2011D0273 — MT — 23.09.2011 — 005.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/273/PESK

tad-9 ta' Mejju 2011

dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

(ĠU L 121, 10.5.2011, p.11)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/302/PESK tat-23 ta’ Mejju 2011

  L 136

91

24.5.2011

►M2

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/367/PESK tat-23 ta’ Ġunju 2011

  L 164

14

24.6.2011

►M3

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/488/PESK tal-1 ta’ Awwissu 2011

  L 199

74

2.8.2011

►M4

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/515/PESK tat-23 ta’ Awwissu 2011

  L 218

20

24.8.2011

►M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/522/PESK tat-2 ta’ Settembru 2011

  L 228

16

3.9.2011

►M6

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/628/PESK tat-23 ta’ Settembru 2011

  L 247

17

24.9.2011


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 164, 24.6.2011, p. 20  (302/2011)




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/273/PESK

tad-9 ta' Mejju 2011

dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' April 2011, l-Unjoni Ewropea esprimiet it-tħassib serju tagħha dwar is-sitwazzjoni li qed tiżvolġi fis-Sirja u l-iskjerament ta' forzi militari u ta' sigurtà f'għadd ta' bliet Sirjani.

(2)

L-Unjoni kkundannat bil-qawwa r-repressjoni vjolenti, inkluż permezz tal-użu ta' munizzjon attiv, ta' protesti paċifiċi f'lokalitajiet differenti madwar is-Sirja li wasslet għall-mewt ta' diversi dimostranti, il-feriment ta' persuni u detenzjonijiet arbitrarji, u appellat lill-forzi tas-sigurtà tas-Sirja biex jeżerċitaw trażżin minflok repressjoni.

(3)

Fid-dawl tas-serjetà tas-sitwazzjoni, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi kontra s-Sirja u kontra l-persuni responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

(4)

Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

1.  Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u ta' materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' rikambju għal dawk imsemmijin hawn fuq, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, lis-Sirja minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew l-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru bil-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti, kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom jew le.

2.  Għandu jiġi pprojbit:

(a) il-provvista, b'mod dirett jew indirett, ta’ għajnuna teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew relatati mal-provvista, il-manifatturar, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fis-Sirja;

(b) il-provvista, b'mod dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għall-provvista ta’ għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fis-Sirja;

(c) il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f’attivitajiet, li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu l-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b).

Artikolu 2

1.  L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:

(a) il-forniment u l-għajnuna teknika maħsuba unikament għas-sostenn ta' jew l-użu mill-Forza tan-Nazzjonijiet Uniti Inkarigata mill-Osservanza tad-Diżimpenn (UNDOF);

(b) il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari li ma joqtolx jew ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi għall-bini tal-istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-Unjoni Ewropea, jew għal operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tan-NU ta’ maniġġar ta’ kriżijiet;

(c) il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ vetturi mhux tal-ġlied li ġew manifatturati jew mgħammra b’materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fis-Sirja;

(d) il-provvista ta’ għajnuna teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati ma’ tali tagħmir, jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet;

(e) il-provvista ta’ finanzjament u għajnuna finanzjarja relatati ma’ tali tagħmir jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet;

bil-kondizzjoni li tali esportazzjonijiet u għajnuna jkunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.

2.  L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn is-Sirja minn persunal tan-NU, persunal tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

▼M5

Artikolu 2a

1.  Ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport mis-Sirja ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi huma pprojbiti.

2.  Huma pprojbiti l-għoti, direttament jew indirettament, ta’ finanzjament jew ta’ għajnuna finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.  Hija pprojbita l-parteċipazzjoni, konsapevolment jew b’intenzjoni, f’attivitajiet li għandhom bħala għan jew effett l-evażjoni tal-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2.

