02011D0173 — MT — 27.03.2024 — 013.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/173/PESK

tal-21 ta' Marzu 2011

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina

(ĠU L 076 22.3.2011, p. 68)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/158/PESK tad-19 ta' Marzu 2012

  L 80

17

20.3.2012

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/134/PESK tat-18 ta’ Marzu 2013

  L 75

33

19.3.2013

 M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/157/PESK tal-20 ta’ Marzu 2014

  L 87

95

22.3.2014

 M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/487 tal-20 ta' Marzu 2015

  L 77

17

21.3.2015

 M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/477 tal-31 ta' Marzu 2016

  L 85

47

1.4.2016

 M6

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/607 tad-29 ta' Marzu 2017

  L 84

6

30.3.2017

 M7

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/459 tad-19 ta' Marzu 2018

  L 77

17

20.3.2018

 M8

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/467 tal-21 ta' Marzu 2019

  L 80

39

22.3.2019

 M9

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/435 tat-23 ta’ Marzu 2020

  L 89

4

24.3.2020

 M10

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/543 tat-26 ta' Marzu 2021

  L 108

59

29.3.2021

►M11

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/450 tat-18 ta’ Marzu 2022

  L 91

22

18.3.2022

►M12

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2686 tas-27 ta’ Novembru 2023

  L 2686

1

28.11.2023

►M13

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/955 tal-25 ta’ Marzu 2024

  L 955

1

26.3.2024




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/173/PESK

tal-21 ta' Marzu 2011

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina



Artikolu 1

1.  

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul, jew it-transitu, fit-territorji tagħhom tal-persuni li l-attivitajiet tagħhom:

(a) 

jheddu s-sovranità, l-integrità territorjali, l-ordni kostituzzjonali u l-personalità internazzjonali tal-Bosnja-Ħerzegovina;

(b) 

jheddu serjament is-sitwazzjoni ta' sigurtà fil-Bosnja-Ħerzegovina; jew

(c) 

jheddu l-Ftehim ta' Qafas Ġenerali għall-Paċi Dayton/Paris u l-Annessi tiegħu, inklużi l-miżuri stabbiliti fl-implimentazzjoni tal-Ftehim imsemmi,

u l-persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness.

2.  
Il-paragrafu 1 ma jobbligax Stat Membru biex jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.
3.  

Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu taħt il-liġi internazzjonali, jiġifieri:

(a) 

bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b) 

bħala pajjiż ospitanti ta' konferenza internazzjonali msejħa min-NU, jew taħt l-awspiċi tagħha;

(c) 

taħt ftehim multilaterali li jagħti privileġġi u immunitajiet; jew

(d) 

taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.  
Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika wkoll f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitanti għall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
5.  
Il-Kunsill għandu jkun infurmat debitament fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.
6.  
L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat abbażi ta' ħtieġa umanitarja urġenti, jew abbażi tal-attendenza f'laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Bosnja-Ħerzegovina.
7.  
Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija sakemm Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma joġġezzjonax bil-miktub fil-jumejn ta' xogħol wara li tiġi rċevuta l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
8.  
Fil-każijiet fejn skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul, jew it-transitu, fit-territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-fini li għaliha tkun ingħatat u għall-persuni kkonċernati minnha.

Artikolu 2

1.  

Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, huma proprjetà ta’, miżmumin jew ikkontrollati minn persuni li l-attivitajiet tagħhom:

(a) 

jheddu s-sovranità, l-integrità territorjali, l-ordni kostituzzjonali u l-personalità internazzjonali tal-Bosnja-Ħerzegovina;

(b) 

jheddu serjament is-sitwazzjoni ta' sigurtà fil-Bosnja-Ħerzegovina;

(c) 

jheddu l-Ftehim ta' Qafas Ġenerali għall-Paċi Dayton/Paris u l-Annessi tiegħu, inklużi l-miżuri stabbiliti fl-implimentazzjoni tal-Ftehim imsemmi;

u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi assoċjati magħhom, kif elenakti fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.

2.  
L-ebda fond jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi elenkati fl-Anness.
3.  

L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a) 

meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew dejn, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta' servizzi pubbliċi;

(b) 

maħsubin esklussivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż magħmula li huma assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;

(c) 

maħsubin esklussivament għall-pagament ta' miżati jew ħlasijiet għal servizzi għaż-żamma jew manteniment ta' rutina ta' fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi; jew

(d) 

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.

Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

4.  

B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma soġġetti ta' garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika msemmija fil-paragrafu 1 ġiet inkluża fl-Anness, jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklussivament biex jissodisfaw pretensjonijiet magħmula bis-saħħa ta' tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fi ħdan il-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li għandhom tali pretensjonijiet;

(c) 

il-garanzija jew is-sentenza mhix għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika elenkata fl-Anness; u

(d) 

ir-rikonoxximent tal-garanzija jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.

5.  
Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni persuna indikata milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li daħal fis-seħħ qabel l-elenkar ta' tali persuna, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermuna li l-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna imsemmija fil-paragrafu 1.
6.  

Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

(a) 

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) 

il-ħlasijiet dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu ġew konklużi jew inħolqu qabel id-data li fiha dawn il-kontijiet saru soġġetti għal din id-Deċiżjoni,

dment li kwalunkwe imgħax, qligħ u pagamenti oħrajn bħal dawn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

▼M12

7.  

Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a) 

in-Nazzjonijiet Uniti (NU), inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b) 

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c) 

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-NU u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d) 

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-NU, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati tan-NU, appelli oħra tan-NU jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji;

(e) 

organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tkun tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja jew li jkunu ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità ma’ proċeduri nazzjonali;

(f) 

aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri; jew

(g) 

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet.

8.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, u b’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huwa meħtieġ biex jiġi żgurat it-twassil fil-ħin ta’ assistenza umanitarja jew għall-appoġġ ta’ attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem.
9.  
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 8, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat.
10.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata skont il-paragrafi 8 u 9 fi żmien erba’ ġimgħat minn tali awtorizzazzjoni.

▼B

Artikolu 3

▼M11

1.  
Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness.

▼B

2.  
Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna kkonċernata, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar tagħha fil-lista, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, li tipprovdi lil tali persuna bil-possibbiltà li tippreżenta osservazzjonijiet.
3.  
Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna ikkonċernata skont il-każ.

Artikolu 4

1.  
L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar ta' persuni kkonċernati.
2.  
L-Anness għandu jkun fih ukoll, meta tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni kkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 5

Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri restrittivi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

▼M13

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Marzu 2026.

▼B

Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.

▼M12

L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2(7) u (8) fir-rigward tal-Artikolu 2(1) u (2) għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari, u mill-inqas kull tnax-il xahar, jew fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli, jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.

▼B




ANNESS

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi msemmija fl-Artikoli 1 u 2