2010R1125 — MT — 01.07.2013 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1125/2010

tat-3 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1173/2009

(ĠU L 318, 4.12.2010, p.10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 95/2012 tas-6 ta’ Frar 2012

  L 34

1

7.2.2012

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 74/2013 tal-25 ta’ Jannar 2013

  L 26

17

26.1.2013

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 338/2013 tal-15 ta’ April 2013

  L 106

7

16.4.2013




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1125/2010

tat-3 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1173/2009



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 428/2008 tat-8 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali ( 2 ) jistipula, fl-Anness I tiegħu u għal kull Stat Membru, iċ-ċentri tal-intervent għal kull tip ta’ ċereali; minbarra l-qamħ komuni.

(2)

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1173/2009 ( 3 ) jelenka ċ-ċentri tal-intervent għall-qamħ komuni u għar-ross, imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 670/2009 tal-Kummissjoni ( 4 ).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku ( 5 ), jistipula, mis-sena tas-suq [ta’ kummerċjalizzazzjoni] 2010/2011, il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu osservati għall-għażla u l-approvazzjoni taċ-ċentri tal-intervent taċ-ċereali u tal-postijiet tal-ħżin tagħhom. Fost dawn il-kundizzjonijiet, l-Artikolu 3(1)(a) tal-imsemmi Regolament jesiġi b’mod partikolari kapaċità minima ta’ ħżin ta’ 20 000 tunnellata għal kull ċentru tal-intervent taċ-ċereali.

(4)

Mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 670/2009 f’dak li jirrigwarda ċ-ċereali.

(5)

Mill-1 ta’ Lulju 2010, iċ-ċentri tal-intervent taċ-ċereali magħżula b’applikazzjoni tal-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti bl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009. Huwa għalhekk xieraq li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 428/2008 u li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1173/2009.

(6)

Skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lis-servizzi tal-Kummissjoni, il-lista taċ-ċentri tal-intervent għan-nominazzjoni effettiva tagħhom kif ukoll il-lista tal-postijiet tal-ħżin ta’ dawn iċ-ċentri li huma jqisu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi mitluba mir-Regolament Komunitarju. F’każijiet fejn il-livell tal-produzzjoni taċ-ċereali huwa baxx u meta l-estimi ma jindikawx setturi taċ-ċereali li jipproduċu surplus u l-intervent ma intużax għal perjodu sinifikanti, ċerti Stati Membri ma rrappurtaw ebda ċentru tal-intervent.

(7)

Sabiex ikun assigurat it-tħaddim tajjeb tal-iskema ta’ intervent pubbliku, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ċentri tal-intervent skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom u għandha tippubblika lista tal-postijiet tal-ħżin tagħhom bl-informazzjoni neċessarja kollha għall-operaturi kkonċernati mill-intervent pubbliku.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Iċ-ċentri tal-intervent imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

L-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin relatati ma’ kull ċentru tal-intervent u l-informazzjoni dettaljata dwar dawn il-postijiet u maċ-ċentri tal-intervent, huma ppubblikati fuq l-Internet ( 6 ).

Artikolu 2

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 428/2008 għandu jiġi rrevokat.

Is-Sezzjoni A tal-Anness għar-Regolament 1173/2009 għandu jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