▼M6

Artikolu 2b

Dan li ġej għandu jkun ipprojbit:

(a) l-għoti ta’ kwalunkwe self finanzjarju jew kreditu lil intrapriżi fis-Sirja li huma involuti fl-industrija Sirjana taż-żejt fis-setturi tal-esplorazzjoni, il-produzzjoni jew ir-raffinar, jew lil intrapriżi Sirjani jew bi sjieda Sirjana involuti f’dawk is-setturi barra mis-Sirja;

(b) l-akkwist jew l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni f’intrapriżi fis-Sirja li huma involuti fl-industrija Sirjana taż-żejt fis-setturi tal-esplorazzjoni, il-produzzjoni jew ir-raffinar, jew f’intrapriżi Sirjani jew bi sjieda Sirjana li huma involuti f’dawk is-setturi barra mis-Sirja, inkluż l-akkwist b’mod sħiħ ta’ tali intrapriżi u l-akkwist ta’ ishma jew ta’ titoli ta’ natura parteċipattiva;

(c) il-ħolqien ta’ kwalunkwe negozju bi sħab ma’ intrapriżi fis-Sirja li huma involuti fl-industrija Sirjana taż-żejt fis-setturi tal-esplorazzjoni, il-produzzjoni jew ir-raffinar, u ma’ kwalunkwe sussidjarja jew affiljat taħt il-kontroll tagħhom.

▼M6

Artikolu 2c

1.  Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 2a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta’ Novembru 2011, ta’ obbligi previsti f’kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Settembru 2011.

2.  Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 2b(a) u (b) rispettivament:

(i) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta’ obbligu li jirriżulta minn kuntratti jew ftehimiet konklużi qabel it-23 ta' Settembru 2011;

(ii) m’għandhomx jipprevjenu l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni, jekk tali estensjoni hija obbligu taħt ftehim konkluż qabel it-23 ta' Settembru 2011.

Artikolu 2d

Il-konsenja tal-karti tal-flus u muniti denominati Sirjani lill-Bank Ċentrali tas-Sirja għandha tiġi pprojbita.

▼B

Artikolu 3

▼M5

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu d-dħul fit-territorji tagħhom jew it-transitu minnu, tal-persuni responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, ta’ persuni li jibbenefikaw minn jew li jappoġġaw ir-reġim, u persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness.

▼B

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga Stat Membru biex jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

3.  Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu taħt id-dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a) bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b) bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-NU, jew taħt l-awspiċju tagħha;

(c) taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d) taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.  Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika wkoll f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitanti għall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

5.  Il-Kunsill għandu jkun infurmat debitament fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.

6.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew minħabba attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fis-Sirja.

7.  Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija sakemm Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma joġġezzjonax bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tiġi rċevuta l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

8.  Fil-każijiet fejn skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul, jew it-transitu, fit-territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-fini li għaliha tkun ingħatat u għall-persuni kkonċernati minnha.

Artikolu 4

▼M5

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati minn, persuni responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, persuni u entitajiet li jibbenefikaw minn jew li jappoġġaw ir-reġim, u persuni u entitajiet assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.

▼B

2.  L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’, persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew entitajiet elenkati fl-Anness.

3.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a) meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew garanziji ipotekarji, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;

(b) maħsuba esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;

(c) maħsuba esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d) meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni;

▼M6

(e) meħtieġa għal finijiet umanitarji, bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta’ assistenza, inklużi provvisti mediċi, ikel, ħaddiema umanitarji u assistenza relatata, jew l-evakwazzjonijiet mis-Sirja;

▼M5

(f) destinati sabiex jitqiegħdu ġewwa, jew jinħargu minn, kont ta’ missjoni diplomatika jew konsulari jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, safejn tali pagamenti jkunu maħsubin biex jintużaw għal skopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.

▼B

Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti taħt dan il-paragrafu.

4.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kondizzjoni li jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta' garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika jew entità msemmija fl-Artikolu 4(1) tkun ġiet inkluża fl-Anness jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklussivament sabiex jintlaħqu l-pretensjonijiet żgurati minn tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c) il-garanzija jew is-sentenza mhijiex għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika jew entità elenkati fl-Anness; u

(d) ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma tmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.

5.  Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni persuna jew entità nominata milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li daħal fis-seħħ qabel l-elenkar ta' tali persuna jew entità, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1.

