal valur.
kont li jinżamm biss minn patrimonju jekk id-dokumentazzjoni għal kont bħal dan tinkludi kopja tat-testment jew iċ-ċertifikat tal-mewt tal-persuna mejta.
kont stabbilit b'konnessjoni ma' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
ordni jew sentenza tal-qorti.
bejgħ, skambju, jew kiri ta' proprjetà reali jew personali, sakemm il-kont jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
obbligu ta' Istituzzjoni Finanzjarja li tagħti servizz ta' self garantit minn proprjetà immobbli biex jitwarrab fil-ġenb porzjon ta' pagament biss sabiex jiġi ffaċilitat il-ħlas ta' taxxi jew assigurazzjoni relatata ma' proprjetà immobbli fi żmien aktar tard.
obbligu ta' Istituzzjoni Finanzjarja biss sabiex jiġi ffaċilitat il-ħlas ta' taxxi fi żmien aktar tard.
Kont Depożitarju li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
il-kont jeżisti biss minħabba li klijent jagħmel pagament żejjed minn bilanċ dovut fir-rigward ta' karta ta' kreditu jew faċilità ta' overdraft oħra u l-pagament żejjed ma jmurx immedjatament lura għand il-klijent; u
fl-1 ta' Jannar 2016 jew qabel, l-Istituzzjoni Finanzjarja timplimenta linji politiċi u proċeduri jew biex timpedixxi lil klijent milli jagħmel pagament żejjed ogħla minn ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru li jikkorrispondi għal USD 50 000 , jew biex tiżgura li kwalunkwe pagament żejjed ta' klijent ogħla minn dak l-ammont jitħallas lura lill-klijent fi żmien 60 jum, f'kull każ jiġu applikati r-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għal aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita. Għal din il-fini, pagament żejjed ta' klijent ma jirreferix għal bilanċi tal-kreditu sal-punt ta' imposti kkontestati iżda jinkludi bilanċi tal-kreditu li jirriżultaw mir-ritorn ta' merkanzija.
kwalunkwe kont ieħor li jippreżenta riskju baxx biex jintuża għall-evażjoni tat-taxxa, għandu sostanzjalment karatteristiċi simili għal kwalunkwe wieħed mill-kontijiet deskritti fis-subparagrafi C(17)(a) sa (f), u huwa inkluż fil-lista ta' Kontijiet Esklużi msemmija fl-Artikolu 8(7a) ta' din id-Direttiva, sakemm l-istatus ta' kont bħal dan bħala Kont Eskluż ma jxekkilx il-finijiet ta' din id-Direttiva.
D. Kont Rapportabbli
It-terminu “Kont Rapportabbli” jfisser Kont Finanzjarju li jkun miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ta' Stat Membru u minn waħda jew aktar Persuni Rapportabbli jew minn NFE Passiva b'waħda jew aktar Persuni Kontrollanti li hija Persuna Rapportabbli, sakemm dan ikun ġie identifikat bħala tali skont il-proċeduri ta' diliġenza dovuta deskritti fit-Taqsimiet II sa VII.
It-terminu “Persuna Rapportabbli” jfisser Persuna ta' Stat Membru għajr: (i) korporazzjoni li l-istokk tagħha jiġi regolarment kummerċjalizzat f'wieħed jew aktar swieq tat-titoli stabbiliti; (ii) kwalunkwe korporazzjoni li hija Entità Relatata ta' korporazzjoni deskritta fil-klawsola (i); (iii) Entità Governattiva; (iv) Organizzazzjoni Internazzjonali; (v) Bank Ċentrali; jew (vi) Istituzzjoni Finanzjarja.
It-terminu “Persuna ta' Stat Membru” fir-rigward ta' kull Stat Membru jfisser individwu jew Entità li hija residenti fi kwalunkwe Stat Membru ieħor skont il-liġijiet tat-taxxa ta' dak l-Istat Membru l-ieħor, jew proprjetà ta' persuna deċeduta li kienet residenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor. Għal din il-fini, Entità bħal sħubija, sħubija b'responsabbiltà limitata jew arranġament legali simili, li m'għandhiex residenza għall-finijiet tat-taxxa għandha tkun ittrattata bħala residenti fil-ġurisdizzjoni fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha.
It-terminu “Ġurisdizzjoni Parteċipanti” fir-rigward ta' kull Stat Membru jfisser:
kwalunkwe Stat Membru ieħor;
kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra (i) li magħha l-Istat Membru konċernat għandu ftehim fis-seħħ li skontu dik il-ġurisdizzjoni tipprovdi l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I, u (ii) li hija identifikata f'lista ppubblikata minn dak l-Istat Membru u nnotifikata lill-Kummissjoni Ewropea;
kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra (i) li magħha l-Istat Membru konċernat għandu ftehim fis-seħħ li skontu dik il-ġurisdizzjoni tipprovdi l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I, u (ii) li hija identifikata f'lista ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea.
It-terminu “Persuni Kontrollanti” jfisser persuni fiżiċi li jeżerċitaw kontroll fuq Entità. Fil-każ ta' trust, dak it-terminu jfisser is-settlor(s), il-fiduċjarju(i), il-protettur(i) (jekk ikun hemm), il-benefiċjarju(i) jew klassi(jiet) ta' benefiċjarji, u kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv aħħari fuq it-trust, u fil-każ ta' arranġament legali għajr trust, dan it-terminu jfisser persuni f'pożizzjonijiet ekwivalenti jew simili. It-terminu “Persuni Kontrollanti” għandu jiġi interpretat b'mod konsistenti ma' Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja.
It-terminu “NFE” jfisser kull Entità li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja.
It-terminu “NFE Passiva” jfisser kwalunkwe: (i) NFE li mhijiex NFE Attiva; jew (ii) Entità ta' Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Parteċipanti tal-Ġurisdizzjoni.
It-terminu “NFE Attiva” jfisser kwalunkwe NFE li tissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:
inqas minn 50 % tal-introjtu gross tal-NFE għas-sena kalendarja preċedenti jew perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor huwa introjtu passiv u inqas minn 50 % tal-assi miżmuma mill-“NFE” matul is-sena kalendarja preċedenti jew għall-perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor huma assi li jipproduċu jew jinżammu għall-produzzjoni ta' introjtu passiv;
l-istokk tal-NFE jiġi regolarment innegozjat f'suq tat-titoli stabbilit jew l-NFE hija Entità Relatata ta' Entità li l-istokk tagħha jiġi regolarment innegozjat f'suq tat-titoli stabbilit;
l-NFE hija Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali, Bank Ċentrali, jew Entità kollha kemm hi proprjetà ta' wieħed jew aktar minn ta' qabel;
sostanzjalment l-attivitajiet kollha tal-NFE jikkonsistu miż-żamma (totalment jew parzjalment) tal-istokk pendenti ta', jew li jipprovdu finanzjament u servizzi lil, waħda jew aktar sussidjarji li jidħlu f'kummerċ jew negozji oħra għajr in-negozju ta' Istituzzjoni Finanzjarja, ħlief li Entità ma tikkwalifikax għal dan l-istatus jekk l-Entità tiffunzjona (jew isservi) bħala fond ta' investiment, bħal fond ta' ekwità privata, fond ta' kapital ta' riskju, leveraged buyout fund, jew kwalunkwe strument ta' investiment li l-għan tiegħu hu li jakkwista jew jiffinanzja kumpanniji u mbagħad ikollu interessi f'dawk il-kumpanniji bħala assi kapitali għal finijiet ta' investiment;
l-NFE għadha mhux qed tħaddem negozju u ma għandha l-ebda storja ta' tħaddim minn qabel, iżda qed tinvesti f'assi kapitali bl-intenzjoni li tħaddem negozju ieħor għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja, sakemm l-NFE ma tikkwalifikax għal din l-eċċezzjoni wara d-data li hija 24 xahar wara d-data tal-organizzazzjoni inizjali tal-NFE;
l-NFE ma kinitx Istituzzjoni Finanzjarja f'dawn l-aħħar ħames snin, u hija fil-proċess li tillikwida l-assi tagħha jew qed torganizza mill-ġdid bl-intenzjoni li tkompli jew terġa' tibda l-operazzjonijiet f'negozju ieħor għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja;
l-NFE primarjament tinvolvi ruħha fil-finanzjament u t-tranżazzjonijiet ta' hedging ma', jew għal, Entitajiet Relatati li mhumiex Istituzzjonijiet Finanzjarji, u ma tipprovdix finanzjament jew servizzi ta' hedging lil kwalunkwe Entità li mhijiex Entità Relatata, sakemm il-grupp ta' kwalunkwe tali Entità Relatata huwa primarjament involut f'negozju għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja; jew
l-NFE tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
hija stabbilita u kienet topera fl-Istat Membru tagħha jew ġurisdizzjoni oħra ta' residenza esklussivament għal finijiet reliġjużi, ta' karità, xjentifiċi, artistiċi, kulturali, atletiċi, jew edukattivi; jew hija stabbilita u kienet topera fl-Istat Membru tagħha jew ġurisdizzjoni oħra ta' residenza u hija organizzazzjoni professjonali, league tan-negozju, kamra tal-kummerċ, organizzazzjoni tax-xogħol, organizzazzjoni agrikola jew ortikulturali, league ċiviku jew organizzazzjoni mħaddma esklussivament għall-promozzjoni tal-benesseri soċjali;
hija eżenti mit-taxxa fuq l-introjtu fl-Istat Membru tagħha jew ġurisdizzjoni oħra ta' residenza;
hija ma għandha l-ebda azzjonist jew membru li għandhom dritt jew interess benefiċjali fl-introjtu jew tal-assi tagħha;
il-liġijiet applikabbli tal-Istat Membru tal-NFE jew ġurisdizzjoni oħra ta' residenza jew dokumenti tal-formazzjoni tal-NFE ma jippermettu l-ebda introjtu jew assi tal-NFE li jitqassmu lil, jew jiġu applikati għall-benefiċċju ta', persuna privata jew Entità mhux ta' karità għajr skont l-aġir tal-attivitajiet ta' karità tal-NFE, jew bħala ħlas ta' kumpens raġonevoli għal servizzi mogħti, jew bħala ħlas li jirrappreżenta l-valur tas-suq ġust ta' proprjetà li tkun xtrat l-NFE; u
il-liġijiet applikabbli tal-Istat Membru tal-NFE jew ġurisdizzjoni oħra ta' residenza jew dokumenti tal-formazzjoni tal-NFE jeħtieġu li, mal-likwidazzjoni jew ix-xoljiment tal-NFE, l-assi kollha tagħha jitqassmu lil Entità Governattiva jew organizzazzjoni oħra mingħajr skop ta' qligħ, jew escheat lill-Gvern tal-Istat Membru tal-NFE jew ġurisdizzjoni oħra ta' residenza jew kwalunkwe suddiviżjoni politika tagħha.
E. Mixxellanji
It-terminu “Detentur ta' Kont” ifisser il-persuna elenkata jew identifikati bħala detentur ta' Kont Finanzjarju mill-Istituzzjoni Finanzjarja li żżomm il-kont. Persuna, għajr Istituzzjoni Finanzjarja, li għandha Kont Finanzjarju għall-benefiċċju jew kont ta' persuna oħra bħala aġent, kustodju, nominata, firmatarja, konsulent tal-investiment, jew intermedjarja, mhijiex trattata bħala detentur tal-kont għall-finijiet ta' din id-Direttiva, u din il-persuna hija ttrattata bħala detentur tal-kont. Fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Annwalità, id-Detentur tal-Kont huwa kwalunkwe persuna intitolata għal aċċess għall-Valur fi Flus jew li tibdel il-benefiċjarju tal-kuntratt. Jekk l-ebda persuna ma tista' taċċessal-Valur fi Flus jew tibdel il-benefiċjarju, id-Detentur tal-Kont huwa kwalunkwe persuna indikata bħala s-sid fil-kuntratt u kwalunkwe persuna b'intitolament proprju għal pagament skont it-termini tal-kuntratt. Mal-maturità ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Annwalità, kull persuna intitolata li tirċievi pagament skont il-kuntratt hija ttrattata bħala Detentur tal-Kont.
It-terminu “Proċeduri tal-AML/KYC” jfisser proċeduri ta' diliġenza dovuta tal-klijent ta' Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont ir-rekwiżiti kontra l-ħasil tal-flus jew rekwiżiti simili li għalihom hija soġġetta din l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti.
It-terminu “Entità” jfisser persuna ġuridika jew arranġament legali, bħal korporazzjoni, sħubija, trust, jew fondazzjoni.
Entità hija “Entità Relatata” ta' Entità oħra jekk (i) kwalunkwe Entità tikkontrolla l-Entità l-oħra; (ii) iż-żewġ Entitajiet huma taħt kontroll komuni; jew (iii) iż-żewġ Entitajiet huma Entitajiet ta' Investiment deskritti fis-subparagrafu A(6)(b), taħt ġestjoni komuni, u din il-ġestjoni tissodisfa l-obbligi ta' diliġenza dovuta ta' dawn l-Entitajiet ta' Investiment. Għal dan l-għan il-kontroll jinkludi sjieda diretta jew indiretta ta' aktar minn 50 % tal-votazzjoni u l-valur f'Entità.