Ċentri tal-intervent taċ-ċereali

IL-BELĠJU

België/Belgique

IL-BULGARIJA

Североизточен район

Северен централен район

Северозападен район

Югоизточен район

Южен район

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Jihovýchod

Jihozápad

Severovýchod

Severozápad

Střední Čechy

Střední Morava - Moravskoslezsko

ID-DANIMARKA

Aalborg

Århus

Fredericia

Kolding

Grenå

Åbenrå

Kalundborg

Korsør

Vordingborg

Odense

Svendborg

Nakskov

Rønne

▼M2

IL-ĠERMANJA

Aschersleben

Augsburg

Bad Gandersheim

Bad Oldesloe

Beverungen

Brandenburg

Bremen

Bülstringen

Buttstädt

Dessau-Roßlau

Drebkau

Ebeleben

Eilenburg

Emden

Flensburg

Gransee

Großschirma

Güstrow

Hamburg

Hameln

Herzberg

Hildesheim

Holzminden

Itzehoe

Kappeln

Karstädt

Kiel

Klötze

Krefeld

Kyritz

Lübeck

Ludwigshafen

Magdeburg

Malchin

Neustadt

Nienburg

Northeim

Pollhagen

Querfurt

Regensburg

Rethem/Aller

Riesa

Rosdorf

Rostock

Schwerin

Tangermünde

Trebsen

Uelzen

Wismar

Witzenhausen

▼B

L-ESTONJA

Tamsalu

Keila

Viljandi

Tartu

IL-GREĊJA

ΑΛΕΞΑΝΔΡΟΥΠΟΛΗ

ΟΡΕΣΤΙΑΔΑ

ΣΕΡΡΕΣ

ΘΕΣΣΑΛΟΝΙΚΗ

ΓΙΑΝΝΙΤΣΑ

ΚΑΤΕΡΙΝΗ

ΒΟΛΟΣ

ΣΤΕΦΑΝΟΒΙΚΙ

ΛΑΡΙΣΑ

ΛΙΒΑΝΑΤΕΣ

▼M2

SPANJA

Andalucia

Aragon

Castilla y Leon

Castilla La Mancha

Extremadura

Navarra

▼B

FRANZA

Aquitaine

Basse-Normandie

Bourgogne

Bretagne

Centre

Champagne-Ardenne

Haute-Normandie

Île-de-France

Lorraine

Nord-Pas-de-Calais

Pays de la Loire

Picardie

Poitou-Charentes

Rhône-Alpes

▼M3

KROAZJA

Požega

▼B

IL-LATVJA

Daugavpils

Dobele

Rīga

Jēkabpils

IL-LITWANJA

Šiaurės vakarų regionas

IL-LUSSEMBURGU

MERSCH

L-UNGERIJA

Bács-Kiskun

Baranya

Békés

Borsod-Abaúj-Zemplén

Csongrád

Fejér

Győr-Moson-Sopron

Hajdú-Bihar

Heves

Jász-Nagykun-Szolnok

Komárom-Esztergom

Nógrád

Pest

Somogy

Szabolcs-Szatmár-Bereg

Tolna

Vas

Veszprém

Zala

L-AWSTRIJA

IZ-Ost

IZ-Süd

IZ-Mitte

IL-POLONJA

WARMIŃSKO-MAZURSKIE

LUBELSKIE

DOLNOŚLĄSKIE

ZACHODNIOPOMORSKIE

WIELKOPOLSKIE

Il-PORTUGALL

Silo de Évora

Silo de Cuba

IR-RUMANIJA

Oradea

Roman

Ianca

Brăila

Făurei

Dudești

Bărăganul

Ciocârlia

Casicea

N. Bălcescu

Palas

Cogealac

Negru Vodă

Băneasa

Traian

Babadag

Baia

Cataloi

Oltenița

Ciulnița

Chirnogi

Călărași

Movila

Fetești

Țăndărei

Căzănești

Bucu

Turnu Măgurele

Alexandria

Corabia

Satu Mare

Cărpiniș

Carani

IS-SLOVENJA

Slovenija

▼M2

IS-SLOVAKKJA

Bratislava

Trnava

Dunajská Streda

Nitra

Dvory nad Žitavou

Bánovce nad Bebravou

Martin

Veľký Krtíš

Rimavská Sobota

Šurany

Košice

▼B

IL-FINLANDJA

Hämeenlinna-Turenki

Iisalmi-Oulu

Kokemäki-Rauma

Koria-Kouvola

Loimaa-Naantali

Mustio-Perniö

Seinäjoki-Vaasa

L-ISVEZJA

Södra Sverige,

som omfattar

alla Sveriges län förutom Gävleborgs,

Västernorrlands, Jämtlands,

Västerbottens och Norrbottenslän.

IR-RENJU UNIT

England

Scotland



( 1 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

( 2 ) ĠU L 129, 17.5.2008, p. 8.

( 3 ) ĠU L 314, 1.12.2009, p. 48.

( 4 ) ĠU L 194, 25.7.2009, p. 22.

( 5 ) ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.

( 6 ) L-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin taċ-ċentri tal-intervent huma disponibbli fuq is-sit tal-Kummissjoni Ewropea CIRCA http://circa.europa.eu/Public/irc/agri/cereals/library?l=/publicsdomain/cereals/intervention_facilities&vm=detailed&sb=Title