6.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:

(a) imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehim jew obbligi li kienu ġew konklużi jew inħolqu qabel id-data li fiha dawn il-kontijiet saru soġġetti għal din id-Deċiżjoni,

bil-kondizzjoni li kwalunkwe mgħax, dħul u pagamenti oħrajn bħal dawn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

▼M5

Artikolu 4a

L-ebda pretensjoni, inkluża dik għal kumpens jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni ta’ tpaċija jew pretensjoni koperta minn garanzija, f’rabta ma’ kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kien ġie affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, ma għandha tiġi konċessa lill-persuni jew l-entitajiet indikati elenkati fl-Anness, jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra fis-Sirja, inkluż il-Gvern tas-Sirja, jew lil kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta’ jew għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe tali persuna jew entità.

▼B

Artikolu 5

1.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness.

2.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz tagħha huwa magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ notifika, li tipprovdi lill-persuna jew l-entità bil-possibbiltà li tippreżenta osservazzjonijiet.

3.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata kif meħtieġ.

Artikolu 6

1.  L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati.

2.  L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post ta' twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 7

Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk imniżżla f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perijodu ta’ 12-il xahar. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

▼C1




ANNESS

LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI 3 U 4



A.  Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Bashar Al-Assad

Twieled fil-11 ta’ Settembru 1965 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku D1903

President tar-Repubblika; ordna u mexxa r-repressjoni kontra l-manifestanti.

23.05.2011

2.

Maher (magħruf ukoll bħala Mahir) Al-Assad

Twieled fit-8 ta' Diċembru 1967; nru tal-passaport diplomatiku 4138

Kmadant tar-raba′ Diviżjoni tal-Armata, membru tal-Baath Party Central Command, strongman tal-Gwardja Repubblikana; ħu l-President Bashar Al-Assad; responsabbiltà prinċipali tal-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.05.2011

3.

Ali Mamluk (magħruf ukoll bħala Mamlouk)

Twieled fid-19 ta' Frar 1946 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku 983

Kap tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence Sirjana (GID); involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.05.2011

4.

Muhammad Ibrahim Al-Sha’ar (magħruf ukoll bħala Mohammad Ibrahim Al-Chaar)

 

Ministru tal-Intern; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.05.2011

5.

Atej (magħruf ukoll bħala Atef, Atif) Najib

 

Qabel kien il-Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika f'Deraa; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.05.2011

6.

Hafiz Makhluf (magħruf ukoll bħala Hafez Makhlouf)

Twieled fit-2 ta' April 1971 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku 2246

Kurunell u Kap ta' Unità fid-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence, il-Fergħa ta' Damasku; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; qrib ta' Mahir Al-Assad; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.05.2011

7.

Muhammad Dib Zaytun (magħruf ukoll bħala Mohammed Dib Zeitoun)

Twieled fl-20 ta' Mejju 1951 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku D000001300

Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.05.2011

8.

Amjad Al-Abbas

 

Kap tas-Sigurtà Politika f'Banyas, involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti f'Baida.

9.05.2011

9.

Rami Makhlouf

Twieled fl-10 ta' Lulju 1969 f'Damasku, Nru tal-passaport 454224

Negozjant Sirjan; assoċjat ta' Mahir al-Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; jipprovdi finanzjament lir-reġim biex jippermetti l-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.05.2011

10.

Abd Al-Fatah Qudsiyah

Twieled fl-1953 f'Hama; Nru tal-passaport diplomatiku D0005788

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

9.05.2011

11.

Jamil Hassan

 

Kap tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

9.05.2011

12.

Rustum Ghazali

Twieled fit-3 ta′ Mejju 1953 f′Dara'a; Nru tal-passaport diplomatiku D000000887

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana tal-Fergħa tal-Kampanja ta' Damasku; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

9.05.2011

13.

Fawwaz Al-Assad

Twieled fit-18 ta' Ġunju 1962 f'Kerdala; Nru tal-passaport 88238

Involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili bħala parti mill-milizzja ta' Shabiha.

9.05.2011

14.

Munzir Al-Assad

Twieled fl-1 ta' Marzu 1961 f'Lattakia; Nru tal-passaport 86449 u 842781

Involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili bħala parti mill-milizzja ta' Shabiha.

9.05.2011

15.

Asif Shawkat

Twieled fil-15 ta' Jannar 1950 f'Al-Madehleh, Tartus

Deputat Kap tal-Persunal għas-Sigurtá u r-Reconnaissance; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

16.