It-terminu “TIN” ifisser in-Numru ta' Identifikazzjoni tal-Kontribwent (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta' Numru ta' Identifikazzjoni tal-Kontribwent).
It-terminu “Evidenza Dokumentata” jinkludi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
ċertifikat ta' residenza maħruġ minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità) tal-Istat Membru jew ġurisdizzjoni oħra li fiha l-benefiċjarju jiddikjara li hu residenti;
fir-rigward ta' individwu, kwalunkwe identifikazzjoni valida maħruġa minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità), li tinkludi l-isem tal-individwu tipikament tintuża għal finijiet ta' identifikazzjoni.
fir-rigward ta' Entità, kwalunkwe dokumentazzjoni uffiċjali maħruġa minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità) li tinkludi l-isem tal-Entità u jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Istat Membru jew ġurisdizzjoni oħra li fiha hija tiddikjara li hija residenti jew l-Istat Membru jew ġurisdizzjoni oħra fejn l-Entità kienet inkorporata jew organizzata.
kwalunkwe dikjarazzjoni finanzjarja awditjata, rapport tal-kreditu minn partijiet terzi, dikjarazzjoni ta' falliment, jew rapport tar-regolatur tat-titoli.
Fir-rigward ta' Kont ta' Entità Preeżistenti, l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti jistgħu jużaw bħala Evidenza Dokumentata kwalunkwe klassifikazzjoni fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarj Rapportanti fir-rigward tad-Detentur ta' Kont li kien iddeterminat abbażi ta' sistema ta' kodiċi tal-industrija standardizzata, li kien irreġistrat minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti konsistenti mal-prattiki tan-negozju normali tagħha għal finijiet ta' Proċeduri tal-AML/KYC jew finijiet regolatorji oħra (ħlief għal finijiet tat-taxxa) u li ġiet implimentata minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti qabel id-data użata għall-klassifikazzjoni tal-Kont Finanzjarju bħala Kont Preeżistenti, sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx taf jew ma jkollhiex raġuni biex tkun taf li din il-klassifikazzjoni hija żbaljata jew mhux affidabbli. It-terminu “sistema ta' kodiċi tal-industrija standardizzata” jfisser sistema ta' kodiċi użata għall-klassifikazzjoni ta' stabbilimenti skont it-tip ta' negozju għal finijiet oħra li mhumiex finijiet tat-taxxa.
TAQSIMA IX
IMPLIMENTAZZJONI EFFETTIVA
Skont l-Artikolu 8(3a) ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhu jkollhom regoli u proċeduri amministrattivi fis-seħħ sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta', u l-konformità ma', ir-rappurtar u l-proċeduri ta' diliġenza dovuta stabbiliti hawn fuq inkluż:
regoli li jipprevjenu kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja, persuna jew intermedjarju milli jadottaw prattiki maħsuba biex jiġu evitati r-rappurtar u l-proċeduri ta' diliġenza dovuta;
regoli li jirrikjedu li l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti żżomm rekords tal-passi li ttieħdu u kwalunkwe prova invokata għat-twettiq tal-proċeduri ta' hawn fuq u miżuri adegwati biex jinkisbu dawk ir-rekords;
proċeduri amministrattivi biex jivverifikaw il-konformità tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti mar-rappurtar u l-proċeduri ta' diliġenza dovuta; proċeduri amministrattivi biex tkun segwita Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti meta jiġu rappurtati kontijiet mhux dokumentati;
proċeduri amministrattivi biex jiżguraw li l-Entitajiet u l-kontijiet definiti fil-liġi domestika bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji mhux Rapportanti u Kontijiet Esklużi jibqa' jkollhom riskju baxx li jintużaw għall-evażjoni tat-taxxa; u
dispożizzjonijiet ta' infurzar effettivi biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' konformità.
TAQSIMA X
DATI TA' IMPLIMENTAZZJONI FIR-RIGWARD TAL-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI RAPPORTANTI LI JINSABU FL-AWSTRIJA
Fil-każ tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li jinsabu fl-Awstrija, ir-referenzi kollha għall-“2016” u l-“2017” f'dan l-Anness għandhom jinqraw bħala referenzi għall-“2017” u l-“2018” rispettivament.
Fil-każ tal-Kontijiet Preeżistenti miżmumin minn Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li jinsabu fl-Awstrija, ir-referenzi kollha għall-“ 31 ta' Diċembru 2015 ” f'dan l-Anness għandhom jinqraw bħala referenzi għall-“ 31 ta' Diċembru 2016 ”.
ANNESS II
RAPPURTAR KOMPLEMENTARI U REGOLI TA' DILIĠENZA DOVUTA GĦAL INFORMAZZJONI TA' KONT FINANZJARJU
1. Bidla fiċ-ċirkustanzi
'Bidla fiċ-ċirkostanzi' tinkludi kwalunkwe bidla li tirriżulta fiż-żieda ta' informazzjoni rilevanti għall-istatus ta' persuna jew inkella konflitti ma' tali status ta' persuna. Barra minn hekk, bidla fiċ-ċirkustanzi tinkludi kwalunkwe bidla jew żieda ta' informazzjoni għall-kont tad-Detentur tal-Kont (inkluż iż-żieda, is-sostituzzjoni, jew bidla oħra ta' Detentur tal-Kont) jew kwalunkwe bidla jew żieda ta' informazzjoni għal kwalunkwe kont assoċjati ma' tali kont (bl-applikazzjoni tar-regoli ta' aggregazzjoni tal-kont deskritti fis-subparagrafi C(1) sa (3) tat-Taqsima VII tal-Anness I) jekk tali bidla jew żieda ta' informazzjoni taffettwa l-istatus tad-Detentur tal-Kont.
Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti bbażat ruħha fuq it-test tal-indirizz tar-residenza deskritt fis-subparagrafu B(1) tat-Taqsima III tal-Anness I u jkun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li tikkawża lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li tkun taf jew ikollha raġuni biex tkun taf li l-Evidenza Dokumentata oriġinali (jew dokumentazzjoni ekwivalenti oħra) hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha, sa aktar tard mill-aħħar jum tas-sena kalendarja rilevanti jew perijodu ta' rappurtar xieraq oħra, jew 90 jum kalendarju wara l-avviż jew l-iskoperta ta' tali bidla fiċ-ċirkustanzi, biex tikseb awtoċertifikazzjoni u Evidenza Dokumentata ġdida biex tiġi stabbilita r-residenza(i) għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur tal-Kont. Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax tikseb l-awtoċertifikazzjoni u Evidenza Dokumentata ġdida sa tali data, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika l-proċedura tat-tfittxija tar-rekords elettronika deskritta fis-subparagrafi B(2) sa (6) tat-Taqsima III tal-Anness I.
2. Awtoċertifikazzjoni għal Kontijiet tal-Entità Ġodda
Fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Ġdida, għall-finijiet tad-determinazzjoni jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva hijiex Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tibbaża ruħha biss fuq awtoċertifikazzjoni jew mingħand id-Detentur tal-Kont jew il-Persuna Kontrollanti.
3. Residenza ta' Istituzzjoni Finanzjarja
Istituzzjoni Finanzjarja hija “residenti” fi Stat Membru jekk hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru (jiġifieri, l-Istat Membru jista' jinforza r-rappurtar mill-Istituzzjoni Finanzjarja). B'mod ġenerali, meta Istituzzjoni Finanzjarja tkun residenti għall-finijiet ta' taxxa fi Stat Membru, hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' dan l-Istat Membru u hija, għalhekk, Istituzzjoni Finanzjarja tal-Istat Membru. Fil-każ ta' trust li tkun Istituzzjoni Finanzjarja (irrispettivament minn jekk hijiex residenti għall-finijiet ta' taxxa fi Stat Membru), it-trust hija meqjusa li hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru jekk wieħed jew aktar mill-fiduċjarji tagħha huma residenti f'dak l-Istat Membru, ħlief jekk it-trust tirrapporta l-informazzjoni kollha meħtieġa li għandha tiġi rrapportata skont din id-Direttiva fir-rigward ta' Kontijiet Rapportabbli miżmuma mit-trust lil Stat Membru ieħor għax hija residenti għall-finijiet ta' taxxa f'tali Stat Membru ieħor. Madankollu, meta Istituzzjoni Finanzjarja (għajr trust) ma għandhiex residenza għal finijiet ta' taxxa (pereżempju, għax tiġi ttrattat bħala fiskalment trasparenti, jew tinsab f'ġurisdizzjoni li ma għandhiex taxxa fuq l-introjtu), hija meqjusa bħala soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru u hija, għalhekk, Istituzzjoni Finanzjarja tal-Istat Membru jekk:
hija inkorporata skont il-liġijiet tal-Istat Membru;
għandha l-post ta' ġestjoni tagħha (inkluża l-ġestjoni effettiva) fl-Istat Membru; jew
hija soġġetta għal superviżjoni finanzjarja fl-Istat Membru.
Meta Istituzzjoni Finanzjarja (għajr trust) hija residenti f'żewġ Stati Membri jew aktar, tali Istituzzjoni Finanzjarja tkun soġġetta għall-obbligi ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta tal-Istat Membru li fih hija żżomm Kont(ijiet) Finanzjarju(i).
4. Kont miżmum
B'mod ġenerali, kont jitqies li huwa miżmuma minn Istituzzjoni Finanzjarja kif ġej:
fil-każ ta' Kont ta' Kustodja, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li jkollha kustodja fuq l-assi fil-kont (inkluż Istituzzjoni Finanzjarja li żżomm assi f'isem ta' triq għal Detentur ta' Kont f'tali istituzzjoni).
fil-każ ta' Kont Depożitarju, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward tal-kont (bl-esklużjoni ta' aġent ta' Istituzzjoni Finanzjarja irrispettivament minn jekk tali aġent huwiex Istituzzjoni Finanzjarja).
fil-każ ta' kwalunkwe ekwità jew ta' interess ta' dejn f'Istituzzjoni Finanzjarja li tikkostitwixxi Kont Finanzjarju, minn tali Istituzzjoni Finanzjarja.
fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew kwalunkwe Kuntratt ta' Annwalità, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward tal-kuntratt.
5. Trusts li huma NFEs Passivi
Entità bħal sħubija, sħubija b'responsabbiltà limitata jew arranġament legali simili li m'għandha l-ebda residenza għall-finijiet ta' taxxa, skont is-subparagrafu D(3) tat-Taqsima VIII tal-Anness I, għandha tiġi ttrattata bħala residenti f'ġurisdizzjoni fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha. Għal dawn il-finijiet, persuna ġuridika jew arranġament legali huwa meqjus “simili” għal sħubija u sħubija b'responsabbiltà limitata fejn din ma tiġix trattata bħala unità taxxabbli fi Stat Membru skont il-liġijiet dwar it-taxxa ta' dak l-Istat Membru. Madankollu, sabiex jiġi evitat rapportar doppju (minħabba l-ambitu wiesgħa tat-terminu “Persuni Kontrollanti” fil-każ ta' trusts), trust li huwa NFE Passiva ma jistax jitqies bħala arranġament legali simili.
6. Indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità
Wieħed mir-rekwiżiti deskritti fis-subparagrafu E(6)(c) tat-Taqsima VIII tal-Anness I huwa li, fir-rigward ta' Entità, id-dokumentazzjoni uffiċjali tinkludi jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità fl-Istat Membru jew ġurisdizzjoni oħra li fiha hija tiddikjara li hija residenti jew l-Istat Membru jew ġurisdizzjoni oħra fejn l-Entità kienet inkorporata jew organizzata. L-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità ġeneralment huwa l-post fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha. L-indirizz ta' Istituzzjoni Finanzjarja li magħha l-Entità żżomm kont, kaxxa postali, jew indirizz użati biss għal finijiet postali mhuwiex l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità sakemm dan l-indirizz ma jkunx l-uniku indirizz użat mill-Entità u jidher bħala indirizz reġistrat tal-Entità fid-dokumenti organizzattivi tal-entità. Barra minn hekk, indirizz li jiġi pprovdut soġġett għall-istruzzjonijiet sabiex tinżamm il-posta kollha għal dak l-indirizz mhuwiex l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità.
ANNESS III
REGOLI TA' PREŻENTAZZJONI GĦAL GRUPPI TA' INTRAPRIŻI MULTINAZZJONALI
TAQSIMA I
TERMINI DEFINITI
It-terminu “Grupp” ifisser ġabra ta' intrapriżi relatati permezz ta' sjieda jew kontroll b'mod li jkun obbligat li jħejji Rapporti Finanzjarji Konsolidati għal finijiet ta' rappurtar finanzjarju skont il-prinċipji tal-kontabbiltà applikabbli jew inkella jkun obbligat jagħmel dan kieku interessi azzjonarji f'xi waħda mill-intrapriżi kienu nnegozjati f'borża tat-titoli pubblika.
It-terminu “Intrapriża” ifisser kwalunkwe forma ta' tmexxija ta' negozju minn kwalunkwe persuna msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 3, il-punt 11.
