2011D0172 — MT — 22.03.2015 — 005.001

Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/172/PESK

tal-21 ta' Marzu 2011

dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

(ĠU L 076, 22.3.2011, p.63)

Emendat bi:

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/159/PESK tad-19 ta' Marzu 2012

  L 80

18

20.3.2012

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/723/PESK tas-26 ta’ Novembru 2012

  L 327

44

27.11.2012

 M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/144/PESK tal-21 ta’ Marzu 2013

  L 82

54

22.3.2013

 M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/153/PESK tal-20 ta’ Marzu 2014

  L 85

9

21.3.2014

►M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/486 tal-20 ta' Marzu 2015

  L 77

16

21.3.2015

▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/172/PESK

tal-21 ta' Marzu 2011

dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Frar 2011, l-Unjoni Ewropea ddikjarat li hija lesta tappoġġa t-transizzjoni paċifika u ordinata għal gvern ċivili u demokratiku fl-Eġittu bbażat fuq l-istat tad-dritt, b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u tappoġġa sforzi sabiex tinħoloq ekonomija li ssaħħaħ il-koeżjoni soċjali u tippromwovi t-tkabbir ekonomiku.

(2)

F'dan il-kuntest, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi kontra persuni li ġew identifikati bħala responsabbli għal misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Eġizzjan u li b'hekk qed iċaħħdu lill-poplu Eġizzjan mill-benefiċċji ta’ żvilupp sostenibbli tal-ekonomija u s-soċjetà tagħhom u jimminaw l-iżvilupp tad-demokrazija fil-pajjiż.

(3)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà ta, miżmuma jew ikkontrollati minn persuni li ġew identifikati bħala responsabbli għal misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Eġizzjan, u persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.

2.  L-ebda fond jew riżors ekonomiku m’għandu jsiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’ persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness.

3.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt dawk il-kondizzjonijiet li hija tikkunsidra adatti, wara li tiddetermina li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a) meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u tal-membri dipendenti tal-familji tagħhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew dejn ipotekarju, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;

(b) maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż magħmula li huma assoċjati mal-għoti ta’ servizzi legali;

(c) maħsubin esklussivament għall-pagament ta' miżati jew ħlasijiet għal servizzi għaż-żamma jew manteniment ordinarji ta’ fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi; jew

(d) meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom hija tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.

Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

▼M2

4.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrali meħuda qabel id-data meta l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmi fil-paragrafu 1 ġie elenkat fl-Anness jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva meħuda fl-Unjoni, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament biex jissodisfaw pretensjonijiet ggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stipulati fil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li għandhom tali pretensjonijiet;

(c) id-deċiżjoni mhix għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness; u

(d) ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija bis-saħħa ta' dan il-paragrafu.

▼B

5.  Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni persuna fiżika jew persuna ġuridika, entità jew korp li jkunu elenkati milli jagħmlu ħlas dovut taħt kuntratt li jkunu daħlu fih qabel id-data li fiha tali persuna, entità jew korp ġew elenkati fl-Anness, sakemm l-Istat Membru konċernat ikun iddetermina li l-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna, entità jew korp msemmija fil-paragrafu 1.

▼M2

6.  Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta':

(a) imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet ġew soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew

(c) ħlasijiet dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fl-Unjoni jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat,

dment li tali imgħax, dħul ieħor u ħlasijiet jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.

▼B

Artikolu 2

1.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jiddeċiedi li jistabbilixxi u jemenda l-lista li tinsab fl-Anness.

2.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew persuna ġuridika, entità jew korp konċernati, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u b'hekk tali persuna, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

3.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrivedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna, entità jew korp skont il-każ.

Artikolu 3

1.  L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar ta' persuni fiżiċi u persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 1(1).

2.  L-Anness għandu jkun fih ukoll, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi u persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi konċernati. Fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 4

Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2), l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f’din id-Deċiżjoni.

▼M1

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

▼M5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-22 ta' Marzu 2016.

▼M1

Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.

▼B

ANNESS

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1

Isem

(u kwalunkwe psewdonimu)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

1.

Mohamed Hosni Elsayed Mubarak

Ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid 04.05.1928

Raġel

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

2.

Suzanne Saleh Thabet

Mart is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 28.02.1941

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

3.

Mohamed Hosni Elsayed Mubarak

Bin is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 26.11.1960

Raġel

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

4.

Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh

Mart is-Sur Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, bin l-ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 05.10.1971

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

5.

Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak

Bin is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 28.12.1963

Raġel

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

6.

Khadiga Mahmoud El Gammal

Mart is-Sur Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, bin l-ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 13.10.1982

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

7.

Ahmed Abdelaziz Ezz

Ex-Membru tal-Parlament

Data tat-twelid: 12.01.1959

Raġel

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

8.

Abla Mohamed Fawzi Ali Ahmed

Mart is-Sur Ahmed Abdelaziz Ezz

Data tat-twelid: 31.01.1963

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

9.

Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin

Mart is-Sur Ahmed Abdelaziz Ezz

Data tat-twelid: 25.05.1959

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

10.

Shahinaz Abdel Aziz Abdel Wahab Al Naggar

Mart is-Sur Ahmed Abdelaziz Ezz

Data tat-twelid: 09.10.1969

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

11.

Ahmed Alaeldin Amin Abdelmaksoud Elmaghraby

Ex-Ministru tad-Djar, l-Utilitajiet Pubbliċi u l-Iżvilupp Urban

Data tat-twelid: 16.05.1945

Raġel

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

12.

Naglaa Abdallah El Gazaerly

Mart is-Sur Ahmed Alaeldin Amin Abdelmaksoud Elmaghraby

Data tat-twelid: 03.06.1956

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

13.

Rachid Mohamed Rachid Hussein

Ex-Ministru tal-Kummerċ u l-Industrija

Data tat-twelid: 09.02.1955

Raġel

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

14.

Hania Mahmoud Abdel Rahman Fahmy

Mart is-Sur Rachid Mohamed Rachid Hussein

Data tat-twelid: 05.07.1959

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

15.

Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana

Ex-Ministru tat-Turiżmu

Data tat-twelid: 20.02.1959

Raġel

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

16.

Jaylane Shawkat Hosni Galal Eldin

Mart is-Sur Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana

Data tat-twelid: 08.01.1960

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

17.

Amir Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana

Bin is-Sur Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana

Data tat-twelid: 21.09.1990

Raġel

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

18.

Habib Ibrahim Habib Eladli

Ex-Ministru tal-Intern

Data tat-twelid: 01.03.1938

Raġel

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

19.

Elham Sayed Salem Sharshar

Mart is-Sur Habib Ibrahim Eladli

Data tat-twelid: 23.01.1963