Hisham Ikhtiyar

Twieled fl-1941

Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali Sirjana; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

17.

Faruq Al Shar′

Twieled fl-10 ta' Diċembru 1938

Viċi President tas-Sirja; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

18.

Muhammad Nasif Khayrbik

Twieled fl-10 ta' April 1937 (alt. 20 ta' Mejju 1937) f'Hama, Nru tal-passaport diplomatiku 0002250

Assistent Viċi President tas-Sirja għall-Affarijiet tas-Sigurtà Nazzjonali; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

19.

Mohamed Hamcho

Twieled fl-20 ta' Mejju 1966; Nru tal-passaport diplomatiku 002954347

Ħaten Mahir Al-Assad; negozjant u aġent lokali ta' diversi kumpanniji barranin; jiffinanzja r-reġim li jippermetti r-repressjoni kontra d-dimostranti.

23.05.2011

20.

Iyad (magħruf ukoll bħala Eyad) Makhlouf

Twieled fil-21 ta' Jannar 1973 f'Damasku; Nru tal-passaport N001820740

Ħu Rami Makhlouf u Uffiċjal tal-GID involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

21.

Bassam Al Hassan

 

Konsulent Presidenzjali għall-Affarijiet Strateġiċi; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

22.

Dawud Rajiha

 

Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati responsabbli għall-involviment militari fir-repressjoni tad-dimostranti paċifiċi.

23.05.2011

23.

Ihab (magħruf ukoll bħala Ehab, Iehab) Makhlouf

Twieled fil-21 ta' Jannar 1973 f'Damasku; Nru tal-passaport N002848852

Viċi President ta' SyriaTel u jieħu ħsieb il-Kumpannija Amerikana ta' Rami Makhlouf jipprovdi finanzjament lir-reġim biex jippermetti l-vjolenza kontra d-dimostranti.

23.05.2011

▼M2

24.

Zoulhima CHALICHE

(Dhu al-Himma SHALISH)

Imwieled fl-1951 jew fl-1946 f'Kerdaha.

Kap tal-protezzjoni presidenzjali; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti; prim kuġin tal-President Bachar Al-Assad.

23.6.2011

25.

Riyad CHALICHE

(Riyad SHALISH)

 

Direttur tal-Military Housing Establishment; sors ta' finanzjament għar-reġim; prim kuġin tal-President Bachar Al-Assad.

23.6.2011

26.

Kmandant Brigadier Mohammad Ali JAFARI (magħruf bħala JA'FARI, Aziz; magħruf bħala JAFARI, Ali; magħruf bħala JAFARI, Mohammad Ali; magħruf bħala JA'FARI, Mohammad Ali; magħruf bħala JAFARI-NAJAFABADI, Mohammad Ali)

DtT 1 ta' Settembru 1957; PtT Yazd, Iran.

Kmandant Ġenerali tar-Revolutionary Guard Corps Iranjan involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja.

23.6.2011

27.

Maġġur Ġeneral Qasem SOLEIMANI

(magħruf bħala Qasim SOLEIMANY)

 

Kmandant tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan - Qods involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja.

23.6.2011

28.

Hossein TAEB (magħruf bħala TAEB, Hassan; magħruf bħala TAEB, Hosein; magħruf bħala TAEB, Hossein; magħruf bħala TAEB, Hussayn; magħruf bħala TAEB, Hojjatoleslam Hossein TA'EB)

DtT 1963;

PtT Tehran, Iran.

Viċi Kmandant għall-Intelligence tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja.

23.6.2011

29.

Khalid QADDUR

 

Soċju fin-negozju ma' Maher Al-Assad

Sors ta' finanzjament għar-reġim.

23.6.2011

30.

Ra'if AL-QUWATLI (magħruf bħala Ri'af AL-QUWATLI

 

Soċju fin-negozju ma' Maher Al-Assad

Sors ta' finanzjament għar-reġim.

23.6.2011

▼M3

31.

M. Mohammad Mufleh

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana tal-belt ta' Hama, implikat fir-ripressjoni kontra l-manifestanti.

1.8.2011

32.