It-terminu “Grupp MNE” ifisser kwalunkwe Grupp li jinkludi żewġ intrapriżi jew iktar li r-residenza tat-taxxa tagħhom tinsab f'ġurisdizzjonijiet differenti, jew li jinkludi intrapriża li hija residenti għal finijiet ta' taxxa f'ġurisdizzjoni waħda u hija soġġetta għat-taxxa fir-rigward tan-negozju li jsir permezz ta' stabbiliment permanenti f'ġurisdizzjoni oħra, u li mhuwiex Grupp MNE Eskluż.
It-terminu “Grupp MNE Eskluż” ifisser, fir-rigward ta' kwalunkwe Sena Finanzjarja tal-Grupp, Grupp li jkollu dħul konsolidat tal-grupp total i ta' inqas minn EUR 750 000 000 jew ammont fil-munita lokali ekwivalenti għal madwar EUR 750 000 000 minn Jannar 2015 matul is-Sena Fiskali immedjatament qabel is-Sena Fiskali tar-Rappurtar kif rifless fir-Rapporti Finanzjarji Konsolidati tiegħu għal tali Sena Fiskali preċedenti.
It-terminu “Entità Kostitwenti” ifisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
kwalunkwe unità tan-negozju separata ta' Grupp MNE li hija inkluża fir-Rapporti Finanzjarji Konsolidati tal-Grupp MNE għal finijiet tar-rappurtar finanzjarju, jew li tkun hekk inkluża kieku l-interessi azzjonarji fit-tali unità tan-negozju ta' Grupp MNE kienu nnegozjati f'borża tat-titoli pubblika;
kwalunkwe unità tan-negozju li hija eskluża mir-Rapporti Finanzjarji Konsolidati tal-Grupp MNE unikament għal raġunijiet ta' daqs jew materjalità;
kwalunkwe stabbiliment permanenti ta' kwalunkwe unità tan-negozju separata tal-Grupp MNE inkluż f'(a) jew (b) sakemm l-unità tan-negozju tħejji dikjarazzjoni finanzjarja separata għal tali stabbiliment permanenti għall-finijiet ta' rappurtar finanzjarju, regolatorji, rappurtar tat-taxxa, jew ta' kontroll intern tal-ġestjoni.
It-terminu “Entità Notifikanti” ifisser l-Entità Kostitwenti li tkun obbligata tippreżenta rapport għal kull pajjiż konformi mar-rekwiżiti fl-Artikolu 8aa (3) fil-ġurisdizzjoni tar-residenza tat-taxxa tagħha f'isem il-Grupp MNE. L-Entità Notifikanti tista' tkun l-Entità Omm Apikali, l-Entità Omm Surrogata, jew kwalunkwe entità deskritta fil-punt 1 tat-Taqsima II.
It-terminu “Entità Omm Apikali” jfisser Entità Kostitwenti ta' Grupp MNE li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
ikollha direttament jew indirettament interess suffiċjenti f'Entità Kostitwenti waħda jew iktar ta' tali Grupp MNE b'mod li tkun obbligata tħejji Rapporti Finanzjarji Konsolidati skont il-prinċipji tal-kontabbiltà ġeneralment applikati fil-ġurisdizzjoni tar-residenza tat-taxxa tagħha, jew tkun obbligata tagħmel dan kieku l-interessi azzjonarji tagħha kienu nnegozjati f'borża tat-titoli pubblika fil-ġurisdizzjoni tar-residenza tat-taxxa tagħha;
m'hemm l-ebda Entità Kostitwenti oħra ta' tali Grupp MNE li għandha direttament jew indirettament interess deskritt fil-punt (a) fl-ewwel Entità Kostitwenti msemmija.
It-terminu “Entità Omm Surrogata” ifisser Entità Kostitwenti waħda tal-Grupp MNE li tkun ġiet nominata minn dak il-Grupp MNE, bħala sostitut uniku għall-Entità Omm Apikali, sabiex tippreżenta ir-rapport għal kull pajjiż fil-ġurisdizzjoni tar-residenza tat-taxxa ta' dik l-Entità Kostitwenti, f'isem tali Grupp MNE, fejn tkun tapplika kondizzjoni waħda jew aktar stabbiliti fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-punt 1 tat-Taqsima II.
It-terminu “Sena Fiskali” ifisser perijodu ta' kontabbiltà annwali fir-rigward ta' liema l-Entità Omm Apikali tal-Grupp MNE tħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.
It-terminu “Sena Fiskali tar-Rappurtar” ifisser dik is-Sena Fiskali li r-riżultati finanzjarji u operazzjonali tagħha huma riflessi fir-rapport għal kull pajjiż imsemmi fl-Artikolu 8aa(3).
It-terminu “Ftehim Kwalifikanti bejn Awtoritajiet Kompetenti” ifisser ftehim li huwa bejn ir-rappreżentanti awtorizzati ta' Stat Membru tal-UE u ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni li huma partijiet ta' Ftehim Internazzjonali u li jeħtieġ l-iskambju awtomatiku ta' rapporti għal kull pajjiż bejn il-ġurisdizzjoni tal-partijiet.
It-terminu “Ftehim Internazzjonali” ifisser il-Konvenzjoni Multilaterali dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka fil-Qasam Fiskali, kwalunkwe konvenzjoni bilaterali jew multilaterali dwar it-taxxa, jew kwalunkwe ftehim dwar l-iskambju ta' informazzjoni dwar it-taxxa li l-Istat Membru huwa parti tiegħu, u li skont it-termini tiegħu jipprovdi awtorità legali għall-iskambju ta' informazzjoni dwar it-taxxa bejn il-ġurisdizzjonijiet, inkluż l-iskambju awtomatiku ta' tali informazzjoni.
It-terminu “Rapporti Finanzjarji Konsolidati” ifisser ir-rapporti finanzjarji ta' Grupp MNE li fihom l-assi, il-passivi, l-introjtu, l-ispejjeż u l-flussi tal-flus tal-Entità Omm Apikali u l-Entitajiet Kostitwenti huma ppreżentati bħala dawk ta' entità ekonomika waħda.
It-terminu “Nuqqas Sistemiku” fir-rigward ta' ġurisdizzjoni jfisser li ġurisdizzjoni għandha Ftehim Kwalifikanti bejn Awtoritajiet Kompetenti fis-seħħ ma' Stat Membru iżda tkun issospendiet l-iskambju awtomatiku (għal raġunijiet oħra li mhumiex skont it-termini ta' dak il-Ftehim), jew inkella li ġurisdizzjoni tkun naqset persistentement b'xi mod ieħor li tipprovdi awtomatikament lil Stat Membru rapporti għal kull pajjiż fil-pussess tagħha ta' Gruppi MNE li għandhom Entitajiet Kostitwenti f'dak l-Istat Membru.
TAQSIMA II
REKWIŻITI TAR-RAPPURTAR ĠENERALI
1. Entità Kostitwenti residenti fi Stat Membru li mhijiex l-Entità Omm Apikali ta' Grupp MNE għandha tippreżenta rapport għal kull pajjiż fir-rigward tas-Sena Fiskali tar-Rappurtar ta' Grupp MNE li hija Entità Kostitwenti tiegħu, jekk jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:
l-entità hija residenti għal finijiet ta' taxxa fi Stat Membru;
tapplika waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-Entità Omm Apikali tal-Grupp MNE mhijiex obbligata li tippreżenta rapport għal kull pajjiż fil-ġurisdizzjoni tar-residenza fiskali tagħha;
il-ġurisdizzjoni li l-Entità Omm Apikali hija residenti fiha għal finijiet ta' taxxa għandha Ftehim Internazzjonali attwali li għalih huwa parti l-Istat Membru, iżda ma għandhiex fis-seħħ Ftehim Kwalifikanti bejn Awtoritajiet Kompetenti li għalih huwa parti l-Istat Membru saż-żmien speċifikat fl-Artikolu 8aa(1) għall-preżentazzjoni tar-rapport għal kull pajjiż għas-Sena Fiskali ta' Rappurtar;
kien hemm Nuqqas Sistemiku tal-ġurisdizzjoni tar-residenza fiskali tal-Entità Omm Apikali li jkun ġie notifikat mill-Istat Membru lill-Entità Kostitwenti residenti għal finijiet ta' taxxa fl-Istat Membru.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Entità Omm Apikali msemmija fl-Artikolu 8aa(1) jew tal-Entità Omm Surrogata tagħha li tressaq l-ewwel rapport għal kull pajjiż għas-Sena Fiskali tal-Grupp MNE li tibda fl-1 ta' Jannar 2016 jew wara, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-obbligu għal Entitajiet Kostitwenti stabbilit fil-punt 1 ta' din it-Taqsima għandu japplika għal rapporti għal kull pajjiż fir-rigward tas-Snin Fiskali tar-Rapportar li jibdew fi jew wara l-1 ta' Jannar 2017'il quddiem.
Entità Kostitwenti residenti fi Stat Membru kif definit fl-ewwel paragrafu ta' dan il-punt għandha titlob lill-Entità Omm Apikali tagħha biex tipprovdilha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun tista' tissodisfa l-obbligi tagħha li tippreżenta rapport għal kull pajjiż, f'konformità mal-Artikolu 8aa(3). Jekk minkejja dan, dik l-Entità Kostitwenti ma tkunx kisbet jew akkwistat l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tirrapporta għall-Grupp MNE, din l-Entità Kostitwenti għandha tippreżenta rapport għal kull pajjiż li jkun fih l-informazzjoni kollha fil-pussess tagħha, miksuba jew akkwistata, u tinnotifika lill-Istat Membru ta' residenza tagħha li l-Entità Omm Apikali tkun irrifjutat li tagħmel l-informazzjoni meħtieġa disponibbli. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istat Membru kkonċernat li japplika l-penali previsti fil-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu u dan l-Istat Membru għandu jinforma l-Istati Membri kollha b'dan ir-rifjut.
Fejn ikun hemm iktar minn Entità Kostitwenti waħda tal-istess MNE li huma residenti għal finijiet ta' taxxa fl-Unjoni u tkun tapplika kondizzjoni waħda jew iktar stipulati fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu, il-Grupp MNE jista' jinnomina waħda minn dawn l-Entitajiet Kostitwenti sabiex tippreżenta r-rapport għal kull pajjiż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8aa(3) fir-rigward ta' kwalunkwe Sena Fiskali tar-Rappurtar fid-data ta' skadenza speċifikata fl-Artikolu 8aa(1) u biex tinnotifika lill-Istat Membru li l-preżentazzjoni hija maħsuba li tissodisfa r-rekwiżit tal-preżentazzjoni tal-Entitajiet Kostitwenti kollha ta' Grupp MNE bħal dan li huma residenti għal finijiet ta' taxxa fl-Unjoni. Dak l-Istat Membru għandu, skont l-Artikolu 8aa(2), jikkomunika r-rapport għal kull pajjiż li jkun wasal lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport għal kull pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew aktar tal-Grupp MNE tal-Entità Notifikanti ikunu residenti għal finijiet tat-taxxa jew inkella jkunu soġġetti għat-taxxa fir-rigward tan-negozju mwettaq permezz ta' stabbiliment permanenti.
Fejn Entità Kostitwenti ma tistax tikseb jew takkwista l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tippreżenta rapport għal kull pajjiż, f'konformità mal-Artikolu 8aa(3), tali Entità Kostitwenti ma għandhiex tkun eliġibbli li tiġi nominata bħala l-Entità Notifikanti għall-Grupp MNE f'konformità mar-raba' paragrafu ta' dan il-punt. Din ir-regola għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Entità Kostitwenti li tinnotifika l-Istat Membru ta' residenza tagħha li l-Entità Omm Apikali tkun irrifjutat li tagħmel l-informazzjoni meħtieġa disponibbli.
2. B'deroga mill-punt 1, meta tkun tapplika kondizzjoni waħda jew iktar stipulati fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-punt 1, entità deskritta fil-punt 1 ma għandhiex tkun meħtieġa li tippreżenta rapport għal kull pajjiż b'rabta ma' kwalunkwe Sena Fiskali tar-Rappurtar jekk il-Grupp MNE li hija Entità Kostitwenti tiegħu għamel disponibbli rapport għal kull pajjiż skont l-Artikolu 8aa(3) b'rabta ma' tali Sena Fiskali permezz ta' Entità Omm Surrogata li tippreżenta dak ir-rapport għal kull pajjiż mal-awtorità tat-taxxa tal-ġurisdizzjoni tar-residenza fiskali tagħha fi jew qabel id-data speċifikata fl-Artikolu 8aa(1) u li, f'każ li l-Entità Omm Surrogata hija residenti tat-taxxa f'ġurisdizzjoni barra mill-Unjoni, tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-ġurisdizzjoni tar-residenza fiskali tal-Entità Omm Surrogata teħtieġ il-preżentazzjoni ta' rapporti għal kull pajjiż li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8aa(3);
il-ġurisdizzjoni tar-residenza fiskali tal-Entità Omm Surrogata għandha fis-seħħ Ftehim Kwalifikanti bejn Awtoritajiet Kompetenti li għalih huwa parti l-Istat Membru saż-żmien speċifikat fl-Artikolu 8aa(1) għall-preżentazzjoni tar-rapport għal kull pajjiż għas-Sena Fiskali tar-Rappurtar;
il-ġurisdizzjoni tar-residenza fiskali tal-Entità Omm Surrogata ma tkunx innotifikat l-Istat Membru b'Nuqqas Sistemiku;
il-ġurisdizzjoni ta' residenza fiskali tal-Entità Omm Surrogata tkun ġiet notifikata mhux aktar tard mill-aħħar jum tas-Sena Fiskali tar-Rapportar ta' tali Grupp MNE mill-Entità Kostitwenti residenti għal finijiet tat-taxxa fil-ġurisdizzjoni tagħha li hija l-Entità Omm Surrogata;
tkun ġiet ipprovduta notifika lill-Istat Membru skont il-punt 4.
