02011D0891 — MT — 11.02.2019 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Diċembru 2011

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jkollhom fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament immodifikat 281-24-236x3006-210-23 (DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9532)

(It-test bl-Ingliż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/891/UE)

(ĠU L 344 28.12.2011, p. 51)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/239 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-6 ta' Frar 2019

  L 39

7

11.2.2019




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Diċembru 2011

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jkollhom fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament immodifikat 281-24-236x3006-210-23 (DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9532)

(It-test bl-Ingliż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/891/UE)



Artikolu 1

L-organiżmu ġenetikament modifikat u l-identifikatur uniku

Il-qoton ġenetikament modifikat (Gossypium hirsutum) 281-24-236x3006-210-23, kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness għal din id-Deċiżjoni, huwa assenjat l-identifikatur uniku DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

L-awtorizzazzjoni

Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni:

(a) ikel u ingredjenti tal-ikel li għandhom fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti mill-qoton DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5;

(b) għalf li għandu fih, jikkonsisti minn jew li hu prodott mill-qoton DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5;

(c) prodotti għajr ikel u għalf li għandhom fihom jew li jikkonsistu mill-qoton DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5 għall-istess użi bħal kwalunkwe qoton ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Artikolu 3

L-ittikkettjar

1.  Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qoton”.

2.  Il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni” għandu jidher fuq it-tikketta tal-prodotti u fuq id-dokumenti li jakkumpanjaw lil dawn il-prodotti li għandhom fihom jew li jikkonsistu mill-qoton DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5 imsemmi fl-Artikolu 2(b) u (c).

Artikolu 4

Il-monitoraġġ tal-effetti ambjentali

1.  Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ tal-effetti ambjentali, kif inhu stipulat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.  Id-detentur tal-awtorizzazzzjoni għandu jippreżenta rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ, f’konformità mad-Deċiżjoni 2009/770/KE.

Artikolu 5

Ir-reġistru tal-Komunità

L-informazzjoni rilevanti stipulata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-Komunità tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

▼M1

Artikolu 6

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Dow AgroSciences Distribution S.A.S., Franza, li jirrappreżenta lil Mycogen Seeds, l-Istati Uniti.

▼B

Artikolu 7

Il-validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

▼M1

Artikolu 8

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Dow AgroSciences Distribution S.A.S., 6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza.

▼B




ANNESS

▼M1

(a)    L-Applikant u d-Detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem

:

Dow AgroSciences Distribution S.A.S.

Indirizz

:

6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza.

▼B

(b)    L-għażla u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti

(1) L-ikel u ingredjenti tal-ikel li għandhom fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti mill-qoton DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5;

(2) L-għalf li għandu fih, jikkonsisti minn jew li hu prodott mill-qoton DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5;

(3) Il-prodotti għajr l-ikel u l-għalf li għandhom fihom jew li jikkonsistu mill-qoton DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5 għall-istess użi bħal kwalunkwe qoton ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Il-qoton ġenetikament modifikat DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5 (Gossypium hirsutum), kif inhu deskritt fl-applikazzjoni, jipproduċi l-proteini Cry1Ac u Cry1F li jagħtu protezzjoni kontra ċerti organiżmi ta’ ħsara lepidotterani u jipproduċi l-proteina PAT, li tintuża bħala marka għall-għażla, li tagħti tolleranza kontra l-erbiċida ammonju tal-glufosinat.

(c)    L-ittikkettjar

(1) Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qoton”.

(2) Il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni” għandu jidher fuq it-tikketta tal-prodotti u fuq id-dokumenti li jakkumpanjaw lil dawn il-prodotti li għandhom fihom jew li jikkonsistu mill-qoton DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5 imsemmi fl-Artikolu 2(b) u (c) ta’ din id-Deċiżjoni.

(d)    Il-metodu tad-detezzjoni

 Metodu bbażat fuq il-PCR speċifiku għall-okkorrenza f’ħin reali għall-kwantifikazzjoni tal-qoton DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5;

 Ivvalidat fuq iż-żerriegħa mil-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm;

 Materjal ta’ referenza: ERM®-BF422 aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta’ Referenza (IRMM) fuq https://irmm.jrc.ec.europa.eu/rmcatalogue

(e)    L-identifikatur uniku

DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5

(f)    L-informazzjoni mitluba fl-Anness II għall-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika

Biosafety Clearing-House, Record ID: ara [għandha timtela meta ssir in-notifika].

(g)    Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq, l-użu jew it-trattament tal-prodotti

Mhux meħtieġa.

(h)    Il-pjan ta’ monitoraġġ

Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, skont l-Anness VII għad-Direttiva 2001/18/KE.

[Link: pjan ippublikat fuq l-Internet]

(i)    Rekwiżiti ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem

Mhux meħtieġa.

Nota: il-links għad-dokumenti rilevanti jista’ jkun li jkollhom jinbidlu tul iż-żmien. Dawk il-modifiki se jsiru disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru tal-Komunità tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.