Maġġur Ġeneral Tawfiq Younes

 

Kap tad-Dipartiment għas-Sigurtà Interna tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.8.2011

33.

Is-Sur Mohammed Makhlouf (magħruf ukoll bħala Abu Rami)

Imwieled f'Latakia, Sirja 19.10.1932

Soċju mill-qrib u z-ziju matern ta' Bashar u Mahir al-Assad Soċju fin-negozju u missier Rami, Ihab u Iyad Makhlouf.

1.8.2011

34.

Ayman Jabir

Imwieled f'Latakia

Soċju ta' Mahir al-Assad għall-milizja ta' Shabiha. Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili u l-koordinazzjoni tal-grupp tal-milizja ta' Shabiha

1.8.2011

35.

Ġeneral Ali Habib Mahmoud

Imwieled f' Tartous, 1939. Maħtur Ministru tad-Difiża fit-3 ta' Ġunju 2009

Ministru tad-Difiża. Responsabbli għat-tmexxija u l-operazzjonijiet tal-Forzi Armati Sirjani involuti fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.8.2011

▼M4

36.

Hayel AL-ASSAD

 

Assistent ta' Maher Al-Assad, Kap tal-unità tal-pulizija militari tar-raba' diviżjoni tal-armata, involuta fir-ripressjoni.

23.8.2011

37.

Ali AL-SALIM

 

Direttur tal-uffiċċju tal-provvisti tal-Ministeru Sirjan tad-Difiża, punt ta' dħul għall-armi kollha li jaslu għall-armata Sirjana.

23.8.2011

38.

Nizar AL-ASSAAD

 

Qrib ħafna ta' uffiċjali ewlenin tal-Gvern. Jiffinanzja lil Shabiha fir-reġjun ta' Latakia.

23.8.2011

39.

Brigadier Ġenerali Rafiq SHAHADAH

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) Fergħa 293 (Affarijiet Interni) f'Damasku. Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f'Damasku.

Konsulent għall-President Bashar Al-Assad għal kwistjonijiet strateġiċi u ta' intelligence militari.

23.8.2011

40.

Brigadier Ġenerali JAMEA JAMEA (Jami Jami)

 

Kap ta' Fergħa għall-Intelligence Militari Sirjana (SMI) f'Dayr az-Zor.

Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f' Dayr az-Zor u Alboukamal.

23.8.2011

41.

Hassan Bin-Ali AL-TURKMANI

DtT 1935 f'Aleppo

Deputat Viċi Ministru, eks Ministru tad-Difiża, Mibgħut Speċjali tal-President Bashar Al-Assad.

23.8.2011

42.

Muhammad Said BUKHAYTAN

 

Assistent Segretarju Reġjonali tal-Partit Soċjalista Għarbi ta' Baath sa mill-2005, 2000-2005 Direttur għas-sigurtà nazzjonali tal-partit reġjonali ta' Baath. Eks Gvernatur ta' Hama (1998-2000).

Soċju mill-qrib tal-President Bashar Al-Assad u Maher Al-Assad. Kien jieħu deċiżjonijiet fir-reġim dwar ir-ripressjoni tal-popolazzjoni ċivili.

23.8.2011

43.

Ali DOUBA

 

Responsabbli għall-qtil f'Hama fl-1980, ġie msejjaħ lura f'Damasku bħala konsulent speċjali għall-President Bashar Al-Assad.

23.8.2011

44.

Brigadier-Ġenerali Nawful AL-HUSAYN

 

Kap tal-Fergħa tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) ta' Idlib. Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fil-provinċja ta' Idlib.

23.8.2011

45.

Brigadier Husam SUKKAR

 

Konsulent Presidenzjali dwar Affarijiet ta' Sigurtà.

Konsulent Presidenzjali għar-ripressjoni u l-vjolenza tal-aġenziji ta' sigurtà kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.8.2011

46.

Brigadier Ġenerali Muhammed ZAMRINI

 

Kap ta' Fergħa għall-Intelligence Militari Sirjana (SMI) f'Homs.

Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f'Homs.

23.8.2011

47.

Logutenent Ġenerali Munir ADANOV (ADNUF)

 

Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali, Operazzjonijiet u Taħriġ għall-Armata Sirjana.

Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

23.8.2011

48.