3. L-Istati Membri għandhom jitolbu li kull Entità Kostitwenti ta' Grupp MNE li hija residenti għal finijiet ta' taxxa f'dak l-Istat Membru tinnotifika lill-Istat Membru jekk hijiex l-Entità Omm Apikali jew l-Entità Omm Surrogata jew l-Entità Kostitwenti nominata taħt il-punt 1, mhux iktar tard mill-aħħar jum tas-Sena Fiskali tar-Rappurtar ta' Grupp MNE bħal dan. L-Istati Membri jistgħu jestendu dik l-iskadenza sal-aħħar jum għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tat-taxxa ta' dik l-Entità Kostitwenti għas-sena fiskali preċedenti.
4. L-Istati Membri għandhom jitolbu li meta Entità Kostitwenti ta' Grupp MNE, li hija residenti għal finijiet ta' taxxa f'dak l-Istat Membru, mhijiex l-Entità Omm Apikali u lanqas l-Entità Omm Surrogata u lanqas l-Entità Kostitwenti nominata taħt il-punt 1, din għandha tinnotifika lill-Istat Membru bl-identità u r-residenza tat-taxxa tal-Entità Notifikanti, mhux iktar tard mill-aħħar jum tas-Sena Fiskali tar-Rappurtar ta' Grupp MNE bħal dan. L-Istati Membri jistgħu jestendu dik l-iskadenza sal-aħħar jum għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tat-taxxa ta' dik l-Entità Kostitwenti għas-sena fiskali preċedenti.
5. Ir-rapport għal kull pajjiż għandu jispeċifika l-munita tal-ammonti msemmija f'dak ir-rapport.
TAQSIMA III
RAPPORT GĦAL KULL PAJJIŻ
Α. Mudell għar-rapport għal kull pajjiż
Tabella 1. Ħarsa ġenerali lejn l-allokazzjoni tal-introjtu, it-taxxi u l-attivitajiet kummerċjali skont il-ġurisdizzjoni fiskali
|
Isem il-Grupp MNE: Sena Fiskali kkonċernata: Munita użata: |
||||||||||
|
Ġurisdizzjoni fiskali |
Dħul |
Profitt (telf) qabel it-taxxa fuq l-introjtu |
Taxxa fuq l-introjtu mħallsa (l-ammont effettivament imħallas — “cash basis”) |
Taxxa fuq l-introjtu akkumulata- sena kurrenti |
Kapital iddikjarat |
Qligħ akkumulat |
Numru ta' impjegati |
Assi tanġibbli barra flus u ekwivalenti ta' flus |
||
|
Parti mhux relatata |
Parti relatata |
Total |
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tabella 2 Lista tal-Entitajiet Kostitwenti tal-Grupp MNE inklużi f'kull aggregazzjoni għal kull ġurisdizzjoni fiskali
|
Isem il-Grupp MNE: Sena Fiskali kkonċernata: |
|||||||||||||||
|
Ġurisdizzjoni fiskali |
Entitajiet kostitwenti residenti fil-ġurisdizzjoni fiskali |
Ġurisdizzjoni fiskali tal-organizzazzjoni jew inkorporazzjoni jekk differenti mill-ġurisdizzjoni fiskalitar-residenza |
Attività/Attivitajiet kummerċjali ewlenin |
||||||||||||
|
Riċerka u żvilupp |
Żamma jew ġestjoni tal-proprjetà intellettwali |
Xiri jew akkwist |
Manifattura jew produzzjoni |
Bejgħ, kummerċjalizzazzjoni jew distribuzzjoni |
Servizzi amministrattiv, maniġerjali jew ta' appoġġ |
Provvista ta' servizzi lil partijiet mhux relatati |
Finanzi tal-grupp intern |
Servizzi finanzjarji regolati |
Assigurazzjoni |
Żamma ta' azzjonijiet jew strumenti ta' ekwità oħra |
Inattiv |
Oħrajn (1) |
|||
|
|
1. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1)
Jekk jogħġbok speċifika n-natura ta' attività tal-Entità Kostitwenti fl-“Informazzjoni addizzjonali” |
|||||||||||||||
Tabella 3: Informazzjoni addizzjonali
Isem il-Grupp MNE:
Sena fiskali kkonċernata:
Jekk jogħġbok inkludi kwalunkwe informazzjoni jew spjegazzjoni qasira ulterjuri li tqis li hija meħtieġa jew li tiffaċilita l-fehim tal-informazzjoni obbligatorja pprovduta fir-rapport għal kull pajjiż
B. Struzzjonijiet ġenerali għall-kompilazzjoni tar-rapport għal kull pajjiż
1. Skop
Il-mudell għandu jintuża għar-rappurtar tal-allokazzjoni tal-introjtu, it-taxxi u l-attivitajiet kummerċjali ta' grupp ta' intrapriżi multinazzjonali (MNE) abbażi tal-ġurisdizzjoni fiskali.
2. Trattament ta' fergħat u stabbilimenti permanenti
Id-data dwar l-istabbiliment permanenti għandha tiġi rrappurtata b'referenza għall-ġurisdizzjoni fiskali li jinstab fih u mhux b'referenza għall-ġurisdizzjoni fiskali tar-residenza tal-unità kummerċjali li l-istabbiliment permanenti huwa parti minnha. Ir-rappurtar tal-ġurisdizzjoni fiskali tar-residenza għall-unità kummerċjali li minnha jagħmel parti l-istabbiliment permanenti għandu jeskludi data finanzjarja relatata mal-istabbiliment permanenti.
3. Perijodu kopert mill-mudell annwali
Il-mudell għandu jkopri s-Sena Fiskali tal-MNE notifikanti. Għall-Entitajiet Kostitwenti, fid-diskrezzjoni tal-MNE notifikanti, il-mudell għandu jirrifletti waħda mill-informazzjoni li ġejja fuq bażi konsistenti:
informazzjoni għas-Sena Fiskali tal-Entitajiet Kostitwenti rilevanti li tintemm fl-istess data bħas-Sena Fiskali tal-MNE notifikanti, jew li tintemm fi żmien 12-il xahar qabel dik id-data;
informazzjoni għal kull Entità Kostitwenti rilevanti rappurtata għas-Sena Fiskali tal-MNE notifikanti.
4. Sors tad-data
L-MNE notifikanti għandha konsistentement tuża l-istess sorsi ta' data minn sena għal sena meta timla l-mudell. L-MNE notifikanti tista' tagħżel li tuża data mill-pakketti ta' konsolidazzjoni tagħha, mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji statutorji tal-entitajiet separati, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji regolatorji, jew kontijiet ta' ġestjoni interna. Mhuwiex meħtieġ li jiġu rrikonċiljati d-dħul, il-profitt u r-rappurtar tat-taxxa fil-mudell għar-Rapporti Finanzjarji Konsolidati. Jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji statutorji jintużaw bħala l-bażi għar-rappurtar, l-ammonti kollha għandhom jinbidlu għall-munita funzjonali ddikjarata tal-MNE notifikanti bir-rata medja tal-kambju għas-sena ddikjarata fit-taqsima tal-“Informazzjoni addizzjonali” tal-mudell. Madankollu, m'hemmx għalfejn isiru aġġustamenti għal differenzi fil-prinċipji tal-kontabbiltà applikati minn ġurisdizzjoni fiskali għal ġurisdizzjoni fiskali.
L-MNE notifikanti għandha tipprovdi deskrizzjoni qasira tas-sorsi ta' data użati fil-preparazzjoni tal-mudell fit-taqsima tal-“Informazzjoni addizzjonali” tal-mudell. Jekk issir bidla fis-sors tad-data użata minn sena għal sena, l-MNE notifikanti għandha tispjega r-raġunijiet għall-bidla u l-konsegwenzi tagħha fit-taqsima tal-“Informazzjoni addizzjonali” tal-mudell.
C. Struzzjonijiet speċifiċi għall-kompilazzjoni tar-rapport għal kull pajjiż
1. Ħarsa ġenerali lejn l-allokazzjoni ta' introjtu, it-taxxi u l-attivitajiet kummerċjali skont il-ġurisdizzjoni fiskali (Tabella 1)
1.1. Ġurisdizzjoni fiskali
Fl-ewwel kolonna tal-mudell, l-MNE notifikanti għandha telenka l-ġurisdizzjonijiet fiskali kollha li fihom l-Entitajiet Kostitwenti tal-Grupp MNE huma residenti għal finijiet ta' taxxa. Ġurisdizzjoni fiskali hija definita bħala Stat kif ukoll ġurisdizzjoni mhux tal-Istat li jkollha awtonomija fiskali. Għandha tkun inkluża linja separata għall-Entitajiet Kostitwenti kollha fil-Grupp MNE li jitqiesu mill-MNE notifikanti li ma jkunux residenti f'xi ġurisdizzjoni fiskali għal finijiet ta' taxxa. Meta Entità Kostitwenti hija residenti f'iktar minn ġurisdizzjoni fiskali waħda, ir-regoli deċiżivi tal-konvenzjoni tat-taxxa previsti mill-konvenzjoni dwar it-taxxa għandhom jiġu applikati sabiex jiddeterminaw il-ġurisdizzjoni fiskali tar-residenza. Meta ma teżisti l-ebda konvenzjoni dwar it-taxxa applikabbli, l-Entità Kostitwenti għandha tiġi rrappurtata fil-ġurisdizzjoni fiskali tas-sede ta' ġestjoni effettiva tal-Entità Kostitwenti. Is-sede ta' ġestjoni effettiva għandu jiġi ddeterminat bi standards maqbula internazzjonalment.
1.2. Dħul
Fit-tliet kolonni tal-mudell taħt l-intestatura “Dħul”, l-MNE notifikanti għandha tirrapporta l-informazzjoni li ġejja:
l-ammont tad-dħul tal-Entitajiet Kostitwenti kollha tal-Grupp MNE fil-ġurisdizzjoni fiskali rilevanti ġġenerat minn tranżazzjonijiet ma' intrapriżi assoċjati;
l-ammont tad-dħul tal-Entitajiet Kostitwenti kollha tal-Grupp MNE fil-ġurisdizzjoni fiskali rilevanti ġġenerat minn tranżazzjonijiet ma' partijiet indipendenti;
it-total tal-ammonti msemmija fil-punti (a) u (b).
Id-dħul għandu jinkludi dħul minn bejgħ ta' inventarju u proprjetajiet, servizzi, drittijiet dovuti għall-użu ta' proprjetà, interessi, primjums u kwalunkwe ammont ieħor. Id-dħul għandu jeskludi ħlasijiet irċevuti minn Entitajiet Kostitwenti oħra li huma ttrattati bħala dividendi fil-ġurisdizzjoni fiskali ta' min iħallas.
1.3. Profitt (telf) qabel it-taxxa fuq l-introjtu
Fil-ħames kolonna tal-mudell, l-MNE notifikanti għandha tirrapporta l-ammont tal-profitt (telf) qabel it-taxxa fuq l-introjtu għal kull Entità Kostitwenti residenti għal finijiet ta' taxxa fil-ġurisdizzjoni fiskali rilevanti. Il-profitt (telf) qabel it-taxxa fuq l-introjtu għandu jinkludi kull introjtu u spiża straordinarji.
1.4. Taxxa fuq l-introjtu mħallsa (l-ammont effettivament imħallas — “cash basis”)
Fis-sitt kolonna tal-mudell, l-MNE notifikanti għandha tirrapporta l-ammont tat-taxxa fuq l-introjtu effettivament imħallsa matul is-Sena Fiskali rilevanti minn kull Entità Kostitwenti residenti għal finijiet ta' taxxa fil-ġurisdizzjoni fiskali rilevanti. It-taxxi mħallsa għandhom jinkludu t-taxxi fi flus imħallsa mill-Entità Kostitwenti lill-ġurisdizzjoni fiskali tar-residenza u lil kull ġurisdizzjoni fiskali oħra. It-taxxi mħallsa għandhom jinkludu t-taxxa minn ras il-għajn imħallsa minn entitajiet oħrajn (intrapriżi assoċjati u intrapriżi indipendenti) fir-rigward tal-ħlasijiet lill-Entità Kostitwenti. Għaldaqstant, jekk il-kumpanija A fil-ġurisdizzjoni fiskali A taqla' interess fil-ġurisdizzjoni fiskali B, it-taxxa minn ras il-għajn fil-ġurisdizzjoni fiskali B għandha tiġi rrapportata mill-kumpanija A.
1.5. Taxxa fuq l-introjtu akkumulata (sena kurrenti)
Fis-seba' kolonna tal-mudell, l-MNE notifikanti għandha tirrapporta l-ammont tal-ispiża tat-taxxa kurrenti akkumulata fuq il-profitti jew it-telf taxxabbli tas-sena ta' rappurtar ta' kull Entità Kostitwenti residenti għal finijiet ta' taxxa fil-ġurisdizzjoni fiskali rilevanti. L-ispiża tat-taxxa kurrenti għandha tirrifletti biss l-operazzjonijiet fis-sena kurrenti u ma għandhiex tinkludi taxxi differiti jew proviżjonijiet għal debiti tat-taxxa inċerti.
1.6. Kapital dikjarat
Fit-tmien kolonna tal-mudell, l-MNE notifikanti għandha tirrapporta l-ammont tal-kapital ta' kull Entità Kostitwenti residenti għal finijiet ta' taxxa fil-ġurisdizzjoni fiskali rilevanti. Fir-rigward tal-istabbilimenti permanenti, il-kapital dikjarat għandu jiġi rrappurtat mill-entità legali li tagħha huwa stabbiliment permanenti dment li ma jkunx hemm rekwiżit ta' kapital definit fil-ġurisdizzjoni fiskali tal-istabbiliment permanenti għal finijiet regolatorji.
1.7. Qligħ akkumulat
Fid-disa' kolonna tal-mudell, l-MNE notifikanti għandha tirrapporta l-ammont tal-qligħ akkumulat ta' kull Entità Kostitwenti residenti għal finijiet ta' taxxa fil-ġurisdizzjoni fiskali rilevanti sa mill-aħħar tas-sena. Fir-rigward tal-istabbilimenti permanenti, il-qligħ akkumulat għandu jiġi rrappurtat mill-entità legali li tagħha huwa stabbiliment permanenti.
1.8. Numru ta' impjegati
Fl-għaxar kolonna tal-mudell, l-MNE notifikanti għandha tirrapporta n-numru totali ta' impjegati fuq bażi ekwivalenti għal full-time (FTE) ta' kull Entità Kostitwenti residenti għal finijiet ta' taxxa fil-ġurisdizzjoni fiskali rilevanti. In-numru ta' impjegati jista' jiġi rappurtat ma' tmiem is-sena, fuq il-bażi ta' livelli medji ta' impjieg għas-sena, jew fuq kwalunkwe bażi oħra applikata b'mod konsistenti fid-diversi ġurisdizzjonijiet fiskali u minn sena għal sena. Għal dan il-għan, kuntratturi indipendenti li jipparteċipaw fl-attivitajiet operattivi ordinarji tal-Entità Kostitwenti jistgħu jiġu rrappurtati bħala impjegati. L-arrotondament raġonevoli jew l-approssimazzjoni tan-numru ta' impjegati huwa permissibbli, sakemm dan l-arrotondament jew l-approssimazzjoni ma jtellfux materjalment id-distribuzzjoni relattiva ta' impjegati b'mod materjali fid-diversi ġurisdizzjonijiet fiskali. Approċċi konsistenti għandhom ikunu applikati minn sena għal sena u fid-diversi entitajiet.
1.9. Assi tanġibbli barra flus u ekwivalenti ta' flus
Fil-ħdax-il kolonna tal-mudell, l-MNE notifikanti għandha tirrapporta l-ammont tal-valuri nett skont il-karta tal-bilanċ ta' assi tanġibbli ta' kull Entità Kostitwenti residenti għal finijiet ta' taxxa fil-ġurisdizzjoni fiskali rilevanti. Fir-rigward tal-istabbilimenti permanenti, l-assi għandhom jiġu rrappurtati b'referenza għall-ġurisdizzjoni fiskali li fiha jinsab l-istabbiliment permanenti. Għal dan il-għan, l-assi tanġibbli ma jinkludux flus jew ekwivalenti ta' flus, assi intanġibbli, jew assi finanzjarji.
2. Lista tal-Entitajiet Kostitwenti kollha tal-Grupp MNE inklużi f'kull aggregazzjoni skont il-ġurisdizzjoni fiskali (Tabella 2)
2.1. Entitajiet Kostitwenti residenti fil-ġurisdizzjoni fiskali
L-MNE notifikanti għandha telenka, skont il-ġurisdizzjoni fiskali u skont l-isem tal-entità legali, l-Entitajiet Kostitwenti residenti kollha tal-Grupp MNE li huma residenti għal finijiet ta' taxxa fil-ġurisdizzjoni fiskali rilevanti. Kif iddikjarat fil-punt 2 tal-istruzzjonijiet ġenerali rigward l-istabbilimenti permanenti, madankollu, l-istabbiliment permanenti għandu jkun elenkat permezz ta' referenza għall-ġurisdizzjoni fiskali li jinstab fiha. L-entità legali li tagħha huwa l-istabbiliment permanenti għandha tiġi nnotata.
2.2. Ġurisdizzjoni fiskali tal-organizzazzjoni jew inkorporazzjoni jekk differenti mill-ġurisdizzjoni fiskali tar-residenza
L-MNE notifikanti għandha tirrapporta l-isem tal-ġurisdizzjoni fiskali fejn skont il-liġijiet tagħha l-Entità Kostitwenti tal-Grupp MNE hija organizzata jew inkorporata jekk hija differenti mill-ġurisdizzjoni fiskali tar-residenza.
2.3. Attività/Attivitajiet kummerċjali ewlenin
L-MNE notifikanti għandha tiddetermina n-natura tal-attività/attivitajiet prinċipali tal-kummerċ li twettqu mill-Entità Kostitwenti fil-ġurisdizzjoni fil-qasam tat-taxxa rilevanti, billi timmarka kaxxa jew kaxxi rilevanti.
ANNESS IV
KARATTERISTIĊI DISTINTIVI
Part I. Il-kriterju tal-benefiċċju prinċipali
Il-karatteristiċi distintivi ġeneriċi fil-kategorija A u karatteristiċi distintivi speċifiċi taħt il-kategorija B u taħt il-punti (b)(i), (c) u (d) tal-paragrafu 1 tal-kategorija C jistgħu jitqiesu biss meta jissodisfaw “il-kriterju tal-benefiċċju prinċipali”.
Dak il-kriterju ikun issodisfat jekk jista' jiġi stabbilit li l-benefiċċju prinċipali jew wieħed mill-benefiċċji prinċipali li, b'kont meħud tal-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, persuna tista' b'mod raġonevoli tistenna li tikseb minn dan l-arranġament huwa l-kisba ta' vantaġġ ta' taxxa.
Fil-kuntest tal-karatteristika distintiva taħt il-paragrafu 1 tal-kategorija C, il-preżenza ta' kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b)(i), (c) jew (d) tal-paragrafu 1 tal-kategorija C ma tistax waħedha tkun raġuni sabiex jiġi konkluż li arranġament jissodisfa l-kriterju tal-benefiċċju prinċipali.
Part II. Kategoriji ta' karatteristiċi distintivi
A. Karatteristiċi distintivi ġeneriċi relatati mal-kriterju tal-benefiċċju prinċipali
1. Arranġament fejn il-kontribwent rilevanti jew parteċipant fl-arranġament jintrabtu li jikkonformaw ma' kondizzjoni ta' kunfidenzjalità li tista' tirrikjedi li ma jiżvelawx kif l-arranġament jista' jikseb vantaġġ ta' taxxa fil-konfront ta' intermedjarji oħra jew tal-awtoritajiet tat-taxxa.
2. Arranġament fejn l-intermedjarju jkun intitolat li jirċievi ħlas (jew imgħax, rimunerazzjoni għall-kostijiet finanzjarji u għal spejjeż oħra) għall-arranġament u fejn dak il-ħlas ikun stabbilit b'referenza għal:
l-ammont tal-vantaġġ ta' taxxa miksub mill-arranġament; jew
jekk vantaġġ ta' taxxa jinkisibx jew le mill-arranġament. Dan ikun jinkludi obbligu fuq l-intermedjarju ta' rifużjoni parzjali jew sħiħa tal-ħlas jekk il-vantaġġ ta' taxxa maħsub, miksub mill-arranġament, ma nkisibx parzjalment jew sħiħ.
3. Arranġament li jkollu dokumentazzjoni u/jew struttura sostanzjalment standardizzati u huwa disponibbli għal aktar minn kontribwent wieħed rilevanti mingħajr il-ħtieġa li jiġi sostanzjalment addattat għall-implimentazzjoni.
B. Karatteristiċi distintivi speċifiċi relatati mal-kriterju tal-benefiċċju prinċipali
1. Arranġament li permezz tiegħu parteċipant f'arranġament jieħu passi artifiċjali li jikkonsistu fil-kisba ta' kumpannija li tagħmel it-telf, il-waqfien tal-attività prinċipali tat-tali kumpannija u l-użu tat-telf tagħha sabiex titnaqqas l-obbligazzjoni tat-taxxa tagħha, inkluż permezz ta' trasferiment ta' dak it-telf lil ġurisdizzjoni oħra jew permezz tal-aċċelerazzjoni fl-użu ta' dak it-telf.
2. Arranġament li għandu l-effett li jikkonverti l-introjtu f'kapital, donazzjonijiet jew kategoriji oħra ta' dħul li jkunu ntaxxati f'livell aktar baxx.
3. Arranġament li jinkludi transazzjonijiet ċirkolari (circular transactions) li jirriżultaw fir-round-tripping ta' fondi, b'mod partikolari bl-involviment ta' entitajiet intermedjarji mingħajr l-ebda funzjoni jew transazzjoni kummerċjali primarja oħra li jikkumpensaw jew jikkanċellaw lil xulxin jew li għandhom karatteristiċi simili oħra.
C. Karatteristiċi distintivi speċifiċi relatati mat-transazzjonijiet transkonfinali
1. Arranġament li jinvolvi arranġamenti transkonfinali li jistgħu jitnaqqsu magħmula bejn żewġ intrapriżi assoċjati jew aktar fejn isseħħ mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
ir-riċevitur mhuwiex residenti għal finijiet ta' taxxa f'xi ġurisdizzjoni tat-taxxa;
għalkemm ir-riċevitur huwa residenti f'ġurisdizzjoni għal finijiet ta' taxxa, dik il-ġurisdizzjoni:
ma timponi l-ebda taxxa korporattiva jew timponi taxxa korporattiva bir-rata ta' żero jew kważi żero; jew
tiġi inkluża f'lista ta' ġurisdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi li ġew ivvalutati mill-Istati Membri b'mod kollettiv jew fi ħdan il-qafas tal-OECD bħala li ma jikkooperawx;
il-pagament jibbenefika minn eżenzjoni sħiħa mit-taxxa fil-ġurisdizzjoni fejn ir-riċevitur huwa residenti għal finijiet ta' taxxa;
il-pagament jibbenefika minn sistema tat-taxxa preferenzjali f'ġurisdizzjoni fejn ir-riċevitur huwa residenti għal finijiet ta' taxxa;
2. It-tnaqqis għall-istess d-deprezzament fuq l-assi jintalab f'aktar minn ġurisdizzjoni waħda.
3. Ikun iddikjarat ħelsien mit-tassazzjoni doppja fir-rigward tal-istess element ta' introjtu jew kapital f'aktar minn ġurisdizzjoni waħda.
4. Hemm arranġament li jinkludi t-trasferimenti ta’ assi u fejn hemm differenza materjali fl-ammont li qed jitqies pagabbli bħala korrispettiv tal-assi f’dawk il-ġurisdizzjonijiet involuti.
D. Karatteristiċi distintivi speċifiċi dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni u dwar is-sidien benefiċjarji
1. Arranġament li jista' jkollu l-effett li jdgħajjef l-obbligu ta' rappurtar taħt il-liġijiet li jimplimentaw il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew kwalunkwe ftehimiet ekwivalenti dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji, inklużi ftehimiet ma' pajjiżi terzi, jew li jieħu vantaġġ min-nuqqas ta' leġislazzjoni jew ftehimiet bħal dawn. Dawn l-arranġamenti jinkludu mill-inqas dan li ġej:
l-użu ta' kont, prodott jew investiment li ma jkunx, jew maħsub li mhuwiex, Kont Finanzjarju, iżda jkollu karatteristiċi li huma sostanzjalment simili għal dawk ta' Kont Finanzjarju;
it-trasferiment ta' Kontijiet Finanzjarji jew assi, jew l-użu ta' ġurisdizzjonijiet li mhumiex marbuta bl-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji mal-Istat ta' residenza tal-kontribwent rilevanti;
il-klassifikazzjoni mill-ġdid ta' introjtu u kapital fi prodotti jew pagamenti li mhumiex soġġetti għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji;
it-trasferiment jew il-konverżjoni ta' Istituzzjoni Finanzjarja jew Kont Finanzjarju jew l-assi tagħhom f'Istituzzjoni Finanzjarja jew Kont Finanzjarju jew assi mhux soġġetti għal rappurtar skont l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji;
l-użu ta' entitajiet ġuridiċi, arranġamenti jew strutturi li jeliminaw jew maħsuba li jeliminaw ir-rappurtar ta' wieħed jew aktar Detenturi ta' Kont jew Persuni Kontrollanti permezz tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji;
arranġamenti li jdgħajfu, jew jisfruttaw id-dgħufijiet fi, il-proċeduri ta' diliġenza dovuta użati minn Istituzzjonijiet Finanzjarji biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jirrappurtaw informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji, inkluż l-użu ta' ġurisdizzjonijiet b'sistemi inadegwati jew dgħajfa tal-infurzar ta' leġislazzjoni kontra l-ħasil tal-flus jew b'rekwiżiti ta' trasparenza dgħajfa għal persuni ġuridiċi jew arranġamenti ġuridiċi.