Brigadier Ġenerali Ghassan KHALIL

 

Kap tal-Fergħa tal-Informazzjoni tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali (GID). Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

23.8.2011

49.

Mohammed JABIR

PtT Latakia

Il-milizja ta' Shabiha. Soċju ta' Maher Al-Assad għall-milizja ta' Shabiha. Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili u fil-koordinazzjoni tal-gruppi tal-milizja ta' Shabiha.

23.8.2011

50.

Samir HASSAN

 

Soċju kummerċjali mill-qrib ta' Maher Al-Assad. Magħruf għall-appoġġ ekonomiku tar-reġim Sirjan.

23.8.2011

▼M5

51.

Fares CHEHABI

 

President tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-industrija ta' Alep. Jappoġġa ekonomikament lir-reġim Sirjan.

2.09.2011

▼M6

52.

Emad GHRAIWATI

Data tat-twelid: Marzu 1959; Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja;

President tal-Kamra tal-Industrija ta’ Damasku (Zuhair Ghraiwati Sons). Jipprovdi sostenn ekonomiku lir-reġim Sirjan.

2.9.2011

53.

Tarif AKHRAS

Data tat-twelid: 1949; Post tat-twelid: Homs, is-Sirja

Fundatur tal-Akhras Group (prodotti, kummerċ, ipproċessar u loġistika), Homs. Jipprovdi sostenn ekonomiku lir-reġim Sirjan.

2.9.2011

54.

Issam ANBOUBA

Data tat-twelid: 1949; Post tat-twelid: Lattakia, is-Sirja

President ta’ Issam Anbouba Est. għall-agro-industrija. Jipprovdi sostenn ekonomiku lir-reġim Sirjan.

2.9.2011

▼M6

55.

Tayseer Qala Awwad

Data tat-twelid: 1943; Post tat-Twelid Damasku

Ministru tal-Ġustizzja. Assoċjat mar-reġim Sirjan, inkluż bl-appoġġ tal-politika u l-prattika ta' arrest u detenzjoni arbitrarji tiegħu.

23.09.2011

56.

Dr. Adnan Hassan Mahmoud

Data tat-twelid: 1966; Post tat-Twelid Tartous

Ministru tal-Informazzjoni. Assoċjat mar-reġim Sirjan, inkluż bl-appoġġ u l-promozzjoni tal-politika ta' informazzjoni tiegħu.

23.09.2011

▼M2



B.  Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Bena Properties

 

Taħt il-kontroll ta' Rami Makhlouf; Sors ta' finanzjament għar-reġim

23.6.2011

2.

Al Mashreq Investment Fund (AMIF) (psewdonomu Sunduq Al Mashrek Al Istithmari)

Po Box 108, DamascusTel: 963 112110059 / 963112110043Fax: 963 933333149

Taħt il-kontroll ta' Rami Makhlouf; Sors ta' finanzjament għar-reġim

23.6.2011

3.

Hamcho International

(magħruf bħala Hamso International Group)

Baghdad Street, P.O.Box 8254 DamascusTel.:963 112316675Fax: 963 112318875Website: www.hamshointl.comPosta elettronika: info@hamshointl.com u hamshogroup@yahoo.com

Taħt il-kontroll ta' Mohamed Hamcho jew Hamsho; Sors ta' finanzjament għar-reġim

23.6.2011

4.

Military Housing Establishment (psewdonomu MILIHOUSE)

 

Kumpannija ta' xogħlijiet pubbliċi taħt il-kontroll ta' Riyad Shalish u l-Ministeru tad-Difiża. Sors ta' finanzjament għar-reġim.

23.6.2011

▼M4

5.

Direttorat tal-politika ta' sigurtà

 

Servizz tal-Istat Sirjan li jipparteċipa direttament fir-ripressjoni.

23.8.2011

6.

Direttorat tal-informazzjoni ġenerali

 

Servizz tal-Istat Sirjan li jipparteċipa direttament fir-ripressjoni.

23.8.2011

7.

Direttorat tal-informazzjoni militari

 

Servizz tal-Istat Sirjan li jipparteċipa direttament fir-ripressjoni.

23.8.2011

8.

Servizz tal-Informazzjoni tal-Armata tal-ajru

 

Servizz tal-Istat Sirjan li jipparteċipa direttament fir-ripressjoni.