2. Arranġament li jinvolvi katina ta' sidien ġuridiċi jew benefiċjarji mhux trasparenti bl-użu ta' persuni, arranġamenti jew strutturi ġuridiċi:
li ma jwettqux attività ekonomika sostantiva bis-sostenn ta' persunal, tagħmir, assi u bini adegwati; u
li huma inkorporati, ġestiti, residenti, ikkontrollati jew stabbiliti f'ġurisdizzjoni differenti minn dik il-ġurisdizzjoni tar-residenza ta' wieħed jew aktar sidien benefiċjarji tal-assi miżmuma minn dawn il-persuni, arranġamenti jew strutturi ġuridiċi; u
fejn is-sidien benefiċjarji ta' tali persuni, arranġamenti jew strutturi ġuridiċi, kif definit fid-Direttiva (UE) 2015/849, isiru mhux identifikabbli.
E. Karatteristiċi distintivi dwar il-prezzijiet ta' trasferiment
1. Arranġament li jinvolvi l-użu ta' regoli dwar protezzjoni unilaterali.
2. Arranġament li jinvolvi t-trasferiment ta' assi intanġibbli mhux faċilment stimabbli. It-terminu “assi intanġibbli mhux faċilment stimabbli” jkopri intanġibbli jew drittijiet fl-intanġibbli li għalihom, fil-mument tat-trasferiment tagħhom bejn intrapriżi assoċjati:
ma jeżistu l-ebda prodotti simili affidabbli; u
fiż-żmien meta saret it-transazzjoni, il-projezzjonijiet ta' flussi futuri ta' flus jew introjtu mistennija li jiġu mill-intanġibbli ttrasferit, jew is-suppożizzjonijiet użati fil-valutazzjoni tal-intanġibbli huma inċerti ħafna, u b'hekk huwa diffiċli li jitbassar il-livell ta' suċċess aħħari tal-intanġibbli fil-mument tat-trasferiment.
3. Arranġament li jinvolvi trasferiment tal-funzjonijiet transkonfinali intragrupp sinifikanti u/jew riskji u/jew assi, jekk il-qligħ annwali proġettat qabel l-imgħax u t-taxxi (EBIT), matul il-perijodu ta' tliet snin wara t-trasferiment, tat-trasferent jew trasferenti, huwa anqas minn 50 % tal-EBIT annwali proġettat ta' tali trasferent jew trasferenti jekk it-trasferiment ma kienx sar.
ANNESS V
PROĊEDURI TA’ DILIĠENZA DOVUTA, REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR U REGOLI OĦRAJN GĦALL-OPERATURI TAL-PJATTAFORMI
Dan l-Anness jistabbilixxi l-proċeduri ta’ diliġenza dovuta, ir-rekwiżiti ta’ rapportar u regoli oħrajn li għandhom jiġu applikati mill-Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti sabiex l-Istati Membri, permezz ta’ skambju awtomatiku, ikunu jistgħu jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8ac ta’ din id-Direttiva.
Dan l-Anness jistabbilixxi wkoll ir-regoli u l-proċeduri amministrattivi li l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-proċeduri ta’ diliġenza dovuta u r-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fiha u l-konformità magħhom.
TAQSIMA I
TERMINI DEFINITI
It-termini li ġejjin għandhom it-tifsiriet stabbiliti hawn taħt:
Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti
“Pjattaforma” tfisser kwalunkwe software, inkluż sit web jew parti minnu, u applikazzjonijiet, inkluż l-applikazzjonijiet mobbli, aċċessibbli mill-utenti u li jippermettu lill-Bejjiegħa jkunu konnessi ma’ utenti oħra għall-fini li titwettaq Attività Rilevanti, b’mod dirett jew indirett, għal tali utenti. Din tinkludi wkoll kwalunkwe arranġament għall-ġbir u għall-pagament ta’ Korrispettiv fir-rigward ta’ Attività Rilevanti.
It-terminu “Pjattaforma” ma jinkludix is-software li mingħajr xi intervent ulterjuri għat-twettiq ta’ Attività Rilevanti jippermetti xi waħda minn dawn li ġejjin b’mod esklużiv:
l-ipproċessar ta’ pagamenti fir-rigward ta’ Attività Rilevanti;
l-elenkar jew ir-reklamar ta’ Attività Rilevanti mill-utenti;
id-direzzjonar mill-ġdid jew it-trasferiment tal-utenti lejn Pjattaforma.
“Operatur tal-Pjattaformi” tfisser Entità li tikkuntratta ma’ Bejjiegħa biex tagħmel disponibbli Pjattaforma sħiħa jew parti minnha lil tali Bejjiegħa.
“Operatur tal-Pjattaformi Eskluż” tfisser Operatur tal-Pjattaformi li jkun wera minn qabel u fuq bażi annwali, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, li, f’konformità mar-regoli stabbiliti fis-subparagrafi A(1) sa A(3) tat-Taqsima III, l-Operatur tal-Pjattaformi kien ikollu jirrapporta mod ieħor li l-mudell tan-negozju kollu kemm hu ta’ dik il-Pjattaforma huwa tali li ma għandux Bejjiegħa Rapportabbli.
“Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti” tfisser kwalunkwe Operatur tal-Pjattaformi, għajr Operatur tal-Pjattaformi Eskluż, li jkun fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
huwa resident għal finijiet tat-taxxa fi Stat Membru jew, meta tali Operatur tal-Pjattaformi ma jkollux residenza għal finijiet tat-taxxa fi Stat Membru, jissodisfa kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
huwa inkorporat skont il-liġijiet ta’ Stat Membru;
għandu l-post tal-ġestjoni tiegħu (inkluż il-ġestjoni effettiva) fi Stat Membru;
għandu stabbiliment permanenti fi Stat Membru u mhuwiex Operatur tal-Pjattaformi Kwalifikat Mhux tal-Unjoni;
la huwa residenti għal finijiet tat-taxxa, la huwa inkorporat jew ġestit fi Stat Membru, u lanqas ma għandu stabbiliment permanenti fi Stat Membru, iżda jiffaċilita t-twettiq ta’ Attività Rilevanti minn Bejjiegħa Rapportabbli jew Attività Rilevanti li tinvolvi l-kiri ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru u mhuwiex Operatur tal-Pjattaformi Kwalifikat Mhux tal-Unjoni.
“Operatur tal-Pjattaformi Kwalifikat Mhux tal-Unjoni” tfisser Operatur tal-Pjattaformi li għalih l-Attivitajiet Rilevanti kollha li huwa jiffaċilita huma wkoll Attivitajiet Rilevanti Kwalifikati u li huwa residenti għal finijiet tat-taxxa f’Ġurisdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni jew, fejn tali Operatur tal-Pjattaformi ma jkollux residenza għal finijiet tat-taxxa f’Ġurisdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni, jissodisfa kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
huwa inkorporat skont il-liġijiet ta’ Ġurisdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni; jew
għandu l-post tal-ġestjoni tiegħu (inkluż il-ġestjoni effettiva) f’Ġurisdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni.
“Ġurisdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni” tfisser ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni li jkollha fis-seħħ Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti Kwalifikanti Effettiv mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li jiġu identifikati bħala ġurisdizzjonijiet rapportabbli f’lista ppubblikata mill-ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni.
“Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti Kwalifikanti Effettiv” tfisser ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni li jeħtieġ l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni ekwivalenti għal dik speċifikata fil-paragrafu B tat-Taqsima III ta’ dan l-Anness kif ikkonfermat minn att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 8ac(7).
“Attività Rilevanti” tfisser attività li titwettaq għal Korrispettiv u li hija kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
il-kiri ta’ proprjetà immobbli, inkluż kemm proprjetà residenzjali, dik kummerċjali, kif ukoll kwalunkwe proprjetà immobbli oħra u parkeġġ;
Servizz Personali;
il-bejgħ ta’ Oġġetti;
il-kiri ta’ kwalunkwe modalità tat-trasport.
It-terminu “Attività Rilevanti” ma jinkludix attività li titwettaq minn Bejjiegħ li jaġixxi bħala impjegat tal-Operatur tal-Pjattaformi jew ta’ Entità relatata tal-Operatur tal-Pjattaformi.
“Attivitajiet Rilevanti Kwalifikati” tfisser kwalunkwe Attività Rilevanti koperta mill-iskambju awtomatiku skont Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti Kwalifikanti Effettiv.
“Korrispettiv” tfisser kull forma ta’ kumpens mingħajr it-tariffi, il-kummissjonijiet jew it-taxxi li jkunu tnaqqsu f’ras il-għajn jew ġew imposti mill-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, li jitħallas jew jiġi kkreditat lil Bejjiegħ b’rabta ma’ Attività Rilevanti, u li l-ammont tiegħu jkun magħruf jew jista’ jkun raġonevolment magħruf mill-Operatur tal-Pjattaformi.
“Servizz Personali” tfisser servizz li jinvolvi xogħol ibbażat fuq il-ħin jew fuq il-kompiti li jitwettaq minn individwu wieħed jew iktar, li jaġixxi/u b’mod indipendenti jew f’isem Entità, u li jitwettaq fuq talba ta’ utent, online jew fiżikament offline wara li jkun ġie ffaċilitat permezz ta’ Pjattaforma.
Bejjiegħa Rapportabbli
“Bejjiegħ” tfisser utent ta’ Pjattaforma, li jkun individwu jew Entità, li jkun irreġistrat fuq il-Pjattaforma fi kwalunkwe mument matul il-Perijodu Rapportabbli u li jwettaq Attività Rilevanti.
“Bejjiegħ Attiv” tfisser kwalunkwe Bejjiegħ li jew jipprovdi Attività Rilevanti matul il-Perijodu Rapportabbli jew li jitħallas jew jiġi kkreditat Korrispettiv b’rabta ma’ Attività Rilevanti matul il-Perijodu Rapportabbli.
“Bejjiegħ Rapportabbli” tfisser kwalunkwe Bejjiegħ Attiv, għajr Bejjiegħ Eskluż, li jkun residenti fi Stat Membru jew li jkun kera proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru.
“Bejjiegħ Eskluż” tfisser kwalunkwe Bejjiegħ
li jkun Entità Governattiva;
li jkun Entità li l-istokk tagħha jiġi regolarment innegozjat f’suq tat-titoli stabbilit jew Entità relatata ta’ Entità li l-istokk tagħha jiġi regolarment innegozjat f’suq tat-titoli stabbilit;
li jkun Entità li għaliha l-Operatur tal-Pjattaformi ffaċilita aktar minn 2 000 Attività Rilevanti permezz tal-kiri ta’ proprjetà immobbli fir-rigward ta’ Elenkar ta’ Proprjetà matul il-Perijodu ta’ Rapportar; jew
li għalih l-Operatur tal-Pjattaformi ffaċilita inqas minn 30 Attività Rilevanti permezz tal-bejgħ ta’ Oġġetti u li għalih l-ammont totali ta’ Korrispettiv imħallas jew ikkreditat ma qabiżx l-EUR 2 000 matul il-Perijodu ta’ Rapportar.
Definizzjonijiet oħra
“Entità” tfisser persuna ġuridika jew arranġament ġuridiku, bħal korporazzjoni, sħubija, trust jew fondazzjoni. Entità hija Entità relatata ta’ Entità oħra jekk kwalunkwe Entità tikkontrolla lill-Entità l-oħra, jew iż-żewġ Entitajiet ikunu taħt kontroll komuni. Għal dan l-għan il-kontroll jinkludi sjieda diretta jew indiretta ta’ aktar minn 50 % tal-votazzjoni u l-valur f’Entità. F’parteċipazzjoni indiretta, l-issodisfar tar-rekwiżit ta’ aktar minn 50 % tad-dritt ta’ sjieda fil-kapital tal-Entità l-oħra għandu jiġi ddeterminat bil-multiplikazzjoni tar-rati ta’ parteċipazzjoni fil-livelli suċċessivi. Persuna li jkollha iżjed minn 50 % tad-drittijiet tal-vot għandha titqies li għandha 100 %.
“Entità Governattiva” tfisser il-gvern ta’ Stat Membru jew ta’ ġurisdizzjoni oħra, kwalunkwe suddiviżjoni politika ta’ Stat Membru jew ta’ ġurisdizzjoni oħra (li tinkludi stat, provinċja, kontea jew muniċipalità), jew kwalunkwe aġenzija jew strument bi sjieda totali ta’ Stat Membru jew ta’ ġurisdizzjoni oħra jew kwalunkwe wieħed jew iktar minn dawn ta’ qabel (kull wieħed minnhom ikun “Entità Governattiva”).
“NIT” tfisser in-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kontribwent, maħruġ minn Stat Membru, jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta’ Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kontribwent.
“numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT” tfisser in-numru uniku li jidentifika persuna taxxabbli jew entità ġuridika mhux taxxabbli li tkun irreġistrata għal finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud.
“Indirizz Primarju” tfisser l-indirizz li jkun ir-residenza primarja ta’ Bejjiegħ li jkun individwu, kif ukoll l-indirizz li jkun l-uffiċċju rreġistrat ta’ Bejjiegħ li jkun Entità.