23.8.2011

9.

Il-Forza Qods tal- IRGC (magħrufa wkoll bħala l-Forza Quds tal-IRGC)

Teħeran, Iran

Il-Forza Qods (jew Quds) hija taqsima esperta tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). Il-Forza Qods hija involuta fil-forniment ta' tagħmir u appoġġ biex tgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan protesti fis-Sirja.

Il-Forza Qods tal-IRGC ipprovdiet assistenza teknika, tagħmir u appoġġ lis-servizzi tas-sigurtà Sirjani biex irażżnu movimenti ta' protesti ċivili.

23.8.2011

▼M5

10.

Mada Transport

Sussidjarja tal-Holding Cham

(Sehanya daraa Highway, P.O. Box 9525, tel: 00 963 11 99 62)

Entità ekonomika li tiffinanzja r-reġim.

2.09.2011

11.

Cham Investment Group

Sussidjarja tal-Holding Cham

(Sehanya daraa Highway, P.O. Box 9525, tel: 00 963 11 99 62)

Entità ekonomika li tiffinanzja r-reġim.

2.09.2011

12.

Real Estate Bank

Insurance Bldg- Yousef Al-azmehsqr. DamascusP.O. Box: 2337 DamascusSyrian Arab Republictel: (+963) 11 2456777 u 2218602Fax: (+963) 11 2237938 u 2211186Posta elettronika tal-Bank: Publicrelations@reb.sy,Website: www.reb.sy

Bank proprjetà tal-gvern li jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

2.09.2011

▼M6

13.

Addounia TV (magħrufa wkoll bħala Dounia TV)

Telefon:+963-11-5667274, +963-11-5667271,

Fax:+963-11-5667272

Sit web: http://www.addounia.tv

Addounia TV inċitat il-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

23.09.2011

14.

Cham Holding

Cham Holding Building Daraa Highway - Ashrafiyat SahnayaTel +963 (11) 9962 +963 (11) 668 14000 +963 (11) 673 1044Fax +963 (11) 673 1274Posta elettronika: info@chamholding.sywww.chamholding.sy

Ikkontrollata minn Rami Makhlou; l-akbar kumpannija azzjonarja fis-Sirja, li tibbenefika minn u tappoġġa lir-reġim.

23.09.2011

15.

El-Tel Co. (magħrufa wkoll bħala El-Tel Middle East Company)

Indirizz: Dair Ali Jordan Highway, P.O.Box 13052, Damasku - SirjaTelefon: +963-11-2212345Fax: +963-11-44694450Posta elettronika: sales@eltelme.comSit web: www.eltelme.com

Timmanifattura u tipprovdi tagħmir għat-telekomunikazzjoni għall-Forzi Armati.

23.09.2011

16.

Ramak Constructions Co.

Indirizz: Daa'ra Highway, Damasku, SirjaTelefon: +963-11-6858111Telefon ċellulari: +963-933-240231

Kostruzzjoni ta' kwartieri militari tas-suldati, kwartieri tas-suldati fil-fruntieri u bini ieħor meħtieġ għall-Forzi Armati.

23.09.2011

17.

Souruh Company (magħrufa wkoll bħala SOROH Al Cham Company)

Indirizz: Adra Free Zone AreaDamasku - SirjaTelefon:+963-11-5327266Telefon ċellulari:+963-933-526812+963-932-878282Fax:+963-11-5316396Posta elettronika: sorohco@gmail.comSit web: http://sites.google.com/site/sorohco

Investiment fi proġetti industrijali militari lokali, timmanifattura partijiet ta' armi u oġġetti relatati. 100% tal-kumpannija hija proprjetà ta' Rami Makhlouf.

23.09.2011

18.

Syriatel

Thawra Street, Ste Building 6ème étage, BP 2900Tel: +963 11 61 26 270Fax: +963 11 23 73 97 19Posta elettronika: info@syriatel.com.sy;Sit web: http://syriatel.sy/

Ikkontrollata minn Rami Makhlou; tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim: permezz tal-kuntratt ta' liċenzjar tagħha hija tħallas 50% tal-profitti tagħha lill-Gvern.

23.09.2011