“Perijodu Rapportabbli” tfisser is-sena kalendarja li fir-rigward tagħha qed jitlesta r-rapportar skont it-Taqsima III.
“Proprjetà Elenkata” tfisser l-unitajiet kollha ta’ proprjetà immobbli li jinsabu fl-istess indirizz tat-triq, li jkollhom l-istess sid u li jiġu offruti għall-kiri fuq Pjattaforma mill-istess Bejjiegħ.
“Identifikatur tal-Kont Finanzjarju” tfisser in-numru jew ir-referenza ta’ identifikazzjoni uniċi disponibbli għall-Operatur tal-Pjattaformi tal-kont bankarju jew ta’ kont ieħor ta’ servizzi simili ta’ pagament li fih jitħallas jew jiġi kkreditat il-Korrispettiv.
“Oġġetti” tfisser kwalunkwe proprjetà tanġibbli.
TAQSIMA II
PROĊEDURI TAD-DILIĠENZA DOVUTA
Il-proċeduri li ġejjin għandhom japplikaw għall-fini tal-identifikazzjoni tal-Bejjiegħa Rapportabbli.
Bejjiegħa mhux soġġetti għal rieżami
Għall-fini li jiġi ddeterminat jekk Bejjiegħ li jkun Entità jikkwalifikax bħala Bejjiegħ Eskluż deskritt fil-punti (a) u (b) tas-subparagrafu B(4) tat-Taqsima I, Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti jista’ jiddependi fuq informazzjoni disponibbli pubblikament jew minn konferma mill-Bejjiegħ li jkun Entità.
Għall-fini li jiġi ddeterminat jekk Bejjiegħ jikkwalifikax bħala Bejjiegħ Eskluż deskritt fil-punti (c) u (d) tas-subparagrafu B(4) tat-Taqsima I, Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti jista’ jiddependi fuq ir-rekords disponibbli tiegħu.
Ġbir ta’ informazzjoni dwar il-Bejjiegħ
L-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jiġbor l-informazzjoni li ġejja kollha għal kull Bejjiegħ li jkun individwu u mhux Bejjiegħ Eskluż:
l-isem u l-kunjom;
l-Indirizz Primarju;
kwalunkwe NIT li nħareġ lil dak il-Bejjiegħ, inkluż kull Stat Membru tal-ħruġ, u fin-nuqqas ta’ NIT, il-post tat-twelid ta’ dak il-Bejjiegħ;
in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ dak il-Bejjiegħ, meta jkun disponibbli;
id-data tat-twelid.
L-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jiġbor l-informazzjoni li ġejja kollha għal kull Bejjiegħ li jkun Entità u mhux Bejjiegħ Eskluż:
l-isem ġuridiku;
l-Indirizz Primarju;
kwalunkwe NIT li nħareġ lil dak il-Bejjiegħ, inkluż kull Stat Membru tal-ħruġ;
in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ dak il-Bejjiegħ, meta jkun disponibbli;
in-numru ta’ reġistrazzjoni tan-negozju;
l-eżistenza ta’ kwalunkwe stabbiliment permanenti li permezz tiegħu jitwettqu Attivitajiet Rilevanti fl-Unjoni, meta jkun disponibbli, filwaqt li jiġi indikat kull Stat Membru rispettiv, li fih ikun jinsab tali stabbiliment permanenti.
Minkejja s-subparagrafi B(1) u (2), l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti ma għandux ikun meħtieġ jiġbor l-informazzjoni msemmija fil-punti (b) sa (e) tas-subparagrafu B(1) u l-punti (b) sa (f) tas-subparagrafu B(2) meta huwa jiddependi minn konferma diretta tal-identità u tar-residenza tal-Bejjiegħ permezz ta’ servizz ta’ identifikazzjoni disponibbli permezz ta’ Stat Membru jew l-Unjoni biex jaċċerta l-identità u r-residenza għall-finijiet tat-taxxa tal-Bejjiegħ.
Minkejja l-punt (c) tas-subparagrafu B(1) u l-punti (c) u (e) tas-subparagrafu B(2), l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti ma għandux ikun meħtieġ jiġbor l-NIT jew in-numru ta’ reġistrazzjoni tan-negozju, skont il-każ, f’ebda waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
l-Istat Membru tar-residenza tal-Bejjiegħ ma joħroġx NIT jew numru ta’ reġistrazzjoni tan-negozju għall-Bejjiegħ;
l-Istat Membru tar-residenza tal-Bejjiegħ ma jirrikjedix il-ġbir tal-NIT li jkun inħareġ lill-Bejjiegħ.
Verifika tal-informazzjoni dwar il-Bejjiegħ
L-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jiddetermina jekk l-informazzjoni li tkun inġabret skont il-paragrafu A, is-subparagrafu B(1), il-punti (a) sa (e) tas-subparagrafu B(2) u l-paragrafu E hijiex affidabbli, billi juża l-informazzjoni u d-dokumenti kollha disponibbli għall-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti fir-reġistri tiegħu, kif ukoll kwalunkwe interfaċċa elettronika li tkun disponibbli mingħajr ħlas għall-pubbliku permezz ta’ Stat Membru jew l-Unjoni, biex jaċċerta l-validità tan-NIT u/jew in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT.
Minkejja s-subparagrafu C(1), għat-tlestija tal-proċeduri tad-diliġenza dovuta skont is-subparagrafu F(2), l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti jista’ jiddetermina jekk l-informazzjoni li tkun inġabret skont il-paragrafu A, is-subparagrafu B(1), il-punti (a) sa (e) tas-subparagrafu B(2) u l-paragrafu E hijiex affidabbli billi juża informazzjoni u dokumenti li jkollu l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti fir-reġistri tiegħu li jistgħu jsiru tfittxijiet elettroniċi fihom.
Sabiex jiġi applikat il-punt (b) tas-subparagrafu F(3) u minkejja s-subparagrafi C(1) u C(2), f’istanzi meta l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti jkollu ħjiel li xi wieħed mill-punti ta’ informazzjoni deskritti fil-paragrafu B jew E jaf ma jkunx preċiż, permezz ta’ informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru f’talba li tikkonċerna Bejjiegħ speċifiku, huwa għandu jitlob lill-Bejjiegħ jikkoreġi l-punti ta’ informazzjoni li jkun instab li ma kinux korretti u jipprovdi dokumenti, data jew informazzjoni ta’ sostenn, li jkunu affidabbli u minn sors indipendenti, pereżempju:
dokument validu ta’ identifikazzjoni maħruġ mill-gvern,
ċertifikat reċenti tar-residenza għall-finijiet tat-taxxa.
Determinazzjoni tal-Istat(i) Membru/i tar-residenza tal-Bejjiegħ għall-finijiet ta’ din id-Direttiva
Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jikkunsidra li l-Bejjiegħ ikun resident fl-Istat Membru tal-Indirizz Primarju tal-Bejjiegħ. Meta r-residenza tkun differenti mill-Istat Membru tal-Indirizz Primarju tal-Bejjiegħ, Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jikkunsidra li l-Bejjiegħ ikun resident ukoll fl-Istat Membru tal-ħruġ tan-NIT. Meta l-Bejjiegħ ikun ipprovda informazzjoni rigward l-eżistenza ta’ stabbiliment permanenti skont il-punt (f) tas-subparagrafu B(2), Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jikkunsidra li l-Bejjiegħ ikun resident ukoll fl-Istat Membru rispettiv kif speċifikat mill-Bejjiegħ.
Minkejja s-subparagrafu D(1), Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jikkunsidra li Bejjiegħ ikun resident f’kull Stat Membru kkonfermat minn servizz ta’ identifikazzjoni elettronika disponibbli permezz ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni skont is-subparagrafu B(3).
Ġbir ta’ informazzjoni dwar proprjetà immobbli mikrija
Meta Bejjiegħ ikun involut f’Attività Rilevanti li tinvolvi l-kiri ta’ proprjetà immobbli, l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jiġbor l-indirizz ta’ kull Proprjetà Elenkata u, meta jkun inħareġ, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-art rispettiv jew l-ekwivalenti tiegħu skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun jinsab. Meta Operatur tal-Pjattaforma Rapportanti jkun iffaċilita aktar minn 2 000 Attività Rilevanti permezz tal-kiri ta’ Propjetà Elenkata għall-istess Bejjiegħ li jkun Entità, l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jiġbor dokumenti, data jew informazzjoni ta’ sostenn li juru li l-Propjetà Elenkata hija proprjetà tal-istess sid.
Tempestività u validità tal-proċeduri tad-diliġenza dovuta
Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jlesti l-proċeduri tad-diliġenza dovuta stabbiliti fil-paragrafi A sa E sal-31 ta’ Diċembru tal-Perijodu Rapportabbli.
Minkejja s-subparagrafu F(1), għall-Bejjiegħa li jkunu diġà rreġistrati fil-Pjattaforma mill-1 ta’ Jannar 2023 jew mid-data meta Entità ssir Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, huwa meħtieġ li l-proċeduri tad-diliġenza dovuta stabbiliti fil-paragrafi A sa E jitlestew sal-31 ta’ Diċembru tat-tieni Perijodu Rapportabbli għall-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti.
Minkejja s-subparagrafu F(1), Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti jista’ jiddependi fuq il-proċeduri tad-diliġenza dovuta li jkunu twettqu fir-rigward ta’ Perijodi Rapportabbli preċedenti, dment li:
l-informazzjoni dwar il-Bejjiegħ meħtieġa fis-subparagrafi B(1) u B(2) tkun inġabret u ġiet ivverifikata jew ikkonfermata fl-aħħar 36 xahar; u
l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti ma jkollux ħjiel li l-informazzjoni li tkun inġabret skont il-paragrafi A, B u E hija inaffidabbli jew mhux korretta jew ma baqgħetx affidabbli jew korretta.
Applikazzjoni tal-proċeduri tad-diliġenza dovuta għal Bejjiegħa Attivi biss
Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti jista’ jagħżel li jlesti l-proċeduri tad-diliġenza dovuta skont il-paragrafi A sa F fir-rigward tal-Bejjiegħa Attivi biss.
Tlestija tal-proċeduri tad-diliġenza dovuta minn partijiet terzi
Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti jista’ jiddependi fuq fornitur ta’ servizz li jkun parti terza biex jissodisfa l-obbligi tad-diliġenza dovuta stabbiliti f’din it-Taqsima, iżda dawn l-obbligi għandhom jibqgħu r-responsabbiltà tal-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti.
Meta Operatur tal-Pjattaformi jissodisfa l-obbligi tad-diliġenza dovuta għal Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti fir-rigward tal-istess Pjattaforma skont is-subparagrafu H(1), tali Operatur tal-Pjattaformi għandu jwettaq il-proċeduri tad-diliġenza dovuta skont ir-regoli stabbiliti f’din it-Taqsima. L-obbligi tad-diliġenza dovuta għandhom jibqgħu r-responsabbiltà tal-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti.
TAQSIMA III
REKWIŻITI TAR-RAPPORTAR
Żmien u modalità tar-rapportar
Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti skont it-tifsira tal-punt (a) tas-subparagrafu A(4) tat-Taqsima I għandu jirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ddeterminat f’konformità mal-punt (a) tas-subparagrafu A(4) tat-Taqsima I l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu B ta’ din it-Taqsima fir-rigward tal-Perijodu Rapportabbli mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena wara s-sena kalendarja li fiha l-Bejjiegħ jiġi identifikat bħala Bejjiegħ Rapportabbli. Fejn ikun hemm aktar minn Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti wieħed, kwalunkwe wieħed minn dawk l-Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jkun eżentat milli jirrapporta l-informazzjoni jekk ikollu prova, f’konformità mal-liġi nazzjonali, li l-istess informazzjoni tkun ġiet irrapportata minn Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti ieħor.
Jekk Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti skont it-tifsira tal-punt (a) tas-subparagrafu A(4) tat-Taqsima I jissodisfa kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet elenkati fih f’iktar minn Stat Membru wieħed, huwa għandu jagħżel wieħed minn dawk l-Istati Membri li fih huwa ikun ser jissodisfa r-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti f’din it-Taqsima. Tali Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jirrapporta l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu B ta’ din it-Taqsima fir-rigward tal-Perijodu Rapportabbli lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru magħżul, peress li dan jiġi ddeterminat f’konformità mas-subparagrafu E tat-Taqsima IV, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara s-sena kalendarja li fiha l-Bejjiegħ jiġi identifikat bħala Bejjiegħ Rapportabbli. Fejn ikun hemm aktar minn Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti wieħed, kwalunkwe wieħed minn dawn l-Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jkun eżentat milli jirrapporta l-informazzjoni jekk ikollu prova, f’konformità mal-liġi nazzjonali, li l-istess informazzjoni tkun ġiet irrapportata minn Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti ieħor fi Stat Membru ieħor.
Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti skont it-tifsira tal-punt (b) tas-subparagrafu A(4) tat-Taqsima I għandu jirrapporta l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu B ta’ din it-Taqsima fir-rigward tal-Perijodu Rapportabbli lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, peress li dan jiġi ddeterminat f’konformità mas-subparagrafu F(1) tat-Taqsima IV, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara s-sena kalendarja li fiha l-Bejjiegħ jiġi identifikat bħala Bejjiegħ Rapportabbli.
Minkejja s-subparagrafu A(3) ta’ din it-Taqsima, Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti skont it-tifsira tal-punt (b) tas-subparagrafu A(4) tat-Taqsima I ma għandux ikun meħtieġ jipprovdi l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu B ta’ din it-Taqsima fir-rigward ta’ Attivitajiet Rilevanti Kwalifikati, koperti minn Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti Kwalifikanti Effettiv, li diġà jipprevedi l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni ekwivalenti ma’ Stat Membru dwar Bejjiegħa Rapportabbli residenti f’dak l-Istat Membru.
Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jipprovdi wkoll l-informazzjoni relatata stabbilita fis-subparagrafi B(2) u B(3) lill-Bejjiegħ Rapportabbli, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara s-sena kalendarja li fiha l-Bejjiegħ jiġi identifikat bħala Bejjiegħ Rapportabbli.
L-informazzjoni rigward il-Korrispettiv li jitħallas jew li jiġi kkreditat f’munita ta’ kors legali għandha tiġi rrapportata bil-munita li tħallas jew li ġie kkreditat biha. F’każ li l-Korrispettiv tħallas jew ġie kkreditat f’forma differenti minn munita ta’ kors legali, dan għandu jiġi rrapportat bil-munita lokali, ikkonvertita jew ivvalutata b’mod li jiġi ddeterminat b’mod konsistenti mill-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti.
L-informazzjoni dwar il-Korrispettiv u ammonti oħra għandha tiġi rrapportata fir-rigward tat-trimestru tal-Perijodu Rapportabbli li fih tħallas jew ġie kkreditat il-Korrispettiv.
Informazzjoni li trid tiġi rrapportata
Kull Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jirrapporta l-informazzjoni li ġejja:
L-isem, l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat, in-NIT u, fejn rilevanti, in-numru ta’ identifikazzjoni individwali, allokat skont is-subparagrafu F(4) tat-Taqsima IV tal-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, kif ukoll l-isem/ismijiet kummerċjali tal-Pjattaforma/i, li qed jirrapporta dwarhom l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti.
Fir-rigward ta’ kull Bejjiegħ Rapportabbli li wettaq Attività Rilevanti, għajr il-kiri ta’ proprjetà immobbli:
il-punti ta’ informazzjoni li jeħtieġ jinġabru skont il-paragrafu B tat-Taqsima II;
l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju, meta dan ikun disponibbli għall-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, u meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tal-Bejjiegħ Rapportabbli, skont it-tifsira tal-paragrafu D tat-Taqsima II, ma tkunx ħarġet pubblikazzjoni li mhix biħsiebha tuża l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju għal dan l-iskop;
meta jkun differenti mill-isem tal-Bejjiegħ Rapportabbli, minbarra l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju, l-isem tad-detentur tal-kont finanzjarju li fih jitħallas jew jiġi kkreditat il-Korrispettiv, meta dan ikun disponibbli għand l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra ta’ identifikazzjoni finanzjarja li tkun disponibbli għand l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti fir-rigward ta’ dak id-detentur tal-kont;
kull Stat Membru li fih il-Bejjiegħ Rapportabbli jkun residenti għall-finijiet ta’ din id-Direttiva kif iddeterminat skont il-paragrafu D tat-Taqsima II;
il-Korrispettiv totali li tħallas jew li ġie kkreditat matul kull trimestru tal-Perijodu Rapportabbli u n-numru ta’ Attivitajiet Rilevanti li fir-rigward tagħhom tħallas jew ġie kkreditat il-Korrispettiv;
kwalunkwe tariffa, kummissjoni jew taxxa li tinżamm f’ras il-għajn jew li tiġi imposta mill-Operatur tal-Pjattaforma Rapportanti matul kull trimestru tal-Perijodu Rapportabbli.
Fir-rigward ta’ kull Bejjiegħ Rapportabbli li wettaq Attività Rilevanti li tinvolvi l-kiri ta’ proprjetà immobbli:
il-punti ta’ informazzjoni li jeħtieġ jinġabru skont il-paragrafu B tat-Taqsima II;
l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju, meta dan ikun disponibbli għall-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, u meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tal-Bejjiegħ Rapportabbli, skont it-tifsira tal-paragrafu D tat-Taqsima II, ma tkunx ħarġet pubblikazzjoni li mhix biħsiebha tuża l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju għal dan l-iskop;
meta jkun differenti mill-isem tal-Bejjiegħ Rapportabbli, minbarra l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju, l-isem tad-detentur tal-kont finanzjarju li fih jitħallas jew jiġi kkreditat il-Korrispettiv, meta dan ikun disponibbli għand l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra ta’ identifikazzjoni finanzjarja li tkun disponibbli għand l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti fir-rigward tad-detentur tal-kont;
kull Stat Membru li fih il-Bejjiegħ Rapportabbli jkun residenti għall-finijiet ta’ din id-Direttiva kif iddeterminat skont is-subparagrafu D tat-Taqsima II;
l-indirizz ta’ kull Proprjetà Elenkata, iddeterminata abbażi tal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu E tat-Taqsima II, u n-numru rispettiv tar-reġistrazzjoni tal-art jew l-ekwivalenti tiegħu skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn il-Proprjetà Elenkata tkun tinsab, meta jkun disponibbli;
il-Korrispettiv totali li tħallas jew li ġie kkreditat matul kull trimestru tal-Perijodu Rapportabbli u n-numru ta’ Attivitajiet Rilevanti previsti fir-rigward ta’ kull Proprjetà Elenkata;
kwalunkwe tariffa, kummissjoni jew taxxa li tinżamm f’ras il-għajn jew li tiġi imposta mill-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti matul kull trimestru tal-Perijodu Rapportabbli;
meta jkun disponibbli, in-numru ta’ jiem li fihom kull Proprjetà Elenkata nkriet matul il-Perijodu Rapportabbli u t-tip ta’ kull Proprjetà Elenkata.
TAQSIMA IV
IMPLIMENTAZZJONI EFFETTIVA
Skont l-Artikolu 8ac, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ regoli u proċeduri amministrattivi biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-proċeduri ta’ diliġenza dovuta u r-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fit-Taqsimiet II u III ta’ dan l-Anness, u l-konformità magħhom.
Regoli għall-infurzar tar-rekwiżiti tal-ġbir u tal-verifika stabbiliti fit-Taqsima II
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jitolbu lill-Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti jinforzaw ir-rekwiżiti tal-ġbir u tal-verifika skont it-Taqsima II fir-rigward tal-Bejjiegħa tagħhom.
Meta Bejjiegħ ma jipprovdix l-informazzjoni meħtieġa skont it-Taqsima II wara żewġ tfakkiriet wara t-talba inizjali mill-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, iżda mhux qabel l-iskadenza ta’ 60 jum, l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jagħlaq il-kont tal-Bejjiegħ u ma jħallix lill-Bejjiegħ jerġa’ jirreġistra fuq il-Pjattaforma jew iżomm il-pagament tal-Korrispettiv lill-Bejjiegħ sakemm il-Bejjiegħ ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba.
Regoli li jitolbu lill-Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti jżommu reġistri tal-passi li ttieħdu u ta’ kwalunkwe informazzjoni li jkunu użaw għat-twettiq tal-proċeduri tad-diliġenza dovuta u tar-rekwiżiti tar-rapportar, u jieħdu miżuri adegwati biex jiksbu dawk ir-reġistri.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jitolbu lill-Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti jżommu reġistri tal-passi li jkunu ttieħdu u ta’ kwalunkwe informazzjoni li jkunu użaw għat-twettiq tal-proċeduri tad-diliġenza dovuta u tar-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti fit-Taqsimiet II u III. Tali reġistri għandhom jibqgħu disponibbli għal perijodu twil biżżejjed u fi kwalunkwe każ għal perijodu ta’ mhux inqas minn ħames snin iżda mhux iktar minn għaxar snin wara tmiem il-Perijodu Rapportabbli li jkunu relatati miegħu.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, inkluż il-possibbiltà li jindirizzaw ordni għar-rapportar lill-Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti, biex jiżguraw li l-informazzjoni kollha meħtieġa tiġi rrapportata lill-awtorità kompetenti sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tissodisfa l-obbligu li tikkomunika l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 8ac(2).
Proċeduri amministrattivi biex tiġi vverifikata l-konformità tal-Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti mal-proċeduri tad-diliġenza dovuta u mar-rekwiżiti tar-rapportar.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri amministrattivi biex jivverifikaw il-konformità tal-Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti mal-proċeduri tad-diliġenza dovuta u mar-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti fit-Taqsimiet II u III.
Proċeduri amministrattivi biex jerġa’ jkun hemm kuntatt mal-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti meta tiġi rrapportata informazzjoni mhux kompluta jew mhux preċiża
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jerġa’ jkun hemm kuntatt mal-Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti meta l-informazzjoni rrapportata ma tkunx kompluta jew preċiża.
Proċedura amministrattiva biex jintgħażel Stat Membru wieħed li fih isir ir-rapportar
Jekk Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti skont it-tifsira tal-punt (a) tas-subparagrafu A(4) tat-Taqsima I jissodisfa kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet elenkati fih f’iktar minn Stat Membru wieħed, huwa għandu jagħżel wieħed minn dawn l-Istati Membri biex jissodisfa r-rekwiżiti tar-rapportar tiegħu skont it-Taqsima III. L-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kollha ta’ dawk l-Istati Membri bl-għażla tiegħu.
Proċedura amministrattiva għal reġistrazzjoni unika ta’ Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti
Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti skont it-tifsira tal-punt (b) tas-subparagrafu A(4) tat-Taqsima I ta’ dan l-Anness għandu jirreġistra mal-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru skont l-Artikolu 8ac(4) meta jibda l-attività tiegħu bħala Operatur tal-Pjattaformi.
L-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni unika tiegħu:
l-isem;
l-indirizz postali;
l-indirizzi elettroniċi, inkluż is-siti web;
kwalunkwe NIT li jkun inħareġ lill-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti;
dikjarazzjoni li tinkludi informazzjoni dwar l-identifikazzjoni ta’ dak l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti għall-finijiet tal-VAT fl-Unjoni, skont it-Titolu XII, il-Kapitolu 6, it-Taqsimiet 2 u 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ( 8 );
l-Istati Membri li fihom il-Bejjiegħa Rapportabbli huma residenti skont it-tifsira tal-paragrafu D tat-Taqsima II.
L-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti għandu jinnotifika lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni unika bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta skont is-subparagrafu F(2).
L-Istat Membru tar-reġistrazzjoni unika għandu jalloka numru ta’ identifikazzjoni individwali lill-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti u għandu jinnotifikah lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha b’mezzi elettroniċi.
L-Istat Membru tar-reġistrazzjoni unika għandu jitlob lill-Kummissjoni biex tħassar Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti mir-reġistru ċentrali fil-każijiet li ġejjin:
l-Operatur tal-Pjattaformi jinnotifika lil dak l-Istat Membru li ma għadux iwettaq xi attività bħala Operatur tal-Pjattaformi;
fin-nuqqas ta’ notifika skont il-punt (a), ikun hemm raġunijiet biex wieħed jassumi li l-attività ta’ Operatur tal-Pjattaformi tkun waqfet;
l-Operatur tal-Pjattaformi ma għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tas-subparagrafu A(4) tat-Taqsima I;
l-Istat Membru rrevoka r-reġistrazzjoni mal-awtorità kompetenti tiegħu skont is-subparagrafu F(7).
Kull Stat Membru għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe Operatur tal-Pjattaformi skont it-tifsira tal-punt (b) tas-subparagrafu A(4) tat-Taqsima I li jibda l-attività tiegħu bħala Operatur tal-Pjattaformi filwaqt li jonqos milli jirreġistra lilu nnifsu skont dan il-paragrafu.
Meta Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti ma jikkonformax mal-obbligu li jirreġistra jew fejn ir-reġistrazzjoni tiegħu tkun ġiet revokata f’konformità mas-subparagrafu F(7) ta’ din it-Taqsima, l-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25a, jieħdu miżuri effettivi, proporzjonati u dissważivi biex jinforzaw il-konformità fil-ġurisdizzjoni tagħhom. L-għażla ta’ tali miżuri għandha tibqa’ fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu ħilithom biex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom immirati biex isaħħu l-konformità, li bħala l-aħħar soluzzjoni jinkludu l-possibbiltà li l-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti ma jitħalliex jopera fl-Unjoni.
Meta Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti ma jikkonformax mal-obbligu li jirrapporta f’konformità mas-subparagrafu A(3) tat-Taqsima III ta’ dan l-Anness wara żewġ tfakkiriet mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni unika, l-Istat Membru għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25a, jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrevoka r-reġistrazzjoni tal-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti li tkun saret skont l-Artikolu 8ac(4). Ir-reġistrazzjoni għandha tiġi rrevokata mhux aktar tard minn wara l-iskadenza ta’ 90 jum iżda mhux qabel l-iskadenza ta’ 30 jum wara t-tieni tfakkira.
( 1 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38).
( 2 ) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
( 3 ) ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1.
( 4 ) Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
( 5 ) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1),
( 6 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
( 7 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.).
( 